ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 338

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
23 ta' Awwissu 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2021/C 338/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 338/02

Kawża C-428/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – OL, PM, RO vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 96/71/KEE – Artikolu 1(1) u l-Artikoli 3 u 5 – Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi – Xufiera li jaħdmu fi trasport internazzjonali – Osservanza tar-rata minima ta’ ħlas fil-pajjiż ta’ kollokament – Allowance ta’ kuljum – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 10 – Remunerazzjoni mogħtija lill-impjegati skont il-fjuwil ikkonsmat)

2

2021/C 338/03

Kawża C-695/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – Il-Portugall) – Rádio Popular – Electrodomésticos, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Eżenzjonijiet – Artikolu 135(1)(a) – Kunċetti ta’ tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u servizzi relatati ta’ brokers u ta’ aġenti tal-assigurazzjoni – Artikolu 174(2) – Dritt għal tnaqqis – Tnaqqis pro rata – Estensjoni tal-garanzija li tirrigwarda apparati elettrodomestiċi u tagħmir ieħor fil-qasam tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni – Kunċett ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji)

3

2021/C 338/04

Kawża C-830/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – C.J. vs Région wallonne (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Fond Agrikolu Ewropew għall Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (UE) Nru 1305/2013 – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014 – Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ – Żvilupp tal azjendi agrikoli – Appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi għal bdiewa żgħażagħ – Kundizzjonijiet għall-aċċess – Ekwivalenza – Installazzjoni bħala kap mhux uniku ta’ azjenda – Limiti massimi – Iffissar – Kriterji – Produzzjoni standard tal-azjenda agrikola)

4

2021/C 338/05

Kawża C-937/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Ġermanija) – KA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 1072/2009 – Artikolu 1(5)(d) – Artikolu 8 – Trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq li jitlaq minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor – Trasport b’kabotaġġ wara dan it-trasport internazzjonali fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru – Restrizzjonijiet – Rekwiżit ta’ liċenzja Komunitarja u, jekk ikun il-każ, ta’ awtorizzazzjoni ta’ trasport – Eċċezzjonijiet – Trasport b’kabotaġġ wara trasport internazzjonali għall-kont proprju – Kundizzjonijiet)

4

2021/C 338/06

Kawża C-71/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Proċeduri kriminali kontra VAS Shipping ApS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 u 54 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati fuq bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru jkollhom permess ta’ xogħol f’dan l-Istat Membru – Eċċezzjoni għall-bastimenti li ma jidħlux f’portijiet tal-Istat Membru iktar minn 25 darba f’perijodu ta’ sena – Restrizzjoni – Artikolu 79(5) TFUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-volumi ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minn pajjiżi terzi, fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat bil-għan li jfittxu xogħol bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha hemmhekk)

5

2021/C 338/07

Kawża C-120/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – Il-Polonja) – Koleje Mazowieckie – KM Sp. z o.o. vs Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa obecnie Minister Infrastruktury i Prezes Urzędu Transportu Kolejowego, PKP Polskie Linie Kolejowe S.A. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport ferrovjarju – Allokazzjoni tal kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja u tarifikazzjoni għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja – Direttiva 2001/14/KE – Artikolu 4(5) – Tarifikazzjoni – Artikolu 30 – Korp regolatorju nazzjonali inkarigat milli jiżgura l-konformità tat tariffi għall-użu tal-infrastruttura ma’ din id-direttiva – Kuntratt ta’ użu ta’ infrastruttura konkluż bejn l-amministratur tal-infrastruttura u impriża ferrovjarja – Traspożizzjoni inkorretta – Responsabbiltà tal-Istat – Talba għad danni – Riferiment minn qabel lill-korp regolatorju nazzjonali)

6

2021/C 338/08

Kawża C-166/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – BB vs Lietuvos Respublikos sveikatos apsaugos ministerija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali – Direttiva 2005/36/KE – Artikolu 1 u Artikolu 10(b) – Kwalifiki professjonali miksuba f’diversi Stati Membri – Kundizzjonijiet għall-kisba – Assenza ta’ prova ta’ kwalifiki formali – Artikoli 45 u 49 TFUE – Ħaddiema – Libertà ta’ stabbiliment)

7

2021/C 338/09

Kawża C-178/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Pharma Expressz Szolgáltató és Kereskedelmi Kft vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-merkanzija – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Direttiva 2001/83/KE – Artikoli 5(1), 6(1) u 70 sa 73 – Prodotti mediċinali awtorizzati fl-ewwel Stat Membru – Klassifikazzjoni bħala prodotti mediċinali mhux suġġetti għal riċetta medika – Bejgħ fl-ispiżeriji tat-tieni Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis suq fih – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi notifika lill-awtorità kompetenti u dikjarazzjoni tagħha dwar l-użu ta’ dan il-prodott mediċinali – Artikolu 34 TFUE – Restrizzjoni kwantitattiva)

8

2021/C 338/10

Kawża C-295/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – Sanresa UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart – Direttiva 2014/24/UE – Artikoli 58 u 70 – Klassifikazzjoni tal-obbligu għall-operatur li jkollu kunsens bil-miktub mogħti minn qabel għall-vjeġġi ta’ skart transkonfinali – Kundizzjoni għat-twettiq tal-kuntratt)

8

2021/C 338/11

Kawża C-330/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fis-27 ta’ Mejju 2021 – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat

9

2021/C 338/12

Kawża C-344/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Paris (Franza) fit-2 ta’ Ġunju 2021 – AA, BB, miżżewġa lil AA, Groupe AA SNC, SI, AM, RH, RT, OE, MD, CJ, MI, Brouard-Daude SCP, fil-persuna tal-avukat Xavier Brouard fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju għal Groupe AA SNC vs Allianz Bank SA, Allianz France SA, aventi kawża ta’ Métropole SA, Abitbol & Rousselet SCP, fil-persuna tal-avukat Frédéric Abitbol fil-kwalità ta’ amministratur ġudizzjarju għal Groupe AA SNC, BDR & Associés, fil-persuna tal-avukat Xavier Brouard fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju għal Groupe AA SNC, SELAFA MJA, fil-persuna tal-avukat Jérôme Pierrel ko-stralċjarju ġudizzjarju għal AA, SELARL Axym, fil-persuna tal-avukat Didier Courtoux ko-stralċjarju ġudizzjarju għal AA, Bibus SA, li kienet Matinvest, Allianz I.A.R.D. SA, aventi kawża ta’ Métropole SA

10

2021/C 338/13

Kawża C-347/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra DD

12

2021/C 338/14

Kawża C-348/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra HYA et

12

2021/C 338/15

Kawża C-349/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra HYA et

13

2021/C 338/16

Kawża C-350/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali

13

2021/C 338/17

Kawża C-351/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-justice de paix du canton de Forest (il-Belġju) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ZG vs Beobank SA

14

2021/C 338/18

Kawża C-358/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 338/19

Kawża T-692/15 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – HTTS vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Preskrizzjoni – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

16

2021/C 338/20

Kawża T-587/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – HM vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni – Talba għal eżami mill-ġdid – Rifjut li tittrażmetti din it-talba lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali għal raġuni ta’ tardività – Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla – Interess ġuridiku)

17

2021/C 338/21

Kawża T-455/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Bateni vs Il-Kunsill (Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Preskrizzjoni – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

17

2021/C 338/22

Kawża T-648/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Nike European Operations Netherlands u Converse Netherlands vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Nike – Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Prinċipju ta’ distakkament – Vantaġġ – Natura selettiva – Ugwaljanza fit-trattament – Amministrazzjoni tajba – Eżami preliminari insuffiċjenti – Diffikultajiet serji – Obbligu ta’ motivazzjoni)

18

2021/C 338/23

Kawża T-680/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Settur tal-enerġija – Leġiżlazzjoni Irlandiża dwar it-taxxa fuq il-proprjetà tal-impriżi – Metodu tal-kalkolu tal-ammont tat-taxxa dovuta mill-produtturi tal-elettriku mill-karburanti – Ilment tal-operaturi ta’ parks eoliċi – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Diffikultajiet serji – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati)

19

2021/C 338/24

Kawża T-28/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – ID vs SEAE (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Deċiżjoni ta’ tkeċċija qabel tmiem il-perijodu ta’ prova – Inkompetenza manifesta – Kondotta mhux xierqa – Article 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra)

19

2021/C 338/25

Kawża T-205/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Frommer vs EUIPO – Minerva (I-cosmetics) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea I-cosmetics – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

20

2021/C 338/26

Kawża T-386/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Micron Technology vs EUIPO (INTELLIGENCE, ACCELERATED) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTELLIGENCE, ACCELERATED – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

20

2021/C 338/27

Kawża T-492/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Luminarju) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta luminarju – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw ors tal-plaxx – Raġuni għal invalidità – Artikolu 25(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

21

2021/C 338/28

Kawża T-777/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2021 – Bourel et vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni ta’ parks eoliċi – Miżuri individwali ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur diversi parks eoliċi marittimi – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Bidu tax-xogħlijiet – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

22

2021/C 338/29

Kawża T-728/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2021 – OM vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċċjali – Sigurtà soċjali – RCAM – Rimbors ta’ spejjeż mediċi – Ċaħda tat-talba – Ċaħda tal-ilment – Sostituzzjoni tal-motivi – Tressiq ta’ ilment ieħor – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà)

22

2021/C 338/30

Kawża T-75/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2021 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Regolament (UE) 2017/1939 – Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall – Terminu għall-preżentata tar-rikors – Bidu tad-dekorrenza – Inammissibbiltà)

23

2021/C 338/31

Kawża T-349/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2021 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

23

2021/C 338/32

Kawża T-358/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2021 – Hotel Cipriani vs EUIPO – Altunis (CIPRIANI FOOD)

25

2021/C 338/33

Kawża T-359/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2021 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

25

2021/C 338/34

Kawża T-366/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2021 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)

26

2021/C 338/35

Kawża T-369/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2021 – Unimax Stationery vs EUIPO – Mitsubishi Pencil (uni)

27

2021/C 338/36

Kawża T-373/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2021 – Etablissements Nicolas vs EUIPO – St. Nicolaus (NICOLAS)

28

2021/C 338/37

Kawża T-376/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2021 – Instituto Cervantes vs Il-Kummissjoni

28

2021/C 338/38

Kawża T-380/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2021 – Flybe vs Il-Kummissjoni

29

2021/C 338/39

Kawża T-383/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2021 – Banque postale vs CRU

30

2021/C 338/40

Kawża T-384/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Confédération nationale du Crédit Mutuel et vs SRB

31

2021/C 338/41

Kawża T-385/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BPCE et vs BUR

32

2021/C 338/42

Kawża T-386/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Crédit agricole and Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

33

2021/C 338/43

Kawża T-387/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Société générale et vs CRU

34

2021/C 338/44

Kawża T-388/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Crédit agricole et vs SRB

35

2021/C 338/45

Kawża T-397/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BNP Paribas vs SRB

35

2021/C 338/46

Kawża T-398/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2021 – Ryanair u Ryanair Sun vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 338/47

Kawża T-401/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – KN vs Il-Parlament

37

2021/C 338/48

Kawża T-405/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Dexia Crédit Local vs SRB

38

2021/C 338/49

Kawża T-406/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2021 – Credit Suisse Group and Credit Suisse Securities (Europe) vs Il-Kummissjoni Ewropea

39

2021/C 338/50

Kawża T-407/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2021 – PB vs Il-Kummisjoni

40

2021/C 338/51

Kawża T-408/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2021 – HB vs Il-Kummissjoni

41

2021/C 338/52

Kawża T-418/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2021 – Alauzun et vs Il-Kummissjoni u EMA

42

2021/C 338/53

Kawża T-420/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2021 – Cargolux vs Il-Kummissjoni

43

2021/C 338/54

Kawża T-426/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 –Assaad vs Il-Kunsill

44


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 338/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 329, 16.8.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 320, 9.8.2021

ĠU C 310, 2.8.2021

ĠU C 297, 26.7.2021

ĠU C 289, 19.7.2021

ĠU C 278, 12.7.2021

ĠU C 263, 5.7.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – OL, PM, RO vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt.

(Kawża C-428/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 96/71/KEE - Artikolu 1(1) u l-Artikoli 3 u 5 - Kollokament ta’ ħaddiema mwettaq fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi - Xufiera li jaħdmu fi trasport internazzjonali - Osservanza tar-rata minima ta’ ħlas fil-pajjiż ta’ kollokament - Allowance ta’ kuljum - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 10 - Remunerazzjoni mogħtija lill-impjegati skont il-fjuwil ikkonsmat)

(2021/C 338/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OL, PM, RO

Konvenuta: Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt.

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar [il-kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi għandha tiġi interpretata fis-sens li hija applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi tranżnazzjonali fis-settur tat-trasport bit-triq.

2)

L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71, moqrija flimkien mal-Artikolu 5 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li l-ksur, mill-persuna li timpjega stabbilita fi Stat Membru, tad-dispożizzjonijiet ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ salarju minimu jista’ jiġi invokat kontra din il-persuna li timpjega minn ħaddiema kkollokati tal-ewwel Stat Membru, quddiem qorti ta’ dan l-Istat Membru, jekk din ikollha ġurisdizzjoni.

3)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 96/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li allowance ta’ kuljum li l-ammont tagħha jvarja skont it-tul tal-kollokament tal-ħaddiem tikkostitwixxi allowance speċifika għall-kollokament li tagħmel parti mis-salarju minimu, sakemm ma titħallasx bħala rimbors tal-ispejjeż effettivament sostnuti minħabba l-kollokament, bħalma huma l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni jew tal-ikel jew sakemm ma tikkorrispondix għal żieda li timmodifika r-relazzjoni bejn ix-xogħol tal-ħaddiem, minn naħa, u l-korrispettiv li dan jirċievi, min-naħa l-oħra.

4)

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, li impriża tat-trasport bit-triq tagħti lix-xufiera bonus ikkalkolat fuq l-ekonomiji mwettqa fil-forma ta’ tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil b’rabta mat-traġitt imwettaq. Madankollu, tali bonus jikser il-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni jekk, minflok ma jkun marbut biss mal-ekonomija fl-użu tal-fjuwil, jikkumpensa tali ekonomija skont id-distanza koperta u/jew skont il-volum tal-merkanzija li għandha tiġi ttrasportata skont modalitajiet li jinċentivaw lix-xufier jaġixxi b’mod li jista’ jikkomprometti s-sigurtà fit-toroq jew iwettaq ksur tar-Regolament Nru 561/2006.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – Il-Portugall) – Rádio Popular – Electrodomésticos, SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-695/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Eżenzjonijiet - Artikolu 135(1)(a) - Kunċetti ta’ tranżazzjonijiet ta’ “assigurazzjoni” u “servizzi relatati ta’ brokers u ta’ aġenti tal-assigurazzjoni” - Artikolu 174(2) - Dritt għal tnaqqis - Tnaqqis pro rata - Estensjoni tal-garanzija li tirrigwarda apparati elettrodomestiċi u tagħmir ieħor fil-qasam tal-informatika u tat-telekomunikazzjoni - Kunċett ta’ “tranżazzjonijiet finanzjarji”)

(2021/C 338/03)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rádio Popular – Electrodomésticos, SA

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 174(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 135(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal tranżazzjonijiet ta’ intermedjazzjoni fil-bejgħ ta’ estensjonijiet ta’ garanzija li jitwettqu minn persuna taxxabbli fil-kuntest tal-attività prinċipali tagħha li tikkonsisti fil-bejgħ lill-konsumatur ta’ apparati elettrodomestiċi u ta’ tagħmir ieħor fil-qasam tal-informatika u ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni, b’tali mod li l-ammont tal-valur tal-bejgħ relatat ma’ dawn it-tranżazzjonijiet ma għandux ikun eskluż mid-denominatur tal-frazzjoni użata għall-kalkolu tal-proporzjon imnaqqas previst fl-Artikolu 174(1) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 406, 02.12.2019.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Namur – il-Belġju) – C.J. vs Région wallonne

(Kawża C-830/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew għall Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (UE) Nru 1305/2013 - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 807/2014 - Stabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ - Żvilupp tal azjendi agrikoli - Appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi għal bdiewa żgħażagħ - Kundizzjonijiet għall-aċċess - Ekwivalenza - Installazzjoni bħala kap mhux uniku ta’ azjenda - Limiti massimi - Iffissar - Kriterji - Produzzjoni standard tal-azjenda agrikola)

(2021/C 338/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C.J.

Konvenut: Région wallonne

Dispożittiv

L-Artikoli 2, 5 u 19 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, ikkunsidrati flimkien mal-Artikoli 2 u 5 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-kriterju ta’ determinazzjoni tal-limitu massimu li jippermetti lil bidwi żagħżugħ, li jistabbilixxi ruħu bħala kap mhux uniku tal-azjenda, jaċċedi għall-appoġġ maħsub għall-ħolqien ta’ impriżi huwa dak tal-produzzjoni grossa standard tal-azjenda agrikola kollha, u mhux biss tal-parti ta’ dan il-bidwi żagħżugħ f’din l-azjenda.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Köln – il-Ġermanija) – KA

(Kawża C-937/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1072/2009 - Artikolu 1(5)(d) - Artikolu 8 - Trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq li jitlaq minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor - Trasport b’kabotaġġ wara dan it-trasport internazzjonali fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru - Restrizzjonijiet - Rekwiżit ta’ liċenzja Komunitarja u, jekk ikun il-każ, ta’ awtorizzazzjoni ta’ trasport - Eċċezzjonijiet - Trasport b’kabotaġġ wara trasport internazzjonali għall-kont proprju - Kundizzjonijiet)

(2021/C 338/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

KA

fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Köln, Bundesamt für Güterverkehr

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur li jkun wettaq trasport internazzjonali ta’ merkanzija għall-kont proprju, fis-sens tal-Artikolu 1(5)(d) ta’ dan ir-regolament, li jitlaq minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor, huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 8(6) tal-imsemmi regolament, iwettaq trasport b’kabotaġġ wara dan it-trasport internazzjonali fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat Membru, bil-kundizzjoni madankollu li jiġu osservati l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8(2) sa (4) tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Proċeduri kriminali kontra VAS Shipping ApS

(Kawża C-71/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li ċittadini ta’ pajjiżi terzi impjegati fuq bastiment li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru jkollhom permess ta’ xogħol f’dan l-Istat Membru - Eċċezzjoni għall-bastimenti li ma jidħlux f’portijiet tal-Istat Membru iktar minn 25 darba f’perijodu ta’ sena - Restrizzjoni - Artikolu 79(5) TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-volumi ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, minn pajjiżi terzi, fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat bil-għan li jfittxu xogħol bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha hemmhekk)

(2021/C 338/06)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Parti fil-kawża prinċipali

VAS Shipping ApS Suġġett

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE, ikkunsidrat fid-dawl tal-Artikolu 79(5) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-membri tal-ekwipaġġ, ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ta’ bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ dan l-Istat Membru u miżmum, direttament jew indirettament, minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, għandu jkollhom permess ta’ xogħol f’dan l-ewwel Stat Membru, sakemm il-bastiment ikkonċernat ma jkunx daħal hemmhekk għal iktar minn 25 darba matul sena.


(1)  ĠU C 137, 27.4.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – Il-Polonja) – Koleje Mazowieckie – KM Sp. z o.o. vs Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa obecnie Minister Infrastruktury i Prezes Urzędu Transportu Kolejowego, PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

(Kawża C-120/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport ferrovjarju - Allokazzjoni tal kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja u tarifikazzjoni għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 4(5) - Tarifikazzjoni - Artikolu 30 - Korp regolatorju nazzjonali inkarigat milli jiżgura l-konformità tat tariffi għall-użu tal-infrastruttura ma’ din id-direttiva - Kuntratt ta’ użu ta’ infrastruttura konkluż bejn l-amministratur tal-infrastruttura u impriża ferrovjarja - Traspożizzjoni inkorretta - Responsabbiltà tal-Istat - Talba għad danni - Riferiment minn qabel lill-korp regolatorju nazzjonali)

(2021/C 338/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Koleje Mazowieckie – KM Sp. z o.o.

Konvenuti: Skarb Państwa – Minister Infrastruktury i Budownictwa obecnie Minister Infrastruktury i Prezes Urzędu Transportu Kolejowego, PKP Polskie Linie Kolejowe S.A.

Fil-preżenza ta’: Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO)

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas 26 ta’ Frar 2001 fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha kif ukoll l-Artikolu 30 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li qorti ordinarja ta’ Stat Membru tiddeċiedi fuq azzjoni għad-danni li jirriżultaw minn responsabbiltà tal-Istat imressqa minn impriża ferrovjarja minħabba traspożizzjoni inkorretta ta’ din id-direttiva, li tagħti lok għal allegat ħlas żejjed ta’ tariffa lill-amministratur tal-infrastruttura, meta l-korp regolatorju u, jekk ikun il-każ, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tar-rikorsi kontra deċiżjonijiet ta’ dan il-korp ma jkunux għadhom iddeċidew fuq il-legalità ta’ din it-tariffa.

L-Artikolu 30(2), (5) u (6) tad-Direttiva 2001/14, kif emendata bid-Direttiva 2007/58, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi li impriża ferrovjarja benefiċjarja ta’ awtorizzazzjoni ta’ aċċess ikollha d-dritt tikkontesta l-ammont tat-tariffi individwali stabbiliti mill-amministratur tal-infrastrutturi quddiem il-korp regolatorju, li dan il-korp jagħti deċiżjoni fuq tali kontestazzjoni u li din id-deċiżjoni tkun tista’ tiġi mistħarrġa mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni għal dan il-għan.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li d-dritt nazzjonali tar-responsabbiltà ċĠU C 209, 22.6.2020ivili jissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għad-dannu mġarrab minħabba l-ksur tad-dritt tal-Unjoni minn Stat Membru għal kundizzjonijiet inqas restrittivi minn dawk previsti mid-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 209, 22.6.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – BB vs Lietuvos Respublikos sveikatos apsaugos ministerija

(Kawża C-166/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Direttiva 2005/36/KE - Artikolu 1 u Artikolu 10(b) - Kwalifiki professjonali miksuba f’diversi Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-kisba - Assenza ta’ prova ta’ kwalifiki formali - Artikoli 45 u 49 TFUE - Ħaddiema - Libertà ta’ stabbiliment)

(2021/C 338/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BB

Konvenut: Lietuvos Respublikos sveikatos apsaugos ministerija

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013, b’mod partikolari l-Artikolu 1 tagħha u l-Artikolu 10(b) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tapplikax għal sitwazzjoni fejn persuna li titlob ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħha ma kisbitx prova ta’ kwalifiki formali li tikkwalifikaha, fl-Istat Membru ta’ oriġini, sabiex hemmhekk teżerċita professjoni rregolata.

2)

L-Artikoli 45 u 49 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn il-persuna kkonċernata ma għandhiex titolu li jiċċertifika l-kwalifika professjonali tagħha bħala spiżjar, fis-sens tal-punt 5.6.2 tal-Anness V tad-Direttiva 2005/36, kif emendata bid-Direttiva 2013/55, iżda kisbet kompetenzi professjonali relatati ma’ din il-professjoni kemm fl-Istat Membru ta’ oriġini kif ukoll fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan tal-aħħar huma marbuta, meta jiġu aditi b’talba għal rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, li jevalwaw il-kompetenzi tagħha u li jqabblu dawn ma’ dawk mitluba fl-Istat Membru ospitanti sabiex taċċedi għall-professjoni ta’ spiżjar. Jekk dawn il-kompetenzi jikkorrispondu għal dawk meħtieġa mid-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, dan huwa obbligat li jirrikonoxxihom. Jekk dan l-eżami komparattiv juri biss korrispondenza parzjali bejn dawn il-kompetenzi, l-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt li jeħtieġ li l-persuna kkonċernata turi li hija kisbet il-konoxxenzi u l-kwalifiki neqsin. Huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jevalwaw, jekk ikun il-każ, jekk il-konoxxenzi miksuba fl-Istat Membru ospitanti, fil-kuntest, b’mod partikolari, ta’ esperjenza prattika, jistgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-pussess tal-konoxxenzi neqsin. Jekk l-imsemmi eżami komparattiv juri differenzi sostanzjali bejn it-taħriġ segwit mill-applikant u t-taħriġ meħtieġ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jistabbilixxu miżuri kumpensatorji sabiex jagħmlu tajjeb għal dawn id-differenzi.


(1)  ĠU C 230, 13.7.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Pharma Expressz Szolgáltató és Kereskedelmi Kft vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet

(Kawża C-178/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Artikoli 5(1), 6(1) u 70 sa 73 - Prodotti mediċinali awtorizzati fl-ewwel Stat Membru - Klassifikazzjoni bħala prodotti mediċinali mhux suġġetti għal riċetta medika - Bejgħ fl-ispiżeriji tat-tieni Stat Membru mingħajr awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis suq fih - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi notifika lill-awtorità kompetenti u dikjarazzjoni tagħha dwar l-użu ta’ dan il-prodott mediċinali - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjoni kwantitattiva)

(2021/C 338/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pharma Expressz Szolgáltató és Kereskedelmi Kft

Konvenut: Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 70 sa 73 tad-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2012/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 5(1) u tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2012/26, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-implimentazzjoni tad-deroga prevista f’dan l-Artikolu 5(1), dawn jipprekludu li prodott mediċinali li jista’ jiġi pprovdut mingħajr riċetta medika fi Stat Membru jitqies ukoll bħala prodott mediċinali li jista’ jiġi pprovdut mingħajr riċetta medika fi Stat Membru ieħor, meta, f’dan l-aħħar Stat, dan il-prodott mediċinali ma jibbenefikax minn awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq u ma kienx is-suġġett ta’ klassifikazzjoni.

2)

Miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2012/26, li timponi, għall-provvista ta’ prodott mediċinali li ma jibbenefikax minn awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, riċetta medika u dikjarazzjoni tal-awtorità kompetenti fil-qasam tas-saħħa intiża sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni la tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva u lanqas miżura li għandha effett ekwivalenti, fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – “Sanresa” UAB vs Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

(Kawża C-295/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart - Direttiva 2014/24/UE - Artikoli 58 u 70 - Klassifikazzjoni tal-obbligu għall-operatur li jkollu kunsens bil-miktub mogħti minn qabel għall-vjeġġi ta’ skart transkonfinali - Kundizzjoni għat-twettiq tal-kuntratt)

(2021/C 338/10)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Sanresa” UAB

Konvenut: Aplinkos apsaugos departamentas prie Aplinkos ministerijos

fil-preżenza ta’:“Toksika” UAB, “Žalvaris” UAB, “Palemono keramikos gamykla” AB, “Ekometrija” UAB

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 18(2) kif ukoll l-Artikoli 58 u 70 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi ta’ mmaniġġar ta’ skart, l-obbligu għal operatur ekonomiku li jkun jixtieq jagħmel vjeġġi ta’ skart minn Stat Membru lejn Stat ieħor, li jkollu, konformement b’mod partikolari mal-punt 35 tal-Artikolu 2 u mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kkonċernati minn dawn il-vjeġġi, jikkostitwixxi kundizzjoni għat-twettiq ta’ dan il-kuntratt.

2)

L-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24, moqri flimkien mal-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-offerta ta’ offerent tiġi miċħuda għas-sempliċi raġuni li dan ma jipproduċix il-prova, fil-mument tas-sottomissjoni tal-offerta tiegħu, li huwa jissodisfa kundizzjoni għat-twettiq tal-kuntratt ikkonċernat.


(1)  ĠU C 329, 5.10.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent (il-Belġju) fis-27 ta’ Mejju 2021 – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-330/21)

(2021/C 338/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen, Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Escape Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi huwa suġġett għar-rata mnaqqsa ta’ VAT unikament jekk ma tiġi pprovduta ebda gwida individwali jew gwida ta’ grupp?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Paris (Franza) fit-2 ta’ Ġunju 2021 – AA, BB, miżżewġa lil AA, Groupe AA SNC, SI, AM, RH, RT, OE, MD, CJ, MI, Brouard-Daude SCP, fil-persuna tal-avukat Xavier Brouard fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju għal Groupe AA SNC vs Allianz Bank SA, Allianz France SA, aventi kawża ta’ Métropole SA, Abitbol & Rousselet SCP, fil-persuna tal-avukat Frédéric Abitbol fil-kwalità ta’ amministratur ġudizzjarju għal Groupe AA SNC, BDR & Associés, fil-persuna tal-avukat Xavier Brouard fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju għal Groupe AA SNC, SELAFA MJA, fil-persuna tal-avukat Jérôme Pierrel ko-stralċjarju ġudizzjarju għal AA, SELARL Axym, fil-persuna tal-avukat Didier Courtoux ko-stralċjarju ġudizzjarju għal AA, Bibus SA, li kienet Matinvest, Allianz I.A.R.D. SA, aventi kawża ta’ Métropole SA

(Kawża C-344/21)

(2021/C 338/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AA, BB, miżżewġa AA, Groupe AA SNC, SI, AM, RH, RT, OE, MD, CJ, MI, Brouard-Daude SCP, fil-persuna tal-avukat Xavier Brouard fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju għal Groupe AA SNC

Konvenuti: Allianz Bank SA, Allianz France SA, aventi kawża ta’ Métropole SA, Abitbol & Rousselet SCP, fil-persuna tal-avukat Frédéric Abitbol fil-kwalità ta’ amministratur ġudizzjarju għal Groupe AA SNC, BDR & Associés, fil-persuna tal-avukat Xavier Brouard fil-kwalità ta’ stralċjarju ġudizzjarju għal Groupe AA SNC, SELAFA MJA, fil-persuna tal-avukat Jérôme Pierrel ko-stralċjarju ġudizzjarju għal AA, SELARL Axym, fil-persuna tal-avukat Didier Courtoux ko-stralċjarju ġudizzjarju għal AA, Bibus SA, li kienet Matinvest, Allianz I.A.R.D. SA, aventi kawża ta’ Métropole SA

Domandi preliminari

Ir-regoli dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li konċentrazzjoni li ssir bi ksur tal-obbligi ta’ notifika preliminari u ta’ sospensjoni għandha tiġi kkwalifikata bħala konċentrazzjoni mhux innotifikata, u jekk dan ikun il-każ, liema huma l-konsegwenzi legali tal-assenza ta’ notifika fuq l-atti ġuridiċi ulterjorment imwettqa abbażi ta’ din l-ewwel konċentrazzjoni? B’mod partikolari, il-konċentrazzjoni mhux innotifikata għandha tiġi kkunsidrata “inkompatibbli” fis-sens tar-Regolamenti Nri 4064/89 u 139/2004?

L-Artikolu 3(5)(a) tar-Regolamenti Nri 4064/89 u 139/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ż-żamma, għal iktar minn sena u mingħajr awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, ta’ holding minn stabbiliment finanzjarju, ta’ kreditu jew kumpannija tal-assigurazzjoni, tagħti lok għal konċentrazzjoni inkompatibbli?

Liema konsegwenzi legali l-Artikolu 3(5)(a) tar-Regolamenti Nri 4064/89 u 139/2004 jassoċja mal-ksur tal-obbligu ta’ talba ta’ proroga, mill-Kummissjoni, tat-terminu ta’ sena għaż-żamma ta’ titoli minn stabbilimenti ta’ kreditu, ta’ stabbilimenti finanzjarji oħra jew ta’ kumpanniji ta’ assigurazzjoni?

L-osservanza tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li jillimita l-kontestazzjoni ta’ tranżazzjonijiet illegali skont id-dritt Ewropew, meta l-illegalità tmur lura għal data partikolarment ’il bogħod u l-persuni fiżiċi jew morali bbażaw, abbażi tat-tranżazzjoni illegali, drittijiet sostantivi? Jekk dan ikun il-każ, il-ksur ikkonstatat tad-dritt Ewropew jiftaħ id-dritt għal rikorsi għal kumpens kontra dawk responsabbli għall-illegalitajiet?

Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istati Membri għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ksur tad-dritt Ewropew ikkawżat minn stabbiliment finanzjarju li jikkostitwixxi żmembrament tal-Istat, ipoġġi taħt ir-responsabbiltà ta’ dan l-Istat obbligu ta’ kumpens lill-vittmi tal-illegalità, fil-kundizzjonijiet ordinarji previsti mid-dritt Ewropew?

L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, qabel is-sentenza Stardust Marine, self b’rata preferenzjali ta’ natura selettiva li twassal għal vantaġġ meta mqabbla mal-kundizzjonijiet normali tas-suq seta’ jiġi kkunsidrat bħala li b’mod organiku joħroġ minn “riżorsi tal-Istat” minħabba l-għoti tagħha minn impriża pubblika, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi vverifikat li ġie fundamentalment imputat lill-Istat?

L-obbligu ta’ kooperazzjoni leali tal-Istati Membri previst fl-Artikolu 4(3) TFUE flimkien mal-effett utli u l-effett dirett tal-Artikolu 88(3) [tat-Trattat KE, li sar l-Artikolu 108(3) TFUE] jimponu fuq l-imħallfin li jiddeċiedu fil-mertu li jirrelevaw ex officio u, jekk ikun il-każ, li tiġi ddikjarata illegali kwalunkwe għajnuna mill-Istat mhux innotifikata lill-Kummissjoni?

Liema huma l-konsegwenzi legali li jirriżultaw min-nuqqas ta’ notifika ta’ għajnuna mill-Istat lill-Kummissjoni Ewropea bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE b’mod partikolari fir-rigward tal-validità tat-tranżazzjonijiet ta’ xiri li setgħu twettqu permezz tal-imsemmija għajnuna mill-Istat?

L-Artikolu 108(3) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat il-fatt li korp pubbliku ta’ kreditu jimmobilita b’mod massiv il-kapital tiegħu għall-benefiċċju selettiv ta’ bank ieħor?

L-Artikolu 101 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha ALLIANZ HUNGARIA, għandu jiġi moqri fis-sens li għandu jiġi kkunsidrat li ftehim konkluż minn mandatarju ma’ impriżi oħra u li jinvolvi ksur ta’ obbligu legali jikkostitwixxi restrizzjoni ta’ kompetizzjoni minħabba l-għan peress li d-dritt nazzjonali Franċiż jipprojbixxi lil mandatarju li jixtri oġġett li huwa jkun inkarigat li jbiegħ u jimponilu obbligu ta’ lealtà kif ukoll obbligu ta’ informazzjoni fil-konfront tal-mandatarju jew mandatarji tiegħu?

Hemm ksur tal-Artikolu 101 TFUE meta impriżi ftiehmu sabiex jixtru impriża terza għal prezz sinjifikatament inferjuri mill-valur tas-suq tagħha, meta tali xiri jfisser li impriża parti mill-ftehim tikser l-obbligu ta’ lealtà, l-obbligu ta’ informazzjoni jew inkella l-projbizzjoni li tixtri l-oġġett imposta mid-dritt nazzjonali Franċiż fuq mandatarju?

Hemm ksur tal-Artikolu 101 TFUE meta ftehim bejn impriżi kkontribwixxa sabiex tinħeba informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-obbligi (b’mod partikolari ta’ notifika) li għandhom l-impriżi jew uħud minnhom fil-qasam ta’ konċentrazzjoni?

Hemm ksur tal-Artikolu 101 TFUE meta ftehim bejn impriżi kellu b’mod partikolari bħala għan jew bħala effett li għajnuna mill-Istat ma tiġix debitament innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea?

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (3) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“kumpens sħiħ” previst fih huwa ekwivalenti, f’dan il-każ, għall-valur attwali fil-borża ta’ ADIDAS?

Filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti relevanti kollha f’dan il-każ, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/104 jew il-prinċipju ta’ effettività li huwa manifestazzjoni tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi kkunsidrat li d-dritt għal kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE sostnut mir-rikorrenti huwa preskritt jew le?

Peress li din id-direttiva ma tapplikax għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet u ta’ għajnuna mill-Istat, liema regoli tad-dritt Ewropew għandhom jiġu applikati fil-qasam ta’ eventwali preskrizzjoni tad-dritt għal kumpens u kif għandhom jiġu interpretati fir-rigward tal-fatti relevanti fil-każ inkwistjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 31.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.

(3)  ĠU 2014, L 349, p. 1.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra DD

(Kawża C-347/21)

(2021/C 338/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

DD

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-akkużat li jkun fiżikament preżenti waqt il-proċess skont l-Artikolu 8(1), flimkien mal-Artikolu 10(1) u mal-premessa 44, tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (1), ikun irrispettat jekk, waqt seduta separata, xhud ikun ġie interrogat fl-assenza tal-akkużat, iżda fejn l-akkużat kellu l-opportunità jinterroga lill-istess xhud fis-seduta sussegwenti u ddikjara li ma kellu ebda mistoqsijiet, jew huwa neċessarju, sabiex jiġi rrispettat id-dritt tal-akkużat li jkun fiżikament preżenti waqt il-proċess tiegħu, li jsir smigħ mill-ġdid inkluż ir-repetizzjoni tal-mistoqsijiet li saru mill-partijiet l-oħra li kienu preżenti fl-ewwel seduta?

2)

Id-dritt ta’ difiża minn avukat skont l-Artikolu 3(1), moqri flimkien mal-Artikolu 12(1), tad-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (2), ikun irrispettat jekk, waqt żewġ seduti separati, żewġ xhieda jkunu ġew interrogati fl-assenza tal-avukat, iżda dan l-avukat kellu l-possibbiltà jinterroga liż-żewġ xhieda f’seduta sussegwenti, jew huwa neċessarju, sabiex jiġi rrispettat id-dritt ta’ difiża minn avukat, li dawn iż-żewġ smigħ inkwistjoni jinżammu mill-ġdid fl-intier tagħhom, inkluż ir-repetizzjoni tal-mistoqsijiet li saru mill-partijiet l-oħra li kienu preżenti fl-ewwel seduti u li, barra minn hekk, l-avukat li kien assenti fiż-żewġ seduti preċedenti jingħata l-possibbiltà li jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu?


(1)  ĠU 2016, L 65, p. 1.

(2)  ĠU 2013, L 294, p. 1.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Spetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra HYA et

(Kawża C-348/21)

(2021/C 338/14)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HYA et

Domandi preliminari

Huwa konformi mal-Artikolu 8(1), kif ukoll mal-Artikolu 6(1), moqri flimkien mal-premessi 33 u 34 tad-Direttiva 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (1) u l-Artikolu 47(2) tal-Karta, li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li d-dritt tal-persuna suġġetta għal prosekuzzjoni kriminali, li tkun preżenti waqt il-proċess, ikun irrispettat u l-prosekutur ikun issodisfa b’mod korrett l-obbligu tiegħu li jipprova l-ħtija tal-persuna akkużata jekk, fil-fażi ġudizzjarja tal-proċeduri kriminali, meta minħabba raġunijiet oġġettivi x-xhieda ma jkunux jistgħu jiġu interrogati, jiddaħħlu fil-proċess id-dikjarazzjonijiet magħmula minn dawn ix-xhieda waqt il-fażi preliminari tal-proċeduri kriminali (meta dawn ix-xhieda jkunu ġew interrogati biss mill-prosekuzzjoni u mingħajr il-parteċipazzjoni tad-difiża, iżda quddiem qorti, u meta l-prosekuzzjoni tkun setgħet, sa mill-fażi preliminari, tiggarantixxi lid-difiża l-possibbiltà li tipparteċipa għall-imsemmi interrogatorju iżda din ma tkunx għamlet dan)?


(1)  ĠU 2016, L 65, p. 1.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali kontra HYA et

(Kawża C-349/21)

(2021/C 338/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

HYA et

Domanda preliminari

Il-qari flimkien tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 5(1) u tal-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (1) jippermetti prassi tal-qrati nazzjonali fi proċeduri kriminali, li permezz tagħha l-qorti tawtorizza s-sorveljanza, ir-reġistrazzjoni u l-ħażna ta’ konversazzjonijiet telefoniċi ta’ persuni suspettati permezz ta’ mudell ġenerali ta’ test imfassal minn qabel li fih huwa sempliċement affermat, mingħajr ebda individwalizzazzjoni, li d-dispożizzjonijiet legali huma osservati?

Fil-każ ta’ risposta negattiva, jikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Unjoni, jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi interpretata fis-sens li l-informazzjoni rċevuta wara tali awtorizzazzjoni tintuża sabiex tiġi pprovata l-akkuża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – Proċeduri kriminali

(Kawża C-350/21)

(2021/C 338/16)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

Spetsializirana prokuratura

Domandi preliminari

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali (l-Artikolu 251b(1) taż-Zakon za elektronnite saobshtenia (il-Liġi dwar il-Komunikazzjoni Elettronika)) li tipprevedi l-konservazzjoni ġeneralizzata u indifferenzjata tad-data kollha dwar it-traffiku (data relatata mat-traffiku u mal-lokalizzazzjoni tal-utenti ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika) matul perijodu ta’ sitt xhur għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja, hija kompatibbli mal-Artikolu 15(1) moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u mal-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (1), sa fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi ċerti garanziji?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali (l-Artikolu 159a tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċeduri Kriminali)) li ma tillimitax l-aċċess għad-data dwar it-traffiku biss għal dak li huwa strettament neċessarju u li, fir-rigward ta’ persuni li d-data dwar it-traffiku tagħhom ġiet ikkonsultata mill-awtoritajiet inkarigati mill-proċeduri kriminali, ma tipprevedix id-dritt li jkunu informati b’dan, sa fejn dan ma jostakolax il-proċeduri kriminali, u ma tipprevedix rimedju ġudizzjarju kontra aċċess illegali, hija kompatibbli mal-Artikolu 15(1) moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) u mal-premessa 11 tad-Direttiva 2002/58?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-justice de paix du canton de Forest (il-Belġju) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ZG vs Beobank SA

(Kawża C-351/21)

(2021/C 338/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix du canton de Forest

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZG

Konvenut: Beobank SA

Domandi preliminari

1)

Skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 38 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (1), il-fornitur ta’ servizzi huwa marbut b’obbligu ta’ mezzi u b’obbligu ta’ riżultat fir-rigward tal-fornitura ta’ “informazzjoni dwar min jitħallas”?

2)

L-“informazzjoni dwar min jitħallas” imsemmija f’din id-dispożizzjoni tirkupra l-informazzjoni li tippermetti li tiġi identifikata l-persuna fiżika jew ġuridika li bbenefikat mill-ħlas?


(1)  ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Ġunju 2021 – Tilman SA vs Unilever Supply Chain Company AG

(Kawża C-358/21)

(2021/C 338/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tilman SA

Konvenut: Unilever Supply Chain Company AG

Domanda preliminari

Ikun issodisfatt l-Artikolu 23(1)(a) u (2) tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Lugano fit-30 ta’ Ottubru 2007, meta klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni tkun inkluża f’kundizzjonijiet ġenerali li jagħmel riferiment għalihom kuntratt konkluż bil-miktub permezz ta’ hypertext link lejn sit internet li l-aċċess għalih jippermetti l-qari tal-imsemmija kundizzjonijiet ġenerali, it-tniżżil u l-istampar tagħhom, fejn il-parti li fil-konfront tagħha tkun diretta din il-klawżola ma tkunx intalbet taċċetta dawn il-kundizzjonijiet ġenerali bl-immarkar ta’ kaxxa fuq l-imsemmi sit internet?


Il-Qorti Ġenerali

23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – HTTS vs Il-Kunsill

(Kawża T-692/15 RENV) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

(2021/C 338/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schlingmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Tricot, C. Hödlmayr, J. Roberti di Sarsina u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara l-inklużjoni ta’ isimha, minn naħa, mir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 tas-26 ta’ Lulju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2010, L 195, p. 25), fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta’ April 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2007, L 103, p. 1), u, min-naħa l-oħra, mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea relatati ma’ din il-proċedura kif ukoll mal-proċedura fil-Kawża T-692/15.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-proċedura fil-Kawża C-123/18 P.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess marbuta ma’ din il-proċedura, mal-proċedura fil-Kawża T-692/15, kif ukoll mal-proċedura fil-Kawża C-123/18 P.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – HM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/16 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Rifjut li tittrażmetti din it-talba lill-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali għal raġuni ta’ tardività - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla - Interess ġuridiku”)

(2021/C 338/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: HM (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15-3.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tas-17 ta’ Awwissu 2015 li ma tiħux inkunsiderazzjoni t-talba għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni EPSO/AST-SC/03/15-3 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura inizjali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (F-17/16) u l-Qorti Ġenerali (T-587/16), mal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-70/19 P kif ukoll ma’ din il-proċedura ta’ rinviju (T-587/16 RENV).


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-17/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Bateni vs Il-Kunsill

(Kawża T-455/17) (1)

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)

(2021/C 338/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Naser Bateni (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schlingmann, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. -P. Hix u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hödlmayr, J. Roberti di Sarsina u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 268 u 340 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba l-inklużjoni ta’ ismu fil-listi li jinsabu fl-ewwel lok, fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39), permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK tal-1 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 319, p. 71), u fl-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1), permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2011, L 319, p. 11), fit-tieni lok, fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 93, p. 85, u fil-ĠU 2019, L 297, p. 8), u, fit-tielet lok, fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK tal-15 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 18), u fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 1154/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2013, L 306, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.

2)

N. Bateni għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 300, 11.9.2017.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Nike European Operations Netherlands u Converse Netherlands vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-648/19) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi favur Nike - Deċiżjonijiet dwar it-taxxa (tax rulings) - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Prinċipju ta’ distakkament - Vantaġġ - Natura selettiva - Ugwaljanza fit-trattament - Amministrazzjoni tajba - Eżami preliminari insuffiċjenti - Diffikultajiet serji - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 338/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nike European Operations Netherlands BV (Hilversum, il-Pajjiżi l-Baxxi), Converse Netherlands BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens u D. Colgan, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 6 finali, tal-10 ta’ Jannar 2019, li tirrigwarda l-għajnuna mill-Istat SA.51284 (2018/NN) – in-Netherlands – Għajnuna mill-Istat possibbli favur Nike, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nike European Operations Netherlands BV u Converse Netherlands BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-680/19) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur tal-enerġija - Leġiżlazzjoni Irlandiża dwar it-taxxa fuq il-proprjetà tal-impriżi - Metodu tal-kalkolu tal-ammont tat-taxxa dovuta mill-produtturi tal-elettriku mill-karburanti - Ilment tal-operaturi ta’ parks eoliċi - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati”)

(2021/C 338/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Irish Wind Farmers’ Association Clg (Kilkenny, l-Irlanda), Carrons Windfarm Ltd (Shanagolden, l-Irlanda), Foyle Windfarm Ltd (Dublin, l-Irlanda), Greenoge Windfarm Ltd (Bunclody, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Segura Catalán u M. Clayton, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5257 final tad-9 ta’ Lulju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44671 (2019/NN) – L-Irlanda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – ID vs SEAE

(Kawża T-28/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Deċiżjoni ta’ tkeċċija qabel tmiem il-perijodu ta’ prova - Inkompetenza manifesta - Kondotta mhux xierqa - Article 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra”)

(2021/C 338/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ID (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE tas-6 ta’ Marzu 2019 li xxolji l-kuntratt tar-rikorrent qabel tmiem il-perijodu ta’ prova u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab mir-rikorrent minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ID huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Frommer vs EUIPO – Minerva (I-cosmetics)

(Kawża T-205/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea I-cosmetics - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 338/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Angela Frommer (Unterschleißheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Remmertz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aventi)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Minerva GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 (Każ R 675/2019-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Minerva u A. Frommer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A. Frommer għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Minerva GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – Micron Technology vs EUIPO (INTELLIGENCE, ACCELERATED)

(Kawża T-386/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTELLIGENCE, ACCELERATED - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 338/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Micron Technology, Inc. (Boise, Idaho, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta ’April 2020 (Każ R 2873/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INTELLIGENCE, ACCELERATED bħala trade mark tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Micron Technology, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2021 – S. Tous vs EUIPO – Zhejiang China-Best Import & Export (Luminarju)

(Kawża T-492/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta luminarju - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea li jirrappreżentaw ors tal-plaxx - Raġuni għal invalidità - Artikolu 25(1)(b) u (e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2021/C 338/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: S. Tous, SL (Manresa, Spanja) (rappreżentanti: D. Gómez Sánchez u J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Zhejiang China-Best Import & Export Co. Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2020 (Każ R 1553/2019-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn S. Tous u Zhejiang China-Best Import & Export.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S. Tous, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 313, 21.9.2020.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2021 – Bourel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-777/19 R)

(“Miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ parks eoliċi - Miżuri individwali ta’ għajnuna mogħtija minn Franza favur diversi parks eoliċi marittimi - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Bidu tax-xogħlijiet - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 338/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: David Bourel (Pléneuf-Val-André, Franza) u l-5 rikorrenti oħra li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: M. Le Berre, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u A. Bouchagiar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 278 u 279 TFUE u intiżi, b’mod partikolari, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5498 final tas-26 ta’ Lulju 2019, li permezz tagħha din iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjoni fir-rigward tal-għajnuna favur diversi parks eoliċi marittimi nnotifikati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2021 – OM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/20) (1)

(Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Sigurtà soċjali - RCAM - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Ċaħda tat-talba - Ċaħda tal-ilment - Sostituzzjoni tal-motivi - Tressiq ta’ ilment ieħor - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà)

(2021/C 338/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OM (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali” (PMO) tal-Kummissjoni tad-9 u tas-17 ta’ Settembru 2019 li jirrifjutaw ir-rimbors tal-ispejjeż ta’ analiżi medika tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2020 li tiċħad l-ilment imressaq minn din kontra dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

OM hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 53, 15.2.2021.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2021 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill

(Kawża T-75/21) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Regolament (UE) 2017/1939 - Ħatra tal-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew - Ħatra ta’ wieħed mill-kandidati nnominati mill-Portugall - Terminu għall-preżentata tar-rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà”)

(2021/C 338/30)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Ana Carla Mendes de Almeida (Sobreda, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Leandro Vasconcelos u M. Marques de Carvalho, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak, R. Meyer, K. Kouri u J. Gil, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2020, L 244, p. 18), sa fejn din taħtar lil Moreira Alves d’Oliveira Guerra Prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala membru tal-persunal temporanju bil-grad AD 13 għal perijodu ta’ tliet snin mid-29 ta’ Lulju 2020 li ma jistax jiġġedded.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura mħaffa.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba inċidentali mressqa mill-Kunsill.

4)

Ana Carla Mendes de Almeida hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/23


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2021 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/21)

(2021/C 338/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/534 tal-24 ta’ Marzu 2021 li tiddetermina, skont l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jekk miżura meħuda mill-Ġermanja biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta’ mudell ta’ lift immanifatturat minn Orona hijiex ġustifikata jew le (1);

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tat-Taqsima 2.2 tal-Anness I tad-Direttiva 95/16/KE flimkien mal-istandard armonizzat EN 81-1 minħabba interpretazzjoni żbaljata tar-rilevanza tar-rekwiżit tad-distanza vertikali bejn is-saqaf tal-kabina u s-saqaf tax-xaft.

Il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat ir-rilevanza tad-distanza vertikali bejn is-saqaf tal-kabina u s-saqaf tax-xaft stabbilita fl-istandard armonizzat EN 81-1 fil-verżjoni oriġinali tiegħu u anki enfasizzata fil-verżjoni aġġornata tiegħu (EN 81-20). Qabelxejn, id-deċiżjoni kkontestata essenzjalment tikkalkola b’mod żbaljat id-distanza vertikali minima. Fil-fehma tal-Kummissjoni, għall-evalwazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali ta’ saħħa u sigurtà skont id-Direttiva 95/16 ma hijiex id-distanza vertikali li hija deċiżiva iżda l-volum tar-refuġju fuq il-kabina. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet żball meta pparagunat ir-rekwiżiti tar-refjuġji u tal-ispazji liberi tas-saqaf ma’ dawk tal-fossa.

2.

It-tieni motiv: ksur tat-Taqsima 2.2 tal-Anness I tad-Direttiva 95/16 flimkien mal-istandard armonizzat EN 81-1 peress li l-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod inkorrett ix-xenarji ta’ inċidenti rilevanti għall-evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat ir-rekwiżiti tat-Taqsima 2.2 tal-Anness I tad-Direttiva 95/16 dwar il-prevenzjoni tar-riskju ta’ tgħaffiġ sempliċement billi rreferiet għan-nuqqas ta’ brejk żejjed bħala xenarju ta’ inċident rilevanti fil-premessa 55 tad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv: konstatazzjonijiet fattwali żbaljati minħabba nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rilevanza tal-ħin neċessarju għat-teħid ta’ pożizzjoni sikura u tar-riskju ta’ moviment ’il fuq mhux ikkontrollat tal-kabina.

Fil-premessi 55 sa 57 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni bbażat l-evalwazzjoni globali tagħha fuq preżunzjonijiet żbaljati dwar il-perikolu u fuq probabbiltà ta’ moviment ’il fuq mhux ikkontrollat tal-kabina.

4.

Ir-raba’ motiv: konstatazzjoni u evalwazzjoni fattwali żbaljati minħabba rappreżentazzjoni żbaljata li tirriżulta mill-istudju tal-kumpannija Conformance

Il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq paragun globali żbaljat li jirriżulta mill-istudju tal-kumpannija Conformance

5.

Il-ħames motiv: ksur tar-regoli probatorji u tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 95/16

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-fatt li d-dikjarazzjonijiet ta’ konformità ppreżentati mill-produttur kienu inkompleti f’partijiet essenzjali. Mill-premessi jirriżulta barra minn hekk li l-Kummissjoni qieset b’mod żbaljat li l-oneru tal-prova jinkombi fuq l-awtorità ta’ sorveljanza tas-suq meta, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ standard, ikun hemm inkwistjoni l-fatt dwar jekk ir-rekwiżiti ta’ sigurtà jkunux issodisfatti b’soluzzjoni alternattiva ekwivalenti.


(1)  ĠU 2021 L 106, p. 60.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/25


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2021 – Hotel Cipriani vs EUIPO – Altunis (CIPRIANI FOOD)

(Kawża T-358/21)

(2021/C 338/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hotel Cipriani (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: M. Rieger-Jansen, D. Op de Beeck u W. Pors, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Altunis-Trading, Gestão e Serviços, Lda (Funchal, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CIPRIANI FOOD – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 683 250

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2021 fil-Każ R 1599/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tilqa’ kompletament il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tirrevoka t-trade mark kontenzjuża tal-Unjoni fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lil kwalunkwe intervenjent li jiddeċiedi li jintervjeni għall-ispejjeż tiegħu stess u sabiex iħallas dawk tal-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.

Il-Bord tal-Appell żbalja meta qies li “preparazzjonijiet miċ-ċereali” ma setgħux jiġu subdiviżi b’mod xieraq.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/25


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2021 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/21)

(2021/C 338/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: F. Logue, Solicitor, u J. Kenny, Barrister at Law)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-konvenuta tad-9 ta’ April 2021 li tirrifjuta l-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni mitluba skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2) u li tikkonċerna, l-ewwel, is-sustanzi attivi mancozeb u ċipermetrina u, it-tieni, il-pożizzjonjiet ta’ votazzjoni tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf rigward ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2094 (3), (KE) 2020/2087 (4), (UE) 2019/1589 (5) u (UE) 2018/1262 (6) tal-konvenuta; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq li l-konvenuta kienet naqset milli twettaq l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha bi ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2094 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi benfluralin, dimoxystrobin, fluazinam, flutolanil, mancozeb, mecoprop-P, mepiquat, metiram, oxamyl u pyraclostrobin (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2019, L 317, p. 102).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2087 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2020, L 423, p. 50).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1589 tas-26 ta' Settembru 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi amidosulfuron, beta-cyfluthrin, bifenox, chlorotoluron, clofentezine, clomazone, cypermethrin, daminozide, deltamethrin, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, diflufenican, fenoxaprop-P, fenpropidin, fludioxonil, flufenacet, fosthiazate, indoxacarb, lenacil, MCPA, MCPB, nicosulfuron, picloram, prosulfocarb, pyriproxyfen, thiophanate-methyl, triflusulfuron u tritosulfuron (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2019, L 248, p. 24)

(6)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1262 tal-20 ta’ Settembru 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-metilċiklopropen, beta-ċiflutrin, klorotalonil, klorotoluron, klomażon, ċipermetrina, daminożid, deltametrina, dimetenammid-p, diuron, fludioksonil, flufenaċet, flurtamon, fostijażat, indoksakarb, MCPA, MCPB, prosulfokarb, tijofanat-metil u tribenuron (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2018, L 238, p. 62).


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/26


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2021 – Coinbase vs EUIPO – bitFlyer (coinbase)

(Kawża T-366/21)

(2021/C 338/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Coinbase, Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: bitFlyer Inc. (Tokjo, il-Ġappun)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark coinbase – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 308 248 li tindika l-Unjoni.

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2021 fil-Każ R 1751/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2021 – Unimax Stationery vs EUIPO – Mitsubishi Pencil (uni)

(Kawża T-369/21)

(2021/C 338/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Unimax Stationery (Daman, l-Indja) (rappreżentant: E. Amoah, AVUKAT)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mitsubishi Pencil Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea uni – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 920 615

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ April 2021 fil-Każ R 1909/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (d) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/28


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2021 – Etablissements Nicolas vs EUIPO – St. Nicolaus (NICOLAS)

(Kawża T-373/21)

(2021/C 338/36)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Etablissements Nicolas (Thiais, Franza) (rappreżentant: T. De Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: St. Nicolaus a.s. (Liptovský Mikuláš, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NICOLAS – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 231 484

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2021 fil-Każ R 1195/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/28


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2021 – Instituto Cervantes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-376/21)

(2021/C 338/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Instituto Cervantes (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors inammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tattribwixxi l-Lott 3 (lingwa Spanjola) tal-kuntratt dwar il-Kuntratti Qafas għat-Taħriġ fil-Lingwi għall-Istituzzjonijiet, l-Entitajiet u l-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea (Nru HR/2020/OP/0014), fl-ewwel lok lill-grupp CLL Centre de Langues-Allingua u fit-tieni lok lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kwalitajiet relattivi tal-offerti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ paragun tal-kwalitajiet relattivi tal-offerti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni allegatament wettqet meta ċaħdet l-elementi tal-offerta aċċessibbli permezz ta’ ħolqa hypertext integrata fl-offerta, mingħajr ma vverifikat ir-regolarità tagħhom.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat b’mod sussidjarju u bbażat, minn naħa, fuq l-assenza ta’ rabta bejn l-evalwazzjoni tal-kwalitajiet intrinsiċi tal-offerta tar-rikorrent u l-istima tiegħu għas-subkriterji 1.1 u 1.2 stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt u, min-naħa l-oħra, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-għan li l-kuntratti pubbliċi jinfetħu għall-kompetizzjoni bl-iktar mod wiesa’ possibbli.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/29


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2021 – Flybe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/21)

(2021/C 338/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Flybe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Peretz; QC, u D. Colgan, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

parzjalment tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ April 2021, li tirrigwarda l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta’ ftehim ta’ liberalizzazzjoni ta’ slots bejn British Airways u Flybe Limited, dwar il-każ No COMP/M.6447 – IAG/BMI, billi tannulla t-totalità tan-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 tad-deċiżjoni kkontestata; jew, fl-alternattiv, temenda n-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 tad-deċiżjoni kkontestata u,

tagħti lir-rikorrenti l-ispejjeż tagħha għall-preparazzjoni u l-preżentata ta’ dan l-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni għamlet żball ta’ fatt fl-ispjegazzjoni tagħha tar-restrizzjonijiet imposti taħt il-ftehim ta’ liberalizzazzjoni ta’ slots. Ir-rikorrenti targumenta li l-ftehim, innegozjat minn British Airways u Flybe limited (preċedentement Thyme OPCO Limited), ma jagħmel ebda riferiment għal xi bżonn għal kwalunkwe trasferiment ta’ slots li jkun akkumpanjat bit-trasferiment tal-liċenzja ta’ operar. Ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni, billi żiedet il-kliem “jiġifieri flimkien tal-liċenzja ta’ operar ta’ Thyme” [traduzzjoni mhux uffiċjali]) fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23 hija għalhekk skorretta f’dak li huwa intiż li jkun sommarju tal-ftehim.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tqis b’mod xieraq l-abbiltà tar-rikorrenti li tkun tista’ tikkonforma mar-rekwiżit addizzjonali li tittrasferi biss slots korrettivi bħala parti minn negozju avvjat fejn dan jinkludi t-trasferiment tal-liċenzja ta’ operar tagħha, b’kuntradizzjoni ma’ dak li huwa possibbli taħt ir-regolamenti dwar il-liċenzjar tal-linji tal-ajru tar-Renju Unit.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali, ekonomiku u legali tal-ftehim ta’ liberalizzazzjoni ta’ slots, li wera li ma hemmx bżonn li jiġi impost rekwiżit fir-rigward tat-trasferiment ta’ liċenzja ta’ operar.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa kuntrarju mal-prinċipju ta’ ċertezza legali. Ir-rikorrenti targumenta li l-Impenji tal-Grupp Internazzjonali tal-Linji tal-Ajru Kkonsolidati ma kinux jinkludu restrizzjoni fuq it-trasferiment ta’ slots korrettivi.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti billi imponiet restrizzjoni mingħajr qabel ma ddiskutiet din ir-restrizzjoni mar-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma tat ebda motivazzjoni għall-impożizzjoni tar-restrizzjoni fuq ir-rikorrenti, bi ksur tar-rekwiżit li atti legali għandhom isemmu l-motivazzjoni li huma bbażati fuqhom.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/30


Rikors ippreżentat fis-7 ta' Lulju 2021 – Banque postale vs CRU

(Kawża T-383/21)

(2021/C 338/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: La Banque postale (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Conseil de résolution unique

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

abbażi tal-Artikoli 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante 2021 għall-FRU sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

abbażi tal-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet segwenti tar-Regolament MRU, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament ta’ Delega bħala inapplikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament MRU;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn il-metodi ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-FRU stabbiliti bir-Regolament MRU u bir-Regolament ta’ Delega ma jirriflettu la d-daqs reali u lanqas ir-riskju reali tal-istabbilimenti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-mekkaniżmu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-FRU, stabbilit bir-Regolament MRU u bir-Regolament ta’ Delega, huwa bbażat fuq evalwazzjoni li żżid artifiċjalment il-profil ta’ riskju tal-istabbilimenti ta’ daqs kbir Franċiżi bħar-rikorrenti, u b’hekk ikun jinvolvi ammont ta’ kontribuzzjoni li huwa sproporzjonalment għoli.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li l-kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjonijiet ex ante stabbilit bir-Regolament MRU, bir-Regolament ta’ Delega u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, minn naħa, ma jkunx jista’ antiċipat suffiċjentement kmieni bi preċiżjoni u, min-naħa l-oħra, ma jkunx tant jiddependi mis-sitwazzjoni u mill-profil ta’ riskju relattivi għall-istabbiliment iżda mis-sitwazzjoni relattiva tiegħu fil-konfront tal-istabbilimenti kontributuri l-oħra. Finalment, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma kellux ikollha r-responsabbiltà li tiddetermina indikaturi ta’ riskju fil-kuntest tar-Regolament ta’ Delega, sa fejn dawn il-kriterji għandhom funzjoni prinċipalment strutturanti u determinanti fid-determinazzjoni tal-ammonti ta’ kontribuzzjoni (Artikolu 290 TFUE).

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma fihiex elementi ċari u kompleti biżżejjed biex tiġġustifika u tikkontrolla l-ammont tal-kontribuzzjoni dovut.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka wkoll il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma fihiex elementi ċari u kompleti biżżejjed biex tiġġustifika u tikkontrolla l-ammont tal-kontribuzzjoni dovut.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna r-restrizzjoni tal-użu ta’ impenji irrevokabbli ta’ ħlas, minħabba li d-deċiżjoni kkontestata ma tindikax b’mod preċiż u ddettaljat b’liema mod huwa neċessarju, minn naħa, li jiġi ffissat il-limitu massimu ta’ rikors għall-impenji irrevokabbli ta’ ħlas (iktar ’il quddiem l-“IIĦ”) għal 15 % u, min-naħa l-oħra, li bħala garanzija jiġu aċċettati l-kontanti biss.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-riskji ta’ proċiklikalità u ta’ likwidità invokati mis-CRU biex jillimita r-rikors għall-IIĦ huma infondati, b’mod partikolari fid-dawl tal-karatteristiċi tal-IIĦ stess u tal-kuntest tal-użu tagħhom.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi. Ir-rikorrenti tosserva li s-CRU, minn naħa, jibbaża ruħu fuq interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet li jippermettu r-rikors għall-IIĦ billi jimponu miżura identika għall-istabbilimenti kollha abbażi ta’ analiżi astratta u, min-naħa l-oħra, iċaħħad mill-effett utli lil dawn id-dispożizzjonijiet sa fejn il-proporzjoni tal-IIĦ tkun sistematikament u mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti limitata għall-minimu legali.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/31


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Confédération nationale du Crédit Mutuel et vs SRB

(Kawża T-384/21)

(2021/C 338/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Confédération nationale du Crédit Mutuel (Pariġi, Franza) u s-26 rikorrent l-ieħor (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 li tirrigwarda l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 lill-FUR as fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament ta’ Delega bħala mhux applikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postale vs SRB.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/32


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BPCE et vs BUR

(Kawża T-385/21)

(2021/C 338/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u l-44 rikorrenti l-oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrent jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante 2021 għall-FUR sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament MUR, tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u tar-Regolament iddelegat inapplikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament MUR;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 u kif ukoll l-Anness I tar-Regolament iddelegat;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postali vs BUR.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/33


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Crédit agricole and Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/21)

(2021/C 338/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge) (rappreżentanti: D. Beard, Barrister, u C. Hutton, Solicitor)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla kompletament jew parzjalment id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ April 2021 [C(2021) 2871];

tannulla kompletament jew parzjalment il-multa imposta bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ April 2021 [C(2021) 2871];

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, konformement mal-Artikolu 266 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti għall-istadji kollha sussegwenti ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, billi kkonstatat li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur minħabba l-għan uniku u kontinwu:

il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u fil-fatt meta ddikjarat li l-allegati kategoriji ta’ aġir marbuta mal-iskambju ta’ informazzjoni kienu jikkostitwixxu ksur minħabba l-għan li jista’ jikkaratterizza ksur uniku u kontinwu;

il-Kummissjoni ma wettqitx l-analiżi meħtieġa sabiex tikkonkludi li hemm ksur minħabba l-għan fir-rigward tal-allegati kategoriji ta’ aġir marbuta mal-koordinazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, billi kkonstatat li r-rikorrenti pparteċipaw fi pjan komprensiv u li din l-allegata parteċipazzjoni kienet kontinwa:

il-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova li r-rikorrenti pparteċipaw fi pjan komprensiv jew kienu jafu bl-eżistenza ta’ tali pjan;

il-Kummissjoni ma pproduċietx il-prova li r-rikorrenti pparteċipaw fi pjan komprensiv jew kienu jafu bl-eżistenza ta’ tali pjan.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ppreżumiet jassumi li t-tieni rikorrent kien jaf b’ċerta informazzjoni:

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ liġi u ta’ fatt billi ppreżumiet li l-operaturi tas-suq kienu jafu bl-informazzjoni kollha ppubblikata f’forum ta’ diskussjoni ta’ Bloomberg sempliċement billi daħlu f'dak il-forum. Konsegwentement, il-Kummissjoni jew interpretat ħażin il-ġurisprudenza eżistenti jew estendiet b’mod eċċessiv l-applikazzjoni tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ liġi billi kkalkulat l-ammont tal-multa:

il-Kummissjoni indebitament tbiegħdet mil-linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi billi ma ddeterminatx il-valur tal-bejgħ abbażi tal-aħħar sena sħiħa ta’ parteċipazzjoni fl-allegat ksur;

il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali billi stabbiliet il-koeffiċjent ta’ deterrent speċifiku;

il-Kummissjoni indebitament tbiegħdet mil-linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi billi ma użatx l-aħjar data disponibbli biex tikkalkula l-valur tal-bejgħ;

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ evalwazzjoni billi eżaminat il-gravità tal-ksur u ċ-ċirkustanzi attenwanti;

il-Kummissjoni wettqet żbalji ta’ fatt manifest fl-evalwazzjoni tagħha tat-tul tal-allegat ksur.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/34


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Société générale et vs CRU

(Kawża T-387/21)

(2021/C 338/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Société générale (Pariġi, Franza), Crédit du Nord (Lille, Franza) u SG Option Europe (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Conseil de résolution unique

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, tannulla d-deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante dovuti lis-SRF safejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament Delegat bħala inapplikabbli:

| l-Artikoli 69(2), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament Delegat;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi, li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postale vs SRB.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/35


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Crédit agricole et vs SRB

(Kawża T-388/21)

(2021/C 338/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Crédit agricole SA (Montrouge, Franza) u t-48 rikorrent l-ieħor (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 li tirrigwarda l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 lill-FUR as fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament ta’ Delega bħala mhux applikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postale vs SRB.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/35


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – BNP Paribas vs SRB

(Kawża T-397/21)

(2021/C 338/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BNP Paribas (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Gosset Grainville, M. Trabucchi u M. Dalon, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni Nru SRB/ES/2021/22 tal-14 ta’ April 2021 li tirrigwarda l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 lill-FUR as fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

skont l-Artikolu 277 TFUE, tiddikjara d-dispożizzjonijiet li ġejjin tar-Regolament SRM, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u tar-Regolament ta’ Delega bħala mhux applikabbli:

l-Artikoli 69(1), 69(2), 70(1) u 70(2)(a) u (b) tar-Regolament SRM;

l-Artikoli 4(2), 6 u 7 kif ukoll l-Anness I tar-Regolament ta’ Delega;

l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/21, Banque postale vs SRB.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2021 – Ryanair u Ryanair Sun vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-398/21)

(2021/C 338/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Ryanair Sun S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: F.-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating u I.-G Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-22 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.59158 – Il-Polonja – COVID-19 – Għajnuna lil LOT, (1) u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta applikat b’mod ħażin il-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali fit-tifqigħa preżenti tal-COVID-19. B’mod partikolari, huwa allegat li l-konvenuta ma wrietx li LOT hija eliġibbli għall-għajnuna ta’ rikapitalizzazzjoni taħt il-Qafas Temporanju u huwa allegat ukoll li l-konvenuta ma evalwatx jekk kinux jeżistu miżuri iktar xierqa u li joħolqu inqas distorsjoni, minbarra r-rikapitalizzazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-konvenuta wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-proporzjonalità tal-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni, tar-remunerazzjoni tal-għajnuna u tal-kundizzjonijiet għal ħruġ tal-Istat, kif ukoll tal-elementi tal-għajnuna li jirrigwardaw il-governanza u l-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bla bżonn.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta applikat b’mod ħażin l-Artikolu 107(3)(b) TFUE billi qieset li setgħet tipprovdi bażi legali bħala ġustifikazzjoni tal-għajnuna. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-konvenuta ma stabbilixxietx li l-għajnuna hija neċessarja, xierqa u proporzjonata sabiex tindirizza disturb serju tal-ekonomija Pollakka, u ma wettqitx “test tal-ibbilanċjar”, jiġifieri, li tibbilanċja l-effetti benefiċi mistennija tal-għajnuna f’termini ta’ twettiq tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE mal-effetti negattivi tagħha f’termini ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikser dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li fuqhom hija bbażata l-liberalizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin (jiġifieri, in-nondiskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi – applikati għat-trasport bl-ajru permezz tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 (2)- u l-libertà ta’ stabbiliment).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset milli tibda’ proċedura formali ta’ investigazzjoni minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret id-dmir ta’ motivazzjoni tagħha.


(1)  ĠU 2021, C 260, p. 10.

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (ĠU 2008 L 293, p. 3).


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/37


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – KN vs Il-Parlament

(Kawża T-401/21)

(2021/C 338/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KN (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali stmat għas-somma ex aequo bono ta’ EUR 100 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2020/2145(DEC)) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni msemmija hawn fuq, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 16(1) TFUE, tal-Artikoli 1 u 8 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament 2018/1725 (1) kif ukoll fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kunfidenzjalità tal-proċeduri dixxiplinari u tal-informazzjoni ġudizzjarja u tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 883/2013 (2).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-preżunzjoni ta’ innoċenza, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).

(2)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/38


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2021 – Dexia Crédit Local vs SRB

(Kawża T-405/21)

(2021/C 338/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Dexia Crédit Local (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. M. Gollier, avukati)

Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għas-sena 2021 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li għandha r-referenza SRB/ES/2021/22;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 69 tar-Regolament Nru 806/2014 permezz tad-deċiżjoni meħuda sa fejn tiffissa l-livell immirat għas-sena 2021 għal tmienja minn 1,35 % tad-depożiti koperti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Delega 2015/63:

għal ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn il-kalkolu tal-kontribuzzjoniijet ex ante lill-FUR, l-ewwel, ma huwiex konsistenti mal-għanijiet tar-Regolament Nru 806/2014, it-tieni, ma jieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti hija stabbiliment ta’ kreditu b’ġestjoni estintiv li jibbenefika minn garanzija pubblika u li għalih, fil-prinċipju, qatt ma ser isir applikazzjoni tal-FUR u, it-tielet, jagħmel iktar oneruż ir-riżoluzzjoni b’mod ordnat tiegħu;

għal ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament sa fejn jittratta b’mod identiku l-istabbilimenti b’ġestjoni estintiv taħt garanzija pubblika u l-istabbilimenti attivi.

3.

It-tielet motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur mis-SRB tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament għall-istess raġunijiet bħal dawk esposti fit-tieni motiv, sa fejn is-SRB ma osservax dawn il-prinċipji meta applika għar-rikorrenti, mingħajr adattament, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Delega Nru 2015/63.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ trasparenza u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni sa fejn l-informazzjoni pprovduta ma tippermettix li jiġu eżerċitati utilment id-drittiijet tad-difiża.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali tal-Artikoli 5, 69 u 70 tar-Regolament Nru 806/2014 sa fejn ġew adottati abbażi tal-Artikolu 114 TFUE filwaqt li mhux inkwistjoni approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali tal-Artikoli 5, 69 u 70 tar-Regolament Nru 806/2014 sa fejn kienu ġew adottati abbażi tal-Artikolu 114 TFUE minkejja li huma dispożizzjonijiet fiskali.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/39


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2021 – Credit Suisse Group and Credit Suisse Securities (Europe) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-406/21)

(2021/C 338/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Credit Suisse Group AG (Zurich, l-Isvizzera), Credit Suisse Securities (Europe) Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Wesseling u F. ten Have, lawyers)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2021) 2871 tat-28 ta’ April 2021 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ AT.40346 – SSA Bonds) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”); sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 1(d) tad-deċiżjoni kkontestata; sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 1(d) tad-deċiżjoni kkontestata, safejn din tal-aħħar tipprevedi li l-Price Discovery Communications (il-Komunikazzjonijiet irrelatati mad-Determinazzjoni tal-Prezzijiet) jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont l-għan u/jew li r-rikorrenti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu għall-perijodu kollu indikat f'dan l-artikolu;

tannulla l-Artikolu 2(d) tad-deċiżjoni kkontestata; sussidjarjament, tannulla parzjalment l-Artikolu 2(d) tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż jew, sussidjarjament, għal parti xierqa mill-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 101 TFUE u ma pprovdietx raġunijiet suffiċjenti għall-konstatazzjoni li r-rikorrenti kienu adottaw aġir li l-għan tiegħu kien li jirrestrinġi u/jew ifixkel il-kompetizzjoni. B’mod partikolari,

il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 101 TFUE billi ma ħaditx biżżejjed inkunsiderazzjoni l-kuntest ġuridiku u ekonomiku rilevanti u li ma ssodisfatx l-oneru tal-prova li għandha fuqha fir-rigward tal-fatt li l-aġir inkwistjoni fid-deċiżjoni kkontestata jirrestrinġi l-kompetizzjoni minħabba l-għan;

sussidjarjament, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 101 TFUE fis-sens li kkonkludiet li l-Price Discovery Communications (il-Komunikazzjonijiet irrelatati mad-Determinazzjoni tal-Prezzijiet) jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan;

fir-rigward tal-Komunikazzjonijiet Discovery tal-Prezzijiet, il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ssostitwiet l-evalwazzjoni tan-natura restrittiva tal-kompetizzjoni bis-suġġett tal-evalwazzjoni ta’ jekk l-aġir jaqax barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-“Artikolu 101 TFUE bħala restrizzjoni anċillari.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 101 TFUE billi applikat ħażin il-kunċett ta' ksur uniku u kontinwu. B’mod partikolari,

il-Kummissjoni ma tistabbilixxix u tiġġustifika biżżejjed il-fatt li l-komunikazzjonijiet frekwenti fil-qafas tal-fora ta’ diskussjoni permanenti, prattika li waqfet fi Frar 2013, u l-komunikazzjonijiet bilaterali sporadiċi li seħħew minn Frar 2013, kellhom pjan ġenerali għal għan komuni;

il-Kummissjoni ma tistabbilixxix u ma tiġġustifikax biżżejjed il-fatt li r-rikorrenti kienu jafu, jew kellhom ikunu jafu, bil-komunikazzjonijiet bilaterali ta’ operaturi oħra, jew setgħu raġonevolment jippreveduhom;

id-deċiżjoni kkontestata ma tistabbilixxix u ma timmotiva biżżejjed il-fatt li l-allegat ksur kien kontinwu;

id-deċiżjoni kkontestata ma tippruvax l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu għat-tul kollu tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1(d) tad-deċiżjoni kkontestata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-metodu tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multa jikser l-Artikolu 23 tar-Regolament 1/2003 (1), il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2) u l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati tagħha. B’mod partikolari,

il-Kummissjoni ma ressqitx raġunijiet suffiċjenti biex tippermetti lir-rikorrenti jevalwaw jekk il-metodu tal-kalkolu tal-multa hux korrett;

il-Kummissjoni tadotta approssimazzjoni tal-valur tal-bejgħ li jissopravaluta b'mod sinjifikattiv l-valur tal-bejgħ tar-rikorrenti u għalhekk l-portata ekonomika tal-allegat ksur, li titbiegħed mill-kunċett ta’ “valur tal-bejgħ” imsemmi fil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi;

il-multa imposta fuq ir-rikorrenti tissopravaluta b’mod sinjifikattiv il-gravità tal-allegat ksur;

il-multa imposta fuq ir-rikorrenti tinkludi perijodu li matulu ma pparteċipawx fl-allegat ksur.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Il-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi imposti bl-Applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU 2006, C 210, p. 2, iktar ’il quddiem il-“Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Multi”)


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/40


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2021 – PB vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-407/21)

(2021/C 338/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PB (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021, innotifikata fl-10 ta’ Mejju 2021, dwar l-irkupru ta’ rispettivament (i) EUR 4 241 507 (kuntratt TACIS/2006/101-510) (l-ammont prinċipali) jew ta’ EUR 4 674 256,92 (l-ammont prinċipali miżjud b’interessi moratorji fit-30 ta’ April 2021) u ta’ (ii) EUR 1 197 055,86 (kuntratt CARDS/2008/166-429) (l-ammont prinċipali) jew ta’ EUR 1 298 608,85 (l-ammont prinċipali miżjud b’interessi moratorji fit-30 ta’ April 2021) li minnhom għandhom jitnaqqsu EUR 399 825;

tordna r-rimbors tal-ammonti kollha rkuprati mill-Kummissjoni abbażi ta’ din id-deċiżjoni, miżjuda b’interessi moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, b’żieda ta’ 7 punti;

tordna l-ħlas ta’ EUR 10 000 bħala danni, bla ħsara għal żieda;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Finanzjarju sa fejn il-Kummissjoni ma għandha ebda pretensjoni fir-rigward tar-rikorrent, jew fi kwalunkwe każ, ebda pretensjoni ċerta.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-formalitajiet essenzjali, tad-dritt ta’ premura u tal-prinċipju ta’ imparzjalità stabbiliti fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent iqis li, sabiex tiġġustifika l-proċedura ta’ rkupru, id-deċiżjoni kkontestata ssostni li ma kienx hemm segwitu għan-nota ta’ debitu, għall-ittra ta’ tfakkira u għall-ittra ta’ intimazzjoni. B’dan il-mod, il-konvenuta naqset, minn naħa, milli tippreċiża li r-rikorrent ikkontestahom u, min-naħa l-oħra, li l-qorti Belġjana ddikjarat lilha nnifisha kompetenti sabiex jieħu konjizzjoni tal-azzjoni li tressqet quddiemha minn HB abbażi taż-żewġ kuntratti. Ir-rikorrent isostni wkoll li l-konvenuta naqset ukoll mill-obbligu ta’ motivazzjoni peress li ma spjegatx il-motivi li wasslu sabiex tiddeċiedi kif għamlet f’dan il-każ. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent iqis li l-Kummissjoni ma setgħetx teżamina b’reqqa u b’imparzjalità l-provi kollha tal-każ inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjonijiet fuq livell eżekuttiv, in-nuqqas ta’ bażi ġuridika u żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza li tadotta ż-żewġ deċiżjonijiet li jifformaw titolu eżekuttiv għall-finijiet tal-irkupru tal-ammont allegatament dovut lilha mingħand l-operatur ekonomiku, li r-rikorrent huwa d-direttur tiegħu, u li l-Kummissjoni ssostni huwa responsabbli in solidum, fin-nuqqas ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fil-kuntratt li tagħti ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Unjoni għall-kawżi kuntrattwali bejniethom. Ir-rikorrent iqis li jekk il-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza sabiex tadotta ż-żewġ deċiżjonijiet kontra l-operatur, hija lanqas ma għandha kompetenza sabiex tagħmel dan kontra r-rikorrent peress li l-azzjoni tagħha hija ta’ natura kuntrattwali.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/41


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2021 – HB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-408/21)

(2021/C 338/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: HB (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021, innotifikati fl-10 ta’ Mejju 2021, dwar l-irkupru ta’, rispettivament (i) EUR 4 241 507 (kuntratt TACIS/2006/101-510) (ammont prinċipali) jew ta’ EUR 4 674 256,92 (ammont prinċipali miżjud bl-interessi moratorji sat-30 ta’ April 2021) u ta’ (ii) EUR 1 197 055,86 (kuntratt CARDS/2008/166-429) (ammont prinċipali) jew ta’ EUR 1 298 608,85 (ammont prinċipali miżjud bl-interessi moratorji sat-30 ta’ April 2021) li minnhom għandhom jitnaqqsu EUR 399 825;

tordna r-rimbors tal-ammonti kollha eventwalment irkuprati mill-Kummissjoni abbażi ta’ din id-deċiżjoni, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, miżjuda b’7 punti;

tordna l-ħlas ta’ euro simboliku bħala danni, suġġett għal żieda;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjonijiet ikkontestati, fuq l-assenza ta’ bażi legali u fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza li tadotta d-deċiżjonijiet ikkontestati, li jikkostitwixxu titolu eżekuttiv għall-finijiet tal-irkupru tal-kreditu li hija tallega li għandha fil-konfront tagħha, fl-assenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ fil-kuntratt bejniethom li tagħti ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Unjoni għat-tilwim bejniethom fil-qasam kuntrattwali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament Finanzjarju sa fejn il-Kummissjoni ma għandha l-ebda kreditu fil-konfront tar-rikorrenti u, f’kull każ, l-ebda kreditu li huwa ċert.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-formalitajiet essenzjali, tad-dmir ta’ diliġenza u tal-prinċipju ta’ imparzjalità stabbiliti mill-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ssemmi, sabiex tiġġustifika l-ftuħ tal-proċedura ta’ rkupru, li hija ma tatx segwitu għan-nota ta’ debitu, għall-ittra ta’ tfakkir u għall-ittra ta’ intimazzjoni. B’dan il-mod, il-konvenuta naqset, minn naħa, li tispeċifika li r-rikorrenti kkontestathom u, min-naħa l-oħra, li ssemmi li l-qorti Belġjana ddikjarat li għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ l-azzjoni mressqa quddiemha fir-rigward taż-żewġ kuntratti. Ir-rikorrenti żżid li l-konvenuta kisret ukoll l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni għaliex ma spjegatx ir-raġunijiet li wassluha, f’dan il-każ, sabiex tiddeċiedi kif għamlet. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma eżaminatx bir-reqqa u b’imparzjalità l-elementi rilevanti kollha tal-każ.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/42


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2021 – Alauzun et vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża T-418/21)

(2021/C 338/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Virginie Alauzun (Saint-Cannat, Franza) u 774 rikorrent ieħor (rappreżentant: F. Di Vizio, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-31 ta’ Mejju 2021 EMEA/H/C/005735/II/0030 minħabba ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u nuqqas ta’ motivazzjoni fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq kundizzjonali;

sussidjarjament, tannulla l-opinjoni tal-Kumitat tal-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), mogħtija fit-28 ta’ Mejju 2021, li permezz tagħha l-EMA kienet irrakommandat awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq kundizzjonali għall-vaċċin Comirnaty, immanifatturat minn BioNTech u Pfizer;

tikkundanna lill-EMA u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2021 li temenda l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq kundizzjonali tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Comirnaty – Vaċċin ARNm kontra l-COVID-19 (b’nucleoside modifikat)”, mogħtija mid-Deċiżjoni C(2020) 9598(finali), ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u nuqqas ta’ motivazzjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jurux li l-vaċċin inkwistjoni jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni jew jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 507/2006 (1). Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, l-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq kundizzjonali ma tistax tiġi kklassifikata bħala urġenti jew bħala marda potenzjalment fatali għall-pubbliku kkonċernat. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-imsemmija awtorizzazzjoni lanqas ma tista’ tkun ibbażata fuq proporzjon riskju/benefiċċju pożittiv jew tikkostitwixxi risposta għal bżonnijiet mediċinali mhux issodisfatti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jqisu li l-benefiċċji għas-saħħa pubblika tal-awtorizzazzjoni kkontestata ma jipprevalux fuq ir-riskju inerenti għall-fatt li d-data supplimentari għadha meħtieġa.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ integrità tal-persuna u tad-dritt għall-ħajja previsti fl-Artikoli 3 u 2 rispettivament tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2006 tad-29 ta’ Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jagħmlu parti mill-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2006, L 330M, p. 315).


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/43


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Lulju 2021 – Cargolux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-420/21)

(2021/C 338/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cargolux Airlines International SA (Cargolux) (Sandweiler, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: G. Goeteyn u E. Aliende Rodríguez, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-ittra mill-Kummissjoni lil Cargolux bid-data tat-30 ta’ April 2021 fl-intier tagħha;

tordna lill-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, sabiex tirranġa l-ħsara sostnuta minn Cargolux minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tħallas l-ammont tal-interessi awtomatiċi pagabbli u l-ammont ta’ interessi komposti pagabbli, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, b’osservanza tas-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2015, Cargolux Airlines International SA vs Il-Kummissjoni (Kawża T-39/11) u għalhekk tħallas l-ammonti li ġejjin, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE:

(a)

l-ammont ta’ interessi awtomatiċi pagabbli, jiġifieri interessi fuq is-somma ta’ EUR 39 900 000 bir-rata ta’ interessi fil-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ta’ ffinanzjar mill-ġdid fl-1 ta’ Novembru 2010 (jiġifieri, 1 %), miżjud bi 3,5 %, għall-perijodu bejn il-15 ta’ Frar 2011 u l-5 ta’ Frar 2016, li jirriżulta f’ammont ta’ EUR 8 075 972,03 jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq; u

(b)

l-ammont ta’ interessi komposti pagabbli, jiġifieri fuq l-ammont tal-ammont ta’ interessi awtomatiċi pagabbli skont il-paragrafu (a) iktar ’il fuq, għall-perijodu bejn il-5 ta’ Frar 2016 u d-data ta’ ħlas attwali mill-Kummissjoni fuq l-ammont mitlub fil-paragrafu (a) iktar ’il fuq (jew jekk il-Qorti Ġenerali tiċħad it-talba ta’ Cargolux għall-ammont ta’ interessi komposti pagabbli li jiddekorru mill-5 ta’ Frar 2016, mill-inqas għall-perijodu bejn id-data ta’ din l-applikazzjoni u d-data ta’ pagament attwali mill-Kummissjoni tal-ammont mitlub fil-paragrafu (a) iktar ’il fuq), bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ta’ ffinanzjar mill-ġdid tagħha fl-1 ta’ Novembru 2010 (jiġifieri, 1 %) miżjud bi 3,5 % (jew, fin-nuqqas ta’ dak, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq);

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż ta’ Cargolux fl-intier tagħhom ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata nnotifikata bl-ittra tat-30 ta’ April 2021 hija vvizzjati minn żball ta’ liġi u għandha tiġi annullata fl-intier tagħha skont l-Artikolu 263 TFUE. Ir-rikorrenti tallega li d-deċiżjoni kkontestata tiddikjara b’mod żbaljat li t-talba ta’ Cargolux tat-2 ta’ Frar 2021 għall-ħlas tal-ammont ta’ interessi awtomatiċi pagabbli u l-ammont ta’ interessi komposti pagabbli hija preskritta u mhux ammissibbli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ksur tal-Kummissjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE trendi l-Unjoni mhux responsabbli kuntrattwalment sabiex tħallas kumpens daqs l-ammont ta’ interessi awtomatiċi pagabbli u l-ammont ta’ interessi komposti pagabbli lil Cargolux, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.


23.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/44


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2021 –Assaad vs Il-Kunsill

(Kawża T-426/21)

(2021/C 338/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nizar Assaad (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: M. Lester, Barrister, G. Martin u C. Enderby Smith, Solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/751 tas-6 ta’ Mejju 2021 (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/743 tas-6 ta’ Mejju 2021 (2), li jemendaw entrata 36 għall-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u entrata 36 għall-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 (iktar ’il quddiem “il-miżuri kkontestati”), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jallega li l-Kunsill ripetutament qal mill-2011 li r-rikorrent ma huwiex il-persuna elenkata fl-entrata 36 tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni Ewropea fuq is-Sirja. Permezz tal-miżuri kkontestati, il-Kunsill fittex li jreġġa’ lura din il-pożizzjoni, u issa, mingħajr ebda ġustifikazzjoni jew bażi fattwali jew legali, jgħid li r-rikorrent fil-fatt ilu elenkat mill-2011. Il-bażijiet għal annullament tar-rikorrent jikkontestaw it-tibdil tal-Kunsill fil-miżuri kkontestati bħala li huma bbażati fuq diversi żbalji ta’ evalwazzjoni; retroattivi b’mod illegali u inimiċi għall-prinċipju ta’ ċertezza legali; abbuż u użu ħażin ta-setgħat tal-Kunsill; u kuntrarji għall-prinċipju ta’ res judicata.


(1)  ĠU 2021, L 160, p. 115

(2)  ĠU 2021, L 160, p. 1