ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 65
14 ta' Frar 2022


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 72/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10546 — ICG / CEIT) ( 1 )

1

2022/C 72/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV) ( 1 )

2

2022/C 72/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10599 — CLEARLAKE CAPITAL GROUP / STG PARTNERS / DODGE CONSTRUCTION NETWORK) ( 1 )

3

2022/C 72/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10542 — MITSUBISHI / CHUBU ELECTRIC POWER MIRAIZ / MCRE) ( 1 )

4

2022/C 72/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10538 — VINCI / LINEAS / LUSOPONTE) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 72/06

Rata tal-kambju tal-euro — Il-11 ta’ Frar 2022

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2022/C 72/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 72/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10621 – Welput/PSPIB/Alecta/ 105 VStreet JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2022/C 72/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10514 – DASSAULT SYSTEMES INTERNATIONAL / SZSW / JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2022/C 72/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10546 — ICG / CEIT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/01)

Fit 25 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10546. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10540 — ECDC / HPIL / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/02)

Fit 4 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10540. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10599 — CLEARLAKE CAPITAL GROUP / STG PARTNERS / DODGE CONSTRUCTION NETWORK)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/03)

Fit 7 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10599. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10542 — MITSUBISHI / CHUBU ELECTRIC POWER MIRAIZ / MCRE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/04)

Fit 14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10542. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10538 — VINCI / LINEAS / LUSOPONTE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/05)

Fit 12 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32022M10538. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Frar 2022

(2022/C 72/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1417

JPY

Yen Ġappuniż

132,24

DKK

Krona Daniża

7,4400

GBP

Lira Sterlina

0,83958

SEK

Krona Żvediża

10,5530

CHF

Frank Żvizzeru

1,0557

ISK

Krona Iżlandiża

141,80

NOK

Krona Norveġiża

10,0732

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,405

HUF

Forint Ungeriż

353,38

PLN

Zloty Pollakk

4,5204

RON

Leu Rumen

4,9458

TRY

Lira Turka

15,4066

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5927

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4498

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,9054

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7085

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5339

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 363,68

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,2736

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2564

HRK

Kuna Kroata

7,5312

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 339,46

MYR

Ringgit Malażjan

4,7832

PHP

Peso Filippin

58,482

RUB

Rouble Russu

85,8550

THB

Baht Tajlandiż

37,282

BRL

Real Brażiljan

5,9263

MXN

Peso Messikan

23,3183

INR

Rupi Indjan

85,8535


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/7


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b’Rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/07)

Stat Membru

Spanja

Rotot ikkonċernati

Badajoz – Madrid

Badajoz - Barċellona

Data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotot tal-OSP għal trasportaturi tal-ajru komunitarju

28 ta’ Ottubru 2022

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra relatata mal-obbligu tas-servizz pubbliku.

Ministerio de Transportes, Movilidad y Agenda

Urbana

Dirección General de Aviación Civil

Subdirección General de Transporte Aéreo

Paseo de la Castellana 67

28071 Madrid

SPANJA

Tel. +34 915977505

Fax: +34 915978643

Indirizz elettroniku: osp.dgac@mitma.es

Ir-rotot suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu operati abbażi ta’ aċċess ħieles għall-kompetizzjoni sa mit-28 ta’ Ottubru 2022. F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10621 – Welput/PSPIB/Alecta/ 105 VStreet JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/08)

1.   

Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

West End of London Property Unit Trust (“Welput”, Jersey);

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada);

Alecta Tjänstepension Ömsesidigt (“Alecta”, l-Isvezja); kif ukoll,

105VS Holdings Unit Trust (“105 VStreet”, Jersey).

Welput, PSPIB u Alecta jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ 105 VStreet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Welput: fiduċjarja ta’ unità ta’ proprjetà. Hija skema ta’ investiment kollettiv għall-finijiet tal-Att tal-2000 tar-Renju Unit dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji. Welput hija attiva esklużvament fiċ-ċentru ta’ Londra fir-Renju Unit;

PSPIB: l-investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

Alecta: fond tal-pensjoni li jiġġestixxi l-pensjonijiet okkupazzjonali ta’ individwi privati u kumpaniji fl-Isvezja. Il-portafoll tal-investimenti ta’ Alecta jinkludi investimenti fi dħul fiss, ekwitajiet u proprjetà immobbli; kif ukoll,

105 VStreet: proprjetà immobbli li tinsab f’105 Victoria Street, Londra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10621 – Welput/PSPIB/Alecta/ 105 VStreet JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fakx jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10514 – DASSAULT SYSTEMES INTERNATIONAL / SZSW / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/09)

1.   

Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Dassault Systemes International SAS (“DSI”, Franza), sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Dassault Systèmes SE (Franza), li min-naħa tagħha hija kkontrollata mill-Groupe Industriel Marcel Dassault (Franza).

Beijing Shenzhou Aerospace Software Technology Co., Ltd (“SZSW”, iċ-Ċina), ikkontrollata miċ-China Aerospace Science and Technology Corporation (iċ-Ċina), li min-naħa tagħha hija kkontrollata mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

l-Impriża Konġunta (il-Joint Venture, “JV”, iċ-Ċina).

DSI u SZSW jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. il-kontroll bi sħab tal-JV maħluqa ġdida. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DSI: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ software għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott (product life-cycle management, “PLM”), li jippermetti d-disinn 3D, l-inġinerija, l-immudellar, is-simulazzjoni, il-ġestjoni tad-data u l-ġestjoni tal-proċessi.

SZSW: l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ software għal diversi applikazzjonijiet, inkluż is-settur tal-ajru u tal-ispazju, fiċ-Ċina biss.

il-JV: il-forniment ta’ prodotti u soluzzjonijiet ta’ software PLM fiċ-Ċina, inkluż l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet speċifiċi u l-forniment ta’ servizzi assoċjati fil-qasam ċivili.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10514 – DASSAULT SYSTEMES INTERNATIONAL / SZSW / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 72/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI LI MA HIJIEX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Taleggio”

Nru tal-UE: PDO-IT-0025-AM01 – 3 ta’ Awwissu 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio Tutela Taleggio [“Taleggio” cheese protection association]

Via Roggia Vignola 9

22047 Treviglio (BG)

ITALIA

Email: info@taleggio.it; Posta elettronika ċertifikata: consorziotutelataleggio@legalmail.it.

Il-Consorzio Tutela Taleggio huwa magħmul minn prodotturi tal-ġobon “Taleggio” u huwa awtorizzat biex jissottometti applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali tal-14 ta’ Ottubru 2013.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar u ppakkjar

Oħrajn: Referenzi għal-leġiżlazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni; referenzi għall-korp ta’ spezzjoni miżjuda mal-Ispeċifikazzjoni.

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti).

5.   Emenda/i

Għandu jiġi nnotat li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP “Taleggio” qed tiġi emendata prinċipalment biex l-Ispeċifikazzjoni tiġi organizzata mill-ġdid f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tiġi kkonsolidata f’Dokument Uniku.

It-“Taleggio” ġie rreġistrat bħala DOP fir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Il-prodott ġie rreġistrat fuq il-bażi tad-dokumenti li ġejjin: id-Digriet Presidenzjali tal-15 ta’ Settembru 1988 li jirrikonoxxi d-denominazzjoni ta’ oriġini fl-Italja; dokument ta’ 12-il paġna li fih l-elementi tal-Ispeċifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 4(2)(a) sa (i) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92; u l-iskeda tas-sommarju.

Karatteristiċi tal-prodott

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(b) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku. L-emenda tikkonsisti f’riorganizzazzjoni formali. Ġew stipulati tolleranzi għall-piż tal-ġobon u l-għoli tal-qoxra tal-ġenb. Iddaħħlet sentenza li tispeċifika kif tiġi ttrattata l-qoxra. Żdiedet projbizzjoni fuq il-bejgħ tal-prodott iffriżat.

Verżjoni attwali:

“Id-deskrizzjoni tal-oġġett tal-ikel hija kif ġej:

Ġobon tal-mejda artab ta’ pejst mhux ipproċessat magħmul esklużivament mill-ħalib tal-baqra b’kontenut ta’ xaħam sħiħ.

Il-karatteristiċi analitiċi tal-ġobon ‘Taleggio’ huma kif ġej:

(1)

Forma: blokka rettangolari bi ġnub ta’ daqs ta’ 18 sa 20 cm.

(2)

Qoxra tal-ġenb: dritta, b’daqs ta’ 4-7 cm b’uċuħ u ġnub ċatti ta’ 18-20 cm.

(3)

Piż medju: 1,7 sa 2,2 kg kull ġobna, li jista’ jiżdied jew jonqos għaż-żewġ karatteristiċi skont il-kundizzjonijiet tekniċi waqt l-ipproċessar; fi kwalunkwe każ il-varjazzjoni ma tistax taqbeż l-10 %.

(4)

Qoxra: irqiqa b’sawra ratba u kulur roża naturali (L ≤ 77 a/b ≥ 0.2 fuq il-kulurimetru Tristimulus) b’mikroflora karatteristiċi. Mhu permess l-ebda trattament tal-qoxra.

(5)

Pejst: sawra lixxa li għandha biss ftit toqob żgħar ħafna u mqassmin b’mod irregolari. Il-ġobon ġeneralment ikun iebes iżda jkun aktar artab fil-parti eżatt taħt il-qoxra.

(6)

Kulur tal-pejst: abjad li jagħti fl-isfar lewn it-tiben.

(7)

Togħma: distintiva, kemxejn aromatika.

(8)

Proprjetajiet kimiċi: kontenut minimu ta’ xaħam fil-materja niexfa 48 %; materja niexfa minima 46 %; kontenut massimu ta’ ilma 54 %; massimu ta’ 14-il mg furosina għal kull 100 g ta’ proteina.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 2 - Karatteristiċi tal-prodott

Il-ġobon li jgawdi mid-DOP ‘Taleggio’ jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

(1)

Għamla: blokka rettangolari b’uċuħ ċatti u qoxra tal-ġenb dritta.

(2)

Daqs: wisa’ tal-uċuħ ċatti minn 18 sa 22 cm, għoli tal-qoxra tal-ġenb minn 4 sa 7 cm b’varjazzjonijiet żgħar skont il-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni.

Piż: ivarja minn 1,5 kg sa 2,5 kg kif imkejjel fi tmiem il-perodu ta’ maturazzjoni minimu ta’ 35 jum.

(3)

Hija permessa tolleranza ta’ ± 10 % tal-valuri massimi u minimi għall-għoli tal-qoxra tal-ġenb.

(4)

Qoxra: irqiqa b’sawra ratba u kulur roża naturali (L ≤ 77 a/b ≥ 0.2 fuq il-kulurimetru Tristimulus) b’mikroflora karatteristiċi. Mhu permess l-ebda trattament tal-qoxra ħlief dak bl-ilma u l-melħ.

(5)

Pejst: sawra lixxa li għandha biss ftit toqob żgħar ħafna u mqassmin b’mod irregolari. Il-ġobon ġeneralment ikun iebes iżda jkun aktar artab fil-parti eżatt taħt il-qoxra.

(6)

Kulur tal-pejst: abjad li jagħti fl-isfar lewn it-tiben.

(7)

Togħma: distintiva, ħelwa u aromatika b’togħma bbilanċjata; hemm noti ta’ ħalib u togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ tartuf fil-palat.

(8)

Karatteristiċi kimiċi: kontenut minimu ta’ xaħam fil-materja niexfa ta’ 48 %; materja niexfa minima ta’ 46 %; kontenut massimu ta’ ilma ta’ 54 %; massimu ta’ 14-il mg furosina għal kull 100 g ta’ proteina.

Il-prodott ma jistax jiġi rilaxxat għall-konsum jekk ikun iffriżat jew fil-passat kien ġie ffriżat.”

Raġuni

Id-deskrizzjoni tinkludi l-istess informazzjoni iżda ġiet riorganizzata sabiex issir aktar faċli biex tinqara.

Barra minn hekk, l-Ispeċifikazzjoni attwali tistabbilixxi tolleranza ta’ ±10 % fir-rigward tal-piżijiet minimi u massimi tal-ġobon. Dan ġie inkorporat direttament fil-medda tal-piż billi ġew aġġustati kif xieraq il-valuri minimi u massimi.

Il-verżjoni attwali tgħid li l-valuri “jistgħu jvarjaw ’il fuq jew ’l isfel (kemm għall-piż kif ukoll għall-qoxra tal-ġenb) għaż-żewġ karatteristiċi” mingħajr ma tispeċifika liema karatteristiċi, b’riskju li twassal għal interpretazzjonijiet ambigwi. Għalhekk l-għan tal-verżjoni l-ġdida huwa li tagħmilha ċara li l-karatteristiċi msemmija huma l-għoli tal-qoxra tal-ġenb u l-piż.

Ġie speċifikat li l-qoxra tista’ tiġi ttrattata biss bl-ilma u l-melħ.

Ġew introdotti speċifikazzjonijiet biex jiddefinixxu t-togħma aħjar.

Żdiedet istruzzjoni speċifika li tipprevjeni l-prodott milli jinbiegħ iffriżat.

Żona ġeografika

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(c) tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku u tikkonsisti f’aġġustament taż-żona ġeografika biex jitqiesu l-bidliet amministrattivi

Verżjoni attwali:

“Fir-rigward tad-definizzjoni taż-żona ġeografika, huwa nnotat li ż-żona li fiha jiġi prodott il-ġobon ‘Taleggio’ tinkludi t-territorji li ġejjin:

It-territorju kollu tal-provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Milan, Pavia, Novara u Treviso.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 3 - Żona ta’ produzzjoni

Iż-żona fejn jiġi prodott, immaturat u maqsum f’porzjonijiet il-ġobon bid-DOP ‘Taleggio’ jikkonsisti fit-territorju amministrattiv sħiħ tal-provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Lecco, Cremona, Milan, Lodi, Monza u Brianza, Pavia, Novara, Verbano-Cusio-Ossola u Treviso.”

Raġuni:

Il-konfini taż-żona ġeografika ma jinbidlux. Iż-żona tal-produzzjoni ġiet iddefinita b’kunsiderazzjoni tal-bidliet amministrattivi li seħħew. Il-provinċji amministrattivi ta’ Lecco, Lodi, Monza u Brianza, u Verbano-Cusio-Ossola ġew miżjuda. Dawn ġew stabbiliti wara li ġiet rikonoxxuta d-denominazzjoni ta’ oriġini “Taleggio”. Il-provinċja ta’ Lecco tinkludi muniċipalitajiet li qabel kienu parti minn Bergamo u Como. Il-provinċja ta’ Lodi tinkludi muniċipalitajiet li qabel kienu parti mill-provinċja ta’ Milan. Il-provinċja ta’ Monza u Brianza tinkludi muniċipalitajiet li qabel kienu parti mill-provinċja ta’ Milan u, fl-aħħar nett, il-provinċja ta’ Verbano-Cusio-Ossola qabel kienet parti mill-provinċja ta’ Novara.

Barra minn hekk, ġew iddikjarati b’mod ċar l-operazzjonijiet kollha li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita.

Prova tal-oriġini

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(c) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ.

Verżjoni attwali:

“Il-paragrafi li ġejjin tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali relatati mal-verifiki:

Għall-fini li tingħata aktar informazzjoni, nixtiequ nindikaw dawk l-elementi ta’ dan il-punt (c) li juru li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ġew issodisfati.

B’mod partikolari, huwa nnotat li hemm żona definita għall-produzzjoni tal-ħalib. Il-bhejjem fl-irziezet li jinsabu f’din iż-żona ddefinita biss huma intitolati li jipprovdu ħalib għall-ipproċessar f’‘Taleggio’.

B’mod partikolari, tinġabar id-data rilevanti kollha fir-rigward tal-produtturi tal-ħalib. Dawn il-produtturi huma identifikati f’listi mfassla kull xahar, li jiġu ffajljati u ttimbrati uffiċjalment.

Dan jagħmilha faċli ħafna li l-ħalib jiġi ttraċċat lura għall-merħla li pproduċietu u r-razzett fejn tinsab. Il-materja prima tiġi ċċekkjata regolarment biex jiġi żgurat li hija adattata f’termini ta’ saħħa u iġjene u li għandha l-karatteristiċi meħtieġa għall-ipproċessar f’ġobon.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 4 - Prova tal-oriġini

Il-produtturi huma elenkati f’reġistri ġestiti mill-korp ta’ spezzjoni u huma responsabbli biex jiżguraw, permezz tar-rekords li jżommu li jistgħu jiġu vverifikati mill-korp ta’ spezzjoni, li jkunu jistgħu jagħtu prova tal-oriġini tal-għalf, tal-materja prima u ta’ prodotti li ġejjin miż-żona ta’ oriġini, u jridu jżommu rekords tal-lottijiet li jidħlu u joħorġu u l-korrelazzjoni bejniethom.”

Raġuni

Ir-referenzi skaduti għal-leġiżlazzjoni tħassru fil-verżjoni proposta u din inġiebet f’konformità mal-kliem standard tal-Ispeċifikazzjonijiet kollha.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(h) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ.

Verżjoni attwali:

“Il-marka tal-ġobon ‘Taleggio’, f’konformita mal-Artikolu 5 tad-Digriet Presidenzjali Nru 667 tal-5 ta’ Awwissu 1955, tikkonsisti f’erba’ ċrieki organizzati f’kaxxa. Iċ-ċrieki fihom l-ittri u n-numri li ġejjin:

 

l-ittra T fl-ewwel ċirku (in-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug);

 

l-ittra T fit-tieni ċirku (in-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin);

 

l-ittra T fit-tielet ċirku (in-naħa ta’ isfel, fuq il-lemin);

 

in-numru tal-produttur ta’ ‘Taleggio’ fir-raba’ ċirku (in-naħa ta’ isfel, fuq ix-xellug).

Il-marka hija magħmula minn plastik li jista’ jintuża mal-ikel u hija stampata fuq wiċċ ċatt tal-ġobon wara li jinqaleb għat-tieni darba u qabel it-tmelliħ sabiex il-marka tkun viżibbli b’mod ċar anke meta l-ġobon ikun matur.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Il-logo tad-DOP ‘Taleggio’ huwa stampat fuq wiċċ ċatt tal-ġobon wara li jinqaleb għat-tieni darba u qabel it-tmelliħ sabiex il-marka tkun viżibbli b’mod ċar anke meta l-ġobon ikun matur u għalhekk meta jiġi rilaxxat għall-konsum.

It-timbru huwa magħmul minn plastik li jista’ jintuża mal-ikel u jikkonsisti f’erba’ ċrieki organizzati f’kaxxa. Iċ-ċrieki fihom l-ittri u n-numri li ġejjin (Figura 1):

 

l-ittra T fl-ewwel ċirku (in-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug);

 

l-ittra T fit-tieni ċirku (in-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin);

 

l-ittra T fit-tielet ċirku (in-naħa ta’ isfel, fuq il-lemin);

 

in-numru tal-identifikazzjoni tal-fabbrika tal-ħalib li tipproduċi t-‘Taleggio’ fir-4 ċirku (in-naħa ta’ isfel, fuq ix-xellug).

Image 1

Figura 1”

Raġuni

Ir-referenzi skaduti għal-leġiżlazzjoni tħassru.

It-terminu “marka” ġie sostitwit bil-kelma “logo” għas-simbolu li huwa stampat fuq il-ġobon u bil-kelma “timbru” meta ssir referenza għall-għodda tal-plastik li tirriproduċi l-logo f’riljiev.

It-timbru jitpoġġa fuq wiċċ il-ġobon meta jiddaħħal fil-forma, sabiex il-logo jiġi stampat fuq il-wiċċ ċatt tal-ġobon waqt l-ipproċessar.

Metodu ta’ produzzjoni

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. Barra minn hekk, żdiedet parti mill-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni ma’ dan l-Artikolu, fejn hija aktar xierqa, u ġiet stipulata fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

Is-sekwenza tal-passi tal-ipproċessar ġiet riformulata u ġew miżjuda xi dettalji.

Verżjoni attwali:

“Fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-metodu tal-kisba tal-ġobon ‘Taleggio’, nistgħu nistqarru li l-metodi tal-produzzjoni u tal-ipproċessar jinvolvu serje ta’ passi, li jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

 

Tħejjija tal-kultura starter

 

Koagulazzjoni tal-ħalib

 

Qsim tal-baqtiet

 

Tqegħid fil-forom

 

Trattament bis-sħana

 

Tidwir fil-forom

 

Tmelliħ

 

Qlib

 

Maturazzjoni”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 5 - Metodu ta’ produzzjoni

Il-ġobon tad-DOP ‘Taleggio’ huwa magħmul mill-ħalib ta’ baqar imrobbija fiż-żona tal-oriġini.

Fuq bażi annwali, mill-inqas 50 % tal-materja niexfa fl-għalf tal-baqar trid tiġi miż-żona tal-oriġini.

L-għalf tal-baqar jikkonsisti minn ċereali, foraġġ niexef u aħdar u silaġġ.

Jista’ jiġi supplimentat minn konċentrati u/jew proteini magħġuna għall-baqar. L-użu ta’ supplimenti minerali u tal-vitamini huwa awtorizzat.”

Biex jiġi żgurat li joperaw b’mod ekonomiku, huwa kruċjali li l-azjendi jkunu jistgħu jiksbu kemm jista’ jkun għalf minn ġol-azjenda, fejn possibbli; madankollu, minħabba l-klima dejjem aktar imprevedibbli (perjodi b’xita qawwija li jittardjaw jew jipprevjenu ż-żrigħ u li jalternaw ma’ perjodi ta’ nixfa qawwija li jnaqqsu l-ħsad), il-livell ta’ produzzjoni f’dawn l-aħħar snin varja ħafna u spiss kien inqas milli mistenni, minħabba l-kwalità ġenetika għolja u d-domandi relattivament kbar tad-dieta tal-bhejjem. Għalhekk il-preferenza hija li jiġi ggarantit li mill-inqas 50 % tal-materja niexfa fl-għalf tal-baqar tiġi miż-żona tal-oriġini; din hija miżura purament ta’ prekawzjoni u tikkonforma mar-regolamenti. Dan il-perċentwal għadu jiggarantixxi li tinżamm ir-rabta bejn id-dieta tal-baqar u l-karatteristiċi tal-ħalib, li jagħmluh adattat għall-produzzjoni tat-‘Taleggio’. Jagħmilha wkoll possibbli li tiġi ppreservata l-mikroflora tal-kirxa tal-bhejjem b’karatteristiċi ġenetiċi għoljin, u b’hekk tinfluwenza l-kwalità tal-materja prima. Il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon ‘Taleggio’ jridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni f’konformità mal-prattiki li ġejjin:

 

Tħejjija tal-kultura starter jew il-ħmira magħżula

 

Koagulazzjoni tal-ħalib

 

Qtugħ tal-baqtiet

 

Tqegħid fil-forom

 

Stampar

 

Trattament bis-sħana

 

Tidwir fil-forom

 

Tmelliħ

 

Qlib

 

Maturazzjoni”

Raġuni

Ġiet miżjuda sentenza introduttorja li tiddefinixxi b’mod aktar ċar l-użu tal-għalf, kif indikat mir-Regolament (UE) Nru 664/2014; dan l-aspett huwa stabbilit fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

Ir-rekwiżit li mill-inqas 50 % tal-għalf irid jiġi miż-żona tal-oriġini xorta jiggarantixxi li tinżamm ir-rabta bejn id-dieta tal-baqar u l-karatteristiċi tal-ħalib. Ma jaffettwax, pereżempju, il-kontenut ta’ xaħam u proteini li jagħmel il-ħalib adattat għall-ipproċessar fit-“Taleggio”.

L-indikazzjoni “ħmira magħżula” u l-fażi ta’ “stampar” ġew miżjuda mad-deskrizzjoni tal-proċess. Dawn diġà kienu inklużi fid-deskrizzjoni, imma ma kienx hemm referenza speċifika għalihom fid-dijagramma sekwenzjali tal-proċess. “Qsim” ġiet sostitwita bi “qtugħ” tal-baqtiet (dawn huma sinonimi).

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ, u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.

Id-deskrizzjoni tal-materja prima ġiet riorganizzata.

Verżjoni attwali:

“Il-ħalib jista’ jiġi ppasturizzat. It-tames irid ikun tames tal-annimali esklużivament likwidu miksub mill-vitella jew miċ-ċanga tat-trabi, mhux neċessarjament fl-istess proporzjon. Ma jistax jintuża tames miksub minn mikroorganiżmi ġenetikament modifikati. Il-kultura starter għandha tikkonsisti minn Lactobacillus bulgaricus u Streptococcus thermophilus flimkien. Tista’ tintuża kultura starter naturali, li tista’ tinkiseb fl-azjenda jew minn kulturi partikolari.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Il-ħalib jista’ jkun mhux ipproċessat jew ippasturizzat.

Il-kultura starter għandha tikkonsisti minn Lactobacillus delbrueckii bulgaricus u Streptococcus thermophilus flimkien. Tista’ tintuża kultura starter naturali, li tista’ tinkiseb fl-azjenda jew minn kulturi partikolari.

Il-koagulazzjoni trid issir esklużivament b’tames tal-annimali likwidu miksub mill-vitella jew miċ-ċanga tat-trabi, mhux neċessarjament fl-istess proporzjon.

Ma jistax jintuża tames miksub minn mikroorganiżmi ġenetikament modifikati.”

Raġuni

Id-deskrizzjoni tal-materja prima ġiet riorganizzata. Fil-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-pasturizzazzjoni tal-ħalib tingħata bħala għażla. Huwa implikat li jekk il-pasturizzazzjoni ma titwettaqx, il-ħalib jista’ jintuża kif inhu. Fil-verżjoni emendata, din il-possibbiltà tal-aħħar, jiġifieri l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat, li kien diġà permess, hija l-għażla ppreferuta.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. Kull pass huwa deskritt u t-tul ta’ żmien li l-baqtiet jitħallew joqogħdu tneħħa. Huwa propost li l-passi tal-iffurmar u tal-istampar jingħaqdu flimkien.

Verżjoni attwali:

“Il-baqtiet jinqasmu darbtejn. L-ewwel jinqasmu f’biċċiet ħoxnin u jitħallew joqogħdu għal bejn 10 minuti u 15-il minuta sabiex, meta jiġu ffiltrati, isiru eħxen. Imbagħad jinqasmu għat-tieni darba biex jinkisbu biċċiet ta’ ġobon id-daqs tal-ġellewż.

Għal raġunijiet purament tekniċi, il-marka tal-oriġini hija stampata fuq wiċċ ċatt waqt it-trattament bis-sħana, fil-fażi tal-qlib wara li jkunu ġew iffurmati l-baqtiet.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Il-baqtiet jinqatgħu numru ta’ drabi. L-ewwel jinqatgħu ħoxnin u jitħallew joqogħdu sabiex, meta jiġu ffiltrati, isiru eħxen. Imbagħad jinqatgħu biex jinkisbu biċċiet ta’ ġobon id-daqs tal-ġellewż. Il-baqtiet jitpoġġew fil-forom u l-marka tal-oriġini tiġi stampata fuq wiċċ ċatt waqt dan l-istadju tal-iffurmar.”

Raġuni

L-istadji tal-ipproċessar ġew iddefiniti aħjar u qed jiġi propost li titħassar l-indikazzjoni tat-tul ta’ żmien li l-baqtiet jitħallew joqogħdu u n-numru ta’ drabi li jinqasmu, peress li dawn jistgħu jvarjaw skont il-kundizzjonijiet tal-ipproċessar. B’mod partikolari, bis-saħħa kemm tal-iżviluppi teknoloġiċi kif ukoll tat-titjib tal-kulturi starter użati, huma l-produtturi tal-ġobon li, abbażi tal-esperjenza tagħhom, jiddeċiedu dwar it-tul ta’ żmien ottimali li l-baqtiet jeħtieġ li jdumu joqogħdu biex jinkiseb riżultat tajjeb.

Bl-emenda mitluba, l-iffurmar u l-istampar jitwettqu fl-istess ħin: il-baqtiet jitpoġġew fil-forom u l-marka tal-oriġini tiġi stampata fuq wiċċ ċatt waqt dan l-istadju tal-iffurmar, sabiex il-marka tibqa’ viżibbli b’mod aktar ċar fuq il-ġobon. Waqt l-ipproċessar instab li l-marka tal-oriġini tkun aktar stabbli u viżibbli fl-istadju tal-kontroll jekk tiġi stampata waqt l-iffurmar.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. L-emenda tikkonċerna l-istadju tat-trattament bis-sħana.

Verżjoni attwali:

“It-trattament bis-sħana jista’ jdum minn minimu ta’ 8 sigħat sa massimu ta’ 16-il siegħa. It-temperatura tinżamm bejn madwar 22 °C u 25 °C u l-umdità tinżamm madwar 90 %.”

Din ġiet issostitwita bi:

“It-trattament bis-sħana jista’ jdum minn minimu ta’ 8 sigħat sa massimu ta’ 16-il siegħa. It-temperatura tinżamm bejn madwar 20 °C u 28 °C u l-umdità tinżamm ogħla minn 80 %.”

Raġuni

Il-medda tat-temperatura li fiha jista’ jitwettaq it-trattament bis-sħana żdiedet u l-perċentwal minimu għall-umdità tal-maħżen tbaxxa.

It-trattament bis-sħana kultant iseħħ fi mħażen pjuttost kbar li jinfetħu u jingħalqu ta’ spiss. Għalhekk huwa diffiċli li jinżammu livelli kostanti ta’ temperatura u umdità peress li dawn spiss ikunu influwenzati mill-kundizzjonijiet klimatiċi esterni u mill-umdità fl-oġġetti li jidħlu fil-kamra.

Ta’ min jinnota li din il-bidla ma taffettwax il-karatteristiċi tal-prodott finali.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. L-emenda tikkonċerna l-istadju tat-tmelliħ.

Verżjoni attwali:

“It-tmelliħ isir fi stat niexef. It-tmelliħ fis-salmura huwa awtorizzat ukoll peress li l-kundizzjonijiet teknoloġiċi evolvew.”

Din ġiet issostitwita bi:

“It-tmelliħ jista’ jsir fi stat niexef u/jew fis-salmura.”

Raġuni

Il-formulazzjoni tas-sentenza dwar it-tmelliħ ġiet issimplifikata.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. L-emenda tikkonċerna l-istadju tal-maturazzjoni.

Verżjoni attwali:

“L-ambjenti li fihom jiġi mmaturat il-ġobon irid ikollhom umdità naturali jew ikkontrollata ta’ 85-90 % u temperatura ta’ bejn 2 °C u 6 °C.”

Din ġiet issostitwita bi:

“L-ambjenti li fihom jiġi mmaturat il-ġobon irid ikollhom umdità naturali jew ikkontrollata ta’ aktar minn 80 % u temperatura ta’ bejn 1 °C u 6 °C.”

Raġuni

Huwa propost li titbaxxa t-temperatura minima għall-maturazzjoni tal-ġobon u li l-perċentwal minimu tal-umdità jiġi stabbilit b’mod aktar preċiż.

Peress li l-maturazzjoni ssir kemm f’ambjenti naturali (għerien tradizzjonali) kif ukoll fi mħażen li jinfetħu u jingħalqu ta’ spiss, huwa diffiċli li jinżammu livelli kostanti ta’ temperatura u umdità peress li dawn spiss ikunu influwenzati minn kundizzjonijiet klimatiċi esterni, speċjalment matul l-aktar perjodi sħan tas-sena.

Għalhekk jista’ jkun meħtieġ li t-temperatura tal-maħżen titbaxxa bi grad sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni jibqgħu xierqa; il-kontenut proprju tal-umdità tal-prodott hija marbuta wkoll ma’ varjazzjonijiet staġunali. Il-maturazzjoni f’għerien naturali jew fi mħażen taħt l-art bl-użu tar-riċirkolazzjoni tal-arja tal-muntanji hija influwenzata wkoll minn kundizzjonijiet klimatiċi esterni.

Għalhekk dawn huma bidliet żgħar meħtieġa li ma jaffettwawx il-karatteristiċi tal-prodott finali.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ. Ir-rekwiżit li tintuża ċarruta waqt il-maturazzjoni tneħħa.

Verżjoni attwali:

“Matul il-perjodu ta’ maturazzjoni, li jdum mill-inqas 35 jum, il-ġobon għandu jinqaleb ta’ spiss u jiġi ttrattat b’ċarruta mxarrba bis-salmura sabiex il-qoxra tibqa’ niedja u ratba u titneħħa l-hyphae, li fl-istess ħin tagħti lill-ġobon ‘Taleggio’ dak il-kulur karatteristiku li jiddistingwih.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Matul il-perjodu ta’ maturazzjoni, li jdum mill-inqas 35 jum, il-ġobon għandu jinqaleb ta’ spiss u l-qoxra tiġi ttrattata b’soluzzjoni ta’ ilma u melħ sabiex tibqa’ niedja u ratba u titneħħa l-hyphae, li tagħti lill-ġobon ‘Taleggio’ dak il-kulur karatteristiku li jiddistingwih.”

Raġuni:

Ir-rekwiżit li tintuża ċarruta tneħħa peress li l-bidliet teknoloġiċi matul is-snin għamluha possibbli li jintużaw materjali differenti li jistgħu jiġu ġġestiti b’mod eħfef mill-aspett tal-iġjene, li wassal biex il-produtturi jiffavorixxu s-sostituzzjoni taċ-ċraret bi xkupilji, li huma aktar effettivi għat-tindif tal-qoxra bl-ilma u l-melħ waqt il-proċess tal-maturazzjoni. Dan il-kompitu dejjem jitwettaq minn persunal espert, f’konformità mal-proċess tal-produzzjoni tradizzjonali.

Rabta

L-emenda tikkonċerna l-punt 5 tad-Dokument Uniku u l-Artikoli 4(2)(d) u (f) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ.

Il-paragrafi li qabel kienu jinsabu taħt l-Artikolu 4(2)(d) u (f) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwalment fis-seħħ ġew riveduti u tmexxew, jew tħassru, biex jiġi fformulat artikolu ġdid.

L-Artikolu dwar ir-rabta, li ġie rriformulat u kkoreġut, huwa mogħti hawn taħt.

“Artikolu 6 - Rabta maż-żona ġeografika

Il-kwalitajiet ta’ ‘Taleggio’ huma essenzjalment dovuti għall-ambjent ġeografiku tiegħu, peress li l-ġobon jikseb il-kwalitajiet uniċi u inimitabbli tiegħu mill-fatturi umani u naturali tipiċi taż-żona fejn jiġi prodott, ipproċessat u mmaturat.

L-isem ‘Taleggio’ jirreferi għal żona ġeografika speċifika tal-Lombardija li tinkludi l-widien ta’ Valsassina u Val Taleggio, u li fiha jinsab ir-raħal bl-istess isem.

Il-produzzjoni tal-ġobon infirxet madwar iż-żona ddefinita fil-punt 4 bis-saħħa tal-prattika tat-transumanza, peress li l-annimali u l-bdiewa (‘bergamini’ [rgħajja lokali]) kienu jinżlu mill-muntanji lejn il-pjanura għax-xitwa.

Il-fatturi li juru r-rabta bejn il-kwalità tal-prodott u ż-żona ġeografika tal-oriġini huma fil-biċċa l-kbira marbuta mal-għarfien tal-produtturi u t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon, il-kundizzjonijiet partikolari tat-tmelliħ adottati u t-teknika tal-maturazzjoni; huma importanti wkoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi taż-żona, jiġifieri l-klima tagħha, l-għelejjel tal-foraġġ u s-sistema ta’ irrigazzjoni dominanti.

Il-fatturi klimatiċi u agrożootekniċi jinfluwenzaw il-ħalib prodott, li huwa adattat għat-tip speċifiku ta’ produzzjoni u maturazzjoni tal-ġobon, u l-formazzjoni u l-iżvilupp tal-mikroflora tal-ħalib.

Il-kwalità tal-ħalib li għandu jiġi pproċessat hija marbuta mill-qrib maż-żona ta’ oriġini tal-prodott tad-DOP, fejn it-tkabbir tal-foraġġ (ħuxlief, ċereali, għelejjel tal-proteini/żejt, eċċ.) huwa abbundanti bis-saħħa tas-sistema estensiva ta’ irrigazzjoni.

Illum il-ġurnata, il-ġobon għadu jiġi prodott biss bl-użu tal-ħalib, tat-tames u tal-melħ u ma huwiex permess li l-qoxra tiġi ttrattata b’xi mod jew li jiżdiedu addittivi jew aġġuvanti ta’ kwalunkwe tip, f’konformità mat-tekniki tradizzjonali tal-ipproċessar. Barra minn hekk, l-injam għadu jintuża ħafna kemm għat-trasport tal-ġobon ‘Taleggio’ (kaxex) kif ukoll għall-maturazzjoni tiegħu (twavel tal-injam). Dan il-materjal jippermetti li l-ġobon jieħu l-arja u jerħi x-xorrox żejjed, u jippermettilu jimmatura b’mod normali, bl-istess mod kif kien isir aktar minn elf sena ilu.

L-għarfien tradizzjonali tal-produtturi tal-ġobon, mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra tul is-sekli, ma jista’ joħodlu postu xejn: dan l-għarfien huwa kritiku mhux biss fil-fażi tal-ipproċessar tal-ħalib, iżda wkoll fil-fażijiet ta’ wara.

It-tmelliħ isir fi stat niexef u/jew fis-salmura; din hija operazzjoni kritika għas-suċċess ta’ ‘Taleggio’, li tipikament jimmatura b’mod ċentripetali.

Fuq il-wiċċ tal-ġobnijiet ‘Taleggio’ tgħix taħlita ta’ mikroflora naturali li b’mod invarjabbli tgħaqqad Schizomycetes mill-familja ta’ Micrococcaceae ma’ Eumycetes, inklużi Geotrichum candidum, Mucor racemosus, Penicillium frequentans u ħmira tal-ġeneri Torulaspora u Saccharomyces.

Għalhekk il-ġobon jimmatura minħabba l-attività ta’ din il-mikroflora, li ġejja mill-ambjent, kemm fil-fażi tal-produzzjoni (il-fabbrika tal-ġobon) kif ukoll f’dik tal-maturazzjoni (għar jew maħżen), li tagħti lit-‘Taleggio’ l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tipiċi tiegħu, b’mod partikolari l-kulur roża tal-qoxra; is-sawra, li ġeneralment tkun iebsa iżda tkun aktar ratba fil-parti eżatt taħt il-qoxra; u t-togħma, li hija distintiva, ħelwa u aromatika b’togħma bbilanċjata, noti ta’ ħalib u togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ tartuf fil-palat. L-ispeċijiet mikrobiċi indiġeni jintgħażlu fl-ambjent tal-maturazzjoni bis-saħħa tat-temperatura u l-umdità, u l-preżenza tal-prodott innifsu. Il-ġobon jimmatura b’mod ċikliku u jiżviluppa mikroflora fuq il-wiċċ tiegħu li twettaq il-funzjonijiet importanti li ġejjin:

(a)

tagħti l-konsistenza lill-qoxra, li ffurmat inizjalment b’riżultat tat-twebbis naturali tal-ġobon meta jiġi f’kuntatt mal-arja, li joħloq ‘pannu’ mqabbad mal-pejst (Geotrichum u ħmira);

(b)

tipproduċi l-kulur roża tipiku bis-saħħa tal-micrococci;

(c)

tħeġġeġ il-proteolisi, li għaliha prinċipalment huma l-ġeneri Penicillium u Mucor, u sa ċertu punt il-ħmira u l-Micrococcaceae; li huma responsabbli;

(d)

tħeġġeġ il-lipolisi, prinċipalment minħabba l-attività tal-ġeneru Geotrichum u tal-ħmira, minbarra Penicillium u Mucor.

Din l-attività enżimatika kumplessa tal-mikroflora tal-qoxra hija dovuta għall-mudell ċentripetali tal-maturazzjoni, jiġifieri minn barra għal ġewwa.

Il-fażijiet l-oħra tal-ipproċessar, mill-ingredjenti użati (il-ħalib, it-tames u l-kulturi), sat-temperatura u l-umdità, it-tmelliħ u s-‘salinatura’ (il-ħasil bl-ilma u l-melħ), ukoll jikkontribwixxu għall-karatterizzazzjoni tal-ġobon ‘Taleggio’.”

Tikkettar

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(h) u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“Peress li ‘Taleggio’ jinbiegħ ukoll fil-pakkett, u b’hekk ikun mgħotti, titpoġġa wkoll marka fuq il-pakkett estern.

Din il-marka (ara l-immaġni mehmuża) għandha bordura interna ħamra, bordura intermedja bajda u bordura esterna ħadra.

Fin-nofs hemm il-logo tal-ġobon ‘Taleggio’, li taħtu jista’ jitqiegħed in-numru tal-kumpanija tal-ippakkjar. L-ippakkjar irid isir biss fiż-żona tal-oriġini, ħalli ż-żona tkun tista’ tiġi identifikata waqt il-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk il-marka msemmija ġiet irreġistrata f’konformità mal-liġi.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 8 - Ippakkjar u Tikkettar

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, l-ippakkjar tal-ġobon tad-DOP ‘Taleggio’ kollu, sħiħ u/jew f’porzjonijiet, irid ikollu fuqu l-isem ‘Taleggio’.

Irid ikollu wkoll il-logo muri hawn taħt fil-Figura 2, li għandu bordura interna ħamra, bordura intermedja bajda u bordura esterna ħadra. L-akronimu CTT jingħata bl-iswed fin-nofs u n-numru assenjat mill-assoċjazzjoni tal-protezzjoni lill-kumpanija li għandha t-trademark jista’ jitqiegħed taħt dan. Il-logo jista’ jiġi stampat ukoll b’kulur wieħed.

Image 2

Figura 2

Dan il-logo jrid ikun segwit b’referenza għar-Regolament relatat mar-reġistrazzjoni tad-DOP ‘Taleggio’, jiġifieri ‘Ir-Regolament (KE) Nru 1107/96’. Il-logo ta’ hawn fuq ġie rreġistrat f’konformità mal-liġi.

Fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-ġobon tad-DOP ‘Taleggio’ ppakkjat minn qabel u maqsum f’porzjonijiet meta jitqiegħed fis-suq, il-qsim f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 3.

Għandu jiġi nnotat li l-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tidentifika l-membri produtturi b’numri minn 1 sa 299, u membri tal-maturazzjoni tal-ġobon b’numri minn 301 sa 499.”

Ippakkjar

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(h) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“ [...] il-kumpanija tal-ippakkjar. L-ippakkjar irid isir biss fiż-żona tal-oriġini, ħalli ż-żona tkun tista’ tiġi identifikata waqt il-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 8 - Ippakkjar u Tikkettar

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, l-ippakkjar tal-ġobon tad-DOP ‘Taleggio’ kollu, sħiħ u/jew f’porzjonijiet, irid ikollu fuqu l-isem ‘Taleggio’. Irid ikollu wkoll il-logo muri hawn taħt fil-Figura 2, li għandu bordura interna ħamra, bordura intermedja bajda u bordura esterna ħadra. L-akronimu CTT jingħata bl-iswed fin-nofs u n-numru assenjat mill-assoċjazzjoni tal-protezzjoni lill-kumpanija li għandha t-trademark jista’ jitqiegħed taħt dan. Il-logo jista’ jiġi stampat ukoll b’kulur wieħed.

Image 3

Figura 2

Dan il-logo jrid ikun segwit b’referenza għar-Regolament relatat mar-reġistrazzjoni tad-DOP ‘Taleggio’, jiġifieri ‘Ir-Regolament (KE) Nru 1107/96’. Il-logo ta’ hawn fuq ġie rreġistrat f’konformità mal-liġi.

Fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-ġobon tad-DOP ‘Taleggio’ ppakkjat minn qabel u maqsum f’porzjonijiet meta jitqiegħed fis-suq, il-qsim f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 3.

Għandu jiġi nnotat li l-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tidentifika l-membri produtturi b’numri minn 1 sa 299, u membri tal-maturazzjoni tal-ġobon b’numri minn 301 sa 499.”

Raġuni:

L-ewwel parti, li tirrigwarda l-marka, ġiet abbozzata mill-ġdid għal aktar ċarezza.

Fir-rigward tal-qsim f’porzjonijiet, ir-regoli fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, li kienu awtorizzati meta ġiet irreġistrata d-DOP, għandhom jibqgħu l-istess.

Fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-ġobon tad-DOP “Taleggio” ppakkjat minn qabel u maqsum f’porzjonijiet meta jitqiegħed fis-suq, il-qsim f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita. Dan biex jiggarantixxi li d-DOP “Taleggio” tkun ġenwina, peress li l-qsim f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti jfissru li l-marki stampati fuq il-ġobon sħiħ li jidentifikawh bħala tad-DOP “Taleggio” ma jibqgħux jidhru.

Ġie deċiż li titħassar il-parti relatata mal-ippakkjar ta’ ġobnijiet sħaħ u r-referenza għall-bejgħ bl-imnut (għal barra), peress li dawn diġà huma rregolati minn regoli obbligatorji u huma attivitajiet soġġetti għal sorveljanza mill-assoċjazzjoni tal-protezzjoni li ma humiex koperti mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Tħassret is-sentenza li ġejja: “Minbarra l-membri tagħha, dawk li huma awtorizzati jippakkjaw il-ġobon li huma rreġistrati mal-assoċjazzjoni tal-protezzjoni wkoll jistgħu jippakkjaw il-ġobon tad-DOP ‘Taleggio’. Madankollu, jekk ikunu jinsabu barra miż-żona tal-oriġini, jistgħu jippakkjaw biss ġobnijiet ‘Taleggio’ sħaħ.”

Oħrajn

Referenzi għal-leġiżlazzjoni relatata mar-reġistrazzjoni

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(a) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li fl-Ispeċifikazzjoni l-ġdida jsir l-Artikolu 1, u jiżdied skont il-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.

Verżjoni attwali:

“L-isem tal-oġġett tal-ikel kopert mid-denominazzjoni ta’ oriġini huwa ‘Taleggio’. Dan ġie rikonoxxut mid-Digriet Presidenzjali tal-15 ta’ Settembru 1988.”

Din ġiet issostitwita bi:

“Artikolu 1 - Isem

Id-denominazzjoni ‘Taleggio’ DOP hija assenjata esklużivament lil ġobon tal-mejda artab ta’ pejst mhux ipproċessat magħmul esklużivament mill-ħalib tal-baqra b’kontenut ta’ xaħam sħiħ mhux ipproċessat jew ippasturizzat li jissodisfa l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.”

Raġuni

Il-formulazzjoni l-ġdida tippermetti li jitneħħew ir-referenzi skaduti għal-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, id-deskrizzjoni tal-prodott tat-“Taleggio” li attwalment tinsab fl-Artikolu 4(2)(b) ġiet miżjuda u sar espliċitu li l-ħalib jista’ jkun mhux ipproċessat jew ippasturizzat, kif diġà huwa ddikjarat fl-Artikolu 4(2)(e) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali.

Kontrolli

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4(2)(i) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott fis-seħħ

L-Artikolu dwar il-kontrolli nkiteb mill-ġdid u ġie riformulat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

L-Artikolu dwar il-kontrolli huwa mogħti hawn taħt:

“Artikolu 7 - Monitoraġġ

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-verifika tal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott titwettaq mill-korp ta’ kontroll awtorizzat qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq.

Il-kontrolli dwar il-konformità tad-DOP ‘Taleggio’ mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jitwettqu minn Certiprodop S.r.l. - Uffiċċju rreġistrat: Via del Macello 26, Crema - Uffiċċji amministrattivi: Via del commercio 29, 26013 Crema (CR) - Telefown: 0373/259662 - Fax: 0373/253530 - Email: info@certiprodop.it”.

DOKUMENT UNIKU

Taleggio

Nru tal-UE: PDO-IT-0025-AM01 – 3 ta’ Awwissu 2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem(Ismijiet) [tad-DPO jew tal-IĠP]

“Taleggio”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip tal-prodott [bħal f’Anness XI]

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Id-denominazzjoni “Taleggio” DOP hija assenjata esklużivament lil ġobon tal-mejda artab ta’ pejst mhux ipproċessat magħmul esklużivament mill-ħalib tal-baqra b’kontenut ta’ xaħam sħiħ mhux ipproċessat jew ippasturizzat, minn baqar imrobbija fiż-żona ġeografika tal-oriġini, tames, melħ u kulturi starter lattiċi, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti elenkati hawn taħt.

Il-ġobon li jgwadi mid-DOP “Taleggio” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Għamla: blokka rettangolari b’uċuħ ċatti u qoxra tal-ġenb dritta.

Daqs: wisa’ tal-uċuħ ċatti minn 18 sa 22 cm, għoli tal-qoxra tal-ġenb minn 4 sa 7 cm b’varjazzjonijiet żgħar skont il-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni.

Piż: ivarja minn 1,5 kg sa 2,5 kg kif imkejjel fi tmiem il-perodu ta’ maturazzjoni minimu ta’ 35 jum.

Hija permessa tolleranza ta’ ± 10 % tal-valuri massimi u minimi għall-għoli tal-qoxra tal-ġenb.

Qoxra: irqiqa b’sawra ratba u kulur roża naturali (L ≤ 77 a/b ≥ 0,2 fuq il-kulurimetru Tristimulus) b’mikroflora karatteristiċi. Mhu permess l-ebda trattament tal-qoxra ħlief dak bl-ilma u l-melħ.

Pejst: sawra lixxa li għandha biss ftit toqob żgħar ħafna u mqassmin b’mod irregolari. Il-ġobon ġeneralment ikun iebes iżda jkun aktar artab fil-parti eżatt taħt il-qoxra.

Kulur tal-pejst: abjad li jagħti fl-isfar lewn it-tiben.

Togħma: distintiva, ħelwa u aromatika b’togħma bbilanċjata; hemm noti ta’ ħalib u togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ tartuf fil-palat.

Karatteristiċi kimiċi: kontenut minimu ta’ xaħam fil-materja niexfa ta’ 48 %; materja niexfa minima ta’ 46 %; kontenut massimu ta’ ilma ta’ 54 %; massimu ta’ 14 mg furosina għal kull 100 g ta’ proteina.

Il-prodott ma jistax jiġi rilaxxat għall-konsum jekk ikun iffriżat jew fil-passat kien ġie ffriżat.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Fuq bażi annwali, mill-inqas 50 % tal-materja niexfa fl-għalf tal-baqar trid tiġi miż-żona tal-oriġini. L-għalf tal-baqar jikkonsisti minn ċereali, foraġġ niexef u aħdar u silaġġ. Jista’ jiġi supplimentat minn konċentrati u/jew proteini magħġuna għall-baqar. L-użu ta’ supplimenti minerali u tal-vitamini huwa awtorizzat.

Biex jiġi żgurat li joperaw b’mod ekonomiku, huwa kruċjali li l-azjendi jkunu jistgħu jiksbu kemm jista’ jkun għalf minn ġol-azjenda, fejn possibbli; madankollu, minħabba l-klima dejjem aktar imprevedibbli (perjodi b’xita qawwija li jittardjaw jew jipprevjenu ż-żrigħ u li jalternaw ma’ perjodi ta’ nixfa qawwija li jnaqqsu l-ħsad), il-livell ta’ produzzjoni f’dawn l-aħħar snin varja ħafna u spiss kien inqas milli mistenni, minħabba l-kwalità ġenetika għolja u d-domandi relattivament kbar tad-dieta tal-bhejjem. Għalhekk il-preferenza hija li jiġi ggarantit li mill-inqas 50 % tal-materja niexfa fl-għalf tal-baqar tiġi miż-żona tal-oriġini; din hija miżura purament ta’ prekawzjoni u tikkonforma mar-regolamenti.

Dan il-perċentwal għadu jiggarantixxi li tinżamm ir-rabta bejn id-dieta tal-baqar u l-karatteristiċi tal-ħalib, li jagħmluh adattat għall-produzzjoni tat-“Taleggio”. Jagħmilha wkoll possibbli li tiġi ppreservata l-mikroflora tal-kirxa tal-bhejjem b’karatteristiċi ġenetiċi għoljin, u b’hekk tinfluwenza l-kwalità tal-materja prima.

Il-ġobon tad-DOP “Taleggio” huwa magħmul minn ħalib tal-baqra mhux ipproċessata jew ippasturizzat, tames, melħ u kulturi starter lattiċi.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-fażijiet kollha fil-proċess tal-produzzjoni, mit-trobbija tal-baqar sal-ħlib, il-produzzjoni tal-ġobon u l-maturazzjoni, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-ġobon tad-DOP “Taleggio” ppakkjat minn qabel u maqsum f’porzjonijiet meta jitqiegħed fis-suq, il-qsim f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

Għandu jiġi nnotat li l-assoċjazzjoni tal-protezzjoni tidentifika l-membri produtturi b’numri minn 1 sa 299, u membri tal-maturazzjoni tal-ġobon b’numri minn 301 sa 499.

Dan huwa meħtieġ minħabba li l-marki li jidentifikaw ġobon sħiħ bħala tad-DOP “Taleggio” jintilfu jew ma jibqgħux jidhru fuq il-ġobon maqtugħ f’porzjonijiet, għalhekk l-oriġini tal-prodott ippakkjat minn qabel trid tiġi ggarantita.

Il-porzjonijiet tal-ġobon bid-DOP “Taleggio” jistgħu jiġu ppakkjati barra miż-żona tal-oriġini biss fil-post tal-bejgħ bl-imnut u fuq talba tal-konsumatur (bil-porzjon), jew, anke fil-post tal-bejgħ bl-imnut, il-porzjonijiet tal-ġobon jistgħu jiġu ppakkjati għall-bejgħ dirett (għal barra).

Fl-interessi tal-protezzjoni tal-konsumatur, sabiex tiġi ggarantita l-awtentiċità tal-ġobon tad-DOP “Taleggio” ppakkjat minn qabel u maqsum f’porzjonijiet meta jitqiegħed fis-suq, il-qsim f’porzjonijiet u l-ippakkjar sussegwenti għandhom isiru fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Meta jitqiegħdu fis-suq, il-ġobnijiet sħaħ tad-DOP “Taleggio” jrid ikollhom il-marka tal-oriġini.

Il-logo tad-DOP “Taleggio” huwa stampat fuq wiċċ ċatt tal-ġobon wara li jinqaleb għat-tieni darba u qabel it-tmelliħ sabiex il-marka tkun viżibbli b’mod ċar anke meta l-ġobon ikun matur u għalhekk meta jiġi rilaxxat għall-konsum.

It-timbru huwa magħmul minn plastik li jista’ jintuża mal-ikel u jikkonsisti f’erba’ ċrieki organizzati f’kaxxa. Iċ-ċrieki fihom l-ittri u n-numri li ġejjin (Figura 1):

 

l-ittra T fl-ewwel ċirku (in-naħa ta’ fuq, fuq ix-xellug);

 

l-ittra T fit-tieni ċirku (in-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin);

 

l-ittra T fit-tielet ċirku (in-naħa ta’ isfel, fuq il-lemin);

 

in-numru tal-identifikazzjoni tal-fabbrika tal-ħalib li tipproduċi t-“Taleggio” fir-raba’ ċirku (in-naħa ta’ isfel, fuq ix-xellug).

Image 4

Figura 1

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, l-ippakkjar tal-ġobon tad-DOP “Taleggio” kollu, sħiħ u/jew f’porzjonijiet, irid ikollu fuqu l-isem “Taleggio”.

Irid ikollu wkoll il-logo muri hawn taħt fil-Figura 2, li għandu bordura interna ħamra, bordura intermedja bajda u bordura esterna ħadra. L-akronimu CTT jingħata bl-iswed fin-nofs u n-numru assenjat mill-assoċjazzjoni tal-protezzjoni lill-kumpanija li għandha t-trademark jista’ jitqiegħed taħt dan. Il-logo jista’ jiġi stampat ukoll b’kulur wieħed.

Image 5

Figura 2

Dan il-logo jrid ikun segwit b’referenza għar-Regolament relatat mar-reġistrazzjoni tad-DOP “Taleggio”, jiġifieri “Ir-Regolament (KE) Nru 1107/96”. Il-logo ta’ hawn fuq ġie rreġistrat f’konformità mal-liġi.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn jiġi prodott, immaturat u maqsum f’porzjonijiet il-ġobon bid-DOP “Taleggio” jikkonsisti fit-territorju amministrattiv sħiħ tal-provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Lecco, Cremona, Milan, Lodi, Monza u Brianza, Pavia, Novara, Verbano-Cusio-Ossola u Treviso.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-kwalitajiet ta’ “Taleggio” huma essenzjalment dovuti għall-ambjent ġeografiku tiegħu, peress li l-ġobon jikseb il-kwalitajiet uniċi u inimitabbli tiegħu mill-fatturi umani u naturali tipiċi taż-żona fejn jiġi prodott, ipproċessat u mmaturat.

L-isem “Taleggio” jirreferi għal żona ġeografika speċifika tal-Lombardija li tinkludi l-widien ta’ Valsassina u Val Taleggio, u li fiha jinsab ir-raħal bl-istess isem.

Il-produzzjoni tal-ġobon infirxet madwar iż-żona ddefinita fil-punt 4 bis-saħħa tal-prattika tat-transumanza, peress li l-annimali u l-bdiewa (“bergamini” [rgħajja lokali]) kienu jinżlu mill-muntanji lejn il-pjanura għax-xitwa.

Il-fatturi li juru r-rabta bejn il-kwalità tal-prodott u ż-żona ġeografika tal-oriġini huma fil-biċċa l-kbira marbuta mal-għarfien tal-produtturi u t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon, il-kundizzjonijiet partikolari tat-tmelliħ adottati u t-teknika tal-maturazzjoni; huma importanti wkoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi taż-żona, jiġifieri l-klima tagħha, l-għelejjel tal-foraġġ u s-sistema ta’ irrigazzjoni dominanti.

Il-fatturi klimatiċi u agrożootekniċi jinfluwenzaw il-ħalib prodott, li huwa adattat għat-tip speċifiku ta’ produzzjoni u maturazzjoni tal-ġobon, u l-formazzjoni u l-iżvilupp tal-mikroflora tal-ħalib.

Il-kwalità tal-ħalib li għandu jiġi pproċessat hija marbuta mill-qrib maż-żona ta’ oriġini tal-prodott tad-DOP, fejn it-tkabbir tal-foraġġ (ħuxlief, ċereali, għelejjel tal-proteini/żejt, eċċ.) huwa abbundanti bis-saħħa tas-sistema estensiva ta’ irrigazzjoni.

Illum il-ġurnata, il-ġobon għadu jiġi prodott biss bl-użu tal-ħalib, tat-tames u tal-melħ u ma huwiex permess li l-qoxra tiġi ttrattata b’xi mod jew li jiżdiedu addittivi jew aġġuvanti ta’ kwalunkwe tip, f’konformità mat-tekniki tradizzjonali tal-ipproċessar. Barra minn hekk, l-injam għadu jintuża ħafna kemm għat-trasport tal-ġobon “Taleggio” (kaxex) kif ukoll għall-maturazzjoni tiegħu (twavel tal-injam). Dan il-materjal jippermetti li l-ġobon jieħu l-arja u jerħi x-xorrox żejjed, u jippermettilu jimmatura b’mod normali, bl-istess mod kif kien isir aktar minn elf sena ilu.

L-għarfien tradizzjonali tal-produtturi tal-ġobon, mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra tul is-sekli, ma jista’ joħodlu postu xejn: dan l-għarfien huwa kritiku mhux biss fil-fażi tal-ipproċessar tal-ħalib, iżda wkoll fil-fażijiet ta’ wara.

It-tmelliħ isir fi stat niexef u/jew fis-salmura; din hija operazzjoni kritika għas-suċċess ta’ “Taleggio”, li tipikament jimmatura b’mod ċentripetali.

Fuq il-wiċċ tal-ġobnijiet “Taleggio” tgħix taħlita ta’ mikroflora naturali li b’mod invarjabbli tgħaqqad Schizomycetes mill-familja ta’ Micrococcaceae ma’ Eumycetes, inklużi Geotrichum candidum, Mucor racemosus, Penicillium frequentans u ħmira tal-ġeneri Torulaspora u Saccharomyces.

Għalhekk il-ġobon jimmatura minħabba l-attività ta’ din il-mikroflora, li ġejja mill-ambjent, kemm fil-fażi tal-produzzjoni (il-fabbrika tal-ġobon) kif ukoll f’dik tal-maturazzjoni (għar jew maħżen), li tagħti lit-“Taleggio” l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tipiċi tiegħu, b’mod partikolari l-kulur roża tal-qoxra; is-sawra, li ġeneralment tkun iebsa iżda tkun aktar ratba fil-parti eżatt taħt il-qoxra; u t-togħma, li hija distintiva, ħelwa u aromatika b’togħma bbilanċjata, noti ta’ ħalib u togħma li tibqa’ fil-ħalq ta’ tartuf fil-palat. L-ispeċijiet mikrobiċi indiġeni jintgħażlu fl-ambjent tal-maturazzjoni bis-saħħa tat-temperatura u l-umdità, u l-preżenza tal-prodott innifsu. Il-ġobon jimmatura b’mod ċikliku u jiżviluppa mikroflora fuq il-wiċċ tiegħu li twettaq il-funzjonijiet importanti li ġejjin:

(a)

tagħti l-konsistenza lill-qoxra, li ffurmat inizjalment b’riżultat tat-twebbis naturali tal-ġobon meta jiġi f’kuntatt mal-arja, li joħloq “pannu” mqabbad mal-pejst (Geotrichum u ħmira);

(b)

tipproduċi l-kulur roża tipiku bis-saħħa tal-micrococci;

(c)

tħeġġeġ il-proteolisi, li għaliha prinċipalment huma l-ġeneri Penicillium u Mucor, u sa ċertu punt il-ħmira u l-Micrococcaceae; li huma responsabbli;

(d)

tħeġġeġ il-lipolisi, prinċipalment minħabba l-attività tal-ġeneru Geotrichum u tal-ħmira, minbarra Penicillium u Mucor.

Din l-attività enżimatika kumplessa tal-mikroflora tal-qoxra hija dovuta għall-mudell ċentripetali tal-maturazzjoni, jiġifieri minn barra għal ġewwa.

Il-fażijiet l-oħra tal-ipproċessar, mill-ingredjenti użati (il-ħalib, it-tames u l-kulturi), sat-temperatura u l-umdità, it-tmelliħ u s-“salinatura” (il-ħasil bl-ilma u l-melħ), ukoll jikkontribwixxu għall-karatterizzazzjoni tal-ġobon “Taleggio”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew inkella:

billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.