ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 423

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
19 ta' Ottubru 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 423/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10379 — HDT AUTOMOTIVE SOLUTIONS/VERITAS) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 423/02

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1825, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

2

2021/C 423/03

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

4

2021/C 423/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1826 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

5

2021/C 423/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

6

2021/C 423/06

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

8

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 423/07

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta’ Ottubru 2021

9

2021/C 423/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ diċembtu 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.9730 – FCA/PSA — Relatur: Id-Danimarka

10

2021/C 423/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-każ M.9730 — FCA/PSA

13

2021/C 423/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2020 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-każ M.9730 – FCA/PSA) (notifikat bin-numru tad-dokument C(2020) 9109)

14

2021/C 423/11

Avviż dwar l-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi ta’ kopertura stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

24

2021/C 423/12

Avviż dwar l-adattament f’konformità mal-inflazzjoni tal-ammonti stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

25


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10379 — HDT AUTOMOTIVE SOLUTIONS/VERITAS)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 423/01)

Fit 11 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10379. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1825, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2021/C 423/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1825 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (3) li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2016/1686 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex ġew inklużi u nżammu fil-lista msemmija hawn fuq. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għar-rieżami regolari tal-lista mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) 2016/1686. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, dawn għandhom jiġu ppreżentati sal-15 ta’ Lulju 2022.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 396, 19.10.2021, p. 17.

(3)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/4


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

(2021/C 423/03)

L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1825 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (4).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1825, u r-Regolament (UE) 2016/1686.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 u fir-Regolament (UE) 2016/1686.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(3)  ĠU L 369, 19.10.2021, p. 17.

(4)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1826 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(2021/C 423/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1826 (2) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/1826 u fir-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1578 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/1755, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel it-2 ta’ Lulju 2022, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser jittieħed kont tagħha għall-fini tar-rieżami li jmiss mill-Kunsill, skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 u l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2015/1755, tal-lista ta’ persuni deżinjati.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(2)  ĠU L 369, 19.10.2021, p. 12.

(3)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 30.10.2020, p. 1.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/6


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

(2021/C 423/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1826 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1578 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/1826, u mar-Regolament (UE) 2015/1755, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1578.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 u r-Regolament (UE) 2015/1755.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37.

(3)  ĠU L 369, 19.10.2021, p. 12.

(4)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 1.

(5)  ĠU L 362, 30.10.2020, p. 1.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/8


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

(2021/C 423/06)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ Dr. Jassem Mohammad ZAKARIA (Nru 167), is-Sur Abdullah Abdullah (Nru 229), is-Sur Imad Abdullah SARA (Nru 259), is-Sur Talal AL-BARAZI (magħruf ukoll bħala BARAZI) (Nru 296), is-Sur Malloul (magħruf ukoll bħala Maloul) HUSSEIN (magħruf ukoll bħala AL-HUSSEIN) (Nru 309), persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1) u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Il-Kunsill beħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata proposta għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, sas-26 ta’ Ottubru 2021, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Il-persuni kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni biex jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz jew fl-indirizz elettroniku pprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti.


(1)  ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ottubru 2021

(2021/C 423/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1604

JPY

Yen Ġappuniż

132,46

DKK

Krona Daniża

7,4400

GBP

Lira Sterlina

0,84438

SEK

Krona Żvediża

10,0375

CHF

Frank Żvizzeru

1,0712

ISK

Krona Iżlandiża

150,00

NOK

Krona Norveġiża

9,7643

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,453

HUF

Forint Ungeriż

361,35

PLN

Zloty Pollakk

4,5787

RON

Leu Rumen

4,9490

TRY

Lira Turka

10,7740

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5707

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4384

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,0268

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6436

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5659

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 377,90

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,1217

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4617

HRK

Kuna Kroata

7,5085

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 371,79

MYR

Ringgit Malażjan

4,8406

PHP

Peso Filippin

59,025

RUB

Rouble Russu

82,7185

THB

Baht Tajlandiż

38,827

BRL

Real Brażiljan

6,3651

MXN

Peso Messikan

23,7177

INR

Rupi Indjan

87,4083


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/10


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tas-7 ta’ diċembtu 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-Każ M.9730 – FCA/PSA

Relatur: Id-Danimarka

(2021/C 423/08)

Ġurisdizzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata taqa’ taħt id-dimensjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq tal-prodott

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-konklużjonijiet li saru mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tas-swieq tal-prodotti rilevanti għal:

a.

Is-suq għall-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief, issottosegmentat bejn

a.

il-vetturi b’rata ta’ piż gross sa 3,5 tunnellati, issottosegmentati ulterjorment bejn (i) vetturi kummerċjali ħfief żgħar u kumpatti, (ii) vetturi kummerċjali ħfief ta’ daqs medju, u (iii) vetturi kummerċjali ħfief kbar;

b.

il-vetturi b’rata ta’ piż gross bejn 3,5 u 6 tunnellati, u

c.

is-subsegment potenzjali ta’ vetturi kummerċjali ħfief kbar u vetturi kummerċjali ħfief ta’ bejn 3,5 tunnellati u 6 tunnellati f’daqqa.

b.

Is-suq għall-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri kif issottosegmentati bejn (i) is-Segment A (il-karozzi żgħar ħafna), (ii) is-Segment B (il-karozzi żgħar), (iii) il-karozzi żgħar (inklużi ż-żewġ segmenti A u B), (iv) is-Segment C (il-karozzi ta’ daqs medju), (v) il-karozzi eżekuttivi, (vi) il-karozzi lussużi, (vii) il-karozzi sportivi, (viii) il-vetturi utilitarji sportivi (SUVs), (ix) is-Segment M (vetturi b’użu multiplu), u tal-SUVs maqsum mill-ġdid f’(a) A-SUVs, (b) B-SUVs, (c) C-SUVs, (d) is-Segment D-SUVs, (e) E-SUVs lussużi, (f) is-Segment J (inkluż kull tip ta’ SUV).

c.

Is-suq għad-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief.

d.

Is-suq għall-manifattura u l-provvista ta’ diversi komponenti tal-vetturi kif issottosegmentati fid-Deċiżjoni.

e.

Is-swieq għall-manifattura u l-provvista ta’ diversi prodotti ta’ awtomatizzazzjoni kif issottosegmentati fid-Deċiżjoni.

f.

Is-swieq għal diversi servizzi finanzjarji kif issottosegmentati fid-Deċiżjoni.

Definizzjoni tas-suq ġeografiku

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi relevanti għal:

a.

Is-suq nazzjonali għall-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief (kif issottosegment fid-Deċiżjoni).

b.

Is-suq nazzjonali għall-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri (kif issottosegmentati fid-Deċiżjoni).

c.

Is-suq nazzjonali għad-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief.

d.

Mill-inqas is-swieq taż-ŻEE għall-manifattura u l-provvista ta’ diversi komponenti tal-vetturi.

e.

Mill-inqas is-swieq taż-ŻEE għall-manifattura u l-provvista ta’ diversi prodotti ta’ awtomatizzazzjoni.

f.

Is-swieq nazzjonali għal diversi servizzi finanzjarji.

Evalwazzjoni kompetittiva

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tqajjem dubji serji bħala riżultat ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq għall-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar (LCVs żgħar) ġewwa

i.

il-Belġju.

ii.

iċ-Ċekja.

iii.

Franza.

iv.

il-Greċja.

v.

l-Italja.

vi.

il-Litwanja.

vii.

il-Polonja.

viii.

il-Portugall.

ix.

is-Slovakkja.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma xxekkilx il-kompetizzjoni effettiva b’mod sinifikanti b’riżultat ta’ effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-swieq affettwati li ġejjin:

a.

Il-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar fis-swieq nazzjonali mhux elenkati fil-mistoqsija 5 ta’ hawn fuq.

b.

Il-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief ta’ daqs medju fi kwalunkwe suq nazzjonali.

c.

Fi kwalunkwe suq nazzjonali, il-manifattura u l-provvista ta’

i.

vetturi kummerċjali ħfief kbar (sa 3,5 tunnellati),

ii.

vetturi kummerċjali ħfief ta’ aktar minn 3,5 tunnellati sa 6 tunnellati, u

iii.

vetturi kummerċjali ħfief kbar u vetturi kummerċjali ħfief ta’ aktar minn 3,5 tunnellati sa 6 tunnellati.

d.

Il-manifattura u l-provvista ta’ kull tip ta’ karozza tal-passiġġieri fi kwalunkwe suq nazzjonali.

e.

Id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief fi kwalunkwe suq nazzjonali.

f.

Is-suq tas-self tal-vetturi bil-mutur fl-Italja.

g.

Is-suq tas-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi fi kwalunkwe suq nazzjonali.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti mhux orizzontali fi kwalunkwe suq affettwat vertikalment fir-rigward tas-swieq upstream għall-manifattura u l-bejgħ ta’ diversi komponenti tal-vetturi u swieq downstream għall-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief, kif ukoll is-swieq upstream għall-manifattura u l-provvista ta’ diversi prodotti ta’ awtomatizzazzjoni u swieq downstream għall-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief.

Impenji

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Partijiet fis-27 ta’ Ottubru 2020 ineħħu d-dubji serji identifikat fl-abbozz ta’ Deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-Partijiet fis-27 ta’ Ottubru 2020, it-tranżazzjoni notifikata ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

Kompatibbiltà mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE

10.

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għalhekk trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE f’konformità mal-Artikoli 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/13


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-każ M.9730 — FCA/PSA

(2021/C 423/09)

Fit-8 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) dwar konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-Peugeot S.A. (“PSA”) u l-Fiat Chrysler Automobiles N.V. (“FCA”) (flimkien “il-Partijiet Notifikanti”) jagħmlu fużjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (it-“Tranżazzjoni Proposta”).

Fis-17 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (id-“Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c)”).

Fit-30 ta’ Ġunju 2020, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw kummenti bil-miktub dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 6(1)(c).

Fl-20 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li tirrikjedi li l-Partijiet jipprovdu informazzjoni li kienet is-suġġett ta’ żewġ talbiet preċedenti għall-informazzjoni. Din id-deċiżjoni ssospendiet il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Fil-25 ta’ Settembru 2020, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni.

Fit-28 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni nediet test tas-suq għal dawn l-impenji.

Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni informat lill-Partijiet Notifikanti li s-sospensjoni tat-terminu ta’ żmien kienet skadiet fit-28 ta’ Settembru 2020, wara li l-Partijiet ippreżentaw l-informazzjoni meħtieġa f’dik id-data.

Fis-27 ta’ Ottubru 2020, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji riveduti skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

L-abbozz tad-deċiżjoni jiddikjara li t-Tranżazzjoni Proposta hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, soġġett għal konformità sħiħa mal-impenji riveduti.

B’mod ġenerali, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie osservat matul dawn il-proċedimenti.

Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2020.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/14


SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2020

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE

(Il-każ M.9730 – FCA/PSA)

(notifikat bin-numru tad-dokument C(2020) 9109)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(2021/C 423/10)

Fil-21 ta’ Diċembru 2020il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa tinstab fil-lingwa awtentika tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2

I.   IL-PARTIJIET U L-OPERAZZJONI

(1)

Fit-8 ta’ Mejju 2020 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”) li permezz tagħha Peugeot S.A. (“PSA”, Franza) u Fiat Chrysler Automobiles N.V. (“FCA”, in-Netherlands), ikkontrollati minn EXOR N.V., kellhom jagħmlu fużjoni sħiħa skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(2)

Il-PSA hija attiva fid-dinja kollha fil-manifattura, il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri (“PCs”, (passenger cars)) u ta’ vetturi kummerċjali ħfief (“LCVs”, (light commercial vehicles)) tad-ditti Peugeot, Citroën, Opel, Vauxhall u DS. Permezz tas-sussidjarja tagħha, Faurecia S.A. (“Faurecia”), hija attiva wkoll fil-manifattura u l-provvista ta’ diversi komponenti tal-vetturi. Il-PSA tipprovdi wkoll servizzi anċillari bħal soluzzjonijiet ta’ finanzjament għall-akkwist tal-vetturi bil-mutur tal-marka tagħha, kif ukoll servizzi u soluzzjonijiet ta’ mobilità.

(3)

L-FCA hija attiva madwar id-dinja fil-manifattura, il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief taħt id-ditti Fiat, Chrysler, Jeep, Alfa Romeo, Lancia, Abarth, Dodge, Ram, u Fiat Professional. Barra minn hekk, l-FCA hija s-sid ta’ Teksid S.p.A. (“Teksid”), l-impriża li tagħmel il-komponenti fonduti tal-vetturi, l-impriża Plastic Components and Modules Automotive S.p.A. (“PCMA”) li tagħmel moduli u komponenti tal-plastik u l-impriża Comau S.p.A. involuta fl-awtomatizzazzjoni industrijali (“Comau”). L-FCA tipprovdi wkoll soluzzjonijiet ta’ finanzjament biex tappoġġa l-bejgħ tal-vetturi tal-marka tagħha.

(4)

F’din id-Deċiżjoni, il-PSA u l-FCA jissemmew bħala l-“Partijiet Notifikanti” jew “il-Partijiet” għat-“Tranżazzjoni Proposta”.

(5)

Skont il-Ftehim ta’ Kombinament ffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2019, fid-data tal-għeluq, l-ishma kollha tal-PSA u tal-FCA maħruġa kif ukoll dawk pendenti se jiġu skambjati ma’ ishma ta’ entità inkorporata ġdida bbażata fin-Netherlands skont ir-rata tal-kambju miftiehma bejn il-Partijiet. Il-Ftehim ta’ Kombinament ġie emendat fl-14 ta’ Settembru 2020. L-emendi kienu ta’ natura ekonomika fid-dawl tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19, iżda ma affettwawx l-istruttura jew l-ambitu tal-fużjoni.

II.   IL-PROĊEDURA

(6)

Fis-17 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni Proposta qajmet dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern u l-Ftehim ŻEE, u adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-Partijiet Notifikanti ssottomettew il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar id-deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fit-30 ta’ Ġunju 2020.

(7)

Fit-3 ta’ Lulju 2020 il-perjodu ta’ rieżami tal-fużjoni ġie estiż bi 15-il jum tax-xogħol wara talba mill-Partijiet skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(8)

Fl-20 ta’ Lulju 2020 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li ssospendiet il-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali f’dan il-każ. Din is-sospensjoni tal-limitu ta’ żmien skadiet fit-28 ta’ Settembru 2020.

(9)

Fit-28 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni nediet test tas-suq dwar l-impenji ppreżentati mill-Partijiet Notifikanti fil-25 ta’ Settembru 2020 biex tindirizza t-tħassib preliminari dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni, u wara diskussjonijiet iddettaljati. Fis-27 ta’ Ottubru 2020, il-Partijiet Notifikanti ppreżentaw formalment il-verżjoni finali tal-impenji (l-“Impenji Finali”).

III.   SOMMARJU TAL-EVALWAZZJONI

(10)

L-attivitajiet tal-Partijiet prinċipalment jikkoinċidu f’żewġ oqsma (i) il-manifattura u l-bejgħ, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut tal-karozzi tal-passiġġieri; u (ii) il-manifattura u l-bejgħ, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut tal-vetturi kummerċjali ħfief. Iż-żewġ Partijiet permezz tas-sussidjarji Teksid, PCMA u Comau tal-FCA u permezz tas-sussidjarja Faurecia tal-PSA jimmanifatturaw u jbigħu wkoll diversi spare parts, komponenti u soluzzjonijiet tal-vetturi, iżda fil-biċċa l-kbira dawn l-attivitajiet huma kumplimentari. Barra minn hekk, din l-attività hija relatata vertikalment mal-manifattura tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief. Fl-aħħar nett, iż-żewġ Partijiet jipprovdu wkoll finanzjament tal-vetturi u s-servizzi relatati. It-trikkib huwa miġbur fil-qosor f’dan li ġej.

A.   Is-swieq rilevanti

Il-manifattura u l-bejgħ tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief

(11)

Il-Kummissjoni preċedentement iddefiniet swieq separati għall-manifattura u l-provvista tal-karozzi tal-passiġġieri minn naħa waħda, u ta’ vetturi kummerċjali min-naħa l-oħra.

(12)

Taħt il-kappa tal-vetturi kummerċjali, hija tqis li (i) il-vetturi kummerċjali ħfief, (ii) it-trakkijiet ta’ daqs medju; u (iii) it-trakkijiet heavy duty jikkostitwixxu swieq tal-prodotti separati. Dwar il-vetturi kummerċjali ħfief, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-possibilità ta’ jekk għandhiex issir aktar sottosegmentazzjoni għall-vetturi b’piż gross sa 3,5 tunnellati u bejn it-3,5 tunnellati u s-6 tunnellati, u jekk it-trakkijiet pick-up għandhomx jiġu esklużi mis-suq/mis-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief.

(13)

Abbażi tal-analiżi tagħha u l-investigazzjoni tas-suq f’dan il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet li (i) il-vetturi kummerċjali ħfief sa 3,5 tunnellati jistgħu jiġu diviżi bejn il-vetturi kummerċjali ħfief żgħar, il-vetturi kummerċjali ħfief ta’ daqs medju u l-vetturi kummerċjali ħfief kbar (dawn tal-aħħar jinkludu l-prodotti tal-vetturi kummerċjali ħfief nofshom lesti għall-konverżjoni), u (ii) ħalliet miftuħa l-possibiltà ta’ jekk il-vetturi kummerċjali ħfief kbar (sa 3,5 tunnellati) u l-vetturi kummerċjali ħfief ta’ bejn it-3,5 tunnellati u s-6 tunnellata għandhomx jitqiesu bħala parti mill-istess swieq tal-prodotti jew bħala parti minn swieq tal-prodotti separati. Barra minn hekk, it-trakkijiet pick-up, il-vannijiet li ġejjin mill-karozzi u l-verżjonijiet tal-karozzi tal-passiġġieri tal-vetturi kummerċjali ħfief għall-passiġġieri mhumiex parti mis-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief.

(14)

Taħt il-kappa tal-karozzi tal-passiġġieri, hija qieset swieq tal-prodotti separati għal (i) karozzi żgħar ħafna (A), (ii) karozzi żgħar (B), (iii) karozzi ta’ daqs medju (C), (iv) karozzi kbar (D), (v) karozzi eżekuttivi, (vi) karozzi lussużi (vii) karozzi sportivi, (viii) vetturi utilitarji sportivi (SUVs) u (ix) vetturi b’użu multiplu (M), kif ukoll (x) segment usa’ ta’ karozzi żgħar inklużi ż-żewġ segmenti A u B. Il-Kummissjoni qieset ukoll suddiviżjoni oħra tas-segment tal-SUVs f’(i) żgħar ħafna (A-SUVs), (ii) żgħar (B-SUVs), (iii) ta’ daqs medju (C-SUVs), (iv) SUVs kbar (D-SUVs), u (v) lussużi (E-SUVs), iżda ħalliet id-definizzjoni tas-suq miftuħa.

(15)

Abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni u l-investigazzjoni tas-suq f’dan il-każ, il-Kummissjoni qieset li s-segmentazzjoni preċedenti tagħha għall-karozzi tal-passiġġieri għadha adegwata.

(16)

Il-Kummissjoni investigat ukoll jekk il-vetturi b’emissjonijiet baxxi (l-“LEVs” (low emission vehicles)) jikkostitwixxux suq tal-prodotti separat minn vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna (“ICE” (internal combustion engine)) u jekk is-suq tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi għandux jiġi segmentat aktar skont (i) it-teknoloġija (karozzi li jaħdmu bil-batterija elettrika u karozzi ibridi) jew (ii) il-kategoriji definiti għall-karozzi b’magna ta’ kombustjoni interna. Il-Kummissjoni tqis li mhuwiex meħtieġ li tkompli tissottosegmenta s-swieq tal-karozzi tal-passiġġieri bejn il-vetturi b’emissjonijiet baxxi u l-vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna jew li jaqgħu taħt il-kappa tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi skont it-tip ta’ teknoloġija ta’ propulsjoni, peress li s-sehem tal-FCAs fi kwalunkwe suq ipotetiku tal-vetturi b’emissjonijiet baxxi jkun żero (jew qrib iż-żero għal kwalunkwe vettura maħruġa fl-2020).

(17)

Il-Kummissjoni tqis li l-kwistjoni tad-definizzjoni eżatta ta’ suq tal-prodott tista’ titħalla miftuħa, peress li t-Tranżazzjoni Proposta ma toħloqx dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern fi kwalunkwe wieħed mis-swieq tal-karozzi tal-passiġġieri, anki taħt l-aktar id-definizzjoni plawżibbli stretta ta’ suq.

(18)

Abbażi tal-analiżi tagħha u l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni kkunsidrat, f’konformità mal-prattika deċiżjonali tagħha, li s-swieq għall-manifattura u l-provvista tal-vetturi kummerċjali ħfief u tal-karozzi tal-passiġġieri jaqgħu taħt l-ambitu nazzjonali. Madankollu, peress li l-kundizzjonijiet tal-provvista huma determinati fil-livell taż-ŻEE, il-Kummissjoni tqis li l-kompetizzjoni f’dan il-livell ma tistax tiġi injorata. Għalhekk, għalkemm il-valutazzjoni se ssir prinċipalment fil-livell nazzjonali, se jitqiesu wkoll l-ishma tas-suq fiż-ŻEE u x-xenarju kompetittiv fiż-ŻEE kollha kemm hi.

Distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut tal-vetturi kummerċjali ħfief u tal-karozzi tal-passiġġieri

(19)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni ddefiniet is-swieq tal-prodotti għad-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief. Għalkemm il-Kummissjoni ddistingwiet f’xi okkażjonijiet preċedenti bejn id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut tal-karozzi tal-passiġġieri minn naħa waħda u l-vetturi kummerċjali ħfief min-naħa l-oħra, fl-aħħar mill-aħħar ħalliet miftuħa d-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni sabet li aktar sottosegmentazzjoni fis-segment tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief skont it-tip ta’ vettura ma tkunx adegwata. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni segwiet il-prattika tal-każ tal-Kummissjoni.

(20)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni ħalliet miftuħa l-possibilità ta’ jekk is-suq tad-distribuzzjoni bl-ingrossa jaqax taħt l-ambitu taż-ŻEE jew dak nazzjonali, u jekk is-swieq tad-distribuzzjoni bl-imnut għandhomx jitqiesu fl-ambitu taż-ŻEE, nazzjonali jew lokali. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni segwiet il-prattika tal-każijiet tal-Kummissjoni.

Il-manifattura u l-bejgħ ta’ komponenti tal-vetturi

(21)

F’każijiet preċedenti li jinvolvu l-manifattura u l-provvista ta’ komponenti tal-vetturi, il-Kummissjoni kkunsidrat, filwaqt li fl-aħħar mill-aħħar ħalliet miftuħa l-għażla, jekk (i) kull komponent tal-vetturi hux jikkostitwixxi suq separat, jew jekk (ii) il-moduli/is-sistemi hux jikkostitwixxu s-swieq tal-prodotti adegwati. Il-Kummissjoni segwiet ukoll dan il-prinċipju f’dan il-każ. Peress li l-Partijiet u s-sussidjarji tagħhom ibigħu biss komponenti lill-OEMs/l-OESs, is-suq sekondarju indipendenti ma ġiex analizzat fid-deċiżjoni.

(22)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni qieset li s-suq għall-komponenti tal-vetturi għall-bejgħ lill-OEMs/l-OESs kien mill-inqas mifrux maż-ŻEE u f’xi każijiet madwar id-dinja, iżda fl-aħħar mill-aħħar ħalliet miftuħa d-definizzjoni preċiża tas-suq ġeografiku.

Servizzi bankarji għall-konsumatur - self għal vetturi bil-mutur

(23)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni kkunsidrat li, (i) fi ħdan is-servizzi bankarji għall-konsumatur, il-kreditu tal-konsumatur jista’ jikkostitwixxi suq distint, u (ii) fi ħdan il-kreditu tal-konsumatur, il-kreditu (self) għax-xiri ta’ vetturi bil-mutur u l-kreditu offrut għax-xiri ta’ oġġetti oħra ta’ konsum jistgħu jikkostitwixxu swieq separati. Fir-rigward tas-self għal vetturi bil-mutur, il-Kummissjoni qieset suq limitat għall-attivitajiet mhux ristretti (is-“suq tan-negozjanti”), bl-esklużjoni tal-attivitajiet ristretti, iżda fl-aħħar mill-aħħar ħalliet miftuħa d-definizzjoni preċiża tas-suq tal-prodott. F’suq għal servizzi ta’ finanzjament tal-vetturi l-Kummissjoni kkunsidrat ukoll is-sottosegmentazzjoni tas-swieq għal (i) self għal vetturi bil-mutur u (ii) servizzi ta’ lokazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (potenzjalment sottosegmentati bejn il-lokazzjonijiet finanzjarji u dawk operattivi). Madankollu, il-Kummissjoni ħalliet id-definizzjoni eżatta tas-suq tal-prodotti miftuħa.

(24)

F’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li bħala suq ġeografiku (i) is-self għal vetturi bil-mutur jaqa’ taħt l-ambitu nazzjonali; (ii) is-servizzi ta’ lokazzjoni (finanzjarji u operazzjonali) jaqgħu taħt l-ambitu nazzjonali jew ambitu usa’; u (iii) is-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi nazzjonali jaqa’ taħt l-ambitu nazzjonali.

Self lill-SMEs – self lill-bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi

(25)

F’deċiżjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni qieset is-segmentazzjoni tas-suq bankarju korporattiv abbażi tal-grupp ta’ klijenti, jiġifieri bejn (i) is-servizzi bankarji lil klijenti korporattivi kbar (possibbilment issegmentati aktar skont il-kategorija tal-prodotti) u (ii) is-servizzi bankarji lill-SMEs, possibbilment ukoll taħt is-servizzi bankarji għall-SMEs bħala segment separat għas-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi. Għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tanalizza s-suq tal-finanzjament tal-vetturi billi tuża l-eqreb suq plawsibbli għal dak tas-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi.

(26)

F’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni, għall-finijiet ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li bħala suq ġeografiku (i) is-self għal vetturi bil-mutur jaqa’ taħt l-ambitu nazzjonali; (ii) is-servizzi ta’ lokazzjoni (finanzjarji u operazzjonali) jaqgħu taħt l-ambitu nazzjonali jew ambitu usa’; u (iii) is-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi nazzjonali jaqa’ taħt l-ambitu nazzjonali.

B.   Valutazzjoni kompetittiva

Suq għall-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief

(27)

L-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu fis-swieq tal-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar, vetturi kummerċjali ħfief ta’ daqs medju u vetturi kummerċjali ħfief kbar, b’għadd kbir ta’ swieq affettwati fil-livell nazzjonali.

(28)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar, is-swieq affettwati huma l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(29)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern fis-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief żgħar fil-Belġju, fiċ-Ċekja, fi Franza, fil-Greċja, fl-Italja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Portugall u fis-Slovakkja peress li x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’dawn is-swieq. Iċ-ċirkostanzi li ġejjin jeżistu f’dawn is-swieq kollha: (i) l-ishma mis-suq ikkombinati tal-Partijiet huma għoljin jew għoljin ħafna, (ii) iż-żieda fis-sehem miġjuba mit-Tranżazzjoni Proposta mhijiex insinifikanti, (iii) l-FCA u l-PSA huma kkunsidrati kompetituri partikolarment mill-qrib, (vi) il-kompetituri li jifdal waħedhom ma jidhirx li jimponu restrizzjoni suffiċjenti fuq il-Partijiet, jew għax ma mhumiex kompetituri daqshekk mill-qrib jew għax l-ishma mis-suq tagħhom mhumiex għoljin biżżejjed, u (vii) mhux probabbli li jidħlu parteċipanti ġodda fuq perjodu ta’ żmien qasir u medju, minħabba l-ostakli relattivament għoljin għad-dħul. Barra minn hekk, l-ishma kkombinati tal-Partijiet fil-livell taż-ŻEE jissuġġerixxu restrizzjonijiet limitati barra mis-suq.

(30)

Fil-bqija tal-Istati Membri taż-ŻEE, it-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. B’mod partikolari, f’għadd ta’ Stati Membri taż-ŻEE (id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, l-Irlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja u r-Renju Unit), iż-żieda fis-sehem li sseħħ mit-Tranżazzjoni Proposta hija limitata ħafna jew inkella diġà kien hemm għadd ta’ fatturi mitiganti: il-fatt li s-sehem ikkombinat kien dejjem taħt il-preżunzjoni ta’ dominanza ta’ 50 % stabbilita fil-Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali, l-eżistenza ta’ kompetituri oħra b’saħħithom – li wħud minnhom huma wkoll qrib jew partikolarment qrib tal-Partijiet – b’ditti magħrufin fis-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief u ta’ networks b’servizzi wiesgħa kif ukoll l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fis-suq. F’xi wħud minn dawn is-swieq il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-Partijiet mhumiex kompetituri mill-qrib b’mod suffiċjenti.

(31)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief ta’ daqs medju s-swieq affettwati huma: l-Awstrija, il-Belġju, iċ-Ċekja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja u Spanja.

(32)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn is-swieq. Fil-biċċa l-kbira minnhom iż-żieda tal-ishma miġjuba mit-Tranżazzjoni Proposta kienet limitata ħafna u/jew is-sehem mis-suq ikkombinat kien relattivament baxx. Is-sehem ikkombinat tal-Partijiet kien moderat jew relattivament għoli fil-Belġju, fil-Greċja, fl-Italja, fil-Lussemburgu u fis-Slovakkja biss. Madankollu, għalkemm f’xi wħud minn dawn il-pajjiżi l-Partijiet kienu kompetituri mill-qrib ukoll, il-Kummissjoni qieset għadd ta’ fatturi mitiganti: il-fatt li s-sehem ikkombinat kien dejjem taħt il-preżunzjoni ta’ dominanza ta’ 50 % stabbilita fil-Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali, l-eżistenza ta’ kompetituri oħra b’saħħithom – li wħud minnhom huma wkoll qrib jew partikolarment qrib tal-Partijiet – b’ditti magħrufin fis-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief u ta’ networks b’servizzi wiesgħa kif ukoll l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fis-suq. Barra minn hekk, fil-livell taż-ŻEE l-ishma tal-Partijiet huma aktar baxxi u s-suq huwa inqas ikkonċentrat, u dan jissuġġerixxi li l-Partijiet jistgħu jiffaċċjaw restrizzjonijiet barra mis-suq.

(33)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista ta’ vetturi kummerċjali ħfief kbar is-swieq affettwati huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(34)

Il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn is-swieq. F’għadd minn dawn is-swieq, iż-żieda fis-sehem li ġabet magħha t-Tranżazzjoni Proposta kienet limitata ħafna u/jew is-sehem mis-suq ikkombinat kien relattivament baxx (id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Rumanija, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit). Fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Kroazja, fiċ-Ċekja, fi Franza, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, fil-Lussemburgu, fin-Norveġja, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u fi Spanja, is-sehem ikkombinat tal-Partijiet kien moderat u f’xi każijiet saħansitra relattivament għoli. Madankollu, għalkemm f’xi wħud minn dawn il-pajjiżi l-Partijiet kienu kompetituri mill-qrib ukoll, il-Kummissjoni qieset għadd ta’ fatturi mitiganti: il-fatt li, ħlief fil-każ tas-Slovakkja, is-sehem ikkombinat kien dejjem taħt il-preżunzjoni ta’ dominanza ta’ 50 % stabbilita fil-Linji Gwida dwar l-Amalgamazzjonijiet Orizzontali, l-eżistenza ta’ kompetituri oħra b’saħħithom – li wħud minnhom huma wkoll qrib jew partikolarment qrib tal-Partijiet – b’ditti magħrufin fis-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief u ta’ networks b’servizzi wiesgħa kif ukoll l-eżistenza ta’ kapaċità żejda fis-suq. Fil-każ tas-Slovakkja, għalkemm is-sehem ikkombinat kien ferm għoli, il-Kummissjoni qieset il-volatilità tal-ishma u n-nuqqas ta’ kwalunkwe tħassib dwar il-kompetizzjoni f’dan il-pajjiż bħala riżultat tal-investigazzjoni tas-suq. Barra minn hekk, fil-livell taż-ŻEE l-ishma tal-Partijiet huma aktar baxxi u s-suq huwa inqas ikkonċentrat u b’aktar kompetituri mis-suq tal-vetturi kummerċjali ħfief, li juri li l-Partijiet jistgħu jiffaċċjaw restrizzjonijiet barra mis-suq.

(35)

Fis-suq tal-vetturi kummerċjali ħfief ta’ bejn it-3,5 tunnellati u s-6 tunnellati, hemm biss żewġt iswieq affettwati: Franza u r-Renju Unit, u s-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet kien moderat fiż-żewġ każijiet. F’suq li jikkombina kemm il-vetturi kummerċjali ħfief il-kbar kif ukoll il-vetturi kummerċjali ħfief ta’ bejn it-3,5 tunnellati u s-6 tunnellati, l-ishma mis-suq huma konsiderevolment aktar baxxi milli tas-suq tal-vetturi kummerċjali ħfief il-kbar. Barra minn hekk, il-bejgħ ta’ vetturi kummerċjali ħfief ta’ bejn it-3,5 tunnellati u s-6 tunnellati jikkostitwixxi porzjon żgħir (5 %) tas-suq totali, li jfisser li l-evalwazzjoni tal-vetturi kummerċjali ħfief il-kbar tapplika b’mod ġenerali għal suq usa’.

Is-suq għall-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri

(36)

L-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu, fil-manifattura u fil-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri, ma’ bosta swieq affettwati fil-livell nazzjonali.

(37)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-karozzi tas-segment A (“il-karozzi żgħar ħafna”), is-swieq nazzjonali affettwati kienu l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Madankollu, filwaqt li tqis l-iżvilupp futur prevedibbli ta’ dan is-suq, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fi kwalunkwe suq tal-karozzi żgħar ħafna fiż-ŻEE.

(38)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-karozzi tas-segment B (il-“karozzi żgħar”), is-swieq nazzjonali affettwati huma l-Belġju, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, Spanja u r-Renju Unit. Fl-ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi s-sehem ikkombinat tal-Partijiet ma jaqbeż l-40 %, u fil-pajjiżi affettwati kollha, ħlief fl-Italja, iż-żieda li ġabet magħha t-Tranżazzjoni Proposta hija minima. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed mill-Istati Membri taż-ŻEE

(39)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tas-segmenti A u B, is-swieq nazzjonali affettwati huma (flimkien mal-pajjiżi affettwati msemmija hawn fuq għal suq li jinkludi biss karozzi żgħar): l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u s-Slovenja. Is-sehem ikkombinat tal-Partijiet ma jaqbiżx l-40 % fi kwalunkwe wieħed mis-swieq affettwati, ħlief fl-Italja u fil-Litwanja. Barra minn hekk, il-Partijiet mhumiex kompetituri mill-qrib f’dan is-suq ipotetiku, ġaladarba huma preżenti prinċipalment f’segmenti differenti (il-PSA fis-segment B tal-karozzi tal-passiġġieri, u l-FCA fis-segment A tal-karozzi tal-passiġġieri). Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn l-Istati Membri taż-ŻEE.

(40)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-karozzi tas-segment C (il-“karozzi ta’ daqs medju”), is-swieq nazzjonali affettwati huma Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Litwanja, Malta u l-Portugall. Is-suq għall-karozzi ta’ daqs medju mhuwiex ikkonċentrat ħafna u, wara l-fużjoni, xorta jkun hemm aktar minn għaxar kumpaniji preżenti b’diversi mudelli fis-suq. Barra minn hekk, dan huwa suq li qed jonqos. Għaldaqstant il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn l-Istati Membri taż-ŻEE.

(41)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-karozzi tas-segment D (il-“karozzi kbar”), is-swieq nazzjonali affettwati huma l-Kroazja, Franza u Malta. Minħabba ż-żieda żgħira jew negliġibbli kkawżata mill-FCA f’dawn is-swieq, u fatturi oħra mitiganti, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn l-Istati Membri taż-ŻEE.

(42)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-SUVs kollha, is-swieq nazzjonali affettwati huma l-Belġju, Franza, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja. Minħabba s-sehem mis-suq relattivament baxx jew moderat tal-entità fuża, l-eżistenza ta’ diversi kompetituri oħra f’kull suq nazzjonali u xi elementi speċifiċi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’suq li jinkludi l-SUVs kollha.

(43)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-SUVs tas-segment B, is-swieq nazzjonali affettwati kienu l-Awstrija, il-Belġju, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit. Minħabba li, b’mod ġenerali, il-parteċipanti fis-suq jipperċepixxu s-segment B tal-SUVs bħala suq ferm kompetittiv, b’kompetizzjoni intensa u b’għadd kbir ta’ atturi, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fl-ebda wieħed minn dawn l-Istati Membri taż-ŻEE.

(44)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-SUVs tas-segment C, is-swieq nazzjonali affettwati huma l-Belġju, Franza, l-Italja, in-Netherlands, il-Portugall u Spanja. Minħabba li, b’mod ġenerali dan is-segment qed jikber ukoll, u l-ishma u ż-żieda kkombinati tal-Partijiet huma minn baxxi sa moderati, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fl-ebda wieħed minn dawn l-Istati Membri taż-ŻEE.

(45)

Fis-suq tal-manifattura u l-provvista tal-karozzi tas-segment M (“MPVs”), is-swieq nazzjonali affettwati huma l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u r-Renju Unit. B’mod ġenerali, is-segment M qed jonqos (u dan it-tnaqqis huwa mistenni li jkompli fil-futur, l-aktar minħabba li l-klijenti qed jaqilbu għall-SUVs), il-Partijiet jew mhumiex kompetituri mill-qrib jew mhumiex kompetituri ferm mill-qrib, il-biċċa l-kbira tar-rispondenti tas-suq ma identifikaw l-ebda tħassib fl-ebda wieħed mis-swieq affettwati, u s-sehem ikkombinat tal-Partijiet huwa moderat fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi. Fil-pajjiżi fejn is-sehem ikkombinat huwa ogħla (il-Kroazja, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja u Spanja), iż-żieda hija żgħira, ħlief fl-Italja u fil-Greċja, fejn japplikaw fatturi oħra ta’ mitigazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’xi wieħed minn dawn l-Istati Membri taż-ŻEE.

Distribuzzjoni bl-ingrossa tal-vetturi kummerċjali ħfief u tal-karozzi tal-passiġġieri

(46)

Fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa, il-PSA u l-FCA jqassmu l-vetturi tagħhom fiż-ŻEE jew permezz tas-sussidjarji tagħhom stess li jqassmu biss il-vetturi tagħhom, jew permezz ta’ importaturi indipendenti. Il-PSA u l-FCA ma jqassmux vetturi ta’ OEMs oħra. Minħabba li f’ħafna Stati Membri waħda mill-Partijiet jew it-tnejn li huma jwettqu d-distribuzzjoni tagħhom permezz ta’ importaturi indipendenti, l-attivitajiet bl-ingrossa tagħhom jikkoinċidu biss fi 13-il Stat Membru.

(47)

Peress li l-Partijiet għandhom il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom stess li ma jikkoinċidux, irrispettivament mill-ishma tas-suq tal-Partijiet, it-Tranżazzjoni Proposta mhux se jkollha impatt fuq l-istruttura kompetittiva tas-swieq bl-ingrossa. Fi kliem ieħor, l-FCA tiddistribwixxi biss vetturi tal-FCA lin-networks ta’ distribuzzjoni tagħha. Fil-kuntest ta’ dan il-bejgħ, hija ma tikkompetix mal-PSA, li tiddistribwixxi biss il-vetturi PSA lin-networks tagħha stess. L-iktar l-iktar, jista’ jingħad li l-Partijiet qed jikkompetu għas-suq f’dawk l-okkażjonijiet meta jfittxu bejjiegħa speċjalizzati ġodda f’ċerti żoni. Għalhekk, kwalunkwe telf ta’ kompetizzjoni minħabba t-Tranżazzjoni Proposta jkun ferm aktar limitat minn kwalunkwe telf ta’ kompetizzjoni fis-swieq tal-manifattura u tal-provvista.

(48)

Għad-distribuzzjoni bl-ingrossa tal-vetturi kummerċjali ħfief biss, is-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet ma jaqbiżx il-50 % fl-ebda Stat Membru. F’pajjiżi bl-ogħla sehem tas-suq ikkombinat kif ukoll f’pajjiżi bl-ogħla żieda, wara l-fużjoni se jkun hemm mill-inqas erba’ kompetituri, kollha kemm huma OEMs b’saħħithom kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak taż-ŻEE, b’networks ta’ distribuzzjoni wiesgħa.

(49)

Għad-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ karozzi tal-passiġġieri biss, is-sehem tas-suq ikkombinat tal-Partijiet ma jaqbiżx l-40 % fl-ebda Stat Membru u ż-żieda ma taqbiżx l-10 %, ħlief fl-Italja. Madankollu, fl-Italja xorta jkun hemm ħames kompetituri wara l-amalgamazzjoni u tnejn b’sehem mis-suq simili għaż-żieda. Għal darb’oħra, in-networks tad-distribuzzjoni tas-suq tal-Partijiet ma jikkoinċidux, li jfisser li t-telf tal-kompetizzjoni li jirriżulta mit-Tranżazzjoni Proposta jkun limitat.

(50)

Għad-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief it-tnejn f’daqqa l-istruttura tas-suq hija kemxejn agħar milli dik għall-karozzi tal-passiġġieri, iżda mhux differenti b’mod sinifikanti. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tas-suq għad-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief, irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq.

Distribuzzjoni bl-imnut tal-vetturi kummerċjali ħfief u tal-karozzi tal-passiġġieri

(51)

Il-Kummissjoni tinnota li ż-żewġ Partijiet għandhom il-mezzi ta’ distribuzzjoni tagħhom stess li ma jikkoinċidux, peress li t-tnejn huma attivi biss fid-distribuzzjoni tal-ditti tagħhom stess. Barra minn hekk, la qabel it-Tranżazzjoni u lanqas wara t-Tranżazzjoni, il-manifatturi f’kompetizzjoni mhumiex se jiddependu fuq il-mezzi ta’ distribuzzjoni tal-PSA jew tal-FCA.

(52)

Il-partijiet iqassmu l-vetturi tagħhom jew permezz tal-bejjiegħa speċjalizzati tagħhom jew permezz ta’ bejjiegħa speċjalizzati indipendenti. Il-preżenza tagħhom fid-distribuzzjoni bl-imnut fiż-ŻEE hija madankollu minuri peress li l-biċċa l-kbira tal-bejjiegħa speċjalizzati tal-PSA u tal-FCA huma indipendenti. Barra minn hekk, iż-żewġ Partijiet jagħmlu xi bejgħ dirett lill-klijenti finali.

(53)

Fil-livell nazzjonali, l-uniku suq affettwat li jirriżulta huwa dak tad-distribuzzjoni bl-imnut tal-vetturi kummerċjali ħfief fil-Portugall, fejn il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tad-distribuzzjoni bl-imnut tal-vetturi kummerċjali ħfief minħabba s-sehem tas-suq ikkombinat relattivament baxx, iż-żieda żgħira ħafna, u l-fatt li l-Partijiet se jkomplu jiffaċċjaw kompetizzjoni b’saħħitha kemm minn bejjiegħa speċjalizzati li jqassmu marki ta’ OEMs oħra li huma indipendenti jew li mhumiex, kif ukoll minn bejjiegħa speċjalizzati indipendenti li jqassmu vetturi tal-PSA u tal-FCA.

(54)

Fil-livell lokali, iż-żoni ta’ kummerċ lokali li ġejjin huma swieq affettwati: (i) id-distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi tal-passiġġieri f’Valencia, Spanja; (ii) id-distribuzzjoni bl-imnut tal-vetturi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief f’Valencia, Spanja; (iii) id-distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi kummerċjali ħfief f’Villeneuve d’Ascq, Franza; (iv) iddistribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi kummerċjali ħfief f’Boulogne Billancourt, Franza; u (v) id-distribuzzjoni bl-imnut ta’ vetturi kummerċjali ħfief f’Sevilja, Spanja;

(55)

Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet, irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq, ikun inqas minn 25 % b’żieda ta’ inqas minn 5 %, ħlief għal Sevilja. Madankollu f’Sevilja, is-sehem mis-suq ma jaqbiżx l-40 % u fi kwalunkwe każ, il-Partijiet se jkomplu jiffaċċjaw kompetizzjoni qawwija kemm minn bejjiegħa speċjalizzati li jqassmu marki ta’ OEMs oħra li huma indipendenti jew li mhumiex, kif ukoll minn bejjiegħa speċjalizzati indipendenti li jqassmu l-vetturi tal-PSA u tal-FCA anki fiż-żona ta’ kummerċ lokali ta’ Sevilja.

(56)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma xxekkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fir-rigward tas-suq għad-distribuzzjoni bl-imnut ta’ karozzi tal-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali ħfief, irrispettivament mid-definizzjoni tas-suq.

Komponenti tal-vetturi

(57)

Il-komponenti tal-vetturi huma input fil-manifattura ta’ vetturi ħfief (il-vetturi tal-passiġġieti u l-vetturi kummerċjali ħfief). Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni minħabba r-raġunijiet li ġejjin.

(58)

L-entità fuża ma jkollhiex il-kapaċità li tinvolvi ruħha fil-preklużjoni tal-inputs fiż-ŻEE u lanqas l-inċentiv li tagħmel hekk, peress li (i) Faurecia għandha ishma mis-suq moderati fis-swieq tar-recliners, tal-apparati li jaġġustaw it-tul, tas-sistemi tal-egżost u l-hot ends taħt kwalunkwe definizzjoni plawżibbli tas-suq, (ii) għadd sinifikanti ta’ kompetituri huma attivi f’dawn is-swieq upstream li jistgħu jipprovdu dawn il-komponenti lill-OEMs u (iii) ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq tal-Fażi I juru li hemm kapaċità żejda fis-swieq tar-recliners, tal-apparati li jaġġustaw it-tul, tas-sistemi tal-egżost u l-hot ends.

(59)

L-entità fuża ma jkollhiex il-kapaċità li tinvolvi ruħha fil-preklużjoni tal-inputs fir-rigward ta’ servizzi ta’ assemblaġġ tad-dashboards u tal-consoles ċentrali fiż-ŻEE jew fid-dinja, u lanqas l-inċentiv li tagħmel hekk, peress li (i) Faurecia tikkompeti mhux biss ma’ fornituri esterni oħra ta’ servizzi ta’ assemblaġġ tad-dashboards u tal-consoles ċentrali, iżda wkoll ma’ OEMs, li ħafna minnhom jimmontaw dawn il-moduli internament, (ii) anki f’suq merkantili, għadd ta’ kompetituri kredibbli huma attivi fis-suq upstream li jista’ joffri servizzi ta’ assemblaġġ tad-dashboards u tal-consoles ċentrali lill-OEMs u (iii) ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq tal-Fażi I juru li hemm kapaċità żejda fis-suq merkantili għas-servizzi ta’ assemblaġġ tad-dashboards u tal-consoles ċentrali.

(60)

Fl-aħħar nett, l-entità fuża ma jkollhiex il-kapaċità li tinvolvi ruħha fil-preklużjoni tal-aċċess għall-klijenti fir-rigward ta’ recliners, apparati li jaġġustaw it-tul, sistemi tal-egżost u hot ends, servizzi ta’ assemblaġġ tad-dashboards u servizzi ta’ assemblaġġ tal-consoles ċentrali fiż-ŻEE jew fid-dinja, u lanqas l-inċentiv li tagħmel hekk, peress li (i) għadd sinifikanti ta’ atturi huma attivi fis-suq downstream tal-manifattura u l-provvista ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief li jixtru dawn il-komponenti u s-servizzi ta’ assemblaġġ (ii) l-impatt limitat tat-Tranżazzjoni Proposta fuq l-istruttura tas-suq u iii) l-evidenza li tissuġġerixxi li l-OEMs jippreferu jakkwistaw mingħand diversi fornituri.

Finanzjament tal-vetturi u s-servizzi relatati

(61)

Fis-swieq tal-finanzjament tal-vetturi l-Partijiet jipprovdu l-finanzjament tal-vetturi u s-servizz relatat permezz ta’ kumpaniji ta’ finanzjament ristretti (“CFCs”, captive finance companies). L-istrateġija kummerċjali ewlenija tas-CFCs hija li tgħin lill-gruppi tal-vetturi rispettivi tagħhom ibigħu aktar vetturi billi joffru programmi ta’ finanzjament kompetittivi permezz ta’ bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi bi frankiġja.

(62)

Is-swieq affettwati jirriżultaw biss b’rabta mas-self għal vetturi bil-mutur fl-Italja u s-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi fi Franza, l-Italja, in-Netherlands u Spanja.

(63)

Minħabba ż-żieda negliġibbli u s-sehem mis-suq ikkombinat limitat tal-Partijiet fis-suq għal self għal vetturi bil-mutur fl-Italja fuq bażi ta’ bejgħ mhux ristrett biss, u s-sehem relattivament baxx tas-suq ikkombinat fuq bażi ta’ bejgħ ristrett u mhux ristrett, it-Tranżazzjoni Proposta x’aktarx li ma jkollha l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni fis-suq tas-self għal vetturi bil-mutur.

Self lill-bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi

(64)

Is-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet (ristrett u mhux ristrett f’daqqa) fis-suq għas-self lil bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi huwa ta’ [30-40]% (Franza), [40-50]% (l-Italja), [20-30]% (in-Netherlands) u [20-30]% (Spanja),abbażi tal-ishma mis-suq li l-Partijiet għandhom f’suq ikkombinat għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief.

(65)

Minħabba li l-attivitajiet tal-Partijiet jikkoinċidu biss sa ċertu punt peress li b’mod partikolari ħafna mis-self tas-CFCs tal-PSA huwa ristrett, it-Tranżazzjoni Proposta għalhekk mhux probabbli li jkollha xi impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni fis-suq tas-self għall-bejjiegħa speċjalizzati tal-karozzi jekk dan it-tip ta’ suq jitqies.

Konklużjoni

(66)

Għaldaqstant id-deċiżjoni tikkonkludi li t-Tranżazzjoni Proposta tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern fir-rigward tas-swieq tal-vetturi kummerċjali ħfief żgħar fil-Belġju, fiċ-Ċekja, fi Franza, fil-Greċja, fl-Italja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Portugall u fis-Slovakkja peress li x’aktarx ixxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’dawn is-swieq.

(67)

Fir-rigward tas-swieq l-oħra kollha, il-Kummissjoni tqis li t-Tranżazzjoni Proposta ma twassalx għal impediment sinifikanti fil-kompetizzjoni effettiva.

IV   IMPENJI

(68)

Sabiex jindirizzaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fis-suq għall-manifattura u l-bejgħ ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar, il-Partijiet ippreżentaw l-Impenji Finali, inklużi xi modifiki biex jitqiesu r-riżultati tal-eżami tas-suq, kif deskritt hawn taħt.

(69)

L-Impenji Finali fihom miżura korrettiva fuq żewġ binarji. L-ewwel parti tal-miżura korrettiva tikkonsisti f’estensjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni attwalment fis-seħħ bejn il-PSA u t-Toyota Motor Europe (“TME”, Toyota Motor Europe) (il-“miżura korrettiva li tirrigwarda l-kooperazzjoni mat-Toyota”).

(70)

Il-PSA bħalissa tipprovdi mudelli ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar u medji – u l-verżjonijiet korrispondenti tal-karozzi tal-passiġġieri tas-“segment M” taż-żewġ mudelli – lit-Toyota biex tbigħhom bl-isem tagħha. Fir-rigward ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar, il-kooperazzjoni fis-seħħ tistabbilixxi li l-PSA tipprovdi lit-Toyota b’mudell ta’ vettura kummerċjali ħafifa żgħira (it-Toyota ProAce City) biex it-Toyota tbigħha bl-isem tagħha.

(71)

Il-“miżura korrettiva marbuta mal-kooperazzjoni tat-Toyota” tikkonsisti f’żieda fil-kapaċità ta’ vetturi kummerċjali ħfief żgħar riżervati għat-Toyota skont il-ftehim ta’ kooperazzjoni eżistenti u tnaqqis fil-prezzijiet tal-vetturi, tal-ispare parts u tal-aċċessorji relatati ma’ din iż-żieda fil-kapaċità.

(72)

It-tieni parti tal-miżura korrettiva tikkonsisti f’emenda fil-ftehimiet dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief fis-seħħ bejn il-PSA, l-FCA u n-networks ta’ tiswija tagħhom sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal OEMs terzi għan-networks tat-tiswija u tal-manutenzjoni tal-FCA u l-PSA għall-vetturi kummerċjali ħfief (il-“miżura korrettiva għan-networks tat-tiswija”). Il-miżura korrettiva għan-networks tat-tiswija tapplika biss għall-garaxxijiet tat-tiswija li jinsabu fil-Belġju, fiċ-Ċekja, fi Franza, fil-Greċja, fl-Italja, fil-Litwanja, fil-Portugall, fil-Polonja u fis-Slovakkja.

(73)

Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-Impenji Finali jindirizzaw b’mod adegwat it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fir-raġunijiet prinċipali li ġejjin:

(74)

Il-miżura korrettiva tippermetti lit-Toyota tilħaq sehem mis-suq fiż-ŻEE li huwa ekwivalenti għas-sehem tas-suq attwali tal-FCA fiż-ŻEE.

(75)

L-iskont ipprovdut mill-PSA lit-Toyota għaż-żieda fil-kapaċità jpoġġi lit-Toyota f’pożizzjoni aħjar meta tbigħ dawn il-vetturi fis-suq. L-ipprezzar għaż-żieda fil-kapaċità huwa strutturat b’tali mod li jinċentiva b’mod effettiv lit-Toyota biex tbigħ dawn il-volumi marġinali addizzjonali.

(76)

Il-PSA se tagħti wkoll lit-Toyota aktar skontijiet fuq l-ispare parts u l-aċċessorji. Dan ifisser li t-Toyota tista’ tipprezza l-vettura b’mod aktar aggressiv meta tbigħha.

(77)

Il-parti tal-miżura korrettiva marbuta mat-tiswija tiffaċilita l-aċċess għan-networks ta’ tiswija u ta’ servizz li għandhom l-għan li joffru aċċess għal netwerk ta’ servizzi lil parteċipanti ġodda minflok OEMs stabbiliti bin-networks tagħhom stess.

V.   KONKLUŻJONI

(78)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, suġġett għal konformità totali mal-Impenji Finali tal-Partijiet fis-27 ta’ Ottubru 2020, it-Tranżazzjoni proposta mhux se timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiddikjara li l-konċentrazzjoni hija kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/24


Avviż dwar l-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi ta’ kopertura stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

(2021/C 423/11)

Skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/103/KE (1) dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-ammonti stabbiliti f’euro fl-Artikolu 9(1) ġew riveduti fl-2020 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (2) (HICP) li jinkludi l-Istati Membri kollha, kif ippubblikat mill-Eurostat.

B’riżultat tar-rieżami, l-ammonti stabbiliti f’euro huma kif ġej:

fil-każ ta’ korriment personali, l-ammont minimu ta’ kopertura jiżdied għal EUR 1 300 000 għal kull vittma jew EUR 6 450 000 għal kull pretensjoni, ikun xi jkun in-numru ta’ vittmi;

fil-każ ta’ ħsara fuq il-proprjetà, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 300 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun in-numru tal-vittmi.


(1)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

(2)  Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tad-djar, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95.


19.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/25


Avviż dwar l-adattament f’konformità mal-inflazzjoni tal-ammonti stabbiliti fid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

(2021/C 423/12)

Skont l-Artikolu 300 tad-Direttiva 2009/138/KE (1), l-ammonti espressi f’euro fid-Direttiva għandhom jiġu riveduti kull ħames snin, billi jiżdied l-ammont bażi f’euro bil-bidla perċentwali fl-Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur tal-Istati Membri kollha, kif ippubblikati mill-Kummissjoni (Eurostat) mill-31 ta’ Diċembru 2015 sad-data tar-reviżjoni u arrotondati għal multiplu ta’ EUR 100 000, sakemm il-bidla perċentwali ma tkunx inqas minn 5 %. Għalhekk, l-ewwel reviżjoni tal-ammonti għandha ssir filwaqt li titqies iż-żieda tal-Indiċi msemmi b’referenza għall-perjodu bejn l-31 ta’ Diċembru 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2020.

Bħala riżultat tar-rieżami, l-ammonti riveduti huma dawn li ġejjin:

a)

Fl-Artikolu 4(1), fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni minħabba d-daqs:

fil-punt (a), EUR 5 miljun huma sostitwiti b’EUR 5 400 000;

fil-punti (b) u (c), EUR 25 miljun huma sostitwiti b’EUR 26 600 000; u

fil-punt (e), EUR 0,5 miljun huma sostitwiti b’EUR 600 000 u EUR 2,5 miljun huma sostitwiti b’EUR 2 700 000.

b)

Fl-Artikolu 13, fir-rigward tad-definizzjoni ta’ riskji kbar stabbilita fil-punt (27), taħt l-ittra (c):

fis-subpunt (i), EUR 6,2 miljun huma sostitwiti b’EUR 6 600 000; u

fis-subpunt (ii), EUR 12,8 miljun huma sostitwiti b’EUR 13 600 000.

c)

Fl-Artikolu 129(1), il-punt (d) fir-rigward tal-limitu minimu assolut għall-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali Minimu:

fis-subpunt (i), EUR 2 500 000 jinbidel b’EUR 2 700 000 u EUR 3 700 000 jinbidel b’EUR 4 000 000;

fis-subpunt (ii), EUR 3 700 000 jinbidel b’EUR 4 000 000; u

fis-subpunt (iii), EUR 3 600 000 jinbidel b’EUR 3 900 000 u EUR 1 200 000 jinbidel b’EUR 1 300 000.

L-ammonti riveduti għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri sa id-19 ta’ Ottubru 2022.


(1)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).