ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 216

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
7 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2021/C 216/01

Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

1


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI —

Linji gwida tal-Kummissjoni dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(2021/C 216/01)

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI 4

2.

TERMINI U DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI 5

2.1.

Definizzjoni ta’ plastik (il-punt (1) tal-Artikolu 3) 5

2.1.1.

Polimeru 5

2.1.2.

Jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali 6

2.1.3.

Polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament 6

2.2.

Prodott tal-Plastik li Jintuża Darba Biss (il-punt (2) tal-Artikolu 3) 7

2.2.1.

Kontenut ta’ plastik: magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik 8

2.2.2.

Jintuża darba biss 9

2.2.3.

In-natura ta’ mili u użu mill-ġdid tal-prodott 9

3.

RELAZZJONI BEJN ID-DIRETTIVA (UE) 2019/904 U D-DIRETTIVA 94/62/KE 10

4.

KRITERJI SPEĊIFIĊI TAL-PRODOTT 11

4.1.

Kontenituri tal-ikel 11

4.1.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 11

4.1.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 12

4.2.

Pakketti u tgeżwir 15

4.2.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 15

4.2.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 15

4.3.

Pożati, platti, straws u ħawwada 18

4.3.1.

Deskrizzjonijiet tal-prodott fid-Direttiva 18

4.3.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 18

4.4.

Kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb u tazez għax-xorb (inkluż it-tappijiet, l-għatiet u l-għotjien tagħhom) 20

4.4.1.

Deskrizzjonijiet u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 20

4.4.2.

Tappijiet, għotjien u għatiet 21

4.4.3.

Eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott 23

4.4.4.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 24

4.5.

Differenzjazzjoni bejn ċerti kategoriji ta’ prodotti (relatati) 27

4.5.1.

Elementi ewlenin biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-kontenituri tax-xorb 27

4.5.2.

Elementi ewlenin biex il-kontenituri tal-ikel jintgħarfu mit-tazez għax-xorb 28

4.5.3.

Elementi ewlenin biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tax-xorb, il-fliexken tax-xorb u t-tazez għax-xorb 29

4.5.4.

Elementi ewlenin biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-pakketti u t-tgeżwir 30

4.5.5.

Elementi ewlenin biex il-platti jintgħarfu mill-kontenituri tal-ikel 30

4.6.

Basktijiet tal-plastik ħfief 31

4.6.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 31

4.6.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 32

4.7.

Stikek tal-cotton buds 33

4.7.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 33

4.7.2.

Eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott 33

4.7.3.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 34

4.8.

Bżieżaq u tikek tal-bżieżaq 34

4.8.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 34

4.8.2.

Eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott 35

4.8.3.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 36

4.9.

Assorbenti sanitarji (pads), tampuni, u applikaturi tat-tampuni 36

4.9.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 36

4.9.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 37

4.10.

Wet wipes 37

4.10.1.

Deskrizzjoni, kriterji u eżenzjonijiet tal-prodott fid-Direttiva 37

4.10.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 40

4.11.

Prodotti tat-tabakk bil-filtri, filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk 42

4.11.1.

Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva 42

4.11.2.

Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi 42

ANNESS –

Ħarsa ġenerali lejn il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, id-deskrizzjonijiet tagħhom u r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fid-Direttiva 44

1.   INTRODUZZJONI

Dan id-dokument jipprovdi gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/904 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Direttiva” jew “id-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss”).

Din id-Direttiva tapplika għall-prodotti tal-plastik kollha li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness tagħha, kif ukoll għall-prodotti kollha magħmula minn plastik ossodegradabbli, u għall-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik. L-Artikolu 12 tagħha jqabbad lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida, inkluż eżempji ta’ dak li għandu jitqies bħala prodott tal-plastik li jintuża darba biss għall-finijiet tad-Direttiva. L-enfasi ta’ dawn il-linji gwida hija fuq il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss inklużi fl-Anness, elenkati hawn taħt.

Bżieżaq;

Stikek tal-bżieżaq;

Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

Fliexken tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

Ħawwada tax-xorb;

Stikek tal-cotton buds;

Tazez għax-xorb;

Tazez għax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inkluż l-għatiet u l-għotjien tagħhom;

Tazez għax-xorb, inkluż l-għatiet u l-għotjien tagħhom;

Pożati (frieket, skieken, mgħaref, chopsticks);

Kontenituri tal-ikel;

Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut;

Basktijiet tal-plastik ħfief;

Pakketti u tgeżwir;

Platti;

Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni;

Straws;

Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk;

Wet wipes.

Il-Linji Gwida ma jkoprux fid-dettall l-irkaptu tas-sajd u l-prodotti magħmula minn plastik ossodegradabbli. Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, l-Artikolu 5 tad-Direttiva jipprojbixxi l-prodotti tal-plastik ossodegradabbli kollha, kemm jekk jintużaw darba biss kif ukoll jekk le, u ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn il-plastik ossodegradabbli li jkun bijodegradabbli u l-plastik ossodegradabbli li ma jkunx bijodegradabbli.

Dan id-dokument jipprovdi gwida dwar id-definizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva u eżempji ta’ prodotti li għandhom jitqiesu bħala li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jew barra minnu. Dawn l-eżempji mhumiex eżawrjenti u jservu biss biex jipprovdu illustrazzjoni dwar kif għandhom jiġu interpretati ċerti definizzjonijiet u rekwiżiti rilevanti tad-Direttiva fil-kuntest tal-prodotti tal-plastik speċifiċi li jintużaw darba biss. Il-kontenut, inkluż l-eżempji, jirrifletti l-fehmiet tal-Kummissjoni Ewropea u bħala tali mhuwiex legalment vinkolanti. L-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

B’mod partikolari fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, jiġi nnotat li l-Artikolu 11 jirrikjedi li l-miżuri li jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 tad-Direttiva jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel biex jiġi żgurat li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel ma jiġux kompromessi. Il-Premessa 14 tirrikjedi wkoll li l-miżuri ma jikkompromettux ukoll il-prattiki tajba tal-iġjene, il-prattiki tajba tal-manifattura, u l-informazzjoni għall-konsumatur.

2.   TERMINI U DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI (2)

2.1.   Definizzjoni ta’ plastik (il-punt (1) tal-Artikolu 3)

Id-definizzjoni ta’ plastik tingħata fil-punt (1) tal-Artikolu 3:

‘plastik’ tfisser materjal magħmul minn polimeru kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (3), li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament” [Enfasi miżjuda]

Skont il-Premessa 11, il-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva jirreferi għad-definizzjoni stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) u jżid aktar elementi biex jintroduċi definizzjoni adattata u b’hekk separata.

Il-Premessa 11 tindika b’mod espliċitu ż-żebgħa, il-linek u l-adeżivi bħala materjali polimeriċi, li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ plastik fil-punt (1) tal-Artikolu 3. Konsegwentement, prodott finali (b’xi mod ieħor) mhux tal-plastik li dawn jiġu applikati għalih mhuwiex prodott tal-plastik li jintuża darba biss skont din id-Direttiva. Bosta mit-termini u mill-kunċetti użati fil-punt (1) tal-Artikolu 3 u fil-Premessa 11 jirrikjedu aktar kjarifika. It-taqsimiet li ġejjin jipprovdu gwida dwar it-termini ewlenin, b’mod partikolari:

polimeru (it-taqsima 2.1.1);

jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali (it-taqsima 2.1.2); u

polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament (it-taqsima 2.1.3).

2.1.1.   Polimeru

Il-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva jirreferi għad-definizzjoni ta’ polimeru fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tar-Regolament REACH, li tgħid hekk:

“polimeru: tfisser sustanza li tikkonsisti minn molekuli karatterizzati minn sekwenza ta’ tip wieħed jew aktar ta’ unitajiet monomeriċi. Tali molekuli jrid ikollhom firxa ta’ piżijiet molekulari fejn id-differenzi fil-piż molekulari jkun attribwibbli primarjament għad-differenzi fin-numru ta’ unitajiet monomeriċi. Polimeru jkun fih dan li ġej:

(a)

maġġoranza ta’ piż sempliċi ta’ molekuli li jkun fih tal-anqas tliet unitajiet monomeriċi li jkunu marbuta b’mod kovalenti ma’ tal-anqas unità monomerika oħra jew sustanza reattiva oħra;

(b)

anqas minn maġġoranza sempliċi ta’ piż ta’ molekuli tal-istess piż molekulari.

Fil-kuntest ta’ din id-definizzjoni ‘unità monomerika’ tfisser il-forma li ġiet suġġetta għal reazzjoni ta’ sustanza monomerika f’polimeru.”

Biex tiġi kkomplementata d-definizzjoni ta’ polimeru fir-Regolament REACH, tingħata gwida addizzjonali fil-Gwida tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għall-polimeri u għall-monomeri (4) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Gwida tal-ECHA”):

“Polimeru, bħal kull sustanza oħra ddefinita fl-Artikolu 3(1) [tar-REACH], jista’ jkun fih ukoll addittivi meħtieġa biex jippreservaw l-istabbiltà tal-polimeru u impuritajiet li jiġu mill-proċess ta’ manifattura. Dawn l-istabbilizzaturi u impuritajiet jitqiesu li jagħmlu parti mis-sustanza.”

2.1.2.   Jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali

Il-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva jiddefinixxi l-plastik bħala “materjal (…) li jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali”. L-aspett tal-kapaċità li jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali jikkonċerna d-definizzjoni ta’ plastik u mhux id-definizzjoni ta’ prodott tal-plastik li jintuża darba biss. Għalhekk, fil-kuntest tad-definizzjoni ta’ plastik, dan il-kriterju għandu jinftiehem bħala kunċett ġeneriku. Peress li l-punt (1) tal-Artikolu 3 ma jispeċifika jew jillimita bl-ebda mod it-tip ta’ prodott finali, u lanqas l-ammont tal-polimeru, fil-prinċipju, firxa wiesgħa ta’ polimeri jistgħu jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali.

2.1.3.   Polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament

Il-polimeri li jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 jiġu eżentati mid-Direttiva: (i) jikkwalifikaw bħala polimeri naturali u (ii) jissodisfaw ir-rekwiżit li ma jkunux ġew modifikati kimikament. Dawn it-termini huma ċċarati aktar fil-Premessa 11:

Jenħtieġ li l-“polimeri naturali mhux modifikati, fis-sens tad-definizzjoni ta’ “sustanzi mhux modifikati b’mod kimiku” fil-punt 40 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006..., ma jkunux koperti minn din id-Direttiva għaliex jeżistu b’mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ polimeru fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tiġi adattata u li tiġi introdotta definizzjoni separata” [Enfasi miżjuda]

“Il-plastiks manifatturati b’polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b’bażi bijoloġika, ta’ fossili jew sintetika mhumiex ta’ oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f’din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b’bażi ta’ polimeri u l-plastiks b’bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa jew humiex intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien” [Enfasi miżjuda]

(i)

Polimeri naturali

It-terminu polimeru naturali huwa ddefinit fil-Gwida tal-ECHA kif ġej:

“Polimeri naturali jitqiesu bħala polimeri li huma r-riżultat ta’ proċess ta’ polimerizzazzjoni li jkun seħħ fin-natura, indipendentement mill-proċess ta’ estrazzjoni li bih ikunu ġew estratti. Dan ifisser li polimeri naturali mhumiex neċessarjament “sustanzi li jseħħu fin-natura” meta jkunu vvalutati skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(39) tar-Regolament REACH.” [Enfasi miżjuda]

Il-punt (39) tal-Artikolu 3 tar-Regolament REACH jiddefinixxi s-sustanzi li jseħħu fin-natura kif ġej:

Sustanzi li jinsabu fin-natura: tfisser sustanza li teżisti bħala tali b’mod naturali, mhux proċessata jew proċessata biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, bit-taħlil fl-ilma, bil-flotazzjoni, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni bil-fwar jew billi tissaħħan biss sabiex jitneħħa l-ilma, jew li tiġi estratta mill-arja bi kwalunkwe mezz.” [Enfasi miżjuda]

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, it-termini polimeru naturali u sustanza li teżisti b’mod naturali huma żewġ termini distinti u ma jenħtieġ li ma jiġux imfixkla. Distinzjoni ewlenija hija relatata mal-metodi tal-estrazzjoni permessi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-polimeru naturali jirreferi għal grupp usa’ li jkun indipendenti mill-metodu użat biex tiġi estratta s-sustanza min-natura. Barra minn hekk, il-punt (39) tal-Artikolu 3 tar-Regolament REACH ma jissemmiex direttament fid-Direttiva. Konsegwenza ta’ din id-distinzjoni u tal-applikazzjoni tad-definizzjoni mill-Gwida tal-ECHA hija, pereżempju, li ċ-ċelluloża u l-linjina estratti mill-injam u mil-lamtu tal-qamħirrum miksuba permezz tat-tħin niedi jissodisfaw id-definizzjoni ta’ polimeru naturali.

Distinzjoni ewlenija oħra hija jekk il-proċess ta’ polimerizzazzjoni jkunx seħħ fin-natura jew ikunx ir-riżultat ta’ proċess industrijali li jinvolvi l-organiżmi ħajjin. Abbażi tar-Regolament REACH u tal-Gwida relatata tal-ECHA, il-polimeri prodotti permezz ta’ proċess industrijali ta’ fermentazzjoni ma jitqisux bħala polimeri naturali minħabba li l-polimerizzazzjoni ma tkunx seħħet fin-natura. Għalhekk, il-polimeri li jirriżultaw mill-bijosinteżi permezz ta’ proċessi ta’ kultivazzjoni u fermentazzjoni magħmula mill-bniedem f’ambjenti industrijali, eż. il-polyhydroxyalkanoates (PHA), ma jitqisux bħala polimeri naturali minħabba li ma jirriżultawx minn proċess ta’ polimerizzazzjoni li jkun seħħ fin-natura. B’mod ġenerali, jekk polimeru jinkiseb minn proċess industrijali u jiġri li l-istess tip ta’ polimeru jkun jeżisti fin-natura, il-polimeru manifatturat ma jikkwalifikax bħala polimeru naturali.

(ii)

Mhux modifikati kimikament

Il-Premessa 11 tad-Direttiva tispjega li t-terminu sustanzi mhux modifikati kimikament jenħtieġ li jinqara f’konformità mal-punt (40) tal-Artikolu 3 tar-Regolament REACH, li jgħid:

“sustanza mhux modifikata b’mod kimiku: tfisser sustanza li l-istruttura kimika tagħha tibqa’ mhux mibdula, anke jekk tkun għaddiet minn proċess jew trattament kimiku, jew trasformazzjoni mineraloġika fiżika, pereżempju sabiex jitneħħew l-impuritajiet.” [Enfasi miżjuda]

It-termini ma ġewx modifikati kimikament fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva, fir-rigward tal-polimeri naturali, għandhom jiġu interpretati kif ġej: id-deċiżjoni dwar jekk polimeru jkunx ġie modifikat kimikament fil-produzzjoni tiegħu jew le jenħtieġ li tqis biss id-differenza bejn il-polimeru mdaħħal u dak li jirriżulta, filwaqt li tiġi injorata kwalunkwe modifika li setgħet seħħet matul il-proċessi tal-produzzjoni, peress li dawk mhumiex rilevanti għall-proprjetajiet u l-imġiba tal-polimeru użat u eventwalment potenzjalment rilaxxat fl-ambjent.

Dan ifisser li, pereżempju, iċ-ċelluloża riġenerata, eż. fil-forma ta’ rita viskuża, lijoċellulari u ċellulożika, ma titqiesx bħala modifikata kimikament, peress li l-polimeri li jirriżultaw ma jkunux modifikati kimikament meta mqabbla mal-polimeru mdaħħal. L-aċetat taċ-ċelluloża jitqies bħala modifikat kimikament minħabba li, meta mqabbel mal-polimeru naturali mdaħħal, il-modifiki kimiċi taċ-ċelluloża matul il-proċess tal-produzzjoni jibqgħu preżenti fi tmiem il-proċess tal-produzzjoni.

Meta l-bidliet fl-istruttura kimika ta’ polimeru jirriżultaw minn reazzjonijiet li jkunu qed iseħħu biss matul il-proċess ta’ estrazzjoni ta’ polimeru naturali (eż. il-proċess tal-isfibratura tal-injam biex jiġu estratti ċ-ċelluloża u l-linjina), dawn ma jitqisux li jirriżultaw f’modifika kimika tal-polimeru naturali skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 3 u tal-Premessa 11 tad-Direttiva. Għalhekk, il-materjal tal-karta li jirriżulta mill-proċess tal-isfibratura tal-injam ma jitqiesx bħala magħmul minn polimeri naturali modifikati kimikament. Din l-interpretazzjoni hija wkoll f’konformità mal-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal din id-Direttiva (minn hawn ’il quddiem, “il-Valutazzjoni tal-Impatt”), li fiha l-prodotti bbażati fuq il-karta mingħajr kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra ġew identifikati bħala alternattivi disponibbli u aktar sostenibbli għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss (5).

2.2.   Prodott tal-Plastik li Jintuża Darba Biss (il-punt (2) tal-Artikolu 3)

Il-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva jagħti d-definizzjoni li ġejja għal prodott tal-plastik li jintuża darba biss:

“prodott li huwa magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik u li mhuwiex maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex iwettaq, għat-tul tal-ħajja tiegħu, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jiġi rritornat għand produttur biex jerġa’ jimtela jew biex jerġa’ jintuża għall-istess skop li għalih kien maħsub” [enfasi miżjuda]

Barra minn hekk, il-Premessa 7 u l-Premessa 12 jiddikjaraw li d-Direttiva jenħtieġ li tkopri biss dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss misjuba l-aktar fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni - kif ukoll l-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik u l-prodotti minn plastik ossodegradabbli - u li, għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ u tal-metall ma jkunux koperti bid-Direttiva. Id-Direttiva speċifikament teżenta mill-Partijiet C, E, F u G tal-Anness, il-kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ u tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik, filwaqt li tinkludi l-imballaġġ imħallat tax-xorb. Dan huwa f’konformità mal-objettivi tad-Direttiva li jiġu ffokati l-isforzi fejn dawn huma l-aktar meħtieġa.

2.2.1.   Kontenut ta’ plastik: magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik

Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness tad-Direttiva jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jekk dawn ikunu magħmula kompletament jew parzjalment biss mill-plastik kif iddefinit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3. Id-Direttiva ma tipprevedi l-ebda limitu de minimis għall-kontenut ta’ plastik fi prodott li jintuża darba biss biex jiġi ddeterminat jekk dak il-prodott ikunx kopert bid-definizzjoni ta’ prodott tal-plastik li jintuża darba biss jew le; għalhekk, għandha tiġi applikata valutazzjoni kwalitattiva.

Fil-produzzjoni ta’ ħafna materjali, inkluż materjali mhux tal-plastik, il-polimeri li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ plastik f’din id-Direttiva spiss jintużaw biex jinkisbu proprjetajiet materjali speċifiċi kif ukoll effiċjenzi ogħla fil-proċess tal-produzzjoni. Dawk il-materjali polimeriċi spiss ikunu addittivi kimiċi sintetiċi. L-użu ta’ dawn il-materjali polimeriċi, eż. bħala aġenti ta’ ritenzjoni jew leganti u bħala għajnuniet għall-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ materjal, li fih innifsu ma jkunx tal-plastik, ma jwassalx biex il-prodott li jintuża darba biss, li jkun magħmul biss minn dak il-materjal, jitqies bħala magħmul parzjalment mill-plastik. B’mod partikolari, fit-tħejjija tal-proposta leġiżlattiva għad-Direttiva (6), il-prodotti bbażati fuq il-karta u l-kartun ġew ivvalutati speċifikament għall-potenzjal tagħhom li jservu bħala alternattiva sostenibbli għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Konsegwentement, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prodotti li jintużaw darba biss ibbażati fuq il-karta u l-kartun li jkunu magħmulin biss minn materjal ibbażat fuq il-karta u l-kartun, u mingħajr kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra, ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss skont it-tifsira tad-Direttiva.

Madankollu, meta jiġi applikat kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra fuq il-wiċċ ta’ materjal ibbażat fuq il-karta jew il-kartun jew ta’ materjal ieħor biex tiġi pprovduta protezzjoni kontra l-ilma jew ix-xaħam, il-prodott finali jitqies bħala prodott kompost magħmul minn aktar minn materjal wieħed b’wieħed minnhom ikun il-plastik. F’dan il-każ, il-prodott finali jitqies bħala magħmul parzjalment mill-plastik. Għalhekk, il-prodotti li jintużaw darba biss ibbażati fuq il-karta jew il-kartun, b’kisi bil-plastik minn barra jew minn ġewwa, huma magħmula parzjalment mill-plastik u jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Dan huwa appoġġat ukoll mill-fatt li fir-rigward tat-tazez ibbażati fuq il-karta u l-kartun, b’kuntrast ma’ prodotti oħra li jintużaw darba biss ibbażati fuq il-karta u l-kartun mingħajr kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra, it-tazez ibbażati fuq il-karta u l-kartun b’saff tal-plastik ma ġewx identifikati bħala għażla alternattiva fil-Valutazzjoni tal-Impatt (7), hekk kif minnhom innifishom mhumiex ħielsa mill-plastik. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mill-fatt li l-eżenzjoni għall-kisjiet oriġinarjament inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni (8) permezz tal-Premessa 8 ma għadhiex tidher fil-Premessa 11 korrispondenti tad-Direttiva, u lanqas xi mkien ieħor fid-Direttiva. Il-koleġiżlaturi b’hekk esprimew l-intenzjoni li ma jeskludux espressament prodotti magħmula minn materjali mhux tal-plastik b’kisi bil-plastik minn barra u b’kisi bil-plastik minn ġewwa mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. F’konformità mal-Premessa 9, kemm il-frammenti kbar kif ukoll dawk żgħar tal-plastik li jirriżultaw minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss jikkawżaw tniġġis sinifikanti tal-art, kontaminazzjoni tal-ħamrija u jistgħu jnixxu fl-ambjent tal-baħar b’impatt negattiv fuq l-ambjent tal-baħar. Għalhekk, l-inklużjoni ta’ dawn l-oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva mhux biss hija f’konformità mal-objettivi tad-Direttiva iżda hija meħtieġa biex jiġi evitat u jitnaqqas l-impatt ta’ ċerti prodotti tal-konsumatur li jimxu ħafna, magħmula kompletament jew parzjalment mill-plastik, u suxxettibbli li jintremew bl-addoċċ b’riskji b’mod partikolari għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa wkoll meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’mudelli kummerċjali, prodotti u materjali innovattivi u sostenibbli li jagħtu prijorità lil prodotti sostenibbli u mhux tossiċi li jistgħu jerġgħu jintużaw u lil sistemi ta’ użu mill-ġdid, aktar milli lil prodotti li jintużaw dabra biss, bil-għan li l-ewwel u qabel kollox titnaqqas il-kwantità ta’ skart ġenerat.

Illustrazzjoni oħra hija l-kraten tax-xorb li ġeneralment jikkonsistu f’diversi saffi ta’ karti, plastik, u f’xi każijiet aluminju, meħtieġa biex jiġu pprovduti l-proprjetajiet tekniċi għall-kontenitur tax-xorb, inkluż l-ostakli għall-ossiġenu u għall-ilma. Il-kraten tax-xorb huwa inklużi fl-imballaġġ imħallat tax-xorb (9), li huwa inkluż espressament fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva skont il-Partijiet C, E u G tal-Anness kif ukoll il-Premessi 12 u 18.

2.2.2.   Jintuża darba biss

L-użu kumulattiv tat-termini fil-punt (2) tal-Artikolu 3 jirrikjedi li l-prodott jenħtieġ li la jkun maħsub u lanqas iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex iwettaq, għat-tul tal-ħajja tiegħu, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli. Dan jenħtieġ li jeskludi sitwazzjonijiet fejn il-prodotti finali jistgħu potenzjalment jitqiegħdu fis-suq jew jiġu kkummerċjalizzati bħala li jintużaw aktar minn darba jew li jistgħu jerġgħu jintużaw mingħajr ma jkunu maħsuba u ġew iddisinjati bħala tali, jew mingħajr ma jitqiegħdu fis-suq bħala parti minn sistema jew arranġament biex jiġi żgurat l-użu mill-ġdid tagħhom.

Il-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott jistgħu jgħinu biex jiġi ddeterminat jekk jenħtieġ li prodott jitqies bħala li jintuża darba biss jew bħala li jintuża aktar minn darba. Jekk prodott ikunx maħsub, iddisinjat u mqiegħed fis-suq għall-użu mill-ġdid, jista’ jiġi vvalutat billi titqies il-ħajja funzjonali mistennija tal-prodott, jiġifieri jekk dan ikunx maħsub u ddisinjat biex jintuża diversi drabi qabel ir-rimi finali, mingħajr ma jintilfu l-funzjonalità, il-kapaċità fiżika jew il-kwalità tal-prodott, u jekk il-konsumaturi tipikament jarawhx, iqisuhx u jużawhx bħala prodott li jista’ jerġa’ jintuża. Il-karatteristiċi rilevanti tad-disinn tal-prodott jinkludu l-kompożizzjoni tal-materjal, il-possibbiltà ta’ ħasil u l-possibbiltà ta’ tiswija, li jkunu jippermettu vjaġġi u rotazzjonijiet multipli għall-istess skop li għalih kien maħsub oriġinarjament il-prodott. Għal reċipjent, li jkun tal-imballaġġ, in-natura ta’ użu mill-ġdid tiegħu tista’ tiġi ddeterminata f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali skont id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ (10), inkluż kwalunkwe dikjarazzjoni li tiċċertifika l-konformità tal-imballaġġ ma’ dawk ir-rekwiżiti essenzjali u l-istandards relatati.

2.2.3.   In-natura ta’ mili u użu mill-ġdid tal-prodott

F’konformità mal-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva, prodott li jintuża darba biss huwa prodott li ma jkunx maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex iwettaq, għat-tul tal-ħajja tiegħu, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi:

jiġi rritornat għand produttur biex jerġa’ jimtela jew

jerġa’ jintuża għall-istess skop li għalih kien maħsub.

Id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ tipprovdi gwida utli biex jiġu identifikati prodotti li jitqiegħdu fis-suq bħala imballaġġ li jkun jikkonforma ma’ dawn il-kondizzjonijiet u b’hekk ma jitqiesx bħala li jintuża darba biss, b’mod partikolari, permezz tad-definizzjoni ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża u tal-parti rilevanti tar-rekwiżiti essenzjali dwar l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża. Skont il-punt (2a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ, imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża tfisser “imballaġġ li nħoloq, li ġie ddisinjat u li tqiegħed fis-suq biex matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jwettaq diversi vjaġġi jew rotazzjonijiet billi jimtela mill-ġdid jew jintuża mill-ġdid għall-istess skop li għalih kien inħoloq”. B’analoġija, id-definizzjoni ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża tipprovdi gwida utli dwar il-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mhux tal-imballaġġ minħabba li prinċipji simili japplikaw ukoll għal oġġetti mhux tal-imballaġġ, eż. rigward l-intenzjoni li jerġgħu jintużaw u l-possibbiltà li l-oġġett jiġi rrikondizzjonat, jitnaddaf, jinħasel, u jissewwa filwaqt li tinżamm il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjoni maħsuba tiegħu.

F’konformità mal-punt (2) tal-Anness II tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ, li tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-imballaġġ, jenħtieġ li l-imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, fost l-oħrajn, ikollu kwalitajiet u karatteristiċi fiżiċi li jippermettu għadd ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet f’kondizzjonijiet ta’ użu li normalment jistgħu jitbassru. Il-kondizzjonijiet dettaljati għall-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-istandard armonizzat Ewropew EN 13429:2004 Imballaġġ - Użu mill-ġdid. Ir-rekwiżiti elenkati f’dak l-istandard biex titqies in-natura ta’ użu mill-ġdid tal-imballaġġ jinkludu:

L-intenzjoni li l-pakkett jerġa’ jintuża (jiġifieri ddisinjat, maħsub u mqiegħed fis-suq apposta);

Id-disinn tal-pakkett ikun jippermettilu jwettaq għadd ta’ vjaġġi jew rotazzjonijiet;

Il-pakkett ikun jista’ jitbattal/jinħatt mingħajr ħsara sinifikanti, u mingħajr riskju għall-integrità tal-prodott, u għas-saħħa u s-sikurezza;

Il-pakkett ikun jista’ jiġi rrikondizzjonat, jitnaddaf, jinħasel u jissewwa, filwaqt li tinżamm il-kapaċità tiegħu li jwettaq il-funzjoni maħsuba tiegħu;

Ikun hemm arranġamenti fis-seħħ biex l-użu mill-ġdid ikun possibbli, jiġifieri tiġi stabbilita sistema ta’ użu mill-ġdid u tkun operazzjonali.

Meta l-prodotti tal-plastik elenkati fl-Anness tad-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq bħala imballaġġ, iridu jitqiesu aktar kunsiderazzjonijiet sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn jintużawx darba biss jew jintużawx aktar minn darba. Pereżempju, meta l-istess tip ta’ oġġett, li ġeneralment jitqiegħed fis-suq bħala imballaġġ tal-plastik li ma jistax jerġa’ jintuża, jinbiegħ ukoll vojt lill-konsumaturi finali (bħal tazez tal-plastik jew kontenituri tal-ikel), huwa xieraq li dan jitqies bħala prodott tal-plastik li jintuża darba biss.

Is-sistemi operazzjonali ta’ użu mill-ġdid għall-mili mill-ġdid jew għat-tagħbija mill-ġdid huma essenzjali biex isir użu minn oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw u dawn is-sistemi jistgħu jinkludu imballaġġ postali jew bil-kurrier jew kaxex ta’ depożitu maħżuna. F’sistema ta’ mili mill-ġdid li tiffunzjona, il-funzjonalità, il-kapaċità fiżika u l-kwalità tal-prodott ma jiġux modifikati mill-produttur u/jew mid-distributur bejn il-mili mill-ġdid (11). Jiġi nnotat ukoll li s-sistemi ta’ użu mill-ġdid għas-servizz tal-ikel u tax-xorb implimentati u ġestiti b’mod effettiv mill-operaturi jistgħu jipprovdu assigurazzjoni aktar konsistenti fis-sens li l-oġġetti li jistgħu jerġgħu jintużaw (eż. tazez, kontenituri u pożati) jiġu ssanitizzati kif suppost biex tiġi ggarantita l-iġjene, tiġi protetta s-saħħa pubblika u tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi u tal-impjegati.

3.   RELAZZJONI BEJN ID-DIRETTIVA (UE) 2019/904 U D-DIRETTIVA 94/62/KE

Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss koperti mid-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss, u li jitqiesu wkoll bħala imballaġġ kif iddefinit mill-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti taż-żewġ Direttivi.

Il-Premessa 10 tad-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss tiċċara li, fil-każ ta’ kunflitt bejn iż-żewġ Direttivi, din id-Direttiva għandha tkun prevalenti. Dan huwa l-każ fir-rigward tar-restrizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Il-kontenituri tal-ikel u t-tazez għax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss (inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom) li jkunu imballaġġ jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss, ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni b’deroga mill-Artikolu 18 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ dawn il-prodotti milli jsiru skart sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu ssostitwiti b’alternattivi li jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw jew li ma jkunx fihom il-plastik. Id-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss tissupplimenta d-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ fir-rigward tal-miżuri għat-tnaqqis fil-konsum, ir-rekwiżiti tad-disinn tal-prodott, u r-regoli dwar l-immarkar u r-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li ma jikkostitwixxux imballaġġ huma soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss, anke jekk dawn jista’ jkollhom funzjonalitajiet jew proprjetajiet simili għall-imballaġġ.

Tabella 3-1

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jikkostitwixxu u ma jikkostitwixxux imballaġġ skont id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jikkostitwixxu imballaġġ

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li ma jikkostitwixxux imballaġġ

Kontenituri tal-ikel mimlija; kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb u tazez għax-xorb, pakketti u tgeżwir, basktijiet tal-plastik ħfief u platti (jissodisfaw il-kriterju (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ)

Kontenituri tal-ikel, kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb, tazez għax-xorb, pakketti u tgeżwir u platti mqiegħda fis-suq vojta iżda maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ (jissodisfaw il-kriterju (ii) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ)

Tappijiet, għotjien, għatiet, straws, ħawwada u tipi oħra ta’ komponenti tal-imballaġġ u ta’ elementi anċillari, meta jkunu jiffurmaw parti integrali mill-imballaġġ (jissodisfaw il-kriterju (iii) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ)

Pożati, straws u ħawwada peress li dawn tipikament ma jwettqux funzjoni ta’ imballaġġ (li ma jissodisfawx il-kriterju (iii) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ)

Reċipjenti, inkluż kontenituri tal-ikel, kontenituri tax-xorb u fliexken tax-xorb (inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom) (12), tazez għax-xorb (u l-għatiet u l-għotjien tagħhom), li jitqiegħdu fis-suq vojta u li ma jkunux maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ (li ma jissodisfawx il-kriterju (ii) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ)

Prodotti li ma jikkostitwixxux imballaġġ:

o Stikek tal-cotton buds

Bżieżaq

Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni

Wet wipes

Prodotti tat-tabakk bil-filtri, u filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

4.   KRITERJI SPEĊIFIĊI TAL-PRODOTT

4.1.   Kontenituri tal-ikel

4.1.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjonijiet tal-prodott għall-kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss previsti fid-Direttiva.

Tabella 4-1:

Ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjonijiet tal-prodott tal-kontenituri tal-ikel fid-Direttiva

Il-punt (2) tal-Parti A, il-punt (1) tat-Taqsima I tal-Parti E, u l-punt (1) tal-Parti G tal-Anness:

Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex jitpoġġa l-ikel fihom li:

(a)

jkun maħsub għal konsum immedjat, jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,

(b)

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u

(c)

jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin, inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr (fast food) jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti, pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel.

L-Artikolu 12:

Sabiex jiġi stabbilit jekk kontenitur tal-ikel għandux jiġi kkunsidrat bħala prodott tal-plastik li jintuża darba biss għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, minbarra l-kriterji elenkati fl-Anness fir-rigward ta’ kontenituri tal-ikel, għandha jkollha rwol deċiżiv it-tendenza tiegħu li jintrema bl-addoċċ, minħabba l-volum jew qies tiegħu, b’mod partikolari dawk ta’ porzjon wieħed.

It-tliet kriterji stabbiliti fil-punt (2) tal-Parti A, fil-punt (1) tat-Taqsima I tal-Parti E, u fil-punt (1) tal-Parti G tal-Anness tad-Direttiva japplikaw b’mod kumulattiv. Għalhekk, biex kontenitur tal-ikel ikun kopert mid-Direttiva, dan irid jissodisfa t-tliet kriterji kollha li japplikaw għall-ikel imqiegħed fih.

L-indikaturi li ġejjin jistgħu jintużaw biex jiġu interpretati u applikati t-tliet kriterji:

(1)

Kriterju: ikun maħsub għal konsum immedjat, jew fuq il-post jew bħala take-away

Indikaturi rilevanti:

In-natura tal-oġġett tal-ikel li jkun fil-kontenitur tal-ikel: L-oġġetti tal-ikel ġeneralment ikunu adattati għal konsum immedjat huma eż. il-lewż, is-sandwiches, il-jogurts, l-insalata u l-ikliet imsajra, il-frott u l-ħxejjex.

L-inklużjoni jew it-twaħħil ta’ oġġetti bħal frieket, skieken, mgħaref u stikek u/jew zlazi mal-kontenitur tal-ikel tal-plastik li jintuża darba biss. Madankollu, in-nuqqas ta’ dawn l-oġġetti jenħtieġ li minnu nnifsu ma jeskludix il-prodott mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

(2)

Kriterju: tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur

Indikatur rilevanti:

L-għamla tal-kontenitur tal-ikel tkun tippermetti jew tiffaċilita li jittiekel l-oġġett tal-ikel imqiegħed fih direttament mill-kontenitur, jiġifieri billi sempliċiment jinfetaħ.

(3)

Kriterju: ikun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin

Indikaturi rilevanti:

L-oġġett tal-ikel li jkun fil-kontenitur tal-ikel jista’ jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra. Pereżempju, l-oġġett tal-ikel ma jkunx jirrikjedi l-iffriżar, it-tisjir, it-togħlija jew it-tisħin, inkluż il-qali, ix-xiwi, il-ħami, it-tqegħid fil-microwave u l-ittowstjar. Pereżempju, il-ħasil, it-tqaxxir jew it-tqattigħ tal-frott u tal-ħxejjex, jenħtieġ li ma jitqisux bħala tħejjija u għalhekk mhumiex indikatur għall-esklużjoni mid-Direttiva, peress li dawn jistgħu jitwettqu faċilment dak il-ħin.

L-oġġett tal-ikel li jkun fil-kontenitur tal-ikel jista’ jiġi kkunsmat mingħajr ma jiżdiedu t-taħwir jew iz-zlazi (dment li dawn ma jiġux ipprovduti flimkien mal-prodott tal-ikel), l-ilma kiesaħ jew sħun jew likwidi oħra, inkluż il-ħalib, qabel il-konsum tal-oġġett tal-ikel bħal fil-każ taċ-ċereali (dment li l-porzjonijiet taċ-ċereali għal wieħed ma jinbigħux flimkien ma’ kontenitur tal-ħalib addizzjonali għal wieħed) jew tat-trab tas-sopop.

Jenħtieġ li jiġi indikat li l-kontenituri tal-ikel użati biex iżommu l-ikel li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva, li jinbiegħu vojta u li ma jkunux maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ, huma koperti wkoll mid-Direttiva.

Minbarra dawn it-tliet kriterji applikabbli b’mod kumulattiv, l-Artikolu 12 tad-Direttiva jżid kriterju relatat mat-tendenza ta’ kontenitur tal-ikel li jintrema bl-addoċċ, minħabba l-volum jew il-qies tiegħu, b’mod partikolari dawk ta’ porzjon wieħed. Filwaqt li r-referenza għall-kunċett ta’ porzjon wieħed fl-Artikolu 12 tissemma’ bħala element deċiżiv ta’ gwida, l-ebda definizzjoni, u lanqas fehim komuni, ta’ porzjon wieħed ma tingħata fid-Direttiva. Il-Premessa 12 tiddikjara li l-kontenituri li jkun fihom l-ikel f’aktar minn porzjon wieħed jew il-kontenituri tal-ikel b’porzjon wieħed mibjugħa f’aktar minn unità waħda ma għandhomx jitqiesu bħala prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari, l-eżenzjoni tal-kontenituri tal-ikel b’porzjon wieħed mibjugħa f’aktar minn unità waħda tindika li l-kunċett ta’ porzjon wieħed jista’ jkun relatat ma’ porzjon li tipikament jista’ jiġi kkunsmat minn persuna waħda f’ikla waħda. Madankollu, il-volum rilevanti u l-qies jistgħu jvarjaw skont il-valur nutrizzjonali tal-oġġetti tal-ikel imqiegħda fihom u d-drawwiet tal-konsum madwar l-Unjoni kollha. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kontenituri tax-xorb, limitu ċar tal-volum u tal-qies ta’ tliet litri li lil hinn minnu ma tapplikax id-Direttiva, huwa stabbilit fil-Parti C, fil-punt (3) tat-Taqsima I tal-Parti E u fil-punt (3) tal-Parti G tal-Anness tad-Direttiva. Dan il-livell limitu jissuġġerixxi li jitqies rilevanti li jiġi evitat ir-rimi bl-addoċċ ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma proporzjonati b’tali mod li tipikament jiġu kkunsmati f’ikla waħda minn diversi persuni. B’analoġija, l-istess volum huwa ssuġġerit li jintuża bħala l-ogħla livell limitu fir-rigward tal-kontenituri tal-ikel sabiex jiġi ddeterminat jekk porzjon jistax tipikament jiġi kkunsmat f’sessjoni waħda tal-ikel.

4.1.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-Tabella 4-2 tagħti xi eżempji illustrattivi ta’ ċerti tipi ta’ kontenituri tal-ikel li jistgħu jitqiesu bħala inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-2

Applikazzjoni illustrattiva tal-kriterji biex tiġi interpretata d-definizzjoni ta’ kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss

Tip ta’ kontenitur tal-ikel

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Maħsub għal konsum immedjat

Tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur

Lest biex jiġi kkunsmat mingħajr aktar tħejjija

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih ikla sħuna għal wieħed

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih ikla kiesħa

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kontenitur tal-ikel tal-kartun b’kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra, maħsub biex ikun fih ikla sħuna jew kiesħa

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih deżerta

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻ

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih il-ħxejjex jew il-frott

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻ

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih ikliet ħfief bħal lewż, crackers

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih iz-zlazi u oġġetti tal-ikel għad-dlik tal-ħobż (eż. mustarda, ketchup jew dips)

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih ħxejjex jew frott li ma jkunux jirrikjedu aktar tħejjija

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih ikla ffriżata li jeħtieġ tħejjija ulterjuri

IVA

IVA

LE

IVA

LE

Eskluż

Tipikament ma jinbigħx bħala take-away; l-oġġett tal-ikel jirrikjedi tħejjija

Kontenitur tal-ġelat magħmul mill-kartun b’kisja bil-plastik minn ġewwa, li minnu l-ikel jiġi tipikament ikkunsmat direttament

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Kaxex tal-ħut, trejs tal-laħam, magħmula mill-plastik li jkun fihom ikel ippakkjat li ma jkunx maħsub għal konsum immedjat, ma jiġix tipikament ikkunsmat mill-kontenitur tal-ikel, u ma jkunx lest biex jiġi kkunsmat mingħajr aktar tħejjija

IVA

IVA

LE

LE

LE

Esklużi

l-oġġett tal-ikel jirrikjedi aktar tħejjija u ma jiġix tipikament ikkunsmat mill-kontenitur tal-ikel

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jkun fih ikel imnixxef jew oġġett tal-ikel li jkun jirrikjedi li jitferra’ l-ilma sħun fir-reċipjent (eż. noodles, trab tas-sopop)

IVA

IVA

LE

IVA

LE

Eskluż

l-oġġett tal-ikel jirrikjedi aktar tħejjija Tipikament ma jinbigħx bħala take-away

4.2.   Pakketti u tgeżwir

4.2.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

Il-punt (2) tat-Taqsima I tal-Parti E u l-punt (2) tal-Parti G tal-Anness jiddeskrivu l-pakketti u t-tgeżwir kif ġej: “Pakketti u tgeżwir magħmula minn materjal flessibbli li fihom jitqiegħed ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir individwali mingħajr l-ebda tħejjija oħra”.

B’kuntrast għall-kontenituri tal-ikel, meta l-Artikolu 12 u l-Premessa 12 jirreferu għall-qies, il-volum, il-porzjonijiet għal wieħed u l-kontenituri tal-ikel b’porzjon wieħed mibjugħa f’aktar minn unità waħda, għall-pakketti u għat-tgeżwir, id-Direttiva ma tirreferix għal kriterji speċifiċi. Filwaqt li ma jissemmiex b’mod espliċitu fid-Direttiva, jista’ jiġi konkluż mill-kuntest deskritt fil-Valutazzjoni tal-Impatt (13) li għall-pakketti u għat-tgeżwir, il-fattur ewlieni wara r-rimi bl-addoċċ tal-oġġetti fil-baħar huwa l-konsum tal-prodotti tal-ikel li jiġu kkunsmati barra u d-domanda għal aktar konvenjenza. Fid-dawl tal-objettiv tad-Direttiva li jiġi evitat li jintremew bl-addoċċ l-oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss fl-ambjent u l-fatt li l-pakketti u t-tgeżwir huma fost l-oġġetti l-aktar mormija bl-addoċċ, huwa xieraq li jiġi applikat approċċ konsistenti ma’ kontenituri tax-xorb oħra koperti bid-Direttiva fir-rigward tal-limitu ta’ tliet litri.

L-indikaturi li ġejjin jistgħu jintużaw biex jiġu interpretati u applikati l-kriterji speċifiċi għall-prodott għall-pakketti u għat-tgeżwir (u l-ikel imqiegħed fihom) inklużi fl-Anness:

(1)

Kriterju: magħmula minn materjal flessibbli

L-imballaġġ flessibbli huwa imballaġġ li l-għamla tiegħu tinbidel faċilment, eż. meta jiżdied jew jitneħħa l-oġġett tal-ikel għall-kuntrarju ta’ imballaġġ riġidu li l-għamla tiegħu tibqa’ l-istess meta jiżdied jew jitneħħa l-oġġett tal-ikel.

Id-disinn tal-imballaġġ jindika li l-oġġett tal-ikel imqiegħed fihom ikun maħsub għal konsum immedjat wara x-xiri. Pereżempju, pakkett jew tgeżwir jista’ jinfetaħ faċilment eż. billi jiċċarrat, jitqatta’, jintlewa jew jiġġebbed.

(2)

Kriterju: li fihom jitqiegħed ikel li jkun maħsub għal konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir mingħajr l-ebda tħejjija oħra

Natura tal-oġġett tal-ikel imqiegħed fihom: oġġetti tal-ikel adattati għal konsum immedjat (eż. ħelu, lewż, ċikkulata, tadam taċ-“cherry”, krisps).

Id-disinn tal-pakkett jew tat-tgeżwir ikun jippermetti l-konsum direttament mill-pakkett jew mit-tgeżwir.

L-inklużjoni jew it-twaħħil ta’ oġġetti bħal frieket, skieken, mgħaref u stikek u/jew zlazi mal-pakkett jew mat-tgeżwir li jintuża darba biss. Madankollu, in-nuqqas ta’ dawn l-oġġetti jenħtieġ li minnu nnifsu ma jeskludix il-prodott mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

L-oġġett tal-ikel li jkun fil-pakkett jew fit-tgeżwir ikun jista’ jiġi kkunsmat mingħajr ebda tħejjija qabel il-konsum bħat-togħlija, il-qali, ix-xiwi, il-ħami, it-tisjir, it-tqegħid fil-microwave, l-ittowstjar, it-tisħin jew l-iffriżar. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex jiżdied it-taħwir jew iz-zlazi (dment li dawn ma jiġux ipprovduti flimkien mal-prodott tal-ikel), l-ilma kiesaħ jew l-ilma sħun jew likwidi oħra, inkluż il-ħalib qabel il-konsum tal-oġġett tal-ikel bħal fil-każ taċ-ċereali. Il-ħasil, it-tqaxxir jew it-tqattigħ ta’ oġġett tal-ikel ma jitqisx bħala tħejjija u għalhekk jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, peress li dan jista’ jitwettaq faċilment dak il-ħin.

4.2.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-Tabella 4-3 tagħti xi eżempji illustrattivi ta’ ċerti tipi ta’ pakketti u tgeżwir li jitqiesu bħala inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-3

Eżempji ta’ pakketti u tgeżwir

Tip ta’ pakkett jew tgeżwir

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Magħmul minn materjal flessibbli

Maħsub għal konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir mingħajr l-ebda tħejjija oħra

Pakkett jew tgeżwir li jkun fih ikel għal konsum immedjat (eż. gallettini, lewż, krisps, popcorn, ħelu, ċikkulata, prodotti tal-forn, prodotti ffriżati) mibjugħa minn unità waħda

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Pakkett jew tgeżwir li jkun fih ikel għal konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir mingħajr l-ebda tħejjija oħra (eż. krisps, ħelu, ċikkulata, prodotti tal-forn, prodotti ffriżati) mibjugħa f’unità waħda jew aktar (jiġifieri f’reċipjent b’pakketti multipli)

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Pakkett li jkun fih diversi porzjonijiet tal-ikel għal konsum immedjat mill-pakkett u li ma jkunux imgeżwra individwalment (eż. prodotti tal-forn, gallettini, ħelu, chewing gum, krisps)

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Tgeżwir għas-sandwiches

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Pakkett li jkun fih kondiment/zalza

IVA

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Pakkett li jkun fih ċereali xott għall-kolazzjon

IVA

IVA

IVA

LE

ESKLUŻ

l-oġġett tal-ikel mhuwiex maħsub għal konsum immedjat mill-pakkett; il-ħalib tipikament jiżdied qabel il-konsum u barra mill-pakkett

Pakkett li jkun fih ikel frisk/imnixxef li jkun jirrikjedi aktar tħejjija (eż. ħassa kkaboċċjata sħiħa, għaġin mhux imsajjar, għads mhux imsajjar)

IVA

IVA

IVA

LE

ESKLUŻ

L-oġġett tal-ikel tipikament ma jiġix ikkunsmat direttament mill-pakkett jew mit-tgeżwir; L-oġġett tal-ikel tipikament jitħejja aktar qabel il-konsum

Pakkett tal-weraq tal-insalata mqatta’ li ma jkun jirrikjedi l-ebda tħejjija oħra qabel il-konsum immedjat

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻ

4.3.   Pożati, platti, straws u ħawwada

4.3.1.   Deskrizzjonijiet tal-prodott fid-Direttiva

Il-pożati, il-platti, l-istraws, u l-ħawwada huma indirizzati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva iżda mhumiex iddefiniti fid-Direttiva. Il-Parti B tal-Anness tad-Direttiva tipprovdi gwida speċifika għall-prodott biss dwar id-definizzjoni ta’ pożati, jiġifieri, il-punt (2) tal-Parti B tal-Anness jipprovdi li l-frieket, is-skieken, l-imgħaref, u ċ-chopsticks huma inklużi fid-definizzjoni ta’ pożati.

Meta jitqiegħdu fis-suq, dawn l-oġġetti jiġu primarjament inklużi fil-kodiċi CPV li ġej (14): Fornimenti għall-ikel li jintużaw darba biss (39222100-5) u Pożati u platti li jintużaw darba biss (39222110-8).

Il-pożati, il-platti, l-istraws, u l-ħawwada li jsiru kompletament minn polimeri naturali, u li ma jkunux ġew modifikati kimikament, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Skont il-punt (4) tal-Parti B tal-Anness, l-istraws li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE (15) jew 93/42/KEE (16) bħala apparati mediċi, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (17).

Il-Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/42/KEE (18) tipprovdi linji gwida dwar il-klassifikazzjoni tal-apparati mediċi (19) għall-finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju. F’dawn il-linji gwida ma jingħata l-ebda eżempju speċifiku ta’ straws użati bħala apparati mediċi. Madankollu, id-definizzjoni speċifika ta’ apparat mediku mid-Direttiva 90/385/KEE u mid-Direttiva 93/42/KEE tinkludi oġġetti użati speċifikament għal serħan minn jew kumpens għal korriment jew diżabbiltà. L-istraws tal-plastik, jekk jitqiesu bħala apparati mediċi, iridu jkunu maħsuba mill-manifattur biex jintużaw għall-bnedmin għall-fini ta’ dijanjożi, prevenzjoni, monitoraġġ, trattament jew serħan mill-mard, jew ta’ dijanjożi, monitoraġġ, trattament, serħan minn jew kumpens għal korriment jew diżabbiltà, u jridu jiġu mmarkati CE skont id-Direttiva 93/42/KE bl-istess mod bħal skont ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

4.3.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-Tabella 4-4 tagħti xi eżempji ta’ pożati, platti, straws, u ħawwada tal-plastik li jintużaw darba biss li jitqiesu bħala inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-4

Applikazzjoni illustrattiva tal-kriterji biex tiġi interpretata d-definizzjoni ta’ pożati, platti, straws, u ħawwada tal-plastik li jintużaw darba biss

Tipi ta’ pożati; platti; straws; ħawwada

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Materjal mhux durabbli

Mhijiex apparat mediku

Pożati, platti, straws, ħawwada li jintużaw darba biss magħmula kompletament mill-plastik

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

Pożati, platti, straws, ħawwada li jintużaw darba biss magħmula parzjalment mill-plastik, eż. magħmula l-aktar minn materjal mhux tal-plastik iżda b’kisi bil-plastik minn ġewwa/barra

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

Straws tal-plastik li jintużaw darba biss imwaħħla ma’/integrati f’kontenitur tax-xorb

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(skont l-Artikolu 5)

Pożati tal-plastik li jintużaw darba biss imwaħħla ma’/integrati f’imballaġġ għall-ikel

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(skont l-Artikolu 5)

Pożati, platti, straws, ħawwada li jintużaw darba biss mhux magħmula mill-plastik, eż. ibbażati fuq il-karta jew l-injam mingħajr kisi bil-plastik minn ġewwa/barra

LE

IVA

IVA

IVA

ESKLUŻI:

Il-prodott ma fihx plastik

Pożati, platti, straws, ħawwada li jintużaw aktar minn darba mhux magħmula mill-plastik iżda minn materjal durabbli, eż. ċeramika jew metall

LE

LE

LE

IVA

ESKLUŻI:

Prodott mhux maħsub biex jintuża darba biss

Pożati, platti, straws, ħawwada tal-plastik durabbli li jintużaw aktar minn darba ddisinjati u mqiegħda fis-suq apposta bl-objettiv li jintużaw aktar minn darba u tipikament meqjusa u użati mill-konsumatur bħala tali

IVA

LE

LE

IVA

ESKLUŻI:

Prodott mhux maħsub biex jintuża darba biss

Straws tal-plastik maħsuba biex jintużaw bħala apparat mediku u li jkunu jġorru l-marka CE rispettiva

IVA

IVA

IVA

LE

ESKLUŻI:

Prodott maħsub għall-użu bħala apparat mediku

4.4.   Kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb u tazez għax-xorb (inkluż it-tappijiet, l-għatiet u l-għotjien tagħhom)

4.4.1.   Deskrizzjonijiet u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

It-Tabella 4-5 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-kriterji tal-prodott relatati mal-kontenituri tax-xorb, mal-fliexken tax-xorb, u mat-tazez għax-xorb, previsti fid-Direttiva.

Tabella 4-5

Deskrizzjonijiet rilevanti tal-kontenituri tax-xorb; tal-fliexken tax-xorb; u tat-tazez għax-xorb, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom fid-Direttiva

Kontenituri tax-xorb:

Il-Partijiet C u F tal-Anness jiddeskrivu l-kontenituri tax-xorb kif ġej:

Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri ir-reċipjenti użati biex ikollhom kontenut ta’ likwidu fihom, bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ imħallat, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tiegħu, ta’ xorb, iżda mhux:

(a)

kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik,

(b)

kontenituri tax-xorb maħsuba u użati għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2[(2)]tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jkun f’forma likwida.

Il-punt (3) tat-Taqsima I tal-Parti E u l-punt (3) tal-Parti G tal-Anness jiddeskrivu l-kontenituri tax-xorb kif ġej:

“Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri r-reċipjenti użati biex ikun fihom likwidu bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ ta’ xorb imħallat inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu, iżda mhux kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik”.

Il-fliexken tax-xorb jissemmew fil-Parti F tal-Anness, kif ġej:

Fliexken tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, iżda mhux:

(a)

fliexken tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik,

(b)

fliexken tax-xorb maħsuba u użati għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2[(2)]tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 li jkun f’forma likwida.

It-tazez għax-xorb huma ddefiniti fil-punt (1) tal-Parti A, fil-punt (4) tat-Taqsima I tal-Parti E u fil-punt (4) tal-Parti G tal-Anness tad-Direttiva bħala tazez għax-xorb, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom. Barra minn hekk, il-Parti D(4) tal-Anness tirreferi għat-tazez għax-xorb, iżda mingħajr ma tirreferi għat-tappijiet u l-għotjien.

Iż-żewġ deskritturi ewlenin li ġejjin jintużaw biex jiddefinixxu kemm il-kontenituri tax-xorb kif ukoll il-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss:

(1)

kapaċità sa tliet litri, u

(2)

reċipjenti użati biex iżommu l-likwidu.

Fil-prinċipju, kontenitur tax-xorb jinbiegħ u jiġi kkunsmat għal prodott li jkun f’forma likwida, u kkunsmat billi jinxtorob. Barra minn hekk, il-Parti C, il-punt (3) tat-Taqsima I tal-Parti E, il-punt (3) tal-Parti G, u l-Parti F (fliexken tax-xorb biss) tal-Anness jispeċifikaw li l-tappijiet u l-għotjien huma inklużi fid-definizzjoni ta’ kontenituri tax-xorb u ta’ fliexken tax-xorb. Barra minn hekk, l-imballaġġ imħallat tax-xorb huwa inkluż ukoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Fir-rigward tat-tazez għax-xorb, id-Direttiva ma tipprevedix deskrizzjoni, kriterji jew eżempji speċifiċi. Il-punt (1) tal-Parti A, il-punt (4) tat-Taqsima I tal-Parti E u l-punt (4) tal-Parti G tal-Anness sempliċiment jispeċifikaw li t-tappijiet u l-għotjien għandhom jiġu inklużi wkoll f’din il-kategorija ta’ prodotti. Eżempji ta’ xorb skont il-Premessa 12 tad-Direttiva jinkludu l-birra, l-inbid, l-ilma, ix-xarbiet ħfief, il-meraq u n-nektars, ix-xorb solubbli jew il-ħalib (21). Fit-taqsima 4.5.1. ta’ dan id-dokument jingħataw aktar kjarifiki fir-rigward tad-definizzjoni ta’ xarba (jiġifieri likwidu li jiġi inġestit/ikkunsmat billi jinxtorob). Jenħtieġ li jiġi indikat li t-tazez għax-xorb użati biex iżommu likwidu li jkun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq, li jinbiegħu vojta, huma koperti wkoll bid-Direttiva.

4.4.2.   Tappijiet, għotjien u għatiet

Id-Direttiva tirreferi għat-tappijiet u l-għotjien bħala għeluq għall-kontenituri tax-xorb u għall-fliexken tax-xorb, filwaqt li għat-tazez għax-xorb, id-Direttiva tirreferi għall-għotjien u t-tappijiet.

It-tappijiet, l-għotjien u l-għatiet jagħlqu l-kontenituri tax-xorb bl-objettiv li jinżamm il-kontenut tagħhom. Dawn jintużaw flimkien ma’ kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb, u tazez għax-xorb biex jiġi żgurat li l-prodott likwidu mqiegħed fihom ma jfurx u jkun jista’ jiġi ttrasportat. La d-Direttiva u lanqas kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-UE jew standard tekniku eżistenti ma jagħtu definizzjoni ċara. Madankollu, tista’ tintuża l-gwida li ġejja biex dawn jiġu ddefiniti:

Tappijiet: għeluq li jitwaħħal fuq il-kontenituri tax-xorb jew il-fliexken tax-xorb, pereżempju, sabiex tiġi evitata t-tnixxija tal-likwidu mqiegħed fihom (anke wara li pereżempju jkun tneħħa għatu) u sabiex ikun jista’ jsir trasport sikur. Bħalissa t-tappijiet huma tipikament tat-tip bil-kamin li jdur jew bil-kamin li jfaqqa’. It-tappijiet bil-kamin li jdur jistgħu jkunu ċatti minn fuq, li hija l-aktar forma komuni, jew ikunu l-bażi għal eż. żennuna tax-xorb ġeneralment imsejħa tapp tal-isport. It-tappijiet tal-isport jistgħu min-naħa tagħhom ikunu jew tat-tip b’xater push-pull jew tat-tip flip-top li min-natura tagħhom huma ddisinjati biex jibqgħu mwaħħla mal-kontenitur tax-xorb. Dan it-tip ta’ tapp spiss jinkludi karatteristika li turi sinjali ta’ tbagħbis.

Għotjien: materjal tal-plastik jew kompożitu li jinkludi riti tal-plastik issiġillati fuq il-kontenituri tax-xorb, il-fliexken tax-xorb u t-tazez għax-xorb. Dawn jistgħu jitqaxxru jew jitqattgħu. Ladarba dan l-għatu jitneħħa mal-ewwel ftuħ minn konsumatur, ma jistax jitqiegħed lura fuq il-prodott. L-għotjien jistgħu jirreferu wkoll għal ċerti tappijiet b’dijametru akbar jew mhux tondi.

Għatiet: L-għeluq użat fuq it-tazez għax-xorb li jipproteġi l-likwidu mqiegħed fih iżda ġeneralment ma jipprovdix siġill sħiħ. Dawn jistgħu jerġgħu jitqiegħdu fuq il-prodott wara li jkunu tneħħew mingħajr ma jitilfu l-funzjoni ta’ għeluq tagħhom. Xi għatiet jista’ jkollhom karatteristika li turi sinjali ta’ tbagħbis, li titqies bħala parti mill-assemblaġġ tal-għeluq.

Fit-Tabella 4-6 jingħataw eżempji illustrattivi ta’ tappijiet u għotjien għall-kontenituri tax-xorb u għall-fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss, u ta’ għatiet u għotjien għat-tazez għax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss u jekk dawn jitqisux bħala inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-6

Eżempji illustrattivi ta’ tipi differenti ta’ tappijiet, għotjien u għatiet

Tip ta’ tappijiet, għotjien u għatiet

Inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu

Tappijiet magħmula mill-plastik, użati flimkien ma’ fliexken tax-xorb (illustrazzjoni) u ma’ kraten tax-xorb (l-ebda illustrazzjoni) tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 1

INKLUŻI

Tappijiet tal-isport magħmula mill-plastik, użati flimkien ma’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 2

INKLUŻI

Tappijiet magħmula mill-plastik, użati flimkien ma’ boroż tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 3

INKLUŻI

Tappijiet flip-top għall-kontenituri tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 4

INKLUŻ

Tapp tal-plastik b’membrana tal-issiġillar separata (għeluq f’żewġ stadji) użat flimkien ma’ kontenitur tax-xorb tal-plastik li jintuża darba biss

Image 5

INKLUŻ

Għatiet magħmula mill-plastik, użati ma’ tazez għax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 6

INKLUŻI

Tapp tal-aluminju “roll on pilfer proof” b’siġill tal-plastik u bi strixxa tal-plastik li turi sinjali ta’ tbagħbis użat flimkien ma’ kontenituri tax-xorb u ma’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 7

PARZJALMENT INKLUŻ

Tappijiet jew għotjien tal-metall b’siġilli tal-plastik soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva, għajr għar-rekwiżiti tal-prodott fl-Artikolu 6.

Tappijiet pull ring b’siġill tal-plastik u b’pull tab tal-plastik użati flimkien ma’ kontenituri tax-xorb u ma’ fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss

Image 8

PARZJALMENT INKLUŻI

Tappijiet jew għotjien tal-metall b’siġilli tal-plastik soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva, għajr għar-rekwiżiti tal-prodott fl-Artikolu 6.

Għatu tal-fojl li jissiġilla fuq kontenitur tax-xorb tal-plastik li jintuża darba biss

Image 9

INKLUŻI

Il-membrana tal-issiġillar ma tidħolx fid-definizzjoni ta’ “tapp” jew ta’ “għatu” u mhijiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6.

4.4.3.   Eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott

Il-punt (a) tal-Parti C, il-punt (3) tat-Taqsima I tal-Parti E, il-punt (a) tal-Parti F u l-punt (3) tal-Parti G tal-Anness tad-Direttiva jeskludu b’mod espliċitu l-kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik, mir-rekwiżiti tad-Direttiva applikabbli għall-kontenituri tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss.

Il-kontenituri tax-xorb u l-fliexken tax-xorb użati għall-ikel għal finijiet mediċi speċjali kif iddefinit fil-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) li jkun f’forma likwida huma eżentati mill-Artikolu 6 skont il-punt (b) tal-Parti C u l-punt (b) tal-Parti F tal-Anness.

Il-volum u l-qies tal-prodott huma rilevanti wkoll. Il-kontenituri tax-xorb u l-fliexken tax-xorb bil-kapaċità ta’ aktar minn 3 litri se jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Id-Direttiva ma tistabbilixxix limitu speċifiku dwar il-volum jew il-qies tat-tazez għax-xorb. Filwaqt li ma jissemmiex b’mod espliċitu fid-Direttiva, jista’ jiġi konkluż mill-kuntest deskritt fil-Valutazzjoni tal-Impatt (23) li għat-tazez għax-xorb, il-fattur ewlieni għar-rimi bl-addoċċ ta’ dawn l-oġġetti fil-baħar huwa l-konsum tal-prodotti tal-ikel u tax-xorb li jiġu kkunsmati barra u d-domanda għal aktar konvenjenza. Fid-dawl tal-objettiv tad-Direttiva li jiġi evitat li jintremew bl-addoċċ l-oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss fl-ambjent u l-fatt li t-tazez għax-xorb huma fost l-oġġetti l-aktar mormija bl-addoċċ, huwa xieraq li jiġi applikat approċċ konsistenti ma’ kontenituri tax-xorb oħra koperti bid-Direttiva fir-rigward tal-limitu ta’ tliet litri.

4.4.4.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji biex juru kif il-kontenituri tax-xorb, il-fliexken tax-xorb, u t-tazez għax-xorb differenti jistgħu jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji u tal-indikaturi pprovduti hawn fuq u jekk dawn jitqisux bħala inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-7

Eżempji illustrattivi ta’ kontenituri tax-xorb u ta’ fliexken tax-xorb

Tipi ta’ kontenituri tax-xorb u ta’ fliexken tax-xorb

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Kapaċità

Kontenitur tal-likwidi

Boroż (kompletament tal-plastik jew b’saff tal-plastik, sa tliet litri)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(Kontenitur tax-Xorb)

Fliexken tal-plastik (sa tliet litri)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(Flixkun tax-Xorb)

Kontenitur tal-plastik b’porzjon wieħed ta’ ħalib jew krema (eż. għall-kafè jew għat-te)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻ

(Kontenitur tax-Xorb)

Kartuna mħallta tax-xorb (sa tliet litri)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

(Kontenitur tax-Xorb)

Kontenitur tax-xorb tal-plastik flessibbli (sa tliet litri) f’kaxxa tal-kartun separabbli bl-idejn

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

(Kontenitur tax-Xorb)

Flixkun tal-ilma tal-plastik ta’ aktar minn tliet litri

IVA

LE

LE

IVA

ESKLUŻ

Il-kapaċità hija ta’ aktar minn 3 litri

Fliexken tax-xorb tal-plastik li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jerġgħu jimtlew f’każ li jiġu ddisinjati u mqiegħda fis-suq għal dan l-iskop u tipikament meqjusa u użati mill-konsumatur bħala tali

IVA

LE

IVA

IVA

ESKLUŻI

Flixkun li jista’ jerġa’ jintuża

Kontenitur tax-xorb tal-plastik f’biċċa waħda b’għeluq break-off iffurmat

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻ

(Kontenitur tax-Xorb)


Tabella 4-8

Eżempji illustrattivi ta’ tazez għax-xorb

Tip ta’ tazez għax-xorb

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Mimlija jew maħsuba biex jimtlew b’xarba

Tazez għax-xorb kiesaħ magħmula minn 100 % plastik (bl-għata jew bl-għatu jew mingħajru)

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(TAZZA għax-XORB)

Tazez ibbażati fuq il-karta mimlija minn qabel b’kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra għax-xorb (normalment kiesaħ) (bl-għata jew bl-għatu jew mingħajru)

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(TAZZA għax-XORB)

Tazez mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa magħmula minn 100 % plastik għax-xorb li jkun fih il-meraq jew l-alkoħol

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(TAZZA għax-XORB)

Tazez vojta magħmula minn 100 % plastik u tazez vojta bbażati fuq il-karta b’kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra għax-xorb sħun jew kiesaħ (bl-għata jew bl-għatu jew mingħajru)

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(TAZZA għax-XORB)

Tazez ibbażati fuq il-karta b’kisi bil-plastik minn ġewwa jew minn barra mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(TAZZA għax-XORB)

Tazez ibbażati fuq il-karta b’kisi bil-plastik b’bażi bijoloġika jew bijodegradabbli minn ġewwa jew minn barra mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

(TAZZA għax-XORB)

Tazez tal-plastik li jistgħu jintużaw mill-ġdid mibjugħa bħala parti minn skemi ta’ mili mill-ġdid

IVA

LE

IVA

ESKLUŻI

It-tazza tista’ terġa’ tintuża (parti minn sistema ta’ mili mill-ġdid)

Tazza tal-plastik bi trab tax-xorb solubbli li għalih tkun meħtieġa ż-żieda ta’ eż. ħalib jew ilma qabel ma l-prodott ikun jista’ jiġi kkunsmat

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

(TAZZA għax-XORB)

Tazza tal-plastik bi trab tas-sopop solubbli li għalih tkun meħtieġa ż-żieda ta’ eż. ilma qabel ma l-prodott ikun jista’ jiġi kkunsmat

IVA

IVA

LE

ESKLUŻA

It-tazza hija maħsuba biex tintuża għat-tħejjija ta’ soppa, li mhijiex xarba skont id-Direttiva

Tazez tax-xorb li jistgħu jerġgħu jintużaw mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut għal diversi użi f’każ li jiġu ddisinjati u mqiegħda fis-suq għal dan l-iskop u tipikament meqjusa u użati mill-konsumatur bħala tali

IVA

LE

IVA

ESKLUŻI

It-tazza tista’ terġa’ tintuża

Tazez li jistgħu jerġgħu jimtlew mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut għal diversi użi

IVA

LE

IVA

ESKLUŻI

It-tazza tista’ terġa’ tintuża

4.5.   Differenzjazzjoni bejn ċerti kategoriji ta’ prodotti (relatati)

Il-punt (2) tal-Parti A, il-punt (1) tat-Taqsima I tal-Parti E, u l-punt (1) tal-Parti G tal-Anness tad-Direttiva jeskludu l-kontenituri tax-xorb, il-platti, il-pakketti u t-tgeżwir li jkun fihom ikel minn prodotti li għandhom jitqiesu bħala kontenituri tal-ikel tal-plastik li jintużaw darba biss għall-fini tad-Direttiva. F’xi każijiet, l-għamla tal-imballaġġ tista’ tqajjem dubji dwar jekk il-prodott ikunx kontenitur tal-ikel, jew kontenitur tax-xorb, jew anke tip ieħor ta’ imballaġġ kopert bid-Direttiva, bħal pakketti, tgeżwir, tazez għax-xorb jew platti.

It-taqsimiet ta’ hawn taħt jipprovdu aktar gwida għad-differenzjazzjoni bejn kategoriji ta’ prodotti differenti iżda relatati.

4.5.1.   Elementi ewlenin biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-kontenituri tax-xorb

Il-pass ewlieni fid-distinzjoni tal-kontenituri tal-ikel mill-kontenituri tax-xorb, mill-fliexken tax-xorb, u mit-tazez għax-xorb, huwa li jiġi stabbilit jekk ir-reċipjent ikunx fih prodott tal-ikel jew tax-xorb. Għandhom jintużaw il-kriterji li ġejjin għad-distinzjoni bejn ikel (imsejjaħ ukoll oġġett tal-ikel) u xarba:

Il-mod tal-konsum u l-konsistenza tal-prodott li jkun f’reċipjent għandhom rwol deċiżiv fid-distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-kontenituri tax-xorb, il-fliexken tax-xorb u t-tazez għax-xorb. Fir-rigward tal-ikel, il-Premessa 12 tad-Direttiva tagħti eżempji mhux eżawrjenti ta’ oġġett tal-ikel, jiġifieri wrap, insalati, frott, ħxejjex u deżerti. Prodott tax-xorb jinbiegħ u jiġi kkunsmat f’forma likwida, u jista’ jiġi kkunsmat billi jinxtorob. Eżempji ta’ kontenituri tax-xorb previsti fil-Premessa 12 jinkludu l-imballaġġ tal-birra, tal-inbid, tal-ilma, tax-xarbiet ħfief, tal-meraq u tan-nektars, tax-xorb solubbli u tal-ħalib.

L-unità li fiha tiġi espressa l-kwantità tal-prodott tal-ikel jew tax-xorb. B’mod ġenerali, ix-xorb jiġi espress f’volum (eż. millilitri) u l-ikel ġeneralment f’piż (eż. grammi). F’xi każijiet, madankollu, il-kwantità tal-oġġett tal-ikel jew tax-xorb mhux dejjem tiġi indikata fuq ir-reċipjent, b’mod partikolari għal dawk li jimtlew fil-punt tal-bejgħ.

Il-karatteristiċi tad-disinn tal-kontenitur jistgħu jkunu speċifiċi għall-kontenut. Pereżempju, l-għamla tal-kontenitur u jekk l-oġġett tal-ikel imqiegħed fih jirrikjedix pożati jew le biex jiġi kkunsmat jindikaw jekk il-prodott ikunx maħsub biex jiġi kkunsmat billi jinxtorob jew jittiekel.

Peress li l-Premessa 12 tirreferi speċifikament għall-fliexken tal-ħalib bħala kontenitur tax-xorb, jenħtieġ li l-ħalib jitqies ukoll bħala xarba għall-finijiet tad-Direttiva. Dan huwa konformi mal-kriterji ġenerali dwar il-konsum mix-xorb, id-densità u l-viskożità (likwida) tiegħu u t-tip ta’ reċipjent, li għall-ħalib ikun simili għal dak ta’ xorb ieħor.

Ċertu ikel, bħas-sopop, il-jogurts (dment li ma jkunux jistgħu jinxtorbu) u l-purejiet tal-frott, jenħtieġ li ma jiġux ikklassifikati bħala xorb għall-finijiet tad-Direttiva, peress li dawn tipikament ma jiġux ikkunsmati billi jinxtorbu u l-pożati tipikament jintużaw għall-konsum tagħhom, li jiddistingwihom mill-prodotti tax-xorb.

Ċerti prodotti f’forma likwida, anke meta jkunu jistgħu jinxtorbu (eż. il-ħall, it-toppings likwidi, iz-zalza tas-sojja, il-meraq tal-lumi, iż-żjut li jittieklu, il-prodotti li jirrikjedu dilwizzjoni qabel il-konsum bħax-xarbiet ħelwin, l-isquashes, il-ġulepp jew il-konċentrati) ma jiġux ikkunsmati direttament mill-kontenitur jew ikunu jirrikjedu aktar dilwizzjoni qabel ma jkunu jistgħu jinxtorbu. Għal dik ir-raġuni, dawn ma jikkwalifikawx bħala xorb skont id-Direttiva, peress li dawn ma jiġux ikkunsmati u inġestiti billi jinxtorbu.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn l-indikaturi ta’ gwida, bħall-użu maħsub u l-għamla u l-forma tar-reċipjent, inkluż eżempji illustrattivi biex jgħinu fid-distinzjoni tal-kontenituri tal-ikel mill-kontenituri tax-xorb.

Tabella 4-9

Eżempji illustrattivi biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-kontenituri tax-xorb

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jintuża darba biss

Kontenitur tax-xorb tal-plastik li jintuża darba biss

Borża tal-plastik b’diversi saffi li jkun fiha l-puree tal-frott (150 ml)

Image 10

Borża tal-plastik b’diversi saffi li jkun fiha l-meraq tal-frott (150 ml)

Image 11

Kontenitur tal-plastik li jkun fih il-jogurt (100 g)

Image 12

Kontenitur tal-plastik li jkun fih jogurt li jista’ jinxtorob (150 ml)

Image 13

 

 

Kartuna tal-ħalib (500 ml)

Image 14

4.5.2.   Elementi ewlenin biex il-kontenituri tal-ikel jintgħarfu mit-tazez għax-xorb

Fir-rigward tat-tazez għax-xorb, minbarra li jiġi ddeterminat jekk il-prodott imqiegħed fihom ikunx ikel jew xarba, għandha tingħata gwida dwar kif għandhom jitqiesu t-tazez li jitqiegħdu fis-suq vojta mill-manifatturi iżda li jkunu jistgħu jimtlew mill-bejjiegħa bl-imnut kemm bi prodotti tal-ikel kif ukoll tax-xorb. Eżempju ta’ dan it-tip ta’ tazza jingħata fl-illustrazzjoni ta’ hawn taħt.

L-użu maħsub tat-tazez tal-plastik għax-xorb li jintużaw darba biss u jekk dawn ikunux maħsuba għall-ikel jew għax-xorb huwa tipikament magħruf mid-distributur inizjali jew minn min jimla t-tazez. Jekk fiż-żmien tat-tqegħid fis-suq ma jkunx ċar jekk prodott ikunx tazza tax-xorb jew kontenitur tal-ikel, kif jista’ jkun il-każ għal ċerti kontenituri mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa, il-manifattur irid jikkonforma mar-rekwiżiti tad-Direttiva għaż-żewġ tipi ta’ prodotti. Pereżempju, il-prodott irid jiġi ttikkettat f’konformità mal-Artikolu 7, biex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva.

Illustrazzjoni 4-1

kontenituri mibjugħa fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa

Image 15

4.5.3.   Elementi ewlenin biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tax-xorb, il-fliexken tax-xorb u t-tazez għax-xorb

Id-Direttiva ma tagħmilx distinzjoni ċara bejn il-kontenituri tax-xorb, il-fliexken tax-xorb (subkategorija tal-kontenituri tax-xorb) u t-tazez għax-xorb (li ma jikkostitwixxux kontenituri tax-xorb). Madankollu, jistgħu jsiru l-karatteristiċi ġeneriċi li ġejjin rilevanti għal din id-Direttiva:

F’konformità mal-Parti C, mal-punt (3) tat-Taqsima I tal-Parti E u mal-punt (3) tal-Parti G tal-Anness, il-kontenituri tax-xorb huma“reċipjenti b’kapaċità sa 3 litri, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom, użati biex iżommu x-xorb”. Il-Premessa 12 tindika wkoll li l-imballaġġ kompożitu tax-xorb għandu jitqies bħala kontenitur tax-xorb, mhux bħala flixkun tax-xorb.

Il-fliexken tax-xorb huma kontenituri tax-xorb b’għonq jew b’ħalq dejjaq u b’kapaċità sa 3 litri, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom, użati biex iżommu x-xorb, eskluż l-imballaġġ kompożitu tax-xorb, skont id-differenzjazzjoni li ssir fid-Direttiva mal-kontenituri tax-xorb.

It-tazez għax-xorb huma tipikament tondi, normalment reċipjenti tax-xorb f’forma ta’ skutella b’għata jew b’għatu jew mingħajru, mibjugħa vojta jew bix-xorb (24). Kif spjegat ukoll fil-Premessa 12, it-tazez għax-xorb huma kategorija separata ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss għall-finijiet tad-Direttiva.

L-element ewlieni għad-distinzjoni bejn it-tliet kategoriji ta’ prodotti huwa l-għamla tagħhom. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti eżempji illustrattivi ta’ kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb, u tazez għax-xorb li jindikaw l-elementi relatati mal-għamla li għandhom jitqiesu għall-klassifikazzjoni ta’ dawn il-kategoriji ta’ prodotti.

Tabella 4-10

Eżempji illustrattivi ta’ kontenituri tax-xorb, fliexken tax-xorb, u tazez għax-xorb

Kontenituri tax-xorb

Fliexken tax-xorb (parti mill-kontenituri tax-xorb)

Tazez għax-xorb (mhux parti mill-kontenituri tax-xorb)

Reċipjenti b’kapaċità sa 3 litri, użati biex iżommu x-xorb (dan jinkludi wkoll il-fliexken tax-xorb)

Kontenituri tax-xorb riġidi b’għonq jew b’ħalq dejjaq u b’kapaċità sa 3 litri, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom, użati biex iżommu x-xorb

Tipikament tondi, normalment reċipjenti tax-xorb f’forma ta’ skutella b’għata jew b’għatu jew mingħajru, mibjugħa vojta jew bix-xorb

Image 16

Image 17

Image 18

4.5.4.   Elementi ewlenin biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-pakketti u t-tgeżwir

Id-differenzjazzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-pakketti u t-tgeżwir jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ir-riġidità tal-kontenitur. Għall-finijiet tad-Direttiva, il-prodotti tal-oġġetti tal-ikel b’imballaġġ riġidu u parzjalment riġidu jenħtieġ li jitqiesu bħala kontenituri tal-ikel, filwaqt li l-prodotti b’materjali tal-imballaġġ flessibbli jenħtieġ li jitqiesu bħala pakketti u tgeżwir.

L-imballaġġ flessibbli jimplika li dan jintlewa faċilment mingħajr ma jinkiser. L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw għall-oġġetti mhux tal-imballaġġ li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Xi oġġetti tal-ikel jiġu ppakkjati f’taħlita ta’ materjal riġidu u aktar flessibbli (ara l-kolonna tax-xellug fit-Tabella 4-11), eż. sandwich f’kontenitur riġidu b’rita fuq naħa waħda jew ċertu frott jew ikel imħejji mibjugħ fi trejs tal-karti u mgħotti minn tgeżwir tal-plastik. F’dawk il-każijiet, il-preżenza ta’ materjali riġidi fl-imballaġġ jenħtieġ li tikklassifika l-prodott bħala kontenitur tal-ikel.

Tabella 4-11

Eżempji illustrattivi biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-pakketti u t-tgeżwir tal-plastik li jintużaw darba biss

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jintuża darba biss

Pakkett u tgeżwir tal-plastik li jintużaw darba biss

Il-kontenitur ikun magħmul kompletament jew parzjalment minn materjal riġidu li jkun fih il-plastik

Il-kontenitur ikun magħmul minn materjal flessibbli li jkun fih il-plastik

Image 19

Image 20

4.5.5.   Elementi ewlenin biex il-platti jintgħarfu mill-kontenituri tal-ikel

Il-punt (2) tal-Parti A, il-punt (1) tat-Taqsima I tal-Parti E u l-punt (1) tal-Parti G tal-Anness tad-Direttiva jeskludu l-kontenituri tax-xorb, il-platti, il-pakketti u t-tgeżwir li jkun fihom ikel mill-kategorija ta’ prodotti tal-kontenituri tal-ikel għall-fini tad-Direttiva.

Il-platti jirreferu għal dixxijiet li minnhom jittiekel jew jisserva l-ikel, filwaqt li l-kontenituri tal-ikel huma reċipjenti bħal kaxex, b’għata jew mingħajrha, użati biex iżommu l-ikel.

It-Tabella ta hawn taħt tagħti xi eżempji illustrattivi ta’ kif issir distinzjoni bejn kontenitur tal-ikel u platt tal-plastik li jintuża darba biss.

Tabella 4-12

Eżempju illustrattiv biex issir distinzjoni bejn il-kontenituri tal-ikel u l-platti tal-plastik

Kontenitur tal-ikel tal-plastik li jintuża darba biss

Platt tal-plastik li jintuża darba biss

Indikaturi li jindikaw li r-reċipjent ikun kontenitur tal-ikel:

Reċipjenti bħal kaxex mibjugħa b’għatu jew mingħajru

Kapaċi jżomm l-ikel

Jista’ jiffaċilita t-trasport tal-ikel

Ir-reċipjent normalment jinbiegħ b’informazzjoni stampata dwar il-kontenut, l-ingredjenti u spiss il-piż tal-prodott

Image 21

Indikaturi li jindikaw li r-reċipjent ikun platt:

Dixx mibjugħ mingħajr għatu, irrispettivament minn jekk dan ikunx miksi eż. b’fojl jew b’rita, fil-punt tal-bejgħ

Użat biex jisserva jew jittiekel l-ikel minnu, iżda l-preżenza tal-ikel ma tkunx meħtieġa fil-mument tax-xiri

Filwaqt li fil-biċċa l-kbira jkun ċatt, dan tipikament ikollu perimetru kemxejn iċċanfrinat jew imqabbeż biex iwaqqaf milli l-ikel jitgerbeb jew jinxtered minn fuqu

L-informazzjoni stampata li tinkludi l-kontenut, l-ingredjenti jew il-piż normalment ma tkunx preżenti.

Image 22

4.6.   Basktijiet tal-plastik ħfief

4.6.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva għall-basktijiet tal-plastik ħfief.

Tabella 4-13

Deskrizzjonijiet tal-basktijiet tal-plastik ħfief fid-Direttiva

Il-punt (5) tat-Taqsima I tal-Parti E u l-punt (8) tal-Parti G tal-Anness: “Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna kif definiti fil-punt 1c tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE”.

Il-punt (1c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ jiddefinixxi l-basktijiet tal-plastik ħfief: ““basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta’ inqas minn 50 mikroni.

Barra minn hekk, il-punt (1d) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ jiddefinixxi l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna kif ġej: ““basktijiet tal-plastik ħfief ħafna” għandha tfisser basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta’ inqas minn 15 mikroni u li huma meħtieġa għal skopijiet ta’ iġjene jew ipprovduti bħala imballaġġ primarju għal ikel sfuż meta dan jgħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel”.

It-terminu ġenerali “basktijiet tal-plastik” huwa ddefinit fil-punt (1b) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ: ““basktijiet tal-plastik” għandha tfisser basktijiet bil- jew mingħajr widna, magħmula mill-plastik, li huma fornuti lill-konsumaturi fil-punt tal-bejgħ ta’ oġġetti jew prodotti”.

Il-kriterji speċifiċi għall-prodott għall-basktijiet tal-plastik ħfief li jintużaw darba biss previsti fl-Anness tad-Direttiva jistgħu jiġu ċċarati abbażi tal-indikaturi li ġejjin:

Karatteristika tad-disinn tal-prodott: f’konformità mal-punt (1c) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, ħxuna ta’ anqas minn 50 mikron tindika li dawn il-basktijiet mhumiex iddisinjati, maħsuba u mqiegħda fis-suq apposta biex jerġgħu jintużaw. Dan il-kriterju jirrifletti kif xieraq l-objettiv tad-Direttiva li jitnaqqas ir-rimi bl-addoċċ (fil-baħar). Kif iddikjarat fil-Premessa 4 tad-Direttiva (UE) 2015/720 (25) dawn il-boroż jerġgħu jintużaw b’mod inqas frekwenti minn basktijiet tal-plastik eħxen, jintremew aktar malajr, u huma aktar suxxettibbli li jintremew bl-addoċċ minħabba l-piż ħafif tagħhom.

Punt tal-bejgħ jew tad-distribuzzjoni: jirreferi għall-punt tal-bejgħ fejn il-prodott jiġi fornut jew iddistribwit lill-konsumatur (kif deskritt fil-punt (1b) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ).

Id-Direttiva tkopri l-basktijiet tal-plastik ħfief kollha. Dan jinkludi boroż tal-plastik ħfief ħafna (dawk bi ħxuna tal-ħajt ta’ anqas minn 15-il mikron), li jistgħu jiġu esklużi minn ċerti rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ.

4.6.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

Tabella 4-14 tagħti eżempji illustrattivi dwar jekk ċerti tipi ta’ basktijiet tal-plastik humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-14

Eżempji illustrattivi ta’ tipi differenti ta’ basktijiet tal-plastik

Tip ta’ basket tal-plastik

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Basket tal-plastik ħafif

Basket tal-plastik ħafif fornut lill-konsumatur fil-punt bejgħ (ħxuna tal-ħajt ta’ anqas minn 50 mikron)

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Basket tal-plastik ħafif ħafna fornut lill-konsumatur fil-punt tal-bejgħ (ħxuna tal-ħajt ta’ anqas minn 15-il mikron)

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Basket tal-plastik eħxen (ħxuna tal-ħajt ta’ aktar minn 50 mikron)

IVA

LE

LE

ESKLUŻ

Mhumiex basket ħafif u, għalhekk, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

Basktijiet għall-ġbir tal-iskart magħmula mill-plastik

IVA

IVA

LE

ESKLUŻ

Mhumiex “basket” u, għalhekk, barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva

4.7.   Stikek tal-cotton buds

4.7.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

L-istikek tal-cotton buds tal-plastik li jintużaw darba biss jissemmew fil-punt (1) tal-Parti B tal-Anness bħala “Stikek tal-cotton buds, ħlief jekk dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE jew id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE”. Id-Direttiva ma tipprevedix definizzjoni tal-prodott għall-istikek tal-cotton buds.

Stikka tal-cotton buds tipikament tirreferi għal stikka qasira b’ammont żgħir ta’ qoton (jew b’tajjara żgħira) f’tarf wieħed jew fiż-żewġ trufijiet tagħha, li spiss tintuża għall-iġjene personali, speċjalment għat-tindif tal-widnejn jew għall-applikazzjoni tal-irtokk (26). Meta jitqiegħdu fis-suq tal-UE, dawn l-oġġetti jiġu inklużi f’kodiċi tal-Vokabularju Komuni tal-Akkwist (CPV) uniku: Cotton buds 33711410-4.

Il-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott li ġejjin jgħinu jiddefinixxu l-istikek tal-cotton buds li jintużaw darba biss għall-finijiet tad-Direttiva:

Ħxuna tal-istikka: L-istikek tal-cotton buds maħsuba għal finijiet mhux mediċi jew għall-użu minn individwi fid-dar huma tipikament ikkaratterizzati minn stikka qasira, irqiqa u mhux durabbli.

Buds li ma jistgħux jitnaddfu: Il-kolla użata biex jitwaħħlu b’mod permanenti l-cotton buds li jintużaw darba biss mat-tarf/trufijiet tal-istikka ma tħallihomx jinqalgħu minn mal-istikka waqt l-użu. L-istikek għat-tindif tal-widnejn li jistgħu jinħaslu jew jitnaddfu, u b’hekk jiġi żgurat l-użu mill-ġdid tagħhom, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

4.7.2.   Eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott

Skont il-punt (1) tal-Parti B tal-Anness tad-Direttiva dwar il-Plastik li jintuża darba biss, l-istikek tal-cotton buds li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 90/385/KEE jew tad-Direttiva 93/42/KEE bħala apparati mediċi, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (27). Id-definizzjoni ta’ apparat mediku mid-Direttiva 90/385/KEE u mid-Direttiva 93/42/KEE tinkludi oġġetti użati speċifikament għal serħan minn jew kumpens għal korriment jew diżabbiltà. L-istikek tal-cotton buds, jekk jitqiesu bħala apparati mediċi, iridu jkunu maħsuba mill-manifattur biex jintużaw għall-bnedmin għall-fini ta’ dijanjożi, prevenzjoni, monitoraġġ, trattament jew serħan mill-mard, jew ta’ dijanjożi, monitoraġġ, trattament, serħan minn jew kumpens għal korriment jew diżabbiltà, u jridu jiġu mmarkati CE skont id-Direttiva 93/42/KE bl-istess mod bħal skont ir-Regolament (UE) 2017/745.

Il-Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tad-Direttiva 93/42/KEE dwar Apparati Mediċi tipprovdi linji gwida dwar il-klassifikazzjoni tal-apparati mediċi għall-finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju. L-eżempju ta’ “(s)wabs għall-kampjunar tal-effużjonijiet” inkluż (28) f’dawn il-linji gwida jitqies bħala relatat pereżempju ma’ “swabs mediċi” (29).

L-istikek tal-cotton buds maħsuba għall-użu mediku jiġu ddisinjati wkoll biex jintużaw darba biss. Madankollu, dawn normalment jiġu ddisinjati biex jiffaċilitaw speċifikament l-użu ta’ tekniki sterili, u ġeneralment ikunu:

Ittikkettati b’mod ċar għall-użu mediku (eż. “swab mediku”);

Spiss mibjugħa bħala sterili;

Ikkaratterizzati minn stikka itwal u aktar b’saħħitha;

B’tarf wieħed;

Mibjugħa jew iddistribwiti direttament lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa permezz ta’ ċirkwiti professjonali (eż. minn negozju għal negozju) eż. swabs ipprovduti jew użati għal finijiet forensiċi, mediċi jew xjentifiċi inkluż: għall-ġbir ta’ kampjuni mill-bnedmin jew mill-uċuħ, għal finijiet ta’ mikrobijoloġija, ċitoloġija, u ttestjar tad-DNA kliniċi.

4.7.3.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti eżempji illustrattivi dwar jekk ċerti tipi ta’ stikek tal-cotton buds humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-15

Eżempji illustrattivi ta’ tipi differenti ta’ stikek tal-cotton buds

Tip ta’ stikka tal-cotton buds

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Stikka mhux durabbli

Buds li ma jistgħux jitnaddfu

Mhijiex apparat mediku

Stikka tal-cotton buds tal-plastik b’żewġ trufijiet

IVA

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

Stikka tal-cotton buds mhux tal-plastik

LE

IVA

IVA

IVA

IVA

ESKLUŻA: Il-prodott ma fihx plastik

Swab tal-plastik b’tarf wieħed għall-ġbir ta’ kampjuni

IVA

IVA

IVA

IVA

LE

ESKLUŻA: Prodott maħsub għall-użu mediku

Stikka tal-plastik għat-tindif tal-widnejn li tista’ terġa’ tintuża

IVA

LE

LE

LE

IVA

ESKLUŻA: Prodott maħsub għal diversi użi

4.8.   Bżieżaq u tikek tal-bżieżaq

4.8.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

Il-bżieżaq huma indirizzati fl-Artikoli 8 u 10, filwaqt li l-istikek tal-bżieżaq huma soġġetti għall-Artikolu 5 tad-Direttiva, iżda mhumiex iddefiniti bħala tali fid-Direttiva.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjonijiet rilevanti tal-bżieżaq u tal-istikek tal-bżieżaq fid-Direttiva.

Tabella 4-16

Deskrizzjonijiet tal-bżieżaq u tal-istikek tal-bżieżaq fid-Direttiva

Bżieżaq:

Il-punt (2) tat-Taqsima II tal-Parti E u l-punt (7) tal-Parti G tal-Anness: “Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi.

Stikek tal-bżieżaq:

Il-punt (6) tal-Parti B tal-Anness: “Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek”.

Il-karatteristiċi ġenerali li ġejjin jistgħu jiġu identifikati sabiex jiġu ddeterminati l-bżieżaq fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

Bużżieqa tipikament tirreferi għal borża mhux poruża ta’ materjal ħafif li tkun maħsuba biex tintefaħ bl-arja jew bil-gass. Meta jitqiegħdu fis-suq, dawn l-oġġetti jiġu primarjament inklużi fil-kodiċi CPV li ġej: Bżieżaq u blalen ġugarelli (37525000-4).

Stikka tal-bżieżaq: F’konformità mal-punt (6) tal-Parti B tal-Anness tad-Direttiva, stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u jżommuhom.

Kif indikat fil-Premessa 11, il-latex ma jikkwalifikax bħala polimeru naturali mhux modifikat kimikament, u l-bżieżaq tal-latex huma għalhekk koperti bid-Direttiva, minħabba li d-definizzjoni ta’ plastiks “jenħtieġ li (…) tkopri l-oġġetti tal-lasktu b’bażi ta’ polimeri”.

Il-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott li ġejjin jgħinu jiddefinixxu l-bżieżaq u l-istikek tal-bżieżaq li jintużaw darba biss għall-finijiet tad-Direttiva:

Siġilli, valvi u mekkaniżmi tal-għeluq: In-nuqqas ta’ valv jew ta’ siġill li jippermetti tinfiħ u tniżżil għal aktar minn darba. Il-bżieżaq, li jirrikjedu l-applikazzjoni ta’ għoqda, spaga jew żigarella mal-għonq sabiex ma taħrabx l-arja, jitilfu l-kwalità jekk jinħallu u jerġgħu jintrabtu. Dawn għalhekk jitqiesu bħala li jintużaw darba biss. Il-bżieżaq iddisinjati biex jintefħu u jitniżżlu permezz ta’ valv li jkun jista’ (jerġa’) jingħalaq, mingħajr ebda telfien fil-kwalità jew fil-funzjonalità bejn l-użi, jitqiesu bħala li jintużaw aktar minn darba.

Jistgħu jerġgħu jimtlew: Il-bżieżaq mixtrija mimlija lesti bl-arja jew bl-elju jitqiesu li jintużaw darba biss minħabba li l-klijent ma jkunx jista’ jerġa’ jimlihom. Il-bżieżaq li jimtlew waħedhom (b’mekkaniżmu integrali għall-mili) jitqiesu wkoll bħala li jintużaw darba biss.

4.8.2.   Eżenzjonijiet speċifiċi għall-prodott

Skont il-punt (2) tat-Taqsima II tal-Parti E u l-punt (7) tal-Parti G tal-Anness, il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħra li ma jiġux iddistribwiti lill-konsumaturi jenħtieġ li jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva.

Bl-istess mod, il-punt (6) tal-Parti B tal-Anness jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva l-istikek li għandhom jitwaħħlu mal-bżieżaq u jżommuhom għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħra li ma jiġux iddistribwiti lill-konsumaturi, inkluż il-mekkaniżmi ta’ dawn l-istikek.

Il-punt tax-xiri, il-kanal ta’ distribuzzjoni u t-tip ta’ utent finali huma elementi importanti biex jiġi ddeterminat jekk il-bżieżaq ikunux maħsuba għall-użu domestiku jew professjonali.

Jenħtieġ li l-bżieżaq li ġejjin jitqiesu bħala li jkunu għall-użu industrijali jew professjonali:

il-bżieżaq u l-istikek li għandhom jitwaħħlu ma’ dawk il-bżieżaq biex iżommuhom, li jinbiegħu permezz ta’ kanali industrijali jew professjonali, eż. minn negozju għal negozju;

il-bżieżaq u l-istikek li għandhom jitwaħħlu ma’ dawk il-bżieżaq biex iżommuhom għall-użu jew għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali, eż. riċerka, bżieżaq tat-temp, tiżjin industrijali u professjonali, u li ma jiġux iddistribwiti lill-konsumaturi.

Madankollu, il-bżieżaq u l-istikek li jinbiegħu permezz ta’ kanali min-negozju għall-konsumatur jew jiġu ddistribwiti lil konsumaturi privati, eż. bżieżaq u stikek tal-bżieżaq li jistgħu jinxtraw minn konsumaturi individwali f’ħanut jew jiġu ddistribwiti lill-konsumaturi f’avveniment privat, ma jitqisux bħala li jkunu għall-użu jew għall-applikazzjoni professjonali jew industrijali, iżda minflok għall-użu domestiku. Għalhekk, jenħtieġ li dawn il-prodotti jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Barra minn hekk, il-bżieżaq u l-istikek tal-bżieżaq li għalihom, fiż-żmien li dawn jitqiegħdu fis-suq, ma jkunx ċar jekk l-użu maħsub ikunx industrijali jew domestiku, jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tad-Direttiva.

4.8.3.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti eżempji illustrattivi dwar jekk ċerti tipi ta’ bżieżaq u stikek tal-bżieżaq humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-17

Eżempji illustrattivi ta’ bżieżaq u ta’ stikek tal-bżieżaq differenti

Tipi ta’ bżieżaq; stikek tal-bżieżaq

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Maħsuba għall-użu domestiku

Bżieżaq tal-latex li jintużaw darba biss għall-użu jew għall-applikazzjoni domestika

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

Bżieżaq tal-mylar jew tal-fojl li jintużaw darba biss għall-użu jew għall-applikazzjoni domestika

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

Stikek tal-bżieżaq tal-plastik li jintużaw darba biss għall-użu domestiku

IVA

IVA

IVA

INKLUŻI

Ġugarelli u “selfie-frames” tal-plastik li jistgħu jintefħu u jerġgħu jintużaw inkluż valv li jista’ jerġa’ jiġi ssiġillat

IVA

LE

IVA

ESKLUŻI:

Prodott maħsub għal diversi użi

Stands tal-bżieżaq tal-plastik li jistgħu jerġgħu jintużaw

IVA

LE

LE

ESKLUŻI:

Prodott maħsub għal diversi użi

Bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali, eż. bużżieqa tal-arja sħuna, bużżieqa tat-temp.

IVA

LE

LE

ESKLUŻI:

Prodott maħsub għall-użu professjonali jew industrijali

4.9.   Assorbenti sanitarji (pads), tampuni, u applikaturi tat-tampuni

4.9.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

Id-Direttiva ma tipprevedix definizzjonijiet għall-assorbenti sanitaji (pads), għat-tampuni u għall-applikaturi tat-tampuni fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Il-karatteristiċi ġeneriċi li ġejjin jistgħu jiġu identifikati sabiex jiġu ddeterminati l-assorbenti sanitarji (pads), it-tampuni, u l-applikaturi tat-tampuni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

L-assorbenti sanitarji li jintużaw darba biss huma prodotti tal-iġjene użati biex jassorbu u jżommu l-fluwidu, ġeneralment maħsuba biex jintremew wara li jintużaw darba biss.

L-assorbenti sanitarji li jintużaw darba biss ta’ spiss ikunu magħmula minn diversi saffi ta’ materjali inkluż qalba assorbenti, li tkun magħmula prinċipalment minn fibri ċellulożiċi u sintetiċi, u jassorbu l-fluwidi. Għall-finijiet tad-Direttiva, l-assorbenti sanitarji ma jirreferux biss għall-pads jew għan-napkins, iżda wkoll għall-panty liners peress li dawn il-prodotti huma subkategorija tal-assorbenti sanitarji (pads) (30) u bħala tali jissodisfaw il-kriterji ta’ prodott tal-plastik li jintuża darba biss. Iż-żewġ prodotti huma magħmula minn materjali simili u għandhom l-istess tendenza li jintremew bl-addoċċ fil-baħar fir-rigward tar-rimi mhux xieraq, jiġifieri jekk jiġu fflaxxjati fit-tojlits wara l-użu, u jistgħu jidħlu fl-ambjent tal-baħar permezz tas-sistema ta’ trattament tal-ilma mormi.

It-tampuni tal-plastik li jintużaw darba biss ġeneralment ikunu magħmula minn tliet saffi li jinkludu qalba assorbenti, li tkun magħmula jew mill-viskuż, mill-qoton, mill-poliester, jew minn taħlita ta’ dawn il-fibri (31). Dawn jistgħu jkunu f’applikatur tat-tampuni, normalment magħmul minn karta miksija (li jkun fiha folja tal-plastik irqiqa) jew minn plastik iebes. Filwaqt li xi kategoriji ta’ tampuni huma magħmula mill-qoton, il-biċċa l-kbira jiġu b’xibka tal-plastik. Din tal-aħħar tirreferi għal saff irqiq ta’ rita tal-plastik mhux minsuġa jew ipperforata użata biex tgħin tnaqqas it-telfien tal-fibri u tiffaċilita l-inserzjoni u t-tneħħija tat-tampuni. It-Taqsima 2.1 tipprovdi gwida biex jiġi ddeterminat jekk il-fibra inkwistjoni tissodisfax il-kriterju għall-eċċezzjoni għall-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament.

Il-karatteristiċi tad-disinn tal-prodott tal-assorbenti sanitarji, tat-tampuni u tal-applikaturi tat-tampuni maħsuba biex jintużaw darba biss jinkludu dawk li ma jkunux jistgħu jinħaslu jew jerġgħu jintużaw diversi drabi minħabba li l-proċessi tal-ħasil jiddegradaw l-istruttura u l-funzjoni ta’ dawk il-prodotti.

4.9.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti eżempji dwar jekk ċerti tipi ta’ assorbenti sanitarji, tampuni u applikaturi tat-tampuni humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-18

Eżempji illustrattivi ta’ assorbenti sanitarji, tampuni u applikaturi tat-tampuni differenti

Tip ta’ assorbenti sanitarji, tampuni u applikaturi tat-tampuni

Kriterji ġenerali

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Assorbent sanitarju, tampun u applikatur tat-tampuni li jkun fih il-plastik jinkludi l-kategoriji kollha ta’ assorbenti sanitarji irrispettivament mill-għamla, mill-qies, mill-ħxuna u mil-livell ta’ assorbiment li jkun fihom il-plastik u li jkunu maħsuba biex jintremew wara l-użu

IVA

IVA

INKLUŻ

Assorbenti sanitarji (inkluż il-panty liners), jew tampuni li ma fihomx plastik

LE

IVA

ESKLUŻI:

Ma hemm l-ebda plasik fil-prodott

Prodotti mestruwali li jistgħu (jinħaslu u) jerġgħu jintużaw, bħal pads tad-drapp li jistgħu jinħaslu, kontenituri mestruwali li jistgħu jerġgħu jintużaw (alternattiva għat-tampun), qliezet ta’ taħt tal-period (panty li jista’ jinħasel b’pad integrata għall-assorbiment)

LE/Pads li ma fihomx plastik li jistgħu jinħaslu

IVA/Tampuni, applikaturi tat-tampuni, u pads li jistgħu jerġgħu jintużaw jista’ jkun fihom il-plastik (eż. il-klipp għall-pads tad-drapp li jistgħu jinħaslu)

LE

ESKLUŻI:

Il-prodotti ma jintużawx darba biss

4.10.   Wet wipes

4.10.1.   Deskrizzjoni, kriterji u eżenzjonijiet tal-prodott fid-Direttiva

It-Tabella 4-19 tagħti ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjonijiet rilevanti tal-wet wipes tal-plastik li jintużaw darba biss fid-Direttiva.

Tabella 4-19

Deskrizzjonijiet tal-wet wipes fid-Direttiva

Il-punt (2) tal-Parti D, il-punt (1) tat-Taqsima II tal-Parti E u l-punt (6) tal-Parti G tal-Anness: “‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku”.

Il-Premessa 12: “Jenħtieġ li l-‘wet wipes’ għall-kura personali u l-użu domestiku jkunu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, waqt li jenħtieġ li l-‘wet wipes’ industrijali jkunu esklużi.

Il-wet wipes, li jsiru bl-użu ta’ polimeri mhux naturali jew polimeri naturali li ġew modifikati kimikament, bħall-poliester u l-poliidrossialkanoati (PHA), jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Il-wet wipes, li jkunu magħmulin kompletament minn polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament, bħall-viskuż u l-lijoċell, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Il-kriterji ewlenin speċifiċi għall-prodott li ġejjin huma previsti mid-Direttiva biex jiġi ddeterminat jekk wet wipe li tintuża darba biss hijiex inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha: wipes imxarrba minn qabel u personali u domestiċi.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, wet wipe fil-kuntest tad-Direttiva tista’ tinftiehem bħala biċċa żgħira ta’ materjal niedi minn qabel jew imxarrab minn qabel li jkun fiha l-plastik u li tkun maħsuba, iddisinjata u mqiegħda fis-suq biex tintuża darba biss (tintrema wara l-użu) u maħsuba għall-kura personali, eż. iġjene personali jew użu domestiku, eż. finijiet ta’ tindif domestiku. Il-wipes imxarrba minn qabel tipikament ikun fihom likwidu ta’ imprenjazzjoni li jkun żdied mal-wipe qabel ma din titqiegħed fis-suq.

Wet wipe għall-kura personali hija maħsuba biex tintuża għal finijiet ta’ iġjene. Dawn jinkludu t-tindif u l-kura tal-ġilda kemm tal-adulti kif ukoll tat-trabi umani, eż. wipes għat-trabi, wipes għat-tneħħija tal-kożmetiċi/tal-irtokk, wipes għall-kura intima, eċċ.

Wet wipe għall-użu domestiku hija maħsuba biex tintuża f’bini domestiku. Dawn jinkludu wet wipes użati għal finijiet ta’ tindif domestiku eż. wet wipes użati għat-tindif tal-uċuħ tal-kċejjen u tal-kmamar tal-banju, wet wipes użati għat-tindif ta’ vetturi personali, wipes għat-tindif tan-nuċċalijiet, eċċ.

Barra minn hekk, dawn il-prodotti tipikament jinbiegħu fis-suq f’pakketti li jkun fihom diversi wet wipes li jintużaw darba biss.

Filwaqt li ma jissemmewx b’mod espliċitu fid-Direttiva, il-wet wipes, li jkunu maħsuba, iddisinjati u mqiegħda fis-suq għall-użu professjonali, bħall-wet wipes mediċi jew għall-kura tas-saħħa, ma jkunux jissodisfaw il-kriterju għall-kura personali jew għall-użu domestiku. Għalhekk, dawn il-prodotti ma jitqisux bħala li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Il-punt tax-xiri, il-kanal ta’ distribuzzjoni u t-tip ta’ utent finali huma elementi importanti li jenħtieġ li jitqiesu sabiex jiġi ddeterminat jekk ċerti wet wipes ikunux maħsuba għall-użu domestiku jew professjonali. Pereżempju, il-wet wipes mibjugħa permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni professjonali, eż. il-kanali minn negozju għal negozju, u li jintużaw mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa, jitqiesu bħala maħsuba għall-użu professjonali u ma jiġux inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, il-wet wipes li jinbiegħu f’kanali min-negozju għall-konsumatur u li jiġu ddistribwiti lil konsumaturi mhux professjonali, eż. wet wipes, li jistgħu jinxtraw minn konsumaturi individwali fi spiżerija u jintużaw fid-dar, ma jitqisux bħala użu professjonali. Għalhekk, dawn il-prodotti huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

It-tabella li ġejja tipprovdi lista mhux eżawrjenti tal-kategoriji tal-wet wipes inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu (32):

Tabella 4-20

Eżempji ta’ kategoriji tal-wet wipes

Kategorija ta’ prodotti: wet wipes

Koperti mid-Direttiva

Kura personali

Wipes għat-trabi

Wipes tat-tindif għall-ġilda (inkluż l-idejn u l-ġisem)

Wipes tad-diżinfezzjoni għall-idejn, inkluż jekk jiġu pprovduti lill-konsumaturi fl-inġenji tal-ajru, fl-ajruporti, fil-ferroviji jew f’postijiet oħra

Wipes għall-wiċċ/kożmetiċi (eż. maskri tal-wiċċ jew “sheet masks”, wipes għat-tindif tal-wiċċ/għat-tneħħija tal-irtokk)

Wipes għall-kura intima

Wipes simili għat-toilet paper

Wet wipes għall-użu domestiku

Wipes għat-tindif domestiku użati biex jitneħħew it-tbajja’ u jitnaddfu l-uċuħ bħall-art, il-kmamar tal-banju, il-kċejjen, l-għamara, it-twieqi, l-iskrins tat-televiżjoni u tal-kompjuter, eċċ.

Wipes tad-diżinfezzjoni maħsuba għall-użu domestiku, inkluż jekk jiġu pprovduti lill-konsumaturi fl-inġenji tal-ajru, fl-ajruporti, fil-ferroviji jew f’postijiet oħra

Wipes għat-tindif tan-nuċċalijiet (nuċċalijiet tal-vista)

Wipes għall-karozzi maħsuba għall-użu domestiku

Wipes għall-annimali domestiċi maħsuba għall-użu domestiku

Esklużi mid-Direttiva

Wet wipes industrijali

Wipes għall-karozzi (tħejjija tal-uċuħ, illostrar, assorbenti taż-żjut u kimiċi) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes għall-industriji elettroniċi u tal-kompjuter (tneħħija tat-trab, wipes għat-tindif delikat u kumpless) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes għall-industrija tal-ikel (tindif u manutenzjoni ta’ magni, assorbent tal-fluwidi, wipes għat-tindif tal-idejn) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes għall-purtinara (illostrar, tindif u manutenzjoni ta’ tagħmir, tindif ta’ art imxarrba, tneħħija tat-trab) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes għall-manifattura, l-inġinerija u l-manutenzjoni (tindif u manutenzjoni ta’ magni, assorbent tal-fluwidi, wipes għat-tindif tal-idejn) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali ieħor

Wipes għall-industrija ottika (illostrar, wipes għat-tneħħija tat-trab) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes għall-industrija tal-istampar (tindif u manutenzjoni ta’ magni, assorbent tal-fluwidi, wipes għat-tindif tal-idejn) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes għall-industrija tat-trasport (tindif u manutenzjoni ta’ vetturi, wipes għat-tindif tat-twieqi) maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Użu professjonali

Wipes mediċi/għall-kura tas-saħħa bħal wipes tad-diżinfezzjoni għall-isptarijiet biex jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati l-uċuħ u maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wipes mediċi/għall-kura tas-saħħa bħal wipes għall-kura tal-pazjent għal finijiet ta’ iġjene tal-bniedem u maħsuba għall-użu industrijali jew professjonali

Wet wipes li għalihom ma jkunx ċar jekk l-użu maħsub ikunx industrijali jew professjonali jew domestiku huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tad-Direttiva.

4.10.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

It-Tabella 4-21 tipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu interpretati l-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott għall-wet wipes, flimkien ma’ eżempji dwar jekk ċerti tipi ta’ wet wipes humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-21

Eżempji ta’ tipi differenti ta’ wet wipes

Tip ta’ wet wipes

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Imxarrba minn qabel

Kura personali jew użu domestiku

Wet wipe li jkun fiha l-plastik

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

Wet wipe li tkun magħmula mill-viskuż jew mil-lijoċell (ċelluloża riġenerata) u ma jkunx fiha poliester jew plastik ieħor

LE

IVA

IVA

IVA

ESKLUŻA:

Il-prodott mhuwiex magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik

Wet wipe mxarrba minn qabel

(eż. li tista’ tiġi indikata fuq l-imballaġġ tal-prodott kif ġej: “assorbenti niedja minn qabel” jew “imxarrba minn qabel”)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

Wipe xotta

(eż. mhux imxarrba qabel ma titqiegħed fis-suq; tista’ tiġi indikata wkoll fuq l-imballaġġ tal-prodott kif ġej: “wipes xotti għat-tindif tal-ġilda”)

IVA

IVA

LE

IVA

ESKLUŻA:

Il-prodott mhuwiex “imxarrab minn qabel”

Wet wipe għall-kura personali

(eż. li tista’ tiġi indikata fuq l-imballaġġ tal-prodott kif ġej: “wet wipes għat-tneħħija tal-irtokk” jew “Wipes għat-trabi”)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

Wet wipe għall-użu domestiku

(eż. li tista’ tiġi indikata fuq l-imballaġġ tal-prodott kif ġej: “Wipe għat-tindif domestiku b’diversi użi”)

IVA

IVA

IVA

IVA

INKLUŻA

Wet wipe industrijali (eż. wet wipes użati fl-industrija għat-tindif tal-makkinarju)

IVA

IVA

IVA

LE

ESKLUŻA:

Il-prodott jitqies bħala wet wipe industrijali

Wet wipe għall-użu professjonali

(eż. wipes mediċi/għall-kura tas-saħħa mibjugħa permezz ta’ kanali ta’ distribuzzjoni professjonali minn negozju għal negozju u maħsuba għall-użu mill-professjonisti tal-kura tas-saħħa)

IVA

IVA

IVA

LE

ESKLUŻA:

Il-prodott mhuwiex maħsub għall-użu domestiku

4.11.   Prodotti tat-tabakk bil-filtri, filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

4.11.1.   Deskrizzjoni u kriterji tal-prodott fid-Direttiva

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjonijiet rilevanti li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk bil-filtri, u mal-filtri għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk, skont id-Direttiva.

Tabella 4-22

Deskrizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri, u tal-filtri, fid-Direttiva

Il-punt (18) tal-Artikolu 3 jirreferi għall-prodotti tat-tabakk kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33).

Il-punt (3) tal-Parti D, it-Taqsima III tal-Parti E u l-punt (5) tal-Parti G tal-Anness jiddeskrivu l-prodotti tat-tabakk bħala “Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk”.

Il-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE, jiddefinixxi “prodotti tat-tabakk” kif ġej:

““prodotti tat-tabakk” tfisser prodotti li jistgħu jiġu kkunsmati u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le”.

Il-prodotti tat-tabakk bil-filtri jew bil-filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk li jkun fihom l-aċetat taċ-ċelluloża jitqiesu bħala li jikkostitwixxu polimeru naturali modifikat kimikament u, dment li jissodisfaw il-kondizzjonijiet rilevanti l-oħra għal dawk il-prodotti, dawn għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Il-kriterji ewlenin speċifiċi għall-prodott biex jiġi ddeterminat jekk prodott tat-tabakk bil-filtru, jew filtru kkummerċjalizzat għall-użu flimkien ma’ prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott tad-Direttiva, huma:

Il-prodott ikun prodott tat-tabakk (kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE) u l-prodott ikun fih filtru: eż. sigarett jew sigarru;

Il-prodott ikun filtru separat għall-użu mal-prodotti tat-tabakk: eż. tarf ta’ filtru jew filtru żgħir.

4.11.2.   Ħarsa ġenerali lejn il-prodott u lista ta’ eżempji illustrattivi

Fit-Tabella 4-23 jingħataw eżempji illustrattivi dwar jekk ċerti tipi ta’ prodotti tat-tabakk bil-filtru, jew ta’ filtri kkummerċjalizzati għall-użu mal-prodotti tat-tabakk, humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew esklużi minnu.

Tabella 4-23

Eżempji ta’ tipi differenti ta’ prodotti tat-tabakk bil-filtri u ta’ filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

Tip ta’ prodott tat-tabakk jew filtru

Kriterji ġenerali

Kriterji speċifiċi għall-prodott

Inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jew eskluż minnu (issodisfar tal-kriterji ġenerali u speċifiċi għall-prodott kollha?)

Plastik

Jintuża darba biss

Prodott tat-tabakk bil-filtru jew filtru kkummerċjalizzat għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

Sigarett jew sigarru bil-filtru li jkun fih il-plastik

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Filtri separati li jintużaw darba biss li jkun fihom il-plastik

IVA

IVA

IVA

Inkluż

Prodotti tas-sigaretti elettroniċi jew tal-vape, inkluż filtri tal-plastik jew mhux tal-plastik

IVA

LE

LE

ESKLUŻI:

Il-prodott huwa maħsub għal diversi użi; il-prodott ma fihx tabakk

Apparat elettroniku li għandu jintuża ma’ prodott tat-tabakk imsaħħan inkluż filtru li jintuża darba biss li jkun fih il-plastik

IVA

IVA

(il-filtru)

IVA

Inkluż:

Filwaqt li l-apparat elettroniku huwa maħsub għal diversi użi, it-tabakk u l-filtri jintużaw darba biss

Tabakk merħi eż. għall-użu f’pipa jew f’sigarett imrembel bl-idejn mingħajr filtru li jkun fih il-plastik

LE

IVA

LE

ESKLUŻ:

Il-prodott mhuwiex magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik; il-prodott ma fihx filtru


(1)  ĠU L 155, 12.6.2019, p. 1.

(2)  Il-gwida mogħtija f’dan il-kapitolu ma tapplikax għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel u b’mod partikolari għar-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali tal-plastik li jiġu f’kuntatt mal-ikel, li fihom, f’xi każijiet, jintużaw kunċetti u definizzjonijiet simili, iżda b’interpretazzjoni parzjalment differenti li tirrifletti l-kuntesti differenti.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(4)  L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (2012). Gwida dwar il-polimeri u l-monomeri. Taqsima 2.2. u Taqsima 3.2.1.3. Miksuba minn: https://echa.europa.eu/documents/10162/23036412/polymers_mt.pdf/0cb86c4b-5f64-43d7-b817-7867457fd6d5

(5)  SWD(2018) 254 final, il-Parti 3/3, pp. 29-31.

(6)  Ibid.

(7)  SWD(2018) 254 final, il-Parti 3/3, p. 30. Id-dokument jiddikjara li alternattiva mhux tal-plastik li tintuża darba biss mhijiex inkluża fl-analiżi peress li huma meħtieġa tazez għax-xorb miksija minn ġewwa għall-kafè biex jiġi żgurat li tinżamm is-saħħa mekkanika anke meta dawn jimtlew b’likwidu jaħraq ħafna għal ċertu tul ta’ ħin.

(8)  Proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (COM(2018) 340 final, 28.5.2018).

(9)  Ara l-Artikolu 3(2b) tad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(10)  Id-Direttiva 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

(11)  National Law Review (2019). The New EU Single-use Plastics Directive: EU to Adopt Law on the Reduction of the Impact of Certain Plastic Products on the Environment. Miksuba minn: https://www.natlawreview.com/article/new-eu-single-use-plastics-directive-eu-to-adopt-law-reduction-impact-certain

(12)  Il-kontenituri tal-ikel, il-kontenituri tax-xorb u l-fliexken tax-xorb li jitqiegħdu fis-suq vojta u li ma jkunux maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-SUP skont id-definizzjonijiet tal-prodott (ara l-parti C), peress li l-prodotti “jintużaw” biex iżommu l-ikel u x-xorb fihom rispettivament.

(13)  Ibid.

(14)  Il-Vokabularju Komuni tal-Akkwist jistabbilixxi sistema ta’ klassifikazzjoni unika għall-akkwist pubbliku bil-għan li jiġu standardizzati r-referenzi użati mill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti biex jiddeskrivu l-kuntratti ta’ akkwist disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/growth/single-market/public-procurement/digital/common-vocabulary_en

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).

(17)  Sat-3 ta’ Lulju 2021, li hija l-iskadenza tat-traspożizzjoni għall-maġġoranza tar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/904, id-Direttivi 90/385/KEE u 93/42/KEE mhux se jibqgħu japplikaw. Mis-26 ta’ Mejju 2021, it-tqegħid fis-suq tal-apparati mediċi se jiġi rregolat mir-Regolament (UE) 2017/745 dwar apparati mediċi.

(18)  DĠ Saħħa u Konsumaturi, 2010. Apparati Mediċi: Dokument ta’ gwida - Klassifikazzjoni tal-apparati mediċi - MEDDEV 2.4/1 rev.9 disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/DocsRoom/documents/10337/attachments/1/translations.

(19)  Kemm id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE jiddefinixxu apparat mediku kif ġej: “‘mezz mediku’’ jfisser kull strument, mezz, għodda, software, materjal jew artiklu ieħor, sew jekk użat waħdu jew f’kombinazzjoni, inkluż is-software maħsub minn dak li jimmanifatturah biex jintuża speċifikament għal finijiet dijanjostiċi u/jew għal finijiet terapewtiċi u neċessarju għall-applikazzjoni korretta tiegħu maħsuba minn dak li jimmanifattura sabiex jintuża għal finijiet mediċi fuq il-bnedmin għall-fini ta’:

dijanjożi, prevenzjoni, monituraġġ, trattament jew mistrieħ mill-mard,

dijanjożi, monituraġġ, trattament, mistrieħ minn jew il-kumpens għal ferita jew mankament,

investigazzjoni, sostituzzjoni jew modifikazzjoni tal-anatomija jew ta’ proċess fiżjoloġiku,

il-kontroll tat-tnissil,

u li ma jiksibx l-azzjoni prinċipali li għaliha huwa intenzjonat ġewwa jew fuq il-ġisem uman b’mezzi farmakoliġiċi, immunoloġiċi jew metaboliċi, iżda li jista’ jiġi megħjun fil-funzjoni tiegħu minn dawn il-mezzi;”

(20)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(21)  Filwaqt li l-Premessa 12 tagħti eżempji ta’ xorb għall-kontenituri tax-xorb u għall-fliexken tax-xorb biss, l-istess eżempji huma rilevanti wkoll għad-definizzjoni ta’ “xarba” fil-kuntest tat-tazez għax-xorb.

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(23)  SWD(2018) 254 final, il-Parti 1/3, p. 25.

(24)  Skont id-dizzjunarju ta’ Macmillan.

(25)  Id-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11–15).

(26)  Cambridge Dictionary. Miksuba minn: https://dictionary.cambridge.org/dictionary/english/cotton-bud?q=cotton+buds

(27)  Sat-3 ta’ Lulju 2021, li hija l-iskadenza tat-traspożizzjoni għall-maġġoranza tar-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/904, id-Direttivi 90/385/KEE u 93/42/KEE mhux se jibqgħu japplikaw. Mis-26 ta’ Mejju 2021, it-tqegħid fis-suq tal-apparati mediċi se jiġi rregolat mir-Regolament (UE) 2017/745 dwar apparati mediċi.

(28)  MEDDEV 2.4/1 rev.9 paġna 31: Eżempji previsti għar-“Regola 6 - Apparati invażivi b’mod kirurġiku maħsuba għall-użu temporanju (< 60 minuta)”

(29)  Pirro V, Jarmusch AK, Vincenti M, Cooks RG. Direct drug analysis from oral fluid using medical swab touch spray mass spectrometry. Analytica Chimica Acta. Frar 2015;861:47-54. DOI: 10.1016/j.aca.2015.01.008. http://europepmc.org/article/PMC/4513665 Skont Pirro et al (2015), “L-iswabs mediċi jintużaw ħafna fil-mikrobijoloġija, fiċ-ċitoloġija, u fl-ittestjar tad-DNA kliniċi biex jittieħdu kampjuni tal-ftuħ u tal-uċuħ tal-ġisem. Id-disinn tagħhom huwa speċifiku għal kull applikazzjoni, bl-għamla u bil-materjali xierqa li jintgħażlu għal kull tip ta’ applikazzjoni. B’mod komuni, it-tarf tal-iswab ikun magħmul mill-qoton, mir-rejon, jew mill-poliester f’għamliet ta’ pinzell, għamla tonda, kwadra jew fuża. L-istikka tista’ tkun magħmula mill-plastik, mill-injam, minn karta mrembla jew minn wajer metalliku.”

(30)  Ara l-EDANA fuq https://www.edana.org/nw-related-industry/nonwovens-in-daily-life/absorbent-hygiene-products/feminine-care, miksuba fid-9 ta’ Marzu 2021

(31)  EDANA. (2019, Diċembru). Komponenti tal-Prodotti Asssorbenti tal-Iġjene: Pad/Liners. Miksuba minn: https://www.edana.org/nw-related-industry/nonwovens-in-daily-life/absorbent-hygiene-products/feminine-care

(32)  EDANA, (mingħajr data). Wipes industrijali. Miksuba minn: www.edana.org/nw-related-industry/nonwovens-in-daily-life/wipes/industrial-wipes

(33)  Id-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).


ANNESS

ĦARSA ĠENERALI LEJN IL-PRODOTTI TAL-PLASTIK LI JINTUŻAW DARBA BISS, ID-DESKRIZZJONIJIET TAGĦHOM U R-REKWIŻITI RILEVANTI STABBILITI FID-DIRETTIVA

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss

Il-Parti rilevanti tal-Anness u r-rekwiżiti sostantivi applikabbli, għajr l-obbligi ta’ rapportar

L-aktar Parti rilevanti tal-Anness tad-Direttiva li fiha d-deskrizzjonijiet tal-prodott

Bżieżaq

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(3))

il-punt (2) tat-Taqsima II tal-Parti E

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

il-punt (7) tal-Parti G

Stikek tal-bżieżaq

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

il-punt (6) tal-Parti B

Fliexken tax-xorb ≤ 3 L, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom

il-Parti C

Rekwiżiti tal-prodotti (l-Artikolu 6(5))

il-Partijiet C u F

il-Parti F

Ġbir separat (l-Artikolu 9)

Kontenituri tax-xorb ≤ 3 L, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom

il-Parti C

Rekwiżiti tal-prodotti (l-Artikolu 6(1) sa (4))

il-Parti C

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(2))

il-punt (3) tat-Taqsima I tal-Parti E

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

il-punt (3) tal-Parti G

Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inkluż it-tappijiet u l-għotjien tagħhom

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Ħawwada tax-xorb

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Tazez għax-xorb

il-Parti D

Rekwiżiti tal-immarkar (l-Artikolu 7)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Tazez għax-xorb, inkluż l-għatiet u l-għotjien tagħhom

il-Parti A

Tnaqqis tal-konsum (l-Artikolu 4)

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(2))

Tazez għax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inkluż l-għatiet u l-għotjien tagħhom

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Stikek tal-cotton buds

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Pożati (frieket, skieken, mgħaref, chopsticks)

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Kontenituri tal-ikel

il-Parti A

Tnaqqis tal-konsum (l-Artikolu 4)

il-punt (2) tal-Parti A

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(2))

il-punt (1) tat-Taqsima I tal-Parti E

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

il-punt (1) tal-Parti G

Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

il-punt (7) tal-Parti B

Basktijiet tal-plastik ħfief

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(2))

l-Artikolu 3(1c) tad-Direttiva 94/62/KE

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

Pakketti u tgeżwir

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(2))

il-punt (2) tat-Taqsima I tal-Parti E

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

il-punt (2) tal-Parti G

Platti

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni

il-Parti D

Rekwiżiti tal-immarkar (l-Artikolu 7)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

Straws

il-Parti B

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (l-Artikolu 5)

Ma tingħata l-ebda deskrizzjoni speċifika għall-prodott

Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

il-Parti D

Rekwiżiti tal-immarkar (l-Artikolu 7)

l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2014/40/UE

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(3))

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

Wet wipes

il-Parti D

Rekwiżiti tal-immarkar (l-Artikolu 7)

il-punt (2) tal-Parti D

il-Parti E

Responsabbiltà estiża tal-produttur (l-Artikolu 8(3))

il-punt (1) tat-Taqsima II tal-Parti E

il-Parti G

Miżuri ta’ sensibilizzazzjoni (l-Artikolu 10)

il-punt (6) tal-Parti G

Voor het gebruik of de reproductie van foto’s of ander materiaal die niet onder het auteursrecht van de EU vallen, moet u rechtstreeks om toestemming van de houders van het desbetreffende recht verzoeken.

© Europese Unie, 2021.

Afbeeldingen: © Getty Images.