ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 203

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
20 ta' Mejju 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 203/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10710 — SELFINVEST / LLG / SELECTED CAR GROUP JV) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 203/02

Rata tal-kambju tal-euro — Id-19 ta’ Mejju 2022

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2022/C 203/03

Sejħa għal proposti (Nru IX-2023/02) — GĦOTJIET LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ

3

2022/C 203/04

Sejħa għal kontribuzzjonijiet (Nru IX-2023/01) — KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ

17

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 203/05

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

30

2022/C 203/06

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

44


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10710 — SELFINVEST / LLG / SELECTED CAR GROUP JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 203/01)

Fit 11 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10710. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Mejju 2022

(2022/C 203/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0525

JPY

Yen Ġappuniż

134,46

DKK

Krona Daniża

7,4423

GBP

Lira Sterlina

0,84728

SEK

Krona Żvediża

10,5098

CHF

Frank Żvizzeru

1,0265

ISK

Krona Iżlandiża

139,50

NOK

Krona Norveġiża

10,3102

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,700

HUF

Forint Ungeriż

385,83

PLN

Zloty Pollakk

4,6423

RON

Leu Rumen

4,9474

TRY

Lira Turka

16,8037

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5036

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3490

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,2594

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6551

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4576

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 343,21

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,8315

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1028

HRK

Kuna Kroata

7,5395

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 416,76

MYR

Ringgit Malażjan

4,6363

PHP

Peso Filippin

55,140

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,343

BRL

Real Brażiljan

5,2094

MXN

Peso Messikan

21,0043

INR

Rupi Indjan

81,7115


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/3


Sejħa għal proposti (Nru IX-2023/02)

“GĦOTJIET LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ”

(2022/C 203/03)

WERREJ

A.

Introduzzjoni u qafas ġuridiku 3

B.

L-għan tas-sejħa 4

C.

L-iskop, il-kategorija u l-forma ta’ finanzjament 5

D.

Il-baġit disponibbli 5

E.

Ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet għal finanzjament 5

F.

Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament 6

F.1

Il-kriterji ta’ esklużjoni 6

F.2

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà 6

F.3

Il-kriterji tal-għażla 6

F.4

Il-kriterji tad-deċiżjoni tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-finanzjament 6

G.

Kontroll kondiviż mill-parlament ewropew u mill-awtorità 7

H.

Termini u kundizzjonijiet 7

I.

Kalendarju 7

J.

Żvelar U Proċessar Ta’ Data Personali 8

K.

Informazzjoni Oħra 8

A.   INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU

1.

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”.

2.

Skont l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), kif emendat sussegwentement.

3.

Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea hija “entità li tkun formalment affiljata ma’ partit politiku Ewropew, li tkun irreġistrata mal-Awtorità skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li permezz tal-attivitajiet tagħha, skont l-għanijiet u l-valuri fundamentali segwiti mill-Unjoni, issaħħaħ u tikkomplementa l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew”.

4.

Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, fondazzjoni politika Ewropea li tkun affiljata ma’ partit politiku Ewropew eliġibbli li japplika għall-fondi taħt l-Artikolu 17(1) tar-regolament, li tkun irreġistrata skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, u li ma tkunx f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tapplika għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mat-termini u mal-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f’sejħa għal proposti.

5.

Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew qed iniedi din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li jagħmel għotjiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“is-sejħa”).

6.

Il-qafas ġuridiku ta’ bażi huwa definit fl-atti ġuridiċi li ġejjin:

a)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2019, li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2) (“Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019”);

c)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“Ir-Regolament Finanzjarju”);

d)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4);

e)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2246 tat-3 ta’ Diċembru 2015 dwar dispożizzjonijiet dettaljati għas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni applikabbli għar-reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għall-informazzjoni provduta permezz ta’ estratti standard mir-reġistru (5);

f)

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (6).

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta (7) (riformulazzjoni) għar-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu japprovaw l-emendi għar-regolament qabel jew matul is-sena finanzjarja 2023. Id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid qabel jew matul is-sena 2023 jista’ jwassal għal bidliet rilevanti fil-qafas ġuridiku bażiku għall-finanzjament tas-sena finanzjarja 2023, li jistgħu jeħtieġu rettifika teknika għal din is-sejħa.

B.   L-GĦAN TAS-SEJĦA

7.

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li jistieden lill-fondazzjonijiet politiċi rreġistrati Ewropej jippreżentaw applikazzjonijiet għal finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”).

C.   L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT

8.

L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-programm ta’ ħidma tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ għotja li għandu jiġi konkluż bejn il-fondazzjoni politika Ewropea benefiċjarja u l-Parlament Ewropew.

9.

Il-kategorija tal-finanzjament huwa l-għotja lil fondazzjonijiet politiċi Ewropej, skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (“għotja”). L-għotja tieħu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba.

10.

L-ammont massimu mħallas lill-benefiċjarju mill-Parlament Ewropew la għandu jaqbeż il-95 % tal-ispejjeż eliġibbli indikati fil-baġit proviżorju u lanqas il-95 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba.

D.   IL-BAĠIT DISPONIBBLI

11.

Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Parlament Ewropew “Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 23 000 000 kif adottat mill-Parlament Ewropew fl-abbozz ta’ estimi tiegħu. L-approprjazzjonijiet disponibbli li għandhom jitqassmu se jiġu stabbiliti mill-awtorità baġitarja fil-baġit finali approvat għas-sena 2023.

E.   IR-REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

12.

L-applikazzjonijiet għal finanzjament ikunu ammissibbli jekk:

a)

jitressqu bil-miktub bl-użu tal-formola ta’ applikazzjoni annessa ma’ din is-sejħa, inklużi d-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa hemmhekk;

b)

jinkludu l-impenn, espress bil-miktub permezz tal-iffirmar tal-formola ta’ dikjarazzjoni annessa ma’ din is-sejħa, li l-applikant jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni speċifikati fl-Anness 1b tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019;

c)

ikun fihom ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant;

d)

ikunu ntbagħtu lilll-President tal-Parlament Ewropew sat-30 ta’ Settembru 2022, preferibbilment f’format pdf, bħala kopja elettronika jew bħala oriġinali elettronika (b’firma elettronika kwalifikata1), lill-mailbox funzjonali li ġejja: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu;

Id-dokumenti tal-applikazzjonijiet irid jkunu ffirmati bl-idejn jew inkella permezz ta’ firem elettroniċi kwalifikati (QES). Fil-każ tal-firem elettroniċi kwalifikati, dawn iridu jkunu konformi mar-Regolament dwar l-Identifikazzjoni Elettronika u s-Servizzi Fiduċjarji (eIDAS) (8).

Jekk l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati b’mod elettroniku u meta ċerti dokumenti jkollhom firem bl-idejn, l-applikant għandu jżomm u jipproduċi l-oriġinal, sħiħ jew parti minnu, fuq talba tas-servizzi tal-Parlament Ewropew u jibgħat dawk l-oriġinali fl-indirizz fiżiku li ġej:

President tal-Parlament Ewropew

Għall-attenzjoni tas- Sur Didier Kléthi, Direttur Ġenerali tal-Finanzi

ADENAUER 04T003

L-2929 il-Lussemburgu

IL-LUSSEMBURGU

13.

Meta, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019, l-applikant jiġi mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jippreżenta d-dokumenti ġustifikattivi oriġinali jew kjarifiki fuq il-karta rigward l-applikazzjoni, l-applikant għandu juża l-indirizz fiżiku indikat fil-paragrafu 12. Dokumenti elettroniċi ffirmati bil-firma elettronika kwalifikata huma aċċettati wkoll, u għandhom jintbagħtu lill-mailbox funzjonali: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

Kwalunkwe korrispondenza oħra fir-rigward tal-applikazzjoni għandha tuża l-mailbox funzjonali indikata hawn fuq

14.

L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jistgħu jiġu rrifjutati.

F.   IL-KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

F.1   Il-kriterji ta’ esklużjoni

15.

L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk:

a)

ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikoli 136(1), 136(2) jew 141 tar-Regolament Finanzjarju;

b)

suġġetti għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

F.2   Il-kriterji ta’ eliġibbiltà

16.

Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikanti jeħtieġ li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Dan ifisser li kull applikant:

a)

jeħtieġ li jkun irreġistrat mal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (9) (“l-Awtorità”), f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

b)

jeħtieġ li jkun affiljat ma’ partit politiku Ewropew li jissodisfa l-kriterji kollha biex jingħata kontribuzzjoni lill-partiti politiċi Ewropej (10);

c)

jeħtieġ li jikkonforma mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri jeħtieġ li jkun issottometta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali (11), rapport tal-awditjar estern u l-lista ta’ donaturi u kontributuri, kif speċifikat hemmhekk.

F.3   Il-kriterji tal-għażla

17.

Skont l-Artikolu 198 tar-Regolament Finanzjarju, “l-applikant għandu jkollu sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament għaż-żamma tal-attività tiegħu matul il-perijodu li għalih tingħata l-għotja u għandu jipparteċipa fil-finanzjament tagħha (‘kapaċità finanzjarja’). L-applikant għandu jkollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma proposti sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-att bażiku (‘kapaċità operazzjonali’)”.

F.4   Il-kriterji tad-deċiżjoni tal-għoti u d-distribuzzjoni tal-finanzjament

18.

Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni li ġejja:

a)

10 % se jitqassmu f’ishma ndaqs fost il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej benefiċjarji;

b)

90 % se jitqassmu bejn il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej benefiċjarji bi proporzjon mas-sehem tagħhom ta’ membri eletti fil-Parlament Ewropew fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji li l-applikanti jkunu affiljati magħhom.

G.   KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-AWTORITÀ

19.

L-Artikolu 24(1) u (2) (12) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità.

20.

Fejn skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità għandha l-kompetenza li tiċċekkja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew se jibgħat l-applikazzjonijiet għal finanzjament lill-Awtorità.

21.

Fl-istadji kollha tal-proċedura [tal-għoti], l-applikanti jibqgħu meħtieġa mill-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 li jipprovdu, fuq talba tal-Awtorità, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli li għalihom hija responsabbli. Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari dokumentazzjoni jew kjarifiki addizzjonali għall-applikazzjonijiet għal finanzjament, li għandhom jiġu ppreżentati fil-format speċifikat mill-Awtorità.

22.

L-Awtorità se tikkomunika lill-Parlament Ewropew ir-riżultat tal-kontrolli u l-verifiki tagħha.

H.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

23.

L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jiddeċiedi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minkejja kwalunkwe informazzjoni pprovduta fi stadju iktar tard jew ippubblikata permezz ta’ kanali oħra.

24.

Rigward il-kundizzjoni li applikant ikompli jissodisfa l-kriterji għall-finanzjament, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-applikant.

25.

It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1b tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019.

26.

Kull applikant għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 25 ta’ din is-sejħa, billi jiffirma l-formola ta’ dikjarazzjoni annessa ma’ din is-sejħa. Dawn it-termini u kundizzjonijiet jorbtu l-benefiċjarju li jingħatalu l-finanzjament u huma stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.

I.   KALENDARJU

27.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament hija t-30 ta’ Settembru 2022.

28.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal proposti. Wara dik id-deċiżjoni, id-deċiżjonijiet individwali ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew jiġu nnotifikati lill-applikanti.

29.

Huwa previst li f’Jannar 2023, l-applikanti magħżula se jirċievu l-abbozz tal-ftehim ta’ għotja li għandu jiġi ffirmat minnhom u li l-applikanti miċħuda se jiġu infurmati fl-istess ħin. Il-Ftehim ta’ għotja jista’ jiġi ffirmat b’firma elettronika kwalifikata (QES). Il-ħlas tal-prefinanzjament għandu jsir fi żmien 30 jum wara l-iffirmar sussegwenti tal-ftehim ta’ għotja f’isem il-Parlament Ewropew.

J.   ŻVELAR U PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

30.

Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għandhom jippubblikaw, inkluż fuq l-internet, informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

31.

Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din is-sejħa għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (13) u skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

32.

Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u ta’ salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ din id-data lill-entitajiet responsabbli għat-twettiq ta’ kompiti ta’ verifika u awditjar skont il-liġi tal-Unjoni, bħas-servizzi tal-awditjar intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

33.

Abbażi ta’ talba bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika relatata mal-benefiċjarju tista’ tikseb aċċess għad-data personali tagħha u tikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew mhux kompluta. It-talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tista’ tiġi mressqa lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew. Il-persuna konċernata tista’, f’kull ħin, tilmenta mal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tagħha.

34.

Id-data personali tista’ tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1) u 141 tar-Regolament Finanzjarju.

K.   INFORMAZZJONI OĦRA

35.

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-mailbox funzjonali li ġejja: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu

36.

Il-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 6(b) ta’ din is-sejħa u l-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament annessi ma’din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew (https://www.europarl.europa.eu/contracts-and-grants/mt/list-of-notices/)

Anness: Il-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament, inklużi l-formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja, id-dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali u dwar il-kriterji ta’ esklużjoni, il-mudell tal-baġit proviżorju u d-dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tressqet permezz ta’ partit politiku Ewropew affiljat.


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1. Ġew ippubblikati żewġ emendi, fil-ĠU L 114 I 4.5.2018 p. 1 u fil-ĠU L 85 I 27.3.2019 p. 7.

(2)  ĠU C 249, 25.7.2019, p. 2.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

(5)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28.

(6)  Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ta’ Settembru 2021.

(7)  COM(2021) 734 final, 2021/0375(COD).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE, (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(9)  Stabbilita skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014.

(10)  Skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju.

(11)  Sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: għadu kemm inħoloq, eċċ.).

(12)  L-Artikolu 24(1)-(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Regoli ġenerali dwar il-kontroll:

“1.   Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti.

2.   L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ dawn il-kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”

(13)  ĠU L 295, 21.11.2018, p 39.


ANNESS a

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT

GĦOTJIET (1) LILL-FONDAZZJONIJIET POLITIĊI EWROPEJ

GĦAS-SENA FINANZJARJA [DAĦĦAL IS-SENA]

FIEX TIKKONSISTI L-APPLIKAZZJONI GĦALL-FINANZJAMENT

Il-lista li ġejja hi maħsuba biex tgħinek tħejji l-applikazzjoni tiegħek għal finanzjament. Din tista’ tintuża bħala checklist biex tiżgura li tkun inkludejt id-dokumenti meħtieġa kollha.

Numru tad-dokument

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti

 

 

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti iżda li mhumiex inklużi f’dan il-mudell tal-applikazzjoni għall-finanzjament

 

1.

Ittra ta’ akkumpanjament b’indikazzjoni tal-ammont tal-għotja mitluba għas-sena finanzjarja n, iffirmata mir-rappreżentant legali

2.

Ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant

3.

Lista tal-persuni li jkollhom poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq l-organizzazzjoni applikanti, bħall-President, membri tal-Bord, is-Segretarju Ġenerali, it-Teżorier (2)

4.

Prova ta’ reġistrazzjoni mill-Awtorità fid-data tal-applikazzjoni għall-finanzjament (unikament għall-applikanti li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni għadha mhix disponibbli pubblikament għalihom, jiġifieri għadha ma ġietx ippubblikata fuq is-sit web tal-Awtorità jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali)

5.

Programm ta’ ħidma

6.

Unikament fil-każ ta’ applikant ġdid li ma setax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014: id-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati l-aktar riċenti, imħejjija minn kontabilista professjonali

 

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti u li huma inklużi f’dan il-mudell tal-applikazzjoni għal finanzjament

 

7.

Formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja (unikament fil-każ ta’ applikant ġdid, jew fil-każ ta’ bidliet fl-isem, l-indirizz jew il-kont bankarju)

8.

Dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali u dwar il-kriterji ta’ esklużjoni

9.

Baġit proviżorju bbilanċjat

10.

Dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tressqet permezz ta’ partit politiku Ewropew affiljat

FORMOLA TA’ IDENTIFIKAZZJONI FINANZJARJA

Image 1

DIKJARAZZJONI DWAR IT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI U DWAR IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI

Jiena, hawn taħt iffirmat, ir-rappreżentant legali ta’ [daħħal l-isem tal-applikant] niċċertifika li:

qrajt it-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fil-mudell tal-ftehim ta’ għotja, u naqbel magħhom,

l-applikant ma jinsabx f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1)* u 141* tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Ir-Regolament Finanzjarju”) (3),

l-applikant mhux suġġett għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1)(*) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a)(*) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

l-organizzazzjoni applikanti għandha l-kapaċitajiet finanzjarji u organizzattivi biex timplimenta l-ftehim ta’ għotja,

l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni kif ukoll fl-annessi tagħha hija preċiża u ebda informazzjoni, kollha jew parti minnha, ma nżammet moħbija mill-Parlament Ewropew.

Firma awtorizzata:

Titlu (Sa, Sur, Prof ...), kunjom u isem:

 

Funzjoni fl-organizzazzjoni li qed tapplika għal finanzjament:

 

Post/Data:

 

Firma:

 

(*)

L-Artikoli elenkati hawn fuq hemm referenza għalihom hawn taħt:

 

Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju:

 

L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 135(2) milli tieħu sehem fi proċeduri ta’ għoti rregolati minn dan ir-Regolament jew milli tingħażel sabiex timplimenta fondi tal-Unjoni fejn dik il-persuna jew entità tkun tinsab f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni li ġejjin:

(a)

il-persuna jew l-entità tkun falliet, jew tkun soġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, ikollha l-assi tagħha qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, tkun tinsab fi ftehim ma’ kredituri, ikollha l-attivitajiet kummerċjali tagħha sospiżi, jew tkun qiegħda fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun qiegħda tikser l-obbligi tagħha relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta fi kwalunkwe aġir illegali li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha fejn dan it-tip ta’aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b’mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

rappreżentazzjoni ħażina b’mod frodulenti jew b’negliġenza ta’ informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew għall-issodisfar tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew tal-għażla jew fl-eżekuzzjoni tal-impenn legali;

(ii)

id-dħul fi ftehim ma’ persuni jew ma’ entitajiet oħrajn bl-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli matul il-proċedura ta’ għoti;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtih vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-persuna tkun ħatja ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995;

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 jew korruzzjoni attiva fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997, jew aġir imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI, jew korruzzjoni kif iddefinita f’liġijiet applikabbli oħrajn;

(iii)

imġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali, kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI;

(iv)

ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(v)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI, rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta’ tali reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni;

(vi)

tħaddim tat-tfal jew reati oħra li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(e)

il-persuna jew l-entità tkun uriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni ta’ impenn legali iffinanzjat mill-baġit, li jkunu:

(i)

wasslu għat-terminazzjoni bikrija ta’ impenn legali;

(ii)

wasslu għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn; or

(iii)

ġew skoperti minn uffiċjal awtorizzanti, mill-OLAF jew mill-Qorti tal-Awdituri wara verifiki, awditjar jew investigazzjonijiet;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun wettqet irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(g)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew entità ħolqot entità f’ġurisdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor fil-ġurisdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċipali tan-negozju tagħha;

(h)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g).

 

L-Artikolu 141(1) tar-Regolament Finanzjarju:

 

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jiċħad minn proċedura ta’ għoti lil parteċipant li:

(a)

ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 136;

(b)

ikun irrappreżenta b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jipprovdi din l-informazzjoni;

(c)

qabel kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor.

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikant ma jistax ikun soġġett għal xi waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (a)(v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2).

 

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - L-Artikolu 27(1):

 

Skont l-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tiddeċiedi li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru bħala sanzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-partit jew il-fondazzjoni in kwistjoni jkunu nstabu permezz ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata li ingaġġaw f’attivitajiet illegali ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

meta jiġi stabbilit, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 10(2) sa (5), li ma jkunux għadhom jissodisfaw waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3(1) jew 3(2);

(ba)

meta d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-partit jew tal-fondazzjoni inkwistjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni żbaljata jew żvijanti li għaliha jkun responsabbli l-applikant, jew meta tali deċiżjoni tkun inkisbet b’qerq; or

(c)

meta talba ta’ Stat Membru li jsir qtugħ mir-reġistru għal raġunijiet ta’ nuqqas serju li jitwettqu l-obbligi skont il-liġi nazzjonali tkun tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 16(3).

 

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Artikolu 27(2)(a),(v), (vi) u (vii):

 

L-Awtorità għandha timponi sanzjonijiet finanzjarji fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ksur mhux kwantifikabbli:

(v)

meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu instabu permezz ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata li jkunu ingaġġaw f’attivitajiet illegali li huma ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(vi)

meta l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jkunu fi kwalunkwe ħin bi ħsieb naqsu milli jagħtu informazzjoni jew bi ħsieb taw informazzjoni mhix korretta jew qarrieqa, jew fejn l-entitajiet awtorizzati minn dan ir-Regolament biex jawditjaw jew iwettqu kontrolli fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jsibu ineżattezzi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali li jitqiesu li jikkostitwixxu nuqqasijiet materjali jew dikjarazzjonijiet mhux korretti ta’ entrati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(vii)

meta, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika prevista fl-Artikolu 10a, jiġi stabbilit li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ data personali.


(1)  Il-kategorija tal-finanzjament hija l-għotja operattiva, skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(2)  Pereżempju b’referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istatuti tal-applikant, fejn applikabbli.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


ANNESS b

BAĠIT PROVIŻORJU

Spejjeż

 

Dħul

Spejjeż eliġibbli

Baġit

Reali

 

 

Baġit

Reali

A.1:

Spejjeż tal-persunal

1.

Salarji

2.

Kontribuzzjonijiet

3.

Taħriġ professjonali

4.

Spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal

5.

Spejjeż oħra tal-persunal

 

 

 

D.1

Allokazzjoni tal-“Proviżjoni biex tkopri l-ispejjeż eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N”

Mhux Applikabbli

 

D.2

Finanzjament tal-Parlament Ewropew allokat għas-sena N

 

 

D.3

Kontribuzzjonijiet tal-membri

 

 

3.1

mill-organizzazzjonijiet tal-membri

3.2

mill-membri individwali

 

 

A.2:

Spejjeż tal-infrastruttura u tal-operat

1.

Kera, imposti u spejjeż tal-manutenzjoni

2.

Spejjeż relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

3.

Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

4.

Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

5.

Imposti tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

6.

Spejjeż għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

7.

Spejjeż oħra tal-infrastruttura

 

 

D.4

Donazzjonijiet

 

 

 

 

 

D.5

Riżorsi proprji oħra

 

 

(iridu jiġu speċifikati)

 

 

A.3:

Spejjeż amministrattivi

1.

Spejjeż ta’ dokumentazzjoni (ġurnali, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

2.

Spejjeż ta’ studji u ta’ riċerka

3.

Spejjeż legali

4.

Spejjeż ta’ kontabbiltà u awditjar

5.

Spejjeż amministrattivi mixxellanji

6.

Appoġġ lil partijiet terzi

 

 

A.4:

Spejjeż ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

1.

Spejjeż ta’ laqgħat

2.

Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

3.

Spejjeż ta’ rappreżentanza

4.

Spejjeż ta’ stediniet

5.

Spejjeż oħra relatati ma’ laqgħat

 

 

A.5:

Spejjeż marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni

1.

Spejjeż tal-pubblikazzjoni

2.

Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet:

3.

Spejjeż ta’ pubbliċità

4.

Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

5.

Seminars u wirjiet

6.

Spejjeż oħra relatati mal-informazzjoni

 

 

A.6:

Allokazzjoni tal-“Proviżjoni biex tkopri l-ispejjeż eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N+1”

 

 

A.

SPEJJEŻ ELIĠIBBLI TOTALI

 

 

Spejjeż ineliġibbli

1.

Allokazzjonijiet għal provvisti oħra

2.

Ħlasijiet finanzjarji

3.

Telf mill-kambju

4.

Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

5.

Oħrajn (iridu jkunu speċifikati)

6.

Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

B.

SPEJJEŻ INELIĠIBBLI TOTALI

 

 

C.

SPEJJEŻ TOTALI

 

 

D.6.

Imgħax mill-prefinanzjament

 

 

D.7.

Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

 

D.

DĦUL TOTALI

 

 

E.

Profitt/Telf (D-C)

 

 

 

F.

Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

 

 

G.

Profitt/Telf biex tiġi vverifikata l-konformità mar-regola ta’ ebda profitt (E-F)

 

 

DIKJARAZZJONI LI L-APPLIKAZZJONI TRESSQET PERMEZZ TA’ PARTIT POLITIKU EWROPEW AFFILJAT

Jiena, hawn taħt iffirmat, ir-rappreżentant legali ta’ [daħħal l-isem tal-partit], niddikjara li, skont l-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikazzjoni preżenti għall-finanzjament ta’ [daħħal l-isem tal-applikant] għas-sena finanzjarja 2023 hija mressqa permezz tal-partit politiku Ewropew affiljat tiegħu [daħħal l-isem tal-partit politiku Ewropew affiljat].

Firma awtorizzata:

Titlu (Sa, Sur, Prof ...), kunjom u isem:

 

Funzjoni fil-partit politiku Ewropew:

 

Post/Data:

 

Firma:

 


20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/17


Sejħa għal kontribuzzjonijiet (Nru IX-2023/01)

“KONTRIBUZZJONIJIET LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ”

(2022/C 203/04)

WERREJ

A.

Introduzzjoni u qafas ġuridiku 18

B.

L-objettiv tas-sejħa 19

C.

L-iskop, il-kategorija u l-forma ta’ finanzjament 19

D.

Il-baġit disponibbli 19

E.

Rekwiżiti ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet għal finanzjament 19

F.

Il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament 20

F.1

Il-kriterji ta’ esklużjoni 20

F.2

Il-kriterji ta’ eliġibbiltà 20

F.3

Il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjoni u d-distribuzzjoni tal-finanzjament 20

G.

Kontroll kondiviż mill-Parlament Ewropew u l-Awtorità 21

H.

Termini u kundizzjonijiet 21

I.

Kalendarju 21

J.

Żvelar u pproċessar ta’ data personali 22

K.

Informazzjoni oħra 22

A.   INTRODUZZJONI U QAFAS ĠURIDIKU

1.

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”.

2.

Skont l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistabbilixxu r-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom. Ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), kif emendat sussegwentement.

3.

Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, partit politiku Ewropew li jkun irreġistrat skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tar-Regolament u rrappreżentat fil-Parlament Ewropew b’minn tal-inqas wieħed mill-membri tiegħu, u li ma jkunx f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju, jista’ japplika għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ippubblikati mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew f’sejħa għal kontribuzzjonijiet.

4.

Għaldaqstant, il-Parlament Ewropew qed ivara din is-sejħa għal kontribuzzjonijiet bil-ħsieb li jagħti kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej (“is-sejħa”).

5.

Il-qafas ġuridiku ta’ bażi huwa definit f’dawn l-atti ġuridiċi:

a)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Lulju 2019, li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (2) (“Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019”);

c)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regolament Finanzjarju”);

d)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4);

e)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2246 tat-3 ta’ Diċembru 2015 dwar dispożizzjonijiet dettaljati għas-sistema tan-numri tar-reġistrazzjoni applikabbli għar-reġistru tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u għall-informazzjoni provduta permezz ta’ estratti standard mir-reġistru (5);

f)

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (6).

Fil-25 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta (7) (riformulazzjoni) għar-reviżjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jistgħu japprovaw l-emendi għar-regolament qabel jew matul is-sena finanzjarja 2023. Id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid qabel jew matul is-sena 2023 jista’ jiskatta bidliet rilevanti fil-qafas ġuridiku bażiku għall-finanzjament tal-2023, li jistgħu jeħtieġu rettifika teknika għal din is-sejħa.

B.   L-OBJETTIV TAS-SEJĦA

6.

L-objettiv ta’ din is-sejħa huwa li l-partiti politiċi reġistrati Ewropej jiġu mistiedna jressqu applikazzjonijiet għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni (“applikazzjonijiet għal finanzjament”).

C.   L-ISKOP, IL-KATEGORIJA U L-FORMA TA’ FINANZJAMENT

7.

L-iskop tal-finanzjament huwa li jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-partit politiku Ewropew għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni li għandu jiġi konkluż bejn il-partit politiku Ewropew benefiċjarju u l-Parlament Ewropew.

8.

Il-kategorija tal-finanzjament hija l-kontribuzzjoni lill-partiti politiċi Ewropej, skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju (“il-kontribuzzjoni”). Il-kontribuzzjoni tieħu l-forma ta’ rimborż ta’ perċentwal tan-nefqa rimborżabbli li tkun saret.

9.

L-ammont massimu mħallas lill-benefiċjarju mill-Parlament Ewropew m’għandux jeċċedi d-90% tan-nefqa rimborżabbli indikata fil-baġit stmat jew 90% tan-nefqa rimborżabbli mġarrba.

D.   IL-BAĠIT DISPONIBBLI

10.

Il-finanzjament previst għas-sena finanzjarja 2023 skont l-Artikolu 402 tal-baġit tal-Parlament Ewropew “Finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej” jammonta għal EUR 46 000 000 kif adottat mill-Parlament Ewropew fl-abbozz ta’ estimi tiegħu. L-approprjazzjonijiet disponibbli li għandhom jitqassmu se jiġu stabbiliti mill-awtorità baġitarja fil-baġit finali approvat għas-sena 2023.

E.   REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

11.

L-applikazzjonijiet għal finanzjament ikunu ammissibbli jekk:

a)

jitressqu bil-miktub bl-użu tal-formola ta’ applikazzjoni annessa ma’ din is-sejħa, inklużi d-dokumenti ġustifikattivi kollha meħtieġa hemmhekk;

b)

jinkludu l-impenn, espress bil-miktub permezz tal-iffirmar tal-formola ta’ dikjarazzjoni annessa ma’ din is-sejħa, li l-applikant jaqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni speċifikati fl-Anness 1a tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019;

c)

ikun fihom ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant;

d)

jiġu mgħoddija lill-President tal-Parlament Ewropew sat-30 ta’ Settembru 2022, preferibbilment f’format pdf, bħala kopja elettronika jew bħala oriġinali elettronika (b’firma elettronika kwalifikata1), lill-mailbox funzjonali li ġejja: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

Id-dokumenti tal-applikazzjonijiet irid jkunu ffirmati bl-idejn jew inkella permezz ta’ firem elettroniċi kwalifikati (QES). Fil-każ tal-firem elettroniċi kwalifikati, dawn iridu jkunu konformi mar-Regolament dwar l-Identifikazzjoni Elettronika u s-Servizzi Fiduċjarji (eIDAS) (8).

Jekk l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati b’mod elettroniku u meta ċerti dokumenti jkollhom firem bl-idejn, l-applikant għandu jżomm u jipproduċi l-oriġinal, sħiħ jew parti minnu, fuq talba tas-servizzi tal-Parlament Ewropew u jibgħat dawk l-oriġinali fl-indirizz fiżiku li ġej:

President tal-Parlament Ewropew

Għall-attenzjoni tas- Sur Didier Kléthi, Direttur Ġenerali tal-Finanzi

ADENAUER 04T003

L-2929 il-Lussemburgu

IL-LUSSEMBURGU

12.

Meta, skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 Lulju 2019, l-applikant jiġi mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jippreżenta d-dokumenti ġustifikattivi oriġinali jew kjarifiki fuq il-karta rigward l-applikazzjoni, l-applikant għandu juża l-indirizz fiżiku indikat fil-paragrafu 11. Dokumenti elettroniċi ffirmati bil-firma elettronika kwalifikata huma aċċettati wkoll, u għandhom jintbagħtu lill-mailbox funzjonali: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu.

Kwalunkwe korrispondenza oħra fir-rigward tal-applikazzjoni għandha tuża l-mailbox funzjonali indikata hawn fuq.

13.

L-applikazzjonijiet li jitqiesu mhux kompluti jistgħu jiġu rrifjutati.

F.   IL-KRITERJI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FINANZJAMENT

F.1   Il-kriterji ta’ esklużjoni

14.

L-applikanti għandhom jiġu esklużi mill-proċedura ta’ finanzjament jekk ikunu:

a)

f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikoli 136(1), 136(2) jew 141 tar-Regolament Finanzjarju;

b)

soġġetti għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

F.2   Il-kriterji ta’ eliġibbiltà

15.

Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni, l-applikanti jeħtiġilhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri l-applikant:

a)

jeħtieġlu jkun irreġistrat mal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (9) (“l-Awtorità”), f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

b)

jeħtieġlu jkun irrappreżentat fil-Parlament Ewropew minn mill-inqas Membru wieħed tal-Parlament Ewropew;

c)

jeħtieġlu jikkonforma mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri jeħtieġlu li jkun issottometta d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali (10), rapport tal-awditjar estern u l-lista tad-donaturi, kif speċifikat f’dan l-Artikolu;

d)

jeħtieġlu jikkonforma mal-obbligi elenkati fl-Artikolu 18(2a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, jiġifieri jeħtieġlu li jkun issottometta l-evidenza li turi li l-partiti tal-UE membri tiegħu, b’mod ġenerali, ippubblikaw fis-siti web tagħhom, b’mod viżibbli b’mod ċar u faċli għall-utent, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew għal perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2021 u t-30 ta’ Settembru 2022.

16.

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, sħubija ta’ Membru tal-Parlament Ewropew f’diversi partiti politiċi Ewropej se tirriżulta fil-kunsiderazzjoni tal-Membru kkonċernat bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li, fejn rilevanti, għandu jkun dak li l-partit politiku nazzjonali jew reġjonali tiegħu jkun affiljat miegħu fid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament.

17.

Il-partiti membri tal-partiti politiċi Ewropej huma mħeġġa jinkludu informazzjoni dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fuq is-siti web tagħhom.

F.3   Il-kriterji tat-teħid tad-deċiżjoni u d-distribuzzjoni tal-finanzjament

18.

Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-approprjazzjonijiet disponibbli rispettivi għandhom jitqassmu kull sena. Dawn għandhom jitqassmu fost il-partiti politiċi Ewropej li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ikunu ġew approvati fid-dawl tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ esklużjoni, abbażi tal-formula ta’ distribuzzjoni segwenti:

a)

10 % se jitqassmu f’ishma ndaqs fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji;

b)

90 % se jitqassmu fost il-partiti politiċi Ewropej benefiċjarji bi proporzjon mas-sehem tagħhom ta’ membri eletti fil-Parlament Ewropew; skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament 1141/2014, Membru tal-Parlament Ewropew għandu jitqies bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li, fejn rilevanti, għandu jkun il-partit li l-partit nazzjonali jew reġjonali tiegħu ikun affiljat miegħu fid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament.

G.   KONTROLL KONDIVIŻ MILL-PARLAMENT EWROPEW U L-AWTORITÀ

19.

L-Artikolu 24(1) u (2) (11) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi kontroll kondiviż bejn il-Parlament Ewropew u l-Awtorità.

20.

Fejn, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-Awtorità għandha l-kompetenza li tiċċekkja l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew se jibgħat l-applikazzjonijiet għal finanzjament lill-Awtorità.

21.

Fl-istadji kollha tal-proċedura [ta’ għoti], l-applikanti jibqgħu meħtieġa mill-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 li jipprovdu, fuq talba tal-Awtorità, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-fini tat-twettiq tal-kontrolli li għalihom hija responsabbli. Din tista’ tinkludi b’mod partikolari dokumentazzjoni jew kjarifiki addizzjonali għall-applikazzjonijiet għal finanzjament, li għandhom jiġu ppreżentati fil-format speċifikat mill-Awtorità.

22.

L-Awtorità se tikkomunika r-riżultat tal-kontrolli u l-verifiki tagħha lill-Parlament Ewropew.

H.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

23.

L-applikanti huma obbligati li jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe bidla fir-rigward tad-dokumenti mressqa jew fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-applikazzjoni fi żmien ġimagħtejn minn tali bidla. Fin-nuqqas ta’ tali notifika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’ jiddeċiedi abbażi tal-informazzjoni disponibbli, minkejja kwalunkwe informazzjoni pprovduta fi stadju iktar tard jew ippubblikata permezz ta’ kanali oħra.

24.

Rigward il-kundizzjoni li l-applikant ikompli jissodisfa l-kriterji għall-finanzjament, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-applikant.

25.

It-termini u l-kundizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-Unjoni li għandu jingħata taħt din is-sejħa huma stabbiliti fl-Anness 1a tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-1 ta’ Lulju 2019.

26.

Kull applikant għandu jaċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 25 ta’ din is-sejħa, billi jiffirma l-formola ta’ dikjarazzjoni annessa ma’ din is-sejħa. Dawn it-termini u l-kundizzjonijiet jorbtu l-benefiċjarju li jingħatalu l-finanzjament u huma stabbiliti fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni.

I.   KALENDARJU

27.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament hija t-30 ta’ Settembru 2022.

28.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur wara l-għeluq tas-sejħa għal kontribuzzjonijiet. Wara dik id-deċiżjoni, id-deċiżjonijiet individwali ffirmati mill-President tal-Parlament Ewropew jiġu nnotifikati lill-applikanti.

29.

Huwa previst li f’Jannar 2023, l-applikanti magħżula se jirċievu l-abbozz tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni li għandu jiġi ffirmat minnhom u li l-applikanti miċħuda se jiġu infurmati fl-istess ħin. Il-ftehim ta’ kontribuzzjoni jista’ jiġi ffirmat permezz ta’ firma elettronika kwalifikata (QES). Il-ħlas tal-finanzjament minn qabel għandu jsir fi żmien 30 ġurnata mill-iffirmar sussegwenti tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni f’isem il-Parlament Ewropew.

J.   ŻVELAR U PPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

30.

Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għandhom jippubblikaw, inkluż fuq l-internet, informazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

31.

Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din is-sejħa għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (12) u skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

32.

Tali data għandha tkun ipproċessata għall-fini ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għal finanzjament u ta’ salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ din id-data lill-entitajiet responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ verifika u awditjar skont il-liġi tal-Unjoni, bħas-servizzi tal-awditjar intern tal-Parlament Ewropew, l-Awtorità, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

33.

Abbażi ta’ talba bil-miktub, kwalunkwe persuna fiżika relatata mal-benefiċjarju tista’ tingħata aċċess għad-data personali tagħha u tikkoreġi kwalunkwe data żbaljata jew mhux kompluta. It-talba li tirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tista’ tiġi mressqa lid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Ewropew jew lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew. Il-persuna konċernata tista’, f’kull ħin, tilmenta mal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data dwar dak li jirrigwarda l-ipproċessar tad-data personali tagħha.

34.

Id-data personali tista’ tiġi reġistrata fis-Sistema ta’ Individwazzjoni u ta’ Esklużjoni Bikrija mill-Parlament Ewropew, jekk il-benefiċjarju jkun f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136(1) u 141 tar-Regolament Finanzjarju.

K.   INFORMAZZJONI OĦRA

35.

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għandha tintbagħat b’email, filwaqt li tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, lill-mailbox funzjonali li ġejja: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu

36.

Il-leġiżlazzjoni bażika speċifikata fil-paragrafu 5(b) ta’ din is-sejħa u l-formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament annessi ma’ din is-sejħa huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew (https://www.europarl.europa.eu/contracts-and-grants/mt/list-of-notices/).

Anness: Formola ta’ applikazzjoni għal finanzjament, inkluża l-formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja, id-dikjarazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni, u l-mudell ta’ baġit stmat


(1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1. Ġew ippubblikati żewġ emendi fil-ĠU L 114 I, 4.5.2018 p. 1 u fil-ĠU L 85 I, 27.3.2019 p. 7.

(2)  ĠU C 249, 25.7.2019, p. 2.

(3)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

(5)  ĠU L 318, 4.12.2015, p. 28.

(6)  Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew ta’ Settembru 2021.

(7)  COM(2021) 734 final, 2021/0375 (COD)

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(9)  Stabbilita skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1141/2014.

(10)  Sakemm l-applikant ma jkunx soġġett għall-kontroll taħt l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 (pereżempju: għadu kemm inħoloq)

(11)  L-Artikolu 24(1)-(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Regoli ġenerali dwar il-kontroll:

“1.

Il-kontroll tal-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati, f’kooperazzjoni, mill-Awtorità, mill-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew u mill-Istati Membri kompetenti.

2.

L-Awtorità għandha tikkontrolla l-konformità tal-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej mal-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (d) sa (f) tal-Artikolu 4(1), il-punti (a) sa (e) u (g) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 9(5) u (6), u l-Artikoli 20, 21 u 22.

L-Uffiċjal Awtorizzanti tal-Parlament Ewropew għandu jikkontrolla l-konformità mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tal-obbligi relatati mal-finanzjament mill-Unjoni taħt dan ir-Regolament skont ir-Regolament Finanzjarju. Fit-twettiq ta’ tali kontrolli, il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri meħtieġa fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-frodi u tal-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”

(12)  ĠU L 295, 21.11.2018, p 39.


ANNESS a

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT

KONTRIBUZZJONIJIET (1) LILL-PARTITI POLITIĊI EWROPEJ

GĦAS-SENA FINANZJARJA [DAĦĦAL IS-SENA]

FIEX TIKKONSISTI L-APPLIKAZZJONI GĦAL FINANZJAMENT

It-tabella li ġejja hi maħsuba biex tgħinek fil-preparazzjoni tal-applikazzjoni għall-finanzjament tiegħek. Din tista’ tintuża bħala checklist biex tiżgura li tkun inkludejt id-dokumenti meħtieġa kollha.

Numru tad-dokument

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti

 

 

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti iżda li mhumiex inklużi f’dan il-mudell tal-applikazzjoni għal finanzjament

 

1.

Ittra ta’ akkumpanjament b’indikazzjoni tal-ammont ta’ kontribuzzjoni mitlub għas-sena finanzjarja n, iffirmata mir-rappreżentant legali

2.

Ittra ta’ rappreżentant legali li tiċċertifika l-awtorizzazzjoni biex jitwettqu obbligi legali f’isem l-applikant

3.

Lista tal-persuni li jkollhom poteri ta’ rappreżentanza, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fuq l-organizzazzjoni applikanti, bħall-President, il-membri tal-Bord, is-Segretarju Ġenerali, it-Teżorier (2)

4.

Prova ta’ reġistrazzjoni mill-Awtorità fid-data tal-applikazzjoni għal finanzjament (unikament għall-applikanti li d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni għadha mhix disponibbli pubblikament għalihom, jiġifieri għadha ma ġietx ippubblikata fuq is-sit web tal-Awtorità jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali)

5.

Lista tal-Membri tiegħu tal-Parlament Ewropew, bi prova aġġornata ta’ sħubija u li tistabbilixxi l-isem, il-pajjiż tal-oriġini, l-affiljazzjoni diretta jew indiretta mal-partit politiku Ewropew (3) u isem il-partit nazzjonali jew reġjonali rilevanti ta’ affiljazzjoni (jekk applikabbli) (4)

6.

Evidenza li turi li l-partiti tal-UE membri tiegħu, b’mod ġenerali, ippubblikaw fis-siti web tagħhom, viżibbli b’mod ċar u faċli għall-utent, il-programm politiku u l-logo tal-partit politiku Ewropew għal perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2021 u t-30 ta’ Settembru 2022.

7.

Unikament fil-każ ta’ applikant ġdid li ma setax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014: id-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati l-aktar riċenti, imħejjija minn kontabilist professjonali

 

Dokumenti li jridu jiġu pprovduti u li huma inklużi f’dan il-mudell tal-applikazzjoni għal finanzjament

 

8.

Formola ta’ identifikazzjoni finanzjarja (unikament fil-każ ta’ applikant ġdid, jew fil-każ ta’ bidliet fl-isem, l-indirizz jew kont bankarju)

9.

Dikjarazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u t-termini ġenerali kif ukoll il-kriterji ta’ esklużjoni

10.

Baġit proviżorju bbilanċjat

FORMOLA TA’ IDENTIFIKAZZJONI FINANZJARJA

Image 2

DIKJARAZZJONI DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET U T-TERMINI ĠENERALI U DWAR IL-KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI

Jiena, hawn taħt iffirmat, ir-rappreżentant legali ta’ [daħħal l-isem tal-applikant] niċċertifika li:

qrajt il-Kundizzjonijiet u t-Termini Ġenerali kif stipulat fil-mudell tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni u naqbel magħhom;

l-applikant ma jinsabx f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1)(*) u 141(*) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Ir-Regolament Finanzjarju”) (5),

l-applikant mhux soġġett għal kwalunkwe sanzjoni prevista fl-Artikolu 27(1)(*) u fil-punti (v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2)(a)(*) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

l-informazzjoni mogħtija f’din l-applikazzjoni kif ukoll fl-annessi tagħha hija preċiża u ebda informazzjoni, kollha jew parti minnha, ma nżammet moħbija mill-Parlament Ewropew.

Firma awtorizzata:

Titlu (Sa, Sur, Prof ...), kunjom u isem:

 

Funzjoni fl-organizzazzjoni li qed tapplika għal finanzjament:

 

Post/Data:

 

Firma:

 

(*)

L-Artikoli elenkati hawn fuq hemm referenza għalihom hawn taħt:

 

Artikolu 136(1) tar-Regolament Finanzjarju

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jeskludi lil persuna jew lil entità msemmija fl-Artikolu 135(2) milli tieħu sehem fi proċeduri ta’ għoti rregolati minn dan ir-Regolament jew milli tingħażel sabiex timplimenta fondi tal-Unjoni fejn dik il-persuna jew entità tkun tinsab f’waħda jew iżjed mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni:

(a)

il-persuna jew l-entità tkun falliet, tkun soġġetta għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ stralċ, ikollha l-assi tagħha qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, tkun tinsab fi ftehim ma’ kredituri, ikollha l-attivitajiet kummerċjali tagħha sospiżi, jew tkun qiegħda fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista taħt il-liġi tal-Unjoni jew taħt il-liġi nazzjonali;

(b)

ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun qiegħda tikser l-obbligi tagħha relatati mal-pagament tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-liġi applikabbli;

(c)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità hija ħatja ta’ mġiba professjonali ħażina serja billi tkun kisret il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna jew l-entità, jew billi tkun involuta fi kwalunkwe aġir illegali li għandu impatt fuq il-kredibbiltà professjonali tagħha fejn dan it-tip ta’ aġir jindika intenzjoni ħażina jew negliġenza serja, fosthom, b’mod partikolari, kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

rappreżentazzjoni ħażina b’mod frodulenti jew b’negliġenza ta’ informazzjoni meħtieġa għall-verifika tan-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni jew għall-adempiment tal-kriterji ta’ eliġibbiltà jew tal-għażla jew fl-implimentazzjoni tal-impenn legali;

(ii)

id-dħul fi ftehim ma’ persuni jew ma’ entitajiet oħrajn bl-għan li tiġi kkawżata distorsjoni tal-kompetizzjoni;

(iii)

il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(iv)

it-tentattiv li jiġi influwenzat il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli matul il-proċedura ta’ għoti;

(v)

it-tentattiv li tinkiseb informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtiha vantaġġi mhux xierqa fil-proċedura ta’ għoti;

(d)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali li l-persuna tkun ħatja ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

frodi, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995;

(ii)

korruzzjoni, kif definita fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 jew korruzzjoni attiva fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997, jew aġir imsemmi fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI, jew korruzzjoni kif iddefinita f’liġijiet applikabbli oħrajn;

(iii)

imġiba relatata ma’ organizzazzjoni kriminali, kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI;

(iv)

ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1(3), (4) u (5) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(v)

reati terroristiċi jew reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, kif definiti fl-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI, rispettivament, jew inċitament, għajnuna, tixwix jew tentattivi għat-twettiq ta’ tali reati, kif imsemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni;

(vi)

tħaddim tat-tfal jew reati oħra li jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(e)

il-persuna jew l-entità tkun uriet nuqqasijiet sinifikanti ta’ konformità mal-obbligi ewlenin fl-implimentazzjoni ta’ impenn legali iffinanzjat mill-baġit, li jkunu:

(i)

wasslu għat-terminazzjoni bikrija ta’ impenn legali;

(ii)

wasslu għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħrajn; jew

(iii)

ġew skoperti minn uffiċjal awtorizzanti, mill-OLAF jew mill-Qorti tal-Awdituri wara verifiki, awditjar jew investigazzjonijiet;

(f)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew l-entità tkun wettqet irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95;

(g)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li l-persuna jew entità ħolqot entità f’ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligazzjonijiet fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligazzjoni legali oħra fil-ġuriżdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, amministrazzjoni ċentrali jew post prinċipali tan-negozju tagħha;

(h)

ikun ġie stabbilit permezz ta’ sentenza finali jew deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g).

 

Artikolu 141(1) tar-Regolament Finanzjarju:

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jiċħad minn proċedura ta’ għoti lil parteċipant li:

(a)

ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita f’konformità mal-Artikolu 136;

(b)

ikun irrappreżenta ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew naqas milli jipprovdi dik l-informazzjoni;

(c)

qabel kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti fejn dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluża distorsjoni tal-kompetizzjoni, li ma jistax jiġi rimedjata b’xi mod ieħor.

Skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikant ma jistax ikun soġġett għal xi waħda mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 27(1) u fil-punti (a)(v), (vi) u (vii) tal-Artikolu 27(2).

 

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - l-Artikolu 27(1):

Skont l-Artikolu 16, l-Awtorità għandha tiddeċiedi li tneħħi partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mir-Reġistru bħala sanzjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-partit jew il-fondazzjoni in kwistjoni jkunu nstabu permezz ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata li ingaġġaw f’attivitajiet illegali ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(b)

meta jiġi stabbilit, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 10(2) sa (5), li ma jkunux għadhom jissodisfaw waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3(1) jew 3(2);

(ba)

meta d-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-partit jew tal-fondazzjoni in kwistjoni tkun ibbażata fuq informazzjoni żbaljata jew qarrieqa li għaliha jkun responsabbli l-applikant, jew meta tali deċiżjoni tkun inkisbet b’qerq; jew

(c)

meta talba ta’ Stat Membru li jsir qtugħ mir-reġistru għal raġunijiet ta’ nuqqas serju li jitwettqu l-obbligi skont il-liġi nazzjonali tkun tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 16(3).

 

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Artikolu 27(2)(a)(v), (vi) u (vii):

L-Awtorità għandha timponi sanzjonijiet finanzjarji fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ksur mhux kwantifikabbli:

(v)

meta partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu instabu permezz ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata li jkunu ingaġġaw f’attivitajiet illegali li huma ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(vi)

meta l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati jkunu fi kwalunkwe ħin bi ħsieb naqsu milli jagħtu informazzjoni jew bi ħsieb taw informazzjoni mhix korretta jew qarrieqa, jew fejn l-entitajiet awtorizzati minn dan ir-Regolament biex jawditjaw jew iwettqu kontrolli fuq il-benefiċjarji tal-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jsibu ineżattezzi fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali li jitqiesu li jikkostitwixxu nuqqasijiet materjali jew dikjarazzjonijiet mhux korretti ta’ entrati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

(vii)

meta, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika prevista fl-Artikolu 10a, jiġi stabbilit li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunu influwenzaw, jew ippruvaw jinfluwenzaw, deliberatament l-eżitu tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew billi jkunu ħadu vantaġġ minn ksur tar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni ta’ data personali.


(1)  Il-kategorija tal-finanzjament hija l-kontribuzzjoni lill-partiti politiċi Ewropej, skont it-Titolu XI tar-Regolament Finanzjarju (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(2)  Pereżempju b’referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-istatuti tal-applikant, fejn applikabbli.

(3)  Għall-Membri tal-PE li huma affiljati ma’ partit politiku Ewropew direttament fuq bażi individwali, trid tiġi pprovduta formola ta’ sħubija għal kull Membru tal-PE ddikjarat mill-applikant. Għall-Membri tal-PE li huma affiljati ma’ partit politiku Ewropew indirettament permezz tal-partit membru tagħhom, huma meħtieġa d-dokumenti li ġejjin: formola ta’ sħubija għal kull partit membru, iffirmat minn persuna awtorizzata legalment biex tirrappreżenta lil dak il-partit membru jew, bħala alternattiva, prova ta’ ħlas tal-miżata ta’ sħubija għall-2022 fil-forma ta’ trasferiment bankarju li joriġina minn kull partit membru jew, bħala alternattiva oħra, formola ta’ sħubija mingħand kull Membru tal-PE ddikjarat mill-applikant. Mudell ta’ formoli ta’ sħubija għall-Membri tal-PE u l-partiti membri jista’ jintalab mingħand l-Awtorità.

(4)  Jekk partit politiku Ewropew reċentement ipprovda parti mid-dokumentazzjoni identifikata hawn fuq lill-Awtorità, il-PE mhux se jitlob li dik id-dokumentazzjoni tiġi pprovduta mill-ġdid. Madankollu, kull applikant għandu d-dmir li jistabbilixxi b’mod ċar, fl-applikazzjoni tiegħu għall-finanzjament, liema dokumentazzjoni pprovda lill-Awtorità, u meta għamel dan.

(5)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(6)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.


ANNESS b

BAĠIT STMAT

Nefqa

 

Dħul

Nefqa rimborżabbli

Baġit

Reali

 

 

Baġit

Reali

A.1:

Spejjeż tal-persunal

1.

Salarji

2.

Kontribuzzjonijiet

3.

Taħriġ professjonali

4.

Spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal

5.

Spejjeż oħra tal-persunal

 

 

 

D.1-1.

Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat mis-sena N-1

Mhux Applikabbli

 

D.1-2.

Finanzjament tal-Parlament Ewropew mogħti għas-sena N

 

 

 

 

 

D.1.

Finanzjament tal-Parlament Ewropew użat biex ikopri 90 % tan-nefqa rimborżabbli fis-sena N

 

 

D.2

Kontribuzzjonijiet tal-membri

 

 

2.1

mill-partiti membri

2.2

mill-membri individwali

 

 

A.2:

Spejjeż tal-infrastruttura u tal-operat

1.

Kera, imposti u spejjeż ta’ manutenzjoni

2.

Spejjeż relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

3.

Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

4.

Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

5.

Imposti tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

6.

Spejjeż għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

7.

Spejjeż oħra tal-infrastruttura

 

 

D.3

Donazzjonijiet

 

 

 

 

 

D.4

Riżorsi proprji oħra

 

 

(li jridu jiġu speċifikati)

 

 

A.3:

Spejjeż amministrattivi

1.

Spejjeż ta’ dokumentazzjoni (ġurnali, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

2.

Spejjeż ta’ studji u ta’ riċerka

3.

Spejjeż legali

4.

Spejjeż ta’ kontabbiltà u awditjar

5.

Spejjeż amministrattivi mixxellanji

6.

Appoġġ lil entitajiet assoċjati

 

 

 

 

 

A.4:

Spejjeż ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

1.

Spejjeż ta’ laqgħat

2.

Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

3.

Spejjeż ta’ rappreżentanza

4.

Spejjeż ta’ stediniet

5.

Spejjeż oħra relatati ma’ laqgħat

 

 

A.5:

Spejjeż marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni

1.

Spejjeż tal-pubblikazzjoni

2.

Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet:

3.

Spejjeż ta’ pubbliċità

4.

Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

5.

Seminars u wirjiet

6.

Kampanji elettorali

7.

Spejjeż oħra relatati mal-informazzjoni

 

 

A.

TOTAL TAN-NEFQA RIMBORŻABBLI

 

 

Nefqa mhux rimborżabbli

1.

Allokazzjonijiet għal provvedimenti oħra

2.

Imposti finanzjarji

3.

Telf mill-kambju

4.

Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

5.

Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

6.

Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

B.

TOTAL TAN-NEFQA MHUX RIMBORŻABBLI

 

 

D.5

Kontribuzzjonijiet in natura

 

 

C. NEFQA TOTALI

 

 

D:

DĦUL TOTALI

 

 

 

 

E.

Profitt/Telf (D-C)

 

 

 

 

 

 

F.

Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

 

 

G.

Profitt/Telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (E-F)

 

 

H.

Imgħax mill-prefinanzjament

 

 

I.

Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat għas-sena N+1

 

 


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/30


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2022/C 203/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Achterhoek – Winterswijk

PDO-NL-02402-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 22.2.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żdiedu żewġ varjetajiet, Chardonnay (B) u Cabaret Noir (N), mal-lista tal-varjetajiet

Il-produtturi jużaw il-varjetajiet Chardonnay (B) (Vitis vinifera) u Cabaret Noir (N) (taħlita bejn Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġeneru Vitis) fil-produzzjoni, kif inhu possibbli skont l-OKS li ġġeddedt reċentement. Iż-żewġ varjetajiet issa żdiedu mal-lista tal-varjetajiet tad-dwieli.

Sabiex tiġi riflessa l-prattika reali u minħabba li l-OKS li ġġeddedt reċentement tippermetti l-użu ta’ varjetajiet tad-dwieli li jirriżulta mit-taħlit ta’ Vitis vinifera u speċijiet oħra tal-ġeneru Vitis, il-varjetajiet Chardonnay (B) u Cabaret Noir (N) żdiedu mal-lista tal-varjetajiet tad-dwieli.

Il-varjetajiet Cabaret Noir (N) u Chardonnay (B) żdiedu wkoll fid-deskrizzjoni, taħt id-diversi kategoriji/tipi ta’ nbid rilevanti:

Il-varjetà Cabaret Noir (N) żdiedet għall-inbejjed li ġejjin:

 

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa

 

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, imqaddem fil-btieti

 

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid rożè, b’togħma qawwija ta’ frott

 

Inbid tal-kategorija 3: INBID LIKUR, aħmar

 

Inbid tal-kategorija 9: INBID SEMIFRIZZANTI bil-gass, rożè

Il-varjetà Chardonnay (B) żdiedet għall-inbejjed li ġejjin:

 

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa

 

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, imqaddem fil-btieti

 

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid rożè, b’togħma qawwija ta’ frott

 

Inbid tal-kategorija 5: INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ, abjad

 

Inbid tal-kategorija 9: INBID SEMIFRIZZANTI bil-gass, rożè

 

Inbid tal-kategorija 15: INBID minn għeneb imqadded, abjad

 

Inbid tal-kategorija 16: INBID minn għeneb misjur iżżejjed, abjad

2.   Emenda biex tiġi riflessa l-prattika attwali

Deskrizzjoni

Is-sentenza li ġejja żdiedet mal-Inbid tal-kategorija 5: Inbid frizzanti ta’ kwalità, abjad, b’togħma qawwija ta’ frott, bħala żieda mal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid:

Il-produzzjoni ta’ blanc de noir minn għeneb li jagħti nbid aħmar.

Raġuni

Fid-dawl tal-prattika attwali fil-produzzjoni tal-inbid frizzanti ta’ kwalità abjad u b’togħma qawwija ta’ frott, l-użu ta’ Pinotin (N) fil-produzzjoni ta’ blanc de noir minn għeneb li jagħti nbid aħmar żdied mal-proċess.

Formulazzjoni qadima:

Inbid tal-kategorija 5: Inbid frizzanti ta’ kwalità, abjad, b’togħma qawwija ta’ frott

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

It-tieni fermentazzjoni fil-flixkun, permezz tal-metodu tradizzjonali

Formulazzjoni ġdida:

Inbid tal-kategorija 5: Inbid frizzanti ta’ kwalità, abjad, b’togħma qawwija ta’ frott

Il-produzzjoni ta’ blanc de noir minn għeneb li jagħti nbid aħmar.

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

It-tieni fermentazzjoni fil-flixkun, permezz tal-metodu tradizzjonali

3.   Emenda biex tiġi riflessa l-prattika attwali

Deskrizzjoni

Fit-Taqsima 3.1, Dettalji tal-verifika, tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, id-dettalji tal-verifika ġew adattati għall-prattika attwali.

Għall-ittestjar organolettiku, sar ftehim mal-Uffiċċju Ġermaniż tal-Vitikultura biex dan tal-aħħar iwettaq l-ittestjar permezz tal-ittestjar stabbilit tal-inbid ta’ kwalità.

Raġuni

Kull inbid tad-DOP irid jikseb ir-riżultat minimu stabbilit għalih fl-ittestjar organolettiku. Filwaqt li fil-bidu kienet biss l-Awtorità Netherlandiża dwar is-Sikurezza tal-Ikel u tal-Prodotti għall-Konsumatur (Nederlandse Voedsel- en Warenautoriteit, NVWA), li nħatret bħala l-awtorità superviżorja responsabbli għall-monitoraġġ ta’ dan l-ittestjar, issa saru arranġamenti biex l-ittestjar jitwettaq mill-Uffiċċju Ġermaniż tal-Vitikultura, li għandu fis-seħħ il-proċeduri kollha għall-ittestjar ikkontrollat tal-inbejjed ta’ kwalità. L-NVWA għadha l-awtorità superviżorja għall-inbejjed tad-DOP, bħal qabel.

Formulazzjoni qadima:

Mill-inqas verifika waħda (kumpanija waħda) fis-sena għad-DOP “Achterhoek – Winterswijk”, li kemm jista’ jkun għandha tingħaqad ma’ żjarat ta’ spezzjoni regolari għall-inbid (jew verifiki regolari oħra mill-NVWA).

Verifika amministrattiva għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (u rekwiżiti legali oħra).

L-ittestjar huwa obbligatorju għad-DOP “Achterhoek – Winterswijk”. Il-kumpaniji jeħtieġ li jkollhom kampjuni ta’ kull inbid ittestjati minn laboratorju ċċertifikat (fin-Netherlands jew f’pajjiż ieħor – għandha tiġi pprovduta lista ta’ għadd limitat ta’ laboratorji lill-NVWA u din għandha tiġi approvata minnha). L-NVWA timmonitorja dan (permezz ta’ kontrolli amministrattivi) u tieħu kontrokampjuni għal għarrieda għall-analiżi fil-laboratorju tal-NVWA.

Kull inbid tad-DOP għandu jsirlu ttestjar organolettiku. Il-kumpaniji involuti fil-produzzjoni ta’ DPO jorganizzaw l-ittestjar organolettiku huma stess fi żminijiet differenti li jridu jiġu ddeterminati minnhom, billi jużaw il-lista ta’ (20-30) persuna kkwalifikata (li għandhom jiġu pprovduti mill-kumpaniji) u metodi li għandhom jiġu approvati mill-NVWA. Il-kumpaniji javżaw lill-NVWA bid-dati tal-ittestjar organolettiku. L-NVWA tkun preżenti għal kampjun tat-testijiet u timmonitorja l-progress tagħhom.

Formulazzjoni ġdida:

Sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tal-inbejjed miż-żona ta’ oriġini “Achterhoek – Winterswijk”, l-inbejjed kollha ttikkettati bħala nbejjed tad-DOP “Achterhoek – Winterswijk” iridu jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għaldaqstant:

1.

mal-karatteristiċi analitiċi (Taqsima 2.4.2.1)

Kull vinja hija meħtieġa tieħu kampjun ta’ kull inbid u tagħmel l-arranġamenti biex jiġi analizzat f’laboratorju ċċertifikat tal-UE (fin-Netherlands jew f’pajjiż ieħor);

2.

mal-ittestjar organolettiku

L-inbejjed kollha jrid isirilhom ittestjar organolettiku, fejn iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi biex jiġu ttikkettati bħala nbid tad-DOP.

Is-sid tal-fajl tad-DOP juża l-metodu applikabbli għall-inbejjed tad-DOP tan-Netherlands fir-rigward tal-ittestjar organolettiku (ara s-sit web tal-Aġenzija Netherlandiża għall-Intrapriżi), jiddetermina r-riżultat minimu għal inbid tad-DOP u javża lill-NVWA (eus@nvwa.nl);

3.

mal-kundizzjonijiet l-oħra tal-Ispeċifikazzjoni, bħall-prattiki enoloġiċi, ir-rendiment massimu, eċċ.

Verifika tal-NVWA

Sabiex tiżgura u tivverifika din il-kwalità, l-NVWA se taġixxi bħala awtorità superviżorja. Dan ifisser li jiġu segwiti l-proċeduri li ġejjin:

1.

Il-Vinji tad-DOP iżommu fajl li jkun fih ir-riżultati tal-ittestjar analitiku u organolettiku tal-inbejjed li għalihom saret applikazzjoni għal DOP jew li ngħatatilhom DOP, inklużi l-karatteristiċi tal-inbejjed ikkonċernati (il-varjetajiet tad-dwieli, il-vinja, eċċ.). L-NVWA tista’ tuża l-fajl biex tivverifika l-inbejjed.

2.

Il-verifiki għad-DOP “Achterhoek – Winterswijk” jitwettqu mill-NVWA. Dawn il-verifiki tal-NVWA kemm jista’ jkun se jingħaqdu ma’ żjarat ta’ spezzjoni regolari għall-inbid (jew verifiki regolari oħra tal-NVWA). Waqt dawn iż-żjarat, isiru verifiki biex jiġi ddeterminat jekk l-inbejjed jikkonformawx:

a.

mal-karatteristiċi analitiċi. Il-valuri analitiċi tal-inbejjed iridu jikkonformaw mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-NVWA tieħu kontrokampjuni għal għarrieda biex jiġu analizzati fil-laboratorju tal-NVWA;

b.

mad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, bħall-prattiki enoloġiċi xierqa (Taqsima 2.4.2.2) u kundizzjonijiet oħra;

c.

mar-riżultat minimu meħtieġ tal-ittestjar organolettiku.

4.   Emenda biex tiġi riflessa l-prattika

Deskrizzjoni

Ir-rendiment massimu ta’ Johanniter (B) għall-għeneb imqadded (20 ettolitru għal kull ettaru) u għall-għeneb misjur iżżejjed (40 ettolitru għal kull ettaru) jitħassar mit-Taqsima 1.5.2 tad-Dokument Uniku.

Raġuni

L-għeneb tal-varjetà Johanniter (B) ma jintużax għall-inbid minn għeneb imqadded u/jew għall-inbid minn għeneb misjur iżżejjed.

It-test relatat mar-rendimenti massimi ta’ Johanniter (B) fir-rigward tal-għeneb imqadded u l-għeneb misjur iżżejjed għalhekk tħassar mit-Taqsima 1.5.2 tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Achterhoek – Winterswijk

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

9.

Inbid semifrizzanti bil-gass

15

. Inbid minn għeneb imqadded

16

. Inbid minn għeneb misjur iżżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N), Cabaret Noir (N) jew coupage tagħhom. Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: aħmar skur, skont it-taħlita tal-varjetajiet. Aroma: frott aħmar skur bħall-frott tal-foresti, it-tut u ċ-ċirasa. L-aroma speċifika tiddependi fuq it-taħlita tal-varjetajiet. Togħma: aromi ta’ frott fin għal inbid aċċessibbli, li jinkludi t-tannini. Karatteristiċi analitiċi: Il-kontenut taz-zokkor tal-inbid xott u b’togħma ta’ frott huwa bejn 0,5 u 6 grammi/litru. L-inbejjed ħomor ħelwin għandhom kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 15 u 30 gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

63,84 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, imqaddem fil-btieti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N), Cabaret Noir (N) jew coupage tagħhom. Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: aħmar intens, skont it-taħlita tal-varjetajiet. Aroma: frott aħmar skur bħall-frott tal-foresti, it-tut u ċ-ċirasa. L-aroma speċifika tiddependi fuq it-taħlita tal-varjetajiet. Togħma: inbejjed robusti bi ħjiel ta’ vanilla, ibbażati fuq struttura ta’ tannini misjura. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 0,5 u 6 grammi/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

63,84 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Johanniter (B), Souvignier Gris (Rs), Solaris (B), Merzling (B), Chardonnay (B) jew a coupage ta’ dawk il-varjetajiet. Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: bejn isfar lewn it-tiben u isfar lewn id-deheb, skont it-taħlita. Aroma: għall-inbejjed Solaris u Merzling: frott tropiku; l-inbejjed Johanniter u Souvignier Gris għandhom aroma ta’ frott misjur, bħat-tuffieħ isfar, filwaqt li Chardonnay (B) għandu aromi ta’ frott (bettieħ abjad, berquq u ananas misjur) u vanilla meta jitqaddem fi btieti tal-injam. Togħma: ta’ frott u friska, l-inbejjed Johanniter fihom ħjiel ta’ Riesling, parzjalment minħabba l-aċidità tagħhom, filwaqt li l-inbejjed Souvignier Gris huma aktar robusti. L-inbejjed Solaris għandhom aċidità rifreskanti u l-inbejjed Merzling jikkombinaw il-ħlewwa ma’ togħma ta’ frott aċiduż. Chardonnay (B) jipproduċi nbejjed robusti. Karatteristiċi analitiċi: kontenut ta’ zokkor tal-inbid xott: bejn 1 u 8 grammi/litru; kontenut ta’ zokkor fl-inbid ħelu: bejn 15 u 30 gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

77,14 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, imqaddem fil-btieti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Solaris (B), Chardonnay (B). Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: isfar lewn id-deheb. Aroma: fwieħa ta’ frott nattiv u frott tropikali bħall-mango jew ananas misjur. Togħma: freskezza aċiduża. Il-btieti jagħtu lill-inbid il-ħjiel tal-injam u t-togħma kremuża tiegħu. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 15 u 30 gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

77,14 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid rożè, b’togħma qawwija ta’ frott

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N), Cabaret Noir (N) jew coupage tagħhom, possibbilment anke ma’ Solaris (B) / Johanniter (B) / Chardonnay (B). Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: roża lewn is-salamun. Aroma: ta’ frott aħmar kemxejn ħelu. Togħma: ta’ frott, ta’ karattru kemxejn ħelu, b’togħma sħiħa. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 3 u 10 grammi/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

63,84 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Inbid tal-kategorija 3: INBID LIKUR, aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabaret Noir (N) jew coupage tagħhom. Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: aħmar. Aroma: ħelwa, ta’ ribes iswed, ftit pikkanti. Togħma: pikkanti, b’bilanċ tajjeb bejn il-ħlewwa u l-aċidità tal-frott. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 50 u 100 gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

18

Aċidità totali minima

63,84 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

7.   Inbid tal-kategorija 5: INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ, abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Johanniter (B), Souvignier Gris (Rs), Solaris (B), Chardonnay (B), Pinotin (N) blanc de noir jew coupage ta’ dawk il-varjetajiet. Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: abjad. Aroma: tat-tuffieħ, taċ-ċitru. Togħma: ta’ frott, friska bi bżieżaq żgħar, kemxejn robusti. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 5 u 16-il gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

79,8 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

8.   Inbid tal-kategorija 9: INBID SEMIFRIZZANTI bil-gass, rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Regent (N), Pinotin (N), Acolon (N), Cabertin (N), Cabernet Cortis (N), Monarch (N), Cabaret Noir (N) jew coupage tagħhom, possibbilment anke ma’ Solaris (B) / Johanniter (B) / Chardonnay (B). Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: roża lewn is-salamun. Aroma: ħafifa, ta’ frott aħmar. Togħma: ta’ frott, li toħloq sensazzjoni ta’ tagħrix. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 5 u 16-il gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

63,84 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

9.   Inbid tal-kategorija 15: INBID minn għeneb imqadded, abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Solaris (B), Chardonnay (B). Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: isfar lewn id-deheb. Aroma: ta’ frott tropikali misjur, tal-għasel. Togħma: robusta, kremuża, ħelwa bi freskezza robusta. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 120 u 240 gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

66,5 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

10.   Inbid tal-kategorija 16: INBID minn għeneb misjur iżżejjed, abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Varjetajiet ta’ għeneb: Solaris (B), Chardonnay (B). Proprjetajiet organolettiċi: Kulur: isfar lewn id-deheb. Aroma: ta’ frott tropikali misjur, tal-għasel. Togħma: robusta, kremuża, ħelwa bi freskezza robusta. Karatteristiċi analitiċi: L-inbid għandu kontenut ta’ zokkor ta’ bejn 50 u 120 gramma/litru. Il-karatteristiċi ta’ hawn taħt li għalihom ma huwa speċifikat l-ebda valur huma konformi mal-limiti stabbiliti fir-Regolamenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

73,15 milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Regoli tal-produzzjoni tal-inbid u

1.

prattika enoloġika speċifika

Ir-regoli li ġejjin dwar il-produzzjoni tal-inbid japplikaw għall-kategoriji kollha tal-inbid elenkati hawn taħt.

L-arrikkiment massimu huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-UE, b’arrikkiment addizzjonali possibbli ta’ 0,5 % jekk permess għas-sena inkwistjoni mill-awtoritajiet nazzjonali (f’dan il-każ il-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel).

Id-deaċidifikazzjoni hija soġġetta għal-limiti ddefiniti fir-Regolament tal-UE.

Għall-aċidifikazzjoni, l-approvazzjoni għandha tinkiseb għal kull sena mill-awtoritajiet nazzjonali (f’dan il-każ il-Ministeru għall-Agrikoltura, in-Natura u l-Kwalità tal-Ikel) wara applikazzjoni għas-sena inkwistjoni, u wara dan se japplikaw il-limiti stabbiliti fir-Regolament tal-UE.

2.

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni bil-qoxra għal mill-inqas erbat ijiem

3.

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid aħmar, imqaddem fil-btieti

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni bil-qoxra għal mill-inqas erbat ijiem

Tqaddim fi btieti tal-injam għal mill-inqas tmien xhur

4.

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, xott, b’togħma ta’ frott jew ħelwa

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

5.

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid abjad, imqaddem fil-btieti

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

Tqaddim fi btieti tal-injam ta’ mill-inqas 50 % tal-volum għal minimu ta’ tliet xhur

6.

Inbid tal-kategorija 1: INBID: inbid rożè, b’togħma qawwija ta’ frott

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

7.

Inbid tal-kategorija 3: INBID LIKUR, aħmar

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni bil-qoxra għal mill-inqas erbat ijiem

Maturazzjoni fi btieti tal-injam għal mill-inqas sena

Żieda ta’ alkoħol tal-inbid

8.

Inbid tal-kategorija 5: INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ, abjad

Prattika enoloġika speċifika

Il-produzzjoni ta’ blanc de noir minn għeneb li jagħti nbid aħmar.

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

It-tieni fermentazzjoni fil-flixkun, permezz tal-metodu tradizzjonali

9.

Inbid tal-kategorija 9: INBID SEMIFRIZZANTI bil-gass, rożè

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

Iż-żieda tad-diossidu tal-karbonju matul l-ibbottiljar (fi pressjoni massima ta’ 2,5 bar)

10.

Inbid tal-kategorija 15: INBID minn għeneb imqadded, abjad

Prattika enoloġika speċifika

Ħsad tard, għeneb miġbur bl-idejn

Għeneb imqadded b’mod naturali, imbagħad imqadded fuq it-tiben, għal mill-inqas ġimagħtejn

Magħmul fl-inbid b’fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C

11.

Inbid tal-kategorija 16: INBID minn għeneb misjur iżżejjed, abjad

Prattika enoloġika speċifika

Ħsad tardiv ta’ għeneb b’kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 120 grad Oechsle

Fermentazzjoni kiesħa f’temperatura taħt it-18 °C (eċċezzjoni: it-temperatura tiżdied fil-bidu tal-fermentazzjoni għall-inbejjed li huma diffiċli li jiġu ffermentati)

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Aħmar, Regent (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

2.

Aħmar, Pinotin (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

3.

Aħmar, Monarch (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

4.

Aħmar, Acolon (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

5.

Aħmar, Cabertin (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

6.

Aħmar, Cabernet Cortis (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

7.

Abjad, Souvignier Gris (Rs)

60 ettolitru għal kull ettaru

8.

Abjad, Souvignier Gris (Rs), għeneb imqadded

20 ettolitru għal kull ettaru

9.

Abjad, Souvignier Gris (Rs), għeneb misjur iżżejjed

40 ettolitru għal kull ettaru

10.

Abjad, Johanniter (B)

60 ettolitru għal kull ettaru

11.

Abjad, Solaris (B)

50 ettolitru għal kull ettaru

12.

Abjad, Solaris (B), għeneb imqadded

20 ettolitru għal kull ettaru

13.

Abjad, Solaris (B), għeneb misjur iżżejjed

40 ettolitru għal kull ettaru

14.

Abjad, Merzling (B)

60 ettolitru għal kull ettaru

15.

Aħmar, Cabaret Noir (N)

50 ettolitru għal kull ettaru

16.

Abjad, Chardonnay (B)

60 ettolitru għal kull ettaru

17.

Abjad, Chardonnay (B), għeneb imqadded

20 ettolitru għal kull ettaru

18.

Abjad, Chardonnay (B), għeneb misjur iżżejjed

40 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ġeografika demarkata tinsab fil-parti tal-Lvant tar-reġjun ta’ Achterhoek, li testendi għall-fruntiera mal-Ġermanja, u hija magħluqa bil-fruntieri tal-muniċipalità ta’ Winterswijk.

Fiż-żona ta’ Achterhoek – Winterswijk, il-vinji koperti minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jinkludu ż-żoni li fihom ħamrija kklassifikata bħala HN21, KX u eZE23. Dawn jinkludu wkoll il-ħamrija HN23, ZG23 u ZG21 li fiha l-humus u t-trab ġulġlieni li huma importanti għall-kultivazzjoni tal-għeneb. Meta titqies flimkien, il-ħamrija ta’ dawn it-tipi tagħmel parti kbira miż-żona demarkata.

Il-muniċipalità għandha għadd kbir ta’ żoni mbiegħda, magħmula minn disa’ rħula żgħar, li kollha jiffurmaw parti mill-muniċipalità ta’ Winterswijk. L-irħula żgħar, li jidhru fuq in-naħa tal-lemin tal-mappa, huma kif ġej: Meddo (1 448 abitant), Huppel (414-il abitant), Henxel (268 abitant), Ratum (354 abitant), Brinkheurne (272 abitant), Kotten (798 abitant), Woold (861 abitant), Miste (675 abitant) u Corle (281 abitant). Meddo huwa l-uniku wieħed mill-irħula żgħar li għandu ċentru ta’ villaġġ b’diversi faċilitajiet.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

Acolon

 

Cabaret Noir (N) (VB-91-26-4)

 

Cabernet Cortis

 

Cabertin (N) (VB-91-26-17)

 

Chardonnay (B)

 

Johanniter (B)

 

Merzling (B)

 

Monarch

 

Pinotin (N)

 

Regent (N)

 

Solaris

 

Souvignier Gris

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Żona demarkata

Il-parti l-kbira taż-żona demarkata tinsab fil-Plateau tal-Lvant tan-Netherlands u għandha struttura differenti tal-ħamrija (fiha t-trab ġulġlieni u l-ġir) miż-żoni ta’ Achterhoek sal-Punent ta’ Winterswijk (fejn il-ħamrija hija magħmula minn tafal tax-xmajjar u depożiti ta’ ramel tal-wiċċ).

Iż-żona ta’ Winterswijk hija magħrufa għall-pajsaġġ tagħha ta’ sġajriet u barriera li fiha fdalijiet fossili. L-istrati ta’ Jurassic Lias jistgħu jinstabu fil-wiċċ ta’ għadd ta’ qigħan tan-nixxigħat f’Winterswijk. Fl-2005, il-Gvern Netherlandiż indika kif xieraq iż-żona ta’ Winterswijk bħala ż-Żona ta’ Pajsaġġ Nazzjonali ta’ Winterswijk, li tkopri kważi 22 000 ettaru b’kollox.

Ħamrija

Winterswijk hija mdawra bil-ħamrija tal-“Plateau tal-Lvant tan-Netherlands”, li fiha trab ġulġlieni kif ukoll ġir. Il-ħamrija fil-partijiet l-oħra tar-reġjun ta’ Achterhoek hija magħmula minn tafal tax-xmajjar u minn depożiti ta’ ramel tal-wiċċ.

Iż-żona demarkata għandha diversi tipi ta’ ħamrija, li jalternaw u jingħaqdu ma’ xulxin.

It-tipi ta’ ħamrija għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Saff tajjeb ta’ humus.

Il-ħamrija fiha trab ġulġlieni, li jgħin jagħti lill-inbid il-milja tat-togħma tiegħu u jipprevjeni lill-ħamrija milli tinxef.

Is-saff tat-trab ġulġlieni (lutum) se jnaqqas ir-rata li biha d-dwieli jinxfu.

Ħamrija b’wiċċ ramli tiżgura bilanċ tajjeb ta’ ilma.

L-ilma ta’ taħt l-art jassorbi l-minerali mis-sottoswol (bħall-ġir li fih), u jipprovdi nutrizzjoni tajba għad-dwieli.

Il-klima u l-ambjent

Iż-żona demarkata ma hijiex ’il bogħod mill-istazzjon tal-Istitut Meteoroloġiku Rjali Netherlandiż f’Hupsel, fejn il-klima medja (2010-2015) għall-istaġun tal-vitikultura minn Mejju sa Settembru kienet:

Temperatura medja: 15,58 °C

Temperatura minima medja: 9,93 °C

Temperatura massima medja: 20,83 °C

Umdità relattiva medja: 78,36 %

Xita medja: 78,54 mm fix-xahar

Il-medja ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx: 192,93 siegħa kull xahar

Il-fatt li t-temperaturi ta’ billejl huma ftit inqas mill-medja nazzjonali jgħin biex l-inbejjed isiru friski u b’togħma tal-frott, filwaqt li t-temperaturi massimi kemxejn ogħla u l-għadd akbar ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx ifissru li l-għeneb se jkun aktar misjur.

8.2.   Rabta kawżali

Il-kwalità tal-inbid hija riżultat tal-kombinazzjoni tal-klima, tal-ħamrija, tal-kultivazzjoni u tal-prattiki enoloġiċi.

Il-kombinazzjoni tas-saffi tal-ħamrija tiżgura bilanċ tajjeb tal-ilma. Is-sottoswol jipprovdi n-nutrijenti tal-ġir u tal-minerali mill-ilma ta’ taħt l-art, filwaqt li t-trab ġulġlieni u l-humus li jinsabu fil-ħamrija tal-wiċċ jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-għeneb jiffjorixxi.

Il-ħamrija li fiha l-humus u t-trab ġulġlieni hija l-aktar adattata għall-vitikultura. Din iżżomm sew l-umdità u n-nutrijenti, u b’hekk jippermettu l-aromi tal-għeneb jiżviluppaw bis-sħiħ u jipproduċu nbid b’palat qawwi u b’saħħtu, anke f’perjodi pjuttost niexfa.

Il-klima (li hija aktar kontinentali) tgħin biex tintlaħaq il-maturità meħtieġa, mingħajr ma jintilfu l-freskezza u t-togħma tal-frott tal-inbid (minħabba t-temperaturi kemxejn aktar baxxi ta’ billejl).

L-input mill-bniedem – bħall-għażla tal-varjetajiet, il-metodu ta’ tkabbir użat (l-użu massimu tad-dawl tax-xemx, it-tnaqqis ta’ għenieqed), il-ġestjoni tal-ħsad (il-kontroll tal-livelli taz-zokkor, l-aċidità u l-aromi) u l-prattiki enoloġiċi (il-fermentazzjoni kiesħa, il-maturazzjoni fi btieti tal-injam) – huwa aspett ieħor li, flimkien mal-ħamrija u l-klima, jippermetti li jiġu prodotti nbejjed ta’ kwalità. L-inbejjed li jirriżultaw huma nbejjed varjetali u coupage rikonoxxibbli (b’palat qawwi u b’togħma ta’ frott), b’inbejjed bojod (frott misjur / aroma taċ-ċitru) / rożè friski u nbejjed ħomor b’tannini rotob.

Fil-qosor, il-kombinazzjoni tal-klima (il-freskezza u l-maturazzjoni), il-ħamrija (it-trab ġulġlieni/humus bil-ġir għal bilanċ tajjeb tal-ilma u n-nutrijenti), il-kultivazzjoni (l-għażla tal-varjetajiet, id-densità tad-dwieli, il-ġestjoni tal-faxxina, id-deċiżjonijiet dwar il-ħsad) u l-prattiki enaloġiċi (bħal fermentazzjoni kiesħa, l-użu ta’ maturazzjoni fil-btieti) tiżgura:

il-freskezza u t-togħma qawwija, tal-frott tal-inbejjed bojod u rożè;

it-tannini rotob u t-togħma mimlija tal-inbejjed ħomor.

Din il-kombinazzjoni tapplika għall-kategorija “inbid” iżda anke għall-kategoriji l-oħrajn tal-inbid (“inbid likur”, “inbid frizzanti ta’ kwalità”, “inbid semifrizzanti”) li jsiru bl-istess mod u mill-istess għeneb bħall-inbid tal-Kategorija 1 “Inbid” (“l-inbid ta’ bażi”) iżda li għandhom il-karatteristiċi speċifiċi tal-kategorija tagħhom miżjuda magħhom permezz ta’ operazzjonijiet addizzjonali matul il-proċess tal-vinifikazzjoni.

Għall-“Inbid minn għeneb imqadded” u għall-“Inbid minn għeneb misjur iżżejjed”, il-kombinazzjoni tal-klima, tal-ħamrija, tal-kultivazzjoni u tal-prattiki enoloġiċi hija importanti wkoll. Madankollu, dawn l-inbejjed ta’ kwalità għal mal-ħelu jiġu prodotti minn maturazzjoni itwal (kontenut ogħla ta’ zokkor) / tnixxif (kontenut ogħla ta’ zokkor / konċentrazzjoni ta’ aromi) tal-għeneb.

Dettalji tal-kategoriji l-oħra tal-inbid (mhux “Inbid”)

Inbid likur

L-inbid likur huwa magħmul minn “inbid ta’ bażi” bl-istess karatteristiċi organolettiċi (li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem) bħall-kategorija “inbid”, iżda bil-kontenut mixtieq ta’ zokkor residwali tal-inbid likuri. Barra minn hekk, l-inbid likur jiġi mmaturat fil-btieti għal mill-inqas sena (biex jitħalla jiżviluppa tannini aktar rotob u l-ħjiel tal-injam) u jiżdied alkoħol tal-inbid biex l-inbid jinbidel f’likur. L-inbid likur għandu qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 18 %.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

L-“inbid ta’ bażi” għall-inbid frizzanti ta’ kwalità għandu l-istess karatteristiċi organolettiċi tal-kategorija “inbid” (l-istess freskezza u togħma ta’ frott li tirriżulta mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem). Dan għandu wkoll il-karatteristiċi li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tal-inbid ta’ bażi f’inbid frizzanti permezz tal-fermentazzjoni tal-flixkun (il-metodu tradizzjonali), li jagħti lill-inbid il-mousse eleganti tiegħu. L-inbid għandu pressjoni żejda ta’ mill-inqas 3,5 bar. Il-coupage użata għall-inbid frizzanti ta’ kwalità għandha qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

Inbid semifrizzanti bil-gass

L-“inbid ta’ bażi” użat għall-inbid semifrizzanti għandu wkoll l-istess karatteristiċi organolettiċi bħall-kategorija tal-“inbid” (l-istess freskezza u togħma ta’ frott li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem). Dan għandu wkoll il-karatteristiċi li jirriżultaw miż-żieda tas-CO2 biex jinkisbu l-bżieżaq. L-inbid semifrizzanti bil-gass għandu qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 10 % u pressjoni żejda ta’ mhux aktar minn 2,5 bar. Inbid tas-sajf frisk u b’togħma qawwija ta’ frott.

Inbid minn għeneb imqadded (inbid għal mal-ħelu)

Il-pass essenzjali tal-maturazzjoni tal-għeneb għal aktar żmien qabel ma jitnixxef għal mill-inqas ġimagħtejn huwa dak li jagħti lill-inbid minn għeneb imqadded il-konċentrazzjoni tiegħu ta’ zokkor u aromi. Il-proċess ta’ fermentazzjoni kiesħa jipproduċi nbid b’qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 9,4 %.

Il-konċentrazzjoni ta’ aromi f’dan l-inbid b’togħma ta’ frott ġejja mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem. L-attenzjoni li jagħtuh in-nies li jipproduċuh hija, b’mod partikolari, dak li jagħti lill-inbid għal mal-ħelu t-togħma sħiħa tiegħu.

Inbid minn għeneb misjur iżżejjed (inbid għal mal-ħelu)

Minħabba l-pass essenzjali tal-maturazzjoni tal-għeneb għal żmien itwal, l-inbid minn għeneb misjur iżżejjed għandu kontenut ta’ zokkor ta’ mill-inqas 110 grad Oechsle. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess, li jinvolvi fermentazzjoni kiesħa mingħajr arrikkiment, huwa nbid b’qawwa alkoħolika proprja minima ta’ 12 % li jikseb it-togħma ta’ frott tiegħu mill-kombinazzjoni tal-ħamrija, tal-klima u tal-azzjoni tal-bniedem. L-attenzjoni li jagħtuh in-nies li jipproduċuh hija, b’mod partikolari, dak li jagħti lill-inbid għal mal-ħelu t-togħma sħiħa tiegħu.

Bħala riżultat ta’ dan l-approċċ, l-inbejjed ikomplu jirbħu medalji kull sena f’għadd ta’ kompetizzjonijiet li jsiru kemm fin-Netherlands kif ukoll barra mill-pajjiż (pereżempju fi Vjenna).

8.3.   Aspetti tal-bniedem (kultivazzjoni u vinifikazzjoni)

Il-proċess ta’ kultivazzjoni huwa kkaratterizzat mill-prattiki li ġejjin, speċifikament magħżula għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità:

Għażla tal-varjetajiet: Il-varjetajiet magħżula jistgħu jimmaturaw tajjeb fl-ambjent lokali u jipprovdu l-aromi meħtieġa. Dawn jintgħażlu wkoll għar-reżistenza tagħhom, sabiex isiru sforzi biex il-kultivazzjoni ssir aktar sostenibbli.

Id-densità tad-dwieli: Ir-ringieli jitqassmu 2,00-2,20 m ’il bogħod minn xulxin (biex jiġi żgurat li jkollhom biżżejjed dawl tax-xemx), bl-ispazju bejn id-dwieli jkun 1,00-1,25 m. L-erja għal kull dielja hija għalhekk ta’ madwar 2,2 m2, u dan jiżgura li kull dielja tikseb biżżejjed nutrijenti (għall-għeneb biex jimmatura u għall-aromi biex jiżviluppaw).

L-istrixxi bejn ir-ringieli tal-vinji jiġu kkultivati b’mod nadif sabiex is-sħana rilaxxata billejl tinqabad sabiex titħaffef l-maturazzjoni. Dan jgħin ukoll fil-ġlieda kontra l-ġlata ta’ billejl. Alternattivament, l-istrixxi jistgħu jinżammu ħodor, b’kopertura ta’ veġetazzjoni qasira.

Ir-rimjiet tad-dwieli jiġu miżjuda waqt it-temp tat-tkabbir sabiex jiġi żgurat li n-nutrijenti jidħlu fl-għenieqed.

Il-kultivazzjoni hija limitata (rendiment massimu kif speċifikat fid-deskrizzjoni tal-inbejjed). L-għenieqed jiġu mraqqa’ meta jkun meħtieġ.

It-tħarriġ tad-dwieli: Ġie deċiż li jintuża l-metodu Guyot (li fih id-dwieli jintrabtu mal-wajer tal-irbit kull sena), b’għata ta’ weraq wieqfa, li tikber sa għoli ta’ madwar 2,20 m (biex tassorbi d-dawl tax-xemx għall-fotosinteżi) u żona miftuħa tal-għeneb ladarba jitneħħew il-weraq (tnixxif aktar mgħaġġel, dawl tax-xemx).

Waħda mid-deċiżjonijiet ewlenin fil-proċess tal-kultivazzjoni hija meta jinqata’ l-għeneb. Id-deċiżjoni tittieħed abbażi ta’ monitoraġġ mill-qrib ħafna tal-maturazzjoni tal-għeneb – il-kontenut taz-zokkor, l-aċidità (pH) u l-aromi tagħhom – sabiex jiġi prodott inbid ta’ kwalità.

Il-proċessi li ġejjin użati jaqdu rwol partikolarment importanti fit-tfassil tal-karattru tal-inbejjed prodotti:

L-inbejjed isiru abbażi ta’ speċifikazzjonijiet immirati lejn il-kwalità tal-ħsad (il-kontenut residwu taz-zokkor, l-aċidità, il-kontenut minimu tal-alkoħol, il-maturazzjoni f’kuntatt mal-injam). Kull sena, bord ta’ assaġġaturi esperti jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni eżatta ta’ kull coupage u jekk għandux jitqaddem fil-btieti.

Fermentazzjoni kiesħa tal-inbejjed bojod u rożè biex isiru friski u jkollhom togħma ta’ frott.

L-użu ta’ btieti tal-injam għat-tqaddim ta’ nbejjed ħomor, biex jingħataw togħma sħiħa b’tannini rotob, bl-inbejjed bojod ikunu soġġetti għal tqaddim parzjali f’kuntatt mal-injam biex jiġi prodott inbid b’palat aktar qawwi.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.rvo.nl/sites/default/files/2017/06/Productdossier-BOB-Achterhoek-Winterswijk.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


20.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 203/44


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2022/C 203/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1)

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni

DOKUMENT UNIKU

“Patatas de Prades” / “Patates de Prades”

Nru tal-UE: PGI-ES-0232-AM01 – 11.5.2021

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Patatas de Prades” / “Patates de Prades”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott [elenkat fl-Anness XI]

Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-prodott li għandu jiġi protett huwa tuberu tal-ispeċi Solanum tuberosum L, tal-kultivar Kennebec, maħsub għall-konsum mill-bniedem u b’daqs minn 40 sa 80 mm iżda jilħaq il-100 mm f’każijiet eċċezzjonali.

Il-patata għandha qoxra lixxa ħafna, iebsa u soda. Il-laħma hija bajdanija, b’tiswira soda u b’konsistenza tad-dqiq, b’togħma ħelwa u persistenti u riħa ħafifa ta’ qastan.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

___

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni, mill-kultivazzjoni (li tibda mill-akkwist taż-żerriegħa) sal-preparazzjoni u l-ippakkjar, isiru fiż-żona ġeografika identifikata.

L-istabbiliment tal-għalla:

il-proċess jibda bl-akkwist ta’ żerriegħa tal-varjetà “Kennebec”. Il-varjetà għandha rendiment baxx iżda hija ta’ kwalità għolja.

Iż-żrigħ jibda f’April u ż-żrieragħ jiġu distribwiti f’raded. Dawn tal-aħħar imbagħad jitgħattew bil-ħrit, u b’hekk jiffurmaw il-linja li fiha tiżviluppa l-pjanta.

Il-ħsad tal-għalla:

il-ħsad isir bl-idejn u ma jsirx qabel l-aħħar ta’ Awwissu jew Settembru peress li normalment il-pjanta tmut b’mod naturali f’Awwissu. Dan isir bl-akbar attenzjoni u jibda ġimagħtejn wara l-mewta naturali tal-pjanta. Dan jippermetti l-qoxra timmatura b’mod adegwat, u b’hekk iżomm il-kwalità tagħha, jagħti aktar protezzjoni kontra impatt possibbli waqt l-ippakkjar u jtejjeb il-kapaċità taż-żamma naturali tal-prodott.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-patata koperta mill-IĠP tinbiegħ ippakkjata f’basktijiet tal-karti respirabbli li jesgħu bejn 1 u 5 kg.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Meta tintbagħat fis-suq, il-patata protetta jrid ikollha tikketta li turi b’mod ċar u obbligatorju l-isem tal-IĠP, il-logo tal-IĠP stess u l-logo tal-IĠP tal-UE. Il-pakketti li fihom tintbagħat il-patata koperta mill-IĠP “Patatas de Prades” irid ikollhom ukoll numru approvat mill-Bord Regolatorju tal-IĠP.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-patata koperta mill-IĠP “Patates de Prades” tikkonsisti f’art li tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Prades, Capafonts, La Febró u Arbolí, li kollha jinsabu fid-distrett ta’ Baix Camp, fil-Provinċja ta’ Tarragona, fil-Komunità Awtonoma tal-Katalonja.

Iż-żona tal-preparazzjoni u tal-ippakkjar hi l-istess bħaż-żona tal-produzzjoni.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Rabta storika:

Emili Morera Llauradó li lejn l-aħħar tad-19-il seklu kiteb dwar it-tradizzjoni twila tat-tkabbir tal-patata fiż-żona protetta, attribwixxa l-kwalità tat-tuberi għall-klima lokali u l-altitudni tal-għelieqi fejn jitkabbru.

B’referenza għal Villa de Prades, José Ruy Fernández (1920) kiteb li “l-patata hija l-assi prinċipali tagħha għaliex hija l-aħjar u għalhekk l-aktar imfittxija mhux biss fil-Katalonja iżda fi Spanja kollha, kemm minħabba l-eċċellenza tal-prodott bħala oġġett tal-ikel kif ukoll minħabba t-togħma delizzjuża u l-karatteristika tal-konsistenza tad-dqiq, li jfisser li tirrikjedi prezz ogħla mill-kompetituri f’kull suq”.

Naturali:

Il-post privileġġat tal-muntanji ta’ Prades, b’karatteristiċi ġeografiċi distinti (1 000 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar, ħamrija tas-silika ramlija u fertili ħafna b’pH kemxejn aċiduż, ftit xita, temperaturi pjuttost baxxi u rjieħ niedja li jonfħu mill-baħar) għandu impatt pożittiv fuq il-kwalità tat-tuberi. Dawn il-fatturi kollha jfissru li:

Il-pjanta għandha ċiklu itwal ta’ tkabbir. Dan jippermetti ħsad wieħed biss fis-sena, u b’hekk jiġu prodotti tuberi aktar sodi b’perċentwal ogħla ta’ materja niexfa.

Il-patata mkabbra fiż-żona tal-Prades għandha qoxra lixxa ħafna u ħielsa mill-malformazzjonijiet, li jiddistingwiha mill-patata tal-istess varjetà mkabbra f’żoni oħra.

It-tuberi jinħażnu b’mod naturali, f’imħażen approvati, mingħajr l-użu ta’ aġenti kontra t-tinbit jew prodotti li jaffettwaw il-proċess tal-konservazzjoni naturali tal-patata.

Għalhekk, wieħed jikkonkludi li fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-kundizzjonijiet orografiċi (b’mod aktar speċifiku, l-altitudni), il-karatteristiċi tal-ħamrija (fattur ewlieni meta tiġi trattata din it-tip ta’ għalla) u l-klima, flimkien mat-tradizzjoni tat-tkabbir tal-patata u l-esperjenza tal-bdiewa kkonċernati, jagħtu l-karatteristiċi ta’ “Patatas de Prades” li huma tipiċi għat-tuberi ta’ kwalità għolja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott aġġornata tinsab fuq http://agricultura.gencat.cat/web/.content/al_alimentacio/al02_qualitat_alimentaria/normativa-dop-igp/plecs-tramit/pliego-condiciones-patates-de-prades-modificacion-menor-es.pdf filwaqt li jkun għaddej il-proċess tal-emenda

u se tiġi ppubblikata fuq

http://agricultura.gencat.cat/ca/ambits/alimentacio/segells-qualitat-diferenciada/distintius-origen/dop-igp/normativa-dop-igp/plecs-condicions/ ladarba tiġi approvata.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.