|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 103/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10192 — Linde/Hyosung/JVs) ( 1 ) |
|
|
2021/C 103/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 103/03 |
||
|
2021/C 103/04 |
||
|
2021/C 103/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
|
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA |
|
|
2021/C 103/06 |
||
|
2021/C 103/07 |
||
|
2021/C 103/08 |
||
|
2021/C 103/09 |
||
|
2021/C 103/10 |
L-ebda għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 103/11 |
Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A01/2021 — Il-Programm Erasmus+ |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 103/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 103/13 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10192 — Linde/Hyosung/JVs)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 103/01)
Fit 18 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10192. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 103/02)
Fi 18 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt -dokument li jġib in-numru 32021M10179. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-24 ta' Marzu 2021
(2021/C 103/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1825 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,60 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4360 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86250 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1635 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1068 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
150,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1563 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,206 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
364,93 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6280 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8880 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,4009 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5532 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4884 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1863 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6963 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5917 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 338,12 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,5248 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7133 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5730 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 082,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8843 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,468 |
|
RUB |
Rouble Russu |
90,2013 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,658 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,5258 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,5236 |
|
INR |
Rupi Indjan |
85,8585 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ reċiproċità f’konformità mal-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2021/C 103/04)
I. Bażi ġuridika
Din l-informazzjoni hija bbażata fuq in-notifika riċevuta mill-Polonja f’konformità mal-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) (1).
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806, fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II (lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għal soġġorni ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum) japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.
L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.
Il-Kummissjoni diġà rċeviet notifiki mill-Ġermanja dwar ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġappun u ppubblikathom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta’ Ottubru 2020 (2). F’konformità mal-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2018/1806, kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont il-punt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata fil-proċeduri li għaddejjin mingħajr ma jkunu estiżi l-iskadenzi jew il-perjodi stipulati f’dawk il-punti.
II. Informazzjoni dwar in-notifika mill-Polonja, inkluż dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.
Il-Kummissjoni rċeviet notifika mill-Polonja, li ntbagħtet fit-18 ta’ Novembru 2020, dwar:
|
— |
ir-Repubblika tal-Korea; |
|
— |
il-Ġappun.
|
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/5 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2021/C 103/05)
Naħa nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Finlandja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Ġurnaliżmu u l-Komunikazzjoni Miftuħa Jappoġġaw id-Demokrazija Finlandiża
Id-deskrizzjoni tad-disinn: Il-figuri murija fil-parti ta’ ġewwa tal-munita jistgħu jiġu interpretati bħala figuri stilizzati umani magħmula minn u marbuta f’xibka qisu żigarella. In-naħat ta’ barra tal-parti ta’ ġewwa tal-munita juru l-ittri “JOURNALISMI JOURNALISTIK”. Il-parti ta’ isfel tal-parti ta’ ġewwa turi l-kitba “2021 FI” preċeduta mill-marka taz-zekka Finlandiża.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
L-Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 800 000
Id-data tal-ħruġ: Fir-Rebbiegħa 2021
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/6 |
Għajnuna mill-istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 103/06)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-istat li ġejja:
|
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
L-14 ta’ Diċembru 2020 |
|
Il-Każ Nru |
85921 |
|
Id-Deċiżjoni Nru |
159/20/COL |
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|
It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju) |
Emendi għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2020 għall-iskema ta’ kumpens għall-kanċellazzjoni jew il-posponiment ta’ avvenimenti kulturali |
|
Il-bażi ġuridika |
L-emendi għall-iskema ta’ kumpens u ż-żieda fil-baġit għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2020 huma bbażati fuq il-proposta tal-baġit Prop 51 S (2020-2021), soġġett għall-approvazzjoni tal-Parlament Il-qafas legali nazzjonali għall-emendi għall-iskema ta’ kumpens għall-ispejjeż eliġibbli mġarrba f’Settembru huwa regolament emendatorju għar-Regolament tal-4 ta’ Novembru 2020 Nru 2250 dwar skema ta’ kumpens temporanju b’rabta mal-kanċellazzjonijiet, l-għeluq jew il-posponimenti tal-avvenimenti ppjanati li saru f’Settembru 2020 bħala riżultat tal-imxija tal-COVID-19 Il-qafas legali nazzjonali għall-emendi għall-iskema ta’ kumpens għall-ispejjeż eliġibbli mġarrba fil-perjodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2020 huwa regolament emendatorju għar-Regolament tal-4 ta’ Novembru 2020 Nru 2245 skema ta’ kumpens temporanju b’rabta mal-kanċellazzjonijiet jew l-għeluq tal-avvenimenti ppjanati minn Ottubru sa Diċembru 2020 bħala riżultat tal-imxija tal-COVID-19 |
|
It-tip ta’ miżura |
Skema u żieda fil-baġit |
|
L-objettiv |
Biex jikkumpensaw għal telf eliġibbli kkawżat mill-kanċellazzjoni, kanċellazzjoni parzjali jew posponiment ta’ avvenimenti kulturali biex jiġi miġġieled it-tixrid tal-virus tal-COVID-19 |
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotjiet |
|
Il-baġit |
Il-baġit approvat ta’ 200 miljun għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru 2020 tal-iskema eżistenti se jiżdied b’NOK 146 109 153 , biex il-baġit totali għall-perjodu jikkostitwixxi fi NOK 346 109 153 |
|
Għal kemm żmien |
Mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 |
|
Setturi ekonomiċi |
Kultura |
|
L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
Arts Council Norway Postboks 4808 Nydalen N-0422 Oslo NORWAY |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA:
http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/8 |
Għajnuna mill-istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 103/07)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-istat li ġejja:
|
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
Il-15 ta’ Diċembru 2020 |
|||||
|
Il-Każ Nru |
85961 |
|||||
|
Id-Deċiżjoni Nru |
162/20/COL |
|||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|||||
|
Ir-reġjun |
It-territorju kollu tan-Norveġja |
|||||
|
Il-bażi ġuridika |
Riżoluzzjoni Parlamentari (“Stortingsvedtak”) dwar emenda għall-Baġit Nazzjonali 2020: “Prop. 1 S Tillegg 1 (2020-2021) Endring av Prop. 1 S (2020-2021) Statsbudsjettet 2021” (għad trid tiġi adottata), ibbażata fuq “Innst. 8 S (2020-2021)” (għad trid tiġi adottata) |
|||||
|
It-tip ta’ miżura |
Skema |
|||||
|
L-għan |
Li jkun żgurata suq tal-assikurazzjoni tal-kreditu kummerċjali li jiffunzjona fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 |
|||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Garanziji |
|||||
|
Il-baġit |
NOK 18 200 miljun f’garanziji |
|||||
|
Għal kemm żmien |
Sat-30 ta’ Ġunju 2021 |
|||||
|
Setturi ekonomiċi |
L-assikurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni |
|||||
|
L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/9 |
Għajnuna mill-istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 103/08)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-istat li ġejja:
|
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
L-14 ta’ Diċembru 2020 |
||||
|
Il-Każ Nru |
85894 |
||||
|
Id-Deċiżjoni Nru |
160/20/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
L-Iżlanda |
||||
|
It-Titolu |
COVID-19 Għotjiet għar-Reżiljenza |
||||
|
Il-bażi ġuridika |
L-Att dwar l-Għotjiet għar-Reżiljenza (bl-Iżlandiż lög um viðspyrnustyrki) |
||||
|
It-tip ta’ miżura |
Skema |
||||
|
L-għan |
Li jikkontribwixxi għall-attività ekonomika kontinwa tal-impriżi li sofrew telf ta’ introjtu minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konteniment imposti biex jiġi miġġieled it-tixrid tal-virus |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Għotjiet diretti |
||||
|
Il-baġit |
ISK 19.8 biljun (madwar EUR 122 miljun) |
||||
|
Għal kemm żmien |
Il-31 ta’ Mejju 2021 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
|
L-isem u l-indirizz tal-awtorità li ħarġet l-għajnuna |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/10 |
Għajnuna mill-istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2021/C 103/09)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-istat li ġejja:
|
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
L-14 ta’ Diċembru 2020 |
||||
|
Il-Każ Nru |
85852 |
||||
|
Id-Deċiżjoni Nru |
158/20/COL |
||||
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
||||
|
It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju) |
Kumpens addizzjonali għall-Ajruport ta’ TORP Sandefjord |
||||
|
Il-bażi ġuridika |
L-ittra ta’ għoti ta’ għajnuna mill-Ministeru tat-Trasport li jimplimenta l-approprjazzjoni tal-Parlament Norveġiż |
||||
|
It-tip ta’ miżura |
Għajnuna individwali |
||||
|
L-objettiv |
Biex tikkumpensa parti mill-ħsara mġarrba direttament minn Sandefjord Lufthavn AS mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 minħabba l-miżuri pubbliċi ta’ trażżin li ttieħdu b’konsegwenza tal-imxija tal-COVID-19 |
||||
|
Il-forma tal-għajnuna |
Sussidju |
||||
|
Il-baġit |
NOK 30 miljun |
||||
|
L-intensità |
87 % (stima) |
||||
|
Għal kemm żmien |
mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 |
||||
|
Setturi ekonomiċi |
Avjazzjoni |
||||
|
L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/11 |
L-ebda għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
(2021/C 103/10)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix f’għajnuna mill-istat fis-sens tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
Id-9 ta’ Diċembru 2020 |
|
Il-Każ Nru |
85916 |
|
Id-Deċiżjoni Nru |
144/20/COL |
|
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
|
It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju) |
Municipal eHealth |
|
Il-forma tal-għajnuna |
L-ebda għajnuna |
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/12 |
Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A01/2021
Il-Programm Erasmus+
(2021/C 103/11)
1. Introduzzjoni u għanijiet
Din is-sejħa għal proposti hija soġġetta għal:
|
— |
l-adozzjoni mingħajr modifiki sinifikanti mill-awtorità leġiżlattiva tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali ta’ Erasmus+ u li jistabbilixxi l-programm Erasmus+ u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013. |
|
— |
l-opinjoni pożittiva mill-Kumitat stabbilit fl-att bażiku dwar il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni ta’ Erasmus+ fl-2021. |
|
— |
l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta' ħidma annwali tal-2021, wara referenza mingħand il-kumitat tal-programm. |
|
— |
id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2021 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2021 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji. |
|
— |
il-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali mill-Awtorità Nazzjonali u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni, u l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Kontribuzzjoni. |
Għalhekk, din in-notifika ma torbotx legalment lill-Kummissjoni (l-awtorità kontraenti). F’każ li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tiġix issodisfata, l-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tabbanduna jew tikkanċella din is-sejħa u li tniedi oħrajn b’kontenut differenti u bi skadenzi xierqa għas-sottomissjoni.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:
Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà fit-tagħlim tal-individwi
|
— |
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
|
— |
Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ |
Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet
|
— |
Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:
|
|
— |
Sħubijiiet għall-Eċċellenza:
|
|
— |
Sħubijiet għall-Innovazzjoni:
|
|
— |
Avvenimenti Sportivi mingħajr skop ta’ qligħ |
Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni
|
— |
Żgħażagħ Ewropej flimkien |
Azzjonijiet Jean Monnet:
|
— |
Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja: |
|
— |
Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u tat-taħriġ |
3. Eliġibbiltà
Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista' japplika għal finanzjament mill-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament fejn tidħol il-mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.
Dawn il-Pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ (1):
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej, |
|
— |
pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm 2021 tal-Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
4. Il-baġit u t-tul tal-proġetti
L-istima tal-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hija EUR 2 453,5 miljun:
|
L-Edukazzjoni u t-Taħriġ: |
EUR |
2 153,1 miljun |
|
Iż-Żgħażagħ: |
EUR |
244,7 miljun |
|
L-Isport: |
EUR |
41,7 miljun |
|
Jean Monnet: |
EUR |
14-il miljun |
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi u suġġetti għall-adozzjoni tal-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Erasmus+ tal-2021 u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta' Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus + u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:
https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_mt fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.
Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta' proġett u l-għadd ta' sħab involuti.
Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni jew ta’ programm ta’ ħidma abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019)2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.
5. L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet
L-iskadenzi tal-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt kollha jirreferu għall-ħin ta' Brussell.
|
Azzjoni Ewlenija 1 |
|
|
Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
il-11 ta’ Mejju f’12.00 |
|
Il-mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti |
il-11 ta’ Mejju f’12.00 |
|
L-Akkreditazzjonijiet tal-Erasmus fl-ETV, l-edukazzjoni skolastika u l-edukazzjoni għall-adulti |
id-19 ta’ Ottubru f’ 12.00 |
|
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
il-11 ta’ Mejju f’12.00 |
|
Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
il-5 ta’ Ottubru f’12.00 |
|
Azzjoni Ewlenija 2 |
|
|
Sħubiji ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk ippreżentati mill-NGOs Ewropej |
l-20 ta’ Mejju f’12.00 |
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej |
l-20 ta’ Mejju fil-17.00 |
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport |
l-20 ta’ Mejju fil-17.00 |
|
Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
l-20 ta’ Mejju f’12.00 |
|
Sħubijiet ta’ skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
it-3 ta’ Novembru f’12.00 |
|
Sħubijiet ta’ skala żgħira fil-qasam tal-isport |
l-20 ta’ Mejju fil-17.00 |
|
Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali |
is-7 ta’ Settembru fil-17.00 |
|
Akkademja tal-Għalliema tal-Erasmus |
is-7 ta’ Settembru fil-17.00 |
|
Azzjonijiet Erasmus Mundus |
is-26 ta’ Mejju fil-17.00 |
|
Alleanzi għall-Innovazzjoni |
is-7 ta’ Settembru fil-17.00 |
|
It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ |
l-1 ta’ Lulju fil-17.00 |
|
Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ |
l-20 ta’ Mejju fil-17.00 |
|
Azzjoni Ewlenija 3 |
|
|
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
l-24 ta’ Ġunju fil-17.00 |
|
Networks u Azzjonijiet Jean Monnet |
it-2 ta’ Ġunju fil-17.00 |
|
|
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. |
6. Dettalji sħaħ
Ara l-kundizzjonijiet ta' din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2021:
http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/programme-guide
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(2) Soġġett għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-parteċipazzjoni fil-programm.
(3) Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/16 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 103/12)
1.
Fis-17 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Inter-Risco Sociedade de Capital de Risco, S.A. (“Inter-Risco”, il-Portugall), finalment ikkontrollata minn CaixaBank (Spanja), |
|
— |
Unavets Healthcare, S.L. (“Unavets”, Spanja), finalment ikkontrollata minn Oaktree Group (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
OneVet Group, SGPS, S.A (“OneVet”, il-Portugall), bħalissa kkontrollata minn Inter-Risco. |
Inter-Risco u Unavets jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ OneVet kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Inter-Risco: fond ta’ ekwità privata stabbilit fil-Portugall b’interessi fis-settur tal-ospitalità, l-inġinerija u l-kostruzzjoni, kif ukoll fil-provvista ta’ servizzi mediku-veterinarji (permezz ta’ OneVet) u l-inkaljar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-kafè. |
|
— |
Unavets: grupp ta’ servizzi veterinarji stabbilit fi Spanja attiv fil-forniment ta’ servizzi mediku-veterinarji u attivitajiet anċillari fi Spanja. |
|
— |
OneVet: grupp ta’ servizzi veterinarji stabbilit fil-Portugall attiv fil-forniment ta’ servizzi mediku-veterinarji u attivitajiet anċillari fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/18 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 103/13)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“ŐRSÉGI TÖKMAGOLAJ”
Nru tal-UE: PGI-HU-02482 — 12.9.2018
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Őrségi tökmagolaj”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Ungerija
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.5: Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Őrségi tökmagolaj” huwa żejt veġetali mhux raffinat magħsur miż-żerriegħa mixwija tal-qargħa ħamra (Cucurbita pepo L.) mkabbra b’mod speċifiku għall-finijiet ta’ għasir taż-żejt.
Iż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra, magħsur miż-żerriegħa tal-qargħa ħamra biss, huwa ħieles minn kwalunkwe materja oħra. Huwa likwidu viskuż mimli karattru u mingħajr irwejjaħ jew togħmiet estranji. Għandu palat qawwi, mieles, togħma pikkanti li tfakkrek fil-ġewż. Huwa ta’ lewn aħdar skur ħafna.
L-aċidi xaħmin poliinsaturati jammontaw għall-biċċa l-kbira tal-kontenut ta’ xaħam tiegħu.
Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:
Kontenut ta’ aċidu xaħmi poliinsaturat: minimu ta’ 55 %
Kontenut ta’ sapun: massimu ta’ 0,005 % (m/m)
Valur ta’ aċidu: massimu ta’ 4,0 mg KOH/g ta’ żejt tat-tisjir
Valur tal-perossidu: massimu ta’ 10,0 meq O2/kg ta’ żejt tat-tisjir
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
|
|
Ħżin u tħejjija tal-ingredjent bażiku |
|
|
Tħin |
|
|
Tagħġin |
|
|
Xiwi |
|
|
Għasir |
|
|
Serħan, sedimentazzjoni |
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
—
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
L-“Őrségi tökmagolaj” jiġi prodott fil-limiti amministrattivi tal-muniċipalitajiet li ġejjin:
Bajánsenye, Csákánydoroszló, Csörötnek, Döbörhegy, Felsőjánosfa, Felsőmarác, Halogy, Hegyhátszentjakab, Hegyhátszentmárton, Ispánk, Ivánc, Kercaszomor, Kerkáskápolna, Kisrákos, Kondorfa, Körmend, Magyarszombatfa, Molnaszecsőd, Nádasd, Nagymizdó, Nagyrákos, Őrimagyarósd, Őriszentpéter, Pankasz, Rábagyarmat, Rádócköldek, Szaknyér, Szalafő, Szarvaskend, Szatta, Szentgotthárd, Szőce, Velemér, Viszák.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn l-“Őrségi tökmagolaj” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-prodott u attributi oħra.
Il-qargħa ħamra taż-żejt ilha tiġi mkabbra – u ż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra ilu jiġi magħsur miż-żerriegħa tagħha – fil-villaġġi storiċi ta’ Őrség għal qrib il-100 sena issa. L-użu u l-konsum taż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra kien jifforma parti mill-ħajja ta’ kuljum:
“Huma jħobbu jxappu ż-żejt hekk kif jagħli fuq in-nar. Inkella, kif issemma’ diġà, jakkumpanja insalati, kaboċċi, patata, bżar, basal aħmar, jew ħjar. Jintuża wkoll fil-ħami tal-iscones. Minbarra ż-żejt taż-żerriegħa tal-ġirasol li huma rari ħafna, ftit huma ż-żjut tat-tisjir li wieħed jista’ jsib fil-kċejjen tal-Őrség…’(Kardos, László: Az őrség népi táplálkozása. Budapest, 1943, pp. 90-91).
Il-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni tal-“Őrségi tökmagolaj” baqa’ ppreservat sal-lum il-ġurnata. Il-qargħa ħamra taż-żejt, li kienet tiġi mħawla fuq wara ta’ kważi kull ġnien tal-ħxejjex, kienet tifforma parti integrali mill-farms tal-familji. Skont data etnografika, l-għasir taż-żejt fuq bażi domestika kien prattika komuni fl-Őrség fil-bidu tas-seklu għoxrin.
L-għasir taż-żejt fuq skala żgħira reġa’ qabad fit-tmeninijiet, fejn beda jinfirex dejjem aktar. Ir-rivista Szabad Föld irrapportat dan li ġej fl-edizzjoni tagħha tal-10 ta’ Marzu 1984: “Il-produzzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra – okkupazzjoni tradizzjonali ta’ tmiem ix-xitwa – diġà għaddejja ġmielha fil-villaġġi tal-Őrség. Id-domanda għal dan iż-żejt appetituż – li jista’ jintuża wkoll bħala rimedju għall-ilmenti diġestivi – tant kibret f’dawn l-aħħar snin li l-impjanti tal-għasir taż-żejt (magħrufa bħala mtieħen taż-żejt) li ngħalqu bejn 10 u 15-il sena ilu biss, qed jerġgħu jaħdmu f’dawn l-irħula. Fl-imgħoddi, il-familji kienu jipproduċu biżżejjed żejt biss biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom stess. Illum, qed jinbiegħ dejjem aktar minn dan iż-żejt. Huwa qed jinxtara mill-istabbiliment kooperattiv ta’ skambji kummerċjali TSZKER, l-aktar għall-esportazzjoni.” Dan huwa kkonfermat minn studju mwettaq minn Attila Selmeczi Kovács fl-1992: “Minn tmiem l-aħħar seklu, madwar it-Transdanubia tal-Punent infirxu workshops żgħar li jipproduċu ż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra, iżda minflok għodod tat-tisħiq tradizzjonali, użaw diversi mtieħen tal-industrija artiġjanali li kienu ferm aktar produttivi. Id-dqiq taż-żerriegħa misħuqa jew mitħuna jiġi magħġun sabiex ikun adattat għat-tisħin. Fir-reġjuni Transdanubjani tal-Punent tal-Őrség u l-Hetes, pereżempju, fejn il-produzzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra baqgħet industrija tad-djar rustiċi sal-lum il-ġurnata, 6 kg ta’ grixa taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra ssir biż-żieda ta’ litru wieħed ta’ ilma jagħli, filwaqt li wieħed jagħġen kontinwament. Tiġi ffurmata pasta polpuża u ratba li tiġi mqassma f’porzjonijiet li jvarjaw fid-daqs skont il-kapaċità tal-pressa taż-żejt, u mixwija porzjon, porzjon. Il-pasta tiġi mħawda kontinwament waqt ix-xiwi, sakemm tilħaq l-aħjar livell tagħha, li jiġi ddeterminat bl-esperjenza.” (Selmeczi Kovács, Attila - Az olajsütés. A nyersanyag és a technológia kapcsolata. F’: Néprajzi értesítő, volum 74, 1992, pp. 75-89).
Ir-reputazzjoni tal-“Őrségi tökmagolaj” hija bbażata fuq il-kwalitajiet organolettiċi eċċellenti tiegħu kkonferiti mit-teknika ta’ produzzjoni tradizzjonali speċifika tiegħu. Il-fatturi ewlenin huma ħafna s-snin ta’ esperjenza, l-għarfien espert, u l-użu ta’ tagħmir u twaġen adatti biex jinkiseb żejt delizzjuż u żejt primjum minn żerriegħa ta’ valur għoli. Grazzi għat-teknika tal-produzzjoni taż-żejt taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra użata fir-reġjun tal-Őrség, l-“Őrségi tökmagolaj” għandu togħma aktar intensa, aktar aromatika miż-żejt ordinarju taż-żerriegħa tal-qargħa ħamra prodott permezz tal-ippressar kiesaħ. Iż-żrieragħ tal-qargħa ħamra jinxtwew f’temperatura aktar baxxa, iżda msaħħna għal ħin itwal, u dan jagħti lill-“Őrségi tökmagolaj” togħma mielsa, pikkanti, distintiva li tfakkrek fil-ġewż.
Għal dawn ir-raġunijiet, l-“Őrségi tökmagolaj” huwa ta’ importanza partikolari għad-dinja tal-gastronomija. Fl-2016, ġurija professjonali ppreżentat il-premju nazzjonali tal-“Magyarország tortája” [Kejk tal-Kampanja] lill-“Őrség Zöld Aranya”, kejk li jsir bl-użu ta’ għaġina li fiha l-“Őrségi tökmagolaj”, b’topping tal-ġelì magħmul ukoll mill-“Őrségi tökmagolaj”. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-“Őrség Zöld Aranya” sar popolari ħafna fost il-konsumaturi u huwa element permanenti fl-aqwa ħwienet tal-ħelu Ungeriżi.
L-“Őrségi tökmagolaj” qed isir dejjem aktar popolari fost il-konsumaturi u t-turisti. Fl-2011, edizzjoni speċjali ta’ siegħa tal-programm tat-televiżjoni pubblika Ungeriża, Gasztroangyal, ippreżentat il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali għall-“Őrségi tökmagolaj”.
L-“Őrségi tökmagolaj” igawdi wkoll reputazzjoni barra mill-pajjiż: rebaħ midalja tal-fidda fit-Tieni Esibizzjoni Internazzjonali taż-Żejt taż-Żerriegħa tal-Qargħa Ħamra, li saret fl-2019. Huwa sar isem ta’ marka rikonoxxuta matul l-aħħar deċennji.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://gi.kormany.hu/foldrajzi-arujelzok