ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 475

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
25 ta' Novembru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 475/01

Notifika pubblika mill-Kummissjoni Ewropea

1

2021/C 475/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10474 — NESTE / RAVAGO / JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 475/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-24 ta’ Novembru 2021

3

2021/C 475/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Is-Segretarjat tal-EFTA

2021/C 475/05

Skeda għat-tkomplija tas-sessjoni ġenerali tal-awditjar — Numru tal-fajl 05 KO.2016.672

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 475/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10436 — MOËT HENNESSY / CAMPARI / CLASS A TANNICO SHAREHOLDERS / TANNICO) ( 1 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/1


Notifika pubblika mill-Kummissjoni Ewropea

(2021/C 475/01)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 548/2014 tal-21 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ transformers tal-elettriku ta’ qawwa żgħira, medja u għolja (1) jistipula:

“Jekk il-limiti tal-vultaġġi fin-netwerks tad-distribuzzjoni tal-elettriku jiddevjaw minn dawk standard madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Kummissjoni, b’tali mod li tkun tista’ ssir notifika pubblika għall-interpretazzjoni korretta tat-Tabelli I.1, I.2, I.3a, I.3b, I.4, I.5, I.6, I.7, I.8 u I.9 fl-Anness I.”

Skont din id-dispożizzjoni, ir-Repubblika Ċeka nnotifikat lill-Kummissjoni li, b’devjazzjoni mil-limiti tal-vultaġġi standard madwar l-Unjoni, il-vultaġġi standard tar-Repubblika Ċeka fil-każ tal-ogħla vultaġġ għat-tagħmir f’sistemi trifażi AC huma 38,5 kV minflok 36 kV u 25 kV minflok 24 kV. Din id-devjazzjoni nazzjonali hija enfasizzata wkoll fis-Cenelec EN 60038, fl-Anness 2B tiegħu.


(1)  ĠU L 152, 22.5.2014, p. 1.


25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10474 — NESTE / RAVAGO / JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 475/02)

Fit 16 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tas-sit web tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Dan is-sit web jipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fis-sit web EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10474. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Novembru 2021

(2021/C 475/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1206

JPY

Yen Ġappuniż

129,06

DKK

Krona Daniża

7,4367

GBP

Lira Sterlina

0,83935

SEK

Krona Żvediża

10,1905

CHF

Frank Żvizzeru

1,0484

ISK

Krona Iżlandiża

146,60

NOK

Krona Norveġiża

10,0260

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,501

HUF

Forint Ungeriż

369,15

PLN

Zloty Pollakk

4,6802

RON

Leu Rumen

4,9493

TRY

Lira Turka

13,5022

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5549

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4227

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

8,7372

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6257

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5330

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 331,51

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,8078

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1600

HRK

Kuna Kroata

7,5190

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 018,25

MYR

Ringgit Malażjan

4,7183

PHP

Peso Filippin

56,504

RUB

Rouble Russu

83,8087

THB

Baht Tajlandiż

37,389

BRL

Real Brażiljan

6,2705

MXN

Peso Messikan

23,8330

INR

Rupi Indjan

83,4390


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 475/04)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Eroj tal-pandemija

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn huwa maħluq minn Maria Anna Frisone u juri żewġ professjonisti mediċi jħaddnu lil xulxin biex jiffaċċjaw dak li mhux magħruf. Id-disinn huwa maħsub biex ifaħħar s-servizzi ta’ dawn l-individwi altruwisti li kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. Fin-naħa ta’ fuq, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “HEROES OF THE PANDEMIC”. Fin-naħa t’isfel, f’nofs ċirku, hemm l-iskrizzjoni “MALTA - 2021”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu:72 500

Id-data tal-ħruġ: Ġunju 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, pp. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, pp. 52).


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Is-Segretarjat tal-EFTA

25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/5


Skeda għat-tkomplija tas-sessjoni ġenerali tal-awditjar

Numru tal-fajl 05 KO.2016.672

(2021/C 475/05)

Id-debitur fallut:

Gable Insurance AG in Konkurs, Alvierweg 2, 9490 Vaduz

irrappreżentata minn: Batliner Wanger Batliner Rechtsanwälte AG, Am Schrägen Weg 2,

9490 Vaduz

li tikkonċerna:

proċedura ta’ falliment

Il-laqgħa ġenerali tal-awditjar fir-rigward tat-talbiet ippreżentati se titkompla nhar:

it-Tnejn, 20 ta’ Diċembru 2021, fid-9:30am, fl-Awla Nru 1

ta’ din il-qorti.

Fürstlichem Landgericht

Vaduz, it-30 ta’ Settembru 2021

Martina SCHÖPF-HERBERSTEIN

Imħallef tal-Fürstlichem Landgericht


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10436 — MOËT HENNESSY / CAMPARI / CLASS A TANNICO SHAREHOLDERS / TANNICO)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 475/06)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Moët Hennessy S.A.S. (“Moët”, Franza), li tappartjeni għall-grupp Agache SEDCS,

Davide Campari-Milano N.V. (“Campari”, in-Netherlands),

Marco Magnocavallo u Andrea di Camillo (“Class A Tannico Shareholders”, l-Italja),

Tannico e Wineplatform S.p.A. (“Tannico”, Italy), controlled by Campari and Class A Tannico Shareholders.

Moët, Campari u Class A Tannico Shareholders jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3 (1) (b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Tannico kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Moët: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni madwar id-dinja (prinċipalment fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa) tal-inbejjed u l-ispirti. Il-portafoll ta’ Moët jinkludi ditti bħal Moët & Chandon, Dom Pérignon, Veuve Clicquot, Ruinart, Krug, Château Cheval Blanc, Château d’Yquem, Clos des Lambrays, Hennessy (cognac), Glenmorangie, Ardbeg, u Woodinville Whiskey Company (Scotch whiskies), Belvedere (vodka), u Volcan de Mi Tierra (tequila).

Campari: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ nbejjed u spirti fuq livell internazzjonali. Il-portafoll diversifikat ta’ Campari jinkludi aktar minn 50 marka madwar id-dinja, inklużi Aperol, Campari, SKYY, Grand Marnier, Wild Turkey u Appleton Estate.

l-azzjonisti ta’ Tannico tal-Klassi A: Marco Magnocavallo huwa l-Kap Eżekuttiv attwali ta’ Tannico. Flimkien ma’ Andrea di Camillo, huma jikkontrollaw il-kumpanija ta’ investiment Boox. Andrea di Camillo jikkontrolla wkoll P101, kumpanija Taljana ta’ kapital ta’ riskju ffokata fuq investimenti fi stadju bikri fis-settur diġitali.

Tannico: bejgħ bl-imnut ta’ nbejjed u spirti fil-kummerċ elettroniku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10436 — MOËT HENNESSY / CAMPARI / CLASS A TANNICO SHAREHOLDERS / TANNICO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).