ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 512

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
20 ta' Diċembru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 512/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10358 — ADVENT INTERNATIONAL / EURAZEO / PLANET PAYMENT GROUP) ( 1 )

1

2021/C 512/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10513 — ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 512/03

Rata tal-kambju tal-euro — Is-17 ta’ Diċembru 2021

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 512/04

Sejħa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura — EAC/A04/2021

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 512/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10422 — WMG/BlackRock Group/Influence Media/The Initial Fund) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 512/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10358 — ADVENT INTERNATIONAL / EURAZEO / PLANET PAYMENT GROUP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 512/01)

Fit 22 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10358. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 512/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10513 — ACCIAIERIA ARVEDI / FINARVEDI / ACCIAI SPECIALI TERNI / THYSSENKRUPP STAINLESS / THYSSENKRUPP STAINLESS TURKEY METAL SANAYI VE T)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 512/02)

Fit 14 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10513. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 512/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Diċembru 2021

(2021/C 512/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1330

JPY

Yen Ġappuniż

128,28

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,85208

SEK

Krona Żvediża

10,2753

CHF

Frank Żvizzeru

1,0409

ISK

Krona Iżlandiża

146,20

NOK

Krona Norveġiża

10,1783

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,255

HUF

Forint Ungeriż

367,57

PLN

Zloty Pollakk

4,6336

RON

Leu Rumen

4,9501

TRY

Lira Turka

19,1155

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5815

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4527

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,8388

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6738

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5459

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 342,76

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,9280

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2234

HRK

Kuna Kroata

7,5223

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 268,73

MYR

Ringgit Malażjan

4,7807

PHP

Peso Filippin

56,621

RUB

Rouble Russu

83,6856

THB

Baht Tajlandiż

37,706

BRL

Real Brażiljan

6,4648

MXN

Peso Messikan

23,5473

INR

Rupi Indjan

86,0640


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 512/4


Sejħa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-“Kapitali Ewropea tal-Kultura” — EAC/A04/2021

(2021/C 512/04)

1.

F’konformità mad-Deċiżjoni 445/2014/UE kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1545, emendata ulterjorment bid-Deċiżjoni (UE) 2020/2229, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ u l-Kultura tal-Kummissjoni qiegħed joħroġ sejħa għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-Azzjoni tal-Unjoni “Kapitali Ewropea tal-Kultura” għas-sena 2028, għal bliet f’pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE, f’pajjiżi kandidati jew f’pajjiżi potenzjalment kandidati, u li jieħdu sehem fil-Programm Ewropa Kreattiva fid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din is-sejħa.

2.

L-għan ta’ din is-sejħa huwa li twassal għall-ħatra ta’ waħda minn dawn il-bliet bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-2028.

3.

L-objettivi tal-azzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura huma li tiġi ssalvagwardjata u promossa d-diversità tal-kulturi fl-Ewropa filwaqt li jiġu enfasizzati l-karatteristiċi komuni tagħhom, kif ukoll li jiżdied is-sens ta’ appartenenza taċ-ċittadini għal żona kulturali komuni, u li titrawwem il-kontribuzzjoni tal-kultura għall-iżvilupp fit-tul tal-bliet. Il-belt li tinħatar Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tagħmel ħilitha biex ittella’ attivitajiet li jsaħħu l-firxa, id-diversità u d-dimensjoni Ewropea tal-offerta kulturali tagħha; iwessgħu l-aċċess għall-kultura u l-parteċipazzjoni fil-kultura; u jsaħħu l-kapaċità tas-settur kulturali tagħha u r-rabtiet ta’ din tal-aħħar ma’ setturi oħra, kif ukoll ikabbru l-profil internazzjonali tagħha permezz tal-kultura.

4.

Għal tagħrif dettaljat, il-kundizzjonijiet tal-finanzjament u l-formola tal-applikazzjoni, wieħed jista’ jirreferi għat-test sħiħ tas-sejħa li jinsab fuq: https://ec.europa.eu/culture/calls/ecoc-2028

It-test sħiħ jagħti ħarsa lejn il-kriterji għall-eliġibbiltà, għall-esklużjoni u għall-għoti li se jiġu applikati fil-valutazzjonijiet tal-applikazzjonijiet, u fih ukoll tagħrif dwar il-proċedura tal-għażla. L-applikazzjonijiet iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha stipulati fit-test sħiħ tas-sejħa.

5.

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fl-indirizz indikat fit-test sħiħ tas-sejħa, sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Novembru 2022.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 512/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10422 — WMG/BlackRock Group/Influence Media/The Initial Fund)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 512/05)

1.   

Fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Warner Music Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka), sussidjarja li hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Warner Music Group Corp. u s-sussidjarji konsolidati tagħha (flimkien, “WMG”, l-istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata esklużivament minn Access Industries LLC u l-affiljati tagħha (“Access”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

BlackRock Financial Management, Inc. (“BFM”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għall-BlackRock Group (l-Istati Uniti tal-Amerka),

IMP GP, LLC (“Influence Media”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u

Influence x Music Fund II, L.P. (“The Initial Fund”, il-Gżejjer Cayman), flimkien ikkontrollati minn Influence Media u minn BFM.

WWG, Influence Media u BFM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ The Initial Fund. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tal-għoti ta’ drittijiet ta’ kontroll fuq The Initial Fund skont għadd ta’ kuntratti (flimkien “id-Dokumenti ta’ Tranżazzjoni”).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Warner Music Inc.: kumpanija globali ta’ divertiment ta’ mużika b’operazzjonijiet jew distributuri / detenturi ta’ liċenzja fi kważi l-Istati Membri kollha taż-ŻEE u attivitajiet fin-negozji ta’ pubblikazzjoni ta’ mużika u mużika rrekordjata,

BFM: korporazzjoni li toffri servizzi ta’ kostruzzjoni ta’ portafolli, ġestjoni tal-assi u konsulenza dwar l-investiment. BFM tikkontrolla u tamministra d-deċiżjonijiet ta’ investiment ta’ ċerti sħab limitati tal-Fond Inizjali,

Influence Media: konsulent ta’ fondi ta’ investiment iffurmati biex jinvestu kapital minn terzi persuni fl-akkwist ta’ drittijiet ta’ royalties mużikali, primarjament jippubblikaw id-drittijiet tal-awtur u / jew reġistrazzjonijiet ewlenin, u jkomplu jiġġestixxu b’mod strateġiku l-portafolli ta’ fondi ta’ investiment bħal dawn, u

The Initial Fund: sħubija bil-għan li jsir investiment f’assi mużikali, speċifikament drittijiet ta’ reġistrazzjoni u drittijiet ta’ pubblikazzjoni tal-mużika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10422 — WMG/BlackRock Group/Influence Media/The Initial Fund

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.