ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 64

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
24 ta' Frar 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 64/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10125 — GBL/Canyon) ( 1 )

1

2021/C 64/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10086 — Cerberus Group/Dorel Industries) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 64/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-23 ta' Frar 2021

3

2021/C 64/04

Kummissjoni Amministrattiva tal-komunitajiet Ewropej għas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti — Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 64/05

Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 taħt Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027)

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 64/06

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

7


 

Rettifika

 

Rettifika għan-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ kejbils tal-fibra ottika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ( ĠU C 316, 24.9.2020 )

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10125 — GBL/Canyon)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 64/01)

Fit 18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10125. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10086 — Cerberus Group/Dorel Industries)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 64/02)

Fit 3 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10086. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta' Frar 2021

(2021/C 64/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2143

JPY

Yen Ġappuniż

127,98

DKK

Krona Daniża

7,4366

GBP

Lira Sterlina

0,86308

SEK

Krona Żvediża

10,0747

CHF

Frank Żvizzeru

1,0946

ISK

Krona Iżlandiża

155,20

NOK

Krona Norveġiża

10,3190

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,906

HUF

Forint Ungeriż

359,14

PLN

Zloty Pollakk

4,5066

RON

Leu Rumen

4,8760

TRY

Lira Turka

8,5681

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5378

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5319

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4153

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6585

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6048

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 351,72

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,8599

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8506

HRK

Kuna Kroata

7,5770

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 129,52

MYR

Ringgit Malażjan

4,9100

PHP

Peso Filippin

59,021

RUB

Rouble Russu

89,9219

THB

Baht Tajlandiż

36,453

BRL

Real Brażiljan

6,6062

MXN

Peso Messikan

25,1611

INR

Rupi Indjan

88,0575


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/4


KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

(2021/C 64/04)

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Jannar 2021

Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju, Ġunju 2021

jannar-21

EUR

BGN

CZK

DKK

HRK

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

26,1455

7,43877

7,56465

359,418

4,53460

1 BGN =

0,511300

1

13,3682

3,80344

3,86780

183,770

2,31854

1 CZK =

0,0382475

0,0748044

1

0,284514

0,289329

13,7468

0,173437

1 DKK =

0,134431

0,262920

3,51476

1

1,01692

48,3168

0,609590

1 HRK =

0,132194

0,258545

3,45628

0,983359

1

47,5128

0,599446

1 HUF =

0,00278228

0,00544158

0,0727441

0,020697

0,0210470

1

0,0126165

1 PLN =

0,220527

0,431306

5,76578

1,64045

1,66821

79,2612

1

1 RON =

0,205212

0,401354

5,36538

1,52653

1,55236

73,7568

0,930554

1 SEK =

0,099085

0,193791

2,59063

0,737072

0,749545

35,6130

0,449312

1 GBP =

1,11986

2,19022

29,2793

8,33039

8,4714

402,498

5,07812

1 NOK =

0,096422

0,188583

2,52102

0,717265

0,729403

34,6559

0,437237

1 ISK =

0,00639153

0,0125005

0,167110

0,0475451

0,0483497

2,29723

0,028983

1 CHF =

0,926437

1,81192

24,2222

6,89155

7,00817

332,978

4,20102

Source: ECB

jannar-21

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,87301

10,09233

0,892968

10,37102

156,457

1,07940

1 BGN =

2,49157

5,16020

0,456574

5,30270

79,9965

0,551899

1 CZK =

0,186380

0,386006

0,034154

0,396665

5,98409

0,0412845

1 DKK =

0,655083

1,35672

0,120042

1,39419

21,0327

0,145105

1 HRK =

0,644182

1,33414

0,1180448

1,37098

20,6827

0,142691

1 HUF =

0,0135581

0,0280797

0,00248449

0,0288551

0,435307

0,00300320

1 PLN =

1,074628

2,22563

0,196923

2,28709

34,5030

0,238037

1 RON =

1

2,07107

0,183248

2,12826

32,1069

0,221507

1 SEK =

0,482843

1

0,0884799

1,02761

15,5026

0,106953

1 GBP =

5,45709

11,3020

1

11,6141

175,210

1,20878

1 NOK =

0,469868

0,973128

0,0861022

1

15,0860

0,104079

1 ISK =

0,031146

0,064505

0,00570743

0,0662867

1

0,00689904

1 CHF =

4,51453

9,34990

0,827278

9,60810

144,948

1

Source: ECB

Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal- Islanda.

reference: jannar-21

1 EUR in national currency

1 unit of N.C. in EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

26,1455

0,0382475

DKK

7,43877

0,134431

HRK

7,56465

0,132194

HUF

359,418

0,00278228

PLN

4,53460

0,220527

RON

4,87301

0,205212

SEK

10,09233

0,099085

GBP

0,892968

1,11986

NOK

10,37102

0,096422

ISK

156,457

0,00639153

CHF

1,07940

0,926437

Source: ECB

Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/6


Sejħa għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 taħt Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027)

(2021/C 64/05)

B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija tas-sejħa għal proposti u attivitajiet relatati taħt il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 taħt Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021–2027).

Il-Kummissjoni adottat il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021 bid-Deċiżjoni C(2021) 930 tat-22 ta’ Frar 2021.

Jintlaqgħu proposti għal dawn is-sejħiet. Il-Programm ta’ Ħidma tal-ERC għall-2021, li jinkludi l-iskadenzi u l-baġits, huwa disponibbli permezz tas-sit web tal-opportunitajiet ta’ Offerti u Finanzjament flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u l-attivitajiet relatati, u l-informazzjoni għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti:

https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/home


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/7


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 64/06)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“TAURASI”

PDO-IT-A0237-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 16.11.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Tħassir tal-aġġettiv “rosso” (aħmar) wara l-isem “Taurasi”

It-test ġie emendat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u l-isem tal-prodott.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 1 u 6 tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.

2.   Introduzzjoni tal-possibbiltà li ssir irrigazzjoni ta’ emerġenza

Minħabba t-tibdil fil-klima li diġà qed iseħħ u l-istress idriku u termali dejjem aktar serju li qed jaffettwa l-pjanti, din il-possibbiltà qed tiġi permessa biex jiġi żgurat l-iżvilupp fiżjoloġiku normali tagħhom.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

3.   Inserzjoni tal-indikazzjoni “Vigna”

L-inbejjed koperti mid-DOP “Taurasi” jistgħu juru indikazzjonijiet topografiċi li jirreferu għall-“Vigna” (vinja). L-għan huwa li l-inbid jiġi kkaratterizzat aħjar billi jiġi indikat li jkun sar minn għeneb li joriġina esklussivament minn vinja partikolari, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

4.   Rabta maż-żona ġeografika — aġġustament tal-forma tal-ispeċifikazzjoni

It-test ġie adattat u l-Ispeċifikazzjoni u d-Dokument Uniku ġew allinjati f’termini tal-kontenut.

Dan huwa aġġustament tal-forma li ma jinvalidax ir-rabta ġeografika msemmija fl-Artikolu 93(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 9 tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 8 tad-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Taurasi

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

“Taurasi”

Kulur: aħmar skur lewn ir-rubin li jxaqleb lejn lewn il-granata delikat, bi sfumaturi ta’ oranġjo mat-tqaddim;

Aroma: distinta, delikata ħafna, pjaċevoli u li tvarja fl-intensità;

Togħma: xotta, b’palat qawwi, armonjuża, ibbilanċjata tajjeb u b’togħma li tippersisti fil-ħalq għal żmien twil;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12 %

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Taurasi” Riserva

Kulur: aħmar skur lewn ir-rubin li jxaqleb lejn lewn il-granata delikat, bi sfumaturi ta’ oranġjo mat-tqaddim;

Aroma: distinta, delikata ħafna, pjaċevoli u li tvarja fl-intensità;

Togħma: xotta, b’palat qawwi, armonjuża, ibbilanċjata tajjeb u b’togħma li tippersisti fil-ħalq għal żmien twil;

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,5 %.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

“Taurasi” u “Taurasi” Riserva — perjodu minimu ta’ tqaddim

Prattika enoloġika speċifika

L-inbejjed koperti mid-DOCG “Taurasi” jridu jgħaddu minn perjodu obbligatorju ta’ tqaddim ta’ mill-inqas tliet snin, li minnhom mill-inqas sena trid issir fi btieti tal-injam.

L-inbejjed tat-tip Riserva koperti mid-DOCG “Taurasi” jridu jgħaddu minn perjodu obbligatorju ta’ tqaddim ta’ mill-inqas erba’ snin, li minnhom mill-inqas tmintax-il xahar iridu jsiru fi btieti tal-injam.

b.   Rendimenti massimi:

“Taurasi” u “Taurasi” Riserva

10 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Taurasi, Bonito, Castelfranci, Castelvetere sul Calore, Fontanarosa, Lapio, Luogosano, Mirabella Eclano, Montefalcione, Montemarano, Montemileto, Paternopoli, Pietradefusi, Sant’Angelo all’Esca, San Mango sul Calore, Torre le Nocelle u Venticano, li kollha jinsabu fil-provinċja ta’ Avellino.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Aglianico N. — Ellenica

Aglianico N. — Ellenico

Aglianico N. — Glianica

Aglianico N. — Glianico

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet:

Inbid tad-DOP “Taurasi” u “Taurasi” Riserva

Fatturi naturali:

 

Iż-żona demarkata għad-DOP “Taurasi” tikkonsisti mill-għoljiet jew il-qiegħ tal-għoljiet b’bosta xaqlibiet li jsegwu x-xmara Calore u huma parti mill-muntanji Appennini tan-Nofsinhar. Iż-żona li tinsab fuq il-plateau tal-Irpinia, hija magħrufa għall-ħamrija u għall-mikroklima eteroġeni ħafna tagħha. Xi ftit mill-art ikkaratterizzata b’għoljiet għandha pajsaġġ li jikkonsisti minn dwieli li jalternaw ma’ żoni fforestati (siġar tal-qastan u tal-fagu) u siġar tal-frott (ħawħ, ġellewż u tin). F’termini ta’ klima, hemm varjazzjonijiet kbar fit-temperatura ta’ bejn il-lejl u l-jum. Ix-xtiewi huma kesħin ħafna, tant li ta’ spiss tinżel il-borra fiż-żona kollha tal-Irpinia, li mhijiex ħaġa tas-soltu għal dik il-latitudni.

 

Il-kompożizzjoni diversa tal-ħamrija tinkludi kwantitajiet sinifikanti ta’ materjal piroklastiku minn eruzzjonijiet vulkaniċi fi żmien il-qedem. Dawn l-għoljiet għoljin huma magħquda ma’ vinji għammiela tal-varjetà tad-dwieli Aglianico, li tmur lura għal żminijiet antiki. Probabbilment oriġinat fil-Greċja (għalhekk l-isem “Ellenico” li biha kienet magħrufa) u ġiet introdotta fl-Italja madwar is-7 u s-6 seklu qabel Kristu, u sabet il-ħabitat ideali tagħha fiż-żona kiesħa tal-Appennini tan-Nofsinhar, b’mod partikolari fil-Campania u f’din il-parti tal-Irpinia.

Fatturi naturali u umani:

 

Il-kultivazzjoni antika u mifruxa tad-dwieli fiż-żona kollha wasslet għall-iżvilupp ta’ sistema partikolari ta’ tħarriġ tad-dwieli magħrufa bħala l-“Alberata Taurasina” jew l-“Antico sistema taurasino”, li tista’ tiġi traċċata lura għas-sistema ta’ tħarriġ tad-dwieli Etruska.

 

Fis-seklu 19, iż-żona ma ġietx affettwata għal xi żmien mill-infestazzjoni tal-filossera li kienet qed teqred il-vinji madwar l-Ewropa. Għalhekk, il-produzzjoni tal-inbid tagħha matul dak il-perjodu — stmata li kienet aktar minn miljun ettolitru - għenet biex tippromwovi u żżid il-bejgħ tal-inbid mill-Irpinia fit-Tramuntana tal-Italja u bnadi oħra fl-Ewropa, tant li l-ferrovija li tgħaddi minn Taurasi kienet magħrufa bħala l-“Ferrovia del vino” (il-linja ferrovjarja tal-inbid).

 

Il-ftuħ tal-Istitut għall-Agrikoltura ta’ Avellino li jispeċjalizza fl-Enoloġija fl-1879, bis-saħħa tad-determinazzjoni qawwija ta’ Francesco de Sanctis, għen biex jiġi ssalvagwardjat u jittejjeb il-potenzjal tal-varjetà Aglianico, bis-saħħa tal-istudji sperimentali dwar it-tekniki enoloġiċi li twettqu.

 

Dan għamilha possibbli li s-settur tal-vitikultura jiżviluppa, bi tħawwil ġdid ta’ dwieli li gradwalment beda jissostitwixxi d-dwieli tradizzjonali tal-Alberata Taurasina b’sistemi aktar integrati ta’ tħarriġ Guyot u cordon, u b’hekk inaqqas ir-rendiment iżda jtejjeb il-kwalità tal-inbejjed prodotti.

 

Id-DOP “Taurasi” hija denominazzjoni marbuta mal-varjetà tal-għeneb ta’ Aglianico. Iż-żewġ tipi ta’ nbid “Taurasi”, “Taurasi” u “Taurasi” Riserva, huma nbejjed strutturati sew, eleganti, awsteri iżda bbilanċjati tajjeb u tanniċi. Meta jkunu ssiġillati wara li jiġu prodotti, ikunu adattati biex jimmaturaw għal żmien twil ħafna u jiksbu bilanċ bejn mineralità għolja, kontenut tajjeb tal-alkoħol, palat u konsistenza tat-togħma fil-flixkun.

 

Il-fatturi naturali deskritti hawn fuq u t-tradizzjoni antika tal-vitikultura huma marbuta mal-iżvilupp soċjali u ekonomiku ta’ din iż-żona tal-provinċja ta’ Avellino. Bl-għajnuna tal-aqwa tekniki u teknoloġiji ta’ tkabbir, hija tkompli tippromwovi l-inbejjed tad-DOP “Taurasi” fis-swieq domestiċi u internazzjonali sal-lum.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Taurasi u Taurasi Riserva — DOP

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-inbejjed tad-DOP “Taurasi” jridu jiġu ppreżentati għall-konsum fi fliexken jew f’kontenituri oħrajn tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 5 litri. Il-fliexken jenħtieġ li jkunu jew Bordeaux jew Burgundy f’termini ta’ għamla, magħmulin minn ħġieġ skur u magħluqin b’tappijiet tal-flanġ.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/16175


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Rettifika

24.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 64/11


Rettifika għan-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ kejbils tal-fibra ottika li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 316 tal-24 ta’ Settembru 2020 )

(2021/C 64/07)

F’paġna 10, fil-punt 2, fit-tieni paragrafu, il-punt (ii):

minflok:

“kejbils għall-użu taħt il-baħar. Il-kejbils għall-użu taħt il-baħar huma kejbils tal-fibra ottika insulati bil-plastik, b’konduttur tar-ram jew tal-aluminju, li fihom il-fibri huma f’modulu/i tal-metall.”,

aqra:

“kejbils għal użu sottomarin. Il-kejbils għal użu sottomarin huma kejbils tal-fibra ottika insulati bil-plastik, b’konduttur tar-ram jew tal-aluminju, li fihom il-fibri huma f’modulu/i tal-metall.”.