ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 130

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
23 ta' Marzu 2022

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 130/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10499 — STATE STREET / BBH (INVESTOR) ( 1 )

1

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

2022/C 130/02

Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew. — CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

2

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 130/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-22 ta’ Marzu 2022

4

2022/C 130/04

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 )  ( 1 )

5

2022/C 130/05

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

7

2022/C 130/06

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

8

2022/C 130/07

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

9

2022/C 130/08

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

10

2022/C 130/09

11

2022/C 130/10

12

2022/C 130/11

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

13

2022/C 130/12

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

14

2022/C 130/13

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

15

2022/C 130/14

16

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 130/15

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku ( 1 )

17

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 130/16

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10692 – SEGRO / PSPIB / TARGET ASSET SOUTH PARIS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 130/17

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

20

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10499 — STATE STREET / BBH (INVESTOR)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/01)

Fit 24 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10499. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/2

Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.

CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

(2022/C 130/02)

Il-laqgħa annwali tal-Kanċellerija tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew saret fis-7 ta’ Lulju 2021 taħt il-presidenza tal-Onor. Dita Charanzová, Viċi President tal-Parlament Ewropew u Kanċillier tal-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.

Matul dik il-laqgħa, tfasslet il-lista li ġejja tar-rebbieħa tal-premju għas-sena 2021.

Il-premji se jingħataw waqt ċerimonji pubbliċi ta’ premjazzjoni organizzati mill-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri tar-rebbieħa. F’Novembru 2021 ir-rebbieħa se jattendu wkoll ċerimonja tal-premjazzjoni ċentrali fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

CIVI EUROPAEO PRAEMIUM

Rebbieħa

l-Awstrija: Laqgħat maż-Żgħażagħ Ewropej eljub

il-Belġju: Paars

il-Bulgarija: TheMayor.EU - Il-Portal Ewropew għall-Bliet u ċ-Ċittadini

il-Kroazja: B’Ħolma Waħda Magħqudin

Ċipru: Films dokumentarji: “Our Wall” u “My Homeland”

ir-Repubblika Ċeka: Iċ-Ċentru tal-Volontarjat tal-Università Masaryk MUNI HELPS

id-Danimarka: Inizjattiva Ewropea tad-Dibattiti

l-Estonja: Klabb Ingliż taż-Żgħażagħ

il-Finlandja: Helpline għall-Kriżijiet

Franza: Id-djalogu taċ-ċittadini Franko-Ġermaniżi dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni transfruntiera

il-Ġermanja: Festival tat-Teatru Internazzjonali taż-Żgħażagħ Mad Mix

il-Greċja: ELEPAP - Soċjetà Ellenika għall-Protezzjoni u r-Rijabilitazzjoni ta’ Persuni b’Diżabilità

l-Ungerija: Operazzjoni ta’ Ħruġ ta’ Emerġenza – kooperazzjoni edukattiva internazzjonali

l-Irlanda: Kampanja “Too Into You”

l-Italja: Fabbrika mikro tal-gallettini FROLLA

il-Latvja: Attività ta’ appoġġ għar-residenti tal-Belarussja – #FreeBelarus

il-Latvja: Liene Dambiņa

il-Litwanja: Mano Guru

il-Lussemburgu: RespectEachOther

Malta: Monument ta’ Mercy

in-Netherlands: Il-proġett Phoenix

il-Polonja: Id-difiża tad-dinjità u tal-indipendenza tal-imħallfin li jiġġieldu għall-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja

il-Portugall: Min-nies, lin-nies

ir-Rumanija: Geofolk

is-Slovenja: Għas-solidarjetà u l-progress tas-saħħa pan-Ewropew għall-pazjenti bil-kanċer

is-Slovakkja: Zmudri: korsijiet online taċ-ċivika permezz ta’ vidjos

Spanja: Voluntiera ta’ Villa de Moya għall-akkoljenza u l-integrazzjoni ta’ migranti irregolari

l-Iżvezja: L-Assoċjazzjoni Navet (“Hub”) f’Bergsjön u l-Proġett ta’ Ħolqien Kollaborattiv tagħha

Il-Kummissjoni Ewropea

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/4

Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Marzu 2022

(2022/C 130/03)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1024

JPY

Yen Ġappuniż

132,96

DKK

Krona Daniża

7,4402

GBP

Lira Sterlina

0,83228

SEK

Krona Żvediża

10,3822

CHF

Frank Żvizzeru

1,0275

ISK

Krona Iżlandiża

142,70

NOK

Krona Norveġiża

9,6233

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,679

HUF

Forint Ungeriż

371,23

PLN

Zloty Pollakk

4,6851

RON

Leu Rumen

4,9463

TRY

Lira Turka

16,3432

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4802

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3867

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,6285

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5860

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4957

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 343,81

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,3430

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0137

HRK

Kuna Kroata

7,5750

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 808,01

MYR

Ringgit Malażjan

4,6483

PHP

Peso Filippin

57,749

RUB

Rouble Russu

THB

Baht Tajlandiż

36,881

BRL

Real Brażiljan

5,4105

MXN

Peso Messikan

22,3667

INR

Rupi Indjan

83,9145

(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/5

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/04)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1498

is-16 ta’ Marzu 2022

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

SEBIA, Parc Technologique Léonard de Vinci, 91090, Lisses, Franza

REACH/22/3/0

REACH/22/3/1

REACH/22/3/2

L-użu industrijali ta’ 4-tert-OPnEO minħabba l-proprjetajiet deterġenti “ta’ tixrib” fil-produzzjoni ta’ buffers, reaġenti u rfid tal-ġell li jippermettu d-dissoluzzjoni, id-dilwizzjoni u t-tifrix tajjeb tas-sottostrati u tar-reaġenti, meħtieġa biex jottimizzaw il-funzjonament tas-sensitività ta’ testijiet dijanjostiċi in vitro bl-elettroforeżi fuq ġell

L-użu industrijali ta’ 4-tert-OPnEO minħabba l-proprjetajiet deterġenti tiegħu fil-produzzjoni ta’ ġells għall-elettroforeżi biex ikun żgurat il-pożizzjonament tal-proteini speċifiċi meħtieġa għall-interpretazzjoni tar-riżultati tat-testijiet dijanjostiċi in vitro abbażi tas-separazzjoni tal-proteini

L-użu industrijali ta’ 4-tert-OPnEO minħabba l-proprjetajiet deterġenti tiegħu li jirriżultaw fir-ruttura tal-liżazzjoni taċ-ċelloli, u tal-interazzjoni tal-proteini, u li hu meħtieġ għall-produzzjoni ta’ reaġenti involuti fid-determinazzjoni ta’ proteini ta’ interess fit-testijiet dijanjostiċi in vitro tal-elettroforeżi fuq ġell u l-elettroforeżi kapillari

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/7

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/05)

Deċiżjoni għar-rifjut ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Applikant għall-awtorizzazzjoni

Użu rifjutat

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 1512

16 ta’ Marzu 2022

Żift, qatran tal-faħam, ta’ temperatura għolja

Nru KE 266-028-2; Nru CAS 65996-93-2

Bilbaina de Alquitranes S.A., Obispo Olaechea 49, 48903, Luchana-Barancaldo Vizcaya, Spanja

Bħala legant fil-produzzjoni ta’ plattini tal-fuħħar għall-isparar

L-applikazzjoni ma wrietx li l-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użi tas-sustanza u li ma hemmx alternattivi idonei, f’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/8

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/06)

Deċiżjoni għar-rifjut ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Applikant għall-awtorizzazzjoni

Użu rifjutat

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 1510

is-16 ta’ Marzu 2022

Żift, qatran tal-faħam, ta’ temperatura għolja

Nru KE 266-028-2; Nru CAS 65996-93-2

DEZA a.s., Masarykova 753, 75701, Valasske Mezirici, iċ-Ċekja

Bħala legant fil-produzzjoni ta’ plattini tal-fuħħar għall-isparar

L-applikazzjoni ma wrietx li l-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użi tas-sustanza u li ma hemmx alternattivi idonei, f’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu)

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/9

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/07)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1506

16 ta’ Marzu 2022

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Nru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

Octapharma AB, Lars Forssells gata 23, SE-11275 Stockholm, Sweden

Octapharma

Produktionsgesel schaft Deutschland mbH, Wolfgang-Marguerre-Allee 1, 31832 Springe, il-Ġermanja

Octapharma S.A.S. 72 rue du Maréchal Foch, 67381 Lingolsheim, Franza

REACH/22/5/0

REACH/22/5/1

REACH/22/5/2

REACH/22/5/3

Bħala deterġent f’pass ta’ inattivazzjoni ta’ virus (trattament b’solvent/b’deterġent) waqt il-manifattura ta’ prodotti mediċinali dderivati mill-plażma u prodotti mediċinali rikombinanti

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.

Octapharma Pharmazeutika Produktionsgesellschaft m.b.H, Oberlaaer Straße 235, A-1100 Vienna, l-Awstrija

REACH/22/5/4

Bħala komponent ta’ soluzzjoni ta’ riġenerazzjoni ta’ kromatografija b’kolonna waqt il-manifattura ta’ Fattur VIII dderivat minn rikombinant

l-4 ta’ Jannar 2025

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fis-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fuq: Authorisation (europa.eu)

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/10

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/08)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1503

16 ta’ Marzu 2022

Żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (“CTPht”)

Numru KE: 266-028-2, Nru CAS: 65996-93-2

Industrial Quimica del Nalon, S.A., Avda. Galicia 31, 33005, Oviedo, Asturias, Spanja

REACH/22/10/0

L-użu tas-CTPht fil-formulazzjoni tat-taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

4 ta’ Ottubru 2032

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzzazzjoni (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/11

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/09)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1497

is-16 ta’ Marzu 2022

4-(1,1,3,3-tetrametilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Numru tal-KE: -, Nru tal-CAS:-

Eli Lilly Kinsale Limited, Dunderrow, Kinsale, P17 NY71 Cork, Co. Cork l-Irlanda

REACH/22/6/0

L-użu industrijali bħala reaġent għall-inattivazzjoni virali fil-manifattura ta’ mediċini għall-użu mill-bniedem, għas-sikurezza tal-pazjenti prodotti minn sistemi bijoloġiċi

l-4 ta’ Jannar 2033

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adatta.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/12

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/10)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 1499

16 ta’ Marzu 2022

4-(1,1,3,3-tetra metilbutil)fenol, etossilat

(4-tert-OPnEO)

Nru KE: -, Nru CAS:-

Sanquin Reagents B.V., Plesmanlaan 125, 1066 CX Amsterdam, Netherlands

REACH/22/18/0

F’formulazzjoni ta’ taħlitiet għal kittijiet IVD

l-4 ta’ Jannar 2028

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/13

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/11)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1511

16 ta’ Marzu, 2022

Żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (“CTPht”)

Numru KE: 266-028-2, Nru CAS: 65996-93-2

Koppers Denmark ApS, Avernakke, 5800 Nyborg, id-Danimarka

REACH/22/11/0

L-użu tas-CTPht fil-formulazzjoni tat-taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

l-4 ta’ Ottubru 2032

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.

Żejt tal-antraċen (“AO”)

Numru KE: 292-602-7, Nru CAS: 90640-80-5

REACH/22/11/1

L-użu tal-AO fil-formulazzjoni tat-taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzzazzjoni (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/14

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/12)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1500

16 ta’ Marzu 2022

Żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (“CTPht”)

Numru KE: 266-028-2, Nru CAS: 65996-93-2

Bilbaina de Alquitranes, S.A., Obispo Olaechea 49, 48903, Luchana-Baracaldo, Vizcaya, Spanja

REACH/22/12/0

L-użu tas-CTPht fil-formulazzjoni tat-taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

l-4 ta’ Ottubru 2032

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.

Żejt tal-antraċen (“AO”)

Numru KE: 292-602-7, Nru CAS: 90640-80-5

REACH/22/12/1

L-użu tal-AO fil-formulazzjoni tat-taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzzazzjoni (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/15

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/13)

Deċiżjoni parzjali li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1501

16 ta’ Marzu 2022

Żift, qatran, temperatura għolja. (“CTPht”)

Numru tal-KE: 266-028-2, Numru tas-CAS: 65996-93-2

Rain Carbon bvba, Vredekaai 18, 9060 Zelzate, il-Belġju

REACH/22/14/0

Użu tas-CTPht fil-formulazzjoni ta’ taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

4 ta’ Ottubru 2032

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jkunu akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u jekk ma jkunx hemm sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti.

Żejt tal-antraċina (“AO”)

Numru tal-KE: 292-602-7, Numru tas-CAS: 90640-80-5

REACH/22/14/1

Użu tal-AO fil-formulazzjoni ta’ taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1.

(2)  deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea fuq: Awtorizzazzjoni (europa.eu).

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/16

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/14)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2022) 1504

16 ta’ Marzu 2022

4-nonilfenol, ramifikat u lineari, etossilat (4-NPnEO)

Nru KE: -, Nru CAS:-

Chemetall GmbH, Trakehner Str. 3, 60487 Frankfurt, il-Ġermanja

REACH/22/19/0

Formulazzjoni ta’ komponent ta’ twebbis li jkun fih 4-NPnEO f’siġillanti ajruspazjali ta’ polislfur bisintetizzat

l-4 ta’ Jannar 2025

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-użijiet tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.

REACH/22/19/1

Taħlit ta’ komponenti siġillanti bisintetizzati komuni ma’ komponent webbies li fih 4-NPnEO, li jirriżulta f’taħlitiet li jkun fihom anqas minn 0,1 % w/w ta’ 4-NPnEO għall-użijiet ajruspazjali li jkunu eżenti minn awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 56(6)(a), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fis-settur ajruspazjali u katini ta’ provvista assoċjati

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Authorisation (europa.eu).

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/17

Avviż ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru skedati f’konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/15)

Stat Membru

Spanja

Rotta kkonċernata

Almeria – Seville

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Sentejn wara l-bidu tal-operat, u sentejn addizzjonali (2) jekk ikun hemm bżonn ta’ estensjoni

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

Mhux qabel xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mas-sejħa pubblika għall-offerti u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Ministerio de Transportes, Movilidad y Agenda Urbana

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

España

E-mail: osp.dgac@mitma.es

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/18

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10692 – SEGRO / PSPIB / TARGET ASSET SOUTH PARIS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/16)

1.   

Fis-16 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit),

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

Proprjetà loġistika li tinsab fi Plessis Pâté fin-Nofsinhar ta’ Pariġi, Franza (“Assi fil-Mira”, Franza).

SEGRO u PSPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Assi fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet tal-industrija ħafifa li jinsabu madwar konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE;

PSPIB: ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

l-Assi fil-Mira: proprjetà loġistika b’żona ta’ kiri ta’ 50,098 metru kwadru li tinsab fin-Nofsinhar ta’ Pariġi, Franza fi Plessis-Pâté. L-Assi fil-Mira bħalissa qed jinkera lil terza persuna u jintuża primarjament bħala maħżen.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10692 – SEGRO / PSPIB / TARGET ASSET SOUTH PARIS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/20

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2022/C 130/17)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

Mittelrhein

PDO-DE-A1269-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 28.12.2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Deskrizzjoni tal-inbid/prodotti tad-dwieli u karatteristiċi analitiċi u/jew organolettiċi

Deskrizzjoni:

Emenda tal-qawwa alkoħolika naturali minima u l-piż minimu tal-most (li tmexxew mill-punt 5.1 għall-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott) għal inbid ta’ kwalità (Qualitätswein) magħmul mill-varjetà tal-għeneb Dornfelder fi snin b’kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp.

Il-valuri standard għall-inbid ta’ kwalità magħmul mill-varjetà Dornfelder: 8,8 % vol. alkoħol totali/68 °Oechsle.

ŻIEDA:

“Il-qawwa alkoħolika naturali minima/il-piż minimu tal-most tal-varjetà tal-għeneb Dornfelder jistgħu jiġu stabbiliti għal 8,3 % vol. alkoħol totali/65 °Oechsle fi snin b’kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp, skont deċiżjoni tal-bord tax-Schutzgemeinschaft Mittelrhein [Assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-inbid Mittelrhein] rikonoxxuta. Dawn l-arranġamenti japplikaw biss għas-sena li għaliha tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni tal-assoċjazzjoni għall-protezzjoni għandha titħabbar permezz ta’ mezz xieraq ta’ pubblikazzjoni.”

Il-prodotti differenti huma identifikati b’isimhom, b’informazzjoni dwar il-qawwa alkoħolika naturali minima tagħhom/il-piż minimu tal-most u deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom.

ŻIEDA:

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Raġunijiet għall-emenda:

L-għan tat-tnaqqis żgħir fil-qawwa alkoħolika minima/il-piż minimu tal-most tal-varjetà Dornfelder huwa li jippermetti li l-ħsad isir aktar kmieni, sabiex jiġu minimizzati l-effetti negattivi ta’ organiżmi ġodda li jikkawżaw ħsara. Fl-2014, pereżempju, id-Drosophila suzukii heddet il-varjetajiet tal-għeneb aħmar b’sajran bikri. L-ittardjar tal-ħsad minħabba l-piż minimu tal-most li kien applikabbli sal-lum joħloq ir-riskju li jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-kwalità u l-volum tal-għeneb maħsud f’dawn is-snin.

Ingħata aktar dettall fid-deskrizzjonijiet tal-karatteristiċi organolettiċi sabiex jirrifletti aħjar il-prodotti differenti.

Iż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed prodotti mingħajr ebda arrikkiment tagħmel użu mill-klawżola inizjali fir-Regolament tal-UE.

2.   Demarkazzjoni taż-żona

Deskrizzjoni:

Iż-żona tad-DOP Mittelrhein ġiet demarkata mill-ġdid.

ŻIEDA:

Ġew elenkati l-muniċipalitajiet individwali, inklużi d-distretti u n-numri tad-distretti.

Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq il-mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, demarkata bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

Raġunijiet għall-emenda:

Din l-emenda dwar id-demarkazzjoni taż-żona ma hijiex arbitrarja iżda hija meħtieġa sabiex jiġu evitati żvantaġġi sinifikanti għall-vitikultura u l-agrikoltura, il-pubbliku ġenerali u l-ekosistema, u l-pajsaġġ ikkultivat tar-reġjun ta’ Mittelrhein li żviluppa maż-żmien.

Ir-raġunijiet għad-demarkazzjoni taż-żona huma spjegati f’aktar dettall hawn taħt:

Il-vinji magħluqa huma meħtieġa għal raġunijiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri tal-protezzjoni tal-pjanti.

Il-miżuri għall-protezzjoni tal-pjanti huma meħtieġa fit-tkabbir tad-dwieli, iżda mhux dejjem huma kompatibbli ma’ għelejjel oħra. It-tqegħid tal-vinji mal-art b’użi oħra (eż. mergħat, kultivazzjoni tar-raba’, kultivazzjoni tal-frott jew tal-ħaxix) spiss jikkawża problemi li għandhom jiġu evitati kemm jista’ jkun:

Inqas ma jkun hemm punti ta’ kuntatt bejn l-art użata għall-vitikultura u l-art b’użi oħra (kultivazzjoni tar-raba’, tkabbir tal-frott, mergħat, eċċ.), inqas ikun hemm effetti negattivi assoċjati fuq il-kultivazzjoni u l-kwalità tal-inbejjed.

Dan minħabba r-rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni fiż-żona tal-vitikultura, b’mod partioklari l-protezzjoni tal-pjanti. Uħud mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati jvarjaw b’mod konsiderevoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-qasam ta’ applikazzjoni tagħhom, l-awtorizzazzjoni speċifika għall-għelejjel jew il-perjodi ta’ stennija. Barra minn hekk, fuq ħafna mill-għoljiet storiċi tal-Mittelrhein, il-protezzjoni tal-pjanti titwettaq permezz ta’ bexx bil-ħelikopter, fejn – għal raġunijiet tekniċi u fiżiċi – hemm riskju ogħla ta’ deriva. Il-preżenza ta’ sistema ta’ bexx ibbażata fuq il-ġeometrija fil-forma ta’ binarji twal u dritti tul l-inklinazzjoni hija ta’ benefiċċju għal bexx bil-ħelikopter effettiv u teħtieġ żona tal-vinji kontinwa.

Il-bdiewa u l-vitikulturi huma obbligati jipprevjenu l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti milli jinfirxu għal għelejjel oħra u żoni mhux fil-mira, inkluż billi josservaw ir-rekwiżiti tad-distanza. Għalhekk ma huwiex possibbli li jsir il-bexx ta’ dwieli qrib il-konfini ta’ vinja, li tagħmel il-kultivazzjoni impossibbli. L-istess japplika għar-raba’ li jinħadem, il-mergħat u l-art fejn jitkabbar il-frott li jmissu mal-vinji. Vinji mifruxa fuq distanzi kbar iwasslu għal telf finanzjarju għall-bdiewa kollha. Il-problema hija partikolarment evidenti f’sitwazzjonijiet fejn jintuża l-bexx bil-ħelikopter, peress li l-ħelikopters iridu jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ distanza partikolarment stretti minħabba r-riskju akbar ta’ deriva. Jekk il-vinji jitmexxew lejn żoni fejn jintuża l-bexx bil-ħelikopter, il-vinji preċedenti jsiru żoni mhux fil-mira li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti tad-distanza. Dan ipoġġi lil dawk il-vinji fi żvantaġġ ekonomiku.

Anke jekk il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jkunu ġew applikati kif suppost, jistgħu jwasslu għal deriva fuq irqajja’ ġirien b’użi differenti, u b’hekk jikkawżaw ħsara veġetattiva mhux mixtieqa f’żoni mhux fil-mira u jdgħajfu l-kwalità u l-kummerċjabbiltà tal-prodotti minħabba l-preżenza ta’ ċerti residwi. Peress li wħud mill-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti ma jistgħux jintużaw fuq l-għelejjel li qed jiġu kkultivati, il-provi tar-residwi jistgħu jsibu, abbażi ta’ analiżi preċiża u limiti massimi ta’ residwi baxxi, li l-prodott ma huwiex tajjeb biex jitqiegħed fis-suq. Fil-prattika, każijiet bħal dawn iseħħu spiss. Filwaqt li min iniġġes jista’ jinżamm responsabbli għal ħsara bħal din, iż-żamma ta’ vinji magħluqa tista’ żżomm f’minimu ż-żoni periferali u b’hekk telimina l-problemi.

Il-protezzjoni tal-pubbliku ġenerali u l-ekosistema permezz ta’ ġestjoni tal-għoljiet weqfin

Illum il-ġurnata, l-għoljiet weqfin għandhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-erożjoni u l-iskular. Il-vitikultura f’terrazzi u l-ħitan tal-vinji jipprevjenu l-ilma tal-wiċċ milli jiskula ’l isfel mill-għolja. Id-dwieli u l-kopertura veġetali jistabbilizzaw il-ħamrija u jiġu mantnuti b’xogħol ta’ manutenzjoni. Ġestjoni xierqa tal-ħamrija tiżgura struttura tajba tal-ħamrija u infiltrazzjoni għolja tal-ilma fil-ħamrija. Fil-qosor, l-erożjoni tiġi minimizzata, l-ilma jingħata lqugħ f’każ ta’ xita qawwija, u l-iskular tan-nutrijenti (prinċipalment il-fosfat) fl-ilma tal-wiċċ jiġi evitat. Mingħajr ġestjoni attiva, it-terrazzi u l-ħitan jiddegradaw. Kieku fil-ħamrija jikbru wisq arbuxelli u tispiċċa titlef il-fertilità u l-istruttura. L-erożjoni, l-iskular tal-ħamrija u tan-nutrijenti u wqigħ tal-art f’każ ta’ xita qawwija jkunu l-konsegwenzi. Ir-residenti u t-trasport jitpoġġew f’periklu u tiġi kkawżata ħsara.

Il-vinji konsolidati jippermettu metodi ta’ ġestjoni u protezzjoni effettivi fil-qasam tal-vitikultura.

L-istrateġiji għall-protezzjoni tal-pjanti b’impatt baxx u b’benefiċċji kwalitattivi, ambjentali u ekonomiċi huma importanti biex tiġi żgurata l-produzzjoni sostenibbli ta’ nbejjed ta’ kwalità għolja:

Pereżempju, jintużaw il-feromoni biex tiġi miġġielda l-kamla tad-dwieli. Din il-miżura protettiva taħdem biss jekk id-distributuri tal-feromoni meħtieġa biex jillimitaw ir-riproduzzjoni u jħawdu lill-pesti jkunu kemm jista’ jkun mifruxin. Bħala parti minn dan, ikun ferm irħas kieku jiġi evitat l-immuntar doppju fit-truf (konfini ma’ għelejjel, użi jew veġetazzjoni oħra), li huwa meħtieġ għal raġunijiet tekniċi. Il-preżenza ta’ vinji magħluqa tista’ timminimizza b’mod sinifikanti l-piż assoċjat mad-distributuri tal-feromoni. Barra minn hekk, ir-Rheinland-Pfalz implimenta l-programm ta’ żvilupp “EULLE” (miżuri ambjentali, żvilupp rurali, agrikoltura u ikel), li permezz tiegħu jingħata appoġġ għal prattiki bijotekniċi tal-protezzjoni tal-pjanti fil-qasam tal-vitikultura għal żoni ta’ vinji kontinwi ta’ mill-inqas 2 ha. Madankollu, jekk l-irqajja’ jkopru inqas minn 2 ha bħala riżultat taċ-ċaqliq ta’ vinji individwali lejn raba’ li jinħadem, dan l-appoġġ tar-RAK ma jibqax disponibbli għall-vinji li jifdal. Dan huwa ta’ detriment għall-finanzi tal-bdiewa ta’ dawk il-vinji. Madankollu, mingħajr dak l-appoġġ finanzjarju, il-protezzjoni bijoteknika tal-pjanti ma hijiex ekonomikament vijabbli. Ir-riżultat huwa żieda fl-użu tal-insettiċidi, li mbagħad għandu impatt negattiv fuq l-ekosistema.

Il-vinji magħluqa huma meħtieġa wkoll minn perspettiva kemm teknika kif ukoll ekonomika sabiex l-għeneb misjur jiġi protett mill-ħsara mill-għasafar, peress li dan huwa l-uniku mod biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva. B’kuntrast, il-vinji mifruxin fuq distanzi kbar jirriżultaw fi spejjeż ogħla u żieda fit-tniġġis akustiku.

Il-vinji magħluqa jgħinu wkoll biex tiġi evitata l-ħsara kkawżata mill-annimali tal-kaċċa:

It-tnaqqis tal-popolazzjoni taċ-ċingjali, li hija għolja żżejjed, hija kwistjoni importanti mill-perspettiva tal-vitikultura. Dan it-tnaqqis huwa meħtieġ, fost l-oħrajn, peress li l-ħsara kkawżata mill-kaċċa fid-dwieli tar-Rheinland-Pfalz normalment ma hijiex soġġetta għal kumpens. Il-vinji magħluqa jnaqqsu wkoll ir-riskju ta’ tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer notifikabbli, li joħloq riskju sinifikanti għat-trobbija tal-bhejjem fil-Ġermanja. Tabilħaqq, huwa eħfef u inqas għali li ċ-ċingjali jiġu ġestiti f’vinji magħluqa milli f’żoni użati għat-tkabbir ta’ għelejjel differenti (eż. għeneb, għelejjel fuq raba’ li jinħadem u frott), li ħafna drabi jkollhom aktar żoni ta’ kenn għaċ-ċingjali.

It-tisqija bil-qatra qed issir dejjem aktar importanti fis-sjuf nexfin, speċjalment fil-każ tal-vinji li ma humiex qodma. Mingħajrha, id-dwieli ma jkunux jistgħu jikbru. Il-vinji magħluqa huma vantaġġ konsiderevoli fir-rigward tal-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-infrastruttura meħtieġa (bjar, pajpijiet, eċċ.). Dawn jagħmlu kemm is-sejbien konġunt ta’ sorsi tal-ilma kif ukoll l-użu komuni tal-linji tat-trasport u tad-distribuzzjoni aktar effiċjenti u inqas għaljin.

Ir-rekwiżiti tal-ġestjoni huma differenti għall-vitikultura milli huma għall-kultivazzjoni tar-raba’, pereżempju. Kieku dawn iż-żoni ma jibqgħux jintużaw għall-vitikultura, ikun hemm ir-riskju li l-art timtela’ bl-arbuxelli, speċjalment fuq l-għoljiet weqfin, peress li ma humiex adattati għall-kultivazzjoni tar-raba’ jew għall-użu bħala mergħat. Jista’ jkun li jibdew jikbru pjanti li jospitaw pesti mhux mixtieqa bħad-Drosophila suzukii f’dawn iż-żoni mhux ikkultivati (eż. pjanti tat-tut), u b’hekk jheddu s-saħħa u l-kwalità tal-għeneb f’vinji ġirien.

Il-pajsaġġ ikkultivat, li evolva maż-żmien, u x-xenarju naturali, li jinkludi l-vinji tradizzjonali, jikkaratterizzaw id-DOP Mittelrhein u r-reputazzjoni tagħha.

Il-vitikultura fil-vinji tradizzjonali li jimmarkaw il-pajsaġġ tiddefinixxi l-karattru tar-reġjun tal-inbid għar-residenti lokali, il-membri tal-industrija tal-inbid tar-reġjun, l-ispeċjalisti u l-konsumaturi. Dan huwa evidenti wkoll mill-fatt li r-reklamar tal-inbid regolarment juża stampi meħuda f’vinji tradizzjonali meta jippreżenta r-reġjun tal-inbid.

It-trasferiment tal-produzzjoni tal-inbid għal raba’ li jinħadem tradizzjonali jibdel il-pajsaġġ karatteristiku u jkollu impatt korrispondenti fuq il-pajsaġġ ikkultivat li evolva u saħansitra ġie rikonoxxut bħala Sit ta’ Wirt Dinji mill-UNESCO. B’referenza għall-valur universali eċċellenti tas-sit u r-rekwiżiti applikabbli ta’ protezzjoni u ġestjoni, l-UNESCO tiddikjara: “Il-miżuri meħuda fil-proprjetà [il-Parti Nofsana ta’ Fuq tal-Wied tar-Renu] iservu primarjament biex ... iżommu ħajja t-tradizzjoni tal-vitikultura fuq l-għoljiet weqfin tal-wied, jassiguraw ħabitats għal speċi rari ta’ annimali u pjanti, u b’mod ġenerali jiżguraw li l-istat tal-ambjent ma jinbidilx.”

Is-suġġett tal-inbid għandu wkoll rwol importanti fil-qasam tat-turiżmu – b’rabta mar-reġjun tradizzjonali tal-vitikultura u l-vinji tradizzjonali. Ir-reġjun tradizzjonali tal-vitikultura jipprovdi l-bażi ekonomika għal ħafna negozji li joperaw fis-settur tat-turiżmu, bħar-ristoranti u l-lukandi, bis-saħħa tax-xenarju u l-firxa ta’ esperjenzi turistiċi offruti mill-pajsaġġi tal-vinji (eż. it-toroq tal-inbid tal-Mittelrhein, it-Triq tar-Rheinsteig u t-Triq tal-Kastelli tar-Renu). In-nuqqas ta’ demarkazzjoni taż-żona fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jagħmilha possibbli li d-dwieli jiġu mċaqalqa lejn art li bħalissa hija mergħa jew raba’ li jinħadem. Kif diġà ntqal hawn fuq, dan ipoġġi ħafna vinji tradizzjonali f’riskju li jinksew bl-arbuxell, peress li ma humiex adattati għal użi oħra għajr għall-vitikultura minħabba d-daqs żgħir, il-karatteristiċi u l-aċċessibbiltà spiss fqira tagħhom. Minbarra l-konsegwenzi ambjentali identifikati, il-kisi bl-arbuxell ikollu wkoll konsegwenzi ekonomiċi, peress li pajsaġġi bħal dawn ma humiex attraenti viżwalment għat-turisti.

L-inbejjed ippreżentati f’pubblikazzjonijiet speċjalizzati, li jsawru b’mod qawwi l-perċezzjoni u r-reputazzjoni tad-DOP Mittelrhein, spiss jiġu minn vinji tradizzjonali u kkonsolidati (eż. Bopparder Hamm, Bacharacher Hahn, Oberweseler Ölsberg, Leutesdorfer Gartenlay).

Fil-qosor, id-DOP Mittelrhein, biż-żoni ta’ vinji kontinwi tagħha li jikkaratterizzaw il-pajsaġġ, hija meqjusa b’mod pożittiv mill-pubbliku, l-industrija, il-konsumaturi u t-turisti. Meta l-konsumaturi jkunu qed jixtru u jixorbu l-inbid Mittelrhein jiġu quddiem għajnejhom il-vinji tradizzjonali, liema immaġni hija msaħħa mill-esperjenzi ta’ vaganzi li seta’ kellhom. Dan jagħmel id-DOP Mittelrhein eċċezzjonali u unika.

Jidher ċar mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq li l-kultivazzjoni tad-dwieli fuq sit wieħed u preferibbilment magħluq għandha ħafna vantaġġi differenti għas-sidien u l-operaturi tal-vinji, kif ukoll għall-ambjent u l-pubbliku ġenerali. Għalhekk, il-proporzjon ta’ vinji li huma mxerrda f’diversi siti, li bħalissa huwa baxx ħafna, ma għandux jiżdied, minħabba l-ħafna żvantaġġi differenti deskritti hawn fuq.

3.   Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid

Deskrizzjoni:

Sal-lum ġew elenkati l-varjetajiet tal-għeneb li ġejjin taħt il-punt 7 (li għandu jsir il-punt 8) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Fir-Rheinland-Pfalz:

Inbid abjad

Auxerrois, Bacchus, Chardonnay, Ehrenbreitsteiner, Ehrenfelser, Faberrebe, Findling, Früher Malingre, Gelber Muskateller, Grauer Burgunder, Grüner Silvaner, Grüner Veltliner, Helios, Huxelrebe, Johanniter, Kerner, Müller-Thurgau, Muskat-Ottonel, Nobling, Optima, Ortega, Osteiner, Phoenix, Reichensteiner, Roter Traminer, Sauvignon Blanc, Scheurebe, Schönburger, Weißer Riesling, Würzer.

Inbejjed ħomor u rożè

Blauer Frühburgunder, Blauer Portugieser, Blauer Spätburgunder, Cabernet Dorsa, Cabernet Sauvignon, Dakapo, Deckrot, Dornfelder, Dunkelfelder, Regent, Rotberger, Saint-Laurent.

Fin-Nordrhein-Westfalen:

Inbid abjad

Auxerrois, Bacchus, Ehrenfelser, Faberrebe, Freisamer, Früher Malingre, Gelber Muskateller, Grüner Silvaner, Grüner Veltliner, Huxelrebe, Kanzler, Kerner, Morio-Muskat, Müller-Thurgau, Muskat-Ottonel, Optima, Ortega, Perle, Phoenix, Reichensteiner, Rieslaner, Roter Traminer, Ruländer, Scheurebe, Siegerrebe, Solaris, Weißer Burgunder, Weißer Elbling, Weißer Gutedel, Weißer Riesling, Würzer.

Inbejjed ħomor u rożè

Blauer Frühburgunder, Blauer Limberger, Blauer Portugieser, Blauer Spätburgunder, Domina, Dornfelder, Dunkelfelder, Früher Roter Malvasier, Helfensteiner, Heroldrebe, Regent, Rotberger, Roter Gutedel, Saint-Laurent.

Il-lista ta’ varjetajiet tal-għeneb għar-Rheinland-Pfalz u n-Nordrhein-Westfalen ingħaqdu flimkien biex jiffurmaw lista komuni.

ŻIEDA:

Il-varjetajiet li ġejjin żdiedu mal-lista tal-varjetajiet tal-għeneb:

Inbejjed bojod

Albalonga, Arnsburger, Blauer Silvaner, Bronner, Cabernet Blanc, Calardis Blanc, Chardonnay Rosé, Felicia, Früher roter Malvasier, Goldmuskateller, Goldriesling, Hibernal, Hölder, Juwel, Kernling, Merzling, Muscaris, Orion, Prinzipal, Regner, Roter Elbling, Roter Gutedel, Roter Müller-Thurgau, Roter Muskateller, Roter Riesling, Saphira, Sauvignon Cita, Sauvignon Gryn, Sauvignon Sary, Sauvitage, Septimer, Silcher, Sirius, Souvignier Gris, Staufer, Trebbiano di Soave, Villaris.

Inbejjed ħomor u rożè

Accent, Acolon, Allegro, Baron, Blauburger, Blauer Trollinger, Blauer Zweigelt, Bolero, Cabernet Cantor, Cabernet Carbon, Cabernet Carol, Cabernet Cortis, Cabernet Cubin, Cabernet Dorio, Cabernet Franc, Cabernet Mitos, Cabertin, Calandro, Färbertraube, Hegel, Merlot, Monarch, Müllerrebe, Muskattrollinger, Neronet, Palas, Pinotin, Piroso, Prior, Reberger, Rondo, Rosenmuskateller, Rubinet, Syrah, Tauberschwarz, Wildmuskat.

Żdiedu s-sinonimi għall-varjetajiet tal-għeneb.

Raġunijiet għall-emenda:

Il-lista preċedenti tal-varjetajiet tal-għeneb ma kinitx kompluta. Ġiet estiża biex telenka l-varjetajiet tal-għeneb kollha kklassifikati sal-lum u s-sinonimi tagħhom.

4.   Rekwiżiti applikabbli skont il-leġiżlazzjoni tal-UE jew dik nazzjonali

Deskrizzjoni:

Il-punt 10 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jistabbilixxi r-rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar.

Unitajiet ġeografiċi iżgħar:

ŻIEDA:

Ir-reġistru tad-dwieli huwa l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u vinji individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (distrett, sottodistrett, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz. Fin-Nordrhein-Westfalen, huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tan-Nordrhein-Westfalen. Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:

It-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att dwar l-Inbid (Weingesetz);

It-Taqsima 29 tar-Regolament dwar l-Inbid (Weinverordnung);

L-Att tal-Istat Federali dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tad-dwieli (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz));

Ir-Regolament li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Verordnung zur Durchführung des Weinrechts (WeinR-DVO NRW));

It-Taqsima 2(16) tar-Regolament tal-Istat Federali dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts).

Il-konfini ta’ unità ġeografika żgħira jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjoni kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att dwar l-Inbid, li għandha tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

Raġunijiet għall-emenda:

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għandhom jiġu ssupplimentati biex ikopru unitajiet ġeografiċi iżgħar, sabiex jirriflettu l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

5.   Awtoritajiet ta’ Kontroll

Deskrizzjoni:

Żidiet rigward l-awtoritajiet ta’ kontroll maħtura fil-punt 11 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-kompiti tagħhom.

ŻIEDA:

Il-Kamra tal-Agrikoltura se tkun assistita fil-kompiti ta’ monitoraġġ tagħha minn:

Landesuntersuchungsamt Rheinland-Pfalz (L-Uffiċċju tal-Ittestjar tar-Rheinland-Pfalz)

Mainzer Straße 112

56068 Koblenz

DEUTSCHLAND

Telefown: +49 26191490

Faks +49 2619149190

Email: poststelle@lua.rlp.de

Fil-każ tan-Nordrhein-Westfalen:

Id-Direttur tal-Kamra tal-Agrikoltura tan-Nordrhein-Westfalen bħala l-Kummissarju tal-Istat Federali:

Fachgebiet 63 – Gartenbau

Gartenstraße 11

50765 Köln-Auweiler

DEUTSCHLAND

Telefown: +49 2215340561

Faks +49 2215340196561

Email: weinbau@lwk.nrw.de

Landesamt für Natur, Umwelt und Verbraucherschutz NRW (L-Aġenzija tan-Nordrhein-Westfalen għan-Natura, l-Ambjent u l-Protezzjoni tal-Konsumatur)

Leibnizstraße 10

45659 Recklinghausen

DEUTSCHLAND

Telefown: +49 23613050

Faks +49 23613053786

Email: abteilung8@lanuv.nrw.de

Raġunijiet għall-emenda:

Il-Landesuntersuchungsamt Rheinland-Pfalz (l-Uffiċċju tal-Ittestjar tar-Rheinland-Pfalz) għandu jiżdied bħala awtorità ta’ kontroll, billi jwettaq kompiti ta’ monitoraġġ f’din iż-żona. L-indirizz tal-Kamra tal-Agrikoltura tan-Nordrhein-Westfalen inbidel.

6.   Oħrajn

Deskrizzjoni:

Bidliet editorjali f’konformità mar-rekwiżiti tal-UE.

Raġunijiet għall-emenda:

Kellhom isiru bidliet editorjali għall-konformità mar-rekwiżiti tal-UE.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Mittelrhein

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

8.

Inbid semispumanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad ta’ kwalità (Qualitätswein)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

Inbid abjad

L-inbejjed bojod ġeneralment ikunu ta’ kulur aħdar ċar sa deheb skur qawwi jew anke ambra. L-aromi tagħhom ġeneralment ivarjaw minn frott frisk għal eżotiku, u xi drabi jkunu tal-fjuri jew pikkanti. Skont kif jiġi mqaddem l-inbid, jista’ jippreżenta wkoll fenoli u aromi nkaljati minn sottili sa pronunzjati. L-inbejjed bojod ġeneralment ikollhom togħma minn delikata sa qawwija u struttura aċiduża minn eleganti sa taqta’.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Inbid aħmar ta’ kwalità (Qualitätswein)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

Inbid aħmar

B’mod partikolari, l-inbejjed ħomor għandhom kulur aħmar milwiem sa vjola skur, kultant anke jagħti fil-blu, u xi drabi bi sfumaturi jagħtu fil-kannella. Normalment l-aromi tagħhom ikunu ta’ frott, bi ħjiel ta’ frott artab. Jista’ jkollhom ukoll karattru pikkanti togħma ta’ ħamrija u noti ta’ ċikkulata. Skont kif jitqaddmu, jista’ jkollhom ukoll fenoli u aromi nkaljati minn sottili sa pronunzjati. Normalment ikollhom togħma delikata sa rikka u struttura aċiduża minn artab bellusi sa moderat.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Inbid ta’ kwalità (Qualitätswein) rożè, Weißherbst u Blanc de Noir

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

L-inbid rożè, Weißherbst, Blanc de Noir

L-inbejjed rożè normalment ikollhom kulur aħmar ċar minn sottili sa qawwi. L-inbejjed Weißherbst normalment ikollhom kulur roża minn ċar ħafna sa moderat. L-inbejjed Blanc de Noir huma tal-istess kulur bħall-inbid abjad. Normalment l-aromi jkunu tal-frott b’noti ta’ frott artab aħmar u frott aħmar. Jista’ jkollhom ukoll aromi pikkanti. L-aromi tal-inbejjed Blanc de Noir normalment ikunu tal-frott u friski b’noti ta’ frott artab u kultant b’karatteristiċi sottili ta’ fjuri jew pikkanti. Normalment ikollhom togħma delikata sa rikka, sostnuta minn aċidità ħafifa sa qawwija.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   Inbid ta’ kwalità (Qualitätswein) Rotling

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

L-inbejjed Rotling normalment ikollhom kulur aħmar ċar ħafna sa qawwi. L-aromi tagħhom normalment ikunu tal-frott, jew jistgħu jkunu kemxejn pikkanti, b’noti ta’ frott artab, frott taż-żerriegħa u frott taċ-ċitru. Normalment ikollhom togħma delikata sa rikka u struttura aċiduża qawwija.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Inbid bl-attribut speċjali “Kabinett” (Prädikatswein Kabinett)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

Inbid bl-attribut speċjali “Kabinett

L-inbejjed Mittelrhein bl-attribut speċjali “Kabinett” ġeneralment huma nbejjed tal-frott u friski b’aċidità vivaċi u qawwa alkoħolika moderata.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

6.   Inbid bl-attribut speċjali “Spätlese” (Prädikatswein Spätlese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

L-inbid bl-attribut speċjali “Spätlese

L-inbejjed Mittelrhein bl-attribut speċjali “Spätlese” normalment jippreżentaw aromi qawwija ta’ frott isfar u struttura aċiduża ħafifa u armonjuża.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

7.   L-inbid bl-attribut speċjali “Auslese” (Prädikatswein Auslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

L-inbid bl-attribut speċjali “Auslese

L-inbejjed Mittelrhein bl-attribut speċjali “Auslese” normalment ikollhom kulur qawwi u jippreżentaw aromi ta’ frott isfar li kultant ikunu eżotiċi. Il-preżenza ta’ frott artab botritizzat tista’ wkoll tagħti lok għal noti sottili li jixbhu l-għasel u balsamiċi.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

8.   Inbid bl-attribut speċjali “Beerenauslese” (Prädikatswein Beerenauslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

Inbid bl-attribut speċjali “Beerenauslese

L-inbejjed Mittelrhein bl-attribut speċjali “Trockenbeerenauslese” huma magħmulin minn frott artab misjur iżżejjed, imnixxef jew botritizzat u għalhekk għandhom tendenza li jkollhom kulur isfar dehbi qawwi sa jixbah lill-ambra u viskożità kemxejn miżjuda. Bħala togħma, normalment ikollhom ħlewwa pronunzjata b’togħma ta’ frott u struttura aċiduża ħafifa iżda pronunzjata. L-aromi tagħhom normalment ivarjaw minn aroma qawwija ta’ frott sa pikkanti jew saħansitra erbali, b’noti ta’ frott misjur għal misjur iżżejjed, frott imqadded u għasel.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

9.   L-inbid bl-attribut speċjali “Eiswein” (Prädikatswein Eiswein)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

L-inbid bl-attribut speċjali “Eiswein

L-inbejjed Mittelrhein bl-attribut speċjali “Eiswein” jingħasru minn għeneb iffriżat b’mod naturali, li jfisser li l-ingredjenti tal-għeneb huma kkonċentrati ħafna. L-ice wines normalment huma kkaratterizzati minn ħlewwa intensiva flimkien ma’ aċidità qawwija. L-aromi tagħhom huma fil-biċċa l-kbira tal-frott u ffurmati inqas mit-taħsir nobbli milli hu l-każ għall-inbejjed Beerenauslese u Trockenbeerenauslese.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

10.   L-inbid bl-attribut speċjali “Trockenbeerenauslese” (Prädikatswein Trockenbeerenauslese)

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

Inbid bl-attribut speċjali “Trockenbeerenauslese

L-inbejjed Mittelrhein bl-attribut speċjali “Trockenbeerenauslese” huma magħmulin minn frott artab misjur iżżejjed, imnixxef jew botritizzat u għalhekk għandhom tendenza li jkollhom kulur isfar dehbi qawwi sa jixbah lill-ambra u viskożità kemxejn miżjuda. Bħala togħma, normalment ikollhom ħlewwa pronunzjata b’togħma ta’ frott u struttura aċiduża ħafifa iżda pronunzjata. L-aromi tagħhom normalment ivarjaw minn aroma qawwija ta’ frott sa pikkanti jew saħansitra erbali, b’noti ta’ frott misjur għal misjur iżżejjed, frott imqadded u għasel. Fil-prinċipju, l-inbejjed Trockenbeerenauslese huma kkonċentrati aktar mill-inbejjed Beerenauslese, peress li fihom aktar frott artab botritizzat jew li jixbah iż-żbib.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

11.   Inbid spumanti ta’ kwalità, inbid semispumanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-formazzjonijiet differenti tal-ħamrija jagħtu lill-prodotti ta’ Mittelrhein karatteristiċi tipiċi.

Inbid spumanti ta’ kwalità

L-inbejjed spumanti ta’ kwalità għandhom tfexfixa notevoli sa qawwija u ġeneralment ikollhom togħma ta’ frott sa misjur u bil-ħmira, bi struttura aċiduża vivaċi. L-aromi huma kkaratterizzati mit-tip ta’ nbid ta’ bażi, il-varjetajiet tal-għeneb użati u t-tul ta’ żmien li l-inbid iqatta’ fuq il-karfa tiegħu.

Il-crémants għandhom tfexfixa qawwija u fina. Normalment ivarjaw minn togħma ta’ frott misjur għal noti ta’ ħmira u pikkanti, bi struttura aċiduża ħafifa. L-aromi tagħhom huma kkaratterizzati mit-tip ta’ nbid ta’ bażi, il-varjetajiet tal-għeneb użati u t-tul ta’ żmien li l-inbid iqatta’ fuq il-karfa tiegħu.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Inbid semispumanti

L-inbejjed semispumanti għandhom tfexfixa minn fina sa notevoli u togħma tal-frott u friska. Skont it-tip ta’ nbid, l-aromi tagħhom jikkorrispondu għal dawk deskritti għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbid tad-DOP Mittelrhein prodott mingħajr ebda arrikkiment tista’ taqbeż il-15 % skont il-volum.

Għall-karatteristiċi analitiċi fejn ma tingħata l-ebda ċifra, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.

Il-prodotti kollha

Prattika enoloġika speċifika

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

2.

Il-prodotti kollha

Restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tal-inbejjed

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

3.

Il-prodotti kollha

Prattiki tal-kultivazzjoni

Tapplika l-leġiżlazzjoni attwali.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

105 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tad-DOP tikkonsisti mill-vinja fil-muniċipalitajiet li ġejjin: Bacharach (Bacharach (3503), Steeg (3502)), Bad Ems (0950), Bad Hönningen (0326), Boppard (Boppard (1820), Hirzenach (1824)), Bornich (0905), Braubach (0934), Breitscheid (Landkreis Mainz-Bingen) (0261), Brey (1388), Damscheid (1845), Dattenberg (0315), Dausenau (0947), Dörscheid (0904), Fachbach (0951), Filsen (0932), Hammerstein (Niederhammerstein (0328), Oberhammerstein (0329)), Kamp-Bornhofen (0931), Kasbach-Ohlenberg (Niederkasbach (0307)), Kaub (0902), Kestert (0918), Koblenz (Ehrenbreitstein (1416), Niederberg (1413)), Lahnstein (Oberlahnstein (0961)), Langscheid (1207, 1843), Leubsdorf (0316), Leutesdorf (0330), Linz am Rhein (0310), Manubach (3504), Nassau (0837), Niederburg (1840), Niederheimbach (3507), Nochern (0914), Oberdiebach (3505), Oberheimbach (3506), Obernhof (0832), Oberwesel (Dellhofen (1842), Oberwesel (1841)), Osterspai (0933), Patersberg (0909), Perscheid (1844), Rheinbreitbach (0291), Rheinbrohl (0327), Rhens (1387), Sankt Goar (St. Goar (1837), Werlau(1836)), Sankt Goarshausen (Ehrenthal (0908), St. Goarshausen (0906), Wellmich (0907)), Spay (Oberspay (1390)), Trechtingshausen (3508), Unkel (Heister (0294), Scheuren (0292), Unkel (0293)), Urbar (1355, 1839), Vallendar (1352), Weinähr (0833).

Nordrhein-Westfalen

Iż-żona tad-DOP tikkonsisti mill-vinji fid-distretti ta’ Oberdollendorf, Niederdollendorf u Königswinter fir-raħal ta’ Königswinter, id-distrett ta’ Honnef (Rhöndorf) fir-raħal ta’ Bad Honnef, u d-distrett ta’ Kessenich fil-belt ta’ Bonn.

Id-demarkazzjoni preċiża tidher fuq il-mapep li juru l-vinji fil-muniċipalitajiet imsemmija hawn fuq, demarkata bl-irqajja’. Il-mapep jistgħu jiġu kkonsultati fuq www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein.

Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) jew Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) li jkollhom l-isem protett Mittelrhein jistgħu jiġu prodotti f’żona għajr ir-reġjun speċifikat li fih jinqata’ l-għeneb u li hija indikata fuq it-tikketta, sakemm iż-żona tal-produzzjoni tkun tinsab fl-istess stat federali jew fi stat federali li jmiss miegħu.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Accent

Acolon

Albalonga

Allegro

Arnsburger

Auxerrois – Auxerrois blanc, Pinot Auxerrois

Bacchus

Baron

Blauburger

Blauer Frühburgunder – Frühburgunder, Pinot Noir Precoce, Pinot Madeleine, Madeleine Noir

Blauer Limberger – Limberger, Lemberger, Blaufränkisch

Blauer Portugieser – Portugieser

Blauer Silvaner

Blauer Spätburgunder – Spätburgunder, Pinot Nero, Pinot Noir, Samtrot,

Blauer Trollinger – Trollinger, Vernatsch

Blauer Zweigelt – Zweigelt, Zweigeltrebe, Rotburger

Bolero

Bronner

Cabernet Blanc

Cabernet Carbon

Cabernet Carol

Cabernet Cortis

Cabernet Cubin – Cubin

Cabernet Dorio – Dorio

Cabernet Dorsa – Dorsa

Cabernet Franc

Cabernet Mitos – Mitos

Cabernet Sauvignon

Cabertin

Calandro

Chardonnay

Chardonnay Rosé

Dakapo

Deckrot

Domina

Dornfelder

Dunkelfelder

Ehrenbreitsteiner

Ehrenfelser

Faberrebe – Faber

Findling

Freisamer

Früher Malingre – Malinger

Früher Roter Malvasier – Malvoisie, Malvasier, Früher Malvasier

Färbertraube

Gelber Muskateller – Muskateller, Muscat Blanc, Muscat, Moscato

Goldriesling

Grüner Silvaner – Silvaner, Sylvaner

Grüner Veltliner – Veltliner

Hegel

Helfensteiner

Helios

Heroldrebe

Hibernal

Huxelrebe – Huxel

Hölder

Johanniter

Juwel

Kanzler

Kerner

Kernling

Merlot

Merzling

Monarch

Morio Muskat

Muscaris

Muskat Ottonel

Muskat Trollinger

Müller Thurgau – Rivaner

Müllerrebe – Schwarzriesling, Pinot Meunier

Neronet

Nobling

Optima 113 – Optima

Orion

Ortega

Osteiner

Palas

Perle

Phoenix – Phönix

Pinotin

Piroso

Prinzipal

Prior

Reberger

Regent

Regner

Reichensteiner

Rieslaner

Rondo

Rotberger

Roter Elbling – Elbling Rouge

Roter Gutedel – Chasselas Rouge

Roter Muskateller

Roter Riesling

Roter Traminer – Traminer, Gewürztraminer, Clevner

Rubinet

Ruländer – Pinot Gris, Pinot Grigio, Grauburgunder, Grauer Burgunder

Saint Laurent – St. Laurent, Sankt Laurent

Saphira

Sauvignon Blanc

Sauvignon Cita

Sauvignon Gryn

Sauvignon Sary

Scheurebe

Schönburger

Septimer

Siegerrebe – Sieger

Silcher

Sirius

Solaris

Souvignier Gris

Staufer

Syrah – Shiraz

Tauberschwarz

Villaris

Weißer Burgunder – Pinot Blanc, Pinot Bianco, Weißburgunder

Weißer Elbling – Elbling

Weißer Gutedel – Chasselas, Chasselas Blanc, Fendant Blanc. Gutedel

Weißer Riesling – Riesling, Riesling renano, Rheinriesling, Klingelberger

Wildmuskat

Würzer

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona tal-vitikultura Mittelrhein tinsab bejn Bingen u Bonn, tmiss mal-artijiet għolja ta’ Siebengebirge u hija twila madwar 110 km. Il-qiegħ tal-wied huwa dejjaq; huwa biss f’altitudni ta’ 200–220 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar li l-wied dejjaq forma ta’ V jitwessa’ f’wied b’qortin b’livelli li ġew iffurmati ħafna żmien ilu. Iż-żoni fil-Wied tal-Mittelrhein li jintużaw għall-vitikultura jvarjaw fl-altitudni minn madwar 55 sa 350 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar; l-altitudni medja tal-vinji hija 170 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-vinji tal-Parti ta’ Fuq tal-Wied ta’ Mittelrhein iħarsu prinċipalment lejn ix-Xlokk u l-Lbiċ; il-vitikultura fil-Parti t’Isfel tal-Wied ta’ Mittelrhein issir prinċipalment fuq art li tħares lejn in-Nofsinhar u l-Lbiċ. Meta jitqies il-Wied ta’ Mittelrhein fl-intier tiegħu, l-orjentazzjoni medja tal-vinji hija 168° (SSE).

Fiż-żona tal-Wied ta’ Mittelrhein, il-blat Devonjan jippredomina. Il-blat ramli tal-kwarz u l-lavanja huma mifruxa; lavanja u kwarżiti nodulari ferrużi u siliċiċi jinsabu f’livell aktar baxx. Blat mill-perjodu Terzjarju jinstab biss fiż-żona madwar Königswinter. Dan jinkludi trakiti, tufi trakitiċi, bażalt u latiti (blat vulkaniku effusiv), li huma evidenza ta’ attività vulkanika tal-passat. Il-pjanuri tal-għargħar tar-Renu normalment fihom diversi metri ta’ ramel oħxon u tafal, li ħafna drabi huma kalkarji. Id-dwieli fil-Wied ta’ Mittelrhein għandhom l-għeruq tagħhom prinċipalment fil-ħamrija li l-blat li toriġina minnu jikkonsisti minn lavanja Devonjana. Il-ħamrija kannella u r-regosols huma t-tipi ta’ ħamrija predominanti hemmhekk.

Il-ħamrija parakannella hija mifruxa fuq il-loess fertili u t-trab ġulġlieni tal-loess.

Titwettaq ukoll vitikultura f’partijiet oħra tal-pjanuri tal-għargħar u t-terrazzi aktar fil-baxx. F’termini ta’ tipoloġija tal-ħamrija, dawn iż-żoni huma kkaratterizzati minn ħamrija vega u ħamrija kannella. Il-ħamrija kannella, ir-regosols u r-rankers jinstabu fuq il-blat vulkaniku terzjarju.

Skont id-data tat-temp, it-temperatura medja annwali hija 9,7 °C u t-temperatura medja fl-istaġun tat-tkabbir hija 14,2 °C. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija ta’ 665 mm, li madwar 60 % minnha tagħmel matul l-istaġun tat-tkabbir.

Matul dak l-istaġun, id-dwieli fiż-żona Mittelrhein jibbenefikaw bħala medja minn madwar 615 000 Wh/m2 ta’ dawl tax-xemx dirett. L-istaġun tat-tkabbir twil, flimkien mat-topografija partikolari taż-żona tat-tkabbir, il-kundizzjonijiet mikroklimatiċi, il-kompożizzjoni karatteristika tal-ħamrija u l-livell għoli ta’ input uman, jiddeterminaw it-tipoloġija tal-inbejjed.

L-istruttura fuq skala żgħira u l-għoljiet weqfin jillimitaw l-użu ta’ makkinarju tekniku fil-vinji, u għalhekk jinvolvi ħafna xogħol biex wieħed jieħu ħsieb il-vinji, li għandu effett stabilizzanti fuq ir-rendimenti. Dan jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kwalità tal-ħsad fir-rigward tal-qawwa alkoħolika minima naturali, l-aromi karatteristiċi u l-bilanċ aċiduż tal-inbejjed. L-influwenza tal-bniedem hija bbażata fuq tradizzjoni ta’ vitikultura li tmur lura sekli sħaħ. Meta jikkultiva l-prodott primarju (l-għeneb) biex jintuża għall-produzzjoni tal-Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), il-vitikultur jista’ jwettaq miżuri speċjali għall-kura tal-pjanti matul l-istaġun tat-tkabbir, bħat-tneħħija tal-weraq minn madwar l-għeneb jew it-tnaqqija tar-raggruppamenti, biex jikseb kwalità aħjar u kompożizzjoni aktar intensiva tal-ingredjenti tal-għeneb. Barra minn hekk, metodi ta’ maturazzjoni differenti bbażati fuq it-teknoloġija tal-kantina jistgħu, bħala fattur uman addizzjonali, isawru l-Prädikatswein li fl-aħħar mill-aħħar jiġi prodott.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Inbid, inbid spumanti ta’ kwalità, inbid semispumanti

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Qabel ma jkunu jistgħu jintużaw fuq it-tikketti t-termini tradizzjonali Qualitätswein (inbid ta’ kwalità), Prädikatswein (inbid b’attribut speċjali), Qualitätsperlwein b.A. (inbid semispumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti) jew Sekt b.A. (inbid spumanti ta’ kwalità minn reġjuni definiti), l-inbid irid jgħaddi minn spezzjoni uffiċjali. In-numru tal-ispezzjoni maħruġ f’dan il-kuntest (amtliche Prüfungsnummer jew A.P.-Nr.) irid jiġi indikat fuq it-tikketta. Dan jieħu post in-numru tal-lott.

Minbarra l-isem tal-inbid protett eżistenti, l-inbid u l-prodotti tal-inbid iridu jkunu ttikkettati b’wieħed mit-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. L-użu tat-termini tradizzjonali elenkati fil-punt 5(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa fakultattiv.

Ir-reġistru tad-dwieli huwa l-lista tal-ismijiet ta’ żoni, vinji fuq skala kbira u vinji individwali, u sistemi ta’ għelieqi miftuħa li jistgħu jintużaw bħala unitajiet ġeografiċi iżgħar. Dan jindika l-konfini tas-siti u ż-żoni f’termini ta’ referenzi katastali (distrett, sottodistrett, sistema ta’ għalqa miftuħa, roqgħa). Huwa ġestit mill-Kamra tal-Agrikoltura tar-Rheinland-Pfalz. Fin-Nordrhein-Westfalen, huwa ġestit f’konformità mar-Regolament li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Verordnung zur Durchführung des Weinrechts (WeinR-DVO NRW)). Ir-reġistru tad-dwieli huwa stabbiliti u miżmum abbażi ta’:

It-Taqsima 23(3) u (4) tal-Att dwar l-Inbid (Weingesetz);

It-Taqsima 29 tar-Regolament dwar l-Inbid (Weinverordnung);

L-Att tal-Istat Federali dwar id-deżinjazzjoni ta’ siti u żoni u r-reġistru tad-dwieli (l-Att dwar il-Vinji) (Landesgesetz über die Festsetzung von Lagen und Bereichen und über die Weinbergsrolle (Weinlagengesetz));

Ir-Regolament li jimplimenta l-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (WeinR-DVO NRW);

It-Taqsima 2(16) tar-Regolament tal-Istat Federali dwar ir-responsabbiltajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-inbid (Landesverordnung über Zuständigkeiten auf dem Gebiet des Weinrechts).

Il-konfini ta’ unità ġeografika żgħira jistgħu jinbidlu biss bil-qbil tal-organizzazzjoni kompetenti skont it-Taqsima 22g tal-Att dwar l-Inbid, li għandha tinnotifika kwalunkwe tibdil lill-Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u l-Ikel.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

www.ble.de/eu-qualitaetskennzeichen-wein

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.