ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 157

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
11 ta' April 2022


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il–Kunsill

2022/C 157/01

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2022 dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea ( 1 )

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 157/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10531 — SANTANDER / MAPFRE / JV) ( 1 )

10


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il–Kunsill

2022/C 157/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

11

2022/C 157/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

13

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 157/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta’ April 2022

15

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2022/C 157/06

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta li temenda d-Direttiva dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 157/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10647 – HOYA / BOE Vision / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

2022/C 157/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10650 – EGERIA / ISOPLUS GROUP / BRUGG / ISOPLUS JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

2022/C 157/09

Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

23

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 157/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il–Kunsill

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ April 2022

dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ madwar l-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 157/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165 u 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

1.

Fil-15 ta’ Settembru 2021, fl-indirizz tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea (1) l-President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-Kummissjoni Ewropea ser tipproponi li ssemmi l-2022 is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ, “sena ddedikata għall-valorizzazzjoni taż-żgħażagħ li ssagrifikaw tant għall-oħrajn”. Is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ għandha l-għan, fost affarijiet oħra, li “tappoġġa liż-żgħażagħ biex jiksbu fehim aħjar tad-diversi opportunitajiet disponibbli għalihom mill-politiki pubbliċi fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali, u tippromwovihom b’mod attiv, sabiex tappoġġa l-iżvilupp personali, soċjali, ekonomiku u professjonali tagħhom f’dinja ekoloġika, diġitali u inklużiva, filwaqt li timmira li tneħħi l-ostakli li jkun fadal biex iseħħ dan” (2).

2.

Kif inhu enfasizzat fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u fuq l-isport (2020/2864(RSP)) (3) iż-żgħażagħ huma fil-qalba tal-attivitajiet motivati mis-solidarjetà biex iwieġbu għall-ħtiġijiet fil-komunitajiet tagħhom fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, minn tmexxija ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni għall-ħidma fuq quddiem nett bħala parti mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, għal inizjattivi oħra ta’ volontarjat.

3.

Permezz tal-azzjonijiet tagħhom ta’ volontarjat fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u skemi oħrajn, iż-żgħażagħ qegħdin jeffettwaw fil-prattika l-Preambolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jenfasizza x-xewqa tal-firmatarji li japprofondixxu s-solidarjetà bejn il-popli tal-Ewropa, l-Artikolu 2 TUE, li jsemmi s-solidarjetà bħala waħda mill-valuri komuni għall-Istati Membri, kif ukoll l-Artikolu 3 TUE, li jsemmi li l-għan tal-Unjoni huwa li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha. L-azzjonijiet tagħhom ta’ volontarjat għall-għajnuna umanitarja jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-paċi fl-Ewropa u fid-dinja, u għar-rispett għad-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem.

4.

L-esperjenzi mas-Servizz Volontarju Ewropew (mill-1996 sal-2018) u mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, filwaqt li rnexxew, urew il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat aktar il-volontarjat tranżnazzjonali, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet. F’dan il-kuntest, il-Kunsill talab rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea (“ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008”) sabiex jissaħħaħ il-potenzjal tal-Programmi Ewropej għaż-Żgħażagħ li jilħqu liż-żgħażagħ u li jgħinu fil-bini ta’ komunità (4). Dan huwa espress b’mod partikolari fl-Anness 4 dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ mill-2019 sal-2027. Barra minn hekk, ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ tal-14 ta’ Ottubru 2021 (5) irrefera għar-rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008.

5.

Il-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet li tqajmu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008 għadhom kruċjali u nżammu f’din il-proposta. L-aġġornament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008 sar meħtieġ minħabba diversi żviluppi mill-2008 ’l hawn. Żvilupp importanti huwa t-tnedija tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fl-2016 u l-ħolqien ta’ skemi u azzjonijiet nazzjonali ġodda ta’ volontarjat, anke b’elementi tranżnazzjonali (6) li xi drabi joffru opportunitajiet simili ħafna għaż-żgħażagħ. L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ mill-2019 sal-2027 (7) stiednet lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, sabiex “ifittxu l-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE u l-iskemi nazzjonali, reġjonali u lokali”.

6.

Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008 (8) identifikat il-ħtieġa ta’ inklużjoni ta’ persuni minn sfondi żvantaġġati bħala kwistjoni aktar urġenti fl-2015 milli kienet fl-2008. Ħtiġijiet oħrajn identifikati iżda mhux indirizzati mir-Rakkomandazzjoni tal-2008 kienu jinkludu l-assigurazzjoni tal-kwalità għal proġetti ta’ volontarjat, opportunitajiet ta’ bini tal-kapaċità għall-organizzazzjonijiet u monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni. Grupp ta’ esperti għamel aktar rakkomandazzjonijiet ta’ politika (9), li jkopru wkoll il-kondiviżjoni tal-għarfien u n-networking, l-aċċess għall-volontarjat, l-ostakli amministrattivi, is-sensibilizzazzjoni, ir-rikonoxximent, il-volontarjat diġitali u l-kuntest ambjentali, li informaw ir-Rakkomandazzjoni proposta.

7.

Mill-2008 ’l hawn, l-impatt tal-kriżijiet, pereżempju dawk li jfixklu l-mobilità fiżika tranżnazzjonali tal-voluntiera, kien sever. Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat l-importanza li jiġu żgurati is-sigurtà, is-sikurezza u s-saħħa fiżika u mentali tal-parteċipanti kollha f’kull ħin, inkluż li jsiru dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-impatt potenzjali ta’ ċirkostanzi mhux previsti. Barra minn hekk, għal żmien twil, il-kunċett ta’ “volontarjat tranżnazzjonali” fil-prattika kien jirreferi esklużivament għal attivitajiet li jinvolvu l-mobilità fiżika tal-voluntiera. Madankollu, bil-progress teknoloġiku u taħt l-influwenza tal-pandemija tal-COVID-19, tfaċċaw xejriet ġodda ta’ volontarjat. Il-volontarjat diġitali żvela l-potenzjal tiegħu li jikkomplementa l-mobilità fiżika jew li jkun forma ottimali ta’ volontarjat għaż-żgħażagħ li mhumiex f’pożizzjoni li jivvjaġġaw fiżikament. Id-dimensjoni interġenerazzjonali tal-volontarjat uriet ukoll b’mod ċar kemm hi importanti biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi tas-soċjetà tagħna. It-tħassib dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima jinsabu fil-quċċata tal-aġenda politika tal-UE u jeħtieġ li jiġu riflessi f’attivitajiet li jinvolvu l-mobilità tranżnazzjonali.

8.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 (10) enfasizzat l-importanza tal-inklużività, tal-kwalità u tar-rikonoxximent ta’ esperjenzi transfruntieri skont il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-garanziji tal-kwalità tal-opportunitajiet u d-dispożizzjonijiet disponibbli għal appoġġ xieraq lill-parteċipanti f’kull stadju tal-esperjenza tagħhom tal-volontarjat jikkostitwixxu prerekwiżit għall-attivitajiet ta’ volontarjat għall-benefiċċju tal-komunitajiet kif ukoll tal-voluntiera żgħażagħ.

9.

Fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030), il-Kunsill ikkonferma fil-qasam prijoritarju 1 tal-qafas strateġiku li “t-trawwim, il-valorizzazzjoni u r-rikonoxximent tal-apprendiment mhux formali, inkluż il-volontarjat, u t-titjib tal-inklużività, il-kwalità u r-rikonoxximent ta’ attivitajiet ta’ solidarjetà transfruntiera” hija kwistjoni konkreta għall-azzjoni.

10.

Waħda mill-ewwel diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom iż-żgħażagħ interessati fl-esperjenza tal-volontarjat tranżnazzjonali hija l-aċċess għal informazzjoni faċli għall-utent dwar l-istatus u d-drittijiet tagħhom bħala voluntiera, fuq sit web nazzjonali ddedikat, sabiex ikunu jistgħu jibdew l-attività ta’ volontarjat tranżnazzjonali tagħhom b’għarfien sħiħ ta’ liema impatt ser jkollha fuq id-drittijiet u l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali tagħhom fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tagħhom (11). Skont ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għall-informazzjoni, għall-proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri diġà huma obbligati jipprovdu l-informazzjoni online faċli għall-utent liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u f’dik nazzjonali fil-qasam tal-volontarjat fi Stat Membru ieħor (12).

11.

Ħafna kwistjonijiet relatati mal-mobilità tranżnazzjonali ma jistgħux jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali biss, peress li l-attivitajiet jinvolvu kemm l-Istati Membri li jibagħtu lill-voluntiera kif ukoll dawk li jospitawhom. L-oqfsa amministrattivi u legali dwar il-volontarjat jistgħu jvarjaw bejn l-Istati Membri. Informazzjoni komprensiva u adatta għaż-żgħażagħ relatata mar-regoli legali u amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-volontarjat, b’mod partikolari informazzjoni dwar il-kopertura tas-sigurtà soċjali kemm fl-Istati Membri li jibagħtu lill-voluntiera kif ukoll dawk li jospitawhom, hija importanti ħafna għaż-żgħażagħ li jixtiequ jinvolvu ruħhom f’attività ta’ volontarjat tranżnazzjonali.

12.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 (13) tirrikonoxxi r-rwol tal-volontarjat fl-integrazzjoni u fl-inklużjoni ta’ dawk b’inqas opportunitajiet. Għal ħafna minnhom, l-attivitajiet ta’ volontarjat jistgħu jirrappreżentaw l-aktar għażla aċċessibbli biex jipparteċipaw fil-mobilità transfruntiera, speċjalment f’formati ta’ volontarjat għal żmien qasir jew volontarjat fi gruppi jew timijiet.

13.

In-nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jistgħu jiffaċċjaw ostakli amministrattivi u prattiċi għall-volontarjat transfruntier jekk ikollhom bżonn japplikaw għal viża għal żmien qasir jew twil jew għal permess ta’ residenza għall-finijiet ta’ servizz ta’ volontarjat fi Stat Membru ieħor. Id-Direttiva (UE) 2016/801 tirregola l-kondizzjonijiet għall-kisba ta’ viża għal żmien twil jew permess ta’ residenza sabiex wieħed jiġi ammess fi Stat Membru tal-UE għall-finijiet ta’ servizz volontarju. Madankollu, ma fihiex dispożizzjonijiet dwar il-mobilità intra-UE ta’ voluntiera minn pajjiżi terzi.

14.

Esperjenza ta’ volontarjat tipprovdi eżiti tal-apprendiment lill-voluntiera li jżidu l-impjegabbiltà tagħhom. Jeżistu oqfsa nazzjonali jew tal-UE (jiġifieri, il-Youthpass (14) u l-Europass (15)) li jappoġġaw l-identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-validazzjoni tal-eżiti tal-apprendiment tal-attivitajiet ta’ volontarjat. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (16) stiednet lill-impjegaturi, liż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jippromwovu u jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim miksuba fuq il-post tax-xogħol jew f’attivitajiet volontarji. L-evalwazzjoni (17) tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012 identifikat oqsma fejn hija meħtieġa aktar azzjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2012, sabiex in-nies jingħataw aċċess għal aktar opportunitajiet ta’ validazzjoni u opportunitajiet aħjar, li jippermettilhom jaċċessaw aktar apprendiment u li jużaw il-ħiliet tagħhom fis-soċjetà Ewropea u fis-suq tax-xogħol. Id-Deċiżjoni dwar il-Europass tas-18 ta’ April 2018 tiddefinixxi l-voluntiera fost il-gruppi fil-mira tagħha.

15.

L-iżviluppi l-ġodda mill-2008 ’l hawn, l-evidenza dwar l-ostakli għall-volontarjat tranżnazzjonali u r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika ta’ grupp ta’ esperti rigward il-promozzjoni tal-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ, jirrikjedu Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ġdida dwar il-volontarjat, bil-għan li tiġi ffaċilitata u mtejba l-kwalità tal-volontarjat tranżnazzjonali taż-żgħażagħ u jiġi mħeġġeġ l-apprendiment reċiproku, in-networking u s-sinerġiji bejn l-iskemi u l-attivitajiet ta’ volontarjat fl-Istati Membri u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

16.

Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

JIRRIKONOXXI LI:

17.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, tintuża l-istess definizzjoni ta’ “volontarjat” bħal dik użata fir-Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jiġifieri attività ta’ solidarjetà li sseħħ, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, bħala attività volontarja mhux imħallsa (18) li tikkontribwixxi għall-kisbiet tal-ġid komuni. Fejn l-iskemi tranżnazzjonali eżistenti fl-Istati Membri jipprevedu attivitajiet ta’ solidarjetà li jdumu iktar minn 12-il xahar iżda mill-bqija jikkorrispondu mad-definizzjoni tal-volontarjat, dawn għandhom jitqiesu bħala volontarjat għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u b’hekk jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

18.

Il-volontarjat taż-żgħażagħ skont din ir-Rakkomandazzjoni jinkludi l-volontarjat madwar l-UE minn nazzjonali tal-UE jew minn nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fi Stat Membru wieħed u li jmorru lejn Stat Membru ieħor għall-fini ta’ servizz volontarju, skont il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jew kwalunkwe skema jew attività nazzjonali ta’ volontarjat transfruntier fl-Istati Membri. Sa fejn ikun possibbli, l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni b’reazzjoni għal din ir-Rakkomandazzjoni jenħtieġ li jqisu wkoll l-attivitajiet ta’ volontarjat bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ volontarjat ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u jenħtieġ li lanqas ma jitqiesu bħala sostitut għal dan. It-termini “żgħażagħ” u “żgħożija” jkopru l-grupp ta’ età ta’ bejn it-18 u t-30 sena.

19.

Żgħażagħ b’inqas opportunitajiet tfisser żgħażagħ li għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew ta’ saħħa, minħabba l-ambjent ta’ migrazzjoni tagħhom, jew għal raġunijiet bħal diżabilità jew diffikultajiet edukattivi jew għal kwalunkwe raġuni oħra, inkluż raġuni li tista’ tagħti lok għal diskriminazzjoni skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiffaċċaw ostakli li jżommuhom milli jkollhom aċċess effettiv għall-opportunitajiet (19).

B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI MEMBRI:

20.

Jikkunsidraw miżuri li jikkontribwixxu għal u li jmantnu qafas leġiżlattiv u ta’ implimentazzjoni adegwat u ċar għas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-parteċipanti f’attivitajiet ta’ volontarjat tranżnazzjonali billi:

a)

jiżguraw li l-voluntiera kollha jistgħu jibbenefikaw minn kopertura tas-sigurtà soċjali fi Stat Membru, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali;

b)

jappoġġaw l-organizzaturi involuti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ volontarjat fl-iżgurar li hemm fis-seħħ proċeduri ċari u affidabbli sabiex jieħdu ħsieb u jassistu lill-voluntiera fl-eventwalità ta’ kriżijiet, emerġenzi u ċirkostanzi oħrajn mhux previsti.

21.

Jipprovdu informazzjoni aċċessibbli u jqajmu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-voluntiera kif stipulat fil-qafas iddedikat stabbilit hawn fuq, b’mod partikolari billi:

a)

jiżguraw li hemm sit web nazzjonali, li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web (20), biex lill-voluntiera jagħtuhom informazzjoni prattika, aċċessibbli u komprensiva relatata mar-regoli legali u amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-volontarjat u l-impatt tal-volontarjat fi Stat Membru ieħor fuq id-drittijiet u l-intitolamenti (21) eżistenti u futuri tas-sigurtà soċjali tal-voluntiera (kemm għall-voluntiera li jkunu deħlin fl-UE kif ukoll għal dawk li jkunu ħerġin mill-UE);

b)

jappoġġaw fornituri tal-informazzjoni għaż-żgħażagħ permezz tat-tħeġġiġ tat-taħriġ fl-iżvilupp ta’ informazzjoni adatta għaż-żgħażagħ relatata mar-regoli legali u amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-volontarjat;

c)

iħeġġu kollaborazzjonijiet ma’ networks u servizzi stabbiliti bħall-ERYICA fl-iżvilupp ta’ tali informazzjoni;

d)

iħeġġu lill-organizzaturi ta’ skemi u attivitajiet nazzjonali eżistenti ta’ volontarjat transfruntier biex jindikaw is-siti web nazzjonali u Ewropej rilevanti (22) li jinformaw lill-voluntiera dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-regoli applikabbli tagħhom fir-rigward tal-volontarjat fi Stat Membru ieħor.

22.

Itejbu l-kwalità tal-opportunitajiet ta’ volontarjat billi jappoġġaw lill-organizzaturi tal-attivitajiet ta’ volontarjat fl-isforzi tagħhom ta’ bini tal-kapaċità. B’mod partikolari, dan jista’ jinkiseb billi:

a)

iħeġġu lill-organizzaturi kemm fl-Istati Membri li jibagħtu lill-voluntiera kif ukoll f’dawk li jirċevuhom biex jikkooperaw, inkluż billi jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar l-attività ta’ volontarjat, l-organizzaturi tagħha u l-voluntier, sabiex iż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar is-sostenibbiltà tal-attività u jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit legali;

b)

iħeġġu lill-organizzaturi tal-attivitajiet ta’ volontarjat biex jagħmlu enfasi fuq il-kwalità, fost affarijiet oħrajn billi jibbażaw l-organizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ volontarjat fuq analiżi li tappoġġa l-ħtiġijiet identifikabbli u twassal għal eżiti ta’ benefiċċju fil-komunitajiet lokali.

c)

iħeġġu lill-organizzaturi ta’ attivitajiet ta’ volontarjat biex jagħmlu enfasi adegwata fuq id-dimensjoni tal-apprendiment tal-attivitajiet ta’ volontarjat, inkluż apprendiment tal-lingwi fil-volontarjat tranżnazzjonali;

d)

jappoġġaw lill-organizzaturi tal-attivitajiet ta’ volontarjat f’użu aktar sistematiku u ġeneralizzat tal-oqfsa nazzjonali jew tal-UE eżistenti (jiġifieri l-Youthpass u l-Europass) sabiex jappoġġaw l-identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-validazzjoni tal-eżiti tal-apprendiment tal-attivitajiet ta’ volontarjat;

e)

jirrikonoxxu l-ħidma fost iż-żgħażagħ bħala promotur ewlieni ta’ opportunitajiet ta’ volontarjat u waħda mill-għodod prinċipali għall-iżvilupp tal-kwalità tal-attivitajiet ta’ volontarjat fl-UE u b’dan il-mod tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (23);

f)

jippromwovu mobilità transfruntiera għal dawk attivi f’ħidma fost iż-żgħażagħ u fl-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ;

g)

jappoġġaw it-taħriġ tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u l-organizzaturi ta’ attivitajiet ta’ volontarjat, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol ewlieni tagħhom fl-akkumpanjament u l-gwida tal-voluntiera żgħażagħ permezz ta’ esperjenza ta’ volontarjat ta’ kwalità għolja;

h)

iħeġġu l-organizzaturi ta’ attivitajiet ta’ volontarjat tranżnazzjonali biex japplikaw għat-tikketta ta’ kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà;

i)

jiżviluppaw u jippromwovu standards ta’ kwalità ġenerali għall-volontarjat filwaqt li jiġu ispirati mis-sistema komprensiva ta’ miżuri ta’ kwalità, appoġġ, inklużjoni u ċertifikazzjoni li jinsabu fir-Regolament (UE) 2021/888 (24), kull fejn ikun fattibbli fil-kuntest nazzjonali;

j)

jadottaw miżuri biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ volontarjat ma jwasslux għas-sostituzzjoni tal-impjiegi.

23.

Jiżguraw li l-aċċess għal attivitajiet ta’ volontarjat tranżnazzjonali jkun opportunità realistika għaż-żgħażagħ kollha, anki għal dawk b’inqas opportunitajiet, inkluż billi:

a)

jappoġġaw il-ħolqien u/jew it-tħaddim ta’ gateways nazzjonali u strutturi reġjonali u lokali, bħal infrastrutturi ta’ ħidma fost iż-żgħażagħ u ċentri ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ fejn jeżistu, li jipprovdu informazzjoni u gwida rigward l-opportunitajiet ta’ volontarjat eżistenti, f’formati li jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, għall-voluntiera potenzjali żgħażagħ, inklużi ż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili/tas-solidarjetà, u għal partijiet ikkonċernati oħrajn fil-qasam. Dawn l-istrutturi jistgħu jinkludu networks tal-alumni (bħall-EuroPeers) u persuni lokali li jaħdmu maż-żgħażagħ, li bl-użu tal-kapaċità tagħhom jagħtu s-setgħa lil kandidati potenzjali tal-volontarjat u jappoġġawhom, u, fejn rilevanti, jistgħu jaħdmu flimkien mal-Aġenziji Nazzjonali li jimplimentaw il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà;

b)

jiffaċilitaw l-aċċess għall-esperjenzi ta’ volontarjat tranżnazzjonali għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet permezz tal-promozzjoni ta’ informazzjoni mmirata u aċċessibbli u ħidma sabiex jintlaħqu n-nies minn organizzazzjonijiet u networks rilevanti (25), bħal Eurodesk u ERYICA, inkluż permezz tas-sensibilizzazzjoni rigward l-importanza tal-kompetenzi interkulturali u tal-apprendiment tal-lingwi bħala l-ewwel pass lejn il-mobilità tranżnazzjonali;

c)

jiżguraw li l-organizzaturi ta’ attivitajiet ta’ volontarjat jiġu mħeġġa jippromwovu l-inklużjoni soċjali, inkluż billi jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli u xierqa li hija aċċessibbli għaż-żgħażagħ, b’mod partikolari dawk b’diżabilità;

d)

jappoġġaw lill-organizzaturi ta’ attivitajiet ta’ volontarjat biex jiżviluppaw aspetti tal-inklużjoni taż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet għall-proġetti tagħhom (26), fost affarijiet oħra billi jpoġġuhom f’kuntatt ma’ esperti minn servizzi responsabbli mill-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali li jistgħu jappoġġawhom u jħarrġuhom;

e)

jipprovdu appoġġ immirat għall-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ volontarjat, li speċifikament jippromwovu l-inklużjoni, l-ugwaljanza u l-awtonomizzazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati jew gruppi f’riskju ta’ diskriminazzjoni, filwaqt li jinċentivaw lill-voluntiera żgħażagħ minn dawn il-komunitajiet biex jinvolvu ruħhom fil-volontarjat u jaġixxu bħal multiplikaturi jew anke bħala mudelli tar-rwol fil-komunità tagħhom;

f)

jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet u lin-networks rilevanti fil-promozzjoni ta’ attivitajiet ta’ volontarjat lokali (inkluż formati fuq terminu qasir, part-time u fi gruppi) bħala l-ewwel pass potenzjali lejn il-parteċipazzjoni f’attivitajiet tranżnazzjonali, u jipprovdu appoġġ immirat addizzjonali għall-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ volontarjat li jindirizzaw liż-żgħażagħ li ma jistgħux jipparteċipaw f’mobilità tranżnazzjonali fiżika għal diversi raġunijiet, pereżempju billi jiġu offruti, fost affarijiet oħra, opportunitajiet ta’ volontarjat diġitali;

g)

jippromwovu aktar l-għodod tranżnazzjonali eżistenti li jistgħu jiffaċilitaw il-mobilità taż-żgħażagħ, bħall-kards ta’ mobilità, u jħeġġu l-użu tagħhom fl-attivitajiet kollha ta’ volontarjat tranżnazzjonali (27);

h)

isolvu, fejn ikun possibbli u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta’ Schengen u d-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, kwistjonijiet amministrattivi u prattiċi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u/jew permessi ta’ residenza għal nazzjonali ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ servizz volontarju.

24.

Iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tal-attivitajiet ta’ volontarjat, permezz ta’ informazzjoni, gwida u attivitajiet għall-pubbliku, inkluż billi jiġu involuti parti kkonċernati nazzjonali fl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-impjiegi, is-servizzi soċjali u s-setturi taż-żgħażagħ. Jieħdu ħsieb partikolari li ż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet jintlaħqu b’mod ekwu. Dan jinkludi l-promozzjoni tal-fatti li:

a)

l-attivitajiet ta’ volontarjat jipprovdu mod konkret liż-żgħażagħ biex jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà u juru solidarjetà ma’ nies f’sitwazzjoni vulnerabbli;

b)

esperjenza ta’ volontarjat ittejjeb l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali taż-żgħażagħ, u tgħinhom jiżviluppaw kompetenzi li huma meħtieġa u apprezzati mis-suq tax-xogħol;

c)

jeżistu oqfsa li jappoġġaw l-identifikazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-validazzjoni ta’ eżiti tal-apprendiment tal-attivitajiet ta’ volontarjat (inklużi l-Youthpass u l-Europass).

25.

Jappoġġaw u jippromwovu attivitajiet ta’ bini ta’ komunitajiet relatati mal-volontarjat. Dan jinkludi:

a)

li jħeġġu fuq livell nazzjonali t-tħaddim ta’ networks ta’ voluntiera, speċjalment ta’ dawk li jieħdu sehem f’attivitajiet li għandhom viżjoni fit-tul, jiġifieri li ma jkunux marbuta mat-tul ta’ żmien ta’ proġetti individwali jew limitati minnu;

b)

li jippromwovu networks Ewropej eżistenti marbuta mal-volontarjat, b’mod partikolari n-Network Ewropew ta’ Solidarjetà u l-Europeers, kif ukoll riżorsi u pjattaformi oħrajn aċċessibbli permezz tal-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ;

c)

li jħeġġu lil voluntiera preċedenti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta’ networks taż-żgħażagħ, ta’ stabbilimenti edukattivi u workshops fi rwoli ta’ ambaxxaturi jew bħala membri ta’ network, u jħarrġu voluntiera attwali jew futuri;

d)

li jħeġġu lill-organizzaturi tal-attivitajiet ta’ volontarjat biex jappoġġaw lill-voluntiera fl-integrazzjoni tagħhom fil-komunità ospitanti matul l-attività tagħhom u meta jkomplu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ volontarjat wara li jirritornaw f’pajjiżhom, b’enfasi speċjali fuq l-akkumpanjament ta’ żgħażagħ b’inqas opportunitajiet.

26.

Jesploraw xejriet ġodda u dimensjonijiet u formati alternattivi tal-volontarjat, inkluż permezz:

a)

tal-promozzjoni, l-ittestjar tal-formati u l-ġbir tal-evidenza dwar il-volontarjat diġitali, f’kuntest tranżnazzjonali, bħala komplement għall-mobilità fiżika jew anke bħala format awtonomu tal-attivitajiet ta’ volontarjat;

b)

tar-rikonoxximent tal-valur tal-volontarjat interġenerazzjonali u l-promozzjoni tiegħu bħala kontribut siewi għall-isfidi ffaċċjati minn soċjetà li qiegħda tixjieħ, kif ukoll bħala mod kif iż-żgħażagħ jiġu involuti fi djalogu interġenerazzjonali, li jiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien interġenerazzjonali u jtejjeb il-koeżjoni soċjali.

27.

Joħolqu sinerġiji, komplementarjetajiet u kontinwità bejn skemi ta’ volontarjat u attivitajiet eżistenti fil-livell Ewropew u f’diversi livelli fi Stati Membri individwali. Dan jinkludi, pereżempju:

a)

l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-Istati Membri dwar skemi ta’ volontarjat eżistenti, inkluż skemi u attivitajiet nazzjonali ta’ servizz ċivili, fejn jeżistu, u t-trażmissjoni ta’ tali informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-pubblikazzjoni tagħha fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, il-Wiki taż-Żgħażagħ, u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki;

b)

il-kunsiderazzjoni ta’ miżuri li jippromwovu u jappoġġaw it-trasferiment tal-aħjar prattiki bejn skemi u attivitajiet ta’ volontarjat.

28.

Jappoġġaw attivitajiet ta’ volontarjat li jagħtu kontribut sinifikanti għall-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent, billi:

a)

jinkoraġġixxu l-integrazzjoni ta’ prattiki ekoloġiċi fil-proġetti u fl-attivitajiet kollha ta’ volontarjat, kif ukoll jippromwovu mġiba ambjentalment sostenibbli u responsabbli fost il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti;

b)

jippromwovu t-tnaqqis tal-impronta ambjentali tal-attivitajiet ta’ volontarjat, pereżempju billi jnaqqsu l-iskart, billi jirriċiklaw u, kull meta possibbli, billi jużaw mezzi sostenibbli tat-trasport;

c)

jippromwovu l-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ volontarjat li jindirizzaw is-suġġetti tal-protezzjoni ambjentali, tas-sostenibbiltà, tal-għanijiet klimatiċi u tal-prevenzjoni u l-irkupru tad-diżastri.

29.

Jinkludu informazzjoni dwar il-progress fis-segwitu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’aġġornamenti regolari magħmula skont l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, b’mod partikolari bħala parti mill-Wiki taż-Żgħażagħ.

B’DAN JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:

30.

Tiffaċilita l-iskambju ta’ prattiki bejn l-Istati Membri dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-ostakli li jistgħu jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jipparteċipaw fil-volontarjat, pereżempju permezz ta’ attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari, gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni jew il-Pjattaforma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ.

31.

Tappoġġa lill-Istati Membri jsegwu din ir-Rakkomandazzjoni permezz tal-mekkaniżmi u l-għodod ta’ kooperazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, l-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ u l-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ, b’mod partikolari l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

32.

Tiffaċilita l-apprendiment reċiproku u l-iskambji fost l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha f’diversi livelli permezz ta’ attivitajiet bħall-apprendiment bejn il-pari, il-konsulenza bejn il-pari, il-gruppi ta’ esperti, in-networking u strutturi oħrajn ta’ kooperazzjoni, inkluż b’enfasi fuq sinerġiji u komplementarjetajiet bejn l-iskemi jew attivitajiet fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, inkluż skemi nazzjonali ta’ servizz ċivili, fejn jeżistu. Għal dan il-għan, tagħmel użu mill-ispazji eżistenti bħall-Wiki taż-Żgħażagħ u l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ fejn ir-riżorsi u l-għarfien jistgħu jiġu kondiviżi fost l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) f’livelli differenti.

33.

Tesplora xejriet u formati ġodda tal-volontarjat li jirrispettaw il-prinċipji bażiċi għall-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, l-aċċessibbiltà, l-inklużività u kwalità għolja tal-attivitajiet, permezz tal-ġbir tal-evidenza, l-iżvilupp tal-aħjar prattiki u t-tħejjija ta’ gwida u manwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-volontarjat diġitali jew imħallat u l-volontarjat interġenerazzjonali.

34.

Tippromwovi u xxerred l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet Ewropej għall-volontarjat taż-żgħażagħ, b’mod partikolari għal persuni b’inqas opportunitajiet, permezz tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, li fih l-għodda ta’ reġistrazzjoni għall-attivitajiet ta’ solidarjetà skont il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. B’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tinkludi links għas-siti web nazzjonali rilevanti fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ (28).

35.

Tkompli tiżviluppa, tippromwovi u tipprovdi appoġġ għall-użu ta’ għodod eżistenti tal-UE li jappoġġaw il-validazzjoni tal-eżiti tal-apprendiment mhux formali u informali, b’mod partikolari l-Youthpass u l-pjattaforma tal-Europass, inkluż permezz ta’ kredenzjali diġitali Ewropej għall-apprendiment.

36.

Tappoġġa r-riċerka u l-ġbir tad-data dwar l-impatt fit-tul tal-attivitajiet ta’ volontarjat u solidarjetà għall-individwi u għall-organizzazzjonijiet, kif ukoll fuq is-soċjetà, inkluż it-tagħlimiet u l-għarfien meħuda mill-pandemija tal-COVID-19 dwar is-settur tal-volontarjat u t-tħejjija tiegħu għal kriżijiet simili, permezz ta’ studji, stħarriġ, statistika, riċerka u analiżi tad-data.

37.

Tuża l-pjattaforma online Wiki taż-Żgħażagħ sabiex tiġbor l-informazzjoni dwar il-progress tal-Istati Membri sabiex isegwu din ir-Rakkomandazzjoni.

38.

Tirrapporta dwar l-użu ta’ din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill fil-kuntest tal-ħidma dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn minnha.

Din ir-Rakkomandazzjoni tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ April 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/soteu_2021_address_en_0.pdf

(2)  Deċiżjoni (UE) 2021/2316 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2021 dwar Sena Ewropea taż-Żgħażagħ (2022) (ĠU L 462, 28.12.2021, p. 1).

(3)  Testi adottati - L-impatt tal-COVID-19 fuq iż-żgħażagħ u fuq l-isport - l-Erbgħa, 10 ta’ Frar 2021 (europa.eu)

(4)  ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.

(5)  Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019-2021), COM/2021/636 final.

(6)  Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-attivitajiet ta’ volontarjat jistgħu jsiru f’pajjiżi li mhumiex fl-UE:

- kif previst fl-Artikolu 7.2 tar-Regolament (UE) 2021/888, il-“volontarjat taħt il-fergħa ’parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’attivitajiet ta’ solidarjetà’” jista’ jsir f’pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (’il-volontarjat transfruntier’) jew fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (’il-volontarjat fil-pajjiż’)". Pajjiż għajr il-pajjiż ta’ residenza tal-parteċipant jista’ jkun pajjiż terz assoċjat mal-Programm jew pajjiż parteċipant ieħor;

- kif previst fl-Artikolu 10.2 tar-Regolament (UE) 2021/888, “il-volontarjat taħt il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja jista’ jsir biss f’dawk ir-reġjuni tal-pajjiżi terzi li fihom...jitwettqu attivitajiet u operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja; u...ma jkun hemm għaddej ebda kunflitt armat internazzjonali jew mhux internazzjonali”.

Barra minn hekk, kif previst fl-Artikolu 2(3), il-parteċipazzjoni fil-Programm hija miftuħa wkoll għal nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu “legalment fi Stat Membru, f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm jew f’pajjiż parteċipant ieħor skont dan ir-Regolament”.

(7)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:42018Y1218(01)&qid=1578414694481&from=MT

(8)  Evaluation of the EU Youth Strategy and the Council Recommendation on the mobility of young volunteers (Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità tal-voluntiera żgħażagħ), 2016.

(9)  “Promoting the mobility of young volunteers and cross-border solidarity, a practical toolbox for actors and stakeholders in the field of youth and recommendations for policymakers”, żviluppat mill-grupp ta’ esperti stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jappoġġa l-proċess ta’ rieżami tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2008 dwar il-mobilità ta’ voluntiera żgħażagħ, 2021 (ħidma mwettqa bejn Settembru tal-2019 u Settembru tal-2020).

(10)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, COM(2020)625 final, disponibbli fuq EUR-LEX - 52020DC0625 - MT - EUR-LEX (europa.eu)

(11)  Jenħtieġ li jiġi mfakkar li r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali jipprevedi l-koordinazzjoni tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali, inkluż tal-benefiċċji tal-mard, f’sitwazzjonijiet transfruntieri u japplika għall-voluntiera li jmorru minn Stat Membru għal ieħor.

(12)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 32, l-Anness I, it-Taqsima E. Implimentata permezz tal-portal “L-Ewropa Tiegħek”: L-Ewropa Tiegħek (europa.eu)

(13)  COM (2020) 758 final.

(14)  Il-Youthpass huwa l-istrument prinċipali ta’ rikonoxximent u ta’ validazzjoni disponibbli għall-parteċipanti kollha tal-Erasmus+ u fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà sabiex jirrifletti l-proċess ta’ apprendiment u jiddokumenta l-eżiti tal-apprendiment tagħhom fiċ-ċertifikat tal-Youthpass.

(15)  Id-Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta’ servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (il-Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42) tistabbilixxi qafas Ewropew li jappoġġa t-trasparenza u l-fehim tal-ħiliet u tal-kwalifiki miksuba f’ambjenti formali, mhux formali u informali, inkluż permezz ta’ esperjenzi prattiċi, tal-mobilità u tal-volontarjat.

(16)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(17)  Evaluation of the EU Youth Strategy and the Council Recommendation on the mobility of young volunteers (europa.eu) (Evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità tal-voluntiera żgħażagħ), 2016.

(18)  Il-voluntiera ma jitħallsux għal ħinhom iżda jistgħu jkunu koperti l-ispejjeż li normalment ikunu limitati għall-ivvjaġġar, għall-ikel jew għall-akkomodazzjoni u/jew għal spejjeż personali żgħar oħra.

(19)  Ara l-istess definizzjoni fir-Regolament (UE) 2021/888, l-Artikolu 2(4).

(20)  Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L327, 2.12.2016, p. 1).

(21)  Inkluż informazzjoni dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni għal Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) u informazzjoni dettaljata dwar dak li huwa kopert u dak li ma huwiex kopert mis-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa.

(22)  Il-portal multilingwi “l-Ewropa Tiegħek” skont ir-Regolament (UE) 2018/1724, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1; it-Taqsima Wiki taż-Żgħażagħ tal-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ; informazzjoni dwar il-portal Europa, eż. dwar l-EHIC: Applikazzjoni għal karta - Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni - il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)

(23)  Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta’ Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2020/C 415/01).

(24)  Regolament (UE) 2021/888 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2018/1475 u (UE) Nru 375/2014 (ĠU L 202, 8.6.2021, p. 32).

(25)  Ara l-Istrateġija għall-Inklużjoni u d-Diversità tal-Erasmus+ u tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal gwida dwar kif dan għandu jsir: https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/implementation-guidelines-erasmus-and-european-solidarity-corps-inclusion-and-diversity_en

(26)  F’konformità mal-istrateġiji tal-UE għall-ugwaljanza u l-oqfsa ta’ politika ta’ inklużjoni mmirati lejn gruppi speċifiċi diskriminati u żvantaġġati, li ġew adottati fl-2020 u l-2021: Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025 (COM(2020) 565 final, 18 ta’ Settembru 2020), il-Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni (COM(2020) 620 final, 7 ta’ Ottubru 2020), l-Istrateġija għall-ugwaljanza tal-LGBTIQ (COM(2020) 698 final, 12 ta’ Novembru 2020), il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni (COM(2020) 758 final, 24 ta’ Novembru 2020), l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (COM(2021) 101 final, 3 ta’ Marzu 2021).

(27)  Din diġà kienet prattika tajba ta’ dak li qabel kien is-Servizz Volontarju Ewropew; issa l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jipprevedi Karta Ewropea għaż-Żgħażagħ għal kull voluntier mingħajr ħlas.

(28)  B’informazzjoni prevista taħt il-punt 2 a) ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar skemi jew attivitajiet nazzjonali ta’ volontarjat.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/10


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10531 — SANTANDER / MAPFRE / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 157/02)

Fit 4 ta’ April 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10531. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il–Kunsill

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/11


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previst fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 157/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Ir-raġunijiet li ddeterminaw id-deżinjazzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi kkonċernati huma speċifikati fl-entrati korrispondenti fl-Annessi inkwistjoni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Ġunju 2022:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles

BELGIQUE

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2), u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(2)  ĠU L 110, 8.4.2022, p. 55.

(3)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(4)  ĠU L 110, 8.4.2022, p. 3.


11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/13


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 157/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles

BELGIQUE

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz elettroniku:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2022/582, u mar-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/581.

Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 110, 8.4.2022, p. 55.

(4)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(5)  ĠU L 110, 8.4.2022, p. 3.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/15


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ April 2022

(2022/C 157/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0861

JPY

Yen Ġappuniż

134,87

DKK

Krona Daniża

7,4372

GBP

Lira Sterlina

0,83355

SEK

Krona Żvediża

10,2768

CHF

Frank Żvizzeru

1,0155

ISK

Krona Iżlandiża

139,60

NOK

Krona Norveġiża

9,5080

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,479

HUF

Forint Ungeriż

375,66

PLN

Zloty Pollakk

4,6437

RON

Leu Rumen

4,9425

TRY

Lira Turka

16,0237

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4552

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3675

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,5134

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5849

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4801

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 333,12

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

15,9968

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9115

HRK

Kuna Kroata

7,5490

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 601,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,5850

PHP

Peso Filippin

55,990

RUB

Rouble Russu

 

THB

Baht Tajlandiż

36,488

BRL

Real Brażiljan

5,1583

MXN

Peso Messikan

21,8729

INR

Rupi Indjan

82,3890


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/16


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta li temenda d-Direttiva dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2022/C 157/06)

Fl-14 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (“ITS”) fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport. Il-varar tal-ITS ġie identifikat mill-Kummissjoni bħala azzjoni ewlenija fil-kisba ta’ mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata.

L-objettiv tal-Proposta huwa li tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva dwar l-ITS biex tkopri sfidi ġodda u emerġenti u biex tippermetti li s-servizzi tal-ITS essenzjali jsiru obbligatorji fl-UE kollha. Barra minn hekk, ir-reviżjoni hija parti mix-xenarju li qed jevolvi tal-leġiżlazzjoni dwar id-data, b’segwitu għall-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għad-data.

L-EDPS ifakkar li l-ipproċessar ta’ data personali għandu jkun leġittimu jekk is-suġġett tad-data (il-persuna fiżika identifikata jew identifikabbli li magħha hija relatata d-data personali) ikun ta l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha għal skop speċifiku wieħed jew aktar jew jekk bażi ġuridika xierqa oħra skont l-Artikolu 6 tal-GDPR tista’ tiġi applikata b’mod validu.

Il-Proposta tindika li t-tipi u s-servizzi tad-data, li l-provvediment tagħhom għandu jsir obbligatorju, jiġu identifikati abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati li jissupplimentaw id-Direttiva dwar l-ITS u jirriflettu t-tipi u s-servizzi tad-data stabbiliti fiha. Fl-istess ħin, l-EDPS jinnota li l-Proposta tħassar għadd ta’ dispożizzjonijiet inklużi fid-Direttiva eżistenti dwar l-ITS, inklużi d-dispożizzjonijiet relatati mal-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data.

Filwaqt li titqies il-protezzjoni partikolari mogħtija lill-privatezza u l-protezzjoni tad-data bħala drittijiet fundamentali protetti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-EDPS iqis li l-kategoriji ta’ data personali kif ukoll l-iskopijiet għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-varar tas-servizzi tal-ITS għandhom jiġu speċifikati direttament fil-Proposta pjuttost milli f’atti delegati li jissupplimentaw id-Direttiva dwar l-ITS. Barra minn hekk, l-EDPS iqis li huwa importanti li r-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni tal-iskop, is-sigurtà, il-minimizzazzjoni tad-data, u l-ħtieġa li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet dwar il-kunsens jiġu rrispettati filwaqt li jibqgħu ikunu riflessi b’mod xieraq fid-Direttiva riveduta dwar l-ITS.

Sa fejn il-Proposta tkun tfittex li tipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-varar u l-użu operazzjonali tal-ITS, hija għandha tistabbilixxi wkoll durata massima ta’ ħżin għall-kategoriji rilevanti ta’ data kkonċernati, filwaqt li titqies l-ITS inkwistjoni.

Peress li l-varar tal-ITS jista’ jinvolvi għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati, l-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq DPIA qabel ma tippermetti l-varar tas-servizzi tal-ITS li x’aktarx jirriżultaw f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi (eż. servizzi ta’ ġestjoni tal-mobbiltà minn awtoritajiet tat-trasport pubbliku).

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Fl-14 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (“il-Proposta”) (1).

2.

Id-Direttiva 2010/40/UE (“id-Direttiva dwar l-ITS”) tfasslet biex tkun il-qafas għall-aċċellerazzjoni u l-koordinazzjoni tal-varar u l-użu tal-ITS applikata għat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet tiegħu ma’ modi oħrajn ta’ trasport.

3.

Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (“l-Istrateġija”) (2) tal-Kummissjoni tidentifika l-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (“ITS”) bħala azzjoni ewlenija fil-kisba ta’ mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata, u għalhekk tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-sistema tat-trasport Ewropea biex jintlaħaq l-objettiv ta’ mobbiltà effiċjenti, sikura, sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti.

4.

L-Istrateġija ħabbret li d-Direttiva dwar l-ITS se tkun riveduta f’qasir żmien, inkluż xi wħud mir-regolamenti delegati tagħha. L-Istrateġija enfasizzat ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġa l-ħolqien fl-2021 ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni għall-punti ta’ aċċess nazzjonali (NAPs) skont id-Direttiva dwar l-ITS. Barra minn hekk, ir-reviżjoni hija parti mix-xenarju li qed jevolvi tal-leġiżlazzjoni dwar id-data, b’segwitu għall-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għad-data (3).

5.

Il-Proposta tfittex li tindirizza l-problemi li ġejjin (4):

i.

in-nuqqas ta’ interoperabbiltà u n-nuqqas ta’ kontinwità tal-applikazzjonijiet, tas-sistemi u tas-servizzi;

ii.

in-nuqqas ta’ konċertazzjoni u kooperazzjoni effettiva fost il-partijiet ikkonċernati; u

iii.

kwistjonijiet mhux solvuti relatati mad-disponibbiltà u l-kondiviżjoni tad-data b’appoġġ għas-servizzi tal-ITS.

6.

Il-Proposta tfittex li tindirizza dawn il-problemi b’mod partikolari billi tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva dwar l-ITS biex jiġu koperti sfidi ġodda u emerġenti, u billi tippermetti li s-servizzi tal-ITS essenzjali jsiru obbligatorji fl-UE kollha. Il-varar tas-servizzi tal-ITS se jkun appoġġat mid-disponibbiltà tad-data meħtieġa biex tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli u regoli addizzjonali jkunu jgħinu biex jitjieb l-allinjament mal-prattiki u l-istandards attwali (5).

7.

Fis-6 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni talbet lill-EDPS biex joħroġ Opinjoni dwar il-Proposta, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 (“l-EUDPR”) (6). Il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet f’din l-Opinjoni huma limitati għad-dispożizzjonijiet tal-Proposta li huma l-aktar rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data.

4.   KONKLUŻJONIJIET

39.

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li ġejjin:

a)

Sa fejn il-Proposta tfittex li tipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kuntest tal-varar u l-użu operazzjonali tal-ITS, hija għandha għalhekk:

tispeċifika b’mod ċar l-iskop(ijiet) tal-ipproċessar; u

tipprovdi ħarsa ġenerali ċara u komprensiva tal-kategoriji ta’ data personali kkonċernati;

tassenja b’mod ċar ir-rwoli tad-diversi atturi involuti bħala kontrollur, kontrollur konġunt jew proċessur;

tistabbilixxi durata massimu ta’ ħżin għall-kategoriji rilevanti ta’ data kkonċernati, filwaqt li jitqiesu l-iskopijiet tal-ipproċessar tal-ITS inkwistjoni.

b)

Peress li l-varar tal-ITS jista’ jinvolvi għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati, l-EDPS jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data qabel ma tippermetti l-varar tas-servizzi tal-ITS li x’aktarx jirriżultaw f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

Brussell, 2 ta’ Marzu 2022.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  COM(2021) 813 final.

(2)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti - inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” adottata f’Diċembru 2020, COM/2020/789 final.

(3)  https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/sshoudltrategy-data

(4)  Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 3.

(5)  Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p. 3.

(6)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21,11,2018, p. 39).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/19


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10647 – HOYA / BOE Vision / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 157/07)

1.   

Fl-4 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

HOYA Corporation (“HOYA”, il-Ġappun),

Beijing BOE Vision Electronic Technology Co., Ltd. (“BOE Vision”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ikkontrollata minn BOE Technology Group Co., Ltd (ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina),

HOYA BOE Microelectronics China Ltd, kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, “JV”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), ikkontrollata bi sħab minn HOYA u BOE Vision.

HOYA u BOE Vision se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u l-impriża bi sħab li għadha kif ġiet stabbilita huma dawn li ġejjin:

HOYA: riċerka u żvilupp, manifattura u bejgħ ta’ prodotti elettroniċi, inklużi fotomask inbjank, fotomasks u sottostrati tal-ħġieġ għal diski riġidi,

BOE Vision: il-manifattura u l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-iskrins tal-kristalli likwidi, it-trasferiment tat-teknoloġija, il-konsultazzjoni teknika u s-servizzi tekniċi għat-televiżjoni bil-kristalli likwidi, it-televiżjoni u prodotti u sistemi oħra finali,

il-JV: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ photomasks għall-użu fil-produzzjoni ta’ displays b’pannelli ċatti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10647 – HOYA / BOE Vision / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/21


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10650 – EGERIA / ISOPLUS GROUP / BRUGG / ISOPLUS JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 157/08)

1.   

Fl-1 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Egeria Group AG (“Egeria”, l-Iżvizzera);

Isoplus Fernwärmetechnik GmbH (il-Ġermanja), Isoplus Fernwärmetechnik Vertriebsgesellschaft mbH (il-Ġermanja), ISOPLUS Managementgesellschaft mbH (il-Ġermanja), Isoplus Fernwärmetechnik Gesellschaft m.b.H. (l-Awstrija), Isoplus Isoplus Távhővezetőgyártó Korlátolt Felelősségű Társaság (l-Ungerija), flimkien “Isoplus Group”;

Brugg Rohrsysteme GmbH (“BRUGG”, il-Ġermanja);

ISOBRUGG Stahlmantelrohr GmbH (“Isoplus JV”, il-Ġermanja), impriża bi sħab (joint venture, JV) ikkontrollata minn Holding für Fernwärmetechnik Beteiligungsgesellschaft mbH (“HFB”, il-Ġermanja); u BRUGG.

Egeria se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Isoplus Group u l-kontroll bi sħab tal-impriża Isoplus JV kollha kemm hi, flimkien ma’ BRUGG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Egeria: kumpanija ta’ investiment attiva f’ekwità privata, proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali, u parteċipazzjonijiet f’kumpaniji kkwotati fil-Borża, b’enfasi fuq in-Netherlands u r-reġjun tad-DACH;

Isoplus Group u Isoplus JV: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ sistemi ta’ pajpijiet iżolati minn qabel, prinċipalment għat-tisħin distrettwali u t-tkessiħ distrettwali u sa ċertu punt ukoll għal applikazzjonijiet industrijali għal mezzi ġieri (bħall-ikel u l-kimika), pipeline taż-żejt, bijoenerġija, agrikoltura u monitoraġġ tan-netwerk, b’enfasi fuq l-Ewropa Ċentrali;

BRUGG: attiva fis-setturi lokali tat-tisħin, tat-tisħin distrettwali, tat-tkessiħ, tal-ilma kiesaħ, industrijali, tal-pompi tal-mili u tal-faċilitajiet tat-tankijiet, li jvarjaw minn pariri dwar it-tqegħid sat-tmexxija u l-installazzjoni tal-proġetti, b’enfasi fuq l-Ewropa Ċentrali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10650 – EGERIA / ISOPLUS GROUP / BRUGG / ISOPLUS JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/23


Avviż lill-operaturi ekonomiċi

Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

(2022/C 157/09)

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C363/02) (1) għas-sensiela ta’ Jannar 2023.

Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-21 ta’ Ġunju 2022, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja

L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:

Suspensions (Autonomous Tariff Suspensions) (europa.eu)


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.

(2)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 157/24


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33

(2022/C 157/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

Mór / Móri

PDO-HU-A1333-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 11.1.2022

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Bidla fil-karatteristiċi organolettiċi tal-inbid tad-DOP Móri Premium

(a)   L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

II. Deskrizzjoni tal-inbejjed

(b)   Taqsima tad-Dokument Uniku affettwata:

Kapitolu 4 “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, punt 4 “Inbid – Premium”

(c)   ġustifikazzjoni:

Jeħtieġ li jiġu ċċarati l-karatteristiċi organolettiċi wara ż-żieda ta’ varjetà ġdida ma’ din il-kategorija tal-prodott u fid-dawl tal-esperjenza sa issa.

2.   Żieda tal-varjetà Generosa mal-kategorija tal-inbid tad-DOP Móri Premium

(a)   L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

VI. Varjetajiet ta’ għeneb permessi

(b)   Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat minn din l-emenda.

(c)   ġustifikazzjoni:

Ir-reġjun tal-inbid Mór għandu tradizzjoni twila ta’ produzzjoni ta’ nbejjed bojod korpużi, qawwija u maturi. Il-ħsieb wara l-emenda hija li tippermetti li dan l-istil ta’ nbid jiġi prodott mill-varjetà Generosa. Il-fatt li din hija varjetà domestika mnissla mill-varjetajiet Ezerjó u Tramini u li l-vitikulturi għandhom ħafna snin ta’ esperjenza fil-kultivazzjoni tal-varjetà jagħmluha denja li tiġi promossa għal kategorija ogħla. F’vendemmji preċedenti, anke mingħajr restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni, il-varjetà Generosa tipikament kisbet kontenut ta’ zokkor ta’ 20 bħala grad ta’ most Ungeriż (Magyar mustfok: MM°]), jew anke sa 23–24 MM° b’data tal-ħsad aktar tardiva u b’restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni, filwaqt li żammet l-aċidità tagħha. Fi ħdan dawn il-parametri analitiċi, it-togħmiet u l-aromi tal-varjetà huma ppreservati tajjeb, bħalma huma ppreservati t-togħmiet tagħha ta’ frott bl-għadma misjur u għasel u t-togħma pikkanti tagħha, anke b’data tal-ħsad aktar tardiva, li jagħmlu lil din il-varjetà materja prima eċċellenti għall-kategorija tad-DOP Móri Premium.

3.   Bidla fil-metodu tal-ħsad tal-inbid Móri Premium

(a)   L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

III. Prattiki enoloġiċi speċifiċi

(b)   Taqsima tad-Dokument Uniku affettwata:

Kapitolu 5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”, punt 3 “Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb”, subpunt 4 “Metodu ta’ ħsad”

(c)   ġustifikazzjoni:

In-nuqqas dejjem akbar ta’ ħaddiema fis-settur tal-kultivazzjoni tad-dwieli u l-avvanzi tekniċi li saru fil-mekkanizzazzjoni tal-ħsad f’dawn l-aħħar snin huma argument favur li l-materja prima tal-inbejjed Móri Premium titħalla tinħasad b’mod mekkaniku, bl-eċċezzjonijiet indikati hawn fuq. L-inbejjed xotti, b’korpożità sħiħa u maturi maħsuda minn għeneb misjur sew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jiffurmaw il-bażi tal-kategorija tad-DOP Móri Premium. It-tekniki moderni tal-ħsad mekkaniku jippermettu li l-materja prima tasal fl-impjant tal-ipproċessar malajr, u jipprevjenu kwalunkwe ħsara jew proċessi ta’ ossidazzjoni li ma humiex mixtieqa. F’ħafna każijiet, il-maxx li jidħol fil-proċessur mill-adapters tal-magni li jneħħu z-zkuk mill-għeneb u jissortjawh huwa ta’ kwalità li hija saħansitra aħjar minn dik tal-ħsad manwali bl-idejn li huwa disponibbli. Fil-qosor, bl-eċċezzjonijiet previsti, it-teknoloġija disponibbli attwalment hija kapaċi tiżgura r-rekwiżiti tal-kwalità għall-kategorija tad-DOP Móri Premium.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Mór

Móri

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid – abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod huma ta’ lewn aħdar-abjad, isfar lewn it-tiben jew isfar dehbi, bi sfumaturi ċari. Huma kkaratterizzati minn aċidità ħajja u friska, bi ħjiel ta’ fjuri jew ta’ frott fit-togħma, ħeffa u freskezza. Fil-biċċa l-kbira ma għandhomx il-karatteristiċi tal-maturazzjoni fil-btieti. L-inbejjed b’palat medju huma tipikament aromatiċi b’karattru prominenti. Il-karatteristiċi tal-varjetà indikata huma ġeneralment rikonoxxuti faċilment.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbejjed – rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed rożè huma ta’ kulur roża, vjola, lewn is-salamun (jew tal-ġilda tal-basla) jew aħmar ċar, huma ħfief, għandhom togħma ta’ frott u huma maħsuba biex jiġu kkunsmati fl-istess sena.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed ħomor huma prodotti bħala nbid primarju bi proċess qasir ta’ maċerazzjoni (5-7 ijiem) għall-konsum fl-istess sena. Huma ħfief, sempliċi u l-fwieħa u t-togħma tagħhom ifakkru fil-frott artab aħmar. Huma ta’ lewn aħmar rubin ċar.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Inbid – Premium

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur tiegħu jvarja minn isfar lewn it-tiben għal lewn id-deheb jew id-deheb qadim. L-aċidità tipikament intensa u l-qawwa alkoħolika għolja jippermettu maturazzjoni itwal. Minħabba t-tqaddim itwal, it-togħmiet sekondarji tal-maturazzjoni jsiru dominanti u xi kultant ikollhom kwalità minerali.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għat-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit.

*

Għall-inbejjed bi ħsad tardiv u dawk bi ħsad magħżul u l-inbejjed magħmulin minn għeneb imqadded bit-terminu “premium”, il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta’ 12,83 %, u l-aċidità volatili massima hija ta’ 2 g/l.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   Inbid – prattiki enoloġiċi

Prattika enoloġika speċifika

Użu ta’ pressa tal-inbid intermittenti.

2.   Prattiki enoloġiċi mhux permessi:

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

It-taħlil u l-arrikkiment bil-most tal-inbejjed premium ma humiex permessi.

3.   Regoli dwar il-produzzjoni tal-għeneb

Prattika ta’ kultivazzjoni

1.

Regoli dwar it-tħarriġ tad-dwieli:

a.

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, il-prodotti tal-fabbrika tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jistgħu jiġu prodotti minn għeneb maħsud minn vinji bi kwalunkwe metodu ta’ kultivazzjoni awtorizzat qabel, sakemm il-produzzjoni tibqa’ għaddejja fil-vinja.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010:

i.

Tħarriġ bil-kuruna

ii.

Tħarriġ gobelet

iii.

Tħarriġ forma ta’ purtiera

iv.

Tħarriġ b’zokk wieħed baxx

v.

Tħarriġ b’zokk wieħed medju-għoli

vi.

Tħarriġ b’zokk wieħed għoli

2.

Regoli dwar id-densità tad-dwieli fil-vinja:

a.

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, il-prodotti tal-fabbrika tal-inbid bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jistgħu jiġu prodotti minn għeneb maqtugħ minn vinji bi kwalunkwe densità ta’ pjantaġġun awtorizzata qabel, sakemm il-produzzjoni tibqa’ għaddejja fil-vinja.

b.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: Minimu ta’ 3 300 dielja għal kull ettaru

c.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2016: Minimu ta’ 3 500 dielja għal kull ettaru

3.

Regoli dwar in-numru ta’ rimjiet fil-vinja:

Il-produzzjoni tal-inbid Mór hija permessa biss għal numru massimu ta’ 10 rimjiet ħajjin għal kull metru kwadru.

4.

Metodu ta’ ħsad:

Il-ħsad manwali u mekkaniku huwa permess għall-inbejjed kollha tad-DOP. Il-ħsad mekkaniku huwa permess għall-inbejjed tad-DOP Móri Premium, ħlief għall-inbid bi ħsad magħżul jew bi ħsad tardiv, inbid magħmul minn għeneb imqadded, inbid prinċipali u ice wine, li jistgħu jinħasdu biss manwalment.

4.   Kontenut minimu ta’ zokkor naturali u l-qawwa alkoħolika potenzjali tal-għeneb

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor: 9,0 % skont il-volum – 14,9 bħala grad ta’ most Ungeriż (Magyar mustfok – [MM°])

Għall-inbejjed bojod bi ħsad tardiv u bi ħsad magħżul, l-inbejjed bojod magħmulin minn għeneb imqadded u l-inbejjed premium, il-kontenut minimu ta’ zokkor naturali tal-għeneb huwa ta’ 216 g/litru, il-qawwa alkoħolika potenzjali hija ta’ 12,83 % skont il-volum u 20 bħala grad ta’ most Ungeriż ([MM°]).

5.   Regoli dwar id-data tal-ħsad u indikazzjoni tal-varjetajiet

Prattika ta’ kultivazzjoni

Iffissar tad-data tal-ħsad:

Id-data li fiha jibda l-ħsad hija stabbilita mill-kunsill tal-komunità tal-inbid sal-20 ta’ Awwissu ta’ kull sena. Kwalunkwe prodott tal-inbid magħmul minn għeneb maqtugħ qabel id-data tal-bidu tal-ħsad stabbilita mill-kunsill tal-komunità tal-inbid ma jistax jingħata ċertifikat tal-oriġini għall-inbid Mór/Móri u ma jistax jinbiegħ bl-użu tat-tikketta tad-DOP. Id-data tal-ħsad hija ppubblikata fil-forma ta’ tħabbira mill-komunitajiet tal-inbid. F’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali (eż. temp jew infezzjoni) tista’ tkun permessa deroga minn dan ta’ hawn fuq.

Regoli dwar l-indikazzjoni tal-varjetajiet:

L-indikazzjoni tal-varjetà u s-sinonimi tagħha, kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-klassifikazzjoni ta’ varjetajiet tad-dwieli adattati għall-produzzjoni tal-inbid, hija permessa fuq prodotti tal-inbid Móri ta’ kwalunkwe kategorija, soġġett għar-restrizzjonijiet u ż-żidiet li ġejjin:

a.

Meta tiġi indikata varjetà waħda, 85 % tal-prodott għandu jkun magħmul minn dik il-varjetà.

b.

Meta jiġu indikati diversi varjetajiet, 100 % tal-prodott għandu jkun magħmul mill-varjetajiet indikati.

c.

L-indikazzjoni ta’ varjetà ma hijiex permessa għall-inbejjed Móri distinti mill-espressjoni ristretta Muskotály [Muscat].

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

1.

Inbid – abjad, rożè, aħmar

100 ettolitru għal kull ettaru

2.

Inbid – abjad, rożè, aħmar

13 600 kg għeneb għal kull ettaru

3.

Inbid – Premium

60 ettolitru għal kull ettaru

4.

Inbid – Premium

8 500 kg għeneb għal kull ettaru

5.

Inbid – Premium – Inbejjed bi ħsad tardiv u bi ħsad magħżul

45 ettolitru għal kull ettaru

6.

Inbid – Premium – Inbejjed bi ħsad tardiv u bi ħsad magħżul

8 000 kg għeneb għal kull ettaru

7.

Inbid – Premium – Inbejjed magħmulin minn għeneb imqadded u ice wines

20 ettolitru għal kull ettaru

8.

Inbid – Premium – Inbejjed magħmulin minn għeneb imqadded u ice wines

5 000 kg għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb li joriġina minn vinji li jappartjenu għal żoni tal-muniċipalitajiet ta’ Csákberény, Csókakő, Mór, Pusztavám, Söréd u Zámoly fil-Kontea ta’ Fejér ikklassifikati bħala Klassi I u II skont il-katast tal-vinja (ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór) jista’ jintuża biex jipproduċi prodotti tal-inbid li jkollhom id-DOP Mór/Móri.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

cabernet franc – cabernet

cabernet franc – carbonet

cabernet franc – carmenet

cabernet franc – gros cabernet

cabernet franc – gros vidur

cabernet franc – kaberne fran

cabernet sauvignon

chardonnay – chardonnay blanc

chardonnay – kereklevelű

chardonnay – morillon blanc

chardonnay – ronci bilé

cserszegi fűszeres

ezerjó – kolmreifler

ezerjó – korponai

ezerjó – szadocsina

ezerjó – tausendachtgute

ezerjó – tausendgute

ezerjó – trummertraube

generosa

irsai olivér – irsai

irsai olivér – muskat olivér

irsai olivér – zolotis

irsai olivér – zolotisztüj rannüj

királyleányka – dánosi leányka

királyleányka – erdei sárga

királyleányka – feteasca regale

királyleányka – galbena de ardeal

királyleányka – königliche mädchentraube

királyleányka – königstochter

királyleányka – little princess

kékfrankos – blauer lemberger

kékfrankos – blauer limberger

kékfrankos – blaufränkisch

kékfrankos – limberger

kékfrankos – moravka

leányka – dievcenske hrozno

leányka – feteasca alba

leányka – leányszőlő

leányka – mädchentraube

merlot

olasz rizling – grasevina

olasz rizling – nemes rizling

olasz rizling – olaszrizling

olasz rizling – riesling italien

olasz rizling – risling vlassky

olasz rizling – taljanska grasevina

olasz rizling – welschrieslig

ottonel muskotály – miszket otonel

ottonel muskotály – muscat ottonel

ottonel muskotály – muskat ottonel

pinot blanc – fehér burgundi

pinot blanc – pinot beluj

pinot blanc – pinot bianco

pinot blanc – weissburgunder

pinot noir – blauer burgunder

pinot noir – kisburgundi kék

pinot noir – kék burgundi

pinot noir – kék rulandi

pinot noir – pignula

pinot noir – pino csernüj

pinot noir – pinot cernii

pinot noir – pinot nero

pinot noir – pinot tinto

pinot noir – rulandski modre

pinot noir – savagnin noir

pinot noir – spätburgunder

rajnai rizling – johannisberger

rajnai rizling – rheinriesling

rajnai rizling – rhine riesling

rajnai rizling – riesling

rajnai rizling – riesling blanc

rajnai rizling – weisser riesling

rizlingszilváni – müller thurgau

rizlingszilváni – müller thurgau bijeli

rizlingszilváni – müller thurgau blanc

rizlingszilváni – rivaner

rizlingszilváni – rizvanac

sauvignon – sauvignon bianco

sauvignon – sauvignon bijeli

sauvignon – sauvignon blanc

sauvignon – sovinjon

syrah – blauer syrah

syrah – marsanne noir

syrah – serine noir

syrah – shiraz

syrah – sirac

szürkebarát – auvergans gris

szürkebarát – grauburgunder

szürkebarát – graumönch

szürkebarát – pinot grigio

szürkebarát – pinot gris

szürkebarát – ruländer

sárga muskotály – moscato bianco

sárga muskotály – muscat blanc

sárga muskotály – muscat bélüj

sárga muskotály – muscat de frontignan

sárga muskotály – muscat de lunel

sárga muskotály – muscat lunel

sárga muskotály – muscat sylvaner

sárga muskotály – muscat zlty

sárga muskotály – muskat weisser

sárga muskotály – weiler

sárga muskotály – weisser

tramini – gewürtztraminer

tramini – roter traminer

tramini – savagnin rose

tramini – tramin cervené

tramini – traminer

tramini – traminer rosso

zenit

zöld veltelíni – grüner muskateller

zöld veltelíni – grüner veltliner

zöld veltelíni – veltlinské zelené

zöld veltelíni – zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid (1)

Deskrizzjoni taż-żona demarkata

(a)   Fatturi naturali u kulturali

Wieħed mill-iżgħar reġjuni storiċi tal-inbid tal-Ungerija, ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór jinsab fuq in-naħa tal-Vértes fil-Wied ta’ Mór, li jinsab bejn l-Għoljiet ta’ Vértes u ta’ Bakony fil-Kontea ta’ Fejér.

Il-mikroklima u d-direzzjoni tar-riħ prevalenti fir-reġjun tal-inbid huma influwenzati mill-Wied ta’ Mór, li huwa qasma tettonika bejn l-Għoljiet ta’ Bakony u ta’ Vértes. Il-karatteristiċi morfoloġiċi tal-lum kienu ddeterminati mill-formazzjoni tas-superfiċje fl-Aħħar Epoka Plijoċenika u fil-Perjodu Kwaternarju, li pproduċew buttes miksija biż-żrar, ridges twal u wesgħin, pedimenti ħarxa u mħattba u b’xaqliba ġentili. Il-Vértes hija katina muntanjuża medja karstika bi struttura horst u graben.

Il-ħamrija kannella tal-foresta bl-illuvjazzjoni tat-tafal u l-ħamrija kannella żviluppaw l-aktar fuq il-loess imħallat ma’ fdalijiet tal-ġebla tal-ġir u ramel Oligoċen. Id-dolomit u l-ġebla tal-ġir huma koperti b’ħamrija tat-tip rendzina.

Il-klima hija adattata għat-tkabbir tad-dwieli, għalkemm hija aktar kiesħa mill-medja. Ix-xtiewi ma humiex kiefra, b’moviment konsiderevoli tal-arja matul is-sena. Ix-xemx tiżreġ fuq il-biċċa l-kbira tal-vinji matul is-sajf. It-temperatura medja annwali hija ta’ 10 °C. Iż-żona hija kkaratterizzata minn kundizzjonijiet moderati ta’ dawl u minn preċipitazzjoni ta’ 600–650 mm. Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel fis-sajf, l-inqas fi Frar u Marzu. L-irjieħ prevalenti huma l-Majjistral. It-temp ġeneralment ikun moderatament frisk u relattivament bix-xita.

(b)   Fatturi umani

It-tkabbir tad-dwieli fiż-żona huwa maħsub li jmur lura saħansitra għaż-żminijiet Rumani. Madankollu, l-atti li nħarġu wara li ġie stabbilit l-Istat Ungeriż fis-seklu 11 jipprovdu evidenza ċara tal-vitikultura lokali. L-ewwel rekord bil-miktub imur lura wara l-Konkwista tal-Magyar fil-Medju Evu. It-testment ta’ Lord Miklós Csàk fl-1231 isemmi għall-ewwel darba l-vinji ta’ Vajal (Mór).

Il-ħakma Ottomana kienet ta’ ħsara għat-tkabbir tad-dwieli fiż-żona. Il-gwarniġġjon Tork li rtira mill-Kastell ta’ Csókakő ta n-nar lill-irħula, u b’hekk qered ukoll il-vinji.

L-Ordni tal-Patrijiet Minuri Kapuċċini u l-kolonizzaturi Ġermaniżi (li kienu ddaħħlu fiż-żona mill-Hochburgs u l-Lambergs) assumew rwol kruċjali fl-irkupru sussegwenti, għaliex kienu ġabu magħhom tagħmir modern u tradizzjonijiet sofistikati ta’ tkabbir tad-dwieli u ta’ produzzjoni tal-inbid. Waqt li waqqfu l-monasteru tagħhom bejn l-1694 u l-1696, il-patrijiet Kapuċċini ta’ Mór żammew rabtiet mill-qrib ma’ sħabhom il-patrijiet tal-ordni f’Tokaj. It-tradizzjoni tgħid li huma bagħtulhom żraġen tal-varjetà Ezerjó biex jgħinuhom jerġgħu jibdew iħawlu l-vinji.

Il-varjetà Ezerjó, illum “Hungaricum”, saret il-varjetà ewlenija tal-għeneb fir-reġjun tal-inbid matul it-tħawwil mill-ġdid wara l-epidemija tal-filossera fis-seklu 19. L-irkupru tad-dwieli u tal-inbid kellu rwol ewlieni biex Mór saret belt kummerċjali fl-1758.

Ir-reġistri storiċi juru li fl-1834 nqata’ għeneb imqadded għall-ewwel darba fir-reġjun tal-inbid. Fis-seklu 19, bis-saħħa tat-trasportabbiltà tajba, fis-suq Awstrijak inbiegħu kwantitajiet dejjem akbar ta’ nbejjed tar-reġjun.

Għalkemm l-ewwel komunità tal-inbid fiż-żona ġiet stabbilita f’Csákberény fl-1882, wara l-applikazzjoni tagħha fl-1901 il-ħolqien tar-reġjun indipendenti tal-inbid ta’ Mór kien irreġistrat b’digriet fl-1928.

Minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sa tmiem is-snin tmenin, il-Farm tal-Istat ta’ Mór ipprovda l-isfond teknoloġiku għall-kultivazzjoni tad-dwieli u l-ipproċessar tal-għeneb, il-kapaċitajiet meħtieġa għall-ħżin u parti sinifikanti mill-opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-reġjun tal-inbid. Sa nofs is-snin tmenin, iż-żona tal-vitikultura kienet reġgħet laħqet l-akbar espansjoni tagħha wara sekli sħaħ. Barra mill-forniment tas-suq domestiku, il-bejgħ kien prinċipalment iffukat fuq l-esportazzjoni lejn l-Unjoni Sovjetika.

Wara l-bidla fir-reġim fl-1990, il-Farm tal-Istat ġie stralċjat, il-kapaċitajiet ta’ vitikultura tiegħu ġew żarmati, u bil-privatizzazzjoni, id-destin tar-reġjun tal-inbid kien għal darb’oħra f’idejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali, il-bdiewa individwali u l-fabbriki tal-inbid. Dan imbagħad biddel b’mod sinifikanti l-istruttura tal-vinikultura. Ħafna familji saru produtturi tal-inbid bħala professjoni, u issa hemm ħafna fabbriki tal-inbid li qed jiffjorixxu f’Mór u fl-inħawi ta’ madwaru. Iż-żona ta’ vitikultura tar-reġjun tal-inbid tnaqqset għal 685 ha.

Bis-saħħa tal-iżvilupp, u l-esperjenza u l-għarfien espert ta’ sekli sħaħ ta’ dawn il-fabbriki tal-inbid tal-familja, l-inbejjed Mór qed isiru dejjem aktar popolari mal-konsumaturi. Din ix-xejra hija evidenzjata mill-bosta midalji tad-deheb li ntrebħu fil-kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tal-inbid u l-ftuħ tal-bejgħ għas-swieq barranin.

8.2.   Inbid (2)

Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed ta’ Mór għandhom taħlita rikka ta’ fwejjaħ u aromi, qawwa alkoħolika u aċidità relattivament għoljin, u huma pjaċevoli u normalment xotti. Il-karattru espressiv u korpuż u l-aċidità bbilanċjata jagħmlu dawn l-inbejjed ferm pjaċevoli. Il-vendemmji tajba b’mod partikolari jipproduċu nbejjed armonjużi li għandhom l-aċidi qawwija b’palat korrispondenti, li, bit-teknoloġija u l-maturazzjoni xierqa tal-produzzjoni tal-inbid, jagħmlu l-inbejjed premium.

L-inbejjed ta’ Mór jissemmew l-aktar spiss fil-letteratura bħala nbejjed b’sawra notevoli, qawwija u “maskili”. L-inbejjed tar-reġjun għandhom is-sinsla, il-palat, il-kontenut taz-zokkor u l-aċidità li normalment jikkaratterizzaw inbejjed kbar. Il-ħamrija kalkarja tagħti lill-inbejjed sinsla aċiduża, li tagħtihom il-palat eċċezzjonali tagħhom. L-istess sinsla aċiduża tippermetti li l-inbejjed Premium ta’ varjetà magħżula jżommu l-kwalità li tippermettilhom jiżviluppaw u jikbru sa diversi snin.

Minħabba n-natura tal-kurrenti tal-Wied ta’ Mór, il-mard fungali fid-dwieli ma huwiex komuni. Dan jippermetti li l-għeneb mingħajr mard jiġi pproċessat fil-biċċa l-kbira tas-snin tal-vendemmja. L-inbejjed bojod magħmula minn frott mingħajr mard huma wkoll eċċellenti għall-maturazzjoni fit-tul u għall-produzzjoni ta’ nbejjed storiċi (“muzeális borok”).

F’kundizzjonijiet tat-temp favorevoli, l-għeneb tal-varjetà Ezerjó jimmatura sakemm isir ta’ lewn isfar dehbi u jkollu togħma delizzjuża. F’ċerti snin tal-vendemmja, l-għeneb botritizzat jista’ jintuża biex jipproduċi nbid ewlieni ta’ kwalità speċjali.

Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott

Bis-saħħa tal-fatturi naturali u umani tal-ambjent ġeografiku, ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór ipproduċa nbejjed ta’ fama nazzjonali għal sekli sħaħ.

Il-meso- u l-mikroklima favorevoli fuq ix-xaqlibiet tan-Nofsinhar u tal-Lbiċ tal-muntanji u l-għoljiet, żviluppaw kundizzjonijiet tajbin għat-tkabbir lokali.

In-natura speċifika “tal-kurrenti” tal-wied hija assi kbira biex jitrażżan il-mard fungali fid-dwieli, jitnaqqsu jew jiġu evitati r-riskji tal-ġlata, jew biex tiġi mmanipulata l-frekwenza tagħhom. Karatteristiċi oħra ta’ benefiċċju jinkludu espożizzjoni favorevoli u użu eċċellenti tad-dawl tax-xemx fuq l-għoljiet weqfin tal-Lbiċ fuq ix-xifer tal-Wied ta’ Mór. L-inbejjed ta’ Mór jieħdu wkoll il-karattru distintiv tagħhom mill-kontenut tal-ġir relattivament għoli tal-ħamrija.

Il-kultivazzjoni tal-għeneb u l-produzzjoni tal-inbid fir-reġjun għandhom firxa wiesgħa ta’ karatteristiċi tradizzjonali uniċi, li huma kruċjali fl-effetti tagħhom fuq medda twila ta’ żmien. Id-differenzi sinifikanti fil-kultivazzjoni tad-dwieli u fl-ipproċessar tal-għeneb meta mqabbla ma’ reġjuni oħra tal-inbid jistgħu jkunu, l-ewwel nett, minħabba l-fatt li l-kolonizzaturi li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż ġabu magħhom il-prattiki ta’ kultivazzjoni tar-reġjuni ta’ oriġini tagħhom; it-tieni, minħabba li l-patrijiet Kapuċċini introduċew metodi ġodda ta’ vitikultura u ta’ produzzjoni tal-inbid; u t-tielet, minħabba l-fatt li dawn il-karatteristiċi partikolari fil-biċċa l-kbira żviluppaw lokalment, f’iżolament dak iż-żmien.

Il-vinji kkultivati tradizzjonalment għadhom qed jużaw iż-żbir “bald” u t-taħriġ f’kuruna bil-puntali, li huma tipiċi tar-reġjun tal-inbid, li l-għan tagħhom huwa li jġibu l-għenieqed fuq il-pjanti eqreb tal-ħamrija, li tisħon matul il-jum, u b’hekk tiżgura maturazzjoni tajba u kwalità aħjar. Il-produtturi tal-inbid ta’ Mór jaderixxu ma’ dan l-approċċ ta’ kultivazzjoni sal-ġurnata tal-lum. Il-produtturi kollha tal-inbid fir-reġjun ifittxu li jżommu metodi ta’ taħriġ għal dwieli baxxi.

Barra minn hekk, it-tneħħija bir-reqqa tar-rimjiet tgħin biex ir-rimjiet jinfirxu b’mod uniformi, u b’hekk dan jikkontribwixxi għat-tkabbir b’saħħtu tal-għeneb, li huwa ċ-ċavetta għall-produzzjoni tal-inbejjed b’togħma ta’ frott ta’ Mór.

Il-materja prima prodotta b’dan il-mod hija adatta ħafna għal maturazzjoni itwal, pereżempju, ta’ nbejjed premium, li tradizzjonalment isiru fir-reġjun tal-inbid bl-użu ta’ btieti. Dan għaliex l-erja iżgħar tal-wiċċ tippermetti maturazzjoni itwal fi btieti tal-injam.

Filwaqt li kienet il-varjetà u l-marka kummerċjali prinċipali tar-reġjun tal-inbid sal-ħamsinijiet, l-Ezerjó ilha minn dak iż-żmien tkun akkumpanjata minn għadd ta’ varjetajiet ta’ għeneb li fil-biċċa l-kbira huma bojod. Dawn jinkludu Zöld veltelíni, Rizlingszilváni, Rajnai rizling, Chardonnay, Leányka, Királyleányka, Sauvignon, Szürkebarát u Tramini, kif ukoll ftit varjetajiet ta’ għeneb blu li jitkabbru fuq skala żgħira. Il-varjetà l-aktar importanti tar-reġjun tal-inbid għadha l-Ezerjó, imkabbra kważi f’terz taż-żona.

Konsegwentement, l-inbid Mór għadu jiġi assimilat ħafna mal-“Móri Ezerjó”, li rriżulta mit-tlaqqigħ każwali ta’ żona tal-produzzjoni tajba u varjetà eċċellenti. Il-varjetà titkabbar f’diversi postijiet fl-Ungerija, iżda sabet il-post veru tagħha fuq ix-xaqlibiet tal-Vértes.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Regoli dwar l-indikazzjonijiet (1)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

(a)

L-espressjoni “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”) u l-varjanti aġġettivali tagħha fil-lingwa Ungeriża, kif ukoll l-istess fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jidhru fuq it-tikketta.

(b)

Fuq it-tikketta tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Mór/Móri, il-kliem “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” (“Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta”) jista’ jiġi sostitwit bil-kliem “védett eredetű bor” (“inbid ta’ oriġini protetta”).

(c)

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Mór” tista’ tiġi sostitwita bl-indikazzjoni “Móri” jew “Móri borvidék” (ir-reġjun tal-inbid ta’ Mór). Il-varjant grammatikali bid-derivat “-i” tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet kollha elenkati fil-punt VIII/1.1.2 jista’ jiġi indikat ukoll fuq it-tikketti.

(d)

L-indikazzjoni tal-vendemmja hija obbligatorja għall-inbejjed primarji u ġodda kollha.

(e)

Meta tiġi indikata l-vendemmja, 85 % tal-inbid irid joriġina minn dik il-vendemmja. Issir eċċezzjoni għall-inbejjed primarji jew ġodda, kif ukoll għall-inbejjed “ta’ vendemmja verġni” jew “tal-ewwel ħsad”, fejn 100 % tal-inbid irid jiġi mill-vendemmja rilevanti.

(f)

L-espressjonijiet “termőhelyen palackozva” (ibbottiljat fiż-żona tal-produzzjoni), “termelői palackozás” (ibbottiljat mill-produttur) u “pinceszövetkezetben palackozva” (ibbottiljat f’kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid) jistgħu jiġu indikati fuq kwalunkwe nbid ta’ Mór/Móri.

(g)

L-espressjoni “rozé” tista’ tiġi sostitwita b’“rożè”, u l-espressjoni “küvé” b’“cuvée”.

Regoli dwar l-indikazzjonijiet (2)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

(a)

L-inbejjed “küvé” jew “cuvée” jistgħu jindikaw inbejjed miksubin bit-taħlit ta’ diversi varjetajiet ta’ għeneb, li fuq it-tikketta tagħhom l-isem tal-varjetajiet ta’ għeneb li jikkostitwixxu l-cuvée jista’ jiġi indikat f’ordni dixxendenti ta’ kwantità sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumaturi. Jekk jiġu indikati l-ismijiet tal-varjetajiet, l-ismijiet tal-varjetajiet kollha li jagħmlu l-cuvée għandhom jiġu indikati.

(b)

L-espressjoni “Öreg tőkék bora” (“Inbid ta’ dwieli qodma”) tista’ tiddaħħal fuq it-tikketta meta mill-inqas 85 % tal-inbid ikun ġej minn terren li d-dwieli tiegħu jkollhom aktar minn 40 sena.

(c)

L-użu tal-espressjoni “birtokbor” [inbid imkabbar f’azjenda] huwa permess fuq l-inbejjed ta’ Mór sakemm 100 % tal-għeneb użat bħala materja prima għall-inbejjed ikun ġej miż-żona kkultivata mill-fabbrika tal-inbid speċifika. Fil-każ tan-negozji tal-familja, l-espressjoni “birtokbor” [inbid imkabbar f’azjenda] tista’ tiġi indikata wkoll fuq it-tikketta ta’ nbejjed prodotti fil-vinji kkultivati minn membri tal-familja.

(d)

L-espressjonijiet “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv], “válogatott szüretelésű bor” [inbid bi ħsad magħżul], “főbor” [inbid ewlieni], “jégbor” [ice wine] u “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded] jistgħu jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed premium biss.

Espressjonijiet ristretti oħra li jistgħu jiġu indikati:

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

“Muzeális bor” [Inbid storiku]: abjad, premium

“Birtokbor” [Inbid imkabbar fuq il-proprjetà]: l-inbejjed kollha

“Öreg tőkék bora” [Inbid ta’ dwieli qodma]: l-inbejjed kollha

“Vendemmja verġni” jew “első szüret” [l-ewwel ħsad]: l-inbejjed kollha

“Muskotály” [Muscat]: abjad

“Cuvée” jew “küvé”: l-inbejjed kollha

“Szűretlen” [Mhux iffiltrat]: aħmar

“Primőr” [Primeur] jew “újbor” [inbid ġdid]: abjad, rożè, aħmar

“Barrique”: abjad, aħmar, premium

Unitajiet ġeografiċi iżgħar li jistgħu jintużaw flimkien mad-DOP Mór

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Muniċipalitajiet:

Il-Kontea ta’ Fejér: Csákberény, Csókakő, Pusztavám, Söréd, Zámoly

Għall-inbejjed ta’ Mór tikkettati b’isem tal-muniċipalità, mill-inqas 85 % tal-għeneb irid joriġina minn vinji kklassifikati fil-klassi I jew II f’dik il-muniċipalità, u sa 15 % tal-għeneb ipproċessat jista’ joriġina minn partijiet oħra taż-żona ta’ produzzjoni demarkata ta’ Mór.

Regoli dwar il-preżentazzjoni

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed premium jistgħu jinbiegħu biss fi fliexken.

Din ir-regola ma tapplikax għall-inbejjed prodotti fiż-żona tal-produzzjoni mill-produttur fil-kantina tiegħu stess għall-konsum fuq il-post.

L-inbejjed premium jistgħu jinbiegħu biss fis-sena tal-inbid ta’ wara l-ħsad.

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata (1)

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Għal raġunijiet storiċi, l-inbejjed tad-DOP Mór jistgħu jiġu prodotti fil-kontej u fil-bliet li ġejjin flimkien mal-muniċipalitajiet elenkati fil-Kapitolu IV:

Il-Kontea ta’ Fejér:

Il-muniċipalitajiet ta’ Aba, Alcsútdoboz, Bicske, Csabdi, Etyek, Felcsút, Gárdony, Gyúró, Igar, Kajászó, Kápolnásnyék, Lajoskomárom, Martonvásár, Mezőkomárom, Nadap, Pákozd, Pázmánd, Seregélyes, Sukoró, Szabadhídvég, Székesfehérvár, Tordas, Vál u Velence

Il-Kontea ta’ Bács-Kiskun:

Il-muniċipalitajiet ta’ Ágasegyháza, Akasztó, Apostag, Bácsalmás, Bácsszőlős, Ballószög, Balotaszállás, Bátmonostor, Bócsa, Borota, Bugac, Császártöltés, Csengőd, Csátalja, Csávoly, Csikéria, Csólyospálos, Dunapataj, Dunavecse, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Felsőlajos, Fülöpháza, Fülöpjakab, Hajós, Harkakötöny, Harta, Helvécia, Imrehegy, Izsák, Jakabszállás, Jánoshalma, Jászszentlászló, Kaskantyú,, Kecel, Kecskemét, Kelebia, Kéleshalom, Kerekegyháza, Kiskőrös, Kiskunfélegyháza, Kiskunmajsa, Kisszállás, Kunbaja, Kunbaracs, Kunfehértó, Kunszállás, Kunszentmiklós, Ladánybene, Lajosmizse, Lakitelek, Pirtó, Páhi, Rém, Solt, Soltszentimre, Soltvadkert, Sükösd, Szabadszállás, Szank, Szentkirály, Tabdi, Tázlár, Tiszaalpár, Tiszakécske, Tiszaug, Tompa, Vaskút u Zsana

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata (2)

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-Kontea ta’ Komárom-Esztergom:

Il-muniċipalitajiet ta’ Ászár, Baj, Bajót, Bársonyos, Császár, Csép, Dunaalmás, Dunaszentmiklós, Esztergom, Ete, Kerékteleki, Kesztölc, Kisbér, Kocs, Lábatlan, Mocsa, Mogyorósbánya, Nagyigmánd, Neszmély, Nyergesújfalu, Süttő, Szomód, Tát, Tata, Tokod, Vérteskethely u Vértesszőlős

Il-Kontea ta’ Pest:

Il-muniċipalitajiet ta’ Abony, Albertirsa, Bénye, Budajenő, Budakeszi, Cegléd, Ceglédbercel, Csemő, Dány, Dömsöd, Gomba, Hernád, Inárcs, Kakucs, Kerepes, Kisnémedi, Kocsér, Kóka, Mogyoród, Monor, Monorierdő, Nagykőrös, Ócsa, Őrbottyán, Örkény, Páty, Pilis, Pilisborosjenő, Ráckeve, Szada, Szigetcsép, Szigetszentmárton, Szigetújfalu, Tápiószele, Tápiószentmárton, Telki, Tóalmás, Tököl, Újlengyel, Üröm, Vác, Vácegres u Veresegyház

Il-Kontea ta’ Somogy:

Il-muniċipalitajiet ta’ Andocs, Balatonberény, Balatonboglár, Balatonendréd, Balatonkeresztúr, Balatonlelle, Balatonőszöd, Balatonszabadi, Balatonszemes, Böhönye, Csoma, Csurgó, Gyugy, Kaposhomok, Kaposkeresztúr, Karád, Kercseliget, Kéthely, Kötcse, Kőröshegy, Látrány, Lengyeltóti, Marcali, Mosdós u Ordacsehi

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata (3)

Qafas legali:

Minn organizzazzjoni li tamministra d-DOP/l-IĠP, fejn previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-Kontea ta’ Tolna:

Il-muniċipalitajiet ta’ Alsónána, Alsónyék, Aparhant, Báta, Bátaapáti, Bátaszék, Bikács, Bölcske, Bonyhád, Bonyhádvarasd, Decs, Dunaföldvár, Dunaszentgyörgy, Dúzs, Fácánkert, Felsőnyék, Grábóc, Gyönk, Györe, Györköny, Harc, Hőgyész, Iregszemcse, Izmény, Kakasd, Kéty, Kisdorog, Kismányok, Kisszékely, Kisvejke, Kölesd, Lengyel, Madocsa, Magyarkeszi, Medina, Mőcsény, Mórágy, Mucsfa, Mucsi, Nagydorog, Nagymányok, Nagyszékely, Nagyszokoly, Ozora, Őcsény, Paks, Pincehely, Regöly, Sárszentlőrinc, Simontornya, Sióagárd, Szálka, Szekszárd, Tamási, Tengelic, Tevel, Tolna, Tolnanémedi, Váralja, Várdomb, Závod u Zomba

Il-Kontea ta’ Veszprém:

Il-muniċipalitajiet ta’ Ábrahámhegy, Alsóörs, Aszófő, Badacsonytomaj, Badacsonytördemic, Balatonakali, Balatonalmádi, Balatoncsicsó, Balatonederics, Balatonfüred, Balatonfőkajár, Balatonhenye, Balatonkenese, Balatonrendes, Balatonszepezd, Balatonszőlős, Balatonudvari, Balatonvilágos, Csopak, Csabrendek, Dörgicse, Felsőörs, Gyulakeszi, Hegyesd, Hegymagas, Káptalantóti, Kisapáti, Kővágóörs, Köveskál, Lesencefalu, Lesenceistvánd, Lesencetomaj, Lovas, Mencshely, Mindszentkálla, Monostorapáti, Monoszló, Nemesgulács, Nemesvita, Óbudavár, Örvényes, Paloznak, Pécsely, Raposka, Révfülöp, Salföld, Sáska, Sümeg, Sümegprága, Szentantalfa, Szentbékkálla, Szentjakabfa, Szigliget, Tagyon, Tapolca, Tihany, Uzsa, Vászoly, Zalahaláp u Zánka

L-eċċezzjonijiet għal din ir-regola huma l-inbejjed premium, li jistgħu jiġu pproċessati biss fil-muniċipalitajiet elenkati fil-Kapitolu IV.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/admin/download/6/5f/d2000/Mor%20OEM_vv3_standard_korr_nelkul.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.