ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 118I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
7 ta' April 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 118 I/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

1

2021/C 118 I/02

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

3

 

L-Awtorità Ewropea dwar Is-Sigurtà fl-Ikel

2021/C 118 I/03

Netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

5


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

7.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 118/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

(2021/C 118 I/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 (4) dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja.

Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 751 (1992) u 1907 (2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet persuni mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

Dawk ikkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex id-deċiżjonijiet li jiġu inklużi fil-lista tan-NU jiġu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 9173679448

Fax +1 2129631300

Posta elettronika: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/delisting/delisting-requests

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li ġew iddeżinjati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/231/PESK u l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 356/2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 356/2010, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(2)  ĠU L 115 I, 6.4.2021, p. 3.

(3)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 115 I, 6.4.2021, p. 1.


7.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 118/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja

(2021/C 118 I/02)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/560 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/559 (5) dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni — RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ proċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2010/231/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (PESK) 2021/560, u mar-Regolament (UE) Nru 356/2010, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/559 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulat fid-Deċiżjoni 2010/231/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 356/2010.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew għad-durata tal-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

(3)  ĠU L 115 I, 6.4.2021, p. 3.

(4)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.

(5)  ĠU L 115 I, 6.4.2021, p. 1.


L-Awtorità Ewropea dwar Is-Sigurtà fl-Ikel

7.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 118/5


Netwerking ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma tal-missjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(2021/C 118 I/03)

Regolament (KE) Nru 178/2002 (1), l-Artikolu 36(2), jipprevedi li “Il-Bord tal-Amministrazzjoni” tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, “waqt li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, għandu jħejji lista li għandha tiġi ppubblikata ta’l-organizzazzjonijiet kompetenti nnominati mill-Istati Membri li jistgħu jgħinu lill-Awtorità, jew individwalment jew f’networks, fil-missjoni tagħha”.

Din il-lista l-ewwel ġiet imħejjija mill-Bords tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fid-19 ta’ Diċembru 2006, u minn dakinhar:

i.

qiegħda tiġi aġġornata regolarment, abbażi tal-proposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-EFSA, waqt li jitqiesu r-reviżjonijiet jew proposti ta’ deżinjazzjoni ġodda mill-Istati Membri (skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004, l-Artikolu 2(4) (2)); u

ii.

ippubblikata fuq is-sit web tal-EFSA, fejn hi ppubblikata l-aħħar lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti.

Din l-informazzjoni rispettiva hi disponibbli fuq is-sit web tal-EFSA, fil-links li ġejjin:

i.

l-aħħar emenda ta’ din il-lista ta’ organizzazzjonijiet kompetenti mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EFSA fl[25 ta’ Marzu 2021] –

[https://www.efsa.europa.eu/en/events/event/86th-management-board-web-meeting]; u

ii.

il-lista aġġornata ta’ organizzazzjonijiet kompetenti –

http://www.efsa.europa.eu/en/partnersnetworks/scorg

L-EFSA se żżomm din in-notifika aġġornata, speċifikament fir-rigward tal-links tas-sit web ipprovduti.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil Cooperation.Article36@efsa.europa.eu.


(1)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, tal-1.2.2002, p. 1).

(2)  ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2230/2004 tat-23 ta’ Diċembru 2004 li jindika termini ta’ applikazzjoni tar-Regolament 178/2002 f’dak li għandu x’jaqsam max-xibka ta’ organizzazzjonijiet li jaħdmu fl-oqsma li jiddependu mill-missjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (ĠU L 379, tal-24.12.2004, p. 64), kif l-aħħar emendat.