ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 299

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
27 ta' Lulju 2021


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2021/C 299/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije (BĊE/2021/28)

1

2021/C 299/02

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Lulju 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2021/29)

2


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 299/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pjan ta’ Implimentazzjoni Pluriennali għas-sistema tas-Single Window Marittima Ewropea

3

2021/C 299/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10345 — Equistone Partners Europe/CVG) ( 1 )

11


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 299/05

Rata tal-kambju tal-euro — Is-26 ta’ Lulju 2021

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 299/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13

2021/C 299/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (M.10277 — Geely/Futaihua/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

15

2021/C 299/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.10369 — APG/Stockholms Stadshus/Stockholm Exergi Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

17


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Lulju 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije

(BĊE/2021/28)

(2021/C 299/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banka Slovenije, Ernst & Young revizija, poslovno svetovanje, d.o.o., intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2020. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021 ’il quddiem.

(3)

Banka Slovenije għażel lil PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d. o. o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers, podjetje za revizijo in druge finančno računovodske storitve, d. o. o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Lulju 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/2


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta’ Lulju 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España

(BĊE/2021/29)

(2021/C 299/02)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2018, il-Banco de España għażel lil Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż sas-snin finanzjarji 2021 sa 2022, u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE kien irrakkomanda dik il-ħatra kif ukoll l-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022 (1).

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banco de España, Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A., intemm wara l-awditu tas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

(4)

Il-Banco de España biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. għas-snin finanzjarji 2021 u 2022 kif previst mir-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/22 u l-premessi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 (2). Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-Banco de España u Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A.,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2021 u 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Lulju 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Rakkomandazzjoni BĊE/2018/22 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Settembru 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (ĠU C 325, 14.9.2018, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1518 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España (ĠU L 256, 12.10.2018, p. 63).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/3


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Pjan ta’ Implimentazzjoni Pluriennali għas-sistema tas-Single Window Marittima Ewropea

(2021/C 299/03)

1.   Skop ta’ dan id-dokument

L-Artikolu 19 tar-Regolament dwar sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea (EMSWe) (1) jirrikjedi li l-Kummissjoni tadotta pjan ta’ implimentazzjoni pluriennali (MIP) u li tirrevedih kull sena wara konsultazzjonijiet xierqa mal-esperti tal-Istati Membri (2). L-għan tal-MIP huwa li jiffaċilita l-implimentazzjoni f’waqtha tar-Regolament u li jipprovdi mekkaniżmi tal-kontroll tal-kwalità u proċeduri għall-iskjerament, iż-żamma u l-aġġornament tal-modulu tal-interfaċċa armonizzata u l-elementi armonizzati relatati l-oħrajn tal-EMSWe.

2.   Sfond

Ir-Regolament dwar l-EMSWe iħassar d-Direttiva 2010/65/UE dwar il-formalitajiet ta’ rapportar u, filwaqt li jibni fuq is-single windows nazzjonali marittimi eżistenti (MNSWs), jistabbilixxi sistema komuni u interoperabbli għar-rapportar ta’ informazzjoni minn bastimenti lejn ix-xatt matul waqfa f’port. B’mod partikolari, jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddefinixxi sett ta’ data armonizzat li jkopri l-obbligi kollha ta’ rapportar u li tiżviluppa u żżomm interfaċċi u servizzi komuni għall-MNSWs. Huwa jibda japplika mill-15 ta’ Awwissu 2025.

2.1.   Setgħat delegati

L-Artikolu 3 tar-Regolament dwar l-EMSWe jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati biex:

temenda l-Anness tar-Regolament, li jelenka l-obbligi ta’ rapportar skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, internazzjonali u nazzjonali, u b’rabta ma’ waqfa f’port; u

tissupplimenta r-Regolament billi tistabbilixxi u temenda s-sett ta’ data tal-EMSWe (il-lista sħiħa tal-elementi tad-data meħtieġa skont l-obbligi ta’ rapportar).

L-ewwel tali att delegat għandu jiġu adottat sal-15 ta’ Awwissu 2021. Oħrajn se jsegwu meta l-Anness u/jew is-sett ta’ data jkollhom jiġu emendati. Minħabba l-possibbiltà ta’ bidliet frekwenti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, huwa mistenni li tali atti jiġu adottati b’mod regolari. Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar l-EMSWe, l-emendi għas-sett ta’ data tal-EMSWe jistgħu jiġu introdotti biss darba fis-sena, ħlief f’każijiet debitament iġġustifikati. L-attività li tirriżulta mill-eżerċitar tas-setgħat delegati ġiet mifruxa mal-proġetti li ġejjin:

Tabella 1

Proġetti taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni li jirriżultaw minn dispożizzjonijiet delegati

Proġett

Skadenza

Stabbiliment tas-sett ta’ data tal-EMSWe

Q3 2021

Emenda tas-sett ta’ data tal-EMSWe

2023 (indikattiv)


Tabella 2

Ir-riżultati tanġibbli li jirriżultaw mis-setgħat delegati

Riżultat tanġibbli

Skadenza

Att delegat li jistabbilixxi s-sett ta’ data tal-EMSWe u li jemenda l-Anness

Q3 2021

Att(i) delegat(i) li jemenda(w) is-sett ta’ data tal-EMSWe u/jew l-Anness

2023 (indikattiv)

Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu tas-setgħat delegati

Q4 2022

Għall-ħidma preparatorja dwar l-atti delegati, il-Kummissjoni se tikkonsulta lis-sottogrupp ta’ esperti tal-EMSWe tal-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli għall-Governanza tas-Sistema u s-Servizzi Marittimi Diġitali (HLSG) (3) u possibbilment partijiet ikkonċernati oħrajn.

2.2.   Setgħat ta’ implimentazzjoni

Ir-Regolament dwar l-EMSWe jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, f’diversi każijiet jistabbilixxi skadenza għall-adozzjoni sa Q3 2021, b’mod partikolari biex jippermetti l-iżvilupp f’waqtu tal-komponenti u jagħti lill-Istati Membri biżżejjed żmien biex jippjanaw l-aġġustamenti meħtieġa għall-MNSWs tagħhom. Fejn rilevanti, dawn l-iskadenzi jidhru fit-Tabella 3.

Tabella 3

Ippjanar indikattiv għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni

Att ta’ implimentazzjoni

Skadenza

Att ta’ implimentazzjoni li jelenka l-informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul (ENS) li għandha tkun magħmula disponibbli għall-MNSWs (4)

Q3 2021

Att(i) ta’ implimentazzjoni dwar interfaċċi u elementi oħrajn tal-MNSWs (5)

Q3 2021

Att ta’ implimentazzjoni dwar sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess (6)

Q3 2021

Att(i) ta’ implimentazzjoni dwar il-bażijiet ta’ data tal-EMSWe (7)

Q3 2021

Att ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxi d-data soġġetta għal mekkaniżmi ta’ użu mill-ġdid tad-data  (8)

2023 (indikattiv)

Att ta’ implimentazzjoni dwar il-bażi tad-data tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri (9)

2024 (indikattiv)

Att ta’ implimentazzjoni dwar servizz komuni ta’ indirizzar (10)

Q2 2024

3.   Strateġija ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

Huwa importanti ħafna li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar Regolamentazzjoni Aħjar.

Konsultazzjoni interna

Il-konsultazzjoni interna ma’ servizzi oħrajn tal-Kummissjoni se tiġi żgurata mill-grupp ta’ tmexxija legali u tal-politika tal-EMSWe, li se jiġi kkonsultat dwar kull stadju importanti maġġuri tal-proġett jew meta jkun meħtieġ aġġornament maġġuri, jew mill-anqas darbtejn fis-sena.

Stati Membri

Fit-tħejjija ta’ atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-esperti tal-Istati Membri u l-komunità tan-negozji jiġu kkonsultati b’mod trasparenti, u minn qabel sew. F’dan il-kuntest, hija tikkonsulta lis-sottogrupp ta’ esperti tal-EMSWe tal-HLSG, li fih l-Istati Membri se jkunu rrappreżentati minn esperti fi kwistjonijiet marittimi u mill-koordinaturi nazzjonali għall-EMSWe. Il-ħidma se tiġi allokata fost it-timijiet tematiċi ta’ esperti fuq suġġetti speċifiċi, eż. data, interfaċċi u bażijiet tad-data. Għall-proġetti relatati mal-użu ta’ SafeSeaNet u l-bażijiet tad-data komuni tal-EMSWe, se jiġi kkonsultat ukoll is-sottogrupp ta’ SafeSeaNet tal-HLSG.

Il-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-EMSWe jkopri diversi formalitajiet doganali għall-ħruġ u d-dħul jesiġi li l-awtoritajiet doganali jkunu involuti kif xieraq. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni se tikkonsulta lill-gruppi ta’ esperti doganali rilevanti, bħall-Grupp ta’ Koordinazzjoni tad-Dwana Elettronika u l-Grupp ta’ Negozju Doganali (kif ġestit mid-DĠ TAXUD). Jistgħu jiġu organizzati laqgħat konġunti tas-sottogrupp ta’ esperti tal-EMSWe u dan tal-aħħar għal dan il-għan.

Il-Kummissjoni se twettaq konsultazzjonijiet kif stabbilit hawn fuq fi stadju bikri xieraq meta tħejji abbozzi ta’ atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat għat-Trasport u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ Diġitali għall-opinjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu kkonsultati f’kull stadju tal-implimentazzjoni. L-Istati Membri huma responsabbli għall-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali. Huma jridu jiżguraw ukoll konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali għall-implimentazzjoni nazzjonali tal-EMSWe.

Partijiet ikkonċernati oħrajn

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-assoċjazzjonijiet tal-industrija jipparteċipaw fil-gruppi ta’ esperti bħala osservaturi. Barra minn hekk, hija tista’ torganizza sessjonijiet ta’ ħidma dwar aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni, sabiex tiġbor il-fehmiet u l-feedback mill-partijiet ikkonċernati ewlenin fis-settur marittimu.

4.   Arkitettura tal-IT tal-EMSWe

L-EMSWe tikkonsisti f’komponenti tal-IT ċentrali u nazzjonali. L-MNSWs huma kkomplementati b’modulu tal-interfaċċa armonizzata tar-rapportar (RIM) għall-komunikazzjoni minn sistema għal sistema, interfaċċa grafika tal-utent (GUI), reġistru komuni tal-utenti u sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess, bażijiet tad-data komuni u servizz komuni ta’ indirizzar (CAS).

Image 1

L-Illustrazzjoni turi l-arkitettura ta’ livell għoli tal-EMSWe fi Stat Membru, inkluż l-interazzjonijiet tal-MNSW mal-operaturi ekonomiċi u mas-sistemi tal-awtoritajiet.

Il-komponent ċentrali tal-EMSWe huwa l-MNSW, pjattaforma teknika stabbilita u mħaddma fuq livell nazzjonali biex tirċievi, tiskambja u tibgħat informazzjoni elettronika f’konformità mal-obbligi ta’ rapportar (l-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-EMSWe).

Il-partijiet, il-komponenti u l-mekkaniżmi ta’ skambju komuni huma elenkati hawn taħt:

Tabella 4

Lista indikattiva ta’ partijiet, komponenti u mekkaniżmi komuni tal-EMSWe

Elementi

Deskrizzjoni

Artikoli

1

Single Window Nazzjonali Marittima (MNSW)

Artikolu 2(3)

2

Interfaċċa grafika tal-utent (GUI)

Artikoli 2(9), 6(4)

3

Modulu tal-interfaċċa tar-rapportar armonizzat (RIM)

Artikolu 2(4), 6(1)

4

Reġistru komuni tal-utenti

Artikolu 12(1)

5

Sistema komuni ta’ ġestjoni tal-aċċess tal-utenti

Artikolu 12(1), (2), (3)

6

Servizz Komuni ta’ Indirizzar (CAS)

Artikolu 2(10)

7

Bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe

Artikolu 14

8

Bażi tad-data komuni ta’ lokalizzazzjoni

Artikolu 15

9

Bażi tad-data komuni dwar il-hazmat

Artikolu 16

10

Bażi tad-data komuni tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri

Artikolu 17

11

SafeSeaNet (sistema ta’ SSN nazzjonali u ta’ SSN ċentrali)

Artikolu 8(4)

12

Dispożizzjonijiet addizzjonali għad-dwana

Artikolu 11(1), (2)

13

Dikjaranti

Artikolu 2(11)

14

Fornituri ta’ servizzi tad-data

Artikolu 2(13)

15

Mezzi oħra ta’ rapportar

Artikolu 7

16

Fornituri ta’ servizzi portwarji

Artikolu 2(15)

5.   L-iżvilupp u l-aġġornament ta’ elementi armonizzati

Modulu tal-interfaċċa tar-rapportar armonizzat (RIM)

Ir-Regolament dwar l-EMSWe jirrikjedi li l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tiżviluppa sa Q3 2022 ir-RIM (11) armonizzat għal komunikazzjoni minn sistema għal sistema. Il-pjan għandu jadotta l-ewwel att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tar-RIM fl-2021.

F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tipproduċi wkoll gwida għall-implimentazzjoni tal-messaġġi li tiddeskrivi l-iskambji ta’ informazzjoni bejn l-utenti u r-RIM. L-ipproċessar tal-informazzjoni bejn l-MNSWs u l-awtoritajiet rilevanti jibqa’ r-responsabbiltà tal-Istati Membri.

Wara l-ewwel rilaxx, mistenni fi Q3 2022, ir-RIM se jiġi aġġornat, fejn meħtieġ, qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-EMSWe (15 ta’ Awwissu 2025) u minn hemm ’il quddiem. Ladarba l-ispeċifikazzjonijiet tar-RIM ikunu ġew adottati, u f’konformità mal-punti (a), (d) u (h) fl-Artikolu 19 tar-Regolament, il-Kummissjoni tistabbilixxi skadenzi indikattivi għal:

l-integrazzjoni sussegwenti tal-Istati Membri tar-RIM fl-MNSWs; u

l-eliminazzjoni gradwali tal-verżjonijiet antiki tar-RIM mill-Istati Membri u mid-dikjaranti.

Servizz Komuni ta’ Indirizzar (CAS)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar l-EMSWe, l-ispeċifikazzjonijiet tal-CAS se jiġu adottati sa Q3 2024. L-iżvilupp ta’ dan il-komponent huwa mistenni li jibda wara l-iżvilupp tar-RIM u li jiġi konkluż qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (15 ta’ Awwissu 2025). Ladarba l-ispeċifikazzjonijiet ikunu ġew adottati, u f’konformità mal-punti (b) u (e) fl-Artikolu 19 tar-Regolament, il-Kummissjoni se tistabbilixxi ż-żmien għall-integrazzjoni tal-CAS fl-ambjent tar-rapportar u l-proċedura għall-ġestjoni tat-tibdil għall-aġġornament tiegħu.

Sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess tal-EMSWe

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi, u se tiżgura d-disponibbiltà ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess għall-awtentikazzjoni tad-dikjaranti u tal-fornituri tas-servizzi tad-data li jużaw l-MNSWs. L-awtoritajiet nazzjonali se jaċċessaw ukoll is-sistema f’każijiet fejn tkun meħtieġa l-awtentikazzjoni.

Is-sistema komuni ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess se tipprevedi reġistrazzjoni ta’ utent wieħed permezz ta’ reġistru tal-Unjoni b’rikonoxximent fil-livell tal-UE, ġestjoni federata tal-utenti u monitoraġġ tal-utenti fil-livell tal-UE.

Ladarba l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess jkunu ġew adottati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi ż-żmien għall-integrazzjoni tagħha fir-RIM u fl-MNSWs.

6.   Fażijiet ta’ implimentazzjoni

L-EMSWe se tiġi implimentata f’serje ta’ fażijiet li jistgħu jikkoinċidu parzjalment. Ir-restrizzjonijiet fiż-żmien ifissru li xi kompiti se jitwettqu b’mod parallel, fejn possibbli. Madankollu, xi azzjonijiet se jiddependu fuq l-eżitu tar-riżultati preċedenti, u għalhekk id-dipendenzi jridu jiġu analizzati fid-dettall.

Il-pjan jinvolvi l-fażijiet li ġejjin:

Il-Fażi 0:

Bidu (Q2 2019)

L-abbozz tal-pjan ġenerali, l-istrutturi organizzattivi ewlenin, il-kanali ta’ komunikazzjoni u l-mandati għall-implimentazzjoni koordinata ġew stabbiliti.

Il-Fażi 1:

L-abbozzar u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi u ta’ atti relatati oħra (12) (Q3 2019 — Q3 2021)

L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali se jiġu abbozzati abbażi tal-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati (l-awtoritajiet u l-industrija) u l-karatteristiċi tad-data meħtieġa. Dawn se jgħinu biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-inkonsistenzi, u se jippermettu stimi aktar preċiżi tax-xogħol u r-riżorsi meħtieġa. Dawn se jipprovdu idea preċiża tal-ħtiġijiet (eż. il-proċessi u l-flussi tad-data mas-sistemi tal-industrija, tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-UE, il-politiki ta’ aċċess, it-tqassim skont id-daqs tad-data li għandha tiġi pproċessata), sabiex l-arkitetti tas-sistema jkunu jistgħu jiddisinjaw is-sistema b’mod effiċjenti u jistmaw l-ispejjeż tal-alternattivi fid-disinn. Aktar tard, dawn se jipprovdu gwida għall-iżviluppaturi u għat-testers li jimplimentaw u jivverifikaw ir-rekwiżiti tekniċi.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi se jiddeterminaw l-istrutturi tekniċi, il-formati u l-protokolli għall-komponenti komuni tal-EMSWe, inklużi l-interfaċċi mal-industrija (eż. RIM armonizzat, bażijiet tad-data komuni, sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess).

Il-pjan proviżorju għall-finalizzazzjoni tal-proġetti huwa kif ġej:

Tabella 5

Proġetti taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni

Proġett

Skadenza (13)

L-elenkar tal-informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni fil-qosor tad-dħul (ENS) li għandha ssir disponibbli għall-MNSWs

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet għall-modulu tal-interfaċċa tar-rapportar armonizzat (RIM)

Q3 2021

Funzjonalitajiet komuni ta’ interfaċċa grafika tal-utent (GUI)

Q3 2021

Mudelli ta’ spreadsheets diġitali armonizzati

Q3 2021

Struttura armonizzata għas-sit web nazzjonali ta’ appoġġ tal-Istati Membri

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ħinijiet tal-wasla u tat-tluq

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet għall-format uniformi għall-indirizzi tal-internet tal-MNSWs

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet għas-sistema ta’ ġestjoni tar-reġistru tal-utenti u ta’ aċċess

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet għall-bażi tad-data dwar il-vapuri tal-EMSWe

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet għall-bażi tad-data komuni ta’ lokalizzazzjoni

Q3 2021

Speċifikazzjonijiet għall-bażi tad-data komuni dwar il-Hazmat

Q3 2021

Gwida għall-implimentazzjoni tal-messaġġi

2022 (indikattiv)

Messaġġi ta’ rispons għar-rikonoxximenti u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet

2023 (indikattiv)

L-elenkar tad-data li għandha ssir disponibbli għad-dikjaranti bejn żewġ sejħiet portwarji

2023 (indikattiv)

L-elenkar tad-data li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-MNSWs permezz ta’ SafeSeaNet

2023 (indikattiv)

Speċifikazzjonijiet għal bażi tad-data komuni tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri

2023 (indikattiv)

Speċifikazzjonijiet għas-servizz komuni ta’ indirizzar (CAS)

Q3 2024

Il-Fażi 2:

Fażi ta’ implimentazzjoni teknika — l-UE u l-Istati Membri (Q3 - 2021 — Q4 - 2022)

F’din il-fażi, is-sistemi ċentrali u nazzjonali jiġu ppreżentati għall-offerti (il-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Istati Membri) u jiġu implimentati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet. B’mod partikolari, huwa mistenni li l-ewwel rilaxx tar-RIM se jkun lest fi Q3 2022. Se jkollha tiġi pprovduta dokumentazzjoni (eż. rekwiżiti tal-infrastruttura tal-hosting, manwali tal-installazzjoni, gwidi tal-interfaċċa tas-sistema) u taħriġ. Il-pjan proviżorju għall-użu tad-diversi komponenti huwa kif ġej:

Tabella 6

Lista ta’ riżultati taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni

Riżultat tanġibbli

Skadenza

L-ewwel żvilupp tar-RIM

Q3 2022

Il-forniment tar-reġistru tal-utenti

2023 (indikattiv)

Il-forniment tas-sistema ta’ ġestjoni tal-aċċess

2023 (indikattiv)

Forniment ta’ bażi tad-data dwar il-vapuri

2023 (indikattiv)

Forniment ta’ bażi tad-data komuni dwar il-hazmat

2023 (indikattiv)

Il-forniment ta’ bażi tad-data komuni ta’ lokalizzazzjoni

2023 (indikattiv)

Il-forniment ta’ bażi tad-data tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri

2024 (indikattiv)

Forniment ta’ servizz komuni ta’ indirizzar (CAS)

Q4 2024

Il-Fażi 3:

Fażi ta’ ttestjar inizjali — amministrazzjonijiet pubbliċi (Q1 2023 — Q2 2024) (14)

Matul din il-fażi, kemm il-Kummissjoni kif ukoll kull Stat Membru huma mistennija jwettqu testijiet tekniċi, kif ukoll testijiet funzjonali u mhux funzjonali. It-testijiet funzjonali jivverifikaw azzjonijiet jew funzjonijiet fl-ispeċifikazzjonijiet funzjonali — għandhom it-tendenza li jwieġbu l-mistoqsijiet “l-utent jista’ jagħmel dan?” jew “din il-karatteristika partikolari taħdem?”. L-ittestjar mhux funzjonali jirreferi għal aspetti bħall-iskalabbiltà jew rendiment ieħor, l-imġiba f’ċerti restrizzjonijiet, u s-sigurtà. Skont ir-riżultati tat-test, jistgħu jkunu meħtieġa diversi rilaxxi tar-RIM jew ta’ komponenti oħra.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jipprovdu lill-awtoritajiet tal-Istati Membri b’assistenza teknika matul il-konfigurazzjoni u l-istabbiliment tar-RIM, u se jwettqu testijiet ma’ kull Stat Membru biex jiżguraw li l-installazzjoni tkun ta’ suċċess u kompletament funzjonali.

Il-Fażi 4:

Speċifikazzjonijiet u emendi ulterjuri (Q2-2023 — Q2 2024)

Din il-fażi tista’ tibda b’mod parzjalment konġunt mal-Fażi 3. Il-Kummissjoni se tadotta atti ta’ implimentazzjoni (15), probabbilment fit-tieni nofs tal-2023, biex tiddetermina d-data tal-EMSWe li għandha tintuża mill-ġdid mal-wasla u d-data li għandha tiġi kondiviża permezz ta’ SafeSeaNet. Hija se tiżviluppa wkoll il-messaġġi ta’ rispons għar-rikonoxximenti u għad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet. Il-mekkaniżmi u l-interfaċċi għall-iskambju tad-data ta’ SafeSeaNet, inkluż il-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, se jiġu definiti fejn meħtieġ. Qabel l-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament dwar l-EMSWe, se jiġu emendati d-Dokument ta’ kontroll tal-interfaċċa u tal-funzjonalitajiet (IFCD) u l-gwida ta’ referenza ta’ SafeSeaNet u d-dokumentazzjoni rilevanti. (16)

Jekk obbligi ta’ rapportar ġodda jiġu nnotifikati u approvati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament, il-Kummissjoni se tadotta l-att delegat li jemenda l-Anness u l-elementi l-ġodda tad-data se jiġu inklużi fis-sett ta’ data tal-EMSWe. Sussegwentement, hija se taġġorna r-RIM.

Huwa previst li l-Kummissjoni se tadotta l-att ta’ implimentazzjoni dwar il-bażi tad-data komuni tal-kundizzjonijiet sanitarji fuq il-vapuri (17).

Il-Fażi 5:

L-implimentazzjoni u t-tieni fażi ta’ ttestjar — l-industrija u sistemi ġodda (Q1 2024 — data tal-applikazzjoni)

Ladarba jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa u l-interfaċċi u komponenti oħrajn stabbiliti, huwa mistenni li l-industrija tiżviluppa u tittestja l-konnessjonijiet u l-proċeduri relatati tagħhom. Is-sistema ġenerali tar-rapportar se tiġi allinjata ma’ sistemi ġodda żviluppati taħt inizjattivi oħra tal-UE.

Kull Stat Membru huwa mistenni li jistabbilixxi helpdesk tekniku u sit web ta’ appoġġ online. Sad-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni se taġġorna l-MNSWs u s-SafeSeaNet sabiex tiskambja d-data rilevanti f’konformità mal-Artikol 8 tar-Regolament.

Il-Fażi 6:

Fażi ta’ tħaddim inizjali (Q1 2025 — data tal-applikazzjoni)

Matul din il-fażi, l-industrija u l-Istati Membri se jkunu jistgħu jivverifikaw il-funzjonament tas-sistema.

Il-Fażi 7:

Fażi ta’ applikazzjoni (data tal-applikazzjoni — ’il quddiem)

Mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament, l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar se tiġi pprovduta permezz ta’ u f’konformità mas-sett ta’ data tal-EMSWe permezz tal-interfaċċi armonizzati u, fejn rilevanti, b’mezzi ta’ rapportar oħra. Kull Stat Membru se jipprovdi helpdesk fl-ewwel 12-il xahar (mill-15 ta’ Awwissu 2025) u sit web ta’ appoġġ online għall-MNSW tiegħu, bi struzzjonijiet ċari fil-lingwa/i uffiċjali tiegħu u, fejn rilevanti, lingwa li tintuża internazzjonalment.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64); https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2019/1239/oj

(2)  Dan id-dokument ġie abbozzat f’konsultazzjoni mal-esperti marittimi u doganali tal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli għall-Governanza tas-Sistema u s-Servizzi Marittimi Diġitali u l-Grupp tan-Negozju Doganali.

(3)  Kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/566; https://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=3450

(4)  Ara l-Artikolu 11(3) tar-Regolament.

(5)  Ara l-Artikoli 6(1) u 4 tar-Regolament.

(6)  Ara l-Artikolu 12(4) tar-Regolament.

(7)  Ara l-Artikoli 14(4), 15(4) u 16(6) tar-Regolament.

(8)  Ara l-Artikolu 8(5) tar-Regolament.

(9)  Ara l-Artikolu 17(3) tar-Regolament.

(10)  Ara l-Artikolu 13(2) tar-Regolament.

(11)  Ara l-Artikolu 6(2) tar-Regolament.

(12)  Ara t-Tabella 3 hawn fuq.

(13)  Data ppjanata għall-finalizzazzjoni tad-dokumenti.

(14)  Ara l-punt (f) fl-Artikolu 19 tar-Regolament.

(15)  Ara l-Artikolu 8(5) tar-Regolament.

(16)  L-emendi se jiġu approvati mill-HLSG f’konformità mal-kompiti fil-punt 2.2 fl-Anness III tad-Direttiva 2002/59/KE.

(17)  Ara l-Artikolu 17(3) tar-Regolament.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/11


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10345 — Equistone Partners Europe/CVG)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 299/04)

Fi 20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10345. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Lulju 2021

(2021/C 299/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1787

JPY

Yen Ġappuniż

130,05

DKK

Krona Daniża

7,4372

GBP

Lira Sterlina

0,85468

SEK

Krona Żvediża

10,2050

CHF

Frank Żvizzeru

1,0826

ISK

Krona Iżlandiża

148,60

NOK

Krona Norveġiża

10,4270

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,629

HUF

Forint Ungeriż

361,65

PLN

Zloty Pollakk

4,5888

RON

Leu Rumen

4,9223

TRY

Lira Turka

10,0973

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6010

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4804

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,1656

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6889

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6032

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 360,69

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,4846

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6426

HRK

Kuna Kroata

7,5245

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 084,23

MYR

Ringgit Malażjan

4,9877

PHP

Peso Filippin

59,342

RUB

Rouble Russu

87,1713

THB

Baht Tajlandiż

38,832

BRL

Real Brażiljan

6,1546

MXN

Peso Messikan

23,6826

INR

Rupi Indjan

87,7305


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 299/06)

1.   

Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti),

Equitix Holdings Limited (“Equitix”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Reade Griffith, ċittadin tar-Renju Unit li jikkontrolla t-Tetragon Financial Group Limited (“Tetragon”) (ir-Renju Unit),

John Laing Group plc (ir-Renju Unit), u John Laing Investments Limited (ir-Renju Unit), li bħalissa huma kkontrollati minn John Laing Group plc (flimkien “John Laing”).

KKR takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku indirett ta’ John Laing Group plc kollu.

Sussegwentement, KKR u Equitix jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ John Laing Investments Limited, il-kumpanija ewlenija ta’ portafoll ta’ John Laing Group plc.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-19 ta’ Mejju 2021, u bix-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal KKR: KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni. KKR tisponsorja fondi ta’ investiment li jinvestu f’ekwità privata, kreditu u assi ta’ proprjetà immobbli u għandhom sħab strateġiċi li jimmaniġġjaw il-fondi ħeġġ. Is-sussidjarji tal-assigurazzjoni ta’ KKR joffru prodotti tal-irtirar, tal-ħajja u tar-riassigurazzjoni taħt il-ġestjoni ta’ Global Atlantic,

għal Equitix: Equitix hija investitur, żviluppatur u maniġer tal-fondi fit-tul tal-infrastruttura ewlenija u tal-assi tal-effiċjenza enerġetika. Equitix tamministra sitt fondi ewlenin tal-infrastruttura ewlenija, 14-il fond ta’ koinvestiment li huma ddedikati għal proġetti ta’ infrastruttura akbar, u għadd ta’ kontijiet ġestiti segregati li jipprovdu soluzzjonijiet personalizzati. L-istrateġija ta’ investiment ta’ Equitix tiffoka fuq proġetti ta’ infrastruttura ewlenija li jkopru firxa wiesgħa ta’ setturi b’enfasi partikolari fuq l-infrastruttura soċjali, it-trasport, l-utilitajiet u l-enerġija rinnovabbli. Equitix hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn individwu wieħed, Reade Griffith, ċittadin tar-Renju Unit. Is-Sur Griffith jikkontrolla lil Tetragon,

għal John Laing: John Laing huwa investitur u maniġer tal-assi attivi globalment, prinċipalment għal proġetti tas-settur pubbliku li jeħtieġu finanzjament privat. John Laing jinvesti fit-trasport, fl-infrastruttura soċjali u fl-assi tal-enerġija rinnovabbli u dan l-aħħar f’negozji Core-plus, inkluża l-infrastruttura diġitali. John Laing għandu l-kwartieri ġenerali f’Londra u jopera f’seba’ pajjiżi madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10332 — KKR/Equitix Tetragon/Target

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.10277 — Geely/Futaihua/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 299/07)

1.   

Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Zhejiang Geely Holding Group Co., Ltd. (“Geely”, iċ-Ċina),

Futaihua Industry Shenzhen Co., Ltd. (“Futaihua”, it-Tajwan), sussidjarja posseduta totalment minn Hon Hai Precision Industry Co., Ltd., li tinnegozja bħala Foxconn Technology Group (it-Tajwan),

impriża konġunta f’żona ġdida (“Impriża Konġunta” iċ-Ċina).

Geely u Futaihua jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Geely: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri madwar id-dinja,

għal Futaihua: il-forniment ta’ servizzi ta’ manifattura elettronika (“EMS”) ta’ partijiet terzi lill-Manifatturi ta’ Tagħmir Oriġinali (“OEM”) ta’ prodotti elettroniċi, bħal kompjuters, telefowns ċellulari, pannelli għall-kontroll (consoles) tal-logħob tal-vidjo u televixins,

għall-Impriża Konġunta: il-produzzjoni sħiħa jew parzjali tal-OEM u servizzi ta’ konsulenza komprensivi u personalizzati fiċ-Ċina relatati ma’ vetturi sħaħ, partijiet, sistemi ta’ sewqan intelliġenti, pjattaformi tal-ekosistema awtomobilistika, katina tal-valur tal-industrija tal-vetturi elettriċi, eċċ. għall-intrapriżi awtomobilistiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10277 — Geely/Futaihua/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.10369 — APG/Stockholms Stadshus/Stockholm Exergi Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 299/08)

1.   

Fid-19 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

APG Asset Management N.V., (“APG”, in-Netherlands), finalment ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (in-Netherlands),

Stockholms Stadshus AB (“Stockholms Stadshus”, l-Iżvezja), proprjetà tal-Muniċipalità ta’ Stokkolma (l-Iżvezja),

Stockholm Exergi Holding AB (publ) (“Stockholm Exergi Holding”, l-Iżvezja), attwalment ikkontrollata minn Stockholms Stadshus u Fortum Oyj (il-Finlandja).

APG u Stockholms Stadshus jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Stockholm Exergi Holding.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal APG: proveditur tal-pensjonijiet, attiv fil-forniment ta’ konsulenza eżekuttiva, ġestjoni tal-assi (inklużi assi fi ħdan l-enerġija u l-utilitajiet, telekomunikazzjonijiet, u infrastruttura tat-trasport), amministrazzjoni tal-pensjonijiet, komunikazzjoni tal-pensjonijiet u servizzi ta’ min iħaddem,

għal Stockholms Stadshus: attiva fil-kiri tad-djar, il-proprjetajiet tal-iskejjel, id-djar tal-kura, il-proprjetajiet tal-wirjiet u l-areni sportivi/ta’ divertiment, il-provvista tal-ilma u s-servizzi tal-iskart, il-faċilitajiet tal-port, it-tisħin distrettwali u n-netwerks tal-fibra, l-assigurazzjoni tal-ħajja u l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja,

għal Stockholm Exergi Holding: attiva fil-produzzjoni u l-provvista tat-tisħin distrettwali u t-tkessiħ distrettwali għall-klijenti korporattivi u residenzjali f’seba’ muniċipalitajiet fil-Kontea ta’ Stokkolma, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku, l-immaniġġjar u s-separazzjoni tal-iskart u l-akkwist tal-fjuwil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10369 — APG/Stockholms Stadshus/Stockholm Exergi Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.