ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
28 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2022/C 95/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2022/C 95/02

Kawża C-598/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – Pilsētas zemes dienests AS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 135(1)(l) u (2) – Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli – Esklużjoni mill-eżenzjoni tal-kiri obbligatorju ta’ art lill-proprjetarji tal-proprjetajiet immobbli mibnija – Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

2

2022/C 95/03

Kawża C-602/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – AKZ – Burgas EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Burgas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali – Rimbors tal-kontribuzzjonijiet imħallsa indebitament – Limitazzjoni tal-interessi fuq ir-rimbors – Awtonomija proċedurali nazzjonali – Prinċipju ta’ ekwivalenza – Prinċipju ta’ effettività – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta)

2

2022/C 95/04

Kawża C-647/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall – XG vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni diretta – Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli – Artikoli 63, 64 u 65 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi)

3

2022/C 95/05

Kawża C-670/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Dicembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Ráckevei Járásbíróság – l-Ungerija) – EP, TA, FV, TB vs ERSTE Bank Hungary Zrt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kuntratt ta’ self ddenominat f’munita barranija – Klawżoli li jesponu lil min jissellef għal riskju tal-kambju – Artikolu 4(2) – Rekwiżiti ta’ natura li tkun tista’ tinftiehem u ta’ trasparenza – Assenza ta’ effett tad-dikjarazzjoni tal-konsumatur li tgħid li dan huwa kompletament konxju tar-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija – Redazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali)

4

2022/C 95/06

Kawża C-224/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni diretta – Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli – Artikoli 63 u 65 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Diskriminazzjoni – Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi – Opzjoni ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti)

4

2022/C 95/07

Kawża C-273/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Törvényszék – l-Ungerija) – WD vs Agrárminiszter (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Regolament (UE) Nru 1307/2013 – Skemi ta’ appoġġ dirett – Artikolu 4(1)(c) u (e) – Artikolu 32(2) – Talba għal pagament uniku skont l-erja – Kunċett ta’ ettaru eliġibbli – Art ikklassifikata bħala ajrudrom skont ir-reġistru tal-artijiet – Użu effettiv għall-finijiet agrikoli)

5

2022/C 95/08

Kawża C-516/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – Finanzamt X vs Y

6

2022/C 95/09

Kawża C-599/21 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2021 AM.VI. Srl, Quinam Limited, bħala aventi kawża ta’ Fashioneast Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-297/20, Fashioneast u AM.VI. vs EUIPO – Moschillo (RICH JOHN RICHMOND)

6

2022/C 95/10

Kawża C-612/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Gmina O. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

6

2022/C 95/11

Kawża C-616/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ottubru 2021 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs Gmina L.

7

2022/C 95/12

Kawża C-618/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fit-30 ta’ Settembru 2021 – AR et vs PK SA et

7

2022/C 95/13

Kawża C-628/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Ottubru 2021 – TB

9

2022/C 95/14

Kawża C-642/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ottubru 2021 – P.C.H. vs Parchetul de pe lângă Tribunalul Bihor, Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Oradea, Ministerul Public – Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justitie

9

2022/C 95/15

Kawża C-643/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ottubru 2021 – F.O.L. vs Tribunalul Cluj

10

2022/C 95/16

Kawża C-644/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ottubru 2021 – M.I.A., P.R.-M., V.-C.I-C, F.C.R., P (ex. T). Ş-B., D.R., P.E.E., F.I. vs Tribunalul Cluj, Tribunalul Mureş, Tribunalul Hunedoara, Tribunalul Suceava, Tribunalul Galaţi

11

2022/C 95/17

Kawża C-645/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Ottubru 2021 – C.C.C., C.R.R., U.D.M. vs Tribunalul Cluj, Tribunalul Satu Mare, Tribunalul Bucureşti, Tribunalul Bistriţa Năsăud, Tribunalul Maramureş, Tribunalul Sibiu

12

2022/C 95/18

Kawża C-667/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2021 – ZQ vs Medizinischer Dienst der Krankenversicherung Nordrhein, Körperschaft des öffentlichen Rechts

13

2022/C 95/19

Kawża C-723/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Cottbus (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Novembru 2021 – Stadt Frankfurt (Oder) u FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH vs Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

14

2022/C 95/20

Kawża C-750/21 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 minn Pilatus Bank plc mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-139/19, Pilatus Bank vs BĊE

16

2022/C 95/21

Kawża C-751/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fis-7 ta’ Diċembru 2021 – PJ vs Eurowings GmbH

17

2022/C 95/22

Kawża C-753/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-8 ta’ Diċembru 2021 – Instrubel NV vs Montana Management Inc., BNP Paribas Securities Services

18

2022/C 95/23

Kawża C-754/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-8 ta’ Dicembru 2021 – Montana Management Inc. vs Heerema Zwijndrecht BV, BNP Paribas Securities Services

19

2022/C 95/24

Kawża C-772/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Brink’s Lithuania UAB vs Lietuvos bankas

19

2022/C 95/25

Kawża C-804/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fl-20 ta’ Diċembru 2021 – C u CD

20

 

Il-Qorti Ġenerali

2022/C 95/26

Kawża T-209/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Infrastrutturi ajruportwali – Finanzjament pubbliku mogħti lill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni mill-ġdid tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq – Effett fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Irkupru – Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2022/C 95/27

Kawża T-263/15 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Diċembru 2021 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lontniczy Gdynia-Kosakowo vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Infrastruttura ajruportwali – Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni mill-ġdid tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Vantaġġ – Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tsa-suq – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Irkupru – Irtirar ta’ deċiżjoni – Assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2022/C 95/28

Kawża T-177/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Ask it konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess – Subappalt)

22

2022/C 95/29

Kawża T-189/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Humabio konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess)

23

2022/C 95/30

Kawża T-190/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt Cater konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas – Spejjeż eliġibbli – Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Kunflitt ta’ interess)

23

2022/C 95/31

Kawżi magħquda T-721/18 u T-81/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest ta’ diversi programmi tal-Unjoni – Ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali mill-kumpannija benefiċjarja – Spejjeż eliġibbli – Investigazzjoni tal-OLAF – Stralċ tal-kumpannija – Irkupru mingħand is-soċji tal-imsemmija kumpannija – Eżekuzzjoni forzata – Allegazzjonijiet ifformulati mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni quddiem il-qrati nazzjonali – Identifikazzjoni tal-konvenut – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà parzjali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

24

2022/C 95/32

Kawża T-158/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Breyer vs REA (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (2014-2020) – Regolament (UE) Nru 1290/2013 – Dokumenti dwar il-proġett ta’ riċerka iBorderCtrl: Intelligent Portable Border Control System – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Interess pubbliku superjuri)

24

2022/C 95/33

Kawża T-703/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – DD vs FRA (Rikors għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva – Artikolu 86(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ informazzjoni – Tul tal-proċedura – Terminu raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kunfidenzjalità tal-inkjesta amministrattiva – Dmir ta’ premura – Dannu morali – Rabta kawżali)

25

2022/C 95/34

Kawża T-795/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – HB vs Il-Kummissjon (Kuntratti ta’ servizz pubbliku – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Kunsill Ġudizzjarju Għoli – Deċiżjoni sabiex jitnaqqas l-ammont tal-kuntratt u jiġu rkuprati l-ammonti diġà mħallsa – Rikors għal annullament u għad-danni – Att li jaqa’ f’qafas purament kuntrattwali li huwa inseparabbli – Assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Inammissibbiltà – Assenza ta’ kapijiet ta’ danni separabbli mill-kuntratt)

26

2022/C 95/35

Kawża T-796/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – HB vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet Ukraini – Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont tal-kuntratt u ta’ rkupru tal-ammonti diġà mħallsa – Rikors għal annullament u għal kumpens – Att li jidħol f’kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa indissoċjabbli – Assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Inammissibbiltà – Assenza ta’ kategoriji ta’ dannu dissoċjabbli mill-kuntratt)

27

2022/C 95/36

Kawża T-870/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Worldwide Spritis Supply vs EUIPO – Melfinco (CLEOPATRA QUEEN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea CLEOPATRA QUEEN – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CLEOPATRA MELFINCO – Artikoli 15 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 18 u 64 tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Dikjarazzjoni ta’ invalidità)

27

2022/C 95/37

Kawża T-6/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Dr. Spiller vs EUIPO – Rausch (Alpenrausch Dr. Spiller) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Alpenrausch Dr. Spiller – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni RAUSCH – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

28

2022/C 95/38

Kawża T-369/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute (CEFA Certified European Financial Analyst) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CEFA Certified European Financial Analyst – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CFA – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

29

2022/C 95/39

Kawża T-381/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Datax vs REA (Klawżola ta’ arbitraġġ – Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Ftehimiet ta’ sussidju HELP u GreenNets – Investigazzjoni tal-OLAF – Spejjeż tal-persunal – Oneru tal-prova – Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet – Ineliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju – Talba għal irkupru – Noti ta’ debitu – Preskrizzjoni – Terminu raġonevoli – Proporzjonalità)

29

2022/C 95/40

Kawża T-549/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Magic Box Int. Toys vs EUIPO – KMA Concepts (SUPERZINGS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SUPERZINGS – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti ZiNG – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2002))

30

2022/C 95/41

Kawża T-587/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – MO vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Assenjazzjoni mill-ġdid ex officio – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà)

30

2022/C 95/42

Kawża T-598/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Skechers USA vs EUIPO (ARCH FIT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ARCH FIT – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

31

2022/C 95/43

Kawża T-699/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Fashion Energy vs EUIPO – Retail Royalty (1st AMERICAN) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla jew għasfur ieħor tal-priża – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali fuq il-livell fonetiku – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

32

2022/C 95/44

Kawża T-159/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Diċembru 2021 – Bustos vs EUIPO – Bicicletas Monty (motwi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal Unjoni motwi – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTY – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

32

2022/C 95/45

Kawża T-194/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Stelis Biopharma (HYALOSTEL ONE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva HYALOSTEL ONE – Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HYALISTIL u figurattivi preċedenti HyalOne – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HYALO – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni)

33

2022/C 95/46

Kawża T-195/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

34

2022/C 95/47

Kawża T-495/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2021 – Theodorakis u Theodoraki vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tas-16 u tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru – Dikjarazzjoni tal-President tal-Grupp tal-Ewro tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru – Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Inammissibbiltà manifesta)

34

2022/C 95/48

Kawża T-496/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2021 – Berry Investments vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tas-16 u tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru – Dikjarazzjoni tal-President tal-Grupp tal-Ewro tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru – Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Inammissibbiltà manifesta)

35

2022/C 95/49

Kawża T-355/19 INTP: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2021 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (Proċedura – Interpretazzjoni ta’ sentenza – Inammissibbiltà)

36

2022/C 95/50

Kawża T-620/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Alessio et vs BĊE (Rikors għal annullament – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Irkupru u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Miżuri ta’ intervent bikri – Deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja – Deċiżjonijiet ta’ estensjoni sussegwenti – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltàé)

36

2022/C 95/51

Kawża T-303/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2021 – FC vs EASO (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Proċedura dixxiplinari – Talbiet ta’ sospensjoni – Konvokazzjoni għal smiegħ quddiem bord ta’ dixxiplina – Posponiment tad-data tas-smiegħ – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Rikors prematur – Inammissibbiltà manifesta)

37

2022/C 95/52

Kawża T-722/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – D’Amato et vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membri tal-Parlament – Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

37

2022/C 95/53

Kawża T-723/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Rooken et vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membri tal-Parlament – Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

38

2022/C 95/54

Kawża T-724/21 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – IL et vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

38

2022/C 95/55

Kawża T-764/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 – Atesos medical et vs Il-Kummissjoni

39

2022/C 95/56

Kawża T-780/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)

40

2022/C 95/57

Kawża T-16/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 – NV vs BEI

40

2022/C 95/58

Kawża T-19/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2022 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry (Forma ta’ scooter)

41

2022/C 95/59

Kawża T-20/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2022 – NW vs Il-Kummissjoni

42

2022/C 95/60

Kawża T-21/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2022 – NY vs Il-Kummissjoni

43

2022/C 95/61

Kawża T-23/22: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2022 – Grail vs Il-Kummissjoni

43

2022/C 95/62

Kawża T-25/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2022 – Canai Technology vs EUIPO – WE Brand (HE&ME)

44

2022/C 95/63

Kawża T-848/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – HS vs Il-Kummissjoni

45

2022/C 95/64

Kawża T-765/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2021 – The Floow vs Il-Kummissjoni

45

2022/C 95/65

Kawża T-46/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Yajun (PREMILITY)

45

2022/C 95/66

Kawża T-519/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – VY vs Il-Kummissjoni

46


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2022/C 95/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 84, 21.2.2022

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 73, 14.2.2022

ĠU C 64, 7.2.2022

ĠU C 51, 31.1.2022

ĠU C 37, 24.1.2022

ĠU C 24, 17.1.2022

ĠU C 11, 10.1.2022

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – “Pilsētas zemes dienests” AS

(Kawża C-598/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 135(1)(l) u (2) - Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli - Esklużjoni mill-eżenzjoni tal-kiri obbligatorju ta’ art lill-proprjetarji tal-proprjetajiet immobbli mibnija - Prinċipju ta’ newtralità fiskali)

(2022/C 95/02)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Pilsētas zemes dienests” AS

fil-preżenza ta’: Latvijas Republikas Saeima

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(l) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-lokazzjoni ta’ artijiet taħt sistema ta’ kiri obbligatorju hija eskluża mill-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 35, 1.2.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “AKZ – Burgas” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Burgas

(Kawża C-602/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali - Rimbors tal-kontribuzzjonijiet imħallsa indebitament - Limitazzjoni tal-interessi fuq ir-rimbors - Awtonomija proċedurali nazzjonali - Prinċipju ta’ ekwivalenza - Prinċipju ta’ effettività - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 95/03)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“AKZ – Burgas” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Burgas

fil-preżenza ta’: Varhovna administrativna prokuratura na Republika Bulgaria

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Bulgarija), permezz tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2020, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall – XG vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-647/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli - Artikoli 63, 64 u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi)

(2022/C 95/04)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XG

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 63 u l-Artikolu 65(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq id-dħul minn persuni fiżiċi li tissuġġetta l-profitti li jirriżultaw mill-bejgħ, minn resident ta’ pajjiżi terzi, ta’ proprjetajiet immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru għal piż fiskali ogħla minn dak applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-profitti magħmula minn resident tal-imsemmi Stat Membru.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Dicembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Ráckevei Járásbíróság – l-Ungerija) – EP, TA, FV, TB vs ERSTE Bank Hungary Zrt

(Kawża C-670/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ddenominat f’munita barranija - Klawżoli li jesponu lil min jissellef għal riskju tal-kambju - Artikolu 4(2) - Rekwiżiti ta’ natura li tkun tista’ tinftiehem u ta’ trasparenza - Assenza ta’ effett tad-dikjarazzjoni tal-konsumatur li tgħid li dan huwa kompletament konxju tar-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Redazzjoni ċara u li tinftiehem ta’ klawżola kuntrattwali)

(2022/C 95/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Ráckevei Járásbíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EP, TA, FV, TB

Konvenut: ERSTE Bank Hungary Zrt

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit ta’ trasparenza tal-klawżoli ta’ kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija, li jesponu lil min jissellef għal riskju tal-kambju, ikun issodisfatt biss meta l-professjonist ikun ipprovda lil dan tal-aħħar b’informazzjoni eżatta u suffiċjenti dwar ir-riskju tal-kambju, li tippermetti lil konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, li jevalwa r-riskju tal-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, potenzjalment sinjifikattivi, ta’ tali klawżoli fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu matul il-perijodu kollu ta’ dan il-kuntratt. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-konsumatur jiddikjara ruħu kompletament konxju tar-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt ma għandux, minnu innifsu, effett għall-finijiet tal-evalwazzjoni jekk il-professjonist issodisfax l-imsemmi rekwiżit ta’ trasparenza.


(1)  ĠU C 98, 22.03.2021


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – VX vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-224/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni diretta - Tassazzjoni tal-profitti fuq il-proprjetajiet immobbli - Artikoli 63 u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Diskriminazzjoni - Piż fiskali ogħla fuq il-profitti magħmula fuq il-proprjetajiet immobbli minn residenti ta’ pajjiżi terzi - Opzjoni ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti)

(2022/C 95/06)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VX

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 63 u l-Artikolu 65(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq id-dħul minn persuni fiżiċi li, fir-rigward tal-profitti li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ proprjetajiet immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru, sistematikament tissuġġetta lill-persuni mhux residenti għal piż fiskali ogħla minn dak applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni għall-profitti magħmula minn residenti, minkejja l-fakultà offerta lill-persuni mhux residenti li jagħżlu l-iskema applikabbli għar-residenti.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Novembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Törvényszék – l-Ungerija) – WD vs Agrárminiszter

(Kawża C-273/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Regolament (UE) Nru 1307/2013 - Skemi ta’ appoġġ dirett - Artikolu 4(1)(c) u (e) - Artikolu 32(2) - Talba għal pagament uniku skont l-erja - Kunċett ta’ “ettaru eliġibbli” - Art ikklassifikata bħala ajrudrom skont ir-reġistru tal-artijiet - Użu effettiv għall-finijiet agrikoli)

(2022/C 95/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WD

Konvenut: Agrárminiszter

Dispożittiv

L-Artikolu 4(1)(c) u (e) kif ukoll l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li superfiċji kklassifikata, fid-dritt nazzjonali, bħala ajrudrom, iżda li fuqha ma sseħħ l-ebda attività relatata ma’ dan tal-aħħar, għandha tiġi kklassifikata bħala superfiċji agrikola użata għal finijiet agrikoli meta hija tintuża effettivament bħala mergħa permanenti għat-trobbija ta’ annimali.


(1)  ĠU C 252, 28.6.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2021 – Finanzamt X vs Y

(Kawża C-516/21)

(2022/C 95/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt X

Konvenut: Y

Domanda preliminari

L-obbligu fiskali impost fuq il-kiri ta’ tagħmir u ta’ makkinarju installat b’mod permanenti japplika, skont l-Artikolu 135(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/112/KE (1),

għall-kirja waħda iżolata (awtonoma) ta’ dan it-tagħmir u makkinarju jew ukoll

il-kirja (lokazzjoni) ta’ dan it-tagħmir u makkinarju, li hija eżentata, skont il-punt (l) tal-Artikolu 135(1) ta’ din id-direttiva, fuq il-bażi (b’mod anċillari) tal-lokazzjoni ta’ bini konkluża bejn dawn l-istess partijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2021 AM.VI. Srl, Quinam Limited, bħala aventi kawża ta’ Fashioneast Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Lulju 2021 fil-Kawża T-297/20, Fashioneast u AM.VI. vs EUIPO – Moschillo (RICH JOHN RICHMOND)

(Kawża C-599/21 P)

(2022/C 95/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: AM.VI. Srl, Quinam Limited, l-aventi kawża ta’ Fashioneast Sàrl (rappreżentanti: A Camusso, M. Baghetti, avukati, A. Boros, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-17 ta’ Jannar 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li AM. VI. u Quinam Limited għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-30 ta’ Settembru 2021 – Gmina O. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-612/21)

(2022/C 95/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gmina O.

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domandi preliminari

1.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(1), 9(1) u 13(1) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li komun (awtorità pubblika) jaġixxi bħala persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT meta jwettaq proġett li l-għan tiegħu jkun li jżid il-proporzjon ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt irregolat mid-dritt ċivili ma’ sidien ta’ proprjetajiet immobbli, li bih il-komun jimpenja ruħu li jinstalla sistemi ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli fil-proprjetà tagħhom u – wara li jgħaddi ċertu perijodu ta’ żmien – jittrasferixxi l-proprjetà ta’ dawn is-sistemi lis-sidien inkwistjoni?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, il-kofinanzjament Ewropew li jirċievi l-komun (awtorità pubblika) għall-implimentazzjoni tal-proġetti li jinvolvu sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandu jiġi inkluż fl-ammont taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-5 ta’ Ottubru 2021 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs Gmina L.

(Kawża C-616/21)

(2022/C 95/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Konvenut: Gmina L.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1), l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jitqies bħala persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT komun (awtorità pubblika) fil-kuntest tat-twettiq ta’ programm ta’ tneħħija tal-asbestos minn proprjetajiet immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan il-komun, li huma proprjetà ta’ residenti, li għal dan l-għan ma jwettqu l-ebda spiża? Jew din l-operazzjoni tikkostitwixxi attività tal-komun bħala awtorità pubblika, imwettqa sabiex jeżerċita l-kompiti tiegħu ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tar-residenti u ta’ protezzjoni tal-ambjent, li fir-rigward tagħha l-komun ma huwiex meqjus bħala persuna taxxabbli suġġetta għall-VAT?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie (il-Polonja) fit-30 ta’ Settembru 2021 – AR et vs PK SA et

(Kawża C-618/21)

(2022/C 95/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla m.st. Warszawy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AR et

Konvenuti: PK SA et

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-persuna leża li tressaq, kontra l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà ċivili tal-awtur tal-inċident, azzjoni diretta għad-danni għall-ħsara kkawżata lill-vettura bil-mutur tagħha, li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur, tkun tista’ tikseb biss mill-impriża tal-assigurazzjoni kumpens għat-telf reali u effettiv subit mill-beni tagħha, jiġifieri d-differenza bejn [il-valur] tal-vettura bil-mutur fl-istat li fih kienet tinsab qabel l-inċident u [l-valur] tal-vettura bil-mutur bil-ħsara, miżjuda bl-ispejjeż iġġustifikati effettivament sostnuti għat-tiswija tal-vettura bil-mutur u kull spiża ġġustifikata oħra effettivament sostnuta b’konsegwenza tal-inċident, filwaqt li, kieku hija kellha titlob kumpens direttament lill-awtur tal-inċident, hija tkun tista’ tagħżel li titolbu jirrestitwixxi l-vettura bil-mutur fl-istat li fih kienet tinsab qabel l-inċident (li t-tiswija titwettaq mill-awtur tal-inċident stess jew minn garaxx imħallas minnu) minflok li titolbu kumpens?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 18, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-persuna leża li tressaq, kontra l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà ċivili tal-awtur tal-inċident, azzjoni diretta għad-danni għall-ħsara kkawżata lill-vettura bil-mutur tagħha, li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur, tkun tista’ tikseb biss mill-impriża tal-assigurazzjoni, minflok kumpens għat-telf reali u effettiv subit mill-beni tagħha, jiġifieri d-differenza bejn [il-valur] tal-vettura bil-mutur fl-istat li fih kienet tinsab qabel l-inċident u [l-valur] tal-vettura bil-mutur bil-ħsara, miżjuda bl-ispejjeż iġġustifikati effettivament sostnuti għat-tiswija tal-vettura bil-mutur u kull spiża ġġustifikata oħra effettivament sostnuta b’konsegwenza tal-inċident, l-ammont ekwivalenti għall-ispiża tar-restawrazzjoni fl-istat ta’ kif kienet qabel l-inċident, filwaqt li, kieku kellha titlob direttament lill-awtur tal-inċident isewwi l-ħsara, hija tkun tista’ tagħżel li titolbu jirrestitwixxi l-vettura bil-mutur fl-istat li fih kienet tinsab qabel l-inċident (u mhux biss jagħtiha l-fondi intiżi għal dan l-iskop)?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda [1] u ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda [2], l-Artikolu 18, moqri flimkien mal-Artikolu 3, tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-impriża tal-assigurazzjoni li mingħandha l-proprjetarju ta’ vettura bil-mutur li tkun sofriet ħsara, li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur, jitlob ir-rimbors tal-ispejjeż ipotetiċi li ma jkunx sostna, imma li kien ikollu jsostni kieku kien ikollu jiddeċiedi li jirrestawra l-vettura bil-mutur fl-istat li fih kienet tinsab qabel l-inċident, tkun tista’:

a.

tissuġġetta dan il-ħlas għall-kundizzjoni li l-persuna leża turi li hija jkollha effettivament l-intenzjoni li ssewwi l-vettura bil-mutur, b’mod konkret, għand mekkaniku speċifiku, għal prezz preċiż għall-partijiet u għax-xogħol tal-idejn – u tittrasferixxi dawn il-fondi għal din it-tiswija direttament lil dan il-mekkaniku (jew, jekk ikun il-każ, lill-bejjiegħ tal-partijiet neċessarji għat-tiswija) bla ħsara għal rimbors jekk l-għan li għalih dawn il-fondi jkunu tħallsu ma kellux jintlaħaq, jew, fin-nuqqas:

b.

tissuġġetta dan il-ħlas għat-teħid ta’ responsabbiltà mill-konsumatur tal-impenn li juri f’terminu miftiehem li huwa jkun ħallas il-fondi għat-tiswija tal-vettura bil-mutur, jew li jirrestitwihom lill-impriża tal-assigurazzjoni, jew, fin-nuqqas:

c.

wara li tkun ħallset dawn il-fondi bl-indikazzjoni tal-għan tal-ħlas (il-mod ta’ kif jintużaw) u wara l-iskadenza tat-terminu neċessarju li matulu l-persuna leża tkun setgħet issewwi l-vettura bil-mutur, titlobha turi l-prova li hija tkun ħallset dawn il-fondi għal din it-tiswija jew ir-restituzzjoni tagħhom

sabiex tiġi evitata l-possibbiltà li l-parti leża tarrikkixxi lilha nnifisha permezz tal-ħsara?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda [1] u ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda [2], l-Artikolu 18, moqri flimkien mal-Artikolu 3, tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha persuna leża, li ma tkunx baqgħet proprjetarja tal-vettura bil-mutur bil-ħsara għaliex tkun biegħitha u tkun irċeviet flus bi skambju, b’tali mod li ma tkunx għadha tista’ ssewwi l-vettura bil-mutur, u għaldaqstant ma tkunx tista’ titlob mingħand l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri r-responsabbiltà ċivili tal-awtur tal-inċident il-ħlas tal-ispiża tat-tiswijiet neċessarji għar-restawrazzjoni tal-vettura bil-mutur li tkun ġarrbet il-ħsara fl-istat li fih kienet tinsab qabel l-inċident, peress li r-rikors [tal-persuna leża] sempliċement jitlob lill-impriża tal-assigurazzjoni kumpens ekwivalenti għat-telf reali u effettiv subiti mill-beni tiegħu, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-vettura bil-mutur fl-istat li kienet tinsab qabel l-inċident u r-riżultat tal-bejgħ tal-vettura bil-mutur, miżjuda bl-ispejjeż iġġustifikati sostnuti effettivament għat-tiswija tal-vettura bil-mutur u ta’ kull spiża ġġustifikata oħra sostnuta effettivament b’konsegwenza tal-inċident?


(1)  ĠU 2009, L 263, p. 11.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-11 ta’ Ottubru 2021 – TB

(Kawża C-628/21)

(2022/C 95/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TB

Fil-preżenza ta’: Castorama Polska Sp. z o.o., “Knor” Sp. z o.o.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(1), moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għal miżura ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tkun miftuħa biss jekk jiġi stabbilit, fil-kuntest ta’ din il-proċedura jew ta’ proċedura oħra, li l-persuna kkkonċernata tkun detentur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

2)

L-Artikolu 8(1), moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa suffiċjenti li jiġi stabbilit prima facie li l-miżura tikkonċerna dritt tal-proprjetà intellettwali eżistenti pjuttost milli jiġi pprovat dan il-fatt, b’mod partikolari fl-ipoteżi fejn it-talba għal informazzjoni dwar l-oriġini u n-networks ta’ distribuzzjoni ta’ merkanzija jew ta’ servizzi titressaq qabel il-preżentata ta’ azzjoni għad-danni għal ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ottubru 2021 – P.C.H. vs Parchetul de pe lângă Tribunalul Bihor, Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Oradea, Ministerul Public – Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justitie

(Kawża C-642/21)

(2022/C 95/14)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bihor

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.C.H

Konvenuti: Parchetul de pe lângă Tribunalul Bihor, Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Oradea, Ministerul Public – Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casaţie şi Justitie

Parti oħra fil-proċedura: Consiliului Național pentru Combaterea Discriminării

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), dwar il-garanzija ta’ proċeduri ġudizzjarji “disponibbli għal-persuni kollha li jikkunsidraw ruħhom trattati ħażin minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament”, kif ukoll id-dispożizzjonijiet [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar il-garanzija tad-dritt għal “rimedju effettiv u għal proċess imparzjali”, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 211(c) tal-Legea dialogului social nr. 62/2011 (il-Liġi dwar id-Djalogu Soċjali Nru 62/2011), li tipprovdi li l-perijodu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimedju jibda jiddekorri “mid-data li fiha seħħ id-dannu”, irrispettivament minn jekk ir-rikorrent kellux għarfien jew le li seħħ id-dannu (u l-portata tiegħu)?

2)

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(1) u (2) u fl-aħħar tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 1(2) tal-Legea-cadru nr. 330, din 5 noiembrie 2009, privind salarizarea unitară a personalului plătit din fonduri publice (il-Liġi-Qafas Nru 330 tal-5 ta’ Novembru 2009 dwar ir-Remunerazzjoni Uniformi tal-Persunal Imħallas minn Fondi Pubbliċi), kif interpretat fis-sentenza Nru 7/2019 (ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija) Nru 343 tas-6 ta’ Mejju 2019) mogħtija mill-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) f’rikors fl-interess tal-liġi, peress li r-rikorrent ma kellux l-opportunità legali li jitlob żieda fl-allowance tal-impjieg tiegħu fil-mument tad-dħul tiegħu fil-ġudikatura, li seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi-Qafas Nru 330 tal-2009, att leġiżlattiv li espressament jipprovdi li d-drittijiet għas-salarju huma u jibqgħu esklużivament dawk ipprovduti minn [din] il-liġi, li jfisser li hemm diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni meta mqabbla mal-kollegi tar-rikorrent, inkluż fuq il-bażi tal-kriterju tal-età peress li l-membri tal-ġudikatura anzjani biss, li ġew maħtura qabel Jannar 2010 (li kisbu sentenzi favurihom matul il-perijodu bejn l-2006 u l-2009 li d-dispożizzjonijiet tagħhom ġew iċċarati fl-2019 fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) Nru 7/2019), ibbenefikaw mill-ħlas retroattiv tad-drittijiet tagħhom (simili għal dawk mitluba fir-rikors li huwa s-suġġett ta’ din il-kawża), f’Diċembru 2019/Jannar 2020, għall-perijodu mill-2010 sal-2015, anki jekk, matul dan il-perijodu, ir-rikorrent eżerċita il-funzjonijiet ta’ prosekutur u wettaq l-istess xogħol, taħt l-istess kundizzjonijiet u fl-istess istituzzjoni?

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-diskriminazzjoni biss meta tkun ibbażata fuq wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jew, għall-kuntarju, dawn id-dispożizzjonijiet, possibbilment issupplimentati b’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, ġeneralment jipprekludu li impjegat jiġi ttrattat b’mod differenti minn ieħor f’termini ta’ remunerazzjoni, meta jwettaq l-istess xogħol għall-istess persuna li timpjega, matul l-istess perijodu u taħt l-istess kundizzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ottubru 2021 – F.O.L. vs Tribunalul Cluj

(Kawża C-643/21)

(2022/C 95/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bihor

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F.O.L.

Konvenut: Tribunalul Cluj

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), dwar il-garanzija ta’ proċeduri ġudizzjarji “disponibbli għal-persuni kollha li jikkunsidraw ruħhom trattati ħażin minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament”, kif ukoll id-dispożizzjonijiet [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar il-garanzija tad-dritt għal “rimedju effettiv u għal proċess imparzjali”, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 211(c) tal-Legea dialogului social nr. 62/2011 (il-Liġi dwar id-Djalogu Soċjali Nru 62/2011), li tipprovdi li l-perijodu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimedju jibda jiddekorri “mid-data li fiha seħħ id-dannu”, irrispettivament minn jekk ir-rikorrenti kellhiex għarfien jew le li seħħ id-dannu (u l-portata tiegħu)?

2)

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(1) u (2) u fl-aħħar tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 1(2) tal-Legea-cadru nr. 330, din 5 noiembrie 2009, privind salarizarea unitară a personalului plătit din fonduri publice (il-Liġi-Qafas Nru 330 tal-5 ta’ Novembru 2009 dwar ir-Remunerazzjoni Uniformi tal-Persunal Imħallas minn Fondi Pubbliċi), kif interpretat fis-sentenza Nru 7/2019 (ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija) Nru 343 tas-6 ta’ Mejju 2019) mogħtija mill-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) f’rikors fl-interess tal-liġi, peress li r-rikorrenti ma kellhiex l-opportunità legali li titlob żieda fl-allowance tal-impjieg tagħha fil-mument tad-dħul tagħha fil-ġudikatura, li seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi-Qafas Nru 330 tal-2009, att leġiżlattiv li espressament jipprovdi li d-drittijiet għas-salarju huma u jibqgħu esklużivament dawk ipprovduti minn [din] il-liġi, li jfisser li hemm diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni meta mqabbla mal-kollegi tagħha, inkluż fuq il-bażi tal-kriterju tal-età peress li l-membri tal-ġudikatura anzjani biss, li ġew maħtura qabel Jannar 2010 (li kisbu sentenzi favurihom matul il-perijodu bejn l-2006 u l-2009 li d-dispożizzjonijiet tagħhom ġew iċċarati fl-2019 fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) Nru 7/2019), ibbenefikaw mill-ħlas retroattiv tad-drittijiet tagħhom (simili għal dawk mitluba fir-rikors li huwa s-suġġett ta’ din il-kawża), f’Diċembru 2019/Jannar 2020, għall-perijodu mill-2010 sal-2015, anki jekk, matul dan il-perijodu, ir-rikorrenti eżerċitat il-funzjonijiet ta’ membru tal-ġudikatura u wettqet l-istess xogħol, taħt l-istess kundizzjonijiet u fl-istess istituzzjoni?

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-diskriminazzjoni biss meta tkun ibbażata fuq wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jew, għall-kuntarju, dawn id-dispożizzjonijiet, possibbilment issupplimentati b’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, ġeneralment jipprekludu li impjegat jiġi ttrattat b’mod differenti minn ieħor f’termini ta’ remunerazzjoni, meta jwettaq l-istess xogħol għall-istess persuna li timpjega, matul l-istess perijodu u taħt l-istess kundizzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ottubru 2021 – M.I.A., P.R.-M., V.-C.I-C, F.C.R., P (ex. T). Ş-B., D.R., P.E.E., F.I. vs Tribunalul Cluj, Tribunalul Mureş, Tribunalul Hunedoara, Tribunalul Suceava, Tribunalul Galaţi

(Kawża C-644/21)

(2022/C 95/16)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bihor

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M.I.A., P.R.-M., V.-C.I-C, F.C.R., P (ex. T). Ş-B., D.R., P.E.E., F.I.

Konvenuti: Tribunalul Cluj, Tribunalul Mureş, Tribunalul Hunedoara, Tribunalul Suceava, Tribunalul Galaţi

fil-preżenza ta’: Consiliului Național pentru Combaterea Discriminării

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), dwar il-garanzija ta’ proċeduri ġudizzjarji “disponibbli għal-persuni kollha li jikkunsidraw ruħhom trattati ħażin minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament”, kif ukoll id-dispożizzjonijiet [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar il-garanzija tad-dritt għal “rimedju effettiv u għal proċess imparzjali”, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 211(c) tal-Legea dialogului social nr. 62/2011 (il-Liġi dwar id-Djalogu Soċjali Nru 62/2011), li tipprovdi li l-perijodu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimedju jibda jiddekorri “mid-data li fiha seħħ id-dannu”, irrispettivament minn jekk ir-rikorrenti kellhomx għarfien jew le li seħħ id-dannu (u l-portata tiegħu)?

2)

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(1) u (2) u fl-aħħar tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 1(2) tal-Legea-cadru nr. 330, din 5 noiembrie 2009, privind salarizarea unitară a personalului plătit din fonduri publice (il-Liġi-Qafas Nru 330 tal-5 ta’ Novembru 2009 dwar ir-Remunerazzjoni Uniformi tal-Persunal Imħallas minn Fondi Pubbliċi), kif interpretat fis-sentenza Nru 7/2019 (ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija) Nru 343 tas-6 ta’ Mejju 2019) mogħtija mill-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) f’rikors fl-interess tal-liġi, peress li r-rikorrenti ma kellhomx l-opportunità legali li jitolbu żieda fl-allowance tal-impjieg tagħhom fil-mument tad-dħul tagħhom fil-ġudikatura, li seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi-Qafas Nru 330 tal-2009, att leġiżlattiv li espressament jipprovdi li d-drittijiet għas-salarju huma u jibqgħu esklużivament dawk ipprovduti minn [din] il-liġi, li jfisser li hemm diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni meta mqabbla mal-kollegi tagħhom, inkluż fuq il-bażi tal-kriterju tal-età peress li l-membri tal-ġudikatura anzjani biss, li ġew maħtura qabel Jannar 2010 (li kisbu sentenzi favurihom matul il-perijodu bejn l-2006 u l-2009 li d-dispożizzjonijiet tagħhom ġew iċċarati fl-2019 fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) Nru 7/2019), ibbenefikaw mill-ħlas retroattiv tad-drittijiet tagħhom (simili għal dawk mitluba fir-rikors li huwa s-suġġett ta’ din il-kawża), f’Diċembru 2019/Jannar 2020, għall-perijodu mill-2010 sal-2015, anki jekk, matul dan il-perijodu, ir-rikorrenti eżerċitaw il-funzjonijiet ta’ membru tal-ġudikatura u wettqu l-istess xogħol, taħt l-istess kundizzjonijiet u fl-istess istituzzjoni?

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-diskriminazzjoni biss meta tkun ibbażata fuq wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jew, għall-kuntarju, dawn id-dispożizzjonijiet, possibbilment issupplimentati b’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, ġeneralment jipprekludu li impjegat jiġi ttrattat b’mod differenti minn ieħor f’termini ta’ remunerazzjoni, meta jwettaq l-istess xogħol għall-istess persuna li timpjega, matul l-istess perijodu u taħt l-istess kundizzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Bihor (ir-Rumanija) fil-21 ta’ Ottubru 2021 – C.C.C., C.R.R., U.D.M. vs Tribunalul Cluj, Tribunalul Satu Mare, Tribunalul Bucureşti, Tribunalul Bistriţa Năsăud, Tribunalul Maramureş, Tribunalul Sibiu

(Kawża C-645/21)

(2022/C 95/17)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bihor

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C.C.C., C.R.R., U.D.M.

Konvenuti: Tribunalul Cluj, Tribunalul Satu Mare, Tribunalul Bucureşti, Tribunalul Bistriţa Năsăud, Tribunalul Maramureş, Tribunalul Sibiu

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), dwar il-garanzija ta’ proċeduri ġudizzjarji “disponibbli għal-persuni kollha li jikkunsidraw ruħhom trattati ħażin minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-ugwaljanza fit-trattament”, kif ukoll id-dispożizzjonijiet [tal-ewwel paragrafu] tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, dwar il-garanzija tad-dritt għal “rimedju effettiv u għal proċess imparzjali”, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 211(c) tal-Legea dialogului social nr. 62/2011 (il-Liġi dwar id-Djalogu Soċjali Nru 62/2011), li tipprovdi li l-perijodu ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimedju jibda jiddekorri “mid-data li fiha seħħ id-dannu”, irrispettivament minn jekk ir-rikorrenti kellhomx għarfien jew le li seħħ id-dannu (u l-portata tiegħu)?

2)

Id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 2(1) u (2) u fl-aħħar tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu regola f’leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fl-Artikolu 1(2) tal-Legea-cadru nr. 330, din 5 noiembrie 2009, privind salarizarea unitară a personalului plătit din fonduri publice (il-Liġi-Qafas Nru 330 tal-5 ta’ Novembru 2009 dwar ir-Remunerazzjoni Uniformi tal-Persunal Imħallas minn Fondi Pubbliċi), kif interpretat fis-sentenza Nru 7/2019 (ippubblikata fil-Monitorul Oficial al României (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija) Nru 343 tas-6 ta’ Mejju 2019) mogħtija mill-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) f’rikors fl-interess tal-liġi, peress li r-rikorrenti ma kellhomx l-opportunità legali li jitolbu żieda fl-allowance tal-impjieg tagħhom fil-mument tad-dħul tagħhom fil-ġudikatura, li seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi-Qafas Nru 330 tal-2009, att leġiżlattiv li espressament jipprovdi li d-drittijiet għas-salarju huma u jibqgħu esklużivament dawk ipprovduti minn [din] il-liġi, li jfisser li hemm diskriminazzjoni fir-remunerazzjoni meta mqabbla mal-kollegi tagħhom, inkluż fuq il-bażi tal-kriterju tal-età peress li l-membri tal-ġudikatura anzjani biss, li ġew maħtura qabel Jannar 2010 (li kisbu sentenzi favurihom matul il-perijodu bejn l-2006 u l-2009 li d-dispożizzjonijiet tagħhom ġew iċċarati fl-2019 fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Înalta Curte de Casație şi Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) Nru 7/2019), ibbenefikaw mill-ħlas retroattiv tad-drittijiet tagħhom (simili għal dawk mitluba fir-rikors li huwa s-suġġett ta’ din il-kawża), f’Diċembru 2019/Jannar 2020, għall-perijodu mill-2010 sal-2015, anki jekk, matul dan il-perijodu, ir-rikorrenti eżerċitaw il-funzjonijiet ta’ membru tal-ġudikatura u wettqu l-istess xogħol, taħt l-istess kundizzjonijiet u fl-istess istituzzjoni?

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-diskriminazzjoni biss meta tkun ibbażata fuq wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva jew, għall-kuntarju, dawn id-dispożizzjonijiet, possibbilment issupplimentati b’dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, ġeneralment jipprekludu li impjegat jiġi ttrattat b’mod differenti minn ieħor f’termini ta’ remunerazzjoni, meta jwettaq l-istess xogħol għall-istess persuna li timpjega, matul l-istess perijodu u taħt l-istess kundizzjonijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Novembru 2021 – ZQ vs Medizinischer Dienst der Krankenversicherung Nordrhein, Körperschaft des öffentlichen Rechts

(Kawża C-667/21)

(2022/C 95/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZQ

Konvenut: Medizinischer Dienst der Krankenversicherung Nordrhein, Körperschaft des öffentlichen Rechts

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(2)(h) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi lis-servizz mediku ta’ assigurazzjoni għall-mard milli jipproċessa d-data relatata mas-saħħa ta’ wieħed mill-impjegati tiegħu li fuqha tiddependi l-evalwazzjoni tal-kapaċità għax-xogħol ta’ dan l-impjegat?

2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, b’tali mod li jista’ jitqies li hemm deroga mill-projbizzjoni tal-ipproċessar li jikkonċerna d-data relatata mas-saħħa stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2016/679, b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(2)(h) tar-Regolament 2016/679, f’każ bħal dak ineżami, apparti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament 2016/679, hemm rekwiżiti oħra dwar il-protezzjoni tad-data li għandhom jiġu osservati u, jekk inhu hekk, liema huma dawn ir-rekwiżiti?

3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, b’tali mod li jista’ jitqies li hemm deroga mill-projbizzjoni tal-ipproċessar li jikkonċerna d-data relatata mas-saħħa stabbilita fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament 2016/679, b’applikazzjoni tal-Artikolu 9(2)(h) tar-Regolament 2016/679, f’każ bħal dak ineżami, il-legalità tal-ipproċessar tad-data relatata mas-saħħa tiddependi wkoll mill-osservanza ta’ minn tal-inqas waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament 2016/679?

4)

L-Artikolu 82(1) tar-Regolament 2016/679 għandu natura ta’ prevenzjoni speċjali jew ġenerali u għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-dannu morali li jista’ jiġi kkumpensat u li għandu jiġi kkumpensat, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, mill-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar jew mill-proċessur?

5)

Il-livell ta’ gravità tan-nuqqas tal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar jew tal-proċessur huwa rilevanti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-dannu morali li jista’ jiġi kkumpensat abbażi tal-Artikolu 82(1) tar-Regolament 2016/679? B’mod iktar partikolari, assenza ta’ nuqqas jew nuqqas żgħir min-naħa tal-kontrollur responsabbli għall-ipproċessar jew tal-proċessur jistgħu jiġu invokati favur tagħhom?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Cottbus (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Novembru 2021 – Stadt Frankfurt (Oder) u FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH vs Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

(Kawża C-723/21)

(2022/C 95/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Cottbus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadt Frankfurt (Oder), FWA Frankfurter Wasser- und Abwassergesellschaft mbH

Konvenut: Landesamt für Bergbau, Geologie und Rohstoffe

Domandi preliminari

1)

a)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-membri kollha tal-pubbliku direttament affettwati minn proġett huma intitolati jirrapportaw ksur tal-obbligu li

i)

jiġi evitat deterjorament fil-kwalità tal-korpi tal-ilma użati għall-estrazzjoni tal-ilma tax-xorb,

ii)

jitnaqqas it-trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb,

billi jippreżentaw rikors fil-qorti għal ksur tal-obbligu għall-infurzar tal-projbizzjoni ta’ deterjorazzjoni relatata mal-ilma ta’ taħt l-art, abbażi tal-protezzjoni ta’ terz (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Mejju 2020, Land Nordrhein-Westfalen (2), punti 132 et seq., kif ukoll is-sentenza tat-3 ta’ Ottubru 2019, Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et (3), punti 40 u 42)?

b)

Fil-każ li r-risposta għall-punt (a) tkun fin-negattiv:

Fi kwalunkwe każ, dawk ir-rikorrenti li ġew fdati bil-produzzjoni u t-trattament tal-ilma tax-xorb, huma intitolati li jinvokaw ksur tal-projbizzjonijiet u tar-rekwiżiti tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60?

2)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jinkludi wkoll, fir-rigward tal-korpi tal-ilma barra minn żoni protetti fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(3) ta’ din l-istess direttiva, minbarra l-mandat għall-ippjanar fit-tul tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar u programmi ta’ miżuri simili għall-Artikolu 4 tal-istess, l-obbligu li tiġi rrifjutata l-approvazzjoni għal proġetti speċifiċi minħabba ksur tal-projbizzjoni ta’ deterjorament (ara s-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, punt 75)?

3)

Fil-każ li l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60, kuntrarjament għall-Anness V tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, ma jispeċifikax il-valuri ta’ referenza tiegħu stess għall-eżami tal-projbizzjoni ta’ deterjorament:

a)

Taħt liema kundizzjonijiet jista’ jiġi preżunt li l-korp tal-ilma ser jiddeterjora u, konsegwentement, ser jiżdied l-ammont ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb?

b)

Jista’ l-punt ta’ referenza rilevanti għaż-żieda fl-ammont ta’ trattament u għalhekk għall-projbizzjoni ta’ deterjorament fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jidher fil-valuri limitu fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (4), kif issuġġerit mill-aħħar nofs sentenza tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2000/60?

c)

Fil-każ li r-risposta għall-punt (b) tkun fl-affermattiv:

Jista’ jkun hemm ksur tal-projbizzjoni ta’ deterjorament fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jekk l-uniku valur sinjifikattiv ma jkunx valur limitu fil-Parti A jew B tal-Anness I, iżda l-hekk imsejjaħ parametru indikatur skont il-Parti Ċ tal-Anness I?

4)

Meta għandu jiġi preżunt ksur tal-projbizzjoni ta’ deterjorament taħt il-liġi dwar l-ilma tax-xorb tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 (ara għall-istandard tal-projbizzjoni ta’ deterjorament fl-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva, is-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, punt 119, u preċedentement is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2015, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland (5), punt 52)?

a)

Kwalunkwe deterjorament huwa biżżejjed għall-preżunzjoni ta’ ksur

jew

b)

għandu jkun hemm probabbiltà li l-parametru indikatur għas-sulfat ta’ 250 mg/l ma jkunx osservat

jew

c)

għandhom jiġu mhedda miżuri ta’ rimedju fis-sens tal-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 98/83, li jżidu l-ispejjeż ta’ trattament għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb?

5)

L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jinkludi wkoll, minbarra l-istandard sostantiv tat-test, rekwiżiti għall-proċedura ta’ approvazzjoni uffiċjali, jiġifieri l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 4 ta’ din l-istess direttiva tista’ tiġi ttrasferita għall-iskop tal-eżami tal-Artikolu 7(3) tal-istess (ara s-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, it-tieni domanda preliminari)?

6)

Għandha ssir ukoll perizja rigward ħsara possibbli tal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 mill-kuntrattur hekk kif jidher li l-proġett aktarx jikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(3) ta’ din id-direttiva?

7)

Jista’ wkoll jiġi preżunt hawnhekk li l-eżami jrid ikun disponibbli fiż-żmien tad-deċiżjoni li tirrigwarda l-liġi dwar l-ilma u li konsegwentement eżami mwettaq matul il-proċedura ġudizzjarja ma jistax jirrimedja l-illegalità tal-approvazzjoni li tirrigwarda l-liġi dwar l-ilma (ara s-sentenza Land Nordrhein-Westfalen, punti 76 u 80 et seq.)?

8)

Ir-rekwiżiti u projbizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60 jistgħu jingħelbu matul l-ibbilanċjar tal-interessi fil-kuntest ta’ approvazzjoni favur l-għan imfittex mill-proġett, pereżempju, jekk l-ispejjeż tat-trattament ikunu baxxi jew l-iskop tal-proġett huwa partikolarment importanti?

9)

L-Artikolu 4(7) japplika għall-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60?

10)

Liema obbligi li jmorru lil hinn mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60 jistgħu jiġu dedotti mill-Artikolu 7(2) tal-istess, b’tali mod li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ proġett?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 27, rettifika fil-ĠU 2019, L 260, p. 70.

(2)  C-535/18, ECLI:EU:C:2020:391.

(3)  C-197/18, ECLI:EU:C:2019:824.

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90.

(5)  C-461/13, ECLI:EU:C:2015:433


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/16


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2021 minn Pilatus Bank plc mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-24 ta’ Settembru 2021 fil-Kawża T-139/19, Pilatus Bank vs BĊE

(Kawża C-750/21 P)

(2022/C 95/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Pilatus Bank plc (rappreżentant: O. Behrends, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tordna:

tannulla d-digriet appellat;

tiddikjara nulla skont l-Artikolu 264 TFUE d-deċiżjoni tal-BĊE tal-21 ta’ Diċembru 2018 li tiddikjara lir-rikorrenti li l-BĊE ma kienx għadu kompetenti sabiex jiżgura s-sorveljanza prudenzjali diretta tagħha u sabiex jieħu miżuri fir-rigward tagħha;

sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar il-mertu, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament, u

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-appellanti u għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1) billi assumiet li l-BĊE ma kienx għad fadallu kompetenza fir-rigward tal-appellanti bħala konsegwenza tal-fatt li l-appellanti tilfet il-liċenzja.

It-tieni aggravju bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali tonqos milli tindirizza b’mod xieraq il-motivi tal-appellanti li ma jirrigwardawx l-allegat nuqqas ta’ kompetenza tal-BĊE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 278, p. 63).


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fis-7 ta’ Diċembru 2021 – PJ vs Eurowings GmbH

(Kawża C-751/21)

(2022/C 95/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PJ

Konvenut: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

1)

Ikun hemm ċirkustanza ta’ “rifjut ta’ imbark” fis-sens tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) ukoll meta passiġġieri jiġu rrifjutati l-imbark fuq it-titjira kkonċernata mhux fil-bieb tal-imbark (post tat-tluq), iżda minn qabel fil-post taċ-check-in u jekk, għal din ir-raġuni, dawn lanqas jaslu quddiem il-bieb tal-imbark?

2)

Sabiex il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament Nru 261/2004 jiġu ssodisfatti, huwa suffiċjenti li l-passiġġier, għal ħin tat-tluq previst fis-6.20, l-imbark previst fis-5.50 u l-“għeluq tal-bieb tal-imbark” previst fis-6.05 (skont il-ħinijiet li jinsabu fil-karta tal-imbarkazzjoni) wara li jkun wasal fl-ajruport bit-taxi fil-5.14, jippreżenta ruħu immedjatament (jiġifieri madwar il-5.16) fil-post taċ-check-in tal-konvenuta, u dan b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni, minn naħa, tal-fatt li l-konvenuta kienet informat lil dan il-passiġġier fit-3.14 fil-jum tat-tluq li l-parti l-kbira tat-titjira kienet ibbukkjata u li kellu jsir check-in tal-bagalji li jinġarru bl-idejn fil-post taċ-check-in u, minbarra dan b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-informazzjoni pprovduta mill-konvenuta li l-post taċ-check-in tal-ajruport ta’ Hamburg (il-Ġermanja) jinfetaħ bejn sagħtejn u 40 minuta qabel it-tluq tat-titjira?

3)

Il-fatt li r-rikorrent u l-familja tiegħu, għaċ-check-in tal-bagalji tagħhom, kienu direttament intbagħtu, fil-5.16, mill-post taċ-check-in tal-konvenuta lejn il-magni taċ-check-in tal-bagalji li huma ferm użati tal-ajruport ta’ Hamburg, li ma kinux qed jaħdmu sew minkejja l-għajnuna pprovduta mill-persunal tal-konvenuta jew tal-ajruport, sussegwentement kienu ntbagħtu lejn magni taċ-check-in tal-bagalji oħra, fejn iċ-check-in ma setax jiġi kkompletat għal draba oħra, fis-sens li fis-5.40, l-ewwel magna sussegwentement ħadmet, għamlet iċ-check-in tal-bagalja, iżda rrifjutat iċ-check-in fis-5.41 u reġgħet bagħtet mill-ġdid lir-rikorrent lejn il-post taċ-check-in tal-konvenuta, fejn l-imsemmi rikorrent ġie informat li issa kien tilef it-titjira tiegħu, jikkostitwixxi “rifjut ta’ imbark” fis-sens tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004?

4)

Fid-dawl tad-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom waqt iċ-check-in awtomatiku tal-bagalji, il-fatt li sempliċement segwa l-istruzzjonijiet tal-persunal u tal-magni filwaqt li naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni li l-ħin kien għaddej qabel t-tmiem iċ-check-in u sakemm jasal lejn il-bieb tal-imbark jikkostitwixxi nuqqas kontributorju tar-rikorrent u, b’konsegwenza, tal-persuni li vvjaġġaw miegħu? Fid-dawl tad-diffikultajiet li ltaqa’ magħhom waqt iċ-check-in, ir-rikorrent u l-persuni li vvjaġġaw miegħu jistgħu jiġu kkritikati li ma ħasbux biżżejjed kmieni li l-bagalji jintbagħtu wara? Seta’ jiġi raġonevolment mistenni li l-grupp ta’ vjaġġaturi jisseparaw, li persuna, pereżempju r-rikorrent, titħalla bil-bagalji, sabiex il-persuni l-oħra jaslu lejn il-bieb tal-imbark, u dan b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni tal-fatt li t-tifla tar-rikorrenti kellha mobbiltà limitata minħabba krozzi wara operazzjoni fl-irkoppa u li l-kunjata tar-rikorrent kienet limitata minħabba l-età u l-artrożi?

5)

Fil-każ fejn l-ewwel, it-tieni u t-tielet domanda jeħtieġu risposta fin-negattiv: l-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn il-passiġġiera, madwar siegħa qabel it-tluq imorru fil-kju li jinsab quddiem il-post taċ-check-in tal-maġna taċ-check-in tal-bagalji, iżda li, minħabba nuqqasijiet ta’ organizzazzjoni tal-kumpannija tal-ajru (b’mod partikolari, minħabba l-ftuħ ta’ numru insuffiċjenti ta’ postijiet taċ-check-in, ta’ nuqqas ta’ persunal, ta’ assenza ta’ informazzjoni tal-passiġġiera permezz ta’ sistemi ta’ loudspeakers) u/jew minħabba diżordni fl-ajruport (nuqqas ta’ tħaddim tal-magni taċ-check-in tal-bagalji), dawn il-passiġġieri ikun imisshom jippreżentaw ruħhom fil-post taċ-check-in biss fil-mument (l-għeluq ta’ dan iċ-check-in) fejn minħabba din ir-raġuni ma imbarkawx, jeżisti każ ta’ “rifjut ta’ imbark” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-8 ta’ Diċembru 2021 – Instrubel NV vs Montana Management Inc., BNP Paribas Securities Services

(Kawża C-753/21)

(2022/C 95/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instrubel NV

Konvenuti: Montana Management Inc., BNP Paribas Securities Services

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(2), (3) u (4), u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1) kif emendat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ffriżati jibqgħu, sakemm tittieħed id-deċiżjoni ta’ trasferiment lill-mekkaniżmi suċċessivi tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq, il-proprjetà tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex-President Saddam Hussein, milquta mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi?

jew dawn il-fondi ffriżati huma l-proprjetà tal-mekkaniżmi suċċessivi għall-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament li fl-Annessi III u IV jinnomina lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex-President Saddam Hussein, milquta mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati huma l-proprjetà tal-mekkaniżmi suċċessivi tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq, l-Artikolu 4(2), (3) u (4), u l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1210/2003 kif emendat għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tapplika fuq assi ffriżati, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità nazzjonali kompetenti, miżura nieqsa minn effett attributtiv, bħal garanzija ġudizzjarja jew sekwestru kawtelatorju, previsti mill-Kodiċi tal-Proċedura Eżekuttiva Ċivili Franċiż? Jew dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeħtiġux l-awtorizzazzjoni ta’ din l-awtorità nazzjonali ħlief fil-mument tal-ħelsien tal-fondi ffriżati?


(1)  (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 260)


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-8 ta’ Dicembru 2021 – Montana Management Inc. vs Heerema Zwijndrecht BV, BNP Paribas Securities Services

(Kawża C-754/21)

(2022/C 95/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Montana Management Inc.

Konvenuti: Heerema Zwijndrecht BV, BNP Paribas Securities Services

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(2), (3) u (4) u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ l-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), kif emendat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ffriżati jibqgħu, sakemm tittieħed id-deċiżjoni li jiġu ttrasferiti lejn l-arranġamenti stabbiliti minflok il-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq, il-proprjetà tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein milquta bl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi?

jew dawn il-fondi ffriżati huma l-proprjetà tal-arranġamenti stabbiliti minflok il-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq mid-dħul fis-seħħ tar-regolament li jindika fl-Annessi III u IV il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-korpi u l-entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein milquta bl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi huma l-proprjetà tal-arranġamenti stabbiliti minflok il-Fond għall-Iżvilupp tal-Iraq, l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 1210/2003, kif emendat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-implimentazzjoni ta’ sekwestru tal-assi ffriżati hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti? Jew dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni ta’ din l-awtorità nazzjonali biss fil-mument tar-rilaxx tal-fondi ffriżati?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3, p. 260.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-14 ta’ Diċembru 2021 – “Brink’s Lithuania” UAB vs Lietuvos bankas

(Kawża C-772/21)

(2022/C 95/24)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“Brink’s Lithuania” UAB

Konvenut: Lietuvos bankas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar il-verifika tal-awtentiċità u l-kundizzjoni u r-riċirkulazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro (BĊE/2010/14) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istandards minimi msemmija f’din ir-regola għandhom jiġu osservati minn cash handler li jwettaq verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro?

2)

Jekk, skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, l-istandards minimi msemmija fih japplikaw biss għal manifatturi tal-magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus (iżda mhux għal cash handlers), l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, moqri flimkien mal-Artikolu 3(5) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tgħid li l-obbligu ta’ konformità ma’ dawn l-istandards minimi japplika għal cash handler?

3)

L-istandards minimi għal verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro permezz ta’ magni li jimmaniġġjaw il-karti tal-flus, fid-dawl tal-fatt li dawn huma ppubblikati fuq is-sit internet tal-BĊE, jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-Artikolu 297(2) TFUE, u huma vinkolanti fuq cash handlers u jistgħu jiġu invokati fil-konfront tagħhom?

4)

L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/14, sa fejn jipprovdi li l-istandards minimi għal verifika awtomatizzata tal-kundizzjoni tal-karti tal-flus tal-euro għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit internet tal-BĊE u għandhom jiġu emendati minn żmien għal żmien, jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-Artikolu 297(2) TFUE, u b’hekk huwa invalidu?


(1)  ĠU 2010 L 267, p. 1, [kif emendata bid-Deċiżjoni tal-BĊE 2012/19 tas-7 ta’ Settembru 2012 (ĠU 2012, L 253, p. 19)]


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fl-20 ta’ Diċembru 2021 – C u CD

(Kawża C-804/21)

(2022/C 95/25)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C, CD

Konvenut: Syyttäjä

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 23(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1), flimkien mal-Artikolu 23(5) tagħha, jeżiġi li, fil-każ li l-konsenja tal-persuna f’detenzjoni ma ssirx fit-termini previsti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni Qafas għandha tiddeċiedi terminu ġdid għall-konsenja u tivverifika l-eżistenza ta’ każ ta’ forza maġġuri u l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, jew proċedura li fiha l-qorti teżamina dawn l-elementi biss fuq talba tal-partijiet hija wkoll kompatibbli mad-Deċiżjoni Qafas? Fil-każ li jitqies li l-estensjoni tat-terminu teżiġi intervent min-naħa tal-awtorità ġudizzjarja, in-nuqqas ta’ tali intervent ifisser neċessarjament li t-termini previsti fid-Deċiżjoni Qafas skadew, b’mod li l-persuna f’detenzjoni għandha tinħeles, skont l-Artikolu 23(5) tal-istess Deċiżjoni Qafas?

2)

L-Artikolu 23(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ forza maġġuri jinkludi wkoll ostakoli ġuridiċi għall-konsenja, li huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, bħal pereżempju ordni ta’ projbizzjoni tal-eżekuzzjoni applikabbli sa tmiem il-proċeduri ġudizzjarji jew id-dritt tal-applikant għal ażil li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni sakemm tingħata deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal ażil tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


Il-Qorti Ġenerali

28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/15) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Infrastrutturi ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti lill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni mill-ġdid tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Prinċipju ta’ operatur privat f’ekonomija tas-suq - Effett fuq l-iskambji bejn l-Istati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Irkupru - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 95/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Gmina Kosakowo (il-Polonja) (rappreżentant: M. Leśny, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë, K. Herrmann u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586 tas-26 ta’ Frar 2015 dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (eks 13/NN u eks 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU 2015, L 250, p. 165).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gmina Kosakowo huwa kkundannat, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 205, 22.6.2015.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Diċembru 2021 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lontniczy Gdynia-Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/15 RENV) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Infrastruttura ajruportwali - Finanzjament pubbliku mogħti mill-komuni ta’ Gdynia u ta’ Kosakowo favur il-konverżjoni mill-ġdid tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Vantaġġ - Prinċipju tal-operatur privat f’ekonomija tsa-suq - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Irkupru - Irtirar ta’ deċiżjoni - Assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 95/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (il-Polonja), Port Lontniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentanti: T. Koncewicz, M. Le Berre, K. Gruszecka-Spychała u P. Rosiak, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, D. Recchia u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u S. Żyrek, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1586 tas-26 ta’ Frar 2015 dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU 2015, L 250, p. 165).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp.z o.o. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-Kawża C-56/18 P u quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Kawżi T-263/15 u T-263/15 RENV.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Ask it konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas - Spejjeż eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitt ta’ interess - Subappalt”)

(2022/C 95/28)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, T. Adamopoulos u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615292 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrent kellu jirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 211 185,95 mis-sussidju rċevut minnu għal studju fuq il-proġett ta’ riċerka msejjaħ Ask-it, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 89 126,11 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrent ma huwiex obbligat li jirrimborsa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Humabio konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas - Spejjeż eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitt ta’ interess”)

(2022/C 95/29)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, O. Verheecke, T. Adamopoulos u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615288 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrent kellu jirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 64 720,19 mis-sussidju rċevut minnu għal studju fuq il-proġett ta’ riċerka msejjaħ Humabio, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 10 436,36 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrent ma huwiex obbligat li jirrimborsa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EKETA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-190/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Cater konkluż fil-kuntest tas-sitt programm qafas - Spejjeż eliġibbli - Nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni għall-irkupru tal-ammonti mħallsa - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Kunflitt ta’ interess”)

(2022/C 95/30)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: A. Katsimerou, T. Adamopoulos u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni li d-dejn imsemmi fin-nota ta’ debitu Nru 3241615289 tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2016, skont liema r-rikorrent kellu jirrimborsa lilha l-ammont ta’ EUR 172 992.15 mis-sussidju rċevut minnu għal studju fuq proġett ta’ riċerka msejjaħ Cater, huwa infondat fir-rigward tal-ammont ta’ EUR 28 520.08 u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jikkorrispondi ma’ nefqa eliġibbli li r-rikorrent ma huwiex obbligat li jirrimborsa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Apostolopoulou u Apostolopoulou-Chrysanthaki vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-721/18 u T-81/19) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest ta’ diversi programmi tal-Unjoni - Ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali mill-kumpannija benefiċjarja - Spejjeż eliġibbli - Investigazzjoni tal-OLAF - Stralċ tal-kumpannija - Irkupru mingħand is-soċji tal-imsemmija kumpannija - Eżekuzzjoni forzata - Allegazzjonijiet ifformulati mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni quddiem il-qrati nazzjonali - Identifikazzjoni tal-konvenut - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà parzjali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

(2022/C 95/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Zoï Apostolopoulou (Ateni, il-Greċja), Anastasia Apostolopoulou-Chrysanthaki (Ateni) (rappreżentant: D. Gkouskos, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u T. Adamopoulos, aġenti)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiżi, essenzjalment, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostnew minħabba allegazzjonijiet magħmula mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni forzata, fil-konfront tagħhom, tas-sentenzi tas-16 ta’ Lulju 2014, Isotis vs Il-Kummissjoni (T-59/11, EU:T:2014:679), u tal-4 ta’ Frar 2016, Isotis vs Il-Kummissjoni (T-562/13, mhux ippubblikata, EU:T:2016:63), quddiem il-Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni, il-Greċja) u l-Efeteio Athinon (il-Qorti tal-Appell ta’ Ateni, il-Greċja).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Zoï Apostolopoulou u Anastasia Apostolopoulou-Chrysanthaki huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2021 – Breyer vs REA

(Kawża T-158/19) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ (2014-2020) - Regolament (UE) Nru 1290/2013 - Dokumenti dwar il-proġett ta’ riċerka ‘iBorderCtrl: Intelligent Portable Border Control System’ - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Interess pubbliku superjuri”)

(2022/C 95/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Patrich Breyer (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Breyer, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, bħala aġenti, assistiti minn R. van der Hout u C. Wagner, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tar-REA tas-17 ta’ Jannar 2019 (ARES (2019) 266593), dwar l-aċċess parzjali għal dokumenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) tas-17 ta’ Jannar 2019 (ARES (2019) 266593) hija annullata, l-ewwel, sa fejn ir-REA naqset milli tiddeċiedi dwar it-talba ta’ Patrick Breyer għal aċċess għad-dokumenti dwar l-awtorizzazzjoni tal-proġett iBorderCtrl u, it-tieni, sa fejn ir-REA rrifjutat l-aċċess sħiħ għad-dokument D 1.3 u l-aċċess parzjali għad-dokumenti D 1.1, D 1.2, D 2.1, D 2.2 u D 2.3, kif ukoll aċċess iktar estiż għad-dokumenti D 3.1, D 7.3 u D 7.8, sa fejn dawn id-dokumenti fihom informazzjoni li ma hijiex koperta mill-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

P. Breyer għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess relatati mal-preżentata tal-ittra tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2021 u l-ispejjeż sostnuti mir-REA relatati mal-preżentata tal-osservazzjonijiet tagħha tal-20 ta’ Mejju 2021.

4)

P. Breyer għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu stess minbarra dawk relatati mal-preżentata tal-ittra tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2021.

5)

Ir-REA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mal-preżentata tal-osservazzjonijiet tagħha tal-20 ta’ Mejju 2021, kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn P. Breyer minbarra dawk relatati mal-preżentata tal-ittra tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2021.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – DD vs FRA

(Kawża T-703/19) (1)

(“Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva - Artikolu 86(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ informazzjoni - Tul tal-proċedura - Terminu raġonevoli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kunfidenzjalità tal-inkjesta amministrattiva - Dmir ta’ premura - Dannu morali - Rabta kawżali”)

(2022/C 95/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DD (rappreżentanti: inizjalment minn L. Levi u M. Vandenbussche, avukati, sussegwentement minn L. Levi, avukat)

Konvenut: l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (rappreżentanti: M. O’Flaherty, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiż, essenzjalment, għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent li huwa stmat fl-ammont ex aequo et bono ta’ EUR 50 000 ikkawżat mill-ftuħ u t-tmexxija ta’ proċeduri amministrattivi fi ħdan l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DD huwa kkundanat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – HB vs Il-Kummissjon

(Kawża T-795/19) (1)

(“Kuntratti ta’ servizz pubbliku - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-Kunsill Ġudizzjarju Għoli - Deċiżjoni sabiex jitnaqqas l-ammont tal-kuntratt u jiġu rkuprati l-ammonti diġà mħallsa - Rikors għal annullament u għad-danni - Att li jaqa’ f’qafas purament kuntrattwali li huwa inseparabbli - Assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Inammissibbiltà - Assenza ta’ kapijiet ta’ danni separabbli mill-kuntratt”)

(2022/C 95/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HB (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7319 final tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti taħt il-CARDS/2008/166-429 u għall-irkupru ta’ ammonti indebitament imħallsa, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u li titlob, l-ewwel, ir-rimbors tal-ammonti kollha rkuprati mill-Kummissjoni abbażi ta’ din id-deċiżjoni kif ukoll il-ħlas tal-aħħar fattura maħruġa. flimkien mal-interessi moratorji, sussegwentement, ir-rilaxx tal-garanzija bankarja u l-kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet bħala riżultat tar-rilaxx tardiv tagħha u, fl-aħħar, il-kumpens simboliku għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7319 final tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti taħt il-kuntratt CARDS/2008/166-429 u l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat, inkwantu huwa intiż sabiex ikompli r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – HB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-796/19) (1)

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika lill-awtoritajiet Ukraini - Deċiżjoni ta’ tnaqqis tal-ammont tal-kuntratt u ta’ rkupru tal-ammonti diġà mħallsa - Rikors għal annullament u għal kumpens - Att li jidħol f’kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa indissoċjabbli - Assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ - Inammissibbiltà - Assenza ta’ kategoriji ta’ dannu dissoċjabbli mill-kuntratt”)

(2022/C 95/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HB (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz, J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

L-ewwel, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7318 final tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti taħt il-kuntratt TACIS/2006/101 510 u għall-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament, u, it-tieni, talba bbażata fuq it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u intiża sabiex jinkiseb, minn naħa, ir-rimbors tal-ammonti kollha eventwalment irkuprati mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni mogħnija bl-interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, il-ħlas simboliku għad-dannu morali li r-rikorrenti ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 7318 final tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar it-tnaqqis tal-ammonti dovuti taħt il-kuntratt TACIS/2006/101 510 u għall-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat, sa fejn huwa intiż għall-konstatazzjoni tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Worldwide Spritis Supply vs EUIPO – Melfinco (CLEOPATRA QUEEN)

(Kawża T-870/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea CLEOPATRA QUEEN - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CLEOPATRA MELFINCO - Artikoli 15 u 57 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikoli 18 u 64 tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Dikjarazzjoni ta’ invalidità”)

(2022/C 95/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Worldwide Spritis Supply, Inc. (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: S. Demetriou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Melfinco S.A. (Schaan, il-Liechtenstein) (rappreżentant: M. Gioti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2019 (Kawża R 1820/2018-4), dwar proċeduri għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Melfinco u Worldwide Spirits Supply.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Worldwide Spirits Supply, Inc. hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Melfinco S.A. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Dr. Spiller vs EUIPO – Rausch (Alpenrausch Dr. Spiller)

(Kawża T-6/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Alpenrausch Dr. Spiller - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni RAUSCH - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2022/C 95/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. Spiller GmbH (Siegsdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Stock u M. Geitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl, J. Schäfer, A. Söder u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rausch AG Kreuzlingen (Kreuzlingen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: F. Stangl u S. Pilgram, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2206/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rausch Kreuzlingen u Dr. Spiller.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. Spiller GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – EFFAS vs EUIPO – CFA Institute (CEFA Certified European Financial Analyst)

(Kawża T-369/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CEFA Certified European Financial Analyst - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CFA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2022/C 95/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Federation of Financial Analysts’ Societies EFFAS (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Merico, G. Macías Bonilla u F. Miazzetto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Villani, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: CFA Institute (Charlotteville, Virġinia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Engels u W. May, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2020 (R 1082/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CFA Institute u EFFAS.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Marzu 2020 (R 1082/2019-5), hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill- European Federation of Financial Analysts’ Societies (EFFAS).

3)

CFA Institute għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Datax vs REA

(Kawża T-381/20) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehimiet ta’ sussidju HELP u GreenNets - Investigazzjoni tal-OLAF - Spejjeż tal-persunal - Oneru tal-prova - Affidabbiltà tar-reġistri tal-ħinijiet - Ineliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarju - Talba għal irkupru - Noti ta’ debitu - Preskrizzjoni - Terminu raġonevoli - Proporzjonalità”)

(2022/C 95/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Datax sp. z o.o. (Wrocław, il-Polonja) (rappreżentant: J. Bober, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn M. Le Berre, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, l-ewwel, li tinkiseb dikjarazzjoni ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-persunal relatati mar-riċerkatur, it-tieni, li jiġi kkonstatat li l-obbligu ta’ ħlas ta’ danni likwidati huwa infondat u, it-tielet, li r-REA tiġi ordnata sabiex ma tieħu ebda azzjoni oħra kontra r-rikorrenti għal dak li jirrigwarda l-ispejjeż tal-persunal tar-riċerkatur relatati mal-ftehimiet ta’ sussidju HELP u GreenNets.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Datax sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Magic Box Int. Toys vs EUIPO – KMA Concepts (SUPERZINGS)

(Kawża T-549/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SUPERZINGS - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti ZiNG - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/2002)”)

(2022/C 95/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Magic Box Int. Toys SLU (Sant Cugat del Vallés, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u E. López Leiva, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KMA Concepts Ltd (Mahé, is-Seychelles) (rappreżentanti: C. Duch Fonoll u I. Osinaga Lozano, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 2511/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn KMA Concepts u Magic Box Int. Toys.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Magic Box Int. Toys SLU hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn KMA Concepts Ltd.


(1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – MO vs Il-Kunsill

(Kawża T-587/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni mill-ġdid ex officio - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”)

(2022/C 95/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: MO (rappreżentant: A. Guillerme, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer, M. Alver u K. Kouri, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2019 li r-rikorrenti tiġi assenjata mill-ġdid għad-diviżjoni [kunfidenzjali] kif ukoll tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-eżerċizzju 2019 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens ta’ diversi danni materjali u morali li allegatament hija ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 433, 14.12.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Skechers USA vs EUIPO (ARCH FIT)

(Kawża T-598/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ARCH FIT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 95/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Skechers USA, Inc. II (Manhattan Beach, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Holman, A. Reid, solicitors, J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2631/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ARCH FIT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Skechers USA, Inc. II hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Fashion Energy vs EUIPO – Retail Royalty (1st AMERICAN)

(Kawża T-699/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla jew għasfur ieħor tal-priża - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali fuq il-livell fonetiku - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2022/C 95/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fashion Energy Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller u F. Togo avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Bogatz u Y. Stone, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2020 (Każ R 426/2020-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Retail Royalty u Fashion Energy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fashion Energy Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Diċembru 2021 – Bustos vs EUIPO – Bicicletas Monty (motwi)

(Kawża T-159/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal Unjoni motwi - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MONTY - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2022/C 95/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Dante Ricardo Bustos (Wenling, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Lorente Berges, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Raponi u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Bicicletas Monty, SA (Sant Feliú de Llobregat, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2021 (Każ R 289/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bicicletas Monty u D. R. Bustos.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Jannar 2021 (Każ R 289/2020-5), hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Stelis Biopharma (HYALOSTEL ONE)

(Kawża T-194/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva HYALOSTEL ONE - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HYALISTIL u figurattivi preċedenti HyalOne - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HYALO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2022/C 95/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. P. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sliwinska u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Stelis Biopharma Ltd (Karnataka, l-Indja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2021 (Kawża R 831/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fidia Farmaceutici u Stelis Biopharma.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Jannar 2021 (Kawża R 831/2020-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO għanda tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Fidia farmaceutici SpA fil-kuntest ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 217, 7.6.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-195/21) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2022/C 95/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moscou, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2021, L 77, p. 29), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2021, L 77, p. 2), sa fejn dawn l-atti jżommu l-isem tar-rikorrent fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/394 tal-4 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/391 tal-4 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina huma annullati sa fejn isem Oleksandr Viktorovych Klymenko nżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 31.5.2021


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2021 – Theodorakis u Theodoraki vs Il-Kunsill

(Kawża T-495/14) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tas-16 u tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru - Dikjarazzjoni tal-President tal-Grupp tal-Ewro tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru - Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Inammissibbiltà manifesta”)

(2022/C 95/47)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Georgios Theodorakis (La Canée, il-Greċja), Maria Theodoraki (La Canée) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Chatziioakeimidou u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba d-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tas-16 u tal-25 ta’ Marzu 2013 u d-dikjarazzjoni tal-President tal-Grupp tal-Ewro tal-21 ta’ Marzu 2013

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

G. Theodorakis u M. Theodoraki huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2021 – Berry Investments vs Il-Kunsill

(Kawża T-496/14) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tas-16 u tal-25 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru - Dikjarazzjoni tal-President tal-Grupp tal-Ewro tal-21 ta’ Marzu 2013 dwar Ċipru - Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Inammissibbiltà manifesta”)

(2022/C 95/48)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Berry Investments, Inc. (Monrovja, il-Liberja (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, E. Chatziioakeimidou u E. Dumitriu-Segnana, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, M. Konstantinidis, B. Smulders u S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba d-dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tas-16 u tal-25 ta’ Marzu 2013 u d-dikjarazzjoni tal-President tal-Grupp tal-Ewro tal-21 ta’ Marzu 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Berry Investments, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2021 – CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża T-355/19 INTP) (1)

(“Proċedura - Interpretazzjoni ta’ sentenza - Inammissibbiltà”)

(2022/C 95/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukata)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: M. Esparrago Arzadun u S. Bachotet, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għal interpretazzjoni tas-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2021, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (T-355/19, EU:T:2021:369).

Dispożittiv

1)

It-talba għal interpretazzjoni hija miċħuda bħala inammissibbli.

2)

CE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Alessio et vs BĊE

(Kawża T-620/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Irkupru u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Miżuri ta’ intervent bikri - Deċiżjoni tal-BĊE li jqiegħed lil Banca Carige taħt amministrazzjoni temporanja - Deċiżjonijiet ta’ estensjoni sussegwenti - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltàé”)

(2022/C 95/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Roberto Alessio (Turin, l-Italja) u s-56 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: M. Condinanzi, L. Boggio, M. Cataldo u A. Califano, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u A. Pizzolla, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Jannar 2019 li tqiegħed lil Banca Carige SpA taħt amministrazzjoni temporanja u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2019 li testendi t-tul tal-amministrazzjoni temporanja kif ukoll tad-deċiżjonijiet ta’ proroga sussegwenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Roberto Alessio u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2021 – FC vs EASO

(Kawża T-303/21) (1)

(Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Proċedura dixxiplinari - Talbiet ta’ sospensjoni - Konvokazzjoni għal smiegħ quddiem bord ta’ dixxiplina - Posponiment tad-data tas-smiegħ - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Rikors prematur - Inammissibbiltà manifesta)

(2022/C 95/51)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: FC (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (rappreżentanti: P. Eyckmans u M. Stamatopoulou, aġenti, assistiti minn T. Bontinck, A. Guillerme u L. Burguin, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-att adottat mill-President tal-Bord ta’ Dixxiplina tal-EASO fil-[kunfidenzjali] li permezz tiegħu s-smiegħ tar-rikorrenti, fil-kuntest tal-proċedura dixxiplinari mibdija kontriha, ġie stabbilit għall-[kunfidenzjali].

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

FC hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (EASO).


(1)  ĠU C 289, 19.7.2021


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/37


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – D’Amato et vs Il-Parlament

(Kawża T-722/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membri tal-Parlament - Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 95/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rosa D’Amato (Tarente, l-Italja), Claude Gruffat (Mulsans, Franza), Damien Carême (Argenteuil, Franza), Benoît Biteau (Sablonceaux, Franza) (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwr regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ Novembru 2021, D’Amato et vs Il-Parlament (T-722/21 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – Rooken et vs Il-Parlament

(Kawża T-723/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membri tal-Parlament - Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 95/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Jan Rooken (Muiderberg, il-Pajjiżi l-Baxxi) u t-8 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru f’anness mad-digriet (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u A.-M. Dumbrăvan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwr regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ Novembru 2021, Rooken et vs Il-Parlament (T-723/21 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/38


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – IL et vs Il-Parlament

(Kawża T-724/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu marbuta mal-kriżi sanitarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2022/C 95/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: IL u l-81 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru f’anness mad-digriet (rappreżentanti: P. de Bandt, M. Gherghinaru, u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha, S. Bukšek Tomac u L. Darie, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Ottubru 2021 dwr regoli eċċezzjonali fil-qasam tas-saħħa u tas-sigurtà li jirregolaw l-aċċess għall-bini tal-Parlament fit-tliet postijiet tax-xogħol tiegħu.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-15 ta’ Novembru 2021, IL et vs Il-Parlament (T-724/21 R), huwa rrevokat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/39


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2021 – Atesos medical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/21)

(2022/C 95/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Atesos medical AG (Aarua, l-Isvizzera) u 7 rikorrenti oħra (rappreżentanti: M. Meulenbelt, B. Natens u I. Willemyns, lawyers)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni mhux ippubblikata tal-konvenuta, ta’ data mhux magħrufa, li ssostni b’mod żbaljat li l-għażla ta’ Schweizerische Vereinigung für Qualitäts- und Management Systeme (“SQS”) bħala korp ta’ evalwazzjoni tal-konformità ta’ tagħmir mediku skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82) skadiet, u li tneħħi SQS mid-databases tal-Kummissjoni New Approach Notified u Designated Organisations (NANDO) b’effett mit-28 ta’ Settembru 2021; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta tal-Artikolu 296 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 13(2) TUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta abbużat il-poteri tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 218(9) TFUE kif ukoll l-Artikoli 8, 18, 19 u 21 tal-“ARM bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera” (1), id-dritt għal smigħ stabbilit fl-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-drittijiet tad-difiża u l-prinċipju ġenerali “fraus omnia corrumpit”.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 120 tar-Regolament (UE) 2017/745 (2), l-Artikolu 1 (moqri flimkien mal-Artikolu 120) u l-Artikolu 5 tal-“ARM bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera”, kif ukoll il-prinċipji ġenerali ta’ prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.


(1)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni – Att finali – Dikjarazzjonijiet komuni – Dwar id-dħul fis-seħħ tas-seba’ ftehim milħuqa mal-Konfederazzjoni Svizzera fis-setturi tal-moviment liberu tal-persuni, tat-trasport bl-ajru u bl-art, tal-kuntratti pubbliċi, tal-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, tar-rikonoxximent reċiproku tal-evalwazzjoni tal-konformità u tal-iskambju ta’ prodotti agrikoli, (ĠU 2002, L 114, p. 369), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2017 tal-Kumitat stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku rigward valutazzjoni tal-konformità tat-22 ta’ Diċembru 2017 dwar l-emenda tal-Kapitolu 2 dwar tagħmir protettiv personali, il-Kapitolu 4 dwar apparat mediku, il-Kapitolu 5 dwar apparat tal-gass u bojlers u l-Kapitolu 19 dwar l-installazzjonijiet tal-funikular [2018/403] (ĠU 2018, L 72, p. 24).

(2)  Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2017, L 117, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2019, L 117, p. 9, fil-ĠU 2019, L 334, p. 165).


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/40


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2021 – Lila Rossa Engros vs EUIPO (LiLAC)

(Kawża T-780/21)

(2022/C 95/56)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Lila Rossa Engros SRL (Voluntari, ir-Rumanija) (rappreżentant: O. Anghel, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LiLAC ta’ kulur iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 243 487

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 441/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 18 243 487 LiLAC għall-prodotti u għas-servizzi kollha mitluba;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Applikazzjoni żbaljata tal-kriterji għall-analiżi tar-raġunijiet assoluti għal rifjut stabbiliti mill-ġurisprudenza.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/40


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2022 – NV vs BEI

(Kawża T-16/22)

(2022/C 95/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NV (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2021 li tikklassifika bħala irregolaritajiet l-assenzi tar-rikorrenti matul il-perijodi li ġejjin: mid-29 ta’ Mejju 2020 sal-15 ta Settembru 2020, mit-30 ta’ Ġunju 2020 sat-30 ta’ Settembru 2020, mis-7 ta’ Settembru 2020 sas-7 ta’ Novembru 2020, u mit-3 ta’ Novembru 2020 sat-8 ta’ Jannar 2021;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ Ottubru 2021 li tiċħad l-appell amministrattiv imressaq fl-1 ta’ April 2021 kontra d-deċiżjoni tal-5 ta’ Frar 2021;

tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2021 li tikklassifika bħala irregolaritajiet l-assenza tar-rikorrenti mit-8 ta’ Jannar 2021 sat-8 ta’ April 2021;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Mejju 2021 li tikklassifika bħala irregolaritajiet l-assenza tar-rikorrenti bejn it-8 ta’ April 2021 u t-8 ta’ Ġunju 2021;

sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2021 li tiċħad l-appell amministrattiv imressaq fit-18 ta’ Ġunju 2021 kontra d-deċiżjonijiet tal-20 ta’ April 2021 u tat-3 ta’ Mejju 2021;

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas tar-remunerazzjonijiet marbuta mal-perijodi mid-29 ta’ Mejju 2020 sat-8 ta’ Jannar 2021, mit-8 ta’ Jannar 2021 sat-8 ta’ April 2021 u mit-8 ta’ April 2021 sat-8 ta’ Ġunju 2021, b’dan li mar-remunerazzjonijiet għandhom jiżdiedu l-interessi moratorji li għandhom jiġu stabbiliti bir-rata tal-interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti;

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2.3, 3.3, 3.4 u 3.6 tal-Anness X tad-dispożizzjonijiet amministrattivi, ksur tal-Artikolu 34 tal-Karta moqrija jew le flimkien mal-Artikoli 2.3, 3.3, 3.4 u 3.6 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi, żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tad-dmir ta’ premura u abbuż ta’ dritt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu u tad-dmir ta’ diliġenza, ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 33b tar-Regoli tal-Persunal u 11 tad-dispożizzjonijiet amministrattivi.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/41


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2022 – Piaggio & C. vs EUIPO – Zhejiang Zhongneng Industry (Forma ta’ scooter)

(Kawża T-19/22)

(2022/C 95/58)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Piaggio & C. SpA (Pontedera, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u B. La Tella, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Zhongneng Industry Co. Ltd (Taizhou City, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali (Forma ta’ scooter) – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 686 482

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2021 fil-Każ R 359/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bordijiet tal-Appell, sabiex jiddeċiedu b’mod ċar f’liema pajjiżi it-Trade mark tal-Unjoni Nru 11 686 482 tar-rikorrenti hija valida u/jew kisbet karattru distintiv u, viċe versa, f’liema pajjiżi ma kisbitx tali karattru distintiv, abbażi tal-provi prodotti mill-proprjetarju;

f’kull każ

tordna li l-persuna li topponi tiġi kkundannata għall-ispejjeż proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009;

Ksur u/jew interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 u evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti mill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/42


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2022 – NW vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-20/22)

(2022/C 95/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NW (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn jinkludu l-irkupru tas-somom imħallsa lir-rikorrent;

tordna lill-Kummissjoni tagħti lir-rikorrent is-somom diġà rkuprati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn jinkludu l-irkupru tas-somma ta’ EUR 3 986,72;

barra minn hekk, tordna li jitħallsu l-interessi fuq kull somma li minnha jirriżulta li huwa kreditur tagħha mill-mument li kellha tingħatalhu kull somma sal-ħlas effettiv;

sa fejn il-Qorti Ġenerali tiċħad dan ir-rikors – jekk jitqiesu l-pluralità tal-irregolaritajiet imwettqa mill-PMO matul iż-żmien, il-fatt li “it-tnaqqis fiskali ma huwiex faċilment identifikabbli mir-rendikont tal-paga”, l-assigurazzjonijiet mogħtija mill-PMO lir-rikorrent, il-bona fide tar-rikorrent ammessa mill-amministrazzjoni u l-fatt li r-rikorrent (li ma kellu ebda raġuni jiddiubita l-livell tas-salarju tiegħu) inkariga ruħu b’impenji finanzjarji proporzjonati għal tali livell matul dawn is-snin (bħas-sottoskrizzjoni ta’ self ipotekarju għal xiri ta’ dar għal familja tiegħu) – ir-rikorrent iqis li għal raġunijiet ta’ ekwità l-Qorti Ġenerali għandha tikkundanna lill-Kummissjoni għal minn tal-inqas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk tar-rikorrent skont l-Artikolu 135 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 u tad-9 ta’ April 2021 u tal-4 ta’ Mejju 2021 dwar l-irkupru tas-somom li ġew indebitament imħallsa lilu minħabba t-tnaqqis fiskali għall-uliedu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent iqis f’dan ir-rigward li r-rekwżiti previsti fl-Artikolu 85 fir-rigward ta’ ammonti mħallsa indebitament ma humiex issodisfatti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi sa fejn, fil-każ ineżami, it-tliet rekwiżiti li jikkaratterizzaw l-aspettattivi leġittimi skont il-ġurisprudenza applikabbli huma ssodisfatti.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/43


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2022 – NY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-21/22)

(2022/C 95/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NY (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-ewwel deċiżjoni kkontestata u sa fejn meħtieġ, it-tieni deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 li tiċħad it-talba għal kumpens ippreżentata fit-22 ta’ Diċembru 2020, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ imparzjalità. Ir-rikorrent iqis li, fil-kuntest tal-investigazzjoni tat-talba għal kumpens, ir-rekwiżit ta’ imparzjalità ma ġiex osservat, kemm minn perspettiva suġġettiva kif ukoll minn perspettiva oġġettiva.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-integrità u għad-dinjità u l-eżistenza ta’ diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-konvenuta naqset milli tosserva l-obbligu tagħha li tippreserva u tipproteġi d-dinjità u l-integrità tiegħu, minħabba l-vjolenza mwettqa mill-aġenti tas-sigurtà fuq il-persuna tiegħu, li l-konstatazzjoni tagħha hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ “evalwazzjoni”.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura fis-sens li r-rikorrent ma bbenefikax mill-appoġġ kollu li kellu d-dritt jistenna mill-konvenuta.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/43


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2022 – Grail vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-23/22)

(2022/C 95/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Grail LLC (Menlo Park, California, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentanti: D. Little, Solicitor, J. Ruiz Calzado, J. M. Jiménez-Laiglesia Oñate u A. Giraud, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2021 li tadotta miżuri provviżorji skont l-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament 139/2004 (“Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet”) fil-kawża COMP/M.10493 – Illumina vs GRAIL;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv li jikkontesta l-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta d-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni ma għandha ebda kompetenza sabiex tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet jekk il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi, fil-Kawża T-227/21, li s-sitt deċiżjonijiet ta’ rinviju adottati mill-Kummissjoni fid-19 ta’ April 2021 skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet huma illegali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt imwettqa mill-Kummissjoni fl-interpretazzjoni, l-applikazzjoni u l-motivazzjoni tar-rekwiżiti legali għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni skont l-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet.

Id-Deċiżjoni hija żbaljata inkwantu tinjora li l-impenji ta’ separazzjoni tal-attivitajiet adottati u kkomunikati minn Illumina lill-Kummissjoni wara l-akkwist minn Illumina tal-azzjonijiet ta’ GRAIL Inc. kienu jipprekludu lill-partijiet milli jimplimentaw il-konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet.

Id-Deċiżjoni ma tinkludix diskussjoni sinjifikattiva tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni eżistenti fi żmien l-adozzjoni tagħha u ma turix kif l-akkwist minn Illumina tal-azzjonijiet ta’ GRAIL Inc. kien inaqqas il-kompetizzjoni effettiva jew seta’ jnaqqas il-kompetizzjoni effettiva qabel ma l-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni finali sostantiva.

Id-Deċiżjoni ma tidentifikax urġenza li tiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji peress li xejn essenzjali f’termini ta’ effetti fuq il-kompetizzjoni fuq is-swieq milquta ma seta’ jokkorri matul ftit xhur bejn l-adozzjoni tad-Deċiżjoni inkwistjoni u l-adozzjoni tad-deċiżjoni sostantiva dwar il-konċentrazzjoni.

Id-Deċiżjoni hija vvizzjata minn żball ta’ liġi inkwantu tippreżumi li skont l-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha dritt tadotta miżuri provviżorji sabiex tiżgura l-effettività ta’ deċiżjoni ipotetika futura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet.

L-impożizzjoni ta’ obbligu partikolari fuq GRAIL huwa inkompatibbli mal-Artikolu 8(5)(a) tar-Regolament dwar il-Konċentrazzjonijiet; la huwa neċessarju u lanqas proporzjonat.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/44


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2022 – Canai Technology vs EUIPO – WE Brand (HE&ME)

(Kawża T-25/22)

(2022/C 95/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Canai Technology Co. Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez, Y. Hernández Viñes u C. Marí Aguilar, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WE Brand Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva “HE&ME” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 426 777 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2021 fil-Każ R 1390/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO (u jekk tintervjeni, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO) għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2021 – HS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-848/19) (1)

(2022/C 95/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2021 – The Floow vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-765/20) (1)

(2022/C 95/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Diċembru 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Yajun (PREMILITY)

(Kawża T-46/21) (1)

(2022/C 95/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.


28.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2021 – VY vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-519/21) (1)

(2022/C 95/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 422, 18.10.2021.