ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 207

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
1 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 207/01

Rata tal-kambju tal-euro — Il-31 ta' Mejju 2021

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 207/02

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10134 — EG Group/OMV Germany Business) ( 1 )

2

2021/C 207/03

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10269 - TDR Capital/Arrow Global) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2021/C 207/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10238 — Nordic Capital/LEO Foundation/LEO Pharma) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2021/C 207/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10297 — CDPQ/OTPP/OHIO) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 

Rettifika

 

Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A01/2021 Il-Programm Erasmus+ ( ĠU C 103, 25.3.2021 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta' Mejju 2021

(2021/C 207/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2201

JPY

Yen Ġappuniż

133,79

DKK

Krona Daniża

7,4365

GBP

Lira Sterlina

0,86013

SEK

Krona Żvediża

10,1210

CHF

Frank Żvizzeru

1,0982

ISK

Krona Iżlandiża

147,60

NOK

Krona Norveġiża

10,2183

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,454

HUF

Forint Ungeriż

347,61

PLN

Zloty Pollakk

4,4856

RON

Leu Rumen

4,9195

TRY

Lira Turka

10,3728

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5775

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4727

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4690

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6799

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6130

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 352,04

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7974

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7722

HRK

Kuna Kroata

7,5062

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 402,96

MYR

Ringgit Malażjan

5,0323

PHP

Peso Filippin

58,138

RUB

Rouble Russu

89,5350

THB

Baht Tajlandiż

38,067

BRL

Real Brażiljan

6,3868

MXN

Peso Messikan

24,3131

INR

Rupi Indjan

88,5414


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10134 — EG Group/OMV Germany Business)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 207/02)

1.   

Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EG Group Limited (“Grupp EG”, ir-Renju Unit),

OMV Germany Business, ikkontrollata minn OMV (l-Awstrija).

EG Group takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ OMV Germany Business kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EG Group: hija l-kumpanija ewlenija ta’ għadd ta’ kumpaniji li joperaw taħt il-marka “EG”, attivi fit-tħaddim ta’ pompi tal-fuell bi ħwienet anċillari ta’ konvenjenza backcourt, ħasil tal-karozzi, fast food, ristoranti u offerti ta’ lukandi fir-Renju Unit, l-Irlanda, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Belġju, l-Olanda u l-Lussemburgu,

OMV Germany Business: hija attiva fil-bejgħ bl-imnut ta’ fuels tal-magni permezz ta’ network li jinkludi l-istazzjonijiet tal-fuell kollha bil-marka OMV (attwalment 286) li jinsabu fil-Ġermanja. OMV toffri wkoll servizzi anċillari bħall-ħasil tal-karozzi u ħwienet ta’ konvenjenza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10134 — EG Group/OMV Germany Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10269 - TDR Capital/Arrow Global)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 207/03)

1.   

Fil-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

TDR Capital LLP (“TDR Capital”, ir-Renju Unit),

Arrow Global Group plc (“Arrow Global”, ir-Renju Unit).

TDR Capital takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Arrow Global.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

TDR Capital: TDR Capital hija kumpanija ta’ ekwità privata li tinvesti f’varjetà ta’ setturi inkluż fil-bejgħ tal-fuel tal-magni, gyms u klabbs tas-saħħa, ħasil ta’ karozzi bil-conveyor, servizzi ta’ proprjetà battala, servizzi ta’ rinnovazzjoni tad-djar soċjali tar-Renju Unit, kostruzzjoni modulari, pubs u ristoranti, rendiment tal-pallets loġistiċi, trasport kostali, assikurazzjoni tal-ħajja u prodotti tal-introjtu tal-irtirar tar-Renju Unit;

Arrow Global: Arrow Global hija investitur u tiġġestixxi l-assi. Arrow Global timmira lejn tliet kategoriji ta’ assi ewlenin, li jinkludu assi improduttivi mhux garantiti u garantiti, u investimenti ta’ portafoll produttivi madwar il-konsumatur, SME, ipoteki, proprjetà immobbli, servizzjar prinċipali / bureau ta’ titolizzazzjoni / kreditu u niċeċ ta’ ġestjoni ta’ fondi. Arrow Global tħaddem għadd ta’ ditti tal-investiment u tal-manutenzjoni, li permezz tagħhom tipprovdi opportunitajiet ta’ investiment għal fondi istituzzjonali u soluzzjonijiet ta’ diżingranaġġ għall-banek.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10269— TDR Capital/Arrow Global

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10238 — Nordic Capital/LEO Foundation/LEO Pharma)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 207/04)

1.   

Fil-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Nordic Capital Fund X (“Nordic Capital”, Jersey),

LEO Foundation (“LEO Foundation”, id-Danimarka),

LEO Pharma A/S (“LEO Pharma”, id-Danimarka).

Nordic Capital u LEO Foundation jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LEO Pharma kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Nordic Capital hija grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata li jiffoka fuq investimenti primarjament fir-reġjun Nordiku tal-Ewropa u setturi magħżula tal-Ewropa tat-Tramuntana. Nordic Capital tinvesti f’firxa wiesgħa ta’ industriji iżda tiffoka b’mod partikolari fuq il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi industrijali u kummerċjali u l-prodotti tal-konsumatur,

LEO Foundation hija fondazzjoni privata stabbilita taħt id-dritt Daniż li, minbarra LEO Pharma, ma tikkontrollax impriżi operattivi oħra u li hija stess ma hija kkontrollata minn ebda entità oħra. L-assi finanzjarji ta’ LEO Foundation jinżammu f’LEO Holding, fejn jitwettqu l-attivitajiet ta’ investimenti tal-LEO Foundation,

LEO Pharma għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fid-Danimarka u tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza prodotti farmaċewtiċi li għandhom jintużaw b’mod predominanti għat-trattament ta’ mard dermatoloġiku u trombotiku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10238 — Nordic Capital/LEO Foundation/LEO Pharma

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10297 — CDPQ/OTPP/OHIO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 207/05)

1.   

Fil-21 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Caisse de dépôt et placement du Québec ( “CDPQ”, il-Kanada);

Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada);

Ohio National Mutual Holdings, Inc. (“Ohio”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

CDPQ u OTPP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ohio, permezz tal-pjattaforma tagħhom Constellation Insurance LP.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CDPQ huwa investitur istituzzjonali fit-tul li tiġġestixxi fondi primarjament għal pjanijiet ta’ pensjoni u assikurazzjoni pubbliċi u para-pubbliċi globalment. Tinvesti dawn il-fondi fi swieq finanzjarji ewlenin, ekwità privata, dħul fiss, infrastruttura u proprjetà immobbli;

L-OTPP hija impenjata bl-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment tal-assi tal-pjanijiet tal-pensjoni f’isem madwar 331,000 għalliem attiv u rtirati fil-provinċja Kanadiża ta’ Ontario;

Ohio hija fornitur Amerikana tal-assikurazzjoni tal-ħajja individwali, l-assikurazzjoni ta’ dħul minn diżabilità u annwalitajiet, kif ukoll servizzi ta’ sensara-negozjant u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment u, barra mill-Istati Uniti tal-Amerka, hija attiva wkoll fil-Brażil, iċ-Ċilì u l-Perù.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10297 - CDPQ/OTPP/OHIO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

1.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/10


Rettifika għas-Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A01/2021 Il-Programm Erasmus+

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 103 tal-25 ta’ Marzu 2021 )

(2021/C 207/06)

Fil-paġni 12 u 13, taħt “Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet”:

minflok:

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+

Azzjonijiet Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

Avvenimenti Sportivi mingħajr skop ta’ qligħ”,

aqra:

Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:

Sħubijiet ta’ Kooperazzjoni

Sħubijiet fuq Skala żgħira

Sħubijiiet għall-Eċċellenza:

Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus+

Azzjonijiet Erasmus Mundus

Sħubijiet għall-Innovazzjoni:

Alleanzi għall-innovazzjoni

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

Avvenimenti Sportivi mingħajr skop ta’ qligħ”.