ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
11 ta' Mejju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 183/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 183/02

Rata tal-kambju tal-euro — L-10 ta' Mejju 2021

2

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2021/C 183/03

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà u d-Direttiva NIS 2.0 (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 183/04

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u estiżi għall-Vjetnam u għar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 183/05

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 183/01)

Fit 5 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10215. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta' Mejju 2021

(2021/C 183/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2169

JPY

Yen Ġappuniż

132,31

DKK

Krona Daniża

7,4361

GBP

Lira Sterlina

0,86195

SEK

Krona Żvediża

10,1235

CHF

Frank Żvizzeru

1,0939

ISK

Krona Iżlandiża

150,90

NOK

Krona Norveġiża

10,0008

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,591

HUF

Forint Ungeriż

357,26

PLN

Zloty Pollakk

4,5631

RON

Leu Rumen

4,9248

TRY

Lira Turka

10,0495

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5433

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4743

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4504

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6673

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6110

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 353,14

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,0843

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8045

HRK

Kuna Kroata

7,5415

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 189,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,9984

PHP

Peso Filippin

58,247

RUB

Rouble Russu

90,0154

THB

Baht Tajlandiż

37,809

BRL

Real Brażiljan

6,3848

MXN

Peso Messikan

24,2464

INR

Rupi Indjan

89,2585


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/3


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà u d-Direttiva NIS 2.0

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2021/C 183/03)

Fis-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (“il-Proposta”). B’mod parallel, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħarġu Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali” (“l-Istrateġija”).

L-EDPS jappoġġa bis-sħiħ l-objettiv ġenerali tal-Istrateġija li jiġi żgurat internet globali u miftuħ b’salvagwardji b’saħħithom għar-riskji għas-sigurtà u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jirrikonoxxi l-valur strateġiku tal-Internet u l-governanza tiegħu u jsaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni fih, f’mudell ta’ diversi partijiet ikkonċernati.

Għalhekk, l-EDPS jilqa’ bl-istess mod l-għan tal-Proposta li tintroduċi tibdil sistemiku u strutturali fid-Direttiva NIS attwali sabiex tkopri sett usa’ ta’ entitajiet fl-Unjoni kollha, b’miżuri ta’ sigurtà aktar b’saħħithom, inklużi ġestjoni tar-riskji obbligatorja, standards minimi u dispożizzjonijiet ta’ superviżjoni u infurzar rilevanti. F’dan ir-rigward, l-EDPS iqis li huwa meħtieġ li l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jiġu integrati bis-sħiħ fil-qafas ġenerali taċ-ċibersigurtà fl-UE kollha biex jinkiseb livell uniformi ta’ protezzjoni, billi l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jiġu inklużi b’mod espliċitu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta.

L-EDPS jenfasizza wkoll l-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data fil-miżuri taċ-ċibersigurtà li jirriżultaw mill-Proposta jew minn inizjattivi oħra dwar iċ-ċibersigurtà tal-Istrateġija sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku u jiġu ffaċilitati s-sinerġiji fil-ġestjoni taċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni personali li jipproċessaw. Huwa daqstant importanti li kwalunkwe limitazzjoni potenzjali tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza kkawżata minn tali miżuri tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u b’mod partikolari li dawn jintlaħqu permezz ta’ miżura leġiżlattiva, u jkunu kemm meħtieġa kif ukoll proporzjonati.

Hija l-aspettattiva tal-EDPS li l-Proposta ma tfittix li taffettwa l-applikazzjoni tal-liġijiet eżistenti tal-UE li jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali, inklużi l-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk l-istrumenti. Dan ifisser li s-sistemi u s-servizzi kollha taċ-ċibersigurtà involuti fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rispons għat-theddid ċibernetiku jenħtieġ li jkunu konformi mal-qafas attwali tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data. F’dan ir-rigward, l-EDPS iqis li huwa importanti u meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni ċara u mhux ambigwa għat-terminu “ċibersigurtà” għall-finijiet tal-Proposta.

L-EDPS joħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi biex jiżgura li l-Proposta tikkomplementa b’mod korrett u effettiv il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari l-GDPR u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, anke billi tinvolvi lill-EDPS u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta jkun meħtieġ, u billi tistabbilixxi mekkaniżmi ċari għall-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-oqsma regolatorji differenti.

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-reġistri tad-Dominju tal-Ogħla Livell tal-internet għandhom jiddefinixxu b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kundizzjonijiet rilevanti fil-liġi. Il-kunċett tal-iskennjar proattiv tas-sistemi tan-networks u tal-informazzjoni mis-CSIRTs bl-istess mod jirrikjedi kjarifiki ulterjuri dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tipi ta’ data personali pproċessati. Qed tinġibed l-attenzjoni għar-riskji għal trasferimenti possibbli ta’ data mhux konformi relatati mal-esternalizzazzjoni tas-servizzi taċ-ċibersigurtà jew l-akkwist ta’ prodotti taċ-ċibersigurtà u l-katina tal-provvista tagħhom.

L-EDPS jilqa’ l-appell għall-promozzjoni tal-użu tal-kriptaġġ, u b’mod partikolari l-kriptaġġ minn tarf sa tarf, u jtenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-kriptaġġ bħala teknoloġija kritika u insostitwibbli għall-protezzjoni u l-privatezza effettivi tad-data, li ċ-ċirkomvenzjoni tagħha ċċaħħad il-mekkaniżmu minn kwalunkwe kapaċità ta’ protezzjoni minħabba l-użu illegali possibbli tagħhom u t-telf ta’ fiduċja fil-kontrolli tas-sigurtà. Għal dan il-għan, għandu jiġi ċċarat li xejn fil-Proposta ma għandu jinftiehem bħala approvazzjoni li jiddgħajjef il-kriptaġġ minn tarf sa tarf permezz ta’ “backdoors” jew soluzzjonijiet simili.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Fis-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (1) (“il-Proposta”).

2.

Fl-istess data, il-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħarġu Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali” (“l-Istrateġija”). (2)

3.

L-Istrateġija għandha l-għan li ssaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni fl-oqsma taċ-ċibersigurtà u li ttejjeb ir-reżiljenza u r-rispons kollettiv tagħha kif ukoll li tibni internet globali u miftuħ b’ilqugħ protettivi qawwija biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà u għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nies fl-Ewropa. (3)

4.

L-Istrateġija fiha proposti għal inizjattivi regolatorji, ta’ investiment u ta’ politika fi tliet oqsma ta’ azzjoni tal-UE: (1) ir-reżiljenza, is-sovranità teknoloġika u t-tmexxija, (2) il-bini tal-kapaċità operazzjonali għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u r-rispons, u (3) l-avvanz ta’ ċiberspazju globali u miftuħ.

5.

Il-Proposta tikkostitwixxi waħda mill-inizjattivi regolatorji tal-Istrateġija, u b’mod partikolari fil-qasam tar-reżiljenza, is-sovranità teknoloġika u t-tmexxija.

6.

Skont il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, l-għan tal-Proposta huwa li timmodernizza l-qafas legali eżistenti, jiġifieri d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“id-Direttiva NIS”) (4). Il-Proposta għandha l-għan li tibni fuq u tirrevoka d-Direttiva NIS attwali, li kienet l-ewwel leġiżlazzjoni għall-UE kollha dwar iċ-ċibersigurtà u tipprevedi miżuri legali biex jissaħħaħ il-livell ġenerali taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Il-Proposta tqis iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tas-suq intern fis-snin riċenti u tax-xenarju dejjem jevolvi tat-theddid taċ-ċibersigurtà, kif amplifikat mill-bidu tal-kriżi tal-COVID-19. Il-Proposta għandha l-għan li tindirizza diversi nuqqasijiet identifikati tad-Direttiva NIS u għandha l-għan li żżid il-livell ta’ reżiljenza ċibernetika ta’ dawk is-setturi kollha, pubbliċi u privati, li jwettqu funzjoni importanti għall-ekonomija u s-soċjetà.

7.

L-elementi prinċipali tal-Proposta huma:

(i)

l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva NIS attwali biż-żieda ta’ setturi ġodda bbażati fuq il-kritikalità tagħhom għall-ekonomija u s-soċjetà;

(ii)

rekwiżiti ta’ sigurtà aktar b’saħħithom għall-kumpaniji u l-entitajiet koperti, billi jiġi impost approċċ ta’ ġestjoni tar-riskju li jipprovdi lista minima ta’ elementi ta’ sigurtà bażiċi li għandhom jiġu applikati;

(iii)

l-indirizzar tas-sigurtà tal-ktajjen tal-provvista u r-relazzjonijiet mal-fornituri billi l-kumpaniji individwali jintalbu jindirizzaw ir-riskji taċ-ċibersigurtà fil-ktajjen tal-provvista u r-relazzjonijiet mal-fornituri;

(iv)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni fl-indirizzar ta’ attivitajiet relatati maċ-ċibersigurtà, inkluż il-ġestjoni ta’ ċiberkriżijiet.

8.

Fl-14 ta’ Jannar 2021, l-EDPS irċieva talba għal konsultazzjoni formali mill-Kummissjoni Ewropea, dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148”.

3.   KONKLUŻJONIJIET

77.

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

Dwar l-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà

li tqis li l-ewwel pass biex jittaffew ir-riskji tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza li huma assoċjati ma’ teknoloġiji ġodda għat-titjib taċ-ċibersigurtà, bħall-IA, huwa li jiġu applikati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku stabbiliti fl-Artikolu 25 tal-GDPR, li se jassistu fl-integrazzjoni tas-salvagwardji xierqa bħall-psewdonimizzazzjoni, il-kriptaġġ, il-preċiżjoni tad-data, il-minimizzazzjoni tad-data, id-disinn u l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji u s-sistemi;

li tqis l-importanza tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data fil-politiki u l-istandards relatati maċ-ċibersigurtà kif ukoll fil-ġestjoni tradizzjonali taċ-ċibersigurtà sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku u jkun hemm sinerġiji għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati meta jiġġestixxu ċ-ċibersigurtà u jipproteġu l-informazzjoni li jipproċessaw mingħajr multiplikazzjoni inutli tal-isforzi;

li tikkunsidra u tippjana li jintużaw ir-riżorsi mill-EUIs biex isaħħu l-kapaċità taċ-ċibersigurtà tagħhom, inkluż b’mod li jirrispetta bis-sħiħ il-valuri tal-UE;

li tqis id-dimensjonijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data taċ-ċibersigurtà billi jsir investiment f’politiki, prattiki u għodod fejn il-perspettiva tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data tkun integrata fil-ġestjoni tradizzjonali taċ-ċibersigurtà u s-salvagwardji effettivi tal-protezzjoni tad-data jiġu integrati meta tiġi pproċessata d-data personali fl-attivitajiet taċ-ċibersigurtà;

Dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Istrateġija u tal-Proposta lill-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni

li jitqiesu l-ħtiġijiet u r-rwol tal-EUIs sabiex l-EUIs jiġu integrati f’dan il-qafas ġenerali taċ-ċibersigurtà fl-UE kollha bħall-entitajiet li jgawdu l-istess livell għoli ta’ protezzjoni bħal dawk fl-Istati Membri; u

li l-istituzzjonijiet, l-uffiċċji, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jiġu inklużi b’mod espliċitu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta.

Dwar ir-relazzjoni mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali

li fl-Artikolu 2 tal-Proposta jiġi ċċarat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data personali, b’mod partikolari l-GDPR u d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tkun tapplika għal kwalunkwe pproċessar ta’ data personali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta (minflok biss f’kuntesti speċifiċi); u

biex jiġi ċċarat ukoll fi premessa rilevanti li l-Proposta ma tfittix li taffettwa l-applikazzjoni tal-liġijiet eżistenti tal-UE li jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali, inklużi l-kompiti u s-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji indipendenti kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità ma’ dawk l-istrumenti;

Dwar id-definizzjoni taċ-ċibersigurtà

li jiġi ċċarat l-użu differenti tat-termini “ċibersigurtà” u “sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni”; u li jintuża t-terminu “ċibersigurtà” b’mod ġenerali u t-terminu ta’ “sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni” biss meta l-kuntest (eż. wieħed purament tekniku, mingħajr ma jitqiesu l-impatti wkoll fuq l-utenti tas-sistemi u persuni oħra) jippermettih.

Dwar l-ismijiet tad-dominju u d-data tar-reġistrazzjoni (“data WHOIS”)

li jiġi spjegat b’mod ċar x’jikkostitwixxi “informazzjoni rilevanti” għall-finijiet ta’ identifikazzjoni u kuntatt mad-detenturi tal-ismijiet tad-dominju u l-punti ta’ kuntatt li jamministraw l-ismijiet tad-dominju taħt it-TLDs;

li jiġi ċċarat f’aktar dettall liema kategoriji ta’ data tar-reġistrazzjoni tad-dominju tad-data (li ma jikkostitwixxux data personali) għandhom ikunu s-suġġett tal-pubblikazzjoni;

li jiġi ċċarat aktar liema entitajiet (pubbliċi jew privati) jistgħu jikkostitwixxu “persuni li jridu aċċess leġittimu”;

li jiġi ċċarat jekk id-data personali miżmuma mir-reġistri tat-TLD u l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju għat-TLD għandhiex tkun aċċessibbli wkoll minn entitajiet barra ż-ŻEE, u jekk dan ikun il-każ biex jiġu stabbiliti b’mod ċar il-kundizzjonijiet, il-limitazzjonijiet u l-proċeduri għal tali aċċess, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti tal-Artikolu 49(2) tal-GDPR, fejn applikabbli; u

li tiġi introdotta kjarifika ulterjuri dwar x’jikkostitwixxi talba “legali u debitament ġustifikata” li abbażi tagħha għandu jingħata l-aċċess, u taħt liema kundizzjonijiet.

Dwar l- “iskennjar proattiv tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni” mis-CSIRTs

li jiġu ddelinjati b’mod ċar it-tipi ta’ skennjar proattiv li s-CSIRTs jistgħu jintalbu jwettqu u jidentifikaw il-kategoriji ewlenin ta’ data personali involuti fit-test tal-Proposta.

Rigward l-esternalizzazzjoni u l-katina tal-provvista

li jitqiesu l-karatteristiċi li jippermettu l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, meta jiġu vvalutati l-ktajjen tal-provvista għat-teknoloġija u s-sistemi li jipproċessaw id-data personali;

li jitqiesu rekwiżiti speċifiċi fil-pajjiż ta’ oriġini li jistgħu jirrappreżentaw ostaklu għall-konformità mal-liġi tal-UE dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, meta jiġu vvalutati r-riskji tal-katina tal-provvista tas-servizzi, is-sistemi jew il-prodotti tal-ICT; u

li tiġi inkluża fit-test legali l-konsultazzjoni obbligatorja tal-EDPB meta jiġu ddefiniti l-karatteristiċi msemmija hawn fuq u, kif meħtieġ, fil-valutazzjoni tar-riskju settorjali kkoordinata msemmija fil-premessa 46.

li ssir rakkomandazzjoni li fi premessa jissemma li l-prodotti taċ-ċibersigurtà b’sors miftuħ (software u hardware), inkluż il-kriptaġġ minn sors miftuħ, jistgħu joffru t-trasparenza meħtieġa biex jittaffew ir-riskji speċifiċi tal-katina tal-provvista

Dwar il-kriptaġġ

li jiġi ċċarat fil-premessa 54 li xejn fil-Proposta ma għandu jinftiehem bħala approvazzjoni li jiddgħajjef il-kriptaġġ minn tarf sa tarf permezz ta’ “backdoors” jew soluzzjonijiet simili;

Dwar miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju taċ-Ċibersigurtà

li jiġi inkluż kemm fil-premessi kif ukoll fil-parti sostantiva tal-Proposta l-kunċett li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data fil-ġestjoni tradizzjonali tar-riskju taċ-ċibersigurtà ser tiżgura approċċ olistiku u ser tippermetti sinerġiji għall-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati fil-ġestjoni taċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-informazzjoni li jipproċessaw mingħajr multiplikazzjoni inutli tal-isforzi;

li jiżdied fit-test legali obbligu għall-ENISA li tikkonsulta lill-EDPB meta tfassal parir rilevanti;

Dwar ksur ta’ data personali

li jinbidel it-test “fi ħdan perijodu ta’ żmien raġonevoli” tal-Artikolu 32(1) għal “mingħajr dewmien żejjed”;

Dwar il-Grupp ta’ Kooperazzjoni

li tiġi inkluża fit-test legali l-parteċipazzjoni tal-EDPB fil-Grupp ta’ Kooperazzjoni, filwaqt li titqies ir-rabta bejn il-kompitu ta’ dan il-Grupp u l-qafas tal-protezzjoni tad-data.

Dwar il-ġurisdizzjoni u t-territorjalità

li jiġi ċċarat fit-test legali li l-Proposta ma taffettwax il-kompetenzi tal-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data skont il-GDPR;

li tiġi pprovduta bażi ġuridika komprensiva għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u superviżorji, filwaqt li kull waħda taġixxi fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħha; u

li jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kompetenti skont il-Proposta għandhom ikunu jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679, fuq talba jew fuq inizjattiva tagħhom stess, kwalunkwe informazzjoni miksuba fil-kuntest ta’ kwalunkwe awditjar u investigazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ data personali u li jinkludu bażi ġuridika espliċita għal dak il-għan.

Brussell, 11 ta’ Marzu 2021.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà fl-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148, COM (2020) 823 final.

(2)  L-Istrateġija tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà għad-Deċennju Diġitali, JOIN(2020) 18 final.

(3)  Ara l-kapitolu I. INTRODUZZJONI, paġna 4 tal-Istrateġija.

(4)  Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/8


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u estiżi għall-Vjetnam u għar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos

(2021/C 183/04)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “iċ-Ċina”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba ġiet ippreżentata fit-12 ta’ Frar 2021 minn Ring Alliance Ringbuchtechnik GmbH (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli.

Verżjoni miftuħa tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt reviżjoni

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli (“il-prodott taħt rieżami”), li fil-preżent huwa klassifikat taħt il-kodiċi NM ex 8305 10 00 (il-kodiċijiet TARIC 8305100011, 8305100013, 8305100019, 8305100021, 8305100023, 8305100029, 8305100034 u 8305100035). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/703 (3), u estiż għall-importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Vjetnam u mir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos, kemm jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw rispettivament fil-Vjetnam u fir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Laos jew le, bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1208/2004 u (KE) Nru 33/2006 (4).

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza tad-dumping u fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping

L-applikant sostna li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pajjiż prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fir-RPĊ (5). B’mod partikolari, l-applikant irrefera għal distorsjonijiet bħala pprezzar differenzjali jew preferenzjali għall-materja prima, u distorsjonijiet fir-rigward ta’ inputs materjali oħra, l-art, l-enerġija u x-xogħol.

Barra minn hekk, l-applikant jirreferi għall-istudju tal-2017 ikkummissjonat mill-Wirtschafts Vereinigung Metalle e.V., Analysis of Market-Distortions in the Chinese Non-Ferrous Metals Industry (6), u għar-regolamenti li jimponu miżuri proviżorji għall-azzar inossidabbli llaminat bis-sħana (7) u għall-estrużjonijiet tal-aluminju (8).

Għaldaqstant, fid-dawl tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li jeżistu biżżejjed provi, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li jissuġġerixxu li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż ikkonċernat mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Ir-rapport tal-pajjiż jinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (9).

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

L-applikant jallega li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu. L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni baqgħu stabbli f’termini assoluti u f’termini ta’ ishma mis-suq.

L-evidenza li pprovda l-applikant turi li l-volum u/jew il-prezzijiet tal-prodott importat taħt rieżami kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u/jew il-livell tal-prezzijiet miżmuma, li ħallew effetti negattivi fuq il-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ, l-applikant ipprovda wkoll biżżejjed evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni x’aktarx li jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità sostanzjali mhux użata tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ, kif ukoll minħabba l-attraenza tas-suq tal-UE. F’dan ir-rigward l-applikant jallega li t-tneħħija eventwali tad-dannu sseħħ l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, kwalunkwe rikorrenza ta’ importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat aktarx twassal għal rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, daħħal għadd ta’ bidliet fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li qabel kienu japplikaw fi proċedimenti anti-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi pprovduti f’din in-Notifika kif ukoll f’komunikazzjonijiet oħra tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19 ġie ppubblikat Avviż (11) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talba (12) fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (13).

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għaldaqstant, il-produtturi kollha (14) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament minn jekk esportawx il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li tkun wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R738_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-RPĊ, u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2526

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.3.2.   Proċedura addizzjonali fir-rigward tal-pajjiż ikkonċernat soġġett għal distorsjonijiet sinifikanti

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż ikkonċernat skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv xieraq fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10 ijiem mid-data li fiha dik in-nota tiżdied fil-fajl tal-każ sabiex iressqu l-kummenti.

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-pajjiżi terzi rappreżentattivi possibbli għall-pajjiż ikkonċernat, f’dan il-każ, huma t-Turkija u s-Serbja. Bl-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż ikkonċernat, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li fihom hemm data rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni dwar il-materji (primi u dawk ipproċessati) u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott soġġett għal rieżami fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/R738_INFO_ON_INPUTS_FOR_EXPORTING_PRODUCER_FORM L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Barra minn hekk, kwalunkwe preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-kostijiet u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid tiġi ppreżentata fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Tali informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li għandha bżonn għall-investigazzjoni fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tagħmel disponibbli wkoll kwestjonarju lill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat.

5.3.3.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (15) (16)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslet/wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2526.

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.4.1.   Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tagħmel il-kwestjonarji disponibbli għall-produtturi magħrufa tal-Unjoni jew għall-produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni, jiġifieri lil: IML Industria Meccanica Lombarda SRL, Koloman Handler Fémárugyár Magyarország Kft u Ring Alliance Ringbuchtechnik Gmbh.

Il-produtturi msemmija tal-Unjoni jridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, preferibbilment bil-posta elettronika, minnufih u mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2526.

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2526. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni f’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3.1, 5.3.3 u 5.4.1 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess (17).

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna juru fehmiethom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-smigħ. Is-smigħ ikun limitat għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-smigħ ma jsirx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li jintalab trattament kunfidenzjali għalihom għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (18). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” (Sensittiva) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif ippreżentat b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tagħtix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali, li jaħdem u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew dment li n-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat Ġ

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI

Indirizzi tal-posta elettronika:

Għal kwistjonijiet b’rabta mad-dumping: TRADE-R738-RBM-DUMPING@ec.europa.eu

Għal kwistjonijiet marbutin ma’ dannu u mal-interess tal-Unjoni: TRADE-R738-RBM-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm rivelazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni li jipprovdu partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din ir-rivelazzjoni ulterjuri jsiru fi żmien jum (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar din ir-rivelazzjoni ulterjuri, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tat-tweġiba għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett (3) ijiem, u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata f’din in-Notifika, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma tingħatax prova ta’ xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, affirmattivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk il-konklużjonijiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata kkonċernata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li s-smigħ isir biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għas-smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawk il-miżuri jitħassru jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti aktar ’il fuq.

13.   Proċessar ta’ data personali

Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  ĠU C 331, 7.10.2020, p. 14.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/703 tal-11 ta’ Mejju 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 122, 12.5.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1208/2004 tat-28 ta’ Ġunju 2004 li jestendi l-miżuri anti-dumping definittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 119/97 fuq importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 33/2006 tad-9 ta’ Jannar 2006 li jestendi d-dazji definittivi anti-dumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 2074/2004 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi ta’ ring binders li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mir-Repubblika Popolari Demokratika tal-Laos (ĠU L 7, 12.1.2006, p. 1).

(5)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20.12.2017, SWD (2017) 483 final/2, disponibbli hawnhekk: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf

(6)  https://eurometaux.eu/media/1624/study_-analysis-of-market-distortions-in-china.pdf

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1428 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 8).

(9)  Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll wara talba motivata kif xieraq.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(11)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29

(12)  Informazzjoni dwar il-kodiċijiet SA tingħata wkoll fis-sommarju eżekuttiv tat-talba għal rieżami, disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ (http://trade.ec.europa.eu/tdi/?).

(13)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(14)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(15)  Għall-kampjunar jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-ishma maħruġa bi dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed biss), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(16)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.

(17)  F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lit-Trade Service Desk permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 2 297 97 97.

(18)  Dokument “Sensitive” (Sensittiv) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “Sensitive” (għal trattament kunfidenzjali)

Verżjoni “For inspection by interested parties” (għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati)

(immarka l-kaxxa rilevanti)

RIEŻAMI TA’ SKADENZA TAL-MIŻURI ANTI-DUMPING APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI MEKKANIŻMI TAL-ILLEGAR BL-ANELLI LI JORIĠINAW FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA U ESTIŻI GĦALL-VJETNAM U GĦAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-POPLU TAL-LAOS

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3 tan-Notifika ta’ bidu.

Kemm il-verżjoni “Sensitive” kif ukoll il-verżjoni “Open for inspection by interested parties” jenħtieġ li jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem tal-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz tal-posta elettronika

 

Numru tat-telefon

 

Sit web

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR), u l-fatturat u l-piż tal-importazzjonijiet fl-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-RPĊ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (l-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020) ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli kif definiti fin-Notifika ta’ bidu. Indika l-unità tal-piż li ntużat jekk differenti minn tunnellati.

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami

 

 

Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara importazzjoni mir-RPĊ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti d-dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li tqis li tkun utli biex tassisti lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal din il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-ishma maħruġa bi dritt tal-vot tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed biss), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 183/20


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 183/05)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

PUISSEGUIN SAINT-EMILION

PDO-FR-A0992-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 9.3.2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika

Ma għad hemm l-ebda referenza għas-sezzjonijiet katastali fid-deskrizzjoni taż-żona ġeografika. Żdiedet referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali.

L-emenda sempliċiment tibdel il-formulazzjoni u ma għandhiex impatt fuq iż-żona ġeografika.

Il-punt 1.6 tad-Dokument Uniku ġie emendat skont dan.

2.   Żona fi prossimità immedjata

Iż-żona fi prossimità immedjata ġiet emendata biex tiġi kkoreġuta żvista. Meta l-muniċipalitajiet ta’ Puisseguin u Monbadon ġew amalgamati, il-parti li tikkorrispondi għal din tal-aħħar ma ġietx inkluża fiż-żona fi prossimità immedjata. Żdiedet referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali.

Il-punt 1.9 tad-Dokument Uniku ġie emendat skont dan.

3.   Ċirkolazzjoni bejn l-imħażen awtorizzati

Tħassar il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu I dwar id-data tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn l-imħażen awtorizzati.

Id-Dokument Uniku ma jiġix affettwat minn din l-emenda.

4.   Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni

Ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi speċifikazzjonijiet oħra tal-prodott. Hija emenda purament formali li ma twassal għall-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Puisseguin Saint-Emilion

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Dawn huma nbejjed ħomor qawwija u mimlija, prinċipalment mill-għeneb Merlot N, b’kulur intens u b’aromi qawwija ta’ frott aħmar li jsiru aktar kumplessi bit-tqaddim.

It-tqaddim fil-btieti, li spiss jiġi pprattikat, kultant iġib noti ta’ vanilla u nkaljar li jarrikkixxu l-palat aromatiku u l-istruttura tal-inbejjed.

L-inbejjed għandhom:

qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 11 %

qawwa alkoħolika totali skont il-volum wara l-arrikkiment ta’ 13,5 %

kontenut ta’ aċidu maliku ta’ mhux aktar minn 0,3 g/l

kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mhux aktar minn 3 g/l.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,26

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Arrikkiment

Prattika enoloġika speċifika

It-tekniki tal-arrikkiment sottrattiv huma permessi sa rata tal-konċentrazzjoni ta’ 15 %.

Wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 13,5 %.

Tħarriġ tad-dwieli

Metodu tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 5 500 pjanta għal kull ettaru.

L-ispazju bejn ir-ringieli tal-vinji ma jridx ikun aktar minn żewġ metri, u l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela jrid ikun mill-inqas 0,5 metri.

Iż-żbir huwa obbligatorju. Dan isir mhux aktar tard mill-istadju tal-weraq miftuħ (stadju 9 ta’ Lorenz).

Id-dwieli jinżabru permezz tat-tekniki li ġejjin immirati biex ixerrdu t-tkabbir fuq pjan ta’ kannizzata waħda b’arjazzjoni suffiċjenti, filwaqt li jiġi llimitat ukoll l-għadd ta’ gzuz:

il-Guyot sempliċi jew doppju;

iż-żbir li jħalli rimjiet qosra (jew qasir) (iż-żbir bil-Cordon de Royat jew f’forma ta’ mrewħa);

iż-żbir li jħalli rimjiet nebbieta (jew twil).

Kull pjanta għandha massimu ta’ 12-il għajn.

Taħt l-ebda ċirkostanza ma jistgħu jitrikkbu fuq xulxin il-kannamieli.

Tisqija

It-tisqija matul l-istaġun tat-tkabbir tad-dwieli hija permessa biss f’każijiet ta’ nixfa persistenti u jekk in-nixfa tkun qed ixxekkel l-iżvilupp fiżjoloġiku sod tad-dwieli u l-maturazzjoni tal-għeneb.

5.2.   Rendimenti massimi

Inbid aħmar

65 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed isiru, jiġu pproċessati u jitqaddmu fil-parti tal-muniċipalità ta’ Puisseguin, fid-département ta’ Gironde (abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-26 ta’ Frar 2020), li tikkorrispondi għat-territorju tagħha qabel ma amalgamat mal-muniċipalità ta’ Monbadon fl-1 ta’ Jannar 1989 (bl-ordni prefettorali tal-10 ta’ Novembru 1988).

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Cabernet Franc N

Cabernet Sauvignon N

Cot N – Malbec

Merlot N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tal-Puisseguin Saint-Emilion AOC tinsab fil-muniċipalità ta’ Puisseguin, limitata għall-parti li kienet tifforma t-territorju tagħha qabel ma ngħaqdet ma’ Monbadon fl-1989. Din tinsab fil-Grigal tad-département ta’ Gironde, 48 kilometru fil-Grigal ta’ Bordeaux u 10 kilometri fil-Grigal ta’ Saint-Emilion, fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Libourne.

L-irqajja’ tal-vitikultura tal-Puisseguin Saint-Emilion, fil-konfluwenza tal-Isle u tad-Dordogne, għandhom b’mod predominanti ħamrija kalkarja, u ħamrija taflija u kalkarja.

Hekk kif imiss mal-Atlantiku, ir-reġjun ta’ Gironde għandu klima marittima moderata b’varjazzjonijiet moderati fit-temperatura, u dan jagħmlu adattat għall-vitikultura. Fiż-żona ġeografika, li tinsab fil-Grigal ta’ Gironde, it-temperaturi fis-sajf u fil-ħarifa jkunu ogħla minħabba l-influwenzi kontinentali, u dan jiffavorixxi l-maturazzjoni tal-għeneb. Il-klima marittima hija imprevedibbli b’perjodi ta’ xita u ta’ pressjoni baxxa fil-ħarifa jew, għall-kuntrarju, bi staġuni tardivi sħan u xemxin ħafna, skont is-sena. Dan joħloq “effett ta’ vendemmja” notevoli.

L-art hija ideali għall-varjetà tal-għeneb Merlot N. Din tapprezza b’mod partikolari l-ħamrija taflija kiesħa u niedja, fejn timmatura sew.

Il-varjetajiet l-oħra jitkabbru f’ħamrija ramlija biż-żrar jew ramlija u taflija, kemxejn aktar sħuna, jew f’ħamrija taflija u kalkarja esposta sew.

Il-klima marittima taż-żona, li għandha tendenza tkun kontinentali (sjuf sħan, ħarifiet twal u moderati, xtiewi moderati u ġeneralment xotti), tiffavorixxi l-maturazzjoni bil-mod tal-għeneb.

Iż-żona demarkata tal-irqajja’ fiha rqajja’ bi skular tajjeb, jew minħabba s-sawra tal-ħamrija jew minħabba l-pożizzjoni tagħha fuq quċċata jew ġenb ta’ għolja. L-iqajja’ b’ħamrija prinċipalment idromorfika, jew b’ħamrija kalkarja u xaħxija li tkun impermeabbli u baxxa, huma esklużi miż-żona tal-vitikultura. L-istess japplika għall-irqajja’ f’qiegħ il-wied b’ħamrija li turi sinjali ta’ idromorfija u li tkun esposta għar-riskju ta’ ġlata fir-rebbiegħa.

L-irqajja’ ddefiniti b’mod preċiż jiżguraw l-aħjar żvilupp tal-varjetajiet tad-dwieli lokali li ntgħażlu maż-żmien għall-kwalitajiet ta’ żamma u ta’ tqaddim tagħhom, u dan jippermetti li l-inbejjed jiġu ttrasportati għal distanzi twal.

Sabiex jiġi żgurat biżżejjed ħsad, id-densità tat-tħawwil hija għolja, iżda mingħajr ammont eċċessiv ta’ dwieli f’ħamrija magħrufa għall-potenzjal tal-produzzjoni tagħha. Dan jiżgura l-aħjar maturazzjoni u konċentrazzjoni tajba ta’ frott artab. It-tħarriġ mal-kannizzati ġġeneralizzat, flimkien ma’ żbir strett u projbizzjoni fuq it-trikkib tal-kannamieli, jiżguraw ħsad tal-għeneb imqassam sew u biżżejjed kopertura għall-fotosinteżi, li jgħinu lill-għeneb jimmatura.

Sabiex jiġi żgurat ħsad f’saħħtu, kwalunkwe frotta mhux misjura sew, imħassra jew marida trid tiġi eliminata permezz tas-separazzjoni.

L-inbejjed jitqaddmu mill-inqas sar-rebbiegħa tas-sena ta’ wara l-ħsad. Dan huwa meħtieġ biex jiġu stabbilizzati, irfinati u mtejba l-kwalitajiet tal-inbid qabel dan jitqiegħed fis-suq u jinbiegħ lill-konsumatur.

L-inbejjed bid-denominazzjoni Puisseguin Saint-Emilion huma nbejjed ħomor qawwija u mimlija, prinċipalment mill-għeneb Merlot N, b’kulur skur u b’aromi qawwija ta’ frott aħmar li jsiru aktar kumplessi bit-tqaddim.

Fit-taħlitiet, il-varjetajiet Cabernet Franc N u Cabernet Sauvignon N iżidu l-freskezza u l-istruttura, u dan itejjeb il-potenzjal tat-tqaddim u l-kumplessità aromatika tal-inbejjed.

It-tqaddim fil-btieti, li huwa komuni, kultant iġib noti ta’ vanilla u inkaljar li jarrikkixxu l-palat aromatiku u l-istruttura tal-inbejjed.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Unità ġeografika usa’

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed Puisseguin Saint-Emilion AOC jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ Vin de Bordeaux jew Grand Vin de Bordeaux. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika akbar ma għandux ikun akbar, jew fil-għoli jew fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Żona fi prossimità immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fi prossimità immedjata, iddefinita bid-deroga għall-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Gironde, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-26 ta’ Frar 2020: Abzac, Les Artigues-de-Lussac, Castillon-la-Bataille, Lalande-de-Pomerol, Lussac, Montagne, Néac, Petit-Palais-et-Cornemps, Pomerol, Saint-Cibard, Saint-Christophe-des-Bardes, Saint-Emilion, Saint-Etienne-de-Lisse, Saint-Genès-de-Castillon, Saint-Hippolyte, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Médard-de-Guizières, Saint-Pey-d’Armens, Saint-Philippe-d’Aiguille, Saint-Sulpice-de-Faleyrens, Tayac u Vignonet, u parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Puisseguin (limitata għaż-żona li tifforma t-territorju tagħha qabel ma ngħaqdet mal-muniċipalità ta’ Monbadon fl-1 ta’ Jannar 1989) u Libourne (limitata fin-Nofsinhar mix-xmajra Capelle u mill-estensjoni tagħha sal-mogħdija nru 28, u minn din il-mogħdija sad-Dordogne u mill-linja ferrovjarja ta’ Bordeaux-Bergerac).

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-1d2d5602-00ca-4647-86d6-77e59174e42c


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.