ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 182

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
10 ta' Mejju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 182/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 182/02

Teħid tal-ġurament ta’ Membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 182/03

Kawża C-344/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – Is-Slovenja) – D. J. vs Radiotelevizija Slovenija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 2 – Kunċett ta’ ħin tax-xogħol – Perijodu ta’ stand by – Xogħol speċifiku li jikkonċerna l-manutenzjoni ta’ trażmettituri tat-televiżjoni li jinsabu ’l bogħod miż-żoni residenzjali – Direttiva 89/391/KEE – Artikoli 5 u 6 – Riskji psikosoċjali – Obbligu ta’ imputazzjoni)

3

2021/C 182/04

Kawża C-365/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin – il-Ġermanja) – FD vs Staatliches Amt für Landwirtschaft und Umwelt Mittleres Mecklenburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika Agrikola Komuni – Pagamenti diretti – Regolament (UE) Nruo1307/2013 – Artikolu 24 – Bidwi żagħżugħ li jkun ibbenefika mill-ewwel allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament – Artikolu 30(6) – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 – Artikolu 28(2) – Allokazzjoni supplimentari ta’ drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali)

4

2021/C 182/05

Kawża C-388/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – MK vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni diretta – Taxxa fuq qligħ kapitali minn proprjetà immobbli – Moviment liberu tal-kapital – Bażi taxxabbli – Diskriminazzjoni – Għażla ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti – Konformità mad-dritt tal-Unjoni)

4

2021/C 182/06

Kawża C-392/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni – Direttiva 2001/29/KE – Artikolu 3(1) – Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku – Inkorporazzjoni, fis-sit internet ta’ terz, ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur permezz tal-proċess ta’ transklużjoni (framing) – Xogħol liberament aċċessibbli bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fis-sit internet tal-liċenzjatarju – Klawżola tal-kuntratt ta’ użu li teżiġi li l-liċenzjatarju jintroduċi miżuri tekniċi effikaċi kontra t-transklużjoni – Legalità – Drittijiet fundamentali – Artikolu 11 u Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

5

2021/C 182/07

KawżaC-400/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 34 TFUE – Prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti agroalimentari – Marġnijiet ta’ profitt minimi li għandhom jiġu applikati fil-kummerċ bl-imnut ta’ dawn il-prodotti)

6

2021/C 182/08

Kawża C-440/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 – Pometon SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Akkordji – Suq Ewropew tal-barraxa tal-azzar – Parteċipazzjoni f’kuntatti bilaterali u multilaterali bl-għan li jiġu kkoordinati l-prezzijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha – Proċedura ibrida li wasslet suċċessivament għall adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tranżazzjoni u ta’ deċiżjoni fi tmiem proċedura ordinarja – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 41 – Dmir ta’ imparzjalità tal-Kummissjoni Ewropea – Artikolu 48 – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur uniku u kontinwu – Tul tal-ksur – Ugwaljanza fit-trattament – Ġurisdizzjoni sħiħa)

6

2021/C 182/09

Kawża C-459/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 43 u 44 – Post tal-provvista tas-servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali – Post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti rċevuti minn organizzazzjoni ta’ karità għal attività professjonali mhux ekonomika minn fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni)

7

2021/C 182/10

Kawża C-488/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra JR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Kamp ta’ applikazzjoni – Artikolu 8(1)(c) – Kunċett ta’ sentenza eżekuttiva – Reat li ta lok għal kundanna mogħtija minn qorti ta’ Stat terz – Ir-Renju tan-Norveġja – Sentenza rrikonoxxuta u eżegwita mill-Istat emittenti skont ftehim bilaterali – Punt 7(b) tal-Artikolu 4 – Raġunijiet fakultattivi għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew – Natura extraterritorjali tar-reat)

8

2021/C 182/11

Kawża C-562/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, l-Ungerija (Appell – Artikolu 107(1) TFUE – Għajnuna mill-Istat – Taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut – Artikolu 108(2) TFUE – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali – Elementi għad-determinazzjoni tas-sistema ta’ referenza – Progressjoni tar-rati – Eżistenza ta’ vantaġġ ta’ natura selettiva – Oneru tal-prova)

9

2021/C 182/12

Kawża KawżaC-572/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021– European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – ITS Europe) vs Il-Kummissjoni (Appell – Għajnuna mill-Istat – Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Rakkomandazzjoni 2003/361/KE – Deċiżjoni tal-Panel tal-Validazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) – Deċiżjoni 2012/838/UE, Euratom – Anness – Punti 1.2.6 u 1.2.7 – Talba għal reviżjoni – Regolament (KE) Nru 58/2003 – Artikolu 22 – Assenza ta’ azzjoni amministrattiva – Relazzjoni bejn it – talba għal reviżjoni u l – azzjoni amministrattiva – Rifjut tal-istatus ta’ SME minkejja l-osservanza formali tal-kriterji tar-Rakkomandazzjoni 2003/361 – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Żvantaġġi li normalment jaffaċċjaw l-SMEs – Assenza)

9

2021/C 182/13

Kawża C-578/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – Ir-Renju Unit) – X vs Kuoi Travel Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 90/314/KEE – It-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) – Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż – Kuntratt għal vjaġġ kollox kompriż konkluż bejn organizzatur tal-vjaġġi u konsumatur – Responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi għall-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt minn fornituri oħrajn ta’ servizzi – Danni li jirriżultaw mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi – Eżenzjoni minn responsabbiltà – Avveniment li ma jistax jiġi previst jew imwaqqaf mill-organizzatur tal-vjaġġi jew mill-fornitur ta’ servizzi – Kunċett ta’ fornitur ta’ servizzi)

10

2021/C 182/14

KawżaC-580/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Darmstadt – il-Ġermanja) – RJ vs Stadt Offenbach am Main (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 2 – Kunċett ta’ ħin tax-xogħol – Perijodu on-call taħt sistema ta’ stand-by – Pompieri professjonali – Direttiva 89/391/KEE – Artikoli 5 u 6 – Riskji psikosoċjali – Obbligu ta’ prevenzjoni)

11

2021/C 182/15

Kawża C-585/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – Ir-Rumanija) – Academia de Studii Economice din Bucureşti vs Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman – Ministerul Educaţiei Naţionale (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Direttiva 2003/88/KE – Artikolu 2 – Kunċett ta’ ħin tax-xogħol – Artikolu 3 – Perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum – Ħaddiema li kkonkludew diversi kuntratti ta’ xogħol ma’ persuna li timpjega unika – Applikazzjoni għall-ħaddiem)

11

2021/C 182/16

Kawża C-596/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Polonja (Appell – Artikolu 107(1) TFUE – Għajnuna mill-Istat – Taxxa Ungeriża fuq ir-reklamar ibbażata fuq id-dħul mill-bejgħ – Elementi għad-determinazzjoni tas-sistema ta’ referenza – Progressjoni tar-rati – Dispożittiv tranżitorju ta’ tnaqqis parzjali ta’ telf ittrasferit – Eżistenza ta’ vantaġġ ta’ natura selettiva – Oneru tal-prova)

12

2021/C 182/17

Kawża C-652/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – L-Italja) – KO vs Consulmarketing SpA, li falliet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti tal-ħaddiema għal żmien determinat – Direttiva 98/59/KE – Tkeċċija kollettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni li għandha tingħata lil ħaddiem vittma ta’ tkeċċija kollettiva irregolari – Applikazzjoni ta’ skema ta’ protezzjoni inqas vantaġġuża għall-kuntratti għal żmien determinat konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, ikkonvertiti f’kuntratti għal żmien indeterminat wara din id-data)

13

2021/C 182/18

Kawża C-708/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – Il-Ġermanja) – Von Aschenbach & Voss GmbH vs Hauptzollamt Duisburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Dazju antidumping definittiv – Fuljetti tal aluminju li joriġinaw miċ-Ċina – Fuljetti tal-aluminju ftit modifikati – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 – Ammissibbiltà – Assenza ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament mir-rikorrent fil-kawża prinċipali – Locus standi għall-annullament)

13

2021/C 182/19

Kawża C-739/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – VK vs An Bord Pleanála (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 5 – Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita – Limiti)

14

2021/C 182/20

Kawża C-802/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Firma Z vs Finanzamt Y (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90(1) – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli – Prinċipji ddefiniti fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400) – Kunsinni ta’ prodotti mediċinali – Għoti ta’ skont – Natura ipotetika tad-domanda preliminari – Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

15

2021/C 182/21

Kawża C-812/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – L-Isvezja) – Danske Bank A/S vs Skatteverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9 – Persuna taxxabbli – Kunċett – Artikolu 11 – Grupp tal-VAT – Stabbiliment prinċipali li jappartjeni għal grupp tal-VAT li l-fergħa tiegħu ma tagħmilx parti minnu – Stabbiliment prinċipali li jipprovdi servizzi lill-fergħa u li jimputalha l-ispejjeż ta’ dawn is-servizzi)

15

2021/C 182/22

Kawża C-895/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach – il-Polonja) – A. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni indiretta – VAT – Direttiva 2006/112/KE – Akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti – Tnaqqis tat-taxxa tal-input dovuta fuq tali akkwist – Rekwiżiti formali – Rekwiżiti sostantivi – Terminu għall-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali – Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

16

2021/C 182/23

Kawża C-900/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association One Voice, Ligue pour la protection des oiseaux vs Ministre de la Transition écologique et solidaire (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2009/147/KE – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Artikoli 5 u 8 – Projbizzjoni li wieħed jirrikorri għal kwalunkwe metodu ta’ qbid tal-għasafar – Artikolu 9(1) – Awtorizzazzjoni sabiex isir użu b’deroga minn tali metodu stabbilit permezz ta’ użanza tradizzjonali – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ soluzzjoni sodisfaċenti oħra – Ġustifikazzjoni tal-assenza ta’ soluzzjoni sodisfaċenti oħra permezz tas-sempliċi preżervazzjoni ta’ dan il-metodu tradizzjonali – Selettività tal-qbid – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-qbid ta’ għasafar permezz tal-użu ta’ kolla)

17

2021/C 182/24

Kawża C-941/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud vs Ostravě – ir-Repubblika Ċeka) – Samohýl group a.s. vs Generální ředitelství cel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa Doganali Komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestaturi tariffarji 3004 u 3808 – Interpretazzjoni – Regolament (KE) Nru 455/2007 – Soluzzjoni spot-on għall-qtates kontra l-infestazzjonijiet tal-bergħud u tal-qurdien – Effetti terapewtiċi jew profilattiċi)

17

2021/C 182/25

Kawża C-949/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – Il-Polonja) – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-viżi – Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen – Artikolu 21(2a) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv – Rifjut ta’ viża għal residenza għal żmien twil mill-Konslu – Obbligu għal Stat Membru li jiżgura rikors quddiem qorti kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ tali viża)

18

2021/C 182/26

Kawża C-48/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – Il-Polonja) – UAB P vs Dyrektor Izby Skarbowej w B. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 203 – Taxxi ffatturati inkorrettament – Bona fide tal-persuna li toħroġ il-fattura – Riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa – Obbligi tal-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni tat-taxxa ffatturata inkorrettament – Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

19

2021/C 182/27

Kawża C-96/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – L-Italja) – Ordine Nazionale dei Biologi, MX, NY, OZ vs Presidenza del Consiglio dei Ministri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Saħħa pubblika – Artikolu 168 TFUE – Direttiva 2002/98/KE – Standards ta’ kwalità u sigurtà ta’ demm tal-bniedem u ta’ komponenti tad-demm – Għan intiż li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem – Artikolu 4(2) u Artikolu 9(2) – Ċentri tad-demm – Persuna responsabbli – Kundizzjonijiet minimi ta’ kwalifikazzjoni – Possibbiltà li Stat Membru jipprevedi sistema iktar rigoruża – Marġni ta’ diskrezzjoni rriżervat lill-Istati Membri)

20

2021/C 182/28

Kawża C-112/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – M. A. vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 5 – Deċiżjoni ta’ ritorn – Missier wild minuri, ċittadin tal-Unjoni Ewropea – Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ ritorn)

20

2021/C 182/29

Kawża C-648/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Westminster Magistrates’ Court – Ir-Renju Unit) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra PI (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 8(1)(c) – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Stat Membru għal finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali abbażi ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà maħruġa mill-istess awtorità – Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju qabel il-konsenja tal-persuna rikjesta – Konsegwenzi – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

21

2021/C 182/30

Kawża C-701/19 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2021 – Pilatus Bank plc vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Appell manifestament infondat – Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Miżuri ta’ sospensjoni adottati mill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali – Ħatra ta’ persuna ta’ kuntatt – Komunikazzjoni kundizzjonali mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) – Irtirar tal-awtorizzazzjoni qabel il-preżentata tar-rikors – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà – Assenza ta’ espożizzjoni suffiċjentement ċara u preċiża tal-motivi allegati quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ turija ta’ interess ġuridiku – Klassifikazzjoni żbaljata ta’ att preparatorju – Sostituzzjoni tal-motivi)

22

2021/C 182/31

Kawża C-755/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju – T.H.C. vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika ta’ ażil – Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 46 – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv – Rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Detenzjoni)

22

2021/C 182/32

Kawża C-321/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – CDT, SA vs MIMR, HRMM (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Protezzjoni tal-konsumaturi – Effetti ratione temporis ta’ sentenza – Direttiva 93/13/KE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżoli kklassifikati bħala inġusti – Klawżola ta’ skadenza antiċipata – Tħassir parzjali tal-kontenut ta’ klawżola inġusta – Prinċipju ta’ ċertezza legali – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

23

2021/C 182/33

Kawża C-378/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Stadtapotheke E vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal qorti imparzjali – Talba għal konċessjoni ta’ spiżerija ġdida – Obbligu li tintalab perizja mill-assoċjazzjoni tal-ispiżjara – Libertà professjonali u dritt għax-xogħol – Libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ spiżerija ġdida – Proporzjonalità – Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja)

24

2021/C 182/34

Kawża C-639/20 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2020 minn CEDC International sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-796/16 – CEDC International vs EUIPO – Underberg

24

2021/C 182/35

Kawża C-697/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – W. G. vs Dyrektor Izby Skarbowej w L.

25

2021/C 182/36

Kawża C-698/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Gmina Wieliszew vs Amministratur tal-massa fallimentari ta’ Spółdzielczy Bank Rzemiosła i Rolnictwa f’Wołomin, fi stralċ

25

2021/C 182/37

Kawża C-715/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa – Nowej Huty w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Diċembru 2020 – KL vs X sp. z o.o.

26

2021/C 182/38

Kawża C-722/20 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2020 minn Ultrasun AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-805/19 – Ultrasun AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

27

2021/C 182/39

Kawża C-28/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fil-15 ta’ Jannar 2021 – TM vs EJ

27

2021/C 182/40

Kawża C-44/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Phoenix Contact GmbH & Co. KG vs HARTING Deutschland GmbH & Co. KG u Harting Electric GmbH & Co. KG

27

2021/C 182/41

Kawża C-64/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2021 – Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.

28

2021/C 182/42

Kawża C-76/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2021 – Wacker Chemie AG vs Bundesrepublik Deutschland irrappreżentat mill-Umweltbundesamt

28

2021/C 182/43

Kawża C-77/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Frar 2021 – Digi Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

30

2021/C 182/44

Kawża C-83/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2021 – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate

30

2021/C 182/45

Kawża C-98/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Frar 2021 – Finanzamt R vs W-GmbH

32

2021/C 182/46

Kawża C-99/21 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2021 minn Danske Slagtermestre mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-486/18, Danske Slagtermestre vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

2021/C 182/47

Kawża C-106/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs BC

33

2021/C 182/48

Kawża C-107/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ZR

34

2021/C 182/49

Kawża C-110/21 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2021 minn Universität Bremen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-660/19, Universität Bremen vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

34

2021/C 182/50

Kawża C-116/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-243/18, VW vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 182/51

Kawża C-117/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-315/19, BT vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 182/52

Kawża C-118/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-442/17 RENV, RN vs Il-Kummissjoni

37

2021/C 182/53

Kawża C-120/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – LB vs TO

39

2021/C 182/54

Kawża C-122/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

39

2021/C 182/55

Kawża C-123/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-541/18, Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni

40

2021/C 182/56

Kawża C-128/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – Lietuvos notarų rūmai, M. S., S. Š., D. V., V. P., J. P., D. L.-B., D. P., R. O. I. vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

41

2021/C 182/57

Kawża C-130/21 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2021 minn Lukáš Wagenknecht mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-350/20, Wagenknecht vs Il-Kummissjoni

42

2021/C 182/58

Kawża C-131/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta’ Marzu 2021 – Proċeduri kriminali kontra KI

44

2021/C 182/59

Kawża C-135/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs GD u WT

44

2021/C 182/60

Kawża C-138/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-315/19, BT vs Il-Kummissjoni

45

2021/C 182/61

Kawża C-139/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-243/18, VW vs Il-Kummissjoni

46

2021/C 182/62

Kawża C-147/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-8 ta’ Marzu 2021 – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

47

2021/C 182/63

Kawża C-149/21 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 minn Fakro sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-515/18, Fakro vs Il-Kummissjoni

48

2021/C 182/64

Kawża C-506/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2021 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd, IRISL Europe GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

49

2021/C 182/65

Kawża C-737/19: Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Montreuil – Franza) – Bank of China Limited vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

49

2021/C 182/66

Kawża C-558/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – Il-Ġermanja) – PR, BV vs Germanwings GmbH

49

2021/C 182/67

Kawża C-8/21: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – Il-Ġermanja) – Germanwings GmbH vs KV

50

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 182/68

Kawża T-719/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – FMC vs Il-Kummissjoni (Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva flupirsulfuron-metil – Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 – Proċedura ta’ evalwazzjoni – Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Drittijiet tad-difiża – Ċertezza legali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi)

51

2021/C 182/69

Kawża T-585/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – EJ vs BEI (Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Remunerazzjoni – Spejjeż tat-trasport – Allowance doppja għall-wild dipendenti – Wild b’mard serju – Limitazzjoni tal-benefiċċju retroattiva tat-teħid tar-responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż u għal din l-allowance doppja – Terminu raġonevoli – Dmir ta’ premura – Rikors għal annullament u għad-danni)

51

2021/C 182/70

Kawża T-739/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Productos Jamaica vs EUIPO – Alada 1850 (flordeJamaica) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

52

2021/C 182/71

Kawża T-50/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – PNB Banka vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Proċedura ta’ insolvenza – Rifjut tal-BĊE li jilqa’ t-talba tal-Bord tad Diretturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu intiża sabiex tingħata struzzjoni lill amministratur legali tal-imsemmija istituzzjoni li jagħti lill-avukat imqabbad minn dan il-bord l-aċċess għall-bini, għall-informazzjoni, għall-persunal u għar riżorsi ta’ din l-istituzzjoni – Kompetenza tal-awtur tal-att – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

53

2021/C 182/72

Kawża T-160/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – 3M Belgium vs ECHA (Rikors għal annullament – REACH – Identifikazzjoni tal-aċidu perfluwobutanesulfoniku (PFBS) u tal-imluħ tiegħu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna – Inklużjoni ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Artikolu 59(10) tar-Regolament Nru 1907/2006 – Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura – Inammissibbiltà)

53

2021/C 182/73

Kawża T-426/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2021 – Techniplan vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni – FEŻ – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Ksur ta’ rekwiżiti formali – Inammissibbiltà)

54

2021/C 182/74

Kawża T-742/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2021 – Indofil Industries (Netherlands) vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2087 – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

55

2021/C 182/75

Kawża T-45/21 R: Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – Ciano Trading & Services CT & S et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza)

55

2021/C 182/76

Kawża T-713/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OQ vs Il-Kummissjoni

56

2021/C 182/77

Kawża T-100/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2021 – Sánchez-Gavito León vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

57

2021/C 182/78

Kawża T-102/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Bastion Holding et vs Il-Kummissjoni

58

2021/C 182/79

Kawża T-129/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2021 – Colombani vs SEAE

59

2021/C 182/80

Kawża T-133/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2021 – QK vs BĊE

59

2021/C 182/81

Kawża T-140/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Apologistics vs EUIPO – Kerckhoff (apo-discounter.de)

60

2021/C 182/82

Kawża T-141/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Shakutin vs Il-Kunsill

61

2021/C 182/83

Kawża T-146/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 – Vetpharma Animal Health vs EUIPO – Deltavit (DELTATIC)

61

2021/C 182/84

Kawża T-149/21: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2021 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – Vitae Health Innovation (VITADHA)

62

2021/C 182/85

Kawża T-150/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni

63

2021/C 182/86

Kawża T-152/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2021 – Union Syndicale Solidaires des SDIS de France u DOM/TOM vs Il-Kummissjoni

63

2021/C 182/87

Kawża T-155/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2021 – Völkl vs EUIPO – Marker Dalbello Völkl (International) (Völkl)

64

2021/C 182/88

Kawża T-156/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2021 – Völkl vs EUIPO – Marker Dalbello Völkl (International) (Marker Völkl)

65

2021/C 182/89

Kawża T-159/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 –Bustos vs EUIPO – Bicicletas Monty (motwi)

66

2021/C 182/90

Kawża T-405/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2021 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et

66

2021/C 182/91

Kawża T-162/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2021 – UPL Europe u Indofil Industries (Netherlands) vs EFSA

67


 

Rettifika

2021/C 182/92

Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T-87/21 ( ĠU C 110, 29.3.2021 )

68


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 182/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 163, 3.5.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 148, 26.4.2021

ĠU C 138, 19.4.2021

ĠU C 128, 12.4.2021

ĠU C 110, 29.3.2021

ĠU C 98, 22.3.2021

ĠU C 88, 15.3.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/2


Teħid tal-ġurament ta’ Membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

(2021/C 182/02)

Maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Frar 2021 (1), għall-perijodu bejn il-25 ta’ Frar 2021 u l-31 ta’ Awwissu 2025, D. Petrlík ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-1 ta’ Marzu 2021.


(1)  ĠU L 64 tal-24.2.2021, p. 5.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – Is-Slovenja) – D. J. vs Radiotelevizija Slovenija

(Kawża C-344/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Perijodu ta’ stand by - Xogħol speċifiku li jikkonċerna l-manutenzjoni ta’ trażmettituri tat-televiżjoni li jinsabu ’l bogħod miż-żoni residenzjali - Direttiva 89/391/KEE - Artikoli 5 u 6 - Riskji psikosoċjali - Obbligu ta’ imputazzjoni)

(2021/C 182/03)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: D. J.

Konvenut: Radiotelevizija Slovenija

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li perijodu ta’ stand by, li matulu ħaddiem għandu biss jiġi kkuntattjat bit-telefon u jkun jista’ jilħaq il-post tax-xogħol tiegħu, f’każ ta’ bżonn, f’terminu ta’ siegħa, filwaqt li jkun jista’ jirrisjedi f’akkomodazzjoni għall-persunal imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu, mill-persuna li timpjegah fuq dan il-post tax-xogħol, mingħajr ma jkun obbligat li jibqa’ hemmhekk, jikkostitwixxi, fl-intier tiegħu, ħin tax-xogħol, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk jirriżulta minn evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari tal-konsegwenzi ta’ tali terminu u, jekk ikun il-każ, tal-frekwenza medja tal-interventi matul dan il-perijodu, li r-restrizzjonijiet imposti fuq dan il-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu huma ta’ natura tali li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-fakultà għal dan tal-aħħar li jamministra liberament, matul l-imsemmi perijodu, il-ħin li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma jkunux mitluba u li jiddedika dan il-ħin għall-interessi tiegħu stess. In-natura ftit favorevoli għar-rikreazzjoni tal-ambjent immedjat tal-post ikkonċernat hija irrilevanti għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Schwerin – il-Ġermanja) – FD vs Staatliches Amt für Landwirtschaft und Umwelt Mittleres Mecklenburg

(Kawża C-365/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Pagamenti diretti - Regolament (UE) Nruo1307/2013 - Artikolu 24 - Bidwi żagħżugħ li jkun ibbenefika mill-ewwel allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagament - Artikolu 30(6) - Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 - Artikolu 28(2) - Allokazzjoni supplimentari ta’ drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali)

(2021/C 182/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Schwerin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FD

Konvenuti: Staatliches Amt für Landwirtschaft und Umwelt Mittleres Mecklenburg

Dispożittiv

L-Artikolu 30(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament Nru 1307/2013 u li jemenda l-Anness X tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li bidwi żagħżugħ, fis-sens tal-Artikolu 30(11)(a) tar-Regolament Nru 1307/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 50(2) ta’ dan ir-regolament, li jkun diġà bbenefika, taħt l-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament, minn l-ewwel allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagament fl-ammont tal-ettari eliġibbli, li huwa jkun iddikjara fil-mument tal-applikazzjoni tiegħu, huwa intitolat jirċievi, sussegwentement, allokazzjoni supplimentari ta’ drittijiet għall-pagament mir-riżerva nazzjonali u ugwali għan-numru addizzjonali tal-ettari eliġibbli li huwa jkollu f’dak il-mument u li għalihom huwa ma jkollu ebda dritt għall-pagament. Dan id-dritt huwa suġġett għall-eżistenza ta’ fondi disponibbli b’mod suffiċjenti fir-riżervi nazzjonali jew reġjonali. Jekk dan ma jkunx il-każ l-allokazzjoni għandha ssir billi tiġi żgurata l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-bdiewa eliġibbli għad-drittijiet skont l-Artikolu 30(6) tar-Regolament Nru 1307/2013, u li tiġi evitata kull distorsjoni tas-suq u tal-kompetizzjoni.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – MK vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-388/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq qligħ kapitali minn proprjetà immobbli - Moviment liberu tal-kapital - Bażi taxxabbli - Diskriminazzjoni - Għażla ta’ tassazzjoni skont l-istess modalitajiet bħar-residenti - Konformità mad-dritt tal-Unjoni)

(2021/C 182/05)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 65 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex tippermetti li l-qligħ kapitali magħmul mit-trasferiment ta’ beni immobbli li jinsabu f’dan l-Istat Membru, minn persuna taxxabbli residenti fi Stat Membru ieħor, ma jkunx suġġett għal piż fiskali ogħla minn dak li jiġi applikat fir-rigward ta’ din l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali magħmul minn persuna residenti fl-ewwel Stat Membru, tissuġġetta s-sistema ta’ tassazzjoni applikabbli għall-għażla tal-imsemmija persuna taxxabbli.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz

(Kawża C-392/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Inkorporazzjoni, fis-sit internet ta’ terz, ta’ xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur permezz tal-proċess ta’ transklużjoni (framing) - Xogħol liberament aċċessibbli bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur fis-sit internet tal-liċenzjatarju - Klawżola tal-kuntratt ta’ użu li teżiġi li l-liċenzjatarju jintroduċi miżuri tekniċi effikaċi kontra t-transklużjoni - Legalità - Drittijiet fundamentali - Artikolu 11 u Artikolu 17(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 182/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VG Bild-Kunst

Konvenut: Stiftung Preußischer Kulturbesitz

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni l-inkorporazzjoni, permezz tat-teknika tat-transklużjoni, f’paġna internet ta’ terz, ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur u mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’aċċess liberu permezz tal-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur f’sit internet ieħor, meta din l-inkorporazzjoni tevita miżuri ta’ protezzjoni kontra t-transklużjoni adottati jew imposti minn dan id-detentur.


(1)  ĠU C 270, 12.08.2019


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(KawżaC-400/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 34 TFUE - Prezzijiet tal-bejgħ tal-prodotti agroalimentari - Marġnijiet ta’ profitt minimi li għandhom jiġu applikati fil-kummerċ bl-imnut ta’ dawn il-prodotti)

(2021/C 182/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos, X. Lewis u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. Z. Fehér, G. Koós u Zs. Wagner, sussegwentement minn M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi adottat l-Artikolu 3(2)(u) tal-mezőgazdasági és élelmiszeripari termékek vonatkozásában a beszállítókkal szemben alkalmazott tisztességtelen forgalmazói magatartás tilalmáról szóló 2009. évi XCV. törvény (il-Liġi Nru XCV tal-2009 li Tipprojbixxi Prattiki Kummerċjali Żleali li Jaffettwaw il-Fornituri ta’ Prodotti Agrikoli u tal-Ikel), u billi rrestrinġiet, b’hekk, il-modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007.

2)

L-Ungerija hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 – Pometon SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-440/19 P) (1)

(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-barraxa tal-azzar - Parteċipazzjoni f’kuntatti bilaterali u multilaterali bl-għan li jiġu kkoordinati l-prezzijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea kollha - Proċedura “ibrida” li wasslet suċċessivament għall adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tranżazzjoni u ta’ deċiżjoni fi tmiem proċedura ordinarja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 41 - Dmir ta’ imparzjalità tal-Kummissjoni Ewropea - Artikolu 48 - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur uniku u kontinwu - Tul tal-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Ġurisdizzjoni sħiħa)

(2021/C 182/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Pometon SpA (rappreżentanti: E. Fabrizi, V. Veneziano u A. Molinaro, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Rossi u T. Vecchi, sussegwentement P. Rossi u C. Sjödin, aġenti)

Dispożittiv

1)

Il-punti 2 u 4 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Marzu 2019, Pometon vs Il-Kummissjoni (T-433/16, EU:T:2019:201), huma annullati.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq Pometon SpA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 3121 final tal-25 ta’ Mejju 2016, li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39792 – Barraxa tal-azzar), huwa ffissat f’EUR 2 633 895.

4)

Pometon SpA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll mal-proċedura fl-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) – Ir-Renju Unit) – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Wellcome Trust Ltd

(Kawża C-459/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 43 u 44 - Post tal-provvista tas-servizzi pprovduti lil persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali - Post tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ investimenti rċevuti minn organizzazzjoni ta’ karità għal attività professjonali mhux ekonomika minn fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni)

(2021/C 182/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenut: Wellcome Trust Ltd

Dispożittiv

L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn persuna taxxabbli li teżerċita attività mhux ekonomika f’kapaċità professjonali takkwista servizzi għall-bżonnijiet ta’ din l-attività mhux ekonomika, dawn is-servizzi għandhom jitqiesu li huma pprovduti lil din il-persuna taxxabbli “li taġixxi bħala tali”, fis-sens ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra JR

(Kawża C-488/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 8(1)(c) - Kunċett ta’ “sentenza eżekuttiva” - Reat li ta lok għal kundanna mogħtija minn qorti ta’ Stat terz - Ir-Renju tan-Norveġja - Sentenza rrikonoxxuta u eżegwita mill-Istat emittenti skont ftehim bilaterali - Punt 7(b) tal-Artikolu 4 - Raġunijiet fakultattivi għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew - Natura extraterritorjali tar-reat)

(2021/C 182/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Part fil-kawża prinċipali

JR

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti li tordna l-eżekuzzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ piena mogħtija minn qorti ta’ Stat terz meta, b’applikazzjoni ta’ ftehim bilaterali bejn dawn l-Istati, is-sentenza inkwistjoni tkun ġiet irrikonoxxuta minn deċiżjoni ta’ qorti tal-Istat Membru emittenti. Madankollu, il-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew huwa suġġett għall-kundizzjoni, minn naħa, li l-persuna rikjesta tkun ġiet ikkundannata għal piena ta’ priġunerija ta’ mill-inqas erba’ xhur u, min-naħa l-oħra, li l-proċedura li wasslet għall-adozzjoni fl-Istat terz tas-sentenza rrikonoxxuta sussegwentement fl-Istat Membru emittenti tkun osservat id-drittijiet fundamentali u, b’mod partikolari, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2)

Il-punt 7(b) tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-preżenza ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li nħareġ abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja tal-Istat Membru emittenti li tippermetti l-eżekuzzjoni f’dan l-Istat Membru ta’ piena mogħtija minn qorti ta’ Stat terz, f’każ fejn ir-reat imsemmi twettaq fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat, il-kwistjoni dwar jekk dan ir-reat twettaqx “barra mit-territorju tal-Istat emittenti” għandha tiġi solvuta billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisdizzjoni kriminali ta’ dan l-Istat terz, f’dan il-każ ir-Renju tan-Norveġja, li għamel possibbli t-teħid ta’ azzjoni dwar dan ir-reat, u mhux tal-Istat Membru emittenti.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja, l-Ungerija

(Kawża C-562/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 107(1) TFUE - Għajnuna mill-Istat - Taxxa Pollakka fis-settur tal-bejgħ bl-imnut - Artikolu 108(2) TFUE - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Elementi għad-determinazzjoni tas-sistema ta’ referenza - Progressjoni tar-rati - Eżistenza ta’ vantaġġ ta’ natura selettiva - Oneru tal-prova)

(2021/C 182/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti K. Herrmann, P.-J. Loewenthal u V. Bottka, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz u M. Szydło, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021– European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – ITS Europe) vs Il-Kummissjoni

(Kawża KawżaC-572/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Deċiżjoni tal-Panel tal-Validazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) - Deċiżjoni 2012/838/UE, Euratom - Anness - Punti 1.2.6 u 1.2.7 - Talba għal reviżjoni - Regolament (KE) Nru 58/2003 - Artikolu 22 - Assenza ta’ azzjoni amministrattiva - Relazzjoni bejn it – talba għal reviżjoni u l – azzjoni amministrattiva - Rifjut tal-istatus ta’ SME minkejja l-osservanza formali tal-kriterji tar-Rakkomandazzjoni 2003/361 - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Żvantaġġi li normalment jaffaċċjaw l-SMEs - Assenza)

(2021/C 182/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – ITS Europe) (rappreżentanti: M. Wellinger u K. T'Syen, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u A. Kyratsou, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil, O. Serdula u J. Očková, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – ITS Europe) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 312, 16.09.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – Ir-Renju Unit) – X vs Kuoi Travel Ltd

(Kawża C-578/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 90/314/KEE - It-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) - Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż - Kuntratt għal vjaġġ kollox kompriż konkluż bejn organizzatur tal-vjaġġi u konsumatur - Responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi għall-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt minn fornituri oħrajn ta’ servizzi - Danni li jirriżultaw mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi - Eżenzjoni minn responsabbiltà - Avveniment li ma jistax jiġi previst jew imwaqqaf mill-organizzatur tal-vjaġġi jew mill-fornitur ta’ servizzi - Kunċett ta’ “fornitur ta’ servizzi”)

(2021/C 182/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Kuoi Travel Ltd

Fil-preżenza ta’: ABTA Ltd

Dispożittiv

It-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat 13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, sa fejn jipprevedi raġuni għal eżenzjoni mir-responsabbiltà tal-organizzatur ta’ vjaġġ kollox kompriż mill-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda tali vjaġġ, konkluż bejn dan l-organizzatur u konsumatur u rregolat minn din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ eżekuzzjoni inkorretta ta’ dawn l-obbligi li jirriżultaw mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi dan il-kuntratt:

dan l-impjegat ma jistax jitqies li huwa fornitur ta’ servizzi għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, u

l-organizzatur ma jistax jeżenta ruħu mir-responsabbiltà tiegħu li tirriżulta minn tali nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni inkorretta, b’applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 328, 30.9.2019


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Darmstadt – il-Ġermanja) – RJ vs Stadt Offenbach am Main

(KawżaC-580/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Perijodu on-call taħt sistema ta’ stand-by - Pompieri professjonali - Direttiva 89/391/KEE - Artikoli 5 u 6 - Riskji psikosoċjali - Obbligu ta’ prevenzjoni)

(2021/C 182/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RJ

Konvenut: Stadt Offenbach am Main

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li perijodu on-call taħt sistema ta’ stand-by, li matulu ħaddiem għandu jkun jista’ jilħaq il-limiti tal-belt ta’ assenjazzjoni tiegħu f’terminu ta’ 20 minuta, bl-ilbies ta’ intervent tiegħu u l-vettura ta’ servizz imqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-persuna li timpjegah, billi juża privileġġi li jidderogaw mill-Kodiċi tat-Triq u mid-drittijiet ta’ preċedenza marbuta ma’ din il-vettura, jikkostitwixxi, fl-intier tiegħu, “ħin tax-xogħol”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, biss jekk minn evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, b’mod partikolari, tal-konsegwenzi ta’ tali terminu u, jekk ikun il-każ, tal-frekwenza medja ta’ intervent matul dan il-perijodu, jirriżulta li r-restrizzjonijiet imposti fuq dan il-ħaddiem matul l-imsemmi perijodu jkunu ta’ natura tali li jaffettwaw oġġettivament u b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltà għal dan tal-aħħar li jiġġestixxi liberament, matul dan l-istess perijodu, iż-żmien li matulu s-servizzi professjonali tiegħu ma humiex mitluba u li jiddedika dan iż-żmien għall-interessi tiegħu stess.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Bucureşti – Ir-Rumanija) – Academia de Studii Economice din Bucureşti vs Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman – Ministerul Educaţiei Naţionale

(Kawża C-585/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Artikolu 3 - Perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kuljum - Ħaddiema li kkonkludew diversi kuntratti ta’ xogħol ma’ persuna li timpjega unika - Applikazzjoni għall-ħaddiem)

(2021/C 182/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Academia de Studii Economice din Bucureşti

Konvenut: Organismul Intermediar pentru Programul Operaţional Capital Uman – Ministerul Educaţiei Naţionale

Dispożittiv

Il-punt 1 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta ħaddiem ikun ikkonkluda diversi kuntratti ta’ xogħol ma’ persuna li timpjega unika, il-perijodu ta’ mistrieħ ta’ kuljum, li huwa previst f’dan l-Artikolu 3, għandu japplika għal dawn il-kuntratti meħuda flimkien u mhux għal kull wieħed mill-imsemmija kuntratti meħud separatament.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija, Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-596/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 107(1) TFUE - Għajnuna mill-Istat - Taxxa Ungeriża fuq ir-reklamar ibbażata fuq id-dħul mill-bejgħ - Elementi għad-determinazzjoni tas-sistema ta’ referenza - Progressjoni tar-rati - Dispożittiv tranżitorju ta’ tnaqqis parzjali ta’ telf ittrasferit - Eżistenza ta’ vantaġġ ta’ natura selettiva - Oneru tal-prova)

(2021/C 182/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, P.-J. Loewenthal u K. Herrmann, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – L-Italja) – KO vs Consulmarketing SpA, li falliet

(Kawża C-652/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti tal-ħaddiema għal żmien determinat - Direttiva 98/59/KE - Tkeċċija kollettiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni li għandha tingħata lil ħaddiem vittma ta’ tkeċċija kollettiva irregolari - Applikazzjoni ta’ skema ta’ protezzjoni inqas vantaġġuża għall-kuntratti għal żmien determinat konklużi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, ikkonvertiti f’kuntratti għal żmien indeterminat wara din id-data)

(2021/C 182/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KO

Konvenuta: Consulmarketing SpA, li falliet

fil-preżenza ta’: Filcams CGIL, Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL)

Dispożittiv

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-applikazzjoni fl-istess ħin, matul l-istess proċedura ta’ tkeċċija kollettiva unika, ta’ żewġ skemi differenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema għal żmien indeterminat fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva mwettqa bi ksur tal-kriterji intiżi għad-determinazzjoni tal-ħaddiema li ser ikunu s-suġġett ta’ din il-proċedura ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, u ma tistax, għalhekk, tiġi eżaminata fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 20 u 30 tagħha.

2)

Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999 u l-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li testendi skema ġdida ta’ protezzjoni tal-ħaddiema għal żmien indeterminat fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva irregolari għall-ħaddiema li l-kuntratt għal żmien determinat tagħhom, konkluż qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, jiġi kkonvertit f’kuntratt għal żmien indeterminat wara din id-data.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – Il-Ġermanja) – Von Aschenbach & Voss GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

(Kawża C-708/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dazju antidumping definittiv - Fuljetti tal aluminju li joriġinaw miċ-Ċina - Fuljetti tal-aluminju ftit modifikati - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 - Ammissibbiltà - Assenza ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament mir-rikorrent fil-kawża prinċipali - Locus standi għall-annullament)

(2021/C 182/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Von Aschenbach & Voss GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Qorti tal-Finanzi ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Awwissu 2019, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – VK vs An Bord Pleanála

(Kawża C-739/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati - Direttiva 77/249/KEE - Artikolu 5 - Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita - Limiti)

(2021/C 182/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VK

Konvenut: An Bord Pleanala

fil-preżenza ta’: The General Council of the Bar of Ireland, The Law Society of Ireland and the Attorney General,

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati għandu jiġi interpretat fis-sens li:

huwa ma jipprekludix, bħala tali, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li avukat, fornitur ta’ servizzi ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, ikollu l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun hemm lok, fir-rigward ta’ din il-qorti, fil-kuntest ta’ sistema li timponi fuq l-avukati obbligi ta’ etika professjonali u proċedurali bħal dawk li jissottomettu lill-qorti adita kull element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, għall-finijiet tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, li minnu l-parti fil-kawża tkun eżenti jekk tiddeċiedi li tiżgura hija stess id-difiża tagħha;

ma huwiex sproporzjonat, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-obbligu ta’ avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, f’sistema li fiha dawn tal-aħħar għandhom il-possibbiltà jiddefinixxu r-rwoli rispettivi tagħhom, peress li l-avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita għandu biss, bħala regola ġenerali, l-għan li jassisti lill-avukat li jipprovdi servizzi sabiex ikun jista’ jiżgura r-rappreżentazzjoni tajba tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi tiegħu fir-rigward ta’ din il-qorti;

obbligu ġenerali li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, li ma jippermettix li tittieħed inkunsiderazzjoni l-esperjenza tal-avukat li jipprovdi servizzi, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Firma Z vs Finanzamt Y

(Kawża C-802/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 90(1) - Tnaqqis tal-ammont taxxabbli - Prinċipji ddefiniti fis-sentenza tal-24 ta’ Ottubru 1996, Elida Gibbs (C-317/94, EU:C:1996:400) - Kunsinni ta’ prodotti mediċinali - Għoti ta’ skont - Natura ipotetika tad-domanda preliminari - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2021/C 182/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Firma Z

Konvenut: Finanzamt

Dispożittiv

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li spiżerija stabbilita fi Stat Membru ma tistax tnaqqas l-ammont taxxabbli tagħha meta twettaq, bħala kunsinni intra-Komunitarji eżenti mill-VAT f’dan l-Istat Membru, kunsinni ta’ prodotti farmaċewtiċi lil fond ta’ assigurazzjoni għall-mard obbligatorja stabbilit fi Stat Membru ieħor u meta tagħti skont lill-persuni koperti minn din l-assigurazzjoni.


(1)  ĠU C 45, 10.02.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – L-Isvezja) – Danske Bank A/S vs Skatteverket

(Kawża C-812/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9 - Persuna taxxabbli - Kunċett - Artikolu 11 - Grupp tal-VAT - Stabbiliment prinċipali li jappartjeni għal grupp tal-VAT li l-fergħa tiegħu ma tagħmilx parti minnu - Stabbiliment prinċipali li jipprovdi servizzi lill-fergħa u li jimputalha l-ispejjeż ta’ dawn is-servizzi)

(2021/C 182/21)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danske Bank A/S, Danmark, Sverige Filial

Konvenut: Skatteverket

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-istabbiliment prinċipali ta’ kumpannija, li tinsab fi Stat Membru u li tagħmel parti minn grupp tal-VAT ikkostitwit abbażi ta’ dan l-Artikolu 11, u l-fergħa ta’ din il-kumpannija, stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandhom jitqiesu li huma persuni taxxabbli distinti meta dan l-istabbiliment prinċipali jipprovdi lill-imsemmija fergħa servizzi li l-ispejjeż tagħhom huma imputati lilha.


(1)  ĠU C 19, 20.01.20.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach – il-Polonja) – A. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-895/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni indiretta - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Akkwist intra-Komunitarju ta’ oġġetti - Tnaqqis tat-taxxa tal-input dovuta fuq tali akkwist - Rekwiżiti formali - Rekwiżiti sostantivi - Terminu għall-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

(2021/C 182/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

fil-preżenza ta’: Rzecznik Małych i Średnich Przedsiębiorców

Dispożittiv

L-Artikoli 167 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatat ma’ akkwist intra-Komunitarju, matul l-istess perijodu taxxabbli bħal dak li matulu l-VAT hija dovuta, huwa suġġett għall-indikazzjoni tal-VAT dovuta fid-dikjarazzjoni fiskali ppreżentata f’terminu ta’ tliet xhur li jibdew jiddekorru mill-aħħar tax-xahar li matulu tnissel l-obbligu fiskali relatat mal-oġġetti akkwistati.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Association One Voice, Ligue pour la protection des oiseaux vs Ministre de la Transition écologique et solidaire

(Kawża C-900/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Artikoli 5 u 8 - Projbizzjoni li wieħed jirrikorri għal kwalunkwe metodu ta’ qbid tal-għasafar - Artikolu 9(1) - Awtorizzazzjoni sabiex isir użu b’deroga minn tali metodu stabbilit permezz ta’ użanza tradizzjonali - Kundizzjonijiet - Assenza ta’ soluzzjoni sodisfaċenti oħra - Ġustifikazzjoni tal-assenza ta’ “soluzzjoni sodisfaċenti oħra” permezz tas-sempliċi preżervazzjoni ta’ dan il-metodu tradizzjonali - Selettività tal-qbid - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-qbid ta’ għasafar permezz tal-użu ta’ kolla)

(2021/C 182/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association One Voice, Ligue pour la protection des oiseaux

Konvenut: Ministre de la Transition écologique et solidaire

fil-preżenza ta’: Fédération nationale des Chasseurs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, għandu jiġi interpretat fis-sens li n-natura tradizzjonali ta’ metodu ta’ qbid ta’ għasafar ma hijiex suffiċjenti, minnha nnifisha, sabiex jiġi stabbilit li soluzzjoni sodisfaċenti oħra, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tistax tiġi ssostitwita flok dan il-metodu.

2)

L-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 2009/147 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza, b’deroga mill-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, metodu ta’ qbid li jwassal għal qabdiet inċidentali, meta dawn, minkejja li huma ta’ volum żgħir u għal żmien limitat, jistgħu jikkawżaw lill-ispeċi maqbuda mhux fil-mira danni oħra ħlief dawk negliġibbli.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud vs Ostravě – ir-Repubblika Ċeka) – Samohýl group a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-941/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tariffarji 3004 u 3808 - Interpretazzjoni - Regolament (KE) Nru 455/2007 - Soluzzjoni spot-on għall-qtates kontra l-infestazzjonijiet tal-bergħud u tal-qurdien - Effetti terapewtiċi jew profilattiċi)

(2021/C 182/24)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud vs Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Samohýl group a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li prodott li jikkonsisti f’soluzzjoni intiża għall-qtates, li għandha tiġi applikata b’mod lokali fuq il-ġilda (spot-on) permezz ta’ pipetti (0,5 ml) u li fiha l-ingredjent attiv imsejjaħ fipronil (50 mg f’kull pipetta) kif ukoll eċċipjenti, bħall-butilidrossianisol E320, il-butilidrossitoluen E321, l-alkoħol benżiliku u d-dietileniku monoetiletere, jaqa’, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-qorti tar-rinviju tal-elementi fattwali kollha li għandha quddiemha, taħt l-intestatura tariffarja 3808 ta’ din in-nomenklatura, bħala “insettiċida”.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – Il-Polonja) – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

(Kawża C-949/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-viżi - Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen - Artikolu 21(2a) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Rifjut ta’ viża għal residenza għal żmien twil mill-Konslu - Obbligu għal Stat Membru li jiżgura rikors quddiem qorti kontra deċiżjoni ta’ rifjut ta’ tali viża)

(2021/C 182/25)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.A.

Konvenut: Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 21(2a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għaċ-ċittadin ta’ Stat terz li ġie rrifjutat viża għal residenza għal żmien twil.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 34(5) tad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu proċedura għat-tressiq ta’ kawża kontra d-deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ viża għal finijiet ta’ studju, fis-sens ta’ din id-direttiva, li l-modalitajiet tagħha jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku ta’ kull Stat Membru b’osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, u din il-proċedura għandha tiżgura, f’ċertu stadju, rimedju ġudizzjarju. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni għal viża nazzjonali għal residenza għal żmien twil għal finijiet ta’ studju inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/19


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – Il-Polonja) – UAB “P” vs Dyrektor Izby Skarbowej w B.

(Kawża C-48/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 203 - Taxxi ffatturati inkorrettament - Bona fide tal-persuna li toħroġ il-fattura - Riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa - Obbligi tal-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà ta’ regolarizzazzjoni tat-taxxa ffatturata inkorrettament - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)

(2021/C 182/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “P”

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w B.

Dispożittiv

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix lil persuna taxxabbli in bona fide taġġusta fatturi li jindikaw inkorrettament il-VAT wara l-ftuħ ta’ proċedura ta’ verifika fiskali, minkejja li l-persuna li tirċievi dawn il-fatturi kien ikollha d-dritt għar-rimbors ta’ din it-taxxa kieku t-tranżazzjonijiet li kienu s-suġġett tal-imsemmija fatturi kienu korrettament iddikjarati.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – L-Italja) – Ordine Nazionale dei Biologi, MX, NY, OZ vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-96/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Saħħa pubblika - Artikolu 168 TFUE - Direttiva 2002/98/KE - Standards ta’ kwalità u sigurtà ta’ demm tal-bniedem u ta’ komponenti tad-demm - Għan intiż li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Artikolu 4(2) u Artikolu 9(2) - Ċentri tad-demm - Persuna responsabbli - Kundizzjonijiet minimi ta’ kwalifikazzjoni - Possibbiltà li Stat Membru jipprevedi sistema iktar rigoruża - Marġni ta’ diskrezzjoni rriżervat lill-Istati Membri)

(2021/C 182/27)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ordine Nazionale dei Biologi, MX, NY, OZ

Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri

fil-preżenza ta’: Sds Snabi, Agenzia Regionale Protezione Ambiente (ARPA)

Dispożittiv

L-Artikolu 9(2)(a) tad-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(2) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li huma biss il-persuni li għandhom diploma fil-mediċina u fil-kirurġija li jistgħu jinħatru bħala persuna responsabbli għal ċentru tad-demm, dejjem sakemm din il-leġiżlazzjoni tosserva f’kull aspett id-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 209, 22.06.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/20


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – M. A. vs État belge

(Kawża C-112/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/115/KE - Artikolu 5 - Deċiżjoni ta’ ritorn - Missier wild minuri, ċittadin tal-Unjoni Ewropea - Teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild meta tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ ritorn)

(2021/C 182/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. A.

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild qabel ma jadottaw deċiżjoni ta’ ritorn, flimkien ma’ projbizzjoni ta’ dħul, anki meta d-destinatarju ta’ din id-deċiżjoni ma jkunx minuri, iżda missieru.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/21


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Westminster Magistrates’ Court – Ir-Renju Unit) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra PI

(Kawża C-648/20 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 8(1)(c) - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Stat Membru għal finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali abbażi ta’ miżura li ċċaħħad il-libertà maħruġa mill-istess awtorità - Assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju qabel il-konsenja tal-persuna rikjesta - Konsegwenzi - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 182/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Westminster Magistrates’ Court

Parti fil-kawża prinċipali

PI

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżiti inerenti għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li minnha għandha tibbenefika persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għal finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali ma humiex issodisfatti meta kemm il-mandat ta’ arrest Ewropew kif ukoll id-deċiżjoni ġudizzjarja li fuqha dan huwa msawwar jinħarġu minn prosekutur, li jista’ jiġi kklassifikat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-deċiżjoni qafas, iżda meta dawn ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju fl-Istat Membru emittenti qabel il-konsenja tal-persuna rikjesta mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.


(1)  ĠU C 62, 22.02.2021.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2021 – Pilatus Bank plc vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-701/19 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Appell manifestament infondat - Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Miżuri ta’ sospensjoni adottati mill-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali - Ħatra ta’ persuna ta’ kuntatt - Komunikazzjoni kundizzjonali mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) - Irtirar tal-awtorizzazzjoni qabel il-preżentata tar-rikors - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà - Assenza ta’ espożizzjoni suffiċjentement ċara u preċiża tal-motivi allegati quddiem il-Qorti Ġenerali - Assenza ta’ turija ta’ interess ġuridiku - Klassifikazzjoni żbaljata ta’ att preparatorju - Sostituzzjoni tal-motivi)

(2021/C 182/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Pilatus Bank plc (rappreżentanti: inizjalment O. H. Behrends u M. Kirchner, Rechtsanwälte, sussegwentement O. H. Behrends)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Yoo, M. Anastasiou u A. Karpf, aġenti

Dispożittiv

1.

Ir-rikors huwa miċħud.

2.

Pilatus Bank plc hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 406, 02.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju – T.H.C. vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-755/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika ta’ ażil - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Detenzjoni)

(2021/C 182/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: T.H.C.

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Dispożittiv

L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-rikors kontra deċizjoni ta’ inammissibbiltà ta’ applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali għal terminu ta’ dekadenza ta’ ħamest ijiem, inkużi l-jiem ta’ festi pubbliċi, meta l-applikant ikkonċernat ikun f’detenzjoni, bil-kundizzjoni, minn naħa, li l-prinċipju ta’ ekwivalenza jkun osservat u, min-naħa l-oħra, li l-aċċess effettiv tal-applikanti f’detenzjoni għall-garanziji proċedurali mogħtija lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali mid-dritt tal-Unjoni jkun zgurat f’tali terminu.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tissodisfax tali rekwiżiti.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Barcelona – Spanja) – CDT, SA vs MIMR, HRMM

(Kawża C-321/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Protezzjoni tal-konsumaturi - Effetti ratione temporis ta’ sentenza - Direttiva 93/13/KE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżoli kklassifikati bħala “inġusti” - Klawżola ta’ skadenza antiċipata - Tħassir parzjali tal-kontenut ta’ klawżola inġusta - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

(2021/C 182/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CDT, SA

Konvenuti: MIMR, HRMM

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lill-qorti nazzjonali milli tastjeni ruħha li tapplika dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermettilha tirrevedi klawżola inġusta ta’ kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur f’sitwazzjoni fejn din id-dispożizzjoni, li ġiet iddikjarata li tmur kontra l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, permezz tas-sentenza tal-14 ta’ Ġunju 2012, Banco Español de Crédito (C-618/10, EU:C:2012:349), kienet għadha ma kinitx is-suġġett ta’ emenda leġiżlattiva, konformement mal-imsemmija sentenza, fil-mument ta’ meta ġie konkluż dan il-kuntratt.

2)

Il-prinċipju ta’ ċertezza legali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li l-qorti nazzjonali, li kkonstatat in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13, tirrevedi l-kontenut ta’ din il-klawżola, b’tali mod li l-imsemmija qorti hija obbligata li tiċħad l-applikazzjoni tagħha. Madankollu, l-Artikoli 6 u 7 ta’ din tal-aħħar ma jipprekludux lil qorti nazzjonali milli tissostitwixxi din il-klawżola b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari, sakemm il-kuntratt ta’ self inkwistjoni ma jkunx jista’ jkompli jeżisti fil-każ ta’ tħassir ta’ din il-klawżola inġusta u fejn l-annullament tal-kuntratt fit-totalità tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi partikolarment dannużi, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 359, 26.10.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/24


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich – l-Awstrija) – Stadtapotheke E vs Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

(Kawża C-378/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal qorti imparzjali - Talba għal konċessjoni ta’ spiżerija ġdida - Obbligu li tintalab perizja mill-assoċjazzjoni tal-ispiżjara - Libertà professjonali u dritt għax-xogħol - Libertà tal-intrapriża - Dritt għall-proprjetà - Kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ spiżerija ġdida - Proporzjonalità - Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifest tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2021/C 182/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stadtapotheke E

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

fil-preżenza ta’: AW

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Oberösterreich, l-Awstrija), permezz tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2020.


(1)  ĠU C 443, 21.12.2020


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/24


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2020 minn CEDC International sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-796/16 – CEDC International vs EUIPO – Underberg

(Kawża C-639/20 P)

(2021/C 182/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: CEDC International sp. z o.o. (rappreżentant: M. Fijałkowski, radca prawny)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Underberg AG

Permezz ta’ digriet tat-23 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-ammissjoni tal-appelli) iddeċidiet li l-appell ma setax jipproċedi u li CEDC International sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – W. G. vs Dyrektor Izby Skarbowej w L.

(Kawża C-697/20)

(2021/C 182/35)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: W.G.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w L.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu prassi nazzjonali żviluppata abbażi tal-Artikolu 15(4) u (5) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq il-Prodotti u s-Servizzi (Dz. U tal-2011, Nru 177, pożizzjoni 1054, kif emendata), li teskludi lill-konjuġi li jwettqu attività ta’ bdiewa, fil-kuntest ta’ azjenda agrikola, li jużaw proprjetà li tikkostitwixxi parti mill-komunità tal-akkwisti tagħhom, mill-possibbiltà li jitqiesu bħala persuni suġġetti għall-VAT separati?

2)

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda huwa essenzjali l-fatt li, skont il-prassi nazzjonali, l-għażla minn kull wieħed mill-konjuġi tat-tassazzjoni imposta fuq l-attivitajiet tiegħu abbażi tal-prinċipji bażiċi tal-VAT twassal sabiex it-tieni konjuġi jitlef l-istatus ta’ bidwi b’rata fissa?

3)

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda huwa rilevanti l-fatt li huwa possibbli li titwettaq separazzjoni ċara tal-assi li kull wieħed mill-konjuġi juża b’mod awtonomu u indipendenti għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika mwettqa?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Gmina Wieliszew vs Amministratur tal-massa fallimentari ta’ Spółdzielczy Bank Rzemiosła i Rolnictwa f’Wołomin, fi stralċ

(Kawża C-698/20)

(2021/C 182/36)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Gmina Wieliszew

Konvenuti: Amministratur tal-massa fallimentari ta’ Spółdzielczy Bank Rzemiosła i Rolnictwa f’Wołomin, fi stralċ

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1) tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u b’mod partikolari l-punt 5 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3, 4, 57(1), 70 u 80 tiegħu, u r-regolament attwali, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, u b’mod partikolari l-punt 15 tal-Artikolu 2 u l-Artikoli 37(1), 66, 67(1), 74(1) u 89(1) tiegħu, għandhom jiġu intepretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lil entità, li tkun irċeviet fondi li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, milli tadixxi qorti b’mod effettiv sabiex dawn il-fondi jiġu esklużi mill-massa fallimentari, jekk dawn ikunu tħallsu lejn kont tal-bank miżmum f’bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, jew leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teskludix tali fondi mill-massa fallimentari tal-bank fallut?


(1)  ĠU 2006, L 210, p. 25, rettifiki fil-ĠU 2006, L 239, p. 248, fil-ĠU 2007, L 145, p. 38, fil-ĠU 2007, L 164, p. 36, u fil-ĠU 2008, L 301, p. 40.

(2)  ĠU 2013, L 347, p. 320, rettifiki fil-ĠU 2016, L 200, p. 140 u fil-ĠU 2019, L 66, p. 6.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Krakowa – Nowej Huty w Krakowie (il-Polonja) fit-18 ta’ Diċembru 2020 – KL vs X sp. z o.o.

(Kawża C-715/20)

(2021/C 182/37)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Krakowa – Nowej Huty w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KL

Konvenut: X sp. z o.o..

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1), kif ukoll il-Klawżoli Nru 1 u 4 tal-ftehim qafas hawn fuq imsemmi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi obbligu fuq il-persuna li timpjega li tipprovdi, bil-miktub, il-motivazzjoni għad-deċiżjoni li tittermina l-kuntratt tax-xogħol biss fir-rigward ta’ kuntratti tax-xogħol konklużi għal żmien indeterminat, u għaldaqstant jissuġġettaw għal stħarriġ ġudizzjarju tal-leġittimità tat-terminazzjoni tal-kuntratti konklużi għal żmien indeterminat, filwaqt li ma jipprevedux tali obbligu fuq il-persuna li timpjega (jiġifieri l-indikazzjoni tal-motivazzjoni għat-terminazzjoni) fir-rigward ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien determinat (u konsegwentement l-istħarriġ ġudizzjarju jkopri biss il-kwistjoni ta’ jekk it-terminazzjoni hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratti)?

2)

Il-partijiet f’tilwima quddiem qorti, li fiha hemm persuni privati fuq iż-żewġ naħat tat-tilwima, jistgħu jinvokaw il-Klawżola 4 tal-ftehim qafas hawn fuq imsemmi u l-prinċipju bażiku tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni (Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), u għaldaqstant ir-regoli msemmija hawn fuq għandhom effett orizzontali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/27


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2020 minn Ultrasun AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fl-20 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-805/19 – Ultrasun AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-722/20 P)

(2021/C 182/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Ultrasun AG (rappreżentanti: A. Mühlendahl, H. Hartwig, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-25 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fil-15 ta’ Jannar 2021 – TM vs EJ

(Kawża C-28/21)

(2021/C 182/39)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TM

Konvenut: EJ

Domanda preliminari

L-espressjoni “[k]ull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa”, użata fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà tal-Parlament (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri għandha tipprevedi li, fil-qasam tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, ir-responsabbiltà tal-kumpannija tal-assigurazzjoni għandha tinkludi l-kopertura totali tad-dannu, inkluż ukoll l-effetti tal-avveniment li jikkawża d-dannu li jieħdu l-forma ta’ lucrum cessans min-naħa tal-parti leża?


(1)  ĠU 2009, L 263, p. 11.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Phoenix Contact GmbH & Co. KG vs HARTING Deutschland GmbH & Co. KG u Harting Electric GmbH & Co. KG

(Kawża C-44/21)

(2021/C 182/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Phoenix Contact GmbH & Co. KG

Konvenuti: HARTING Deutschland GmbH & Co. KG, Harting Electric GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (1), li qrati reġjonali superjuri li għandhom ġurisdizzjoni fl-aħħar istanza fi proċeduri għal miżuri provviżorji, bħala prinċipju, jirrifjutaw li jagħtu miżuri provviżorji għall-ksur ta’ privattivi, fil-każ li l-privattiva inkwistjoni ma kinitx ikkonfermata wara proċedimenti ta’ oppożizzjoni jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-ewwel istanza?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Frar 2021 – Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k. vs Bank Handlowy w Warszawie S.A.

(Kawża C-64/21)

(2021/C 182/41)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Rigall Arteria Management Sp. z o.o. sp. k.

Konvenut: Bank Handlowy w Warszawie S.A.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-kliem u tal-għan tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1), din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tagħti lill-aġent kummerċjali li jaħdem għal rasu dritt assolut għal kummissjoni fuq kuntratt konkluż waqt li kien għadu fis-seħħ kuntratt ta’ aġenzija ma’ terza persuna li huwa kien diġà kiseb bħala klijent fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet tal-istess tip, jew dan l-intitolament jista’ jiġi eskluż fil-kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Frar 2021 – Wacker Chemie AG vs Bundesrepublik Deutschland irrappreżentat mill-Umweltbundesamt

(Kawża C-76/21)

(2021/C 182/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wacker Chemie AG

Konvenut: Bundesrepublik Deutschland irrappreżentat mill-Umweltbundesamt

Domandi preliminari

1)

Id-definizzjoni ta’ bidla tal-kapaċità mogħtija fil-Linji Gwida ETS tal-Kummissjoni Ewropea (1), li tipprovdi li, investiment f’kapital fiżiku (jew serje ta’ investimenti li jżidu l-kapital fiżiku) li jippermetti li l-installazzjoni titħaddem f’kapaċità ogħla ta’ mill-inqas 10 % mill-kapaċità installata inizjali qabel il-modifika, għandha tkun interpretata fis-sens

a)

li tiddependi fuq l-istabbilment ta’ rabta kawżali bejn l-investiment f’kapital fiżiku u l-estensjoni tal-kapaċità massima teknikament u legalment possibbli jew

b)

skont il-punt (i) u (l) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tiddependi fuq l-istabbiliment tad-differenza bejn il-medja tal-ogħla żewġ volumi ta’ produzzjoni ta’ kull xahar matul l-ewwel sitt xhur wara l-bidu tal-operazzjoni modifikata?

2)

Fil-każ li hija t-tieni parti tal-ewwel domanda li tapplika: il-punt (i) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/278 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex il-portata tal-estensjoni tal-kapaċità massima teknikament u legalment possibbli li hija rilevanti, iżda biss il-kunsiderazzjoni tal-medja tal-valuri osservati skont il-punt (l) tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/278, irrispettivament minn jekk u sa liema punt dawn ikunu r-riżultat tal-bidliet fiżiċi magħmula jew ta’ żieda fir-rata tal-użu?

3)

Il-kunċett tal-kapaċità installata inizjali fl-Anness I tal-Linji Gwida ETS għandu jiġi interpretat skont l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 2011/278?

4)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal skema ta’ għajnuna mill-Istat innotifikata għandha tkun interpretata fis-sens

a)

li l-iskema nazzjonali hija konformi mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat anki fir-rigward ta’ referenzi addizzjonali oħra magħmula fl-iskema nazzjonali ta’ għajnuna mill-Istat għal dispożizzjonijiet oħra tal-liġi nazzjonali jew

b)

li l-iskema tal-għajnuna mill-Istat u dispożizzjonijiet oħra tad-dritt nazzjonali għandhom jiġu interpretati bħala li jfissru li fl-aħħar mill-aħħar għandhom jikkonformaw mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat?

5)

Fil-każ li hija l-ewwel parti tal-ewwel domanda li tapplika: deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal skema ta’ għajnuna mill-Istat innotifikata għandha effett vinkolanti għall-qorti nazzjonali fir-rigward tal-konformità mal-linji gwida rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat?

6)

Il-fatt li l-Kumissjoni Ewropea tirreferi għal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-istat f’deċiżjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għal skema ta’ għajnuna mill-istat innotifikata u li tevalwa l-konformità tal-għajnuna mill-Istat innotifikata abbażi ta’ dawn il-linji gwida, tagħmel dawn il-linji gwida vinkolanti fuq l-Istat Membru fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna awtorizzata?

7)

L-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (3), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410, li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż indiretti ta’ emissjonijiet CO2, huwa rilevanti għall-interpretazzjoni tal-punt 5 tal-Linji Gwida ETS, li jipprovdi li għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ sabiex jinkiseb il-livell mixtieq ta’ protezzjoni ambjentali?


(1)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji Gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal wara l-2012 (ĠU 2012, C 158, p. 4).

(2)  ĠU 2011, L 130, p. 1.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Frar 2021 – Digi Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

(Kawża C-77/21)

(2021/C 182/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Digi Távközlési és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “limitazzjoni tal-iskop” iddefinit fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta# tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa wkoll konformi ma’ dan il-kunċett il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ipproċessar taħżen b’mod parallel f’bażi tad-data oħra xi data personali li, barra minn hekk, inġabret u nħażnet għal skop speċifiku u leġittimu, jew għall-kuntrarju fis-sens li l-fatt li tinħażen id-data f’bażi tad-data parallela ma għadux kompatibbli mal-iskop leġittimu limitat li għalih id-data inkwistjoni nġabret?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fis-sens li l-ħażna parallela ta’ data hija fiha nnifisha inkompatibbli mal-prinċipju ta’ “limitazzjoni tal-iskop”, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ “limitazzjoni tal-ħażna” stabbilit fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ipproċessar iżżomm b’mod parallel f’bażi tad-data oħra xi data personali li, barra minn hekk, inġabret u nħażnet għal skop leġittimu limitat?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2021 – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-83/21)

(2021/C 182/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd.

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

1)

Kif għandhom jiġu interpretati l-kliem “regolament tekniku” tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u “regola dwar is-servizzi” tas-soċjetà tal-informazzjoni li jinsabu fid-Direttiva (UE) 2015/1535 (1) u, b’mod partikolari, dan il-kliem għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopru wkoll miżuri ta’ natura fiskali li ma humiex immirati direttament biex jirregolaw is-servizz speċifiku tas-soċjetà tal-informazzjoni, iżda li huma ta’ natura li jirregolaw l-eżerċizzju konkret tal-attività fit-territorju tal-Istat Membru, b’mod partikolari billi jiġi impost fuq il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni ta’ proprjetà immobiljari responsabbli, inklużi, għalhekk, dawk li ma humiex stabbiliti f’dan l-Istat u li jipprovdu s-servizzi tagħhom online, obbligi li għandhom il-funzjoni li jikkontribwixxu għall-ġbir effettiv ta’ taxxi dovuti minn sidien il-kera, bħal:

(a)

il-ġbir u l-komunikazzjoni sussegwenti lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ informazzjoni rrelatata ma’ kuntratti ta’ kiri għal żmien qasir konklużi bħala riżultat tal-attività tal-intermedjarju;

(b)

iż-żamma tas-sehem dovut lill-awtoritajiet tat-taxxa tas-somom imħallsa mill-kerrejja lis-sidien tal-kera u l-ħlas sussegwenti ta’ dawn is-somom lit-Teżor Pubbliku?

2)

 

(a)

Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u, jekk jitqiesu applikabbli fil-qasam inkwistjoni, il-prinċipji simili li jirriżultaw mid-Direttivi 2006/123/KE (2) u 2000/31/KE (3) jipprekludi miżura nazzjonali li tipprevedi, impożizzjoni fuq intermedjarji tal-propjetà immobbli attivi fl-Italja – inklużi, konsegwentement, operaturi mhux stabbiliti li jipprovdu s-servizzi tagħhom online – obbligi li tinġabar informazzjoni rrelatata ma’ kuntratti ta’ kiri għal żmien qasir konklużi permezz tagħhom u komunikazzjoni sussegwenti ta’ din l-informazzjoni lill-amministrazzjoni tat-taxxa, għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxi diretti dovuti mill-utenti tas-servizz?

(b)

Il-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u, jekk jitqiesu applikabbli fil-qasam inkwistjoni, il-prinċipji simili li jirriżultaw mid-Direttivi 2006/123/KE u 2000/31/KE jipprekludu miżura nazzjonali li tipprevedi, impożizzjoni fuq intermedjarji tal-propjetà immobbli attivi fl-Italja – inklużi, konsegwentement, operaturi mhux stabbiliti li jipprovdu s-servizzi tagħhom online – li jseħħu matul il-fażi tal-ħlas irrelatata ma’ kuntratti ta’ kiri għal żmien qasir konklużi permezz tagħhom, l-obbligu ta’ ġbir, għall-fini ta’ rkuprar tat-taxxi diretti dovuti mill-utenti tas-servizz, ta’ taxxa minn ras il-għajn minn dawn il-ħlasijiet u ħlas wara lit-Teżor Pubbliku?

(c)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi preċedenti, l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u, jekk jitqiesu applikabbli fil-qasam inkwistjoni, il-prinċipji simili li jirriżultaw mid-Direttivi 2006/123/KE u 2000/31/KE tista’ madankollu tiġi ristretta, skont id-dritt tal-Unjoni, b’miżuri nazzjonali bħal dawk deskritti hawn fuq, taħt (a) u (b), minħabba l-ineffettività, fil-każ kunrarju, tal-impożizzjoni fiskali rrelatata ma’ taxxi diretti dovuti minn utenti tas-servizz?

(d)

l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilit fl-Artikolu 56 TFUE u, jekk jitqiesu applikabbli fil-qasam inkwistjoni, il-prinċipji simili li jirriżultaw mid-Direttivi 2006/123/KE u 2000/31/KE tista’ madankollu tiġi ristretta, skont id-dritt tal-Unjoni, b’miżura nazzjonali li timponi fuq intermedjarji tal-propjetà immobbli mhux stabbiliti fl-Italja, l-obbligu li jaħtru rappreżentant fiskali meħtieġ biex jeżegwixxi, f’isem u għall-intermedjarju mhux stabbilit, il-miżuri nazzjonali deskritti hawn fuq, taħt (b), fid-dawl tal-ineffettività, fil-każ kuntrarju, tal-impożizzjoni fiskali rrelatata ma’ taxxi diretti dovuti mill-utenti tas-servizz?

3)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jkun hemm kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (primarju jew sekondarju) imqajma minn waħda mill-partijiet u assoċjata mal-indikazzjoni preċiża tat-test tad-domandi, il-qorti madankollu tirriżerva d-dritt li tipproċedi bil-formulazzjoni awtonoma ta’ dawn id-domandi, billi tindika b’mod diskrezzjonali, skont l-għarfien u t-twemmin tiegħu, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li huma potenzjalment kuntrarji għal dawn u l-kliem eżatt tad-domandi, sakemm jibqgħu fil-kuntest tas-suġġett tal-kawża, jew hija obbligata tirriproduċi d-domandi kif ifformulati mill-parti li titlob ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari?


(1)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU 2015, L 241, p. 1).

(2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).

(3)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Frar 2021 – Finanzamt R vs W-GmbH

(Kawża C-98/21)

(2021/C 182/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt R

Konvenut: W-GmbH

Domandi preliminari

1.

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija holding ġestjonarja, li twettaq operazzjonijiet taxxabbli fi stadju sussegwenti lil sussidjarji, hija intitolata għal dritt għal tnaqqis anki fir-rigward ta’ servizzi li hija tikseb mingħand terzi u li tikkontribwixxi lil sussidjarji bi skambju għall-għoti ta’ sehem fil-profitt ġenerali, minkejja li s-servizzi fi stadju preċedenti ma jkollhomx rabta diretta u immedjata mal-operazzjonijiet tal-kumpannija holding stess iżda mal-attivitajiet (fil-parti l-kbira) eżentati tas-sussidjarji, li l-imsemmija servizzi ma jkunux inklużi fil-prezz tal-operazzjonijiet taxxabbli (imwettqa favur sussidjarji) u ma jkunux jagħmlux parti mill-ispejjeż ġenerali tal-attività ekonomika tal-kumpannija holding stess?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: hemm abbuż tad-dritt fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta kumpannija holding ġestjonarja li “tintervjeni” fl-akkwist ta’ servizzi għal sussidjarji billi takkwista hija stess is-servizzi li fir-rigward tagħhom is-sussidjarji ma jkollhom ebda dritt għal tnaqqis tat-taxxa mħallsa fi stadju preċedenti fil-każ ta’ akkwist dirett, billi tikkontribwixxi l-imsemmija servizzi lis-sussidjarji bi skambju għall-għoti ta’ sehem fil-profitt tagħhom, u sussegwentement tinvoka dritt għal tnaqqis komplet tat-taxxa mħallsa fi stadju preċedenti minħabba l-kwalità tagħha ta’ kumpannija holding ġestjonarja, jew inkella dan l-intervent jista’ jiġi ġġustifikat għal raġunijiet mhux fiskali, minkejja li d-dritt għal tnaqqis komplet tat-taxxa mħallsa fir-rigward ta’ servizzi fi stadju preċedenti, bħala prinċipju, jikkunfliġġi mas-sistema u jwassal sabiex jinħoloq vantaġġ kompetittiv għal strutturi ta’ kumpanniji holding meta mqabbla ma’ kumpanniji fuq livell wieħed?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/32


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2021 minn Danske Slagtermestre mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-1 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-486/18, Danske Slagtermestre vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-99/21 P)

(2021/C 182/46)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Partijiet

Appellant: Danske Slagtermestre (rappreżentant: H. Sønderby Christenses, advokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-486/18.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali twettaq applikazzjoni żbaljata tar-rekwiżit ta’ inċidenza diretta. Insostenn ta’ dan l-aggravju, l-appellanti ssostni li huwa biżżejjed, sabiex ikun hemm inċidenza diretta, li Danske Slagtermestre spjegat ir-raġunijiet għalfejn is-sistema mtarrġa tista’ tqiegħed il-membri tagħha f’pożizzjoni kompetittiva sfavorevoli (ara s-sentenza tas-6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni, Il-Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il-Kummissjoni vs Ferracci (1)). Għaldaqstant il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi qieset, fil-punt 13 tad-digriet appellat, li Danske Slagtermestre għandha turi liema membri speċifiċi ġew affettwati u kif eżattament is-sistema mtarrġa taffettwa l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali eskludiet il-fatt li r-rekwiżit ta’ inċidenza diretta ma huwiex applikabbli għal każijiet koperti mit-tielet parti tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Għaldaqstant l-appellanti ssostni li d-digriet tal-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żball sa fejn, meta tiġi evalwata l-inċidenza diretta fil-punt 103, dan jagħmel riferiment għall-kunsiderazzjonijiet fil-punti 71 sa 77 dwar interess individwali. Il-Qorti Ġenerali tiddikjara espressament kemm fil-punt 63, li tintroduċi t-taqsima, u fil-punt 82, li tikkonkludiha, li l-punti 71 sa 77 jirrigwardaw il-kriterji għal interess individwali – esklużivament.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali eskludiet il-fatt li l-kriterji applikati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tas-6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni, Il-Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il-Kummissjoni vs Ferracci (C-622/16 P sa C-624/16 P, EU:C:2018:873), jikkonfermaw li r-rekwiżit ta’ inċidenza diretta ġie ssodisfatt f’dan il-każ. Għalhekk Danske Slagtermestre ssostni li hija stabbilixxiet korrettament li (i) l-attivitajiet huma simili, (ii) il-membri tagħha huma attivi fl-istess suq għal oġġetti u servizzi bħall-kumpannija benefiċjarja tal-għajnuna, u (iii) il-membri tagħha huma attivi fl-istess suq ġeografiku bħal-kumpannija benefiċjarja tal-għajnuna. F’dan il-każ, l-attivitajiet tal-membri tagħha ma humiex sempliċement simili iżda huma identiċi għall-atività tal-benefiċjarja tal-għajnuna.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali tuża l-kelma “ipprovat” b’mod żbaljat fil-punt 103 peress li din il-kelma tikkostitwixxi intensifikazzjoni sinjifikanti tal-kliem “spjegat” jew “espost”. B’rabta ma’ dan Danske Slagtermestre ssostni li ma huwiex il-każ li hija ma spjegatx għalfejn il-membri huma esposti għal kompetizzjoni distorta mis-sistema mtarrġa. Ir-rekwiżit li l-benefiċjarja tinħeles mill-ispejjeż li hija normalment ikollha tħallas fl-amministrazzjoni jew l-attivitajiet normali tagħha ta’ kuljum diġà ġie ssodisfatt. Dan jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenza tat-3 ta’ Marzu Heiser (2)).

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe każ, twettaq applikazzjoni żbaljata tal-fatti tal-kawża u, għalhekk, il-punti 71 sa 77 tad-digriet appellat fihom żball ta’ liġi. L-appellanti ssostni, l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali twettaq żball billi tesprimi riżervi fir-rigward ta’ wħud mill-informazzjoni pprovduta minnha minkejja li din l-informazzjoni ma ġietx ikkontestata mill-Kummissjoni jew mill-Gvern Daniż, u, it-tieni nett, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi injorat numru ta’ dettalji importanti li Danske Slagtermestre esponiet diversi drabi fir-rikors, fir-replika u l-annessi tagħha.


(1)  C-622/16 P sa C-624/16 P, EU:C:2018:873, punti 47 u 50.

(2)  C-172/03, EU:C:2005:130, punt 55.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs BC

(Kawża C-106/21)

(2021/C 182/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: BC

Domanda preliminari

Strajk tal-persunal stess tat-trasportatur tal-ajru wara s-sejħa minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs ZR

(Kawża C-107/21)

(2021/C 182/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenut: ZR

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/34


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2021 minn Universität Bremen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-660/19, Universität Bremen vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka

(Kawża C-110/21 P)

(2021/C 182/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Universität Bremen (rappreżentant: C. Schmid, Hochschullehrer)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-660/19, Universität Bremen vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka;

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni, jekk ikun il-każ minn Awla differenti;

tikkonstata li r-rappreżentanza ta’ Universität Bremen mill-għalliem universitarju (Hochschullehrer) Christoph Schmid fil-Kawża T-660/19 hija valida skont is-seba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

sussidjarjament, fil-każ li tiġi miċħuda rappreżentanza valida mill-għalliem universitarju msemmi, tikkonstata li Universität Bremen għandha d-dritt li l-proċedura fil-Kawża T-660/19 titkompla fl-istat attwali tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali b’avukat rappreżentant li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tielet u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut;

tirriżerva d-deċiżjoni finali dwar l-ispejjeż għad-deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali, bil-kundizzjoni li l-konvenuta fl-ewwel istanza tbati l-ispejjeż marbuta mar-rikors preċedenti u mal-appell, irrispettivament mid-deċiżjoni finali tal-Qorti Ġenerali jew, sussidjarjament, tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura preċedenti; tordna li, fiż-żewġ każijiet, il-konvenuta fl-ewwel istanza tirrimborsa lill-appellanti l-ispejjeż ta’ rappreżentanza marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li d-digriet appellat huwa vvizzjat bi żball sa fejn jiddikjara manifestament inammissibbli r-rikors tagħha għall-annullament tad-Deċiżjoni Ares (2019) 4590599 tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) tas-16 ta’ Lulju 2019 minħabba li r-rappreżentanza mill-għalliem universitarju Christoph Schmid hija invalida skont l-Artikolu 126 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. Dan id-digriet tal-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żball ta liġi. L-ewwel, il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li, skont id-dritt tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, l-għalliema universitarji li jistgħu jidhru bħala rappreżentanti ġuridiċi skont il-formulazzjoni u l-istruttura tas-seba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jinsabu f’pożizzjoni pprivileġġata u ma huwiex meħtieġ li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunċett ta’ rappreżentant li jkun avukat indipendenti fis-sens tat-tielet u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut. It-tieni, b’mod sussidjarju, il-Qorti Ġenerali kien imissha fi kwalunkwe każ tat indikazzjoni li kien hemm problemi ta’ ammissibbiltà, kif meħtieġ mid-dritt fundamentali għal smigħ xieraq taħt l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 6(1) tal-KEDB kif ukoll mill-prinċipju ta’ proporzjonalità; alternattivament, tali informazzjoni kellha tiġi indikata, minn tal-inqas, fuq is-sit internet tal-Qorti Ġenerali, pereżempju taħt “Check-list – Rikors”.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/35


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-243/18, VW vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-116/21 P)

(2021/C 182/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, B. Mongin, G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: VW, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2020 (Is-Seba’ Awla), VW vs Il-Kummissjoni, mogħtija fil-Kawża T-243/18;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-legalità tal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (il-punti 46 sa 49 u l-punt 58 tas-sentenza appellata). Il-Kummissjoni ssostni li:

il-Qorti Ġenerali tbiegħdet mill-prinċipju li l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ att tal-Unjoni fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali ma tistax tkun ibbażata fuq allegazzjonijiet relatati mal-konsegwenzi ta’ dan l-att f’każ partikolari;

l-illegalità ta’ dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tkun ibbażata fuq in-natura “irraġonevoli” tal-għażla magħmula mil-leġiżlatur;

il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha li jikkaratterizzaw iż-żewġ sitwazzjonijiet li qegħdin jiġu pparagunati, bi ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza HK vs Il-Kummissjoni (C-460/18 P).

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li s-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal (punti 50 sa 61 tas-sentenza appellata) huma paragunabbli. Il-Kummissjoni tqis li:

id-data taż-żwieġ ma hijiex l-uniku kriterju li jiddistingwi l-Artikolu 18 mill-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-distinzjoni ġejja minn sensiela ta’ fatturi li l-Qorti Ġenerali rrifjutat tieħu inkunsiderazzjoni;

il-Qorti Ġenerali kellha tqis l-iskop tat-tul minimu taż-żwieġ fiż-żewġ dispożizzjonijiet inkwistjoni, li kien jenfasizza d-differenzi bejniethom;

id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età ma hijiex stabbilita.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fuq diversi każijiet ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 65 sa 80 u 81 sa 88 tas-sentenza appellata):

l-ewwel parti tal-aggravju huwa bbażat fuq nuqqas li tittieħed deċiżjoni fir-rigward tal-pensjoni tas-superstiti li tinsab fl-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

it-tieni parti tal-aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-għan intiż li jipprevjeni l-frodi u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 65 sa 80 tas-sentenza appellata);

it-tielet parti tal-aggravju huwa bbażat fuq żball fl-interpretazzjoni tal-għan intiż għall-protezzjoni tal-bilanċ finanzjarju tal-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni (punti 81 sa 88 tas-sentenza appellata).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/36


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-315/19, BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-117/21 P)

(2021/C 182/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, B. Mongin, G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: BT, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale)

Talbiet

tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2020, BT vs Il-Kummissjoni (T-315/19);

tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenuta fl-appell għall-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenuta fl-appell għall-ispejjeż tal-kawża fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna l-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-legalità tal-għażliet imwettqa mil-leġiżlatur u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 42, 49 u 57 tas-sentenza appellata). Il-Kummissjoni tqis li:

il-Qorti Ġenerali injorat il-prinċipju li abbażi tiegħu l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ att tal-Unjoni fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ma tistax tkun ibbażata fuq allegazzjonijiet misluta mill-konsegwenzi ta’ dan l-att f’każ partikolari;

l-illegalità ta’ dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tkun ibbażata fuq in-natura “mhux raġonevoli” tal-għażla magħmula mil-leġiżlatur;

il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jikkaratterizzaw iż-żewġ sitwazzjonijiet li għandhom jitqabblu, bi ksur tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza HK vs Il-Kummissjoni (C-460/18 P).

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li s-sitwazzjonijiet indikati fl-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huma paragunabbli (punti 51 sa 63 tas-sentenza appellata). Il-Kummissjoni ssostni li:

id-data taż-żwieġ ma huwiex l-uniku kriterju li jiddistingwi l-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-distinzjoni hija bbażata fuq sensiela ta’ elementi li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni;

il-Qorti Ġenerali kellha tikkunsidra l-għan tat-tul minumu taż-żwieġ fiż-żewġ dispożizzjonijiet inkwistjoni, li kien ikun wera d-differenzi bejniethom;

id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età ma hijiex stabbilita.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fuq diversi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 66 sa 93 tas-sentenza appellata):

l-ewwel parti tal-aggravju hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jikkonsisti fir-rifjut li titwettaq distinzjoni bejn il-konsegwenzi tal-mewt tal-uffiċjal għall-konjuġi superstiti skont jekk iż-żwieġ ikunx seħħ qabel jew wara d-dħul fis-servizz (punti 87 sa 88 tas-sentenza appellata);

it-tieni parti tal-aggravju hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-għan intiż sabiex tiġi evitata l-frodi u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 66 sa 84 tas-sentenza appellata);

it-tielet parti tal-aggravju hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-għan intiż għall-protezzjoni tal-bilanċ finanzjarju tal-iskema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni (punti 85 sa 93 tas-sentenza appellata).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/37


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-442/17 RENV, RN vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-118/21 P)

(2021/C 182/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, B. Mongin, G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: RN, Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tas-16 ta’ Diċembru 2020, RN vs Il-Kummissjoni (T-442/17 RENV);

tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-iżball ta’ liġi li jikkonsisti fl-estensjoni mill-Qorti Ġenerali tal-ambitu tal-kawża mressqa quddiemha lil hinn mis-suġġett tat-tilwima fuq rinviju kif iddelimitat mill-qorti tal-appell (punti 41 sa 46 tas-sentenza appellata). Il-Kummissjoni targumenta li:

il-portata tar-rinviju ma titħalliex għall-evalwazzjoni tal-qorti tar-rinviju;

il-qorti tal-appell ikkonstatat li l-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal kienu jkopru sitwazzjonijiet differenti. Peress li dawn is-sitwazzjonijiet huma ttrattati b’mod differenti, hija għalhekk impliċitament iżda neċessarjament iddeċidiet b’mod negattiv dwar l-eżistenza ta’ ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;

is-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fuq rinviju tikkontradixxi s-sentenza fuq appell dwar il-kwistjoni madankollu deċiża b’mod definittiv dwar l-eżistenza ta’ diskriminazzjoni.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-legalità tal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur u ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 68 sa 71 u punt 79 tas-sentenza appellata). Skont il-Kummissjoni:

il-Qorti Ġenerali ddevjat mill-prinċipju skont liema l-evalwazzjoni tal-legalità ta’ att tal-Unjoni fid-dawl tad-drittijiet fundamentali ma tistax tkun ibbażata fuq allegazzjonijiet ibbażati fuq konsegwenzi ta’ dan l-att f’każ partikolari;

l-illegalità ta’ dispożizzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal ma tistax tkun ibbażata fuq in-natura “mhux raġonevoli” tal-għażla magħmula mil-leġiżlatur;

il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jikkaratterizzaw iż-żewġ sitwazzjonijiet li għandhom jiġu pparagunati, bi ksur tal-prinċipji stabbiliti mis-sentenza HK vs Il-Kummissjoni (C-460/18 P).

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li huma paragunabbli s-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal (punti 72 sa 85 tas-sentenza appellata). Il-Kummissjoni targumenta li:

id-data taż-żwieġ ma hijiex l-uniku kriterju li jiddistingwi l-Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal. Id-distinzjoni tirrigwarda serje ta’ elementi li l-Qorti Ġenerali rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni;

il-Qorti Ġenerali kien imissha tqis l-għan tat-tul minimu taż-żwieġ fiż-żewġ dispożizzjonijiet inkwistjoni, li kien juri d-differenzi bejniethom;

id-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età ma hijiex stabbilita.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u ta’ diversi istanzi ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (punti 87 sa 88 u 90 sa 113 tas-sentenza appellata):

l-ewwel parti tal-aggravju hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jikkonsisti fir-rifjut li jiġu distinti l-konsegwenzi tal-mewt tal-uffiċjal fuq il-konjuġi superstiti skont jekk iż-żwieġ ġiex ikkuntrattat qabel jew wara s-servizz (punti 87 sa 88 tas-sentenza appellata);

it-tieni parti tal-aggravju hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-għan intiż li tiġi evitata l-frodi u fuq ksur ta’ obbligu ta’ motivazzjoni (punti 90 sa 105 tas-sentenza appellata);

it-tielet parti hija bbażata fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-għan intiż li jiġi ssalvagwardat l-ekwilibriju finanzjarju tas-sistema ta’ pensjonijiet tal-Unjoni (punti 106 sa 113 tas-sentenza appellata).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – LB vs TO

(Kawża C-120/21)

(2021/C 182/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LB

Konvenut: TO

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 194(1) flimkien mal-Artikolu 195 tal-Bürgerlichen Gesetzbuchs (il-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem il-“BGB”), skont liema d-dritt għal-leave annwali mħallas huwa suġġett għal terminu ta’ preskrizzjoni regolari ta’ tliet snin, li l-perjodu tiegħu jibda jiddekorri minn tmiem is-sena li fiha kien disponibbli l-leave, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 199(1) tal-BGB, jekk il-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qegħdet lill-impjegat f’pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal leave tiegħu permezz ta’ talbiet u indikazzjonijiet xierqa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

(Kawża C-122/21)

(2021/C 182/54)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Get Fresh Cosmetics Limited

Konvenut: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti imsemmija fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu huma dawk li, għalkemm ma jkunux oġġetti tal-ikel, ikollhom forma, riħa, kulur, dehra, imballaġġ, tikketta, volum jew daqs, li x’aktarx li l-konsumaturi, speċjalment tfal, jitfixkluhom ma’ oġġetti tal-ikel u bħala konsegwenza jqegħduhom f’ħalqhom, jew isoffuhom jew jibilgħuhom, li jista’ jkun perikoluż kif muri minn informazzjoni oġġettiva u sostanzjata u jista’ jikkawża, pereżempju, fgar, avvelenament, jew il-perforazzjoni jew ix-xkiel tas-sistema diġestiva?

2)

F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward jaqa’ fuq l-awtorità nazzjonali kompetenti li twettaq il-kontroll?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 8, p. 283.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/40


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 minn Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (it-Tielet Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-541/18, Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-123/21 P)

(2021/C 182/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, dikigoros, P. Billiet, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA u Caviro Distillerie Srl

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-541/18;

tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-azzjoni tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-regolament ikkontestat (1), sa fejn dan jirrigwarda lill-appellanti jew, fl-alternattiv, fit-totalità tiegħu, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja; u

tikkundanna lill-konvenuta u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-appellanti ta’ dan l-appell u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-541/18; jew

fl-alternattiv, tirreferi l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni dwar xi talbiet jew it-talbiet kollha tal-appellanti, kif iġġustifikat bl-istat tal-proċedimenti; u

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju tal-appell: il-punti 64, 65 u 74 tas-sentenza kkontestata huma vvizzjati bi żball ta’ liġi meta jitqies li l-legalità ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku (2) ma tistax tiġi mistħarrġa fid-dawl tal-Protokoll ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mad-WTO (iktar ’il quddiem il-“Protokoll ta’ Adeżjoni”). Alternattivament, is-sentenza kkontestata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi billi tonqos milli tirrikonoxxi li l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku huwa eċċezzjoni mill-Artikoli 2(1) sa (6) tar-Regolament Bażiku li speċifikament tista’ tiġi applikata biss għal importazzjonijiet miċ-Ċina fl-Unjoni skont d-dispożizzjonijiet 15(a)(ii) u (d) tal-Protokoll ta’ Adeżjoni u sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma fis-seħħ. L-użu mill-Kummissjoni tal-Arġentina bħala pajjiż analogu fil-każ tal-appellanti kien żbaljat kemm taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tad-WTO. Dan l-approċċ irriżulta f’konstatazzjoni mill-Kummissjoni li kien hemm marġni ta’ dumping għoli ħafna għall-appellanti fejn ma kien ikun hemm xejn, li kieku l-Kummissjoni minflok applikat id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) sa (6) tar-Regolament Bażiku għall-appellanti.

It-tieni aggravju tal-appell: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 103, 106, 109 sa 112, 114, 116, 117, 120 u 121 tas-sentenza kkontestata huma vvizzjati bi żball manifest fl-applikazzjoni tal-liġi meta tiddetermina li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikoli 3(1), (2) u (5) kif ukoll 11(2) u (9) tar-Regolament Baziku u d-dmir tagħha ta’ diliġenza u amministrazzjoni tajba billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-istat tal-industrija tal-aċidu tartariku tal-Unjoni tal-prestazzjoni u l-attivitajiet kummerċjali ta’ Distilerie Mazzari, l-ikbar produttur tal-aċidu tartariku tal-Unjoni, profitabbli u l-iktar li jagħmel suċċess, kif ukoll il-fatt li deċiżjonijiet ta’ investiment maħsuba ħażin ta’ ċerti produtturi tal-aċidu tartariku tal-Unjoni affettwaw il-prestazzjoni tagħhom b’mod ħażin.

It-tielet aggravju tal-appell: il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-punti 138, 139, 145 sa 147, 150 u 152 tas-sentenza kkontestata huma vvizzjati bi żbalji manifesti fl-applikazzjoni tal-liġi meta tiddetermina li l-Kummissjoni ma kisritx l-Artikoli 3(1), (2) u (5) kif ukoll 11(2) tar-Regolament Bażiku u d-dmir ta’ diliġenza tagħha u amministrazzjoni tajba billi rrifjutat li tieħu inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta’ Hangzhou Bioking, l-ikbar esportatur tal-aċidu tartariku lejn l-Unjoni, kif ukoll l-impatt ta’ bidliet fil-klima u d-differenzi bejn l-użu aħħari ta’ aċidu tartariku prodott b’mod sintetiku u naturali fl-evalwazzjoni tagħha tal-possibbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu.

Ir-raba’ aggravju tal-appell: il-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi fil-punti 171 u 173 sa 177 tas-sentenza kkontestata meta kkonkludiet li l-Kummissjoni kienet żvelat il-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha fi żmien xieraq lill-appellanti f’din il-kawża. Li kieku l-Kummissjoni kkonformat mad-doveri tagħha taħt l-Artikoli 3(2), 11(2), 6(7), 19(2) u (4), u 20(2) u (4) tar-Regolament Bażiku kif ukoll l-Artikoli 6(4) u 6(2) tal-Ftehim Antidumping tad-WTO, l-appellanti kienet tissottometti kummenti siewja lill-Kummissjoni u l-vulnerabbiltà riżultanti tal-Unjoni u d-determinazzjonijiet tal-possibbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu kienu jkunu differenti u ta’ benefiċċju għall-appellanti.

Barra minn hekk, l-appellanti tissottometti bir-rispett li l-Qorti Ġenerali żbaljat fil-liġi meta evalwat, taħt l-Artikolu 296 TFUE, it-talbiet tal-appellanti fuq (1) in-nuqqas ta’ bażi legali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku mir-regolament ikkontestat fil-punt 187 tas-sentenza kkontestata; (2) l-istat tal-industrija tal-aċidu tartariku tal-Unjoni fil-punt 188 tas-sentenza kkontestata; u (3) il-possibbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu u r-rilevanza tal-prestazzjoni ta’ Hangzhou Bioking fil-punt 189 tas-sentenza kkontestata. Dawn it-talbiet misshom ġew ittrattati rispettivament fil-kuntest tal-ewwel u r-raba’ talba msemmija fir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/921 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018, L 164, p. 14).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fis-26 ta’ Frar 2021 – Lietuvos notarų rūmai, M. S., S. Š., D. V., V. P., J. P., D. L.-B., D. P., R. O. I. vs Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

(Kawża C-128/21)

(2021/C 182/56)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos notarų rūmai, M. S., S. Š., D. V., V. P., J. P., D. L.-B., D. P., R. O. I.

Konvenuta: Lietuvos Respublikos konkurencijos taryba

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nutara fir-Repubblika tal-Litwanja, meta jwettqu attività relatata mal-kjarifiki adottati mill-Kunsill Notarili li huma deskritti f’din il-kawża, jikkostitwixxu impriża fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE?

2)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kjarifiki adottati mill-Kunsill tan-Nutara Litwan li huma deskritti f’din il-kawża jikkostitwixxu deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, l-għan jew effett ta’ dawn il-kjarifiki huwa l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

4)

F’deċiżjoni dwar eventwali ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, dawn il-kjarifiki, deskritti f’din il-kawża, għandhom jiġu evalwati bi qbil mal-kriterji stabbiliti fil-punt 97 tas-sentenza Wouters (1)?

5)

Fil-każ li r-risposta għar-raba’ domanda tkun fl-affermattiv, l-għanijiet imsemmija mir-rikorrenti, jiġifieri li l-prattika notarili ssir uniformi, il-mili ta’ lakuna regolatorja, il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, is-salvagwardja tal-prinċipji ta’ trattament ugwali tal-konsumaturi u ta’ proporzjonalità, u l-protezzjoni tan-nutara kontra responsabbiltà ċivili mhux ġustifikata, jikkostitwixxu għanijiet leġittimi fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-kjarifiki bi qbil mal-kriterji stabbiliti fil-punt 97 tas-sentenza Wouters?

6)

Fil-każ li r-risposta għall-ħames domanda tkun fl-affermattiv, ir-restrizzjonijiet imposti f’dawk il-kjarifiki għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawn l-għanijiet?

7)

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li nutara li kienu membri tal-presidium jistgħu jiġu kkunsidrati li kisru dan l-artikolu u jistgħu jiġu mmultati minħabba li pparteċipaw fl-adozzjoni tal-kjarifiki deskritti f’din il-kawża filwaqt li kienu jaħdmu bħala nutara?


(1)  Sentenza tad-19 ta’ Frar 2002, C-309/99, EU:C:2002:98.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/42


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2021 minn Lukáš Wagenknecht mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-17 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-350/20, Wagenknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-130/21 P)

(2021/C 182/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Lukáš Wagenknecht (rappreżentant: A. Koller, advokátka)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tannulla kompletament id-digriet tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-350/20, Wagenknecht vs Il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ imparzjalità minħabba l-konflitt ta’ interess tal-imħallef Laitenberger tal-Qorti Ġenerali li jirriżulta minn, l-ewwel, il-fatt li sal-2019 kien impjegat bħala Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u, it-tieni, li fi ħdan dik il-kariga huwa ta fl-2018 f'komunikazzjoni mal-appellant fehma uffiċjali permezz tal-kelliem tiegħu, li fiha qal li l-Kummissjoni Ewropea għandha tevita li teżamina għajnuna mill-Istat possibbilment illegali lill-Ggrofert Group. Sitwazzjoni bħal din tagħti impressjoni oġġettiva ta’ konflitt ta’ interess tal-imħallef Laitenberger, irrispettivament minn jekk ġietx miksura regola konkreta ta’ konflitt ta’ interess.

It-tieni aggravju huwa bbbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ kuxjenza tal-imħallfin tal-Qorti Ġenerali li jirriżulta mill-inkapaċità tagħhom li jirrikonoxxu l-importanza fundamentali ta’ din il-kawża fir-rigward tal-funzjonament istituzzjonali bażiku tal-Unjoni Ewropea u l-valuri fundamentali tagħha u l-aġġustament tal-proċedura u d-digriet li jirriżulta għal dawn l-aspetti.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ indipendenza tat-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali minħabba li qablet b’mod mhux kritiku mal-istrateġija ta’ litigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jiġi evitat kontroll sostantiv tal-atti tagħha bħala istituzzjoni pubblika kif ukoll li effettivament abbandunat l-istħarriġ ġudizzjarju tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, fir-rigward tal-obbligu tagħhom li jinfurzaw il-projbizzjoni ta’ konflitt ta# interess fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni.

Ir-raba’ aggravju huwa baażat fuq ċaħda tal-ġustizzja lill-appellant mill-Qorti Ġenerali billi ma ppermettietx li jiġu ssanzjonati istituzzjonijiet pubbliċi tal-Unjoni, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, fil-każ ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet konkreti tal-liġi tal-Unjoni u tal-valuri fundamentali tal-Unjoni. Li jiġi ostakolat li ċittadini tal-Unjoni u r-rappreżentanti eletti tagħhom iħarrku tali istituzzjonijiet għan-nuqqas ta’ azzjoni ikkostitwixxi “ċaħda tal-ġustizzja”.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-ħajja tal-appellant peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx id-dikjarazzjoni tal-appellant li tagħha ġew prodotti provi li ħajtu hija mhedda minħabba l-affermazzjoni tad-drittijiet tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja dwar, għalkemm indirettament, il-konflitt ta ’interess tal-Prim Ministru Ċek Andrej Babiš.

Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smiegħ xieraq skont l-Artikolu 6(1) tal-KEDB u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Dritt Fundamentali tal-Unjoni minħabba, l-ewwel, l-assenza ta’ evalwazzjoni tal-parti l-kbira tal-argumenti tar-rikorrent li jirriżultaw mill-injoranza kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva tal-argumenti tal-appellant, it-tieni, l-użu ta ’ “zbalji fl-argumentazzjoni” fir-rigward tal-ftit argumenti tal-appellant li jikkonsistu f’miżinterpretazzjoni pożittiva u negattiva tal-argumenti tal-appellant u, it-tielet, assenza ta’ kwalunkwe evalwazzjoni tal-argumenti tal-appellant.

Is-seba’ aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-valur fundamentali tad-demokrazija minħabba l-fatt li dewmien ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex isolvu l-problema ta’ konflitt ta’ interess tal-Prim Ministru Ċek hija ta’ vantaġġ għalihom peress li tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri l-oħra sabiex “jiġbdu l-kunsens” iktar faċilment mir-Repubblika Ċeka fil-Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet li huma fl-interess ta’ dawk l-Istati Membri l-oħra u tal-Kummissjoni Ewropea, iżda mhux fl-interess tar-Repubblika Ċeka, li effettivament inaqqas il-valur tal-voti li r-Repubblika Ċeka għandha bħala Stat Membru fil-Kunsill Ewropew.

It-tmien aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-valur fundamentali tal-istat tad-dritt mill-Qorti Ġenerali meta tiddikjara fuq dan il-punt li membru ta’ Parlament ta’ Stat Membru ma għandu l-ebda interess li jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk il-fergħa eżekuttiva tal-Unjoni (il-Kummissjoni) tosservax l-obbligi li jirriżultaw għaliha mil-leġiżlazzjoni vinkolanti tal-Unjoni u li ma hemm l-ebda interess ta’ persuna taxxabbli tal-Unjoni li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tar-rappreżentant elett tagħha, president tal-Kumitat Permanenti tar-Repubblika Ċeka, l-istħarriġ tal-legalità tat-tqassim tal-fondi pubbliċi u ta’ jekk il-fergħa eżekuttiva tal-Umjoni (il-Kummissjoni) tosservax u timplimentax ir-regoli dwar tqassim xieraq tal-flus tal-persuni taxxabbli.

Id-disa’ aggravju ibbażat fuq il-ksur tal-valur fundamentali tal-ugwaljanza quddiem il-liġi mill-Qorti Ġenerali peress li l-Unjoni ma tibqax organizzazzjoni internazzjonali li tirrispetta l-valur fundamentali tal-ugwaljanza quddiem il-liġi jekk, kif iddikjarat mill-Kummissjoni u kkonfermat mill-Qorti Ġenerali, xi persuni u istituzzjonijiet (dawk nazzjonali) ikunu marbuta bl-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju (1) u bl-Artikolu 325(1) TFUE, filwaqt li persuni oħra (il-Kummissarji) u istituzzjonijiet (il-Kummissjoni) effettivament ma jkunux marbuta bih għax ma jkun hemm ħadd li jħarrikhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’każ li dawn l-aħħar tnejn jiksru dawk l-artikoli bin-nuqqas tagħhom li jaġixxu li jikkonsistu f’nuqqas ta’ rispett tal-obbligi li jirriżultaw minn dawk l-artikoli.

L-għaxar aggravju ibbażat fuq il-ksur tal-valur fundamentali tal-istat tad-dritt minħabba li n-nuqqas li tittieħed azzjoni, li jikser il-valuri fundamentali tal-Unjoni, ma jistax jiġi korrett bir-nuqqas tal-Kummissjoni li tittieħed azzjoni.

Il-ħdax-il aggravju ibbażat fuq il-ksur ta’ prinċipji komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri, jiġifieri l-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ konflitt ta’ interess ta’ uffiċjali pubbliċi, inklużi membri tal-gvern, li jinvolvi wkoll infurzar effettiv ta ’dan il-prinċipju, li, min-naħa tiegħu, jippresupponi possibbiltà għal persuna b’interess differenti minn dak ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, li tressaq azzjoni għan-nuqqas tal-Kummissjoni Ewropea li tinforza b’mod effettiv il-projbizzjoni ta’ konflitt ta’ interess.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36)


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta’ Marzu 2021 – Proċeduri kriminali kontra KI

(Kawża C-131/21)

(2021/C 182/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

KI

Domanda preliminari

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – interpretata fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-1950 (“KEDB”) u tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – tipprekludi l-eżerċizzju ta’ azzjoni kriminali li tirrigwarda parzjalment fatti li għalihom ġiet imposta fuq l-akkużat, fi proċedura amministrattiva ta’ sanzjoni u permezz ta’ deċiżjoni finali, multa li għandha titħallas fuq il-post li, bħala konsegwenza tal-fatt li ma tħallsitx, ġiet ittrasformata f’piena li ċċaħħad il-libertà b’deċiżjoni ġudizzjarja?


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/44


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Marzu 2021 – Deutsche Lufthansa AG vs GD u WT

(Kawża C-135/21)

(2021/C 182/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Deutsche Lufthansa AG

Konvenuti: GD, WT

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati stess tal-kumpannija tal-ajru li jkun imsejjaħ minn sindakat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja kif previst fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/45


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-315/19, BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-138/21 P)

(2021/C 182/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: BT, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Association internationale des anciens de l’Union européenne (AIACE Internationale)

Talbiet

Tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza appellata;

Tisma’ l-kawża u tiċħad ir-rikors tal-ewwel istanza bħala infondat;

Tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, il-Kunsill iressaq erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju, imressaq b’mod prinċipali, huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-eżistenza ta’ differenza fit-trattament, għall-finijiet tal-għoti ta ’pensjoni tas-superstiti skont l-Artikolu 18 jew l-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, bejn, minn naħa, il-konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal li kkuntratta żwieġ qabel il-waqfien tal-attività tal-persuna kkonċernata u, min-naħa l-oħra, il-konjuġi superstiti ta’ ex uffiċjal li kkuntratta żwieġ wara l-waqfien tal-attività. Skont il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali ma evalwatx il-komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni fid-dawl tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom, inklużi, b’mod partikolari, is-sitwazzjonijiet legali rispettivi, fid-dawl tas-suġġett u tal-iskop tal-att tal-Unjoni li jagħmel id-distinzjoni inkwistjoni, jiġifieri r-Regolamenti tal-Persunal fl-intier tagħhom. Il-Qorti Ġenerali għalhekk wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat li d-data tal-konklużjoni taż-żwieġ hija l-uniku element li għandu jiddetermina l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 jew tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, meta l-fattur li jiġġustifika d-differenza fit-trattament huwa d-differenza fundamentali, fattwali u legali, bejn is-sitwazzjoni legali ta’ uffiċjal imqiegħed f’waħda mill-pożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 35 tar-Regolamenti tal-Persunal u dik ta’ ex uffiċjal.

It-tieni aggravju, imressaq b’mod sussidjarju, huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi li jikkonċernaw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju fuq l-għażliet tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-eżistenza ta ’marġni ta’ manuvrar “sempliċi” min-naħa tal-leġiżlatur tal-Unjoni li “jimplika l-ħtieġa li jiġi vverifikat jekk ma jidhirx irraġonevoli li l-leġiżlatur tal-Unjoni jikkunsidra li d-differenza fit-trattament stabbilita tista’ tkun xierqa u neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan imfittex”. Madankollu, il-qorti tirrikonoxxi li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu, setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-oqsma fejn l-azzjoni tiegħu tinvolvi għażliet ta’ natura politika, ekonomika jew soċjali, u fejn huwa msejjaħ sabiex iwettaq valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, li huwa l-każ fil-qasam tal-amministrazzjoni ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali. Għalhekk, ma hijiex kwistjoni ta’ jekk miżura adottata f’tali qasam kinitx l-unika jew l-aħjar possibbli. Fil-fatt, hija biss in-natura manifestament mhux xierqa ta’ din tal-aħħar fir-rigward tal-għan li l-istituzzjonijiet kompetenti huma intiżi li jsegwu li tista’ taffettwa l-legalità ta’ din il-miżura. Billi wettqet stħarriġ li jmur lil hinn min-natura manifestament mhux xierqa tal-miżura inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet l-evalwazzjoni tal-leġiżlatur b’dik tagħha u għalhekk qabżet il-limiti tal-istħarriġ tal-legalità tagħha.

It-tielet aggravju, imressaq b’mod sussidjarju, huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-eżami tal-ġustifikazzjoni tad-differenza fit-trattament. Dan l-eżami huwa, fl-ewwel lok, ivvizzjat mill-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta ddefinixxiet l-estent tal-istħarriġ tagħha tal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali injorat il-ġurisprudenza li skontha hija r-rikorrenti li għandha ġġib il-prova tal-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva mad-dritt primarju, u mhux l-istituzzjonijiet li oriġinaw l-att li għandhom jipprovaw il-legalità tagħha. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta eżaminat il-ġustifikazzjoni għad-differenza fit-trattament fid-dawl ta’ ġurisprudenza li skontha preżunzjoni ġenerali ta’ frodi ma tistax tkun biżżejjed sabiex tiġġustifika miżura li timmina l-għanijiet tat-Trattat FUE, sabiex tikkonkludi li l-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi “preżunzjoni ġenerali u inkonfutabbli ta’ frodi kontra ż-żwiġijiet li jkunu damu inqas minn ħames snin”.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tal-età. Fl-ewwel lok, fil-punt 61 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tibbaża ruħha kemm fuq l-età tal-konjuġi superstiti kif ukoll fuq dik tal-uffiċjal jew tal-ex uffiċjal, b’mod li tinjora l-obbligu ta’ motivazzjoni. Fit-tieni lok, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ żvantaġġ partikolari għall-persuni ta’ ċerta età jew ta’ firxa ta’ età preċiża tiddependi, b’mod partikolari, mill-prova li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni taffettwa b’mod negattiv proporzjon sinjifikattivament ikbar ta’ persuni ta’ ċerta età b’paragun ma’ persuni ta’ età oħra, li hija nieqsa f’dan il-każ. Fl-aħħar lok, jekk wieħed jassumi li hemm differenza fit-trattament ibbażata indirettament fuq l-età tal-ex uffiċjal fid-data li fiha huwa kkuntratta żwieġ, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina jekk din id-differenza kinitx madankollu konformi mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jekk din kinitx tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tagħha.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/46


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-243/18, VW vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-139/21 P)

(2021/C 182/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: VW, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi l-kawża u tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fil-kuntest ta’ din il-proċedura u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Kunsill jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju, invokat prinċipalment, huwa bbażat fuq żbalji ta’ dritt f’dak li jikkonċerna l-eżistenza ta’ differenza fit-trattament, għall-finijiet tal-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti abbażi tal-Artikolu 18 jew tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, bejn, minn naħa, il-konjuġi superstiti ta’ eks uffiċjal li żżewweġ qabel ma ntemmet l-attività ta’ dan tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, il-konjuġi superstiti ta’ eks uffiċjal li żżewweġ wara li ntemmet l-attività. F’dan ir-rigward, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx il-paragunabbiltà tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni fir-rigward tal-elementi kollha li jikkaratterizzawhom, inklużi, partikolarment, is-sitwazzjonijiet legali rispettivi, fid-dawl tal-għan u tal-iskop tal-att tal-Unjoni li jistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni, jiġifieri r-Regolamenti tal-Persunal fl-intier tagħhom. B’hekk il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt billi kkonstatat li d-data tal-konklużjoni taż-żwieġ hija l-unika element li jiddetermina l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 jew tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li dak li jiġġustifika d-differenza fit-trattament hija d-differenza fundamentali, fattwali u legali bejn is-sitwazzjoni legali ta’ uffiċjal li jinsab f’waħda mill-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolamenti tal-Persunal u dik ta’ eks uffiċjal.

It-tieni aggravju, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq żbalji ta’ dritt li jikkonċernaw il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju fuq l-għażliet tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Skont il-Kunsill, il-Qorti Ġenerali rreferiet għall-eżistenza ta’ “sempliċi” marġni ta’ manuvra tal-leġiżlatur tal-Unjoni li “jimplika n-neċessità li jiġi vverifikat jekk ma jidhirx li huwa irraġonevoli li l-leġiżlatur tal-Unjoni jqis li d-differenza fit-trattament stabbilita tista’ tkun xierqa u neċessarja għall-finijiet tat-twettiq tal-għan li għandu jintlaħaq”. Issa, il-qorti tirrikonoxxi lil-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilu, setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-oqsma fejn l-azzjoni tiegħu timplika għażliet ta’ natura kemm politika kif ukoll ekonomika jew soċjali, u fejn għandu jwettaq kunsiderazzjonijiet u evalwazzjonijiet kumplessi, kif inhu l-każ fil-qasam tat-tfassil ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali. B’hekk, il-kwistjoni ma hijiex jekk miżura deċiża f’tali qasam kinitx l-unika jew l-aħjar possibbli. Fil-fatt, hija biss in-natura manifestament mhux xierqa tagħha fir-rigward tal-għan li l-istituzzjonijiet kompetenti jixtiequ jilħqu li tista’ taffettwa l-legalità ta’ din il-miżura. Meta wettqet stħarriġ li jmur lil hinn min-natura manifestament mhux xierqa tal-miżura inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet l-evalwazzjoni tagħha stess għal dik tal-leġiżlatur u b’hekk eċċediet il-limiti tal-istħarriġ tal-legalità tagħha.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ dritt imwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-eżami tan-natura ġġustifikata tad-differenza fit-trattament. Qabel kollox, dan l-eżami huwa vvizjat mill-iżball ta’ dritt imwettaq mill-Qorti Ġenerali f’dak li jikkonċerna d-definizzjoni tal-portata tal-istħarriġ tagħha tal-għażliet magħmula mil-leġiżlatur. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali injorat il-ġurisprudenza li tgħid li huwa r-rikorrent li għandu jressaq il-prova tal-inkompatibbiltà ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva mad-dritt primarju, u mhux l-istituzzjonijiet awturi tal-att li għandhom jipprovaw il-legalità tagħha. Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt meta eżaminat in-natura ġġustifikata tad-differenza fit-trattament fid-dawl ta’ ġurisprudenza li tgħid li preżunzjoni ġenerali ta’ frodi ma tistax tkun biżżejjed sabiex tiġġustifika miżura li tikser l-għanijiet tat-Trattat FUE, biex jiġi konkluż li l-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi “preżunzjoni ġenerali u inkonfutabbli ta’ frodi fil-konfront taż-żwiġijiet li jkunu damu inqas minn ħames snin”.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/47


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-8 ta’ Marzu 2021 – Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France vs Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

(Kawża C-147/21)

(2021/C 182/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Comité interprofessionnel des huiles essentielles françaises (CIHEF), Florame, Hyteck Aroma-Zone, Laboratoires Gilbert, Laboratoire Léa Nature, Laboratoires Oméga Pharma France, Pierre Fabre Médicament, Pranarom France, Puressentiel France

Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Premier ministre

Domanda preliminari

Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1) jipprekludi li Stat Membru jadotta, fl-interess tas-saħħa pubblika u tal-ambjent, regoli restrittivi fil-qasam tal-prattiki kummerċjali u tar-reklamar, bħal dawk li jipprevedu l-Artikoli L. 522-18 u L. 522-5-3 tal-code de l’environnement (il-Kodiċi dwar l-Ambjent)? Jekk dan ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet Stat Membru jkun jista’ jadotta tali miżuri?


(1)  ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 280, p. 57.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/48


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 minn Fakro sp. z o.o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-515/18, Fakro vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-149/21 P)

(2021/C 182/63)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellant: Fakro sp. z o.o (rappreżentanti: A. Radkowiak-Macuda u Z. Kiedacz, radcy prawni)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla parzjalment is-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali, jiġiferi l-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza;

tagħti deċiżjoni finali għall-kawża u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, li huwa maqsum f’żewġ partijiet prinċipali, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 105(1) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 102 TFUE, u dan billi aċċettat li:

1)

il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest meta qieset li l-interess tal-Unjoni li jsir eżami ulterjuri tal-każ kien baxx u meta ċaħdet l-ilment fuq il-bażi li huwa ta’ prijorità baxxa. Dan l-aggravju jinqasam f’erba’ lmenti speċifiċi li jirrigwardaw żball ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali billi aċċettat li: (i) il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest meta ddeċidiet li teżisti biss possibbiltà limitata li l-eżistenza tal-allegat ksur tiġi stabbilita, (ii) il-Kumissjoni ma wettqitx żball manifest meta ddeċidiet li l-portata tal-investigazzjoni neċessarja hija sproporzjonata għall-possibbiltà li l-eżistenza tal-allegat ksur tiġi stabbilita, (iii) il-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest meta ma wiżnitx l-effett tal-ksur allegat fuq il-funzjonament tas-suq intern, u li (iv) kundizzjonijiet oħra għall-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni għajr dawk adottati mill-Kummissjoni huma inammissibbli;

2)

żewġ kanali ta’ distribuzzjoni ta’ tamboċċi (bejgħ għal investiment jew bejgħ ieħor) ma jikkostitwixxux provvisti ekwivalenti.

Permezz tat-tieni aggravju, li jinqasam f’żewġ partijiet, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, iktar ’il quddiem il-“Karta”), flimkien mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti (Artikolu 47 tal-Karta) kif ukoll l-Artikolu 102 TFUE minħabba l-interpretazzjoni żbaljata min-naħa tagħha fejn hija aċċettat li:

1)

it-tul tal-proċeduraimenti quddiem il-Kummissjoni u n-nuqqas ta’ għoti ta’ deċiżjoni fuq il-mertu ma kellux effett fuq il-possibbiltà li Farko tasserixxi d-drittijiet fundamentali tagħha;

2)

f’dan il-każ il-Kummissjoni ma wettqitx ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità u, konsegwentement, aċċettat li l-istabbiliment ta’ nuqqas ta’ interess tal-Unjoni li l-kawża tinstema’ ma kienx ibbażat fuq raġunijiet diskriminatorji.

Permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt fil-forma ta’ effett utli (effet utile) tal-Artikolu 102 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 17(1) TUE, mal-Artikolu 105 TUE, mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, billi aċċettat li l-Kummissjoni ma kellhiex kompetenza esklużiva sabiex tmexxi l-proċedura, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tanalizza s-sitwazzjoni ta’ Fakro fir-rigward tal-possibbiltà effettiva ta’ investigazzjoni, minnha, tad-drittijiet koperti mill-ilment lill-Kummissjoni, filwaqt li Fakro, sabiex tasserixxi d-drittijiet tagħha kienet obbligata tibda, b’mod parallel mal-proċedura mmexxija mill-Kummissjoni, azzjonijiet legali quddiem l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u quddiem il-qrati fit-territorji tal-Istati Membri ta’ fejn twettqu l-ksur ikkontestat.

Permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 296 TFUE permezz tal-interpretazzjoni żbaljata tagħha u billi aċċettat li l-Kummissjoni ma kisritx l-obbligu li tagħti motivazzjoni xierqa fil-kuntest ta’ ditti f’kompetizzjoni u tnaqqis fuq l-investiment.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/49


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2021 – Islamic Republic of Iran Shipping Lines, Hafize Darya Shipping Lines (HDSL), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID), Khazar Sea Shipping Lines Co., Rahbaran Omid Darya Ship Management Co., Irinvestship Ltd, IRISL Europe GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-506/19) (1)

(2021/C 182/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 319, 23.09.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/49


Digriet tal-President tas-Seba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Montreuil – Franza) – Bank of China Limited vs Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-737/19) (1)

(2021/C 182/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/49


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – Il-Ġermanja) – PR, BV vs Germanwings GmbH

(Kawża C-558/20) (1)

(2021/C 182/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 28, 25.1.2021.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/50


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – Il-Ġermanja) – Germanwings GmbH vs KV

(Kawża C-8/21) (1)

(2021/C 182/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża


(1)  ĠU C 88, 15.03.2021.


Il-Qorti Ġenerali

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – FMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-719/17) (1)

(“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva flupirsulfuron-metil - Nuqqas ta’ tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Proċedura ta’ evalwazzjoni - Proposta ta’ klassifikazzjoni ta’ sustanza attiva - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Aspettattivi leġittimi”)

(2021/C 182/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: FMC Corporation (Philadelphia, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, I. Antypas u A. Accarain, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, G. Koleva u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 218, p. 7).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FMC Corporation għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċedura ta’ sostituzzjoni u mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 22, 22.1.2018.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – EJ vs BEI

(Kawża T-585/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Spejjeż tat-trasport - Allowance doppja għall-wild dipendenti - Wild b’mard serju - Limitazzjoni tal-benefiċċju retroattiva tat-teħid tar-responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż u għal din l-allowance doppja - Terminu raġonevoli - Dmir ta’ premura - Rikors għal annullament u għad-danni”)

(2021/C 182/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EJ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: J. Klein, M. Loizou u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal_Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Frar 2018 li tillimita għal tmintax-il xahar il-benefiċċju retroattiva tat-teħid tar-responsabbiltà għall-ispejjeż rikorrenti ta’ trasport sostnuti mir-rikorrenti minħabba l-mard serju ta’ wildha kif ukoll tad-deċiżjonitat-23 ta’ Marzu 2018 li tillimita għal ħames snin il-benefiċċju retroattiva tal-allowance doppja għall-wild dipendenti u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għanda tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Productos Jamaica vs EUIPO – Alada 1850 (flordeJamaica)

(Kawża T-739/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 182/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Jamaica SL (Algezares, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Crespo Carrillo u S. Palmero Cabezas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Alada 1850, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 (Kawżi magħquda R 1431/2018-1 u R 1440/2018-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Alada 1850 u Productos Jamaica.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Productos Jamaica, SL u Alada 1850, SL huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – PNB Banka vs BĊE

(Kawża T-50/20) (1)

(“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Proċedura ta’ insolvenza - Rifjut tal-BĊE li jilqa’ t-talba tal-Bord tad Diretturi ta’ istituzzjoni ta’ kreditu intiża sabiex tingħata struzzjoni lill amministratur legali tal-imsemmija istituzzjoni li jagħti lill-avukat imqabbad minn dan il-bord l-aċċess għall-bini, għall-informazzjoni, għall-persunal u għar riżorsi ta’ din l-istituzzjoni - Kompetenza tal-awtur tal-att - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 182/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PNB Banka AS (Riga, il-Latvja) (rappreżentant: O. Behrends, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, F. Bonnard u V. Hümpfner, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tad-19 ta’ Novembru 2019 li tirrifjuta li tordna lill-amministratur legali tar-rikorrenti jagħti lill-avukat imqabbad mill-Bord tad-Diretturi ta’ din tal-aħħar l-aċċess għall-bini tagħha, għall-informazzjoni fil-pussess tagħha kif ukoll għall-persunal u għar-riżorsi tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ippreżentata mir-Repubblika tal-Latvja.

3)

PNB Banka AS hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mat-talba għal intervent.

4)

PNB Banka, il-BĊE u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 114, 6.4.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – 3M Belgium vs ECHA

(Kawża T-160/20) (1)

(“Rikors għal annullament - REACH - Identifikazzjoni tal-aċidu perfluwobutanesulfoniku (PFBS) u tal-imluħ tiegħu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Inklużjoni ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bil-għan ta’ inklużjoni eventwali fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Artikolu 59(10) tar-Regolament Nru 1907/2006 - Artikolu 59 tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)

(2021/C 182/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 3M Belgium (Diegem, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-P. Montfort u T. Delille, avukati)

Konvenut(a)(i): Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ED/71/2019 tal-ECHA tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar l-inklużjoni tal-aċidu perfluworobutanesulfoniku u tal-imluħ tiegħu fil-lista ta’ sustanzi identifikati bil-ħsieb li eventwalment jiġu inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar l-intervent tal-Kunsill Ewropew tal-Industrija Kimika (CEFIC).

3)

3M Belgium hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

3M Belgium, l-ECHA u ċ-CEFIC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2021 – Techniplan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-426/20) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - FEŻ - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Ksur ta’ rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)

(2021/C 182/73)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Techniplan Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Bonavita, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, apparentement, għall-annullament tal-ittra elettronika tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2020 u tan-nota ta’ debitu annessa ma’ din l-ittra u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Techniplan Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/55


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2021 – Indofil Industries (Netherlands) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-742/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2087 - Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 182/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Indofil Industries (Netherlands) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Eworpea (rappreżentanti: A. Dawes, I. Naglis u G. Koleva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2087 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2020, L 423, p. 50).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/55


Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2021 – Ciano Trading & Services CT & S et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 182/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent(i): Ciano Trading & Services CT & S SpA (Fiumicino, l-Italja) Silvia Brizio (Venaria Reale, l-Italja), Laurence André (Grivegnée, il-Belġju), Lidia Pacitti (Neder-over-Heembeek, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Gillet u S. Van Besien, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Van Noyen u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, b’mod partikolari u essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2020 li tannulla s-sejħa għall-offerti OIB/2019/CPN/0039 għall-konklużjoni ta’ kuntratt għall-ġestjoni/operat ta’ konċessjoni ta’ servizzi ta’ forniment sostenibbli kollettiv ta’ ikel, inklużi servizzi ta’ ikliet, ta’ xorb għal-laqgħat kif ukoll ikel għat-tfal.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/56


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OQ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-713/20)

(2021/C 182/76)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrent: OQ (rappreżentant: R. Štaba, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

b’konformità mal-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal tat-3 ta’ Settembru 2020, adottata fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/378/20 (AD7) – Ġuristi lingwista (AD 7) fil-lingwa Kroata (HR), qasam: ġuristi lingwista fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 72 A – tal-5 ta’ Marzu 2020, u

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal tat-12 ta’ Ottubru 2020, adottata fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/378/20 (AD7) – Ġuristi lingwista (AD 7) fil-lingwa Kroata (HR), qasam: ġuristi lingwista fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 72 A – tal-5 ta’ Marzu 2020,

u tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta marret lil hinn mis-setgħat tagħha.

Fit-12 ta’ Ottubru 2020, l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal adotta deċiżjoni li permezz tagħha ċaħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-3 ta’ Settembru 2020 dwar l-esklużjoni tagħha mill-pass segwenti tal-kompetizzjoni minħabba li, b’mod partikolari, hija ma għandhiex kwalifika fid-dritt Kroat u lanqas konoxxenza tad-dritt Kroat u li d-digriet tat-13 ta’ Marzu 2013 li jirrikonoxxilha din il-kwalifika fir-Repubblika tal-Kroazja ma jinkludix paragun tal-programmi ta’ studju. B’dan il-mod, l-EPSO għamel l-evalwazzjoni proprja tiegħu, minkejja li ebda dispożizzjoni fid-dritt tal-Unjoni ma tagħtih il-kompetenza f’dan is-sens, u, b’hekk, l-EPSO kiser il-prinċipju tat-tqassim tal-kompetenzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea u mar lil hinn mill-kompetenzi tiegħu, għaliex huwa paċifiku li l-evalwazzjoni tal-kwalifiki barranin għandha ssir esklużivament mill-awtorità nazzjonali legalment awtorizzata għal dan il-għan, li hija, f’dan il-każ, l-Agencija za znanost i visoko obrazovanje (l-Aġenzija Kroata tax-Xjenzi u l-Istudji Superjuri), b’konformità mal-liġi dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki barranin, mar-regoli dwar l-evalwazzjoni tal-kwalifiki barranin ta’ studji superjuri u mal-kriterji ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent professjonali. Ġie miksur prinċipju fundamentali, jiġifieri l-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti.

L-EPSO aġixxa b’mod arbitrarju u b’mod diskrezzjonarju billi ma ħa inkunsiderazzjoni la l-leġiżlazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, la l-ġurisprudenza tal-Ustavni Sud (il-Qorti Kostituzzjonali) tar-Repubblika tal-Kroazja u d-digriet tal-Aġenzija tax-Xjenzi u l-Istudji Superjuri tat-13 ta’ Marzu 2013, li rrikonoxxa l-kwalifika barranija tar-rikorrenti, u lanqas il-fatt li r-rikorrenti ġiet irreġistrata fil-lista ta’ avukati bi prova mal-Kamra tal-Avukati Kroata, b’konformità mal-Liġi Kroata dwar il-professjoni ta’ avukat, u li, għall-għan ta’ din ir-reġistrazzjoni, il-kwalifika barranija tar-rikorrenti ġiet ikkunsidrata bħala ekwivalenti għall-kwalifika Kroata neċessarja għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ avukat bi prova. Ir-rikorrenti wettqet il-prattika tagħha ma’ uffiċju ta’ avukati u minn dan jirriżulta b’mod ċar, kuntrarjament għall-allegazzjonijiet tal-konvenuta, li r-rikorrenti għandha konoxxenza tas-sistema legali Kroata kif ukoll tad-dritt Kroat u li għandha livell suffiċjenti ta’ konoxxenza professjonali u ta’ esperjenza għall-pożizzjoni kkonċernata, li għaliha hija organizzata l-kompetizzjoni (ir-rikorrenti, fil-frattemp, laħqet għamlet b’suċċess l-eżami tal-warrant). L-EPSO lanqas ma ħa inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti għandha iktar minn tliet snin ta’ esperjenza fil-qasam tat-traduzzjoni.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/57


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2021 – Sánchez-Gavito León vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-100/21)

(2021/C 182/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Maria del Carmen Sánchez-Gavito León (Reston, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Veissiere, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara bħala illegali n-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-konvenuti;

tordna lill-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-konvenuti, bħala membru tal-Kumitat Konsultattiv Internazzjonali dwar il-Qoton (iktar ’il quddiem il-“KKIQ”), sabiex tieħu azzjoni kontra d-Direttur Eżekuttiv tal-KKIQ għal mġiba ħażina;

tordna s-sospensjoni immedjata tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-KKIQ sakemm il-KKIQ tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem kif protetti bit-Trattati tal-Unjoni;

tordna lill-Unjoni rrappreżentata mill-Kummissjoni u l-Kunsill iħallsuha bħala kumpens għal danni morali l-ammont ta’ EUR 300 000,00;

tordna lill-Unjoni rrappreżentata mill-Kummissjoni u l-Kunsill iħallsuha bħala kumpens għal nuqqas ta’ impjieg, opportunità u dannu għall-karriera tagħha: US$103 542,92 (fir-rata tal-kambju attwali f’EUR) ekwivalenti għal salarju ta’ sena u nofs ibbażat fuq l-aħħar karta tas-salarju tagħha fil-KKIQ (US$69 055,28);

tordna lill-Unjoni rrappreżentata mill-Kummissjoni u l-Kunsill iħallsuha bħala kumpens għal dannu materjali: US$19 368,13 (fir-rata tal-kambju attwali f’EUR) b’pagament ta’ interessi fir-rata legali attwali fis-sena (minn Ġunju 2019);

tikkundanna lill-Unjoni għall-ispejjeż, inklużi iżda mhux limitati għall-ispejjeż legali skont il-fattura jew fatturi tal-avukat.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni u l-Kunsill naqsu milli jadottaw xi miżura, u li fin-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom huma kkawżaw danni morali u materjali serji lir-rikorrenti li kienet imċaħħda minn kwalunkwe aċċess għall-ġustizzja, u kisru d-dritt tagħha għal dinjità u ambjent ta’ xogħol sigur.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti għandhom obbligu li jaġixxu skont it-trattati tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 207 TFUE, il-bażi li fuqu l-Unjoni aċċediet għall-KKIQ, li jipprovdi li l-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha obbligu taħt l-Artikoli 314 u 317 TFUE u għandha tikkonforma mal-interessi, valuri u prinċipji skont l-Artikolu 3 TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li permezz tan-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Kunsill kisru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, bħad-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal ambjent ta’ xogħol sigur.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/58


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Bastion Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/21)

(2021/C 182/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bastion Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) u 53 rikorrent ieħor (rappreżentanti: B. Braeken u X.Y.G. Versteeg, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata C (2020) 8286 final tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar l-emenda tal-iskema SA.57712 – COVID-19: skema ta’ għotja diretta sabiex tappoġġja l-ispejjeż fissi għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju affettwati mill-epidemija COVID-19 (SA.59535 (2020/N)), kemm sa fejn tirrelata ma’ (a) id-distinzjoni bejn l-SMEs u l-impriżi oħra, u (b) l-ammont massimu ta’ EUR 90 000;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrigwarda jew (a) id-distinzjoni bejn l-SMEs u impriżi oħra, jew (b) l-ammont massimu ta’ EUR 90 000;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

barra minn hekk, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-assenza tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali billi tiddeċiedi b’mod żbaljat li l-miżura ta’ għajnuna mill-Istat kontenzjuża ma tqajjimx dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mas-suq intern.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq nuqqasijiet proċedurali mill-Kummissjoni, peress li d-deċiżjoni kkontestata fiha motivazzjoni inadegwata.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/59


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2021 – Colombani vs SEAE

(Kawża T-129/21)

(2021/C 182/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marc Colombani (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li biha s-SEAE ċaħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Kanada, imfissra b’nota tas-6 ta’ Lulju 2020, iffirmata mid-Direttriċi tar-Riżorsi Umani;

tannulla d-deċiżjoni li biha s-SEAE ċaħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Direttur ANMO, imfissra b’nota tas-17 ta’ April 2020, iffirmata mid-Direttriċi tar-Riżorsi Umani;

tannulla d-deċiżjoni tas-SEAE li jiċħad l-ilment R/353/20;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità taċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent bħala nazzjonal diplomatiku, kif ukoll bħala eċċezzjoni illegali tal-avviż ta’ vakanzi msemmija mir-rikors, jiġifieri dik li tikkonċerna l-pożizzjoni ta’ Direttur Medju-Orjent Afrika tat-Tramuntana (AMNO) (avviż ta’ vakanza 2020/48) u dak għall-pożizzjoni ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Kanada (avviż ta’ vakanza 2020/134).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterju ta’ selezzjoni marbut mal-esperjenza ta’ middle management jew tal-funzjonijiet ekwivalenti matul mill-inqas sentejn.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ħsara għall-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ non-diskriminazzjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ previdibbiltà sa fejn l-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali hija applikata strettament fir-rigward tar-rikorrent bil-kontra għall-flessibbiltà murija fir-rigward tal-kandidati l-oħra bi ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-grad tar-rikorrent u tal-ksur tal-prinċipju li xejn ma seta’ jinvoka n-nuqqas tiegħu stess.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest tal-evalwazzjoni tat-tip ta’ funzjonijiet eżerċitati mir-rikorrent.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/59


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2021 – QK vs BĊE

(Kawża T-133/21)

(2021/C 182/80)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrent: QK (rappreżentant: A. Bērziņš, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors u tikkunsidrah fil-mertu;

tordna lill-BĊE jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, fl-ammont ta’ EUR 15 583 195;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha tar-rikorrent;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ibbażat fuq l-Artikolu 268 TFUE u fuq it-tielet paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku. Ir-rikorrent isostni f’dan il-motiv li, billi adotta fit-3 ta’ Marzu 2016 id-deċiżjoni allegatament infondata li jirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lil AS Trasta Komercbanka (1) (bank li r-rikorrent kien koproprjetarju tiegħu), il-BĊE kien responsabbli għat-telf ta’ valur tal-azzjonijiet li r-rikorrenti kellu fl-imsemmija entità.


(1)  Deċiżjoni BCE/SSM/2016 — 529900WIP0INFDAWTJ81/1 WOANCA-2016-0005 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tat-3 ta’ Marzu 2016, li permezz tagħha ġiet irtirata l-awtorizzazzjoni lil Trasta Komercbanka, issostitwita bid-Deċiżjoni BCE/SSM/2016 — 529900WIPOINFDAWTJ81/2 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tal-11 ta’ Lulju 2016, li l-annullament tagħha huwa s-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-698/16, Trasta Komercbanka et vs BĊE, T-698/16 (ĠU 2016, C 441, p. 29; rettifika ppubblikata fil-ĠU 2017, C 6, p. 57).


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/60


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Apologistics vs EUIPO – Kerckhoff (apo-discounter.de)

(Kawża T-140/21)

(2021/C 182/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Apologistics GmbH (Markkleeberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hug, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Markus Kerckhoff (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea apo-discounter.de fl-aħmar u fl-isfar – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 435 496

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 1439/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn it-trade mark tal-Unjoni apo-discounter.de (Nru 9 435 496) ġiet iddikjarata invalida għas-servizzi li ġejjin:

Klassi 35 – Servizzi ta’ bejgħ bl-imnut tal-prodotti ta’ spiżerija, kimiċi, prodotti għad-dar u oġġetti għas-settur tas-saħħa;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/61


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Shakutin vs Il-Kunsill

(Kawża T-141/21)

(2021/C 182/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Aleksandr Vasilevich Shakutin (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2129 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2130 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 tal-25 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 tal-25 ta’ Frar 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-Kunsill rigward l-ambitu tar-raġunijiet invokati minn dan tal-aħħar għall-indikazzjoni tar-rikorrent, speċifikament fir-rigward ta’ kwalunkwe allegat involviment fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika taħt l-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas tal-Kunsill li jagħti raġunijiet veri u fuq serje ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tiegħu meta kkonkluda li r-rikorrent kellu profitt mir-reġim ta’ Lukashenka u li kien jappoġġjah.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/61


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 – Vetpharma Animal Health vs EUIPO – Deltavit (DELTATIC)

(Kawża T-146/21)

(2021/C 182/83)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vetpharma Animal Health, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Escudero Pérez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deltavit SAS (Janzé, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DELTATIC – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 806 241

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 776/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 47(2) b’rabta mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/62


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2021 – UGA Nutraceuticals vs EUIPO – Vitae Health Innovation (VITADHA)

(Kawża T-149/21)

(2021/C 182/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UGA Nutraceuticals Srl (Gubbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Riva, J. Graffer u A. Ottolini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vitae Health Innovation SL (Montmeló, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark VITADHA li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 352 764 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 2719/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata billi tiddikjara li s-sinjali ma humiex simili u billi taċċetta r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni li kienet is-suġġett ta’ oppożizzjoni;

tikkundanna lill-partijiet avversarji għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/63


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2021 – Hangzhou Dingsheng Industrial Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-150/21)

(2021/C 182/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hangzhou Dingsheng Industrial Group Co., Ltd (Hangzhou, iċ-Ċina), Dingheng New Materials Co., Ltd (Rayong, it-Tajlanda), Thai Ding Li New Materials Co., Ltd (Rayong) (rappreżentanti: G. Coppo u G. Pregno, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2162 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li jniedi investigazzjoni dwar ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2384 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/271 fuq importazzjonijiet ta’ ċertu foil tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina minn importazzjonijiet ta’ ċertu foil tal-aluminju kkonsenjati mit-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi fetħet l-investigazzjoni fl-assenza ta’ provi suffiċjenti fis-sens tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament Bażiku Antidumping.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/63


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2021 – Union Syndicale Solidaires des SDIS de France u DOM/TOM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-152/21)

(2021/C 182/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Union Syndicale Solidaires des services départementaux d’incendie et de secours (SDIS) de France et DOM/TOM (Nîmes, Franza) (rappreżentant: O. Coudray, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea (il-Kummissjoni Ewropea) tħallasha kumpens ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu morali li sofriet, flimkien mal-interessi bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, miżjuda bi tliet punti u nofs;

tordna lill-Unjoni Ewropea (Kummissjoni Ewropea) tħallas is-somma ta EUR '6 600 għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha għad-danni, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma weġbitx, għal iktar minn sena u nofs, għall-ilment ta’ nuqqas li hija ressqet kontra r-Repubblika Franċiża. Ir-rikorrenti tilmenta wkoll li l-Kummissjoni ma infurmathiex minnufih dwar l-istat tal-eżami li kien sar u li ma ħaditx pożizzjoni dwar l-ilment fi żmien raġonevoli. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni għaldaqstant wettqet illegalità li tagħti lok għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/64


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2021 – Völkl vs EUIPO – Marker Dalbello Völkl (International) (Völkl)

(Kawża T-155/21)

(2021/C 182/87)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Raßmann, M. Suether u F. Adinolfi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marker Dalbello Völkl (International) GmbH (Baar, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva Völkl – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 4 467 569

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 568/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li tintervjeni f’din il-kawża, għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti ta’ appell preċedenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/65


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2021 – Völkl vs EUIPO – Marker Dalbello Völkl (International) (Marker Völkl)

(Kawża T-156/21)

(2021/C 182/88)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Raßmann, M. Suether u F. Adinolfi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marker Dalbello Völkl (International) GmbH (Baar, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali Marker Völkl li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W00891106 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 0055/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell fil-każ li tintervjeni f’din il-kawża, għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti ta’ appell preċedenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/66


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 –Bustos vs EUIPO – Bicicletas Monty (motwi)

(Kawża T-159/21)

(2021/C 182/89)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Dante Ricardo Bustos (Wenling, iċ-Ċina) (rappreżentant: A. Lorente Berges, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bicicletas Monty, SA (Sant Feliú de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea motwi – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 17 802 158

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 289/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 17 802 158 motwi għall-prodotti li għalihom saret l-applikazzjoni fil-klassi 12 tal-Ftehim ta’ Nice;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/66


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2021 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et

(Kawża T-405/14) (1)

(2021/C 182/90)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/67


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2021 – UPL Europe u Indofil Industries (Netherlands) vs EFSA

(Kawża T-162/20) (1)

(2021/C 182/91)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020


Rettifika

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/68


Rettifika tal-avviż fil-Ġurnal Uffiċjali dwar il-Kawża T-87/21

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 110 tad-29 ta’ Marzu 2021 )

(2021/C 182/92)

Fil-paġna 37, il-Kawża T-87/21, Condor Flugdienst vs Il-Kummissjoni għandha taqra kif ġej:

“Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 — Condor Flugdienst vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/21)

 

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Condor Flugdienst GmbH (Kelsterbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Israel, J. Lang u M. Negro, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-25 ta’ Ġunju 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA. 57153 (2020/N) – Il-Ġermanja – COVID-19: Aid to Lufthansa (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta, tal-obbligu tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali taħt l-Artikolu 108(2) TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, min-naħa tal-konvenuta, billi din qieset li l-għajnuna lil Lufthansa hija kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3)(b) TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-konvenuta.”


(1)  ĠU C 397, 20.11.2020, p. 2.