ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
10 ta' Mejju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 178/01

Rata tal-kambju tal-euro — Is-7 ta' Mejju 2021

1


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 178/02

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

2

2021/C 178/03

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

10


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta' Mejju 2021

(2021/C 178/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2059

JPY

Yen Ġappuniż

131,76

DKK

Krona Daniża

7,4361

GBP

Lira Sterlina

0,86810

SEK

Krona Żvediża

10,1263

CHF

Frank Żvizzeru

1,0963

ISK

Krona Iżlandiża

150,50

NOK

Krona Norveġiża

10,0125

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,682

HUF

Forint Ungeriż

358,01

PLN

Zloty Pollakk

4,5754

RON

Leu Rumen

4,9265

TRY

Lira Turka

10,0019

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5523

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4689

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3661

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6730

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6061

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 350,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,1863

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7809

HRK

Kuna Kroata

7,5345

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 208,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,9587

PHP

Peso Filippin

57,747

RUB

Rouble Russu

89,4671

THB

Baht Tajlandiż

37,588

BRL

Real Brażiljan

6,3801

MXN

Peso Messikan

24,2006

INR

Rupi Indjan

88,6375


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 178/02)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD GĦAD-DOKUMENT UNIKU

Conca de Barberá

PDO-ES-A1422-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 22 ta’ Frar 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Korrezzjoni ta’ żball fid-deskrizzjoni organolettika

DESKRIZZJONI

Il-karatteristiċi organolettiċi huma relatati ma’ żewġ tipi ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità: l-abjad u r-rożè. Id-deskrizzjoni organolettika tal-inbid frizzanti aħmar tħalliet barra bi żball u għalhekk ġiet miżjuda issa.

Din l-emenda taffettwa l-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda minuri u mhix fost dawk koperti mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

RAĠUNIJIET

L-għan huwa li jiġi kkoreġut żball, minħabba li l-Ispeċifikazzjoni tirreferi għall-inbid frizzanti aħmar iżda d-deskrizzjoni organolettika tħalliet barra.

2.   Emenda għall-qawwa alkoħolika

DESKRIZZJONI

Il-valuri massimi għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum fil-kategorija “Nbid” tneħħew.

Fil-każ tal-inbejjed ħomor ta’ varjetà waħda minn Trepat, il-valuri minimi għall-qawwa alkoħolika proprja u totali skont il-volum tnaqqsu.

Iż-żewġ emendi jikkonċernaw il-punt 2 tal-Ispeċifikazzjoni. Tal-ewwel ma taffettwax id-Dokument Uniku, filwaqt li tal-aħħar taffettwah fil-punt 4.

Dawn huma emendi minuri minħabba li l-ebda waħda ma tinsab fost dawk koperti mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

RAĠUNIJIET

Minħabba t-tibdil fil-klima, l-istaġuni tat-tkabbir qed isiru dejjem aktar sħan u nixfin, bl-aċidità totali tonqos u l-qawwa alkoħolika tiżdied fl-inbejjed. Dan ifisser li hemm spariġġ bejn il-maturità fenolika tal-qoxra u taż-żrieragħ tal-għeneb, li twassal għal żieda fil-konċentrazzjoni taz-zokkrijiet fil-polpa fil-ħin tal-ħsad. B’konsegwenza ta’ dan, l-inbid prodott għandu qawwa alkoħolika akbar. Għal din ir-raġuni, il-valuri għall-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum tneħħew.

Barra minn hekk, il-varjetà tal-għeneb Trepat hija baxxa fil-kulur u fil-qawwa alkoħolika. F’dawn l-aħħar snin, meta ntużat biex isir l-inbid aħmar, kien diffiċli li tinkiseb il-qawwa alkoħolika minima.

L-emendi fil-qawwa alkoħolika qed isiru għalhekk fid-dawl tal-inbejjed tad-DOP li jadattaw għat-tibdil fil-klima sabiex jiġu żgurati l-karatteristiċi tipiċi tal-inbejjed prodotti taħt id-DOP Conca de Barberà.

3.   Tneħħija tal-limiti fuq id-densità tat-tħawwil

DESKRIZZJONI

Il-limiti fir-rigward tad-densità tat-tħawwil għall-vinji tneħħew.

Dan jaffettwa l-punt 3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5 tad-Dokument Uniku.

Din hija emenda minuri minħabba li mhix fost dawk koperti mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

RAĠUNIJIET

Minħabba t-tibdil fil-klima u tekniki ta’ kultivazzjoni ġodda, id-densitajiet tat-tħawwil attwali issa jeħtieġ li jiġu emendati. Qabel, id-densità stabbilita kienet ta’ bejn 2 000 u 4 500 pjanta għal kull ettaru.

Madankollu, ir-rendimenti tal-produzzjoni stipulati fl-Ispeċifikazzjoni, f’kilogrammi għal kull ettaru, jitqiesu bħala restrizzjoni suffiċjenti. Aħna nemmnu li r-regoli dwar id-densità tat-tħawwil għandhom għalhekk jitneħħew.

4.   Korrezzjoni ta’ żball fir-rabta

DESKRIZZJONI

Ir-rabta kawżali ma ġietx deskritta, kif meħtieġ, għal kull waħda mill-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli koperti minn din id-DOP. Għalhekk, dan l-iżball ġie kkoreġut fid-deskrizzjoni tar-rabta.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 8 tad-Dokument Uniku.

Hija emenda minuri minħabba li ma saret l-ebda bidla fir-rabta, sempliċiment id-deskrizzjoni ġiet kompluta. Għalhekk ma tinsabx fost l-emendi koperti mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

RAĠUNIJIET

L-għan huwa li jiġi kkoreġut żball, minħabba li r-rabta trid tiġi spjegata għal kull kategorija ta’ prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Conca de Barberá

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid abjad u nbid rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed huma prodotti esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali tal-għeneb frisk, li jista’ jew jista’ ma jkunx mitħun, jew tal-most.

Abjad: minn isfar ċar fl-aħdar għal kulur lewn dehbi intensiv. Ċar u luminuż, mingħajr dardir. L-aromi primarji huma predominanti. Ħafif u frisk fil-ħalq, meta jkun għadu ma mmaturax.

Rożè: minn aħmar intensiv għal ħjiel ta’ sfumaturi vjola jew kulur il-qoxra tal-basla, għal tonalitajiet oranġjo, skont il-livell ta’ tqaddim. B’riħa qawwija, bi ħjiel ta’ fjuri u/jew ta’ frott meta jkun għadu ma mmaturax, u possibbilment ħjiel ta’ vanilla meta jitqaddem fl-injam.

Id-diossidu tal-kubrit massimu: 200 milligramma għal kull litru meta l-kontenut ta’ zokkor ikun anqas minn 5 grammi għal kull litru; 250 milligramma għal kull litru meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 grammi għal kull litru jew aktar.

L-aċidità volatili massima fl-inbejjed li huma mqaddma: 15-il milliekwivalent għal kull litru

*

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità tapplika għal-limiti tal-parametri mhux koperti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

2.   Inbid aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbid huwa prodott esklussivament permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali tal-għeneb frisk, li jista’ jew jista’ ma jkunx mitħun, jew tal-most. Il-kulur jista’ jvarja minn kulur iċ-ċirasa intens bi sfumaturi vjola għal rubini bi ħjiel ta’ okra. Huwa għandu aromi nodfa u intensivi, bl-inbejjed mhux maturi jkollhom aroma notevolment tal-frott, u bi ħjiel ta’ vanilla, xiwi u ħwawar li jiżdied aktar mat-tqaddim fil-btieti.

Diossidu tal-kubrit massimu: 150 milligramma għal kull litru meta l-kontenut ta’ zokkor ikun anqas minn 5 grammi għal kull litru; 250 milligramma għal kull litru meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 grammi għal kull litru jew aktar.

L-aċidità volatili tista’ taqbeż il-milliekwivalenti għal kull litru għal kull grad ta’ qawwa alkoħolika li taqbeż il-11 % u kull sena ta’ tqaddim, sa 20 milliekwivalenti għal kull litru.

Għall-inbejjed ta’ varjetà waħda minn Trepat, il-qawwa alkoħolika proprja u totali trid tkun minimu ta’ 11 % skont il-volum.

*

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità tapplika għal-limiti tal-parametri mhux koperti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

3.   Inbid likur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed jinkludu firxa wiesgħa ta’ sfumaturi, li jiżviluppaw mill-aktar opaka u intensa għan-naħa l-oħra tal-ispettru għall-inbid aħmar u abjad, anke jxaqilbu lejn l-ambra skont il-livell ta’ tqaddim. L-inbejjed jagħtu sensazzjoni ħafifa ta’ sħana, b’aromi aktar tal-frott meta ma jiġux immaturati fi btieti. L-inbejjed li ma jkunux ġew immaturati għandhom ħjiel ta’ aldeidi u frott imqadded. Huma sħan fil-palat, b’sawra rikka u persistenti.

Diossidu tal-kubrit massimu: 150 milligramma għal kull litru meta l-kontenut ta’ zokkor ikun anqas minn 5 grammi għal kull litru; 200 milligramma għal kull litru meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 grammi għal kull litru jew aktar.

*

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità tapplika għal-limiti tal-parametri mhux koperti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

4.   Inbid frizzanti ta’ kwalità

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur irid ikun kif mistenni għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor, b’aromi friski u tal-frott tipiċi tal-varjetajiet li jiġu prodotti minnhom. Fil-ħalq, huma friski, kremużi u bbilanċjati sew.

*

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità tapplika għal-limiti tal-parametri mhux koperti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

185

5.   Inbid semifrizzanti

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-kulur irid jiġi deskritt għall-inbejjed bojod u/jew rożè, iżda bil-preżenza addizzjonali tad-diossidu tal-karbonju. Dan irid ikun tqil, b’togħma tal-frott u/jew tal-fjuri. Ibbilanċjat u frisk fil-ħalq, u jikkawża sensazzjoni ħafifa ta’ tagħrix minħabba r-rilaxx tad-diossidu tal-karbonju.

Diossidu tal-kubrit massimu: 200 milligramma għal kull litru (abjad u rożè) u 150 milligramma għal kull litru (aħmar) meta l-kontenut ta’ zokkor ikun anqas minn 5 grammi għal kull litru; 250 milligramma għal kull litru (abjad u rożè) u 200 milligramma għal kull litru (aħmar) meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 grammi għal kull litru jew aktar.

*

Il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Komunità tapplika għal-limiti tal-parametri mhux koperti.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Restrizzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-inbid

L-għeneb irid jinħasad b’attenzjoni kbira. Jista’ jintuża biss għeneb li jkun matur biżżejjed għall-produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP b’qawwa alkoħolika naturali ta’ 9 % skont il-volum jew aktar. Ir-rendiment ma jridx jaqbeż is-70 litru ta’ most jew inbid għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb maħsud.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

84 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona hija ffurmata minn irqajja’ art ta’ vinji li jinsabu fil-muniċipalitajiet jew fiż-żoni ġeografiċi li ġejjin:

Barberà de la Conca

Blancafort

Conesa

L’Espluga de Francolí

Forès

Montblanc

Pira

Rocafort de Queralt

Sarral

Senan

Solivella

Vallclara

Vilaverd

Vimbodí

Fil-muniċipalità ta’ Vilanova de Prades, l-irqajja’ art tar-reġistru 11, 16, 20, 21 u l-plott 23 tal-plott 10 tar-reġistru.

Fil-muniċipalità ta’ Cabra del Camp, ir-roqgħa art 1, il-plottijiet 13, 15, 18, 28, 29, 34, 66 u 77. Ir-roqgħa art 4, il-plottijiet 35 u 51.

Fil-muniċipalità ta’ Aiguamúrcia, ir-roqgħa art 35, il-plott 14; ir-roqgħa art 36, il-plott 1; ir-roqgħa art 41, il-plott 13.

Il-plottijiet imsemmija fil-muniċipalitajiet ta’ Cabra del Camp u Aiguamúrica jinsabu barra mill-fruntieri tad-DOP Conca de Barbera. Madankollu, storikament kienu l-proprjetà ta’ sħab fil-fabbrika tal-inbid Agrícola de Barbera de la Conca, SCCL u/jew ta’ fornituri għal Bodegas Concavins, SA. Għalhekk, jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed protetti mid-DOP Conca de Barbera meta jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin ukoll:

L-għeneb mill-proprjetajiet imsemmija qabel intużaw fil-fabbriki tal-inbid imsemmija qabel l-1 ta’ Jannar 1989.

Din l-awtorizzazzjoni tibqa’ fis-seħħ sakemm is-sidien attwali jew id-dixxendenti diretti tagħhom ikunu s-sidien tal-vinji msemmija qabel. Din titqies bħala awtorizzazzjoni individwali li għandha tiġi vverifikata b’mod individwali.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

MACABEO — VIURA

TEMPRANILLO — ULL DE LLEBRE

TREPAT

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Il-klima Mediterranja, li hija mmitigata mill-moderatezza tal-kosta ta’ Tarragona, il-kontinentalità tad-distretti madwar Lleida u d-differenza evidenti fit-temperatura bejn il-jum u l-lejl tgħin biex jiġu prodotti nbejjed bojod ħfief ta’ kwalità eċċezzjonali, b’aroma ta’ frott delikata u livelli relattivament baxxi ta’ alkoħol. L-inbejjed rożè huma ħfief, b’togħma ta’ frott u friski minħabba l-aċidità relattivament baxxa tagħhom. L-inbejjed ħomor mhux maturi huma sottili, ħfief u jħallu togħma fil-ħalq. L-inbejjed ħomor imqaddma huma aktar korpużi u jiksbu livell għoli ta’ kumplessità u persistenza aromatiċi.

It-trab ġulġlieni xaħxi u t-trab ġulġlieni tafli tal-Conca de Barberà jagħtu korporatura u struttura lill-inbejjed bojod, bħal ma jagħmlu lill-inbejjed ħomor u rożè. L-artijiet imtarrġa tax-xmara jagħmlu l-inbejjed bojod u rożè aktar rotob, filwaqt li l-ħamrija tax-shale, bil-lavanja abbundanti tagħha, tagħti lill-inbejjed ħomor aktar kulur u struttura.

8.2.   Inbid frizzanti u semifrizzanti ta’ kwalità

L-aktar ħamrija karatteristika tal-Conca de Barberà hija dik b’taħlita ta’ tafal u ġebla tal-ġir. Dawn jagħtu korporatura u struttura kemm lill-inbejjed frizzanti kif ukoll lil dawk semifrizzanti. L-artijiet imtarrġa tax-xmara, min-naħa l-oħra jagħtuhom aktar irtubija.

8.3.   Inbid likur

Il-ħamrija tax-shale tad-distrett tagħti kulur u aktar struttura lill-inbejjed likuri.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas ġuridiku

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni

L-ippakkjar irid ikun identifikat individwalment bis-siġill stabbilit tad-DOP, u b’numru individwali uniku fuq kull pakkett. In-numru huwa assenjat skont il-lott tal-fabbrika tal-inbid fil-ħin tal-ippakkjar.

L-għoli tal-karattri li jintużaw biex jindikaw Conca de Barberà ma għandux jaqbeż l-4 mm, jew nofs dak għall-kliem “Denominación de Origen” (denominazzjoni ta’ oriġini).

Dan li ġej irid jidher fuq it-tikketta:

L-isem tal-muniċipalità msemmija fl-informazzjoni dwar il-bottiljatur jew it-trasportatur.

Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum espressa f’unitajiet jew f’nofs unitajiet tal-perċentwal tagħha f’volum, segwita mill-abbrevjazzjoni % vol.

Dikjarazzjoni, fejn applikabbli, tal-preżenza ta’ sulfiti fil-prodott ibbottiljat.

In-numru ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Bottiljaturi tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd, l-Ikel u l-Ambjent.

Jekk dan għandu jiġi indikat permezz ta’ isem kummerċjali, irid jitqiegħed fil-kamp viżiv u jiġi rreġistrat, minn qabel, mal-Uffiċċju Spanjol għall-Privattivi u t-Trademarks. Din ir-reġistrazzjoni trid tiġi nnotifikata lir-Reġistru tal-Bottiljaturi tad-Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd, l-Ikel u l-Ambjent.

In-numru tal-lott jista’ jitqiegħed barra mill-kamp viżiv li fih tidher l-informazzjoni obbligatorja.

L-isem ta’ varjetà, jekk 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid ikun minn din il-varjetà.

L-isem ta’ massimu ta’ tliet varjetajiet, dejjem jekk l-inbid inkwistjoni jkun magħmul kompletament minn dawk it-tliet varjetajiet, u dejjem f’ordni dekrexxenti tal-perċentwal fit-taħlita.

Jekk ikun hemm aktar minn tliet varjetajiet, dawn jistgħu jiġu msemmija barra mill-kamp viżiv fejn tidher l-informazzjoni obbligatorja, dejjem f’ordni dixxendenti tal-perċentwal fit-taħlita.

Is-sena tal-ħsad, jekk 85 % jew aktar tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbid kien ġie maħsud fis-sena li għandha tiġi ddikjarata fid-deskrizzjoni.

Għad-denominazzjonijiet tal-inbejjed bl-isem tal-vitikultur jew tal-proprjetà, l-inbid irid ikun ġej minn vinji mkabbra minn dak il-vitikultur jew irreġistrati għall-proprjetà, u jkunu magħmula biss u esklussivament mill-għelejjel tal-vitikultur u f’dik il-proprjetà rispettivament.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://ja.cat/AlaP4


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/10


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 178/03)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD FID-DOKUMENT UNIKU

BEAUMES DE VENISE

PDO-FR-A0724-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 9.3.2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona fi prossimità immedjata

Fis-subpunt 3 “Żona fi prossimità immedjata” tal-punt IV tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-muniċipalità ta’ Violès żdiedet fil-lista tal-muniċipalitajiet ta’ Vaucluse li tinkludi ż-żona fi prossimità immedjata, sabiex jitqiesu l-prattiki enoloġiċi. Din il-muniċipalità tmiss maż-żona fi prossimità immedjata u ma titfa’ l-ebda dubju fuq il-bażi tar-rabta maż-żona ġeografika.

Din l-emenda ġiet inkluża fit-taqsima “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku.

2.   Varjetajiet tad-dwieli

Fis-subpunt 1 “Varjetajiet tad-dwieli” tal-punt V tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-varjetà Mourvèdre tmexxiet mil-lista tal-varjetajiet sekondarji għal-lista tal-varjetajiet addizzjonali.

Din l-emenda ġiet inkluża fid-Dokument Uniku billi l-varjetà Mourvèdre tressqet mil-lista tal-varjetajiet sekondarji għal-lista tal-varjetajiet ewlenin.

Fis-subpunt 2 “Regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet li għandhom jitħawlu” tal-punt V tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, saret emenda li tistabbilixxi li s-Syrah u l-Mourvèdre għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-varjetajiet tad-dwieli ta’ azjenda fil-livell tal-vinji. Dawn ir-regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet li għandhom jitħawlu ma japplikawx għall-azjendi żgħar b’erja ta’ anqas minn 1,5 ettaru, jew għall-azjendi li jkunu mġiegħla jirristrutturaw (suċċessjoni, tmiem ta’ ftehim ta’ kiri, likwidazzjoni ta’ kumpanija, qlugħ tad-dwieli, esproprjazzjoni, xiri) fejn produttur ikollu ħames snin biex jikkonforma. Dawn ir-regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

Fil-punt XI “Miżuri tranżitorji” tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassret il-miżura tranżitorja rigward ir-regoli dwar il-proporzjon tal-varjetajiet li għandhom jitħawlu sal-ħsad tal-2015 hekk kif issa ma għadhiex tapplika aktar. Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

3.   Sistemi ta’ tħarriġ

Fis-subpunt 1 “Sistemi ta’ tħarriġ” tal-punt VI tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, saret emenda sabiex jiġu ċċarati d-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli, ir-regoli dwar iż-żbir u t-trattamenti kimiċi pprojbiti u l-kontroll tal-ħaxix ħażin.

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Barra minn hekk, id-distanza massima bejn ir-ringieli żdiedet minn 2,20 m għal 2,50 m u ż-żona minima disponibbli għal kull pjanta żdiedet minn 2,20 m2 għal 2,50 m2.

Dawn l-emendi ġew inklużi fid-Dokument Uniku, taħt “Prattiki tal-vinifikazzjoni”.

Fir-rigward tar-regoli dwar iż-żbir, il-perjodu biex jiġi stabbilit il-cordon de Royat żdied minn sentejn għal ħames snin. L-għadd massimu ta’ għejun deher għoli wisq u nbidel minn massimu ta’ tnax għal massimu ta’ tmienja. Ġie ċċarat li r-riġenerazzjoni ta’ roqgħa bil-vinji miżbura permezz tal-metodu tal-cordon de Royat ma tistax tammonta għal aktar minn 10 % tal-pjanti eżistenti fis-sena. Dawn il-bidliet huma konformi mal-prattika fil-qasam.

Dawn l-emendi ġew inklużi fid-Dokument Uniku, taħt “Prattiki tal-vinifikazzjoni”.

Kjarifika hija pprovduta dwar it-trattamenti kimiċi u l-metodi tal-kontroll tal-ħaxix ħażin li huma pprojbiti mill-użu fil-vinji. Dawn id-dettalji żdiedu fid-Dokument Uniku, taħt il-“Prattiki tal-vinifikazzjoni”.

It-trattamenti kimiċi speċifiċi kontra l-botrite huma pprojbiti.

Il-kontroll kimiku sħiħ tal-ħaxix ħażin fl-irqajja’ huwa pprojbit.

Il-kontroll kimiku tal-ħaxix ħażin bejn ir-ringieli huwa pprojbit.

Il-kontroll kimiku tal-ħaxix ħażin tal-promontorji huwa pprojbit.

Tinżamm il-kopertura veġetali spontanja fil-promontorji.

Il-mulching tal-plastik huwa pprojbit.

4.   Taħlitiet tal-varjetajiet tal-għeneb fl-inbejjed

Fil-punt IX “Ipproċessar, vinifikazzjoni, vitikultura, tħejjija għas-suq” tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedet informazzjoni biex jiġu ċċarati r-regoli dwar it-taħlit tal-varjetajiet tal-għeneb fl-inbejjed u l-limitu tal-qawwa tal-kulur applikabbli għall-inbejjed.

L-inbejjed isiru minn taħlita ta’ għeneb jew inbejjed li fil-biċċa l-kbira jinkludu l-varjetajiet ewlenin u addizzjonali u jridu jinkludu l-varjetà tal-għeneb Grenache N. Il-varjetajiet ewlenin u addizzjonali jridu jammontaw għal mill-inqas 60 % tat-taħlita.

Tnaqqas il-limitu tal-qawwa tal-kulur u huwa ta’ 5 jew aktar minflok 6.

Dawn id-dettalji żdiedu fid-Dokument Uniku taħt “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”.

Fil-punt IX “Ipproċessar, vinifikazzjoni, vitikultura, tħejjija għas-suq” tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, saru emendi biex jiġi ċċarat dan li ġej:

L-operaturi kollha għandhom kapaċità ta’ vinifikazzjoni ta’ mill-inqas dik tal-volum ta’ nbejjed prodotti matul il-ħsad ta’ qabel fejn l-erja tal-wiċċ hija l-istess.

Il-linja tal-ibbottiljar u t-tagħmir tal-ippakkjar iridu jgħaddu minn proċedura ta’ tindif.

It-tappijiet tas-sufra agglomerati huma pprojbiti.

L-operaturi jeħtiġilhom jagħtu prova ta’ żoni xierqa għall-ħżin għall-prodotti lesti għas-suq.

Dawn id-dettalji rigward il-ħżin u l-ippakkjar ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

5.   Rekwiżiti dwar id-dikjarazzjonijiet tal-produtturi

Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiċċara r-rekwiżiti dwar id-dikjarazzjonijiet applikabbli għall-produtturi sabiex ikun hemm konformità mal-metodi għall-ispezzjoni tat-talbiet, it-tranżazzjonijiet u t-tħejjija għas-suq. Dawn id-dettalji ma jaffettwawx id-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Beaumes de Venise

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

L-inbejjed huma nbejjed ħomor bla gass, prodotti b’rendiment baxx u minn taħlita ta’ diversi varjetajiet. Huwa essenzjali li l-Grenache N, is-Syrah N u l-Mourvèdre jintużaw u li jkunu l-varjetajiet predominanti. Il-varjetajiet Grenache N, Syrah N u Mourvèdre iridu jammontaw għal mill-inqas 60 % tat-taħlita.

Dawn l-inbejjed qawwija huma kkaratterizzati mill-istruttura eleganti, abbundanti u b’palat qawwi tagħhom, mill-bilanċ tajjeb bejn l-aċidità, l-alkoħol u t-tannini b’sensazzjoni tal-ħarir, u mill-aromi ta’ frott u ħwawar tagħhom, li jsiru arrikkiti bl-essenzi tal-annimali wara t-tqaddim.

Kontenut ta’ aċidu maliku < jew = 0,4 g/l; qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum > 12,5 % vol.; qawwa tal-kulur immodifikata ta’ 6 jew aktar; indiċi tal-polifenoli totali ta’ 45 jew aktar.

Kontenut ta’ zokkor fermentabbli < jew = 3 g/l jekk il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum < jew = 14 %, jew ta’ 4 g/l jekk il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum > 14 % vol.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima:

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,33

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Densità

Metodu tal-kultivazzjoni

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru.

Id-distanza bejn ir-ringieli ma tridx tkun aktar minn 2,50 m.

L-erja disponibbli għal kull pjanta hija ta’ mhux aktar minn 2,50 m2. L-erja tal-wiċċ tinkiseb billi jiġi mmultiplikat l-ispazju bejn ir-ringieli bl-ispazju bejn il-pjanti.

L-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela huwa ta’ bejn 0,90 m u 1,10 m għajr għad-dwieli mħarrġa permezz ta’ cordon unilaterali li għalih l-ispazju bejn il-pjanti fl-istess ringiela huwa ta’ bejn 0,80 m u 1,10 m.

Żbir

Metodu tal-kultivazzjoni

Id-dwieli jinżabru qosra (permezz taż-żbir f’forma ta’ sġajra jew bil-metodu tal-cordon de Royat), b’massimu ta’ tnax-il għajn għal kull pjanta. Kull rimja qasira għandha massimu ta’ żewġ għejun.

Il-perjodu biex jiġi stabbilit il-cordon de Royat huwa limitat għal ħames snin. Matul dan il-perjodu, id-dwieli jistgħu jinżabru permezz ta’ Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ tmien għejun għal kull pjanta wara t-tneħħija tal-għejun.

Ir-riġenerazzjoni ta’ roqgħa bil-vinji miżbura permezz tal-metodu tal-cordon de Royat ma tistax tammonta għal aktar minn 10 % tal-pjanti eżistenti fis-sena.

Ħsad u trasportazzjoni

Metodu tal-kultivazzjoni

L-għeneb jinħasad manwalment.

Il-ħsad irid jiġi sseparat fir-roqgħa jew fuq mejda apposta.

Il-kontenut tat-tipper trejlers li jittrasportaw il-ħsad ma jistax ikun aktar minn 3 000 kg.

Tisqija

Metodu tal-kultivazzjoni

It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata.

Prattiki enoloġiċi u trattamenti fiżiċi

Prattika enoloġika speċifika

Kwalunkwe trattament bis-sħana tal-ħsad tal-inbejjed f’temperatura ta’ aktar minn 40 °C huwa pprojbit.

Il-qawwa alkoħolika totali tal-inbejjed skont il-volum wara l-arrikkiment ma tridx tkun aktar minn 14,5 %.

Kontroll tal-ħaxix ħażin

Metodu tal-kultivazzjoni

Sabiex jinżammu l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku li huwa parti fundamentali miż-żona lokali:

It-trattamenti kimiċi speċifiċi kontra l-botrite huma pprojbiti.

Il-kontroll kimiku sħiħ tal-ħaxix ħażin fl-irqajja’ huwa pprojbit.

Il-kontroll kimiku tal-ħaxix ħażin bejn ir-ringieli huwa pprojbit.

Il-kontroll kimiku tal-ħaxix ħażin tal-promontorji huwa pprojbit.

Tinżamm il-kopertura veġetali spontanja fil-promontorji.

Il-mulching tal-plastik huwa pprojbit.

5.2.   Rendimenti massimi

Inbid aħmar

42 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

L-għeneb jinħasad u l-inbejjed isiru, jiġu żviluppati u jitqaddmu fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-département ta’ Vaucluse: Beaumes-de-Venise, Lafare, La Roque-Alric u Suzette.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Grenache N

Mourvèdre N — Monastrell

Syrah N — Shiraz

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona tal-vitikultura tħares lejn in-Nofsinhar u hija stabbilita fit-terren tal-katina tal-muntanji Dentelles de Montmirail. Il-klima Mediterranja hija kkaratterizzata minn sjuf xotti ħafna b’dawl tax-xemx abbundanti. Il-klima tiffavorixxi l-maturazzjoni tal-għeneb. L-inbejjed ħomor xotti jsiru minn taħlita ta’ diversi varjetajiet tal-għeneb, inkluż il-Grenache N u s-Syrah N. Dawn l-inbejjed qawwija għandhom profil sensorjali kkaratterizzat minn struttura eleganti, abbundanti u b’palat qawwi, minn bilanċ tajjeb bejn l-aċidità, l-alkoħol u t-tannini b’sensazzjoni tal-ħarir, u minn aromi ta’ frott u ħwawar, li jsiru arrikkiti bl-essenzi tal-annimali wara t-tqaddim.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fi prossimità immedjata, iddefinita bid-deroga għall-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tqaddim tal-inbejjed, tinkludi t-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-Département ta’ Vaucluse: Aubignan, Courthézon, Gigondas, Sarrians, Vacqueyras u Violès.

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikketti tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jistgħu jispeċifikaw l-unità ġeografika akbar “Cru des Côtes du Rhône”.

It-tikketti tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jistgħu jispeċifikaw l-unità ġeografika akbar “Vignobles de la Vallée du Rhône” f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi korpi ta’ protezzjoni u ġestjoni kkonċernati.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-75070b8a-ae04-4f4e-9d15-ee0dcb121b20


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.