|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 65 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
2022/C 240/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 240/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10722 — CHEVRON / RENEWABLE ENERGY GROUP) ( 1 ) |
|
|
2022/C 240/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10729 — FOWI / MOL / TOHO / HOKURIKU / ORSTED / JERA / SWA) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 240/04 |
||
|
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2022/C 240/05 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2022/C 240/06 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 240/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10755 – ADVENT / IRCA) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2022/C 240/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Mejju 2022
dwar il-Bażi ta’ Data Ċentralizzata tat-Titoli u l-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ħruġ ta’ titoli u li tħassar ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2012/22
(BĊE/2022/26)
(2022/C 240/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’ mod partikolari l-Artikolu 5.1 u t-tielet inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Il-Bażi ta’ Data tat-Titoli Ċentralizzati (CSDB) hija infrastruttura unika tat-teknoloġija tal-informazzjoni, operata b’mod konġunt mill-membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inklużi banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (iktar ’il quddiem “BĊN mhux taż-żona tal-euro”) fejn dawn il-BĊN mhux taż-żona tal-euro jipparteċipaw b’mod volontarju fl-operazzjoni tas-CSDB. Is-CSDB taħżen id-data partita b’partita, b’mod partikolari, id-data dwar titoli, l-emittenti tagħhom u l-prezzijiet u l-klassifikazzjonijiet tagħhom. Il-proċessi ewlenin tal-operazzjoni tas-CSDB jinkludu l-forniment ta’ data tal-input, l-ipproċessar ta’ dik id-data tal-input, it-twettiq ta’ ġestjoni tal-kwalità tad-data (DQM) u l-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ data tal-output li tikkonsisti f’data parta b’partita u “informazzjoni aggregata. Dawn il-proċessi huma ddefiniti u msaħħa fuq bażi kontinwa mis-sottostruttura rilevanti tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ u huma awtomatizzati sa fejn ikun possibbli sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tas-CSDB. Għadd ta’ bidliet f’dawn il-proċessi jeħtieġu l-adozzjoni ta’ Linja Gwida ġdida u t-tħassir tal-Linja Gwida BĊE/2012/21, li s’issa rregolat il-qafas tal-ġestjoni tal-kwalità tad-data tas-CSDB. Bl-istess mod, ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2012/22 (2), li titlob li dawk li mhumiex l-euro huma BĊN biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida BĊE/2012/21, għandha titħassar ukoll. |
|
(2) |
Biex jissaħħu l-analiżijiet tal-istabbiltà monetarja u finanzjarja għaż-żona tal-euro u l-Unjoni, biex jingħata kontribut għall-produzzjoni ta’ statistika sekondarja, biex jiġu ssodisfati l-impenji ta’ rapportar taż-żona tal-euro dwar l-istatistika tal-ħruġ ta’ titoli ta’ dejn fil-kuntest tal-Inizjattiva tal-G20 dwar lakuni fid-data u biex jiġi vvalutat ir-rwol tal-euro fis-swieq finanzjarji internazzjonali, l-istatistika dwar il-ħruġ ta’ titoli ta’ kull xahar li tkopri l-istokk u l-aggregati tal-flussi tal-ħruġ ta’ titoli hija prodotta minn data b’partita b’partita tas-CSDB (iktar ’il quddiem ‘statistika aggregata tas-CSEC’). Għaldaqstant, l-istatistika aggregata tas-CSEC għandha tiġi kkumpilata fis-CSDB, u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandhom ikunu responsabbli għall-verifika tal-istatistika aggregata tas-CSEC u għad-DQM tad-data sottostanti tas-CSDB partita b’partita. |
|
(3) |
Il-kwalità ġenerali tad-data partita b’partita tas-CSDB tista’ tiġi vvalutata biss fil-livell tal-output, aktar milli fil-livell ta’ settijiet individwali ta’ data tal-input. Sabiex jiġu żgurati l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-data tal-output, il-Linja Gwida (UE) 2022/971 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2022/25) (3) tistabbilixxi l-qafas għall-forniment ta’ data tal-input, id-disseminazzjoni tad-data tal-output u tistabbilixxi d-DQM li għandu jiġi applikat għall-output feed data, li huwa subsett ta’ data tal-output li jista’ jintuża biex jappoġġa l-produzzjoni ta’ statistika jew użi oħra, u għall-istatistika aggregata tas-CSEC u d-data sottostanti tagħha tas-CSDB. |
|
(4) |
F’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet kompetenti għajr il-BĊNi jipprovdu data tal-input lis-CSDB jew iwettqu d-DQM fis-CSDB, dawn l-awtoritajiet u l-BĊNi rispettivi tagħhom għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25) jiġu ssodisfati. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-istabbiliment ta’ struttura permanenti għat-trażmissjoni tad-data, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġa” ġie milħuq minn leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
(5) |
L-applikazzjoni effettiva tal-qafas tad-DQM tas-CSDB tiddependi fuq il-kooperazzjoni bejn il-membri kollha tas-SEBĊ li jipparteċipaw fl-operat tas-CSDB u fuq l-applikazzjoni ta’ standards ta’ kwalità ugwali minn dawn il-membri. Il-BĊN li mhumiex fiż-żona tal-euro li jipparteċipaw fl-operazzjoni tas-CSDB għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-BĊN tal-Istati Membri li adottaw l-euro (iktar ’il quddiem il- “BĊNi taż-żona tal-euro”) u mal-BĊE fl-applikazzjoni tal-qafas tad-DQM tas-CSDB skont il-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25), |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
I. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-termini “Bażi tad-Data Ċentralizzata tat-Titoli” jew “CSDB” u “Ġestjoni tal-Kwalità tad-Data” jew “DQM” għandhom l-istess tifsiriet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25).
II. Dispożizzjoni għal-informazzjoni Għoti ta’ tagħrif statistika statistiku
|
1. |
Id-destinatarji huma mitluba jikkonformaw fil-ħin mal-obbligi tal-BĊNi taż-żona tal-euro kif stabbilit fl-Artikoli 2 sa 13 u l-Artikolu 16 tal-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25). |
|
2. |
Għall-finijiet tal-kompilazzjoni tal-istatistika aggregata tas-CSEC kif previst fl-Artikolu 10 tal-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25), it-tqassim tal-istatistika aggregata tas-CSEC għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi huma speċifikati fl-Anness I ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
III. Revoka
Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2012/22 hija b’dan imħassra.
IV. Dispożizzjoni finali
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, sa fejn huwa applikabbli.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 19 ta’ Mejju 2022.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) Ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2012/22 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Settembru 2012 dwar il-qafas ta’ mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ data Ċentralizzata dwar it-Titoli (ĠU C 339, 7.11.2012, p. 1)
(3) Linja Gwida (UE) 2022/971 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-Bażi ta’ Data Ċentralizzata tat-Titoli u l-produzzjoni ta’ statistika dwar il-ħruġ ta’ titoli u li tħassar il-Linja Gwida 2012/689/EU (BĊE/2012/21) u l-Linja Gwida (EU) 2021/834 (BĊE/2022/25) (ĠU L 166, 22.6.2022, p. 147).
ANNESS I
Statistika aggregata tas-CSEC Tqassim għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi
Filwaqt li t-tqassim tal-istatistika aggregata tas-CSEC għal kull pajjiż individwali taż-żona tal-euro u ż-żona tal-euro kollha kemm hi huma definiti fl-Anness IV tal-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25), dan l-Anness jistabbilixxi t-tqassim tal-istatistika aggregata tas-CSEC għall-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem “l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro”) u l-Unjoni kollha kemm hi.
Għall-ħruġ ta’ kull Stat Membru individwali li mhux fiż-żona tal-euro, l-istatistika aggregata tas-CSEC trid titkejjel fil-munita nazzjonali u tiġi kkumpilata għat-tqassim definit fit-tabelli li ġejjin. Barra minn hekk, l-aggregati għall-ħruġ denominati f’ “Il-muniti kollha” u f’ “EUR” għandhom jitkejlu wkoll f’euro. Għall-ħruġ għall-Unjoni kollha kemm hi, l-istatistika aggregata tas-CSEC trid titkejjel f’euro u tiġi kkumpilata biss għat-tqassim tal-“Muniti kollha” definiti fit-tabelli li ġejjin. Il-kodiċijiet tas-setturi użati fit-tabelli għandhom it-tifsiriet definiti fit-Taqsima 1 dwar “Kopertura u klassifikazzjonijiet” tal-Anness IV tal-Linja Gwida (UE) 2022/971 (BĊE/2022/25).
Tabella A1
Ġerarkija tat-titoli ta’ dejn 1 — Tqassim skont it-tip ta’ maturità u r-rata tal-imgħax għal Stati Membri individwali mhux fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi
Tabella A2
Ġerarkija tat-titoli ta’ dejn 2 — Tqassim skont it-tip ta’ maturità u r-rata tal-imgħax għal Stati Membri individwali mhux fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi
Tabella A3
Ġerarkija tat-titoli ta’ dejn 3 — Tqassim dettaljat ta’ maturità oriġinali għal Stati Membri individwali mhux fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi
Tabella A4
Ġerarkija tat-titoli ta’ dejn 4 — Tqassim dettaljat ta’ maturità residwa għal Stati Membri individwali mhux fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi
Tabella A5
Tqassim tal-ishma kwotati għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha kemm hi
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/11 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10722 — CHEVRON / RENEWABLE ENERGY GROUP)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 240/02)
Fit 7 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10722. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10729 — FOWI / MOL / TOHO / HOKURIKU / ORSTED / JERA / SWA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 240/03)
Fit 16 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10729. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Ġunju 2022
(2022/C 240/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0550 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
143,75 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4393 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86010 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6460 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0214 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
138,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,3283 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
24,690 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
396,48 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6435 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9462 |
|
TRY |
Lira Turka |
18,3049 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5177 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3660 |
|
HKD |
Dollaru ta’ Hong Kong |
8,2817 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6675 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,4612 |
|
KRW |
Won tal-Korea t’Isfel |
1 365,09 |
|
ZAR |
Rand ta’ l-Afrika t’Isfel |
16,7881 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,0680 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5205 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 639,62 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6399 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,304 |
|
RUB |
Rouble Russu |
|
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,294 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
5,4420 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,2485 |
|
INR |
Rupi Indjan |
82,4230 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/14 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza n-negozjati għal konvenzjoni internazzjonali komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinkiseb bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2022/C 240/05)
Fid-29 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) għal konvenzjoni internazzjonali komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali.
L-EDPS jifhem il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiżguraw u jiksbu evidenza elettronika malajr u b’mod effettiv. Huwa jenfasizza, madankollu, li diġà hemm strument internazzjonali simili fis-seħħ, jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ Budapest u t-Tieni Protokoll Addizzjonali tagħha li issa huwa miftuħ għall-iffirmar.
L-EDPS jinnota li n-negozjati fin-NU għal konvenzjoni oħra li għandha l-għan li tindirizza ċ-ċiberkriminalità u l-kooperazzjoni transfruntiera f’materji kriminali diġà ngħataw bidu. Għaldaqstant, huwa jappoġġa r-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata tinnegozja f’isem l-UE, billi dan ikun jikkontribwixxi biex jinżamm aħjar il-livell ta’ protezzjoni ggarantit mill-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-UE. L-EDPS jinnota, madankollu, l-għadd kbir ta’ pajjiżi fi ħdan in-NU, b’sistemi legali eteroġeni ħafna. F’dan l-isfond, l-EDPS iqis li hemm riskju sostanzjali li t-test finali tal-Konvenzjoni jista’ jwassal biex jiddgħajfu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi previsti mil-liġi tal-UE, b’mod partikolari d-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tad-data u għall-privatezza. Għaldaqstant, għandu jiġi enfasizzat li jekk il-Kunsill jawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja f’dan il-qafas f’isem l-UE, tali awtorizzazzjoni ma tkunx teħtieġ li l-UE ssir parti għall-Konvenzjoni, jekk din tiġi adottata. L-EDPS iqis li l-UE ma għandhiex titlob li tkun parti minn tali Konvenzjoni, jekk il-livell ta’ protezzjoni tad-data ta’ persuni fiżiċi ggarantit mil-liġi tal-UE jiġi mminat.
Din l-Opinjoni għandha l-għan li tipprovdi pariri kostruttivi u oġġettivi lill-istituzzjonijiet tal-UE bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-livell ta’ protezzjoni tad-data kif iggarantit mid-dritt tal-UE ma jiġix imminat. L-EDPS jilqa’ l-fatt li l-mandat għandu l-għan li jiżgura mill-bidu li l-Konvenzjoni tipprovdi kundizzjonijiet stretti u salvagwardji b’saħħithom biex tiżgura li l-Istati Membri tal-UE jkunu jistgħu jirrispettaw u jipproteġu d-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE kif stabbilit fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
F’dan il-kuntest, l-EDPS jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali. Ir-reġim tad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data jipprevedi, fil-prinċipju, li t-trasferimenti tad-data lejn pajjiż terz jistgħu jsiru mingħajr rekwiżiti addizzjonali biss meta dak il-pajjiż terz jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni. Meta l-pajjiż terz ma jkunx ġie ddikjarat bħala adegwat, japplikaw eċċezzjonijiet għal trasferimenti speċifiċi, sakemm jiġu previsti salvagwardji xierqa. Filwaqt li l-EDPS jirrikonoxxi li jista’ ma jkunx vijabbli li jiġu replikati t-terminoloġija u d-definizzjonijiet tad-dritt tal-UE fi ftehim ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi terzi, is-salvagwardji għall-individwi jridu jkunu ċari u effettivi sabiex jikkonformaw bis-sħiħ mad-dritt tal-UE. F’dawn l-aħħar snin, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea affermat mill-ġdid il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data inklużi r-rimedju ġudizzjarju u d-drittijiet individwali tal-individwi. Dawn il-prinċipji jsiru aktar importanti meta wieħed jikkunsidra s-sensittività tad-data meħtieġa għall-investigazzjonijiet kriminali.
F’dan l-isfond, l-EDPS iqis li, filwaqt li jilqa’ l-bosta direttivi ta’ negozjati diġà previsti, dawn għandhom jissaħħu aktar. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata l-konformità mal-Karta tal-UE u mal-Artikolu 16 tat-TFUE, l-EDPS jagħmel erba’ rakkomandazzjonijiet prinċipali dwar id-direttivi ta’ negozjati:
|
— |
li d-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni internazzjonali jiġu llimitati għar-reati ddefiniti fil-Konvenzjoni; |
|
— |
li għandhom jiġu esklużi l-aċċess dirett għad-data minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiż terz u l-kooperazzjoni transfruntiera diretta mal-fornituri ta’ servizzi; |
|
— |
li jiġi żgurat li ftehimiet bilaterali u multilaterali futuri ma’ pajjiżi terzi għandhom japplikaw minflok il-Konvenzjoni jekk dawn il-ftehimiet futuri jiżguraw standards ogħla fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data; |
|
— |
li jiġi żgurat li l-Konvenzjoni m’għandux ikollha effett bejn żewġ Stati Kontraenti jekk wieħed minnhom jagħmel in-notifika li r-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni ta’ Stat Kontraenti ieħor mhux se jkollha l-effett li tistabbilixxi relazzjonijiet bejn dawk iż-żewġ Stati Kontraenti skont din il-Konvenzjoni. |
Barra minn hekk, l-Opinjoni toffri aktar rakkomandazzjonijiet għal titjib u kjarifiki tad-direttivi ta’ negozjati. Il-kummenti f’din l-Opinjoni huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EDPS jista’ jagħmel billi jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet ulterjuri u li mbagħad ikunu indirizzati ladarba tkun disponibbli aktar informazzjoni. Huwa jistenna li jiġi kkonsultat aktar tard dwar id-dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-Konvenzjoni qabel il-finalizzazzjoni tagħha.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
|
1. |
In-Nazzjonijiet Uniti (NU) hija organizzazzjoni intergovernattiva, li bħalissa hija magħmula minn 193 Stat Membru (1). In-NU u l-ħidma tagħha huma ggwidati mill-iskopijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta fundatriċi tagħha. Skont il-Karta tan-NU, l-objettivi tal-organizzazzjoni jinkludu ż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, it-twassil tal-għajnuna umanitarja, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-dritt internazzjonali (2). |
|
2. |
Fis-17 ta’ Diċembru 2018, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat ir-Riżoluzzjoni 73/187 dwar “Il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali” (3). Sussegwentement, fis-27 ta’ Diċembru 2019, hija adottat ir-Riżoluzzjoni 74/247 (4) li permezz tagħha ddeċidiet li tistabbilixxi Kumitat intergovernattiv miftuħ ad hoc ta’ esperti (“il-Kumitat Ad Hoc”), biex jelabora konvenzjoni internazzjonali komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali. Ir-Riżoluzzjoni 74/247 tenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati fil-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali, inkluż billi tingħata assistenza teknika lil pajjiżi li qed jiżviluppaw, fuq talba tagħhom. Ir-Riżoluzzjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jittejbu l-leġiżlazzjoni u l-oqfsa nazzjonali u li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali biex jindirizzaw tali użu fil-forom kollha tiegħu, inkluż il-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni (5) , filwaqt li jiġu kkunsidrati bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali eżistenti u l-isforzi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali, b’mod partikolari l-ħidma u l-eżiti tal-Grupp ta’ Esperti intergovernattiv miftuħ biex Iwettaq Studju Komprensiv dwar iċ-Ċiberkriminalità (6). Tliet Stati Membri tal-UE (l-Estonja, il-Polonja u l-Portugall) huma Viċi Presidenti fi ħdan il-Kumitat Ad Hoc (7). |
|
3. |
Fis-26 ta’ Mejju 2021, bir-Riżoluzzjoni 75/282 (8), l-Assemblea Ġenerali tan-NU kompliet tafferma li l-Kumitat Ad Hoc għandu jqis bis-sħiħ l-istrumenti internazzjonali eżistenti u l-isforzi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali (9). Hija ddeċidiet li l-Kumitat Ad Hoc għandu jiltaqa’ mill-anqas għal 6 sessjonijiet, u jikkonkludi l-ħidma tiegħu sabiex jipprovdi abbozz tal-Konvenzjoni lill-Assemblea Ġenerali fit-78 sessjoni tagħha, li għandha tibda f’Settembru 2023 u tintemm f’Settembru 2024. |
|
4. |
L-ewwel sessjoni ta’ negozjati seħħet mit-28 ta’ Frar sal-11 ta’ Marzu 2022. F’dik l-okkażjoni ġew diskussi l-objettivi, l-ambitu, l-istruttura u l-elementi ewlenin tal-Konvenzjoni (10). Skont l-abbozz ta’ rapport ta’ din l-ewwel sessjoni ta’ negozjati, ġie maqbul li l-elementi li ġejjin għandhom jiffurmaw l-istruttura tal-Konvenzjoni (11):
Preambolu
|
|
5. |
Il-Kummissjoni Ewropea ħadet sehem fil-laqgħat tal-Kumitat Ad Hoc bħala osservatur. Saret sessjoni intersessjonali fl-24 u fil-25 ta’ Marzu 2022 biex jintalab il-kontribut ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati dwar l-elaborazzjoni tal-abbozz tal-Konvenzjoni (12). Is-sessjoni ta’ negozjati li jmiss għandha tibda fit-30 ta’ Mejju 2022 (13). |
|
6. |
Fid-29 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, fin-negozjati tan-Nazzjonijiet Uniti għal Konvenzjoni internazzjonali komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali (“ir-Rakkomandazzjoni”) (14). Ir-Rakkomandazzjoni hija akkumpanjata minn Anness (“l-Anness”), li jistabbilixxi d-direttivi tal-Kunsill proposti għan-negozjar tal-Konvenzjoni. |
|
7. |
Il-Kummissjoni tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill fuq il-bażi tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-ftehimiet konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi. B’din ir-Rakkomandazzjoni, il-Kummissjoni tfittex li tikseb l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill biex tinħatar bħala n-negozjatur prinċipali f’isem l-UE sabiex tiżgura l-parteċipazzjoni xierqa tal-UE fin-negozjati tan-NU li huma mistennija li jittrattaw l-elementi li jirrelataw mal-leġiżlazzjoni u l-kompetenza tal-UE, notevolment fil-qasam taċ-ċiberkriminalità (15). |
|
8. |
L-Opinjoni preżenti tal-EDPS hija maħruġa bi tweġiba għal konsultazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tad-29 ta’ Marzu 2022, skont l-Artikolu 42(1) tal-EUDPR. L-EDPS jilqa’ r-referenza għal din il-konsultazzjoni fil-Premessa 5 tar-Rakkomandazzjoni. |
7. KONKLUŻJONIJIET
|
42. |
L-EDPS jappoġġa l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill li tagħti mandat ċar lill-Kummissjoni Ewropea biex tipparteċipa fin-negozjati li għaddejjin fi ħdan in-NU għal din il-Konvenzjoni, f’isem l-UE. Madankollu, huwa jisħaq li l-awtorizzazzjoni biex tipparteċipa fin-negozjati ma għandhiex teħtieġ li l-UE tkun parti għall-Konvenzjoni jekk din tiġi adottata, u b’mod partikolari, l-UE ma għandhiex tfittex li tkun parti minn tali Konvenzjoni jekk il-livell ta’ protezzjoni tad-data ta’ persuni fiżiċi ggarantit mid-dritt tal-UE jiġi mminat. |
|
43. |
L-EDPS jilqa’ u jenfasizza l-importanza tal-punti 6, 17 u 23 tal-Anness li għandhom li għan li jinżammu l-istrumenti globali u reġjonali eżistenti, u tas-salvagwardji inklużi fil-punti 8, 9, 10, 11, 13, 18, 19 u 24 tal-Anness. |
|
44. |
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
Rigward ir-relazzjoni bejn il-Konvenzjoni u strumenti oħrajn
Rigward l-ambitu tal-Konvenzjoni
Rigward il-ħtieġa għal salvagwardji xierqa u r-rispett tad-drittijiet fundamentali
Rigward il-klawżoli finali tal-Konvenzjoni
|
|
45. |
Fl-aħħar nett, l-EDPS jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew biex jipprovdi pariri waqt stadji aktar tard ta’ dan il-proċess. Il-kummenti f’din l-Opinjoni huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EDPS jista’ jagħmel billi jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet ulterjuri u li mbagħad jiġu indirizzati ladarba tkun disponibbli aktar informazzjoni. Huwa jistenna li jiġi kkonsultat dwar id-dispożizzjonijiet tal-abbozz tal-Konvenzjoni qabel il-finalizzazzjoni tagħha. |
Brussell, it-18 ta’ Mejju 2022
Wojciech Rafał Wiewiórowski
(1) Ara l-Istati Membri tan-NU hawn: https://www.un.org/en/about-us/member-states
(2) Ara l-Preambolu tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, San Francisco, 26 ta’ Ġunju 1945: https://www.un.org/en/about-us/un-charter/full-text
(3) Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta’ Diċembru 2018, A/RES/73/187.
(4) Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-27 ta’ Diċembru 2019, A/RES/74/247.
(5) Ara paġna 1 tar-Riżoluzzjoni.
(6) Il-Grupp ta’ Esperti intergovernattiv miftuħ għat-Twettiq ta’ Studju Komprensiv dwar iċ-Ċiberkriminalità ġie stabbilit mill-Kummissjoni għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità u għall-Ġustizzja Kriminali (CCPCJ) bbażata fi Vjenna fuq talba tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bir-Riżoluzzjoni 65/230, u huwa entità sussidjarja tas-CCPCJ. Il-Grupp ta’ Esperti huwa separat mill-Kumitat Ad Hoc li qiegħed jinnegozja l-Konvenzjoni, li huwa korp sussidjarju tal-Assemblea Ġenerali b’mandat differenti.
(7) Il-Membri tal-Kumitat Ad Hoc huma kif ġej: l-Alġerija (President), l-Eġittu, in-Niġerja, iċ-Ċina, il-Ġappun, l-Estonja, il-Polonja, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika Dominicana, in-Nikaragwa, il-Brażil, l-Awstralja, il-Portugall, l-Istati Uniti (Viċi Presidenti), l-Indoneżja (rapporteur).
(8) Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tas-26 ta’ Mejju 2021, A/RES/75/282.
(9) Ara l-punt 11 tar-Riżoluzzjoni.
(10) Is-sottomissjonijiet għal din l-ewwel sessjoni huma disponibbli hawn: https://www.unodc.org/unodc/en/cybercrime/ad_hoc_committee/ahc-first-session.html.
(11) https://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/LTD/V22/012/09/PDF/V2201209.pdf?OpenElement.
(12) https://www.unodc.org/unodc/en/cybercrime/ad_hoc_committee/intersessional-consultations/1st-intersessional-consultation.
(13) https://www.unodc.org/unodc/en/cybercrime/ad_hoc_committee/ahc-second-session.html.
(14) Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza n-negozjati għal konvenzjoni internazzjonali komprensiva dwar il-ġlieda kontra l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għal finijiet kriminali (COM(2022)132 final).
(15) Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 2 u l-Artikolu 1 tar-Rakkomandazzjoni.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/19 |
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat tas-servizzi tal-ajru fil-Komunità
Sejħa għall-offerti b’rabta mal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku
(2022/C 240/06)
|
Stat Membru |
Spanja |
||||||
|
Rotta kkonċernata |
Melilla-Almería / Granada / Sevilla |
||||||
|
Perjodu ta’ validità tal-kuntratt |
Mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 |
||||||
|
Għeluq tas-sejħa għall-offerti |
Mhux qabel xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż |
||||||
|
Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku |
Email: osp.dgac@mitma.es |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/20 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10755 – ADVENT / IRCA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 240/07)
1.
Fit-13 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AI Tiramisù S.r.l. (“Bidco”, l-Italja), ikkontrollata minn Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
IRCA S.p.A. (“IRCA”, l-Italja), ikkontrollata minn The Carlyle Group (l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Advent takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ IRCA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Advent hija investitur ta’ ekwità privata internazzjonali bbażata f’Boston, l-Istati Uniti tal-Amerka, attiva fl-akkwist ta’ ishma azzjonisti u l-ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment f’diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-industrija, it-teknoloġija, il-bejgħ bl-imnut, il-konsumatur u d-divertiment u n-negozju u s-servizzi finanzjarji. Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll tagħha hija Caldic, distributur ta’ ingredjenti funzjonali u kimiċi ta’ speċjalità attiva fl-Ewropa, l-Amerka ta’ Fuq u l-Asja u l-Paċifiku, |
|
— |
IRCA hija kumpanija tal-ingredjenti tal-ikel ibbażata fl-Italja attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ ingredjenti nofshom lesti għaċ-ċikkulata, il-forn (għaġina u ħobż), u l-ġelat. Hija prinċipalment attiva fl-Italja u b’mod aktar limitat fiż-ŻEE u globalment. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10755 – ADVENT / IRCA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
22.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 240/22 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(2022/C 240/08)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
Etna
PDO-IT-A0780-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 25 ta’ Marzu 2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Indikazzjoni tat-tipi frizzanti u l-kategoriji relattivi tagħhom
Deskrizzjoni: qed jiġu ppreċiżati t-tipi ta’ prodott frizzanti eżistenti, li jiddistingwu l-frizzanti abjad u l-frizzanti rożè, it-tnejn li huma fiż-żewġ kategoriji Vino Spumante u Vino Spumante di Qualità
Raġuni: l-inbid frizzanti tat-territorju tal-Etna jinkiseb permezz tal-ipproċessar fi nbid spumanti abjad u rożè mill-għeneb iswed Nerello Mascalese, u jiġi prodott permezz tal-metodu tradizzjonali biss. Minħabba l-valur ta’ kwalità għolja u ż-żieda fid-domanda tas-swieq, ġie deċiż li jiġu identifikati b’mod iktar ċar iż-żewġ verżjonijiet ta’ prodotti frizzanti billi fid-DOP Etna tiġi indikata l-produzzjoni diversa tal-frizzanti li tinkiseb.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 4 tad-Dokument Uniku.
2. Taħlita ta’ varjetajiet sekondarji ta’ għeneb
Deskrizzjoni: għat-tipi Etna Bianco u Etna Bianco Superiore, fost il-varjetajiet sekondarji, titneħħa l-varjetà Minnella bianca u Trebbiano filwaqt li tinżamm ir-referenza għall-użu tal-varjetajiet adattati għar-reġjun ta’ Sqallija.
Raġuni: Għal ċarezza ikbar tħassret l-indikazzjoni taż-żewġ varjetajiet bħala varjetajiet diġà inklużi fir-reġistru nazzjonali u kklassifikati għall-kultivazzjoni bħala adattati għar-reġjun ta’ Sqallija.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
3. Bidla fit-taħlita tal-varjetajiet tal-għeneb – Etna spumante
Deskrizzjoni: Għall-Etna spumante (rożè jew vinifikat bl-abjad) il-kwantità minima ta’ għeneb Nerello Mascalese tiżdied minn 60 % għal 80 %.
Raġuni: b’din il-modifika qed tiġi identifikata l-produzzjoni bil-varjetà oriġinali tan-Nerello Mascalese.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
4. Bidla amministrattiva fiż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb
Deskrizzjoni: il-Comune di Ragalna se jissostwixxi l-Comune di Paternò.
Raġuni: wara bidliet fl-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-muniċipalità ta’ Ragalna ġiet stabbilita bħala muniċipalità awtonoma mill-muniċipalità ta’ Paternò. Fil-fatt, din il-bidla hija dwar l-elenkar tal-muniċipalità ta’ Ragalna, li t-territorju tagħha jokkupa ż-żona tad-DOP Etna li qabel kienet tappartjeni għat-territorju tal-muniċipalità ta’ Paternò.
Din il-modifika amministrattiva, ta’ natura formali, ma twassal għall-ebda bidla fil-limiti taż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb tad-DOP Etna.
Hija bidla formali dwar l-aġġornament tal-Artikolu 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u tat-Taqsima 6 – Żona ġeografika demarkata – tad-Dokument Uniku.
5. Introduzzjoni tal-għadd minimu ta’ pjanti għal kull ettaru
Deskrizzjoni: meta jsir tħawwil ġdid u tħawwil mill-ġdid, l-ispazju bejn tħawwila u oħra jeħtieġ li jalloka mhux inqas minn 4 600 dielja għal kull ettaru.
Raġuni: jeħtieġ li jsir kontroll numeriku tat-tqassim produttiv tat-tħawwil il-ġdid, f’konformità ma’ regola li twaħħad it-tradizzjoni lokali tal-vitikultura u l-aspett kwalitattiv tal-vinji.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
6. It-tipi Rosato u Spumante Rosato u Bianco - qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum tal-għeneb
Deskrizzjoni: Għat-tipi rożè u spumante l-qawwa minima tal-għeneb mal-ħsad tnaqqset b’nofs punt %: għar-Rożato minn 12 għal 11,5; għall-Ispumanti minn 10 għal 9,5.
Raġuni: għaż-żewġ tipi, jeħtieġ li wieħed ikun jista’ jaħdem fuq kontenut ta’ aċidità għoli u b’hekk isir intervent mal-ħsad tal-ewwel għeneb abbażi ta’ maturità teknoloġika perfetta sabiex jinkisbu prodotti estremament fini u delikati.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
7. Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata - aġġornament tar-referenza leġiżlattiva
Deskrizzjoni: jiġi indikat l-Artikolu 35(3) tal-liġi Nru 238/2016 dwar l-awtorizzazzjonijiet individwali għall-ibbottiljar tal-inbejjed bid-DOP ETNA ’l barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata
Raġuni: huwa biss aġġornament formali tar-referenza għal-leġiżlazzjoni attwali.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 - Rekwiżiti Oħra Applikabbli - Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata - tad-Dokument Uniku.
8. Etna Rosato, bidla fil-parametri tal-kulur, qawwa alkoħolika totali massima skont il-volum, estratt minimu mingħajr zokkor
Deskrizzjoni: varjata t-tonalità tal-kulur roża li jista’ jieħu sfumaturi ħamranin u eliminata r-referenza għall-kulur rubin; il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum tnaqqset minn 12,50 % għal 12 %; l-estratt niexef minimu mingħajr zokkor tnaqqas minn 20g/l għal 18 g/l.
Raġuni: il-varjazzjoni fit-tonalità tal-kulur tokkorri mal-maturazzjoni filwaqt li r-riferiment għall-kulur rubin ma għadhiex teżisti bit-tekniki l-ġodda tal-produzzjoni tal-inbid li jagħmluha possibbli li jinkisbu nbejjed rożè b’lewn iktar ċar. Barra minn hekk, biż-żamma ta’ dak li diġà ġie definit għall-qawwa tal-għeneb mal-ħsad, u anki għall-konsum minħabba raġunijiet tekniċi u kummerċjali, il-qawwa alkoħolika naturali minima bil-volum tinżel għal 12 % u l-valur tal-estratt niexef jinżel għal 18g/l.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 - Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed - tad-Dokument Uniku.
9. Etna Bianco Superiore - indikazzjoni tal-aċidità totali minima
Deskrizzjoni: għat-tip Etna Bianco Superiore, il-parametru kimikofiżiku tal-aċidità totali jingħata biss bil-valur minimu ta’ 5,5 g/l.
Raġuni: tiġi eliminata l-firxa ta’ valuri minn 5,5 g/l sa 7 g/l li kienet biss żball f’verżjonijiet preċedenti. B’din il-modifika ta’ natura formali, il-valur li jissemma huwa esklussivament dak minimu ta’ 5,5 g/l.
Hija bidla formali li tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 – Żona ġeografika demarkata – tad-Dokument Uniku.
10. Dħul tal-karatteristiċi dwar il-konsum tat-tipi Spumante Bianco u Spumante Rosato
Deskrizzjoni: il-karatteristiċi dwar il-konsum tat-tipi Spumante Bianco u Spumante Rosato, li qabel kienu indikati f’verżjoni Spumante unika, ġew indikati separatament.
Raġuni: it-tip Spumante għandhom valur ta’ identità qawwija fid-Denominazzjoni Etna, kemm fit-tip abjad kif ukoll dak rożè; għaldaqstant, ġew identifikati b’mod preċiż il-karatteristiċi fiżiċi kimiċi u organolettiċi taż-żewġ verżjonijiet tal-prodotti Spumante (Bianco u Rosato).
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 - Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed - tad-Dokument Uniku.
11. Tikkettar u preżentazzjoni - użu tal-unità ġeografika usa’ “Sicilia”
Deskrizzjoni: fit-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbejjed bid-DOP Etna , hija prevista l-possibbiltà li ssir referenza għall-unità ġeografika usa’ “Sicilia”.
Raġuni: l-użu tal-isem ġeografiku usa’ “Sicilia” jippermetti li l-konsumaturi jingħataw aktar informazzjoni dwar iż-żona ġeografika tad-DOP Etna fis-sistema reġjonali ewlenija tal-vitikultura, f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE u dik nazzjonali.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 – Rekwiżiti Oħra Applikabbli - Rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar – tad-Dokument Uniku.
12. Ippakkjar u sistemi ta’ ssiġillar - riformulazzjoni u kjarifika
Deskrizzjoni: il-volum nominali massimu tal-kontenituri tal-ħġieġ tnaqqas minn 5 għal 3 litri, u għall-fliexken ta’ stil Bordeaux, Bourgogne u tar-Rhin biss dan il-volum jista’ jasal sa 18-il litru.
Raġuni: bit-tneħħija tal-limitu ta’ 5 litri, titneħħa l-possibbiltà li jintużaw id-damiġġjani, u ż-żieda tal-limitu sa 18-il litru tinkoraġġixxi l-użu ta’ formati kbar.
Deskrizzjoni: Għall-inbejjed Spumanti huma permessi s-sistemi kollha ta’ ssiġillar skont il-liġijiet preżenti, għajr l-użu tal-materjal tal-plastik.
Raġuni: b’din l-emenda tidher biċ-ċar ix-xewqa tal-produtturi li jeskludu l-użu ta’ dan il-materjal għall-inbejjed Spumanti.
Deskrizzjoni: tneħħa r-rekwiżit li jintużaw it-tappijiet tas-sufra standard għat-tipi kollha bl-eċċezzjoni tal-Etna Rosso Riserva u tal-Etna Bianco Superiore;
Raġuni: b’din l-emenda, jidher li għall-inbejjed Etna DOP, bl-eċċezzjoni tal-Etna Rosso Riserva u tal-Etna Bianco Superiore, huma aċċettati l-modi kollha ta’ ssiġillar attwali aċċettati skont il-liġijiet fis-seħħ; b’hekk, id-denominazzjoni tinfetaħ għall-użu ta’ tappijiet moderni u li jintużaw b’mod wiesa’ internazzjonalment.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 - Rekwiżiti oħra applikabbli - tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Etna
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid frizzanti |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Etna bianco
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Kulur: isfar lewn it-tiben, kultant b’riflessi ħfief dehbin;
Aroma: delikata, karatteristika;
Togħma: xotta, friska, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,50 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Etna bianco superiore
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Kulur: isfar lewn it-tiben ċar ħafna b’riflessi ħfief ħodor;
Aroma: delikata, karatteristika;
Togħma: xotta, friska, armonjuża, ratba;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
3. Etna rosso
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Kulur: lewn aħmar rubin b’riflessi lewn granata mal-maturazzjoni;
Aroma: intensa, karatteristika;
Togħma: xotta, sħuna robusta, mimlija, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
4. Etna rosso riserva
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Kulur: lewn aħmar rubin b’riflessi lewn granata mal-maturazzjoni;
Aroma: intensa, karatteristika;
Togħma: xotta, sħuna robusta, mimlija, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Etna rosato
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Kulur: rożà ftit jew wisq intens b’riflessi fl-oranġjo
Aroma: intensa, karatteristika;
Togħma: xotta, armonjuża;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % tal-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 18,0 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
6. Etna spumante bianco
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Ragħwa: fina u persistenti;
Kulur: isfar tiben b’intensità li tvarja
Aroma: intens u karatteristiku, xi kultant b’xi noti ta’ ċitru akkumpanjati minn ħjiel delikat ta’ ħmira;
Togħma: mimlija, armonjuża, persistenti; minn brut sa extradry;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 % bil-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
7. Etna spumante rosato jew rosè
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Ragħwa: fina u persistenti;
Kulur: rożà ftit jew wisq intens b’riflessi fl-oranġjo
Aroma: intens u karatteristiku, xi kultant b’xi noti ta’ fjuri jew ħxejjex aromatiċi akkumpanjati minn ħjiel delikat ta’ ħmira;
Togħma: mimlija, armonjuża, persistenti; minn brut sa extradry;
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 11,00 % bil-volum;
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
5,0 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi essenzjali
1. Tip Spumante - fermentazzjoni mill-ġdid fil-flixkun
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
It-tip spumante għandu jinkiseb esklussivament permezz tal-fermentazzjoni naturali sekondarja fil-flixkun b’permanenza fuq il-karfa tal-inbid għal mill-inqas 18-il xahar.
2. Tip Spumante - vinifikazzjoni
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
It-tip spumante għandhom jinkisbu:
|
— |
għat-tip rożè, waqt il-vinifikazzjoni f’“rożè” tal-għeneb aħmar, jew bil-vinifikazzjoni ta’ taħlita ta’ għeneb aħmar u abjad, li jkun ġie ppressat separatament; |
|
— |
għat-tip abjad, waqt il-vinifikazzjoni f’“abjad” tal-għeneb aħmar. |
3. Tip Rosso Riserva
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
It-tip aħmar jista’ juża t-terminu “riserva” biss jekk ikun ilu jitqaddem fiż-żona tal-produzzjoni għal mill-inqas erba’ snin, li minnhom 12-il xahar fl-injam. Il-perjodu tat-tqaddim jibda fl-1 ta’ Novembru tas-sena li fih ikun tkabbar l-għeneb.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru:
|
1. |
Etna bianco, bianco superiore, bianco spumante, rosso, rosato, rosato spumante. |
9 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
|
2. |
Etna rosso riserva |
8 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb adattat għall-produzzjoni tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Etna taqa’ fil-provinċja ta’ Catania u tinkludi art f’parti mit-territorji tal-muniċipalitajiet ta’ Biancavilla, S. Maria di Licodia, Ragalna, Belpasso, Nicolosi, Pedara, Trecastagni, Viagrande, Aci S. Antonio, Acireale, S. Venerina, Giarre, Mascali, Zafferana, Milo, S. Alfio, Piedimonte, Linguaglossa, Castiglione, Randazzo.
7. Varjetà ta’ għeneb tal-inbid
Carricante B.
Catarratto bianco comune B. - Catarratto
Catarratto bianco lucido B. - Catarratto
Nerello cappuccio N.
Nerello cappuccio N. - Nerello mantellato
Nerello mascalese N.
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Etna
Id-DOP Etna tinsab fil-provinċja ta’ Catania: 20 muniċipalità fil-widien tal-Etna, il-klima varjabbli u l-ħamrija joħolqu kwalità għolja ta’ produzzjoni. Kienet l-ewwel DOP ta’ Sqallija li ġiet rikonoxxuta. L-art hija vulkanika, il-klima moderata. In-Nerello Mascalese u l-Carricante jitkabbru fiż-żona tad-DOP Etna f’altitudnijiet għoljin. Id-dwieli fiż-żoni ta’ pendenza qawwija jitkabbru f’għelieqi mtarrġa miżmuma minn ħitan baxxi tas-sejjieħ magħmul minn ġebel tal-lava. L-inbejjed kollha għandhom aromi pjaċevoli, armonjużi u eleganti. Il-kompożizzjoni tal-ħamrija vulkanika u l-mineralità tagħha jtawlu l-ħajja tal-inbid. Fi Sqallija din hija ż-żona fejn l-għeneb l-iktar li jitħalla jsir; il-ħsad isir minn Settembru sa tmiem Ottubru.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Il-proċess tal-vinifikazzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Il-proċess li bih isir l-inbid, dak li jagħmlu frizzanti, dak tat-tqaddim obbligatorju u tal-maturazzjoni fil-flixkun, apparti milli ġewwa ż-żona ta’ produzzjoni demarkata, jistgħu jitwettqu fit-territorju kollu tal-muniċipalitajiet, anki jekk ikunu inklużi biss parzjalment fiż-żona demarkata, iżda wkoll fit-territorju tal-muniċipalitajiet li jmissu maż-żona ta’ produzzjoni demarkata.
Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2019/33, il-proċess ta’ bbottiljar tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Etna jridu jkunu effettwati fiż-żona tal-produzzjoni tal-inbid, sabiex titħares il-kwalità u r-reputazzjoni, u tiġi garantita l-oriġini u l-effikaċja tal-kontrolli; barra minn hekk, sabiex jitħarsu d-drittijiet prestabbiliti tal-operaturi li tradizzjonalment kienu jibbottiljaw lil hinn miż-żona ta’ produzzjoni demarkata, huma previsti awtorizzazzjonijiet individwali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(3) tal-Liġi Nru 238/2016.
Tikkettar u preżentazzjoni
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta għall-inbejjed Etna jista’ jkollha wkoll unitajiet ġeografiċi miżjuda ma’ unitajiet amministrattivi jew trejqiet oħra, li minnhom joriġina l-għeneb, hekk kif identifikati u demarkati kif elenkati fil-lista tal-Anness 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Indikazzjoni tas-sena tal-produzzjoni tal-għeneb
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Għall-inbejjed kollha bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Etna trid tiġi indikata s-sena tal-produzzjoni tal-għeneb, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed frizzanti mingħajr millesimati.
Tikkettar u preżentazzjoni
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Fit-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-inbejjed Etna, huwa permess l-użu tal-unità ġeografika usa’ “Sicilia”, skont l-Artikolu 30 tal-Liġi 238/2016 u skont l-Artikolu 7(4) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Sicilia”.
Ippakkjar u sistemi ta’ ssiġillar
Qafas legali:
Il-leġiżlazzjoni tal-UE
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-inbejjed bid-DOP Etna jridu jitpoġġew fis-suq biss f’kontenituri tal-ħġieġ b’volum nominali ta’ mhux iktar minn 3 litri. Din ir-restrizzjoni teskludi l-fliexken tradizzjonali ta’ stil Bordeaux, Bourgogne u tar-Rhin, li jistgħu jilħqu kapaċità massima ta’ 18-il litru.
Għall-inbejjed spumanti huma permessi s-sistemi kollha ta’ ssiġillar skont il-liġijiet preżenti, għajr l-użu tal-materjal tal-plastik.
Huma permessi s-sistemi kollha ta’ ssiġillar skont il-liġijiet preżenti, ħlief għat-tip Rosso Riserva u Bianco Superiore fejn l-użu tat-tappijiet tas-sufra standard huwa obbligatorju.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/17936