ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 136/01 |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 136/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10199 — Goldman Sachs/Advania) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
il–Kunsill |
|
2021/C 136/03 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 136/04 |
||
2021/C 136/05 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 136/06 |
||
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 136/07 |
||
2021/C 136/08 |
||
2021/C 136/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ April 2021
dwar il-pjan għall-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv ta’ Maišiagala li tinsab fil-Litwanja
(It-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)
(2021/C 136/01)
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed issir skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom, mingħajr preġudizzju għal xi valutazzjoni addizzjonali li trid issir skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).
Fis-17 ta’ Settembru 2020, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet Data Ġenerali mingħand il-Gvern tal-Litwanja, dwar il-pjan għall-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv (2) li jirriżulta mid-dekummissjonar u ż-żarmar tal-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv ta’ Maišiagala.
Abbażi ta’ din id-data u l-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Diċembru 2020 u fid-29 ta’ Jannar 2021 u provduta mill-awtoritajiet Litwani fl-14 ta’ Jannar 2021 u fl-1 ta’ Frar 2021, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
1. |
Bejn is-sit u l-eqreb fruntiera ma’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ ir-Repubblika tal-Polonja, hemm 125 km. Ir-Repubblika tal-Latvja hija l-eqreb Stat Membru li jmiss, 130 km ’il bogħod. Il-fruntiera tar-Repubblika tal-Belarussja, bħala pajjiż ġar, tinsab 50 km ’l bogħod. |
2. |
Waqt operazzjonijiet normali ta’ dekummissjonar u żarmar, ir-rilaxxi ta’ effluwenti radjuattivi gassużi mhux qed jitqiesu li jistgħu jikkawżaw esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż ġar mil-lat tas-saħħa, rigward il-limiti tad-doża stabbiliti fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom) (3). |
3. |
L-operazzjonijiet normali taż-żarmar mhux se jwasslu għal rilaxxi ta’ effluwenti radjuattivi likwidi. |
4. |
L-iskart radjuattiv solidu, kemm l-iskart taż-żarmar u l-iskart operazzjonali, se jinħażen temporanjament fuq il-post qabel ma jinġarr lejn is-sit tal-impjant nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja għal aktar immaniġġar, trattament u ħżin. L-iskart solidu mhux radjuattiv jew l-materjali residwi li mhumiex soġġetti għall-kontroll regolatorju se jiġu rilaxxati għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ, skont il-kriterji tal-approvazzjoni stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza (id-Direttiva 2013/59/Euratom). |
5. |
Jekk ikun hemm xi rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi aċċident tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, id-dożi li aktarx jilħqu lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz mhux se jkunu sinifikanti mil-lat tas-saħħa, rigward il-livelli ta’ referenza stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom). |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-pjan għall-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li jirriżulta mid-dekummissjonar u miż-żarmar tal-faċilità tal-ħżin tal-iskart radjuattiv ta’ Maišiagala li tinsab fil-Litwanja, waqt operazzjoni normali u fil-każ ta’ aċċidenti tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Data Ġenerali, aktarx ma twassalx għal kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz, rigward id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza (id-Direttiva 2013/59/Euratom).
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Kadri SIMSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali jenħtieġ jibqgħu jiġu valutati. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE; tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent; tad-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa; u tad-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.
(2) Ir-rimi tal-iskart radjuattiv skont it-tifsira tal-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/635/Euratom tal-11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom (ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36).
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10199 — Goldman Sachs/Advania)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 136/02)
Fit 6 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10199. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/4 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
(2021/C 136/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Anis NACCACHE (nru 13), is-Sur Davoud BABAEI (nru 23), l-Organizzazzjoni Ġeografika tal-Forzi Armati (nru 2), il-Grupp Industrijali Shahid Ahmad Kazemi (nru 38) u l-Organizzazzjoni tal-Innovazzjoni u r-Riċerka Difensiva (SPND) (nru 153), il-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Anness II, il-Parti I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX, il-Parti I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb ukoll għall-attenzjoni tal-Kontrammirall Ali FADAVI (nru 2) u s-Sur Mohammad Ali JAFARI (nru 6), persuni li jidhru fl-Anness II, il-Parti II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fl-Anness IX, il-Parti II għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, sat-28 ta' April 2021, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Il-Kummissjoni Ewropea
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-16 ta' April 2021
(2021/C 136/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1986 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,37 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4368 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86793 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,1055 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1011 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,90 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,0180 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,927 |
HUF |
Forint Ungeriż |
361,10 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5509 |
RON |
Leu Rumen |
4,9263 |
TRY |
Lira Turka |
9,6692 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5459 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4986 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3152 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6725 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5980 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 335,70 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,0967 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8157 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5668 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 420,96 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9466 |
PHP |
Peso Filippin |
58,001 |
RUB |
Rouble Russu |
90,8921 |
THB |
Baht Tajlandiż |
37,420 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,7400 |
MXN |
Peso Messikan |
23,8806 |
INR |
Rupi Indjan |
89,2355 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/6 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
(2021/C 136/05)
Il-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura 2025 huma Chemnitz (il-Ġermanja) u Nova Gorica (is-Slovenja).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/7 |
Avviż lill-operaturi ekonomiċi
Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli
(2021/C 136/06)
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C363/02) (1) għas-sensiela ta’ Jannar 2022.
Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).
L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-17 ta’ Ġunju 2021, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja
L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.
Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm
(1) ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.
(2) http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 136/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“VÄRMLÄNDSKT SKRÄDMJÖL”
Nru tal-UE: PGI-SE-02414 — 5.4.2018
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/ismijiet
“Värmländskt skrädmjöl”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Iżvezja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Värmländskt skrädmjöl” huwa l-isem tad-dqiq mitħun bil-ġebel prodott minn ħafur inkaljat tal-ispeċi botanika tal-ħafur (Avena sativa L), ċereali li tradizzjonalment jitkabbru f’Värmland.
Il-“Värmländskt skrädmjöl” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Kulur: isfar pallidu – li jfakkar fil-kulur pallidu tal-qoxra tal-basal.
Riħa: ħabba mitħuna friska, korpuża, imlaħħma u b’togħma ta’ ġewż li tfakkar fl-inkaljar.
Togħma: korpuża bi sfumaturi ta’ nkaljar, aromi ta’ ġewż u togħma sekondarja twila u pjaċevoli.
Konsistenza: Trab bi granularità ta’ 0,2–0,3 mm
Kontenut ta' proteina: 9–14 %
Kontenut ta' xaħam: 4–7 %
Karboidrati: 60–75 %
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Materja prima: Il-“Värmländskt skrädmjöl” jiġi prodott mill-ħafur (Avena sativa L) ikkultivat fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4. Il-varjetà li titkabbar bħalissa jisimha Symphony, varjetà li timmatura kmieni u li għandha ħbub kbar, varjazzjoni żgħira fid-daqs u kontenut medju tax-xaħam (piż ta’ elf ħabba jrendi madwar 45 g, xaħam mhux raffinat madwar 4,8 % u proteina ta’ madwar 10 % tal-materja niexfa).
Il-kontenut tax-xaħam u l-granularità tal-ħafur huma kruċjali għall-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl”.
Id-daqs tal-ħbub u l-varjazzjoni fid-daqs huma primarjament importanti għall-inkaljar u t-tfesdiq. Sabiex jiġi żgurat li jkunu nkaljati b’mod uniformi, il-ħbub tal-ħafur għandhom ikunu kemm jista’ jkun omoġenji fid-daqs. Il-ħafur użat għandu granularità ta’ 2-4 mm u kontenut ta’ ilma ta’ ≤ 14 %.
Il-kontenut tax-xaħam huwa primarjament importanti għat-tħin. Il-ħafur huwa ċereali b’kontenut ta’ xaħam relattivament għoli. Il-kontenut għoli ta’ xaħam iwassal biex id-dqiq jeħel flimkien waqt it-tħin u jwaħħal il-ħaġar tal-mitħna. Għalhekk jintużaw biss il-varjetajiet b’kontenut ta’ xaħam ta’ inqas minn 5 % tal-materja niexfa għall-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl”.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu tal-produzzjoni — mill-kultivazzjoni tal-materja prima sal-inkaljar, it-tfesdiq u t-tħin — irid isir fiż-żona ġeografika indikata fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl” tinkludi l-kontea ta’ Värmland.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta hija bbażata fuq il-karatteristiċi distinti tal-prodott.
Dettalji speċifiċi taż-żona ġeografika:
Il-Värmland għandha ħamrija minerali distintivament aċiduża u fqira b’kontenut baxx ta’ materja organika. Minħabba l-istruttura tagħha, il-ħamrija għandha kapaċità tajba li żżomm l-ilma. Il-klima hija kkaratterizzata minn xtiewi kesħin, bis-silġ u sjuf relattivament sħan. Fir-rebbiegħa, it-temperaturi ta’ kuljum ivarjaw minn temperaturi ta’ friża matul il-lejl għal temperaturi inqas kesħin matul il-jum. Flimkien mal-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma, dan iġiegħel lis-silġ jifforma, li min-naħa tiegħu jimbotta l-għelejjel tal-ħarifa ’l barra mill-ħamrija ffriżata.
Minħabba l-kundizzjonijiet fiżiċi f’Värmland, iż-żrigħ tal-ħafur tar-rebbiegħa sar il-metodu dominanti tal-kultivazzjoni tal-ħabba meta Värmland ġie kkolonizzat minn migranti mill-provinċji tal-Lvant (illum il-Finlandja) lejn l-aħħar tas-seklu 16.
Għall-produtturi tal-“Värmländskt skrädmjöl”, il-produzzjoni tibda bil-kultivazzjoni tal-ħafur. Dan ifisser li l-bidwi jkabbar il-ħafur maħsub b’mod speċjali għall-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl”, bi granularità u b’kontenut ta’ ilma u xaħam li huwa xieraq għall-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl” fl-imtieħen individwali.
Il-ħafur imkabbar fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4 jintaħan u jitnixxef sakemm ikollu kontenut massimu ta’ ilma ta’ 14 %. Biex jiġi prodott il-“Värmländskt skrädmjöl”, il-ħafur jiġi nkaljat fi fran li jaħdmu bl-injam tal-betula, li jagħtu kurva uniformi tat-temperatura. Dawn jitħawdu b’mod kostanti waqt l-inkaljar biex jiġi evitat li jinħarqu. Il-ħafur irid ikun inkaljat tajjeb u sew sabiex toħroġ ir-riħa karatteristika tal-ġewż u t-togħma tal-“Värmländskt skrädmjöl”. Sabiex jiġi żgurat li jkunu nkaljati b’mod uniformi, il-ħbub tal-ħafur iridu jkunu kemm jista’ jkun omoġenji fid-daqs.
L-ilma li jifdal fil-ħafur jevapora matul il-proċess tal-inkaljar, li jieħu madwar sagħtejn. It-tul eżatt taż-żmien jiddependi mit-temperatura u l-varjetà tal-ħafur. Ladarba l-inkaljar jintemm, it-temperatura fil-forn tkun madwar 220 °C.
Wara l-inkaljar, il-ħafur jitfesdaq u x-xgħir (il-qlub) jiġi sseparat mill-qxur. Ix-xgħir mitħun jintaħan bejn żewġ ħaġriet tal-mitħna kbar (li d-daqs tagħhom ivarja bejn mitħna u oħra) u jsir dqiq b’daqs ta’ partiċelli ta’ 0,2 mm-0,3 mm. It-taħħan iħoss id-dqiq u jaġġusta l-ħaġar tal-mitħna biex jikseb il-konsistenza mixtieqa.
Karatteristiċi speċifiċi tal-prodott:
Il-parti tal-proċess ta’ raffinar li tikkontribwixxi bl-aktar mod sinifikanti għall-proprjetajiet tal-“Värmländskt skrädmjöl” hija l-inkaljar tal-ħafur. Huwa l-inkaljar li jagħti lill-“Värmländskt skrädmjöl” ir-riħa karatteristika tiegħu ta’ ħabba mitħuna friska b’aroma distinta ta’ ġewż, u t-togħma korpuża, li ddum, ta’ ġewż b’noti distinti u korpużi ta’ nkaljar. Huwa għal din it-togħma li l-“Värmländskt skrädmjöl” illum qed jintalab iżjed biex iżid it-togħma u bħala ingredjent f’diversi platti u prodotti moħmija.
Rabta kawżali:
It-tradizzjoni tal-kultivazzjoni tal-ħafur tmur lura għas-seklu 16 u l-immigrazzjoni Finlandiża lejn Värmland. L-immigranti ssetiljaw fil-partijiet skarsament popolati tal-kontea u bdew ikabbru l-għelejjel, inkluż il-ħafur. Il-problema tal-ħafur kienet li kien diffiċli li jintaħan. Sabiex ikun aktar faċli li jintaħan, il-ħafur l-ewwel kellu jitfesdaq, proċess li jinvolvi s-separazzjoni tal-ħabba mill-karfa. Sabiex jitneħħew il-qxur, il-ħafur l-ewwel kellu jitnixxef. Oriġinarjament dan kien isir billi l-ħafur jiġi nkaljat f’forn tal-ħobż jew f’sawna. It-tneħħija tal-qxur mhux biss kienet tiffaċilita t-tħin, iżda kienet tfisser ukoll li d-dqiq tal-ħafur iżomm iktar fit-tul.
Fi “Svensk vegetabilisk allmogekost” Keyland (1919) jirrapporta li l-kostruzzjoni ta’ mtieħen speċjali għall-inkaljar, it-tfesdiq u t-tħin tal-ħafur bdiet f’nofs is-seklu 19. Il-kultivazzjoni tal-ħafur u t-teknika ta’ nkaljar tal-ħabba biex jiġi ffaċilitat it-tfesdiq u t-tħin saru ta’ importanza kbira għad-dieta tan-nies f’Värmland. Skont Keyland, it-tfesdiq u l-użu tal-ħafur saru speċjalità ta’ Värmland. “Forsi fl-ebda provinċja Żvediża oħra ma kien hemm dqiq tal-ħafur użat għall-konsum mill-bniedem daqs kemm kien jintuża hemm.”
Il-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl” tiddependi fuq fatturi umani, u l-kooperazzjoni bejn il-bidwi u t-taħħana hija kruċjali għall-kwalità tal-prodott. Dan ifisser li l-bidwi jkabbar il-ħafur maħsub b’mod speċjali għall-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl”, bi granularità u kontenut ta’ ilma u xaħam li huwa xieraq għall-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl” fl-imtieħen skrädmjöl. It-taħħan għandu mbagħad jadatta l-inkaljar, it-tfesdiq u t-tħin għall-karatteristiċi tal-ħafur u jaġġusta l-istadji varji tal-produzzjoni sabiex jiffurmaw unità magħquda.
Il-proċess kollu tal-inkaljar, tat-tindif u tat-tħin huwa artiġjanat, u l-għarfien tal-proprjetajiet tal-materja prima u kif taġixxi matul il-proċess ta’ raffinar huwa l-qofol tal-karatteristiċi tal-“Värmländskt skrädmjöl”.
It-taħħana jistgħu jgħidu meta l-ħafur ikun lest mill-inkaljar skont il-konsistenza u t-togħma tal-ħafur u l-kulur tad-duħħan li joħroġ waqt il-proċess tal-inkaljar. It-teknika hija deskritta f’rekords antiki minn Värmland. “Jekk il-ħafur ikun se jintaħan biex isir dqiq, kienet idea tajba li l-ħabba titnixxef fis-sawna. Kien importanti li ma tkunx sħuna wisq, sabiex il-ħabba titnixxef aktar bil-mod. Meta l-ħabba tkun nixfet biżżejjed biex tintaħan, il-ħabba għandha tinbeżaq meta wieħed ippoġġiha taħt snienu u jigdimha.” Għalhekk, il-produzzjoni tal-“Värmländskt skrädmjöl” tiddependi bis-sħiħ fuq l-għarfien u l-esperjenza tat-taħħan dwar il-materja prima u l-aġir tiegħu waqt il-proċess tal-inkaljar, it-tfesdiq u t-tħin.
Hemm appoġġ lokali konsiderevoli għall-“Värmländskt skrädmjöl”, b’avvenimenti fl-irħula lokali li jitfgħu dawl fuq id-dqiq u t-tradizzjonijiet kulinari marbuta miegħu. Id-dqiq sar jitqassam iktar, billi jintuża biex iżid it-togħma ma’ platti differenti u prodotti moħmija.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://www.livsmedelsverket.se/globalassets/produktion-handel-kontroll/livsmedelsinformation-markning-halsopastaenden/skyddade-beteckningar/ansokan_skradmjol_2020_05_28.pdf
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/11 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid, skont l-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2021/C 136/08)
Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
CRÉMANT DU JURA
PDO-FR-A0740-AM01
Data tan-notifika: it-2 ta’ Frar 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Lista aġġornata tal-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika
Il-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Crémant du Jura ġie emendat:
fit-taqsima IV, il-punt (1)(a), ġiet miżjuda referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali tal-2018 u l-lista tal-muniċipalitajiet ġiet aġġornata. Id-data tal-approvazzjoni taż-żona ġeografika tad-denominazzjoni mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità wkoll ġiet miżjuda. Dawn l-emendi jibdlu l-formulazzjoni tal-kliem iżda ma għandhom l-ebda effett fuq il-konfini taż-żona ġeografika kkonċernata. Dawn huma meħtieġa bħala riżultat ta’ fużjonijiet u diviżjonijiet bejn il-muniċipalitajiet, jew partijiet ta’ muniċipalitajiet, jew bidliet fl-isem. Ir-riformulazzjoni tal-kliem tiżgura li l-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika jkomplu jiġu identifikati b’mod ċar fl-ispeċifikazzjoni.
Fit-taqsima IV, il-punt (1)(b), saru l-istess emendi għall-istess raġunijiet.
Il-punt 1.6 tad-dokument uniku, “Żona demarkata”, ġie emendat skont dan.
Iddaħħlet is-sentenza li ġejja wara l-punti (a) u (b) għall-informazzjoni tal-produtturi: “Mapep li juru ż-żona ġeografika jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-website tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità”.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
2. Densità tat-tħawwil
Fil-Kapitolu 1, taqsima VI, il-punt (1)(a), ġie miżjud dan li ġej: “l-irqajja’ jista’ jkollhom passaġġi ta’ bejn 2 u 3,2 metri fil-wisa’, imqassma kull sitt flanni, sabiex jippermettu li jgħaddi makkinarju speċjalizzat”. Ir-regoli preċedenti kienu jipprojbixxu distanzi ta’ aktar minn 2 metri bejn il-flanni.
Il-wisa’ bejn il-flanni hija kunsiderazzjoni fundamentali fil-kalkolu tal-erja ta’ kopertura veġetali, li mbagħad tiġi inkluża fil-kalkolu tar-rendiment mistenni għall-vinji b’denominazzjoni ta’ oriġini. Sabiex din id-dispożizzjoni tkun tista’ tiġi vverifikata, il-wisa’ medja ġiet stabbilita fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Dawn ir-regoli l-ġodda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġew miżjuda fid-dokument uniku taħt il-punt 1.5 “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.
3. Regoli dwar it-tħarriġ mal-kannizzati u l-għoli tal-weraq
Fil-Kapitolu 1, taqsima VI, il-punt (1)(c), ir-regola dwar l-għoli tal-weraq fil-kannizzati ġiet emendata biex tkopri dwieli b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ aktar minn 1,6 metri iżda mhux aktar minn 2 metri, u dwieli b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ 1,6 metri jew inqas. Barra minn hekk, għal dawn iż-żewġ tipi ta’ dwieli, ġie miżjud dan li ġej: “l-għoli tal-weraq fil-kannizzati jrid jipprevedi kopertura veġetali b’erja tas-superfiċje esterna ta’ mill-inqas 1,2 metri kwadri għal kull kilo ta’ għeneb prodott”.
Dawn iż-żidiet għall-prattiki tal-operaturi jiżguraw li l-kopertura veġetali jkollha biżżejjed erja tas-superfiċje biex l-għeneb ikun jista’ jsir sew. Dawn iż-żidiet huma meħtieġa peress li l-inbejjed mill-vinji ta’ Jura qed jiġu prodotti minn dwieli mħawla f’densitajiet ogħla mill-minimu billi titnaqqas il-wisa’ bejn il-flanni.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
4. Medja tat-tagħbija massima tal-uċuħ tar-raba’ għal kull roqgħa u tar-rendimenti
Fil-Kapitolu 1, taqsima VI, il-punt (1)(d), il-medja tat-tagħbija massima tal-uċuħ tar-raba’ għal kull roqgħa ġiet stabbilita fil-livell ta’ 16 000 kilogramma għal kull ettaru għal irqajja’ ta’ vinji b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ 1,6 metri jew inqas. Dawn id-dwieli għandhom densitajiet tat-tħawwil ogħla minn dwieli b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ aktar minn 1,6 metri. B’kunsiderazzjoni tar-regoli l-oħra dwar il-ġestjoni tal-vinji, dawn id-dwieli jipproduċu aktar għeneb.
Fit-taqsima VIII, il-punt (1), ir-rendiment kien stabbilit fil-livell ta’ 78 ettolitru għal kull ettaru għal irqajja’ ta’ vinji b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ 1,6 metri jew inqas. Għal dwieli b’densità ogħla, ir-rendiment u t-tagħbija massima tal-uċuħ tar-raba’ għal kull roqgħa ġew miżjuda. Dan minħabba li d-densitajiet tat-tħawwil u l-għoli tal-weraq jagħmluha possibbli li jinkiseb dan il-livell ta’ produttività filwaqt li tinżamm il-kwalità mistennija.
Ir-rendiment jibqa’ 74 ettolitru għal kull ettaru għal dwieli b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ aktar minn 1,6 metri iżda inqas minn jew ugwali għal 2 metri.
Ġie miżjud paragrafu dwar id-dikjarazzjoni bil-quddiem tal-assenjazzjoni tal-irqajja’, obbligu li diġà kien stabbilit fil-Kapitolu II tal-verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott approvata fl-2011. Issa huwa ddikjarat li, fin-nuqqas ta’ dikjarazzjoni bħal din, ir-rendiment massimu awtorizzat għall-ħsad inkwistjoni għandu jkun dak tad-denominazzjoni ta’ oriġini Côtes du Jura (inbid abjad) jekk dan tal-aħħar ikun taħt dak awtorizzat għad-denominazzjoni Crémant du Jura. Din id-dikjarazzjoni bil-quddiem tagħmilha aktar faċli biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni speċifiċi għall-Crémant du Jura li jippermettu rendiment ogħla minn dak awtorizzat għall-inbejjed bla gass fiż-żona ġeografika.
Fil-Kapitolu I, it-taqsima VIII, il-punt (2), “L-ewwel produzzjoni”, ir-rendiment fil-mira ġie stabbilit fil-livell ta’ 90 ettolitru għal kull ettaru għal irqajja’ ta’ vinji b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ 1,6 metri jew inqas.
Ir-rendiment fil-mira jibqa’ 80 ettolitru għal kull ettaru għal dwieli b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ bejn 1,6 u 2 metri.
Dawn ir-rendimenti emendati jqisu t-tendenzi osservati fir-rendimenti tal-vinji ta’ Jura minn dwieli użati għall-produzzjoni tal-Crémant. Għad-dwieli bl-ogħla densitajiet, ir-rendimenti jistgħu jiżdiedu għal-livelli proposti. L-erja tas-superfiċje minima meħtieġa tal-kopertura veġetali tiżgura li l-għeneb ikun misjur sal-kwalità mistennija mal-ħsad.
L-emenda għar-rendiment massimu saret fil-punt 1.5.2 tad-dokument uniku.
5. Prattiki oħra relatati mal-uċuħ tar-raba’
Fil-Kapitolu 1, taqsima VI, il-punt (2)(a), fil-każ tal-irqajja’ fuq l-għoljiet l-aktar weqfin, mingħajr sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita, ir-rekwiżit dwar it-tul massimu tal-flanni ġie sostitwit b’obbligu marbut mal-ġestjoni tal-veġetazzjoni mħawla jew li sseħħ b’mod naturali. Din ir-regola l-ġdida tippermetti monitoraġġ aħjar tal-erożjoni u tieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp ikkontrollat tal-kopertura tal-ħaxix fil-vinja.
Fil-Kapitolu 1, taqsima VI, il-punt (2)(a) u (b), id-data tal-bidu għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli u l-applikazzjoni ristretta tagħhom għall-pjantaġġuni ġodda biss ġew imħassra.
Il-prattiki ta’ kultivazzjoni attwali jfissru li dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għad-dwieli kollha.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-dokument uniku.
6. Data meta jibda l-ħsad
Fil-Kapitolu 1, taqsima VII, il-punt (1)(a), id-dispożizzjoni li tistabbilixxi data tal-bidu għall-ħsad tneħħiet. F’kull roqgħa, id-data tal-ħsad hija stabbilita mill-operaturi skont il-livell ta’ tisjir u b’kunsiderazzjoni tal-kontenut minimu taz-zokkor tal-għeneb stipulat fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
7. Fermentazzjoni fi fliexken (tirage)
Fil-Kapitolu 1, taqsima IX, il-punt (2)(c), ġie miżjud dan li ġej fir-rigward tat-tirage: “It-tirage hija awtorizzata biss għall-inbejjed bażi li, wara eżaminazzjoni organolettika, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fil-pjan ta’ monitoraġġ.”
Din ir-regola ġiet inkluża biex jiġi evitat l-użu fit-tieni fermentazzjoni (prise de mousse) ta’ kwalunkwe nbid bażi li jista’ jikkawża difetti fil-prodott finali.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
8. Ħżin
Fil-Kapitolu 1, taqsima IX, il-punt 4, huwa speċifikat li l-ħtieġa ta’ post apposta għall-ħżin tal-prodotti ppakkjati japplika wkoll għall-inbejjed li jistrieħu fuq il-karfa. Dan huwa sabiex tiġi ppreservata l-kwalità mistennija matul it-tieni fermentazzjoni, li hija l-istadju vitali għal dan it-tip ta’ nbid, u biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
9. Rabta kawżali
Fil-Kapitolu 1, taqsima X, il-punt (3), l-ewwel paragrafu fih is-sentenza li ġejja: “Il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ħamrija u jillimita r-riskji attwali ta’ erożjoni, eż. tul limitat tal-flanni u rqajja’ ta’ kopertura tal-ħaxix”. Il-kliem “tul limitat tal-flanni” tħassar.
Dan minħabba l-introduzzjoni ta’ regola ġdida dwar il-ġestjoni tal-vinji: l-obbligu li tiġi ġestita l-veġetazzjoni mħawla jew li sseħħ b’mod naturali (fit-taqsima VI, il-punt (2) dwar il-ġestjoni tal-vinji). Din ir-regola tissostitwixxi l-obbligu dwar it-tul massimu tal-flanni. Ir-regola l-ġdida tippermetti monitoraġġ aħjar tal-erożjoni u tqis l-iżvilupp ta’ kopertura tal-ħaxix ġestita fil-vinja.
Din l-emenda ġiet imċaqilqa fid-dokument uniku għall-paragrafu “Rabta kawżali” fil-punt 1.8.
10. Miżuri tranżizzjonali
Fil-Kapitolu 1, taqsima XI, il-punt (1), fil-każ ta’ rqajja’ mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 1994 u li ma jikkonformawx mad-densità minima tat-tħawwil, hemm perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-ħsad tagħhom jibqa’ jkollu d-dritt għad-denominazzjoni tal oriġini protetta. Dak il-perjodu jispiċċa bil-ħsad tal-2024. Preċedentement dan id-dritt kien disponibbli sad-data li fiha d-dwieli jinqalgħu mill-art.
Issa ġie speċifikat li dawn l-irqajja’ jridu jikkonformaw mar-regoli l-oħrajn kollha dwar il-ġestjoni tal-vinji u r-rendimenti li japplikaw għal dwieli b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ aktar minn 1,6 metri iżda mhux aktar minn 2 metri.
Fit-taqsima XI, il-punt (3) kien jikkonċerna l-perjodu li matulu operazzjonijiet ta’ tirage kienu jfissru li kien hemm miżura speċifika li tikkonċerna d-data li fiha l-prodott jista’ jsir disponibbli għall-konsumatur fis-suq. Dik ir-referenza tneħħiet għax il-perjodu skada.
Dawn l-emendi ma jaffettwawx id-dokument uniku.
11. Dikjarazzjoni bil-quddiem tal-assenjazzjoni tal-irqajja’
Fil-Kapitolu II, taqsima I, il-punt (1), id-data finali biex issir id-dikjarazzjoni bil-quddiem, jew biex jiġi kkanċellat it-tiġdid awtomatiku, tressqet mill-1 għat-30 ta’ Ġunju. Dan sar biex jippermetti lill-produtturi jkollhom idea aħjar tal-ħsad li jmiss, u jiddeċiedu kif l-aħjar jużaw l-għeneb.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
12. Dikjarazzjoni
Fil-Kapitolu II, taqsima I, il-punt (5), l-informazzjoni pprovduta f’din id-dikjarazzjoni trid tinkludi n-numru tal-lott tal-inbid bażi, sabiex tiġi ggarantita t-traċċabilità wara l-eżaminazzjoni organolettika tal-inbid bażi.
Din l-informazzjoni ssaħħaħ il-konformità mal-obbligu li jiġi rtirat kwalunkwe nbid bażi mill-produzzjoni ta’ Crémant du Jura jekk dan jista’ jwassal għal prodott finali ta’ kwalità inferjuri.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
13. Punti ewlenin għall-metodi ta’ verifika u evalwazzjoni
Fil-Kapitolu III, taqsima I, it-tabella tal-punti prinċipali li għandhom jiġu vverifikati u l-metodi ta’ evalwazzjoni korrispondenti ġiet aġġornata f’konformità ma’ ċerti emendi għall-Kapitolu I, u biex jiġu speċifikati ċerti metodi ta’ evalwazzjoni.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
14. Referenzi għall-korp ta’ spezzjoni
Fil-Kapitolu III, taqsima I: ir-regoli dwar il-formulazzjoni tal-kliem f’din it-taqsima ġew emendati wara l-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’Diċembru 2011. L-għan kien li jitneħħew ir-referenzi sħaħ għall-awtorità ta’ spezzjoni fejn il-monitoraġġ jitwettaq minn korp ta’ ċertifikazzjoni.
Ir-referenza għall-akkreditazzjoni mill-COFRAC tal-korp ta’ monitoraġġ tneħħiet peress li din ir-referenza tinbidel pjuttost regolarment. Dan jagħmilha neċessarja li tiġi emendata l-ispeċifikazzjoni kull darba biex tiġi pprovduta l-informazzjoni korretta.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem għar-reġistrazzjoni
Crémant du Jura
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid frizzanti ta’ kwalità abjad jew rożè.
a) |
Meta jkun hemm arrikkiment bil-most, wara t-tieni fermentazzjoni u qabel l-isbokkament, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ma tridx taqbeż it-13 %. |
b) |
L-aċidità totali, l-aċidità volatili u l-kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit, f’zokkor u l-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju mkejla f’20 grad ċentigradi huma stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE. L-inbid abjad frizzanti, magħmul prinċipalment mill-varjetà Chardonnay B, huwa delikat u ta’ kwalità għolja. Għandu taħlita aromatika kumplessa iżda sottili, ħafna drabi b’noti ta’ tuffieħ, brioche u ġellewż. Ir-rożè frizzanti huwa magħmul prinċipalment mill-varjetà Pinot noir N. Spiss ikollu noti ta’ frott artab aħmar.
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
a) |
L-użu ta’ laqx tal-injam mhuwiex permess. |
b) |
L-użu ta’ faħam enoloġiku għall-produzzjoni tal-inbejjed rosé huwa pprojbit, kemm waħdu kif ukoll imħallat fi preparazzjonijiet. |
c) |
Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid segwiti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu. |
d) |
Is-siti tal-għasir iridu jissodisfaw il-kriterji li jikkonċernaw il-kunsinna tal-ħsad, il-faċilitajiet tal-għasir u l-preses, it-tagħbija tal-preses, is-separazzjoni tal-meraq u l-iġjene. |
Densità tat-tħawwil
Id-densità minima tat-tħawwil hija ta’ 5 000 pjanta għal kull ettaru, ħlief għal dwieli mħawla fuq terrazzi.
Fil-każ ta’ dwieli li mhumiex imħawla fuq terrazzi, u terrazzi b’inqas minn żewġ flanni ta’ dwieli, kull pjanta għandha erja massima disponibbli ta’ 2 metri kwadri. Din l-erja hija kkalkulata billi tiġi mmultiplikata d-distanza bejn il-flanni u l-wisa’ bejn il-pjanti f’kull flann. Id-distanza bejn il-flanni ta’ dawn id-dwieli ma tridx tkun aktar minn 2 metri.
L-irqajja’ jista’ jkollhom passaġġi ta’ bejn 2 u 3,2 metri fil-wisa’, imqassma kull sitt flanni, sabiex jippermettu li jgħaddi makkinarju speċjalizzat.
Il-wisa’ medja bejn il-flanni hija kkalkulata billi jiġi diviż il-kejl l-aktar wiesa’ tar-roqgħa bin-numru veru ta’ flanni fil-parti l-aktar wiesgħa.
Ir-regoli dwar l-irmondar
Id-dwieli jistgħu jiġu rmondati f’Guyot sempliċi jew doppju, jew jista’ jintuża rmondar b’fergħat ma’ taħriġ bil-cordon (“cordon du Royat”) b’massimu ta’ 20 blanzun għal kull pjanta u 120 000 blanzun għal kull ettaru.
Irmondati f’Guyot sempliċi jew doppju, in-numru ta’ blanzuni huwa ta’ massimu ta’ 10 fuq il-qasba, b’massimu ta’ fergħat b’żewġ blanzuni kull waħda.
Trasport tal-ħsad
L-għeneb jista’ jiġi ttrasportat biss f’kontenituri mhux issiġillati, taħt kundizzjonijiet li jżommu l-għeneb intatt, u jiskulaw il-meraq kollu prodott meta l-għeneb jingħasar.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
Irqajja’ b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ 1,6 metri jew inqas
90 ettolitru għal kull ettaru
Irqajja’ b’wisa’ medja bejn il-flanni ta’ aktar minn 1.6 metri iżda mhux aktar minn 2 metri
80 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
a) |
L-għeneb huma maħsud u l-inbejjed huma prodotti, żviluppati, imqaddma u ppakkjati fil-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Jura, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2018, kif approvat mill-kumitat nazzjonali kompetenti fis-16 ta’ Novembru 2010: Abergement-le-Grand, Abergement-le-Petit, Aiglepierre, Arbois, Arlay, Les Arsures, Augea, Aumont, Balanod, Baume-les-Messieurs, Beaufort, Bersaillin, Blois-sur-Seille, Brainans, Bréry, Buvilly, Césancey, La Chailleuse (only the territory of the former municipality of Saint-Laurent-La-Roche), Champagne-sur-Loue, La Chapelle-sur-Furieuse, Château-Chalon, Chevreaux, Chille, Chilly-le-Vignoble, Conliège, Courbouzon, Cousance, Cramans, Cuisia, Darbonnay, Digna, Domblans, L’Etoile, Frébuans, Frontenay, Gevingey, Gizia, Grange-de-Vaivre, Grozon, Ladoye-sur-Seille, Lavigny, Lons-le-Saunier, Le Louverot, Macornay, Mantry, Marnoz, Mathenay, Maynal, Menétru-le-Vignoble, Mesnay, Messia-sur-Sorne, Miéry, Moiron, Molamboz, Monay, Montagna-le-Reconduit, Montaigu, Montain, Montholier, Montigny-lès-Arsures, Montmorot, Mouchard, Nevy-sur-Seille, Orbagna, Pagnoz, Pannessières, Passenans, Perrigny, Le Pin, Plainoiseau, Les Planches-près-Arbois, Poligny, Port-Lesney, Pretin, Pupillin, Quintigny, Revigny, Rotalier, Ruffey-sur-Seille, Saint-Amour, Saint-Cyr-Montmalin, Saint-Didier, Saint-Jean-d’Etreux, Saint-Lamain, Saint-Lothain, Sainte-Agnès, Salins-les-Bains, Sellières, Les Trois Châteaux, Toulouse-le-Château, Tourmont, Trenal, Vadans, Val-Sonnette (only the territory of the former municipalities of Grusses, Vercia et Vincelles), Vaux-sur-Poligny, Vernantois, Le Vernois, Villeneuve-sous-Pymont, Villette-lès-Arbois, Voiteur. |
b) |
L-inbejjed jistgħu wkoll jiġu prodotti, żviluppati, imqaddma u ppakkjati fil-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Jura, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2018, kif approvat mill-kumitat nazzjonali kompetenti fis-16 ta’ Novembru 2010: Le Chateley, La Ferté, Hauteroche (it-territorju tal-eks muniċipalità Crançot biss) u Pont-du-Navoy. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid
Chardonnay B
Pinot gris G
Pinot noir N
Poulsard N - Ploussard
Savagnin blanc B
Trousseau N
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Dettalji taż-żona ġeografika
a) Deskrizzjoni tal-fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni “Crémant du Jura” hija parti mir-reġjun naturali ta’ Revermont. Fil-Lvant, dan imiss mal-elevazzjoni tal-ġebla tal-ġir magħrufa bħala l-Premier Plateau (l-ewwel plateau) tal-Massif Jura, b’altitudni medja ta’ 550 metru. Fil-Punent, imiss mal-art baxxa fit-tarf tal-Lvant tal-pjanura ta’ Bresse. Hemm strixxa ta’ 80 kilometru mimlija vinji li jvarjaw fil-wisa’ minn 2 sa 5 kilometri. Dawn prinċipalment iħarsu lejn il-Punent u huma f’altitudni ta’ bejn 300 u 450 metru.
Il-vinji jkopru sensiela kumplessa ta’ għoljiet mit-Tramuntana san-Nofsinhar, taħt kenn mill-art ogħla li tiddomina l-pajsaġġ filwaqt li jogħlew madwar 50 sa 100 metru ’l fuq mill-widien li hemm taħthom. Din il-konfigurazzjoni hija direttament konnessa mal-overthrust tal Jura fil-pjanura ta’ Bresse bil-formazzjoni tal-Alpi. L-art ogħla hija formazzjoni dritta li tikkorrispondi mat-tarf tal-Premier Plateau ta’ Jura. Ġeoloġikament, tikkonsisti f’sodda ta’ blat ta’ ġebla tal-ġir iebsa tal-perjodu Ġurassiku nofsani fuq serje ta’ tipi ta’ marl u tafal ħoxnin mill-perjodi tat-Triassiku u l-Liassiku. L-għoljiet huma ffurmati minn frammenti li tkissru mill-plateau u li ġew ittrasportati fuq il-qasmiet tat-thrust. Ġeneralment dawn jestendu aktar f’direzzjoni mit-Tramunta għan-Nofsinhar, għal bejn 2 u 3 kilometri, meta mqabbla ma’ 0,5 sa 1 kilometru f’direzzjoni mil-Lvant għall-Punent. Ir-reżistenza qawwija għall-erożjoni ta’ dawn il-frammenti tal-ġebla tal-ġir ippermettilhom ikomplu jogħlew mill-pajsaġġ taż-żona ġeografika. Il-widien, għall-kuntrarju, għandhom sottoswol ikkaratterizzat mill-marl. Dawn jirrappreżentaw il-massa tas-serje ħoxna ta’ marls, fonda aktar minn 200 metru fil-bażi, li ġiet spostata u ttrasportata fuq il-pjanura ta’ Bresse f’porzjonijiet fiż-żmien tal-overthrust.
L-erożjoni kienet attiva b’mod speċjali fuq dawn il-marls fraġli, u ffurmathom f’riljievi. Il-biċċa l-kbira tal-irqajja’ demarkati għall-ħsad tal-għeneb ikopru l-inklinazzjoni tan-nofs u t’isfel taħt l-isporġenza bis-siġar tal-plateau, kif ukoll il-ġnub l-aktar esposti tal-għoljiet li jibbenefikaw minn aktar dawl tax-xemx. Il-ġebla tal-ġir hija omnipreżenti. Dan il-blat permeabbli u solubbli huwa ta’ benefiċċju kbir għad-dwieli, speċjalment il-varjetajiet ta’ Jura. Fuq l-inklinazzjonijiet li jisporġu mill-plateau tal-ġebla tal-ġir, il-ħamrija hija taħlita pjuttost kumplessa ta’ marls, tafal u frak tal-ġebel tal-ġir.
Iż-żona ġeografika tgawdi minn klima marittima friska b’xita abbundanti u influwenzi kontinentali notevoli. Dawn jinkludu firxa annwali wiesgħa ta’ temperaturi, b’medja ta’ 10,5 gradi ċentigradi, u sjuf sħan u niedja. Ix-xita annwali taqbeż l-1 000 millimetru, imqassma b’mod ugwali matul is-sena.
b) Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta ġeografika
Il-vinji ilhom preżenti fil-Jura minn żmien ir-Rumani. Hemm bosta referenzi għall-vinji ta’ Jura mis-seklu 11 ’il quddiem.
Il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti f’Jura għandha oriġini qadima. Il-metodu li jinvolvi t-tieni fermentazzjoni fil-flixkun ilu jeżisti mis-seklu 17. Dan huwa prodott tradizzjonali. Anki f’denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta bħal “Arbois” u “L’Étoile” xi ftit mill-produzzjoni tkun riżervata biex isir inbid frizzanti. Dawn l-inbejjed frizzanti ta’ Jura kisbu ċerta reputazzjoni. Fis-seklu 20, kien hemm familji ta’ produtturi li speċjalizzaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti. It-tekniki tagħhom ġew irfinati biex jipproduċu nbejjed ta’ kwalità għolja, pereżempju: l-għeneb jinżamm intatt, l-għasir isir b’mod ġentili, u l-ħżin tal-fliexken isir orizzontalment għal żmien twil matul it-tieni fermentazzjoni.
Id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Crémant du Jura” ġiet rikonoxxuta fid-9 ta’ Ottubru 1995. Il-produtturi mbagħad waqfu jipproduċu nbejjed frizzanti li għandhom denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta oħrajn minn Jura, bħal “Arbois”, “Côtes du Jura” u “L’Étoile”.
Il-varjetajiet ta’ għeneb ta’ Jura ilhom jitkabbru hemmhekk għal diversi sekli. Il-produtturi tal-inbid għażlu tliet varjetajiet tipiċi ta’ Jura: Poulsard N, li għalih hemm rekords bil-miktub li jmorru lura għall-1620 f’Jura; Trousseau N, li jista’ jiġi traċċat lura b’ċertezza għall-1732 f’Jura; u Savagnin B, li għalih l-evidenza tmur lura għall-1717. Barra minn hekk il-produtturi tal-inbid adattaw żewġ varjetajiet li oriġinaw fil-vinji tar-reġjun ġar Burgundy: Chardonnay B, preżenti f’Jura mill-1717, u Pinot noir N, li għalihom l-ewwel referenza bil-miktub tmur lura għall-1385 taħt l-isem ta’ “Savagnin noir”. Dawn il-varjetajiet kollha jintużaw għall-produzzjoni ta’ “Crémant du Jura”.
Fl-2009, madwar 310 ettari ta’ vinji pproduċew madwar 17 000 ettolitru ta’ nbejjed bojod frizzanti u 2 000 ettolitru ta’ nbejjed rosé frizzanti.
Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott
L-inbid abjad frizzanti, magħmul prinċipalment mill-varjetà Chardonnay B, huwa delikat u ta’ kwalità għolja. Għandu taħlita aromatika kumplessa iżda sottili, ħafna drabi b’noti ta’ tuffieħ, brioche u ġellewż.
Ir-rosé frizzanti huwa magħmul prinċipalment mill-varjetà Pinot noir N. Spiss ikollu noti ta’ frott artab aħmar.
Rabta kawżali
L-għeneb jieħu l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu mill-ħamrija kkaratterizzata mill-mar, mit-tafal u mill-ġebla tal-ġir mimli ċagħaq tal-ġebla tal-ġir. Taħt il-wiċċ, id-dwieli jinżammu friski filwaqt li fuq, is-saff oħxon ta’ frak tal-ġebel isaħħan il-ħamrija b’mod effettiv u jipprovdi skular tajjeb. Il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni fl-ispeċifikazzjoni, pereżempju strixxi ta’ kopertura tal-ħaxix, jikkontribwixxu għall-preservazzjoni ta’ din il-ħamrija u jillimitaw ir-riskju kontinwu ta’ erożjoni.
It-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti f’Jura għamlitha possibbli li ġenerazzjonijiet suċċessivi jkomplu jadattaw it-tekniki tal-antenati tagħhom. Bil-ġbir tal-għeneb intatt f’kontenituri mhux issiġillati, u bl-użu ta’ għasir ġentili u gradwali ħafna, il-kwalitajiet essenzjali tal-għeneb huma ppreservati, speċjalment il-potenzjal aromatiku tagħhom li jirriżulta mill-ambjent naturali.
Il-faċilitajiet tal-għasir iridu għalhekk jikkonformaw ma’ regoli stretti u huma soġġetti għal awtorizzazzjoni kkontrollata b’mod strett. Perjodu twil “fuq il-karfa” matul it-tieni fermentazzjoni fil-flixkun jippermetti li jiżviluppaw aromi sekondarji u tikkonferma l-karatteristiċi speċjali tal-inbid li jorbtuh mal-oriġini tiegħu.
Fl-1734, produttur tal-inbid minn Poligny bl-isem ta’ Chevalier iddeskriva fid-dettall ir-riċetta tiegħu għal “vin gris, fl-istil tal-inbid ta’ Champagne”. Sa mill-bidu tas-seklu 17, l-inbid frizzanti saret referenza għalih bl-espressjoni kkulurita vin fou (“inbid miġnun”) li ġiet adottata [bħala isem ta’ ditta] minn negozjant tal-inbid magħruf sew f’Arbois.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Id-daqs tal-ittri ta’ termini fakultattivi li l-użu tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet tal-Komunità, jista’ jkun regolat mill-Istati Membri, ma jridx ikun akbar f’termini ta’ għoli jew wisa’ mid-doppju tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta.
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
a) |
L-operazzjonijiet kollha tal-produzzjoni, mill-ħsad tal-għeneb sal-isbokkament, iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika. |
b) |
Fid-dawl ta’ dan il-proċess, l-inbejjed jiġu ppakkjati fiż-żona ġeografika. |
c) |
L-ibbottiljar fi fliexken tal-ħġieġ, fejn issir it-tieni fermentazzjoni, jista’ jsir biss mill-1 ta’ Diċembru wara l-ħsad. |
d) |
L-inbejjed isiru disponibbli għall-konsumatur fis-suq wara perjodu minimu ta’ tqaddim ta’ 12-il xahar mid-data tal-ibbottiljar. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-3639eb82-2655-461f-a811-87ed70ec6303
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 136/19 |
Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott emendata wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2021/C 136/09)
Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1)
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data e-Ambrosia tal-Kummissjoni.
DOKUMENT UNIKU
“MEJILLÓN DE GALICIA” / “MEXILLÓN DE GALICIA”
Nru tal-UE: PDO-ES-0165-AM02 – 18.9.2020
DOP (x) IĠP ( )
1. Isem
“Mejillón de Galicia” / “Mexillón de Galicia”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Maskli friski tal-ispeċi Mytilus galloprovincialis imkabbra fis-sistema “batea” ta’ pjattaformi jew ċattri li jżommu f’wiċċ l-ilma.
Il-qoxra ta’ dawn il-molluski bivalvi hija ffurmata minn żewġ valvi indaqs (ekwivalvi) ta’ karbonat tal-kalċju u magħluqa b’għatu msejjaħ il-“periostracum”. Billi r-reġjun ewlieni tal-produzzjoni huwa r-rias ta' Galicia [widien tax-xmajjar alluvjonali], li jiġġeneraw rikkezza enormi ta’ flora u fawna tal-baħar, il-periostracum spiss ikollu adeżjonijiet li juru koċċli, poliketi, brijożoj u algi tal-baħar.
Il-laħam jinsab fuq ġewwa. Ġeneralment ikollu lewn il-krema oranġjo, u magħmul minn żewġ lobi mlaħħma b’faxxa vjola skura mmewġa tul ix-xifer tagħhom.
Sabiex il-maskli jkunu koperti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Mejillón de Galicia” meta jaslu fis-suq tal-konsum frisk, dawn iridu jgħaddu minn ċentru tal-purifikazzjoni/tal-ispedizzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Iridu jiġu ppurifikati wkoll bl-ilma baħar mir-rias ta' Galicia fil-provinċji ta’ A Coruña u Pontevedra sabiex jiġi żgurat li l-kwalità u l-karatteristiċi li jirriżultaw mill-fatturi ġeografiċi marbuta mal-kultivazzjoni jibqgħu l-istess.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-operazzjonijiet kollha - mill-kisba taż-żerriegħa sal-ipproċessar tal-prodott finali qabel ma jitħejja għall-bejgħ u jitqiegħed fis-suq - iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar,eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-Kunsill se japplika t-tikketta tiegħu stess, li trid tidentifika l-ippakkjar kollu li jkun fih il-maskli koperti bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta. Il-kliem “Denominación de Origen Protegida Mexillón de Galicia” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta, Mexillón de Galicia] irid jidher b’mod prominenti fuq it-tikketta, taħt il-logo. Fuq it-tikketta jridu jidhru wkoll il-kodiċijiet ta’ kontroll li jidentifikaw b’mod uniku l-maskli f'konformità mal-parametri stabbiliti.
Il-prodotti mmanifatturati bl-użu tal-“Mejillón de Galicia DOP” [Mejillón de Galicia DOP] bħala materja prima (inkluż meta jkun ġie segwit trattament teknoloġiku jew proċess ta’ konservazzjoni) jistgħu jintbagħtu lill-konsumatur f’pakketti li jkollhom l-użu diskrezzjonali tal-logo tal-UE ħdejn il-kliem “elaborado con Denominación de Origen Protegido Mejillón de Galicia” [Magħmul b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Mejillón de Galicia], u b’tipa li tkun iżgħar minn din tal-aħħar jew daqsha, dment li:
— |
il-komponent esklussiv tal-kategorija tal-prodott ikkonċernat ikun il-“Mejillón de Galicia DOP”, iċċertifikat bħala tali, u |
— |
il-partijiet li jużaw il-kliem “Elaborado con Denominación de Origen Protegida Mejillón de Galicia” jkunu ġew awtorizzati. |
F’dan ir-rigward, bħala detentur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mogħtija bir-reġistrazzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Mejillón de Galicia DOP”, il-Kunsill Regolatorju se jawtorizza l-użu tal-kliem u tal-logos fuq it-tikketti tal-prodotti kollha li jkunu ġew ipproċessati u kkonservati b’mod teknoloġiku.
Il-Kunsill Regolatorju se jdaħħal fir-reġistri rilevanti lil dawk awtorizzati li jużaw il-kliem “elaborado con Denominación de Origen Mejillón de Galicia”, biex jiżgura l-konformità tal-prodotti u li l-kliem u l-logos jintużaw b’mod korrett.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika: Iż-żona tal-kultivazzjoni se tkun iż-żona marittima interna tar-rias ta’ Galicia fil-provinċji ta’ A Coruña u Pontevedra, li huma awtorizzati jikkultivaw il-maskli bl-użu ta’ ċattri. Se tinkludi ż-żoni li ġejjin: Ría de Ares-Sada, Ría de Muros-Noia, Ría de Arousa, Ría de Pontevedra u Ría de Vigo.
Iż-żona tal-purifikazzjoni/tal-ispedizzjoni hija limitata għall-provinċji kostali ta’: A Coruña u Pontevedra
5. Rabta maż-żona ġeografika
Mil-lat tar-rabta storika, il-maskli minn żminijiet bikrija kienu sors ta’ ikel għall-ewwel abitanti tal-kosta ta’ Galicia. Hemm biżżejjed evidenza ta’ dan fil-“castros” [l-irħula fortifikati] u fid-dokumenti storiċi (Navaz, 1942, Vázquez Varela u García Quintela, 1998, VVAA 1988 u 1998, Senén-López Gómez, 1999). Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-maskli dehru fl-aktar avvenimenti gastronomiċi importanti mill-passat (eż. fil-qorti Spanjola ta’ Hapsburg, bis-salmura rjali “escabeche real”). Ma hemm l-ebda dubju li l-istorja ta’ Galicia u tal-kosta tagħha hija marbuta mill-qrib mal-maskli. Din ir-relazzjoni tmur lura għas-sitt seklu QK u għadha għaddejja sal-lum, kif jidher mill-għadd kbir ta’ ismijiet ta’ postijiet, ismijiet personali u festivals gastronomiċi (mejillonadas), eċċ. Illum, il-pajsaġġ ta’ Galicia huwa inkonċepibbli mingħajr iċ-ċattri fir-rias tiegħu, li jirriflettu l-iżvilupp tas-settur tal-maskli. Inħoloq ukoll vokabularju speċifiku bi kliem li ġej mill-kultivazzjoni tal-maskli: “mexilla” (it-trobbija tal-maskli), “desdoble”(it-tirqim: parti mill-proċess tal-produzzjoni), eċċ. It-tradizzjoni tant hi storika li ħolqot sistema speċifika ta’ kultivazzjoni li hija rikonoxxuta internazzjonalment bħala s-“sistema Galizjana”, b’tagħmir u materjal ddisinjati apposta u metodi ta’ ħidma tradizzjonali li jirriżultaw fi prodott distint(López Capont, 1973; López Capont u Fidalgo Fernández, 1977; Otero Pedrayo, 1980; Lorenzo, 1982; Calo-Lourido, 1985 a, b u c).
Fejn tidħol ir-rabta mal-ambjent naturali, ir-rias ta’ Galicia huma meqjusa bħala ekosistemi u għandhom produzzjoni primarja sinifikanti, li tinvolvi b’mod partikolari l-kultivazzjoni ta’ molluski bivalvi u maskli bivalvi. Dawn l-ispeċijiet jinsabu'l isfel fil-katina alimentari, li huwa essenzjali sabiex jinkisbu rendimenti kbar. Id-differenzi fil-produzzjoni (it-tkabbir u r-rendiment tal-laħam) osservati fil-maskli fir-rias ta’ Galicia huma dovuti għall-proċessi ta’ adattament fiżjoloġiċi marbuta mal-assorbiment tan-nutrijenti (Fernández Reiriz u Labarta). Il-kwalità unika tal-maskli kkultivati fir-rias ta’ Galicia hija dovuta għall-adattament tagħhom għall-karatteristiċi tal-ekosistema fejn jiġu kkultivati, u hija marbuta direttament mad-disponibbiltà u l-kwalità tal-ikel.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://mar.xunta.gal/sites/default/files/fileadmin/arquivos/mar/prego_condicions_dop_mexillon_de_galicia_2020.pdf