|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 140/01 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2021/C 140/02 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 140/03 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10197 — CSS/Visana/Zur Rose/medi24/WELL JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 140/04 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10237 — BRIDGEPOINT/INFINIGATE) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 140/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10200 — Blackstone/GIP/Cascade/Signature) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/1 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta' April 2021
(2021/C 140/01)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2051 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,64 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4365 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86295 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1288 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1029 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9965 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,903 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
361,11 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5525 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9278 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,7764 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5492 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5089 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3550 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6735 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6009 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 342,91 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,2287 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8303 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5715 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 508,48 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9596 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,214 |
|
RUB |
Rouble Russu |
92,2786 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,690 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,7117 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,9731 |
|
INR |
Rupi Indjan |
90,5480 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/2 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2021/C 140/02)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI
SPANJA
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 77, 15.3.2014, p. 4.
1. Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi
|
— |
Permiso de residencia expedido a nacionales de terceros países (Permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi)
|
2. Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza
|
— |
Tarjeta de extranjeros ‘régimen comunitario’ (karta tal-iskema tal-KE għal ċittadini barranin (maħruġa lil qraba ta’ ċittadini tal-UE)
|
|
— |
Tarjeta de extranjeros ‘estudiante’ (Kard tal-istudenti għal ċittadini barranin)
|
|
— |
Lista ta’ persuni li jieħdu sehem f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea. |
|
— |
Id-detenturi tal-karti ta’ akkreditazzjoni li ġejjin maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, l-Unjoni Ewropea u l-Kooperazzjoni jistgħu jidħlu mingħajr viżi: (ara l-Anness 20) |
L-AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil-ĠU C 126, 12.4.2021, p. 1.
Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:
I. Permessi ta’ residenza maħruġa f'konformità mal-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
|
— |
Permess ta’ residenza bi “prova ta’ stabbiliment” fil-forma ta’ karta ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005). |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005). |
|
— |
Permessi ta’ residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti — UE”(Daueraufenthalt-EG), “residenza permanenti — membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta’ karta ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2006). Il-permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ. Permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista’ jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: trasferiment intraazjendali (ICT), ħaddiem stazzjonat, persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta’ impjieg, student tal-iskola, fornitur tas-servizzi soċjali, riunifikazzjoni tal-familja. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għall-iskop ta’ trasferimenti intra-azjendali (“ICT” u “ICT mobbli”) ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Ottubru 2017. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” () ta’ “student” (“StudentAufenthaltsbewilligung”), “voluntier” u għall-“mobbiltà ta’ riċerkatur” ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Settembru 2018. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) ta’ “Student” (“Student”), inħarġu sal-31 ta’ Awwissu 2018. Il-permess ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista’ jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta’ Ottubru 2017, il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għall-kategoriji “riċerkaturi”, “artisti”, jew “każijiet speċjali ta’ impjieg”. Il-permessi ta’ residenza ta' “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) kienu jinħarġu fl-Awstrija sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-kategoriji ta’ “ħaddiem ewlieni”, “illimitat” u “limitat”. Il-permessi ta’ “residenza permanenti — UE”(Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti — membru ta’ familja”(Daueraufenthalt-Familienangehöriger) inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kienu jinħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) kienu jinħarġu wkoll għall-ħaddiema b’impjieg b’rotazzjoni, artisti u riċerkaturi sat-30 ta’ Settembru 2017. |
|
— |
Il-karta “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot-Karte), il-karta “ħamra-bajda-ħamra” plus (Rot-Weiß-Rot-Karte plus) u l-“karta blu tal-UE”(Blaue Karte EU) fil-forma ta’ karta ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Lulju 2011). |
|
— |
Il-permessi ta’ “residenza permanenti — UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014). |
|
— |
“l-Artikolu 50 TUE” (“Artikel 50 EUV”) jippermetti liċ-ċittadini Brittaniċi u lill-membri tal-familja tagħhom li jaqgħu taħt il-Ftehim dwar il-Ħruġ (bidu tal-ħruġ mill-1 ta’ Jannar 2021). Il-permessi jistgħu jindikaw status ta’ resident għal żmien twil (Dauerauftaltsrecht) u/jew li nħareġ lil membru tal-familja (Familienangehöriger) |
|
— |
Permessi ta’ “dritt ta’ residenza plus” (“Aufenthaltsberechtigung plus”) maħruġa f'konformità mat-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Ażil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
Il-permess ta’ “dritt ta’ residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġ f'konformità mat-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Ażil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi għall-permess preċedenti “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) maħruġ f'konformità mat-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
Il-permess ta’ “dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ protezzjoni speċjali” (“Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz”) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Ażil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stipulata fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
“Aufentaltskarte”: il-permess ta’ residenza skont id-dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ aktar minn tliet xhur għall-membri tal-familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE (maħruġ f’dan il-format mill-1 ta’ Lulju 2020) |
|
— |
“Daueraufenthaltskarte” il-karta ta’ residenza permanenti tinħareġ lill-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE wara ħames snin ta’ residenza legali kontinwa fl-Awstrija (maħruġa f’din il-forma mill-1 ta’ Lulju 2020 ’il quddiem) |
II. Permessi ta’ residenza li, skont id-Direttiva 2004/38, mhux bilfors iridu jinħarġu fil-format uniformi (inħarġu f’dan il-format sat-30 ta’ Ġunju 2020)
|
— |
Il-permess ta’ residenza skont id-dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ iktar minn tliet xhur għal membri ta’ familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix għall-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz |
|
— |
Il-karta tal-permess tar-residenza permanenti biex jiġi ddokumentat dritt ta’ residenza permanenti fil-Komunità ta’ aktar minn tliet xhur għal membru tal-familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix għall-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz. |
Dokumenti oħra li jagħtu d-dritt ta’ soġġorn jew inkella d-dritt ta’ dħul mill-ġdid fl-Awstrija (skont l-Artikolu 2(15)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:
|
— |
Dokument ta’ identità b’ritratt f’format ta’ karta għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin. |
|
— |
Dokument tal-identità b’ritratt f’format ta’ karta għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet, ta’ lewn griż ċar b’referenza għall-kategoriji aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu, kannella u griż maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ewropej, tal-Integrazzjoni u Barranin. |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta’ ażil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 jew tad-dispożizzjonijiet preċedenti — normalment dokumentat b’dokument tal-ivvjaġġar tal-Konvenzjoni (maħruġ fl-Awstrija sa mit-28 ta’ Awwissu 2006) jew b’karta għal persuni intitolati għall-ażil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 (maħruġ għal ċittadini barranin li applikaw għal protezzjoni internazzjonali mill-15 ta’ Novembru 2015 u li jkunu ngħataw dan l-istatus mill-1 ta’ Ġunju 2016). |
|
— |
“Persuna li għandha status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 jew id-dispożizzjonijiet preċedenti — ġeneralment dokumentat permezz ta’ karta għal persuni li jkollhom status ta’ protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005. |
|
— |
Lista ta’ persuni li jipparteċipaw f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta dwar faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal studenti tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru. |
|
— |
“Konferma ta’ residenza legali skont it-Taqsima 31(1)(5) tal-Att tal-Pulizija għall-Barranin (FPG)”/ “Applikazzjoni għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17a) tal-Att tal-Pulizija għall-Barranin (FPG) flimkien ma’ dokument validu tal-ivvjaġġar. |
|
— |
Permess għall-impjieg maħruġ skont it-Taqsima 32c tal-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) flimkien ma’ viża “D” valida jew skaduta għal ħaddiema staġjonali jew skont it-Taqsima 22a tal-Att tal-Pulizija dwar l-Immigrazzjoni (Fremdenpolizeigesetz — FPG) maħruġ mill-Awstrija. |
|
— |
Permess ta’ residenza indefinit — maħruġ fil-forma ta’ viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta’ Diċembru 1992 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u mill-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta’ timbru). |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker ħadra san-Nru 790.000. |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker ħadra u bajda min-Nru 790.001 ’il fuq. |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker f'konformità mal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 1996, iIl-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10.1.1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2004). |
|
— |
“Konferma tad-dritt għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) jew it-Taqsima 59 tal-Att dwar l-Ażil” fil-forma ta’ stiker ħadra u blu. |
|
— |
“Konferma ta’ applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18(1)(b) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ” (‘Bestätigung über die Antragstellung gemäß Art. 18 Abs. 1 des Abkommens über den Austritt des Vereinigten Königreichs Großbritannien und Nordirland aus der Europäischen Union und der Europäischen Atomgemeinschaft (Austrittsabkommen) maħruġa fuq karta tas-sigurtà f’format A4 mill-4 ta’ Jannar 2021 |
|
— |
Permess ta’ impjieg (Beschäftigungsbewilligung) skont it-Taqsima 4c (1) tal-Att dwar l-Impjiegi tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) |
|
— |
Ċertifikat ta’ eżenzjoni (Befreiungsschein) skont it-Taqsima 4c (2) tal-Att dwar l-Impjiegi tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) |
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10197 — CSS/Visana/Zur Rose/medi24/WELL JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 140/03)
1.
Fit-13 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CSS Holding AG (“CSS”, l-Isvizzera), |
|
— |
Visana Beteiligungen AG (“Visana”, l-Isvizzera), |
|
— |
Zur Rose Group AG (“Zur Rose”, l-Isvizzera), |
|
— |
medi24 AG (“medi24”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn Allianz SE, kif ukoll |
|
— |
WELL Gesundheit AG (“WELL”, l-Isvizzera). |
CSS, Visana Zur Rose u medi24 jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ WELL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CSS u s-sussidjarji tagħha joffru assikurazzjoni għall-kura tas-saħħa, assikurazzjoni u supplimentari kontra l-inċidenti u assikurazzjoni tal-proprjetà fl-Isvizzera, |
|
— |
Visana u s-sussidjarji tagħha joffru assikurazzjoni obbligatorja għall-kura tas-saħħa, supplimentari u assikurazzjoni tal-proprjetà u assikurazzjoni kontra l-inċidenti fl-Isvizzera, |
|
— |
Zur Rose hija spiżerija u suq online għal prodotti tas-saħħa u l-kura personali li normalment jinbiegħu fi spiżeriji, |
|
— |
medi24 ċentru ta’ kompetenza telemedika bl-istatus ta’ prattika medika Swizzera, |
|
— |
WELL se tkun attiva l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ pjattaforma diġitali għas-suq Svizzeru. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10197 — CSS/Visana/Zur Rose/medi24/WELL JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Europäische Kommission |
|
Generaldirektion Wettbewerb |
|
Registratur Fusionskontrolle |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10237 — BRIDGEPOINT/INFINIGATE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 140/04)
1.
Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Bridgepoint Group Limited (“Bridgepoint”, ir-Renju Unit); kif ukoll |
|
— |
Infinigate Holding AG (“Infinigate”, l-Isvizzera), ikkontrollata minn H.I.G. Capital L.L.C. (“HIG”). |
Bridgepoint takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Infinigate kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bridgepoint: grupp ta’ ekwità privata internazzjonali ffukat fl-investiment f’negozji stabbiliti tas-suq medju Ewropew f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi l-konsumaturi/il-bejgħ bl-imnut, servizzi tan-negozju, industrijali, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, media u teknoloġija; |
|
— |
Infinigate: distribuzzjoni bl-ingrossa b’valur miżjud ta’ prodotti tas-sigurtà tal-IT (inklużi firewalls, VPN gateways, sistemi ta’ detezzjoni u prevenzjoni ta’ intrużjoni, kriptaġġ, protezzjoni kontra l-virus, email u soluzzjonijiet ta’ sigurtà tal-kontenut, u soluzzjonijiet ta’ sigurtà abilitati għall-cloud) |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10237 — BRIDGEPOINT/INFINIGATE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
21.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 140/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10200 — Blackstone/GIP/Cascade/Signature)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 140/05)
1.
Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Blackstone Group Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Global Infrastructure Partners (“GIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Cascade Investment, L.L.C. (“Cascade”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Signature Aviation plc (“Signature”, ir-Renju Unit). |
Blackstone, GIP u Cascade jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Signature.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-5 ta’ Frar 2021.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Blackstone: ġestjoni tal-assi globali, li tinvesti tul firxa wiesgħa ta’ kategoriji tal-assi bħalma hija l-ekwità privata, il-proprjetà immobbli, id-dejn pubbliku u l-ekwità, l-ekwità tat-tkabbir u fondi sekondarji. |
|
— |
GIP: investitura tal-infrastruttura indipendenti ffokat fuq is-setturi tat-trasport, l-enerġija, l-iskart u l-ilma. Il-klijenti ta’ GIP jinkludu fondi tal-pensjonijiet globali, fondi ta’ investimenti sovrani u investituri oħra. |
|
— |
Cascade: entità ta’ investiment privat li tiġġestixxi l-assi ta’ William H. Gates III. Cascade hija primarjament attiva fl-Amerka ta’ Fuq. |
|
— |
Signature: tħaddem network ta’ operazzjonijiet globali fissi għal vjaġġaturi li jużaw l-avjazzjoni tan-negozju u dik ġenerali, tipprovdi servizzi primjum ta’ appoġġ għat-titjiriet, inklużi servizzi ta’ karburant u mhux tal-karburant, xogħol fuq ir-rampa u appoġġ relatat mat-titjiriet għall-passiġġieri, l-ekwipaġġ u l-ajruplani. Signature tipprovdi wkoll servizzi ta’ tiswija u reviżjoni ta’ magni u komponenti minn postijiet fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit, l-Amerka t’Isfel u l-Asja, li hija qablet li tbiegħ lil terza persuna. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10200 — Blackstone/GIP/Cascade/Signature
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
Belgique / België |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).