ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 63

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
23 ta' Frar 2021

Werrej

Paġna

II   Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 63/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10076 — Cinven/Raffles/Miller) ( 1 )

1

2021/C 63/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9410 — Saudi Aramco/SABIC) ( 1 )

2

2021/C 63/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9771 — Hitachi/Honda/HIAMS/Keihin/Showa/Nissin Kogyo) ( 1 )

3

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

2021/C 63/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/276, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/275 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

4

2021/C 63/05

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi kontra l-Venezwela japplikaw

6

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 63/06

Rata tal-kambju tal-euro — It-22 ta' Frar 2021

8

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 63/07

Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi — Avviż ta’ applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab f’depożiti ta’ faħam iebes

9

2021/C 63/08

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi — Avviż ta’ applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab f’depożiti ta’ faħam iebes

13

V   Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 63/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10160 – Mitsubishi Corporation/Nippon Telegraph And Telephone Corporation/Industry One JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 63/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

20

2021/C 63/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/1

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10076 — Cinven/Raffles/Miller)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 63/01)

Fit 12 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10076. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/2

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9410 — Saudi Aramco/SABIC)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 63/02)

Fit 27 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9410. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9771 — Hitachi/Honda/HIAMS/Keihin/Showa/Nissin Kogyo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 63/03)

Fit 7 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9771. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/4

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/276, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/275 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(2021/C 63/04)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/276 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/275 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 9 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jressqu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel is-16 ta' Lulju 2021, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2017/2063.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(2)  ĠU L 60 I, 22.2.2021, p. 9.

(3)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(4)  ĠU L 60 I, 22.2.2021, p. 1.

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/6

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi kontra l-Venezwela japplikaw

(2021/C 63/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/276 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/275 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali gġar-Relazzjonijiet Esterni — RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/276, u mar-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/275.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u r-Regolament (UE) 2017/2063.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra marbuta magħha.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).

(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

(3)  ĠU L 60 I, 22.2.2021, p. 9.

(4)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

(5)  ĠU L 60 I, 22.2.2021, p. 1.

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/8

Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta' Frar 2021

(2021/C 63/06)

1 euro =

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2133

JPY

Yen Ġappuniż

128,00

DKK

Krona Daniża

7,4365

GBP

Lira Sterlina

0,86530

SEK

Krona Żvediża

10,0315

CHF

Frank Żvizzeru

1,0888

ISK

Krona Iżlandiża

155,60

NOK

Krona Norveġiża

10,3185

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,954

HUF

Forint Ungeriż

359,09

PLN

Zloty Pollakk

4,4982

RON

Leu Rumen

4,8758

TRY

Lira Turka

8,5684

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5392

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5328

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4070

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6583

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6058

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 350,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,0732

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8447

HRK

Kuna Kroata

7,5714

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 197,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,9048

PHP

Peso Filippin

59,112

RUB

Rouble Russu

90,9800

THB

Baht Tajlandiż

36,448

BRL

Real Brażiljan

6,6843

MXN

Peso Messikan

25,2189

INR

Rupi Indjan

87,9720

(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/9

Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2021/C 63/07)

Avviż ta’ applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab f’depożiti ta’ faħam iebes

TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49ec(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2020, il-punt 1064, kif emendat)

2.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warsaw, Poland

Telefown: +48 223692449;

Faks: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   Informazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal konċessjoni

Ġiet sottomessa applikazzjoni għal konċessjoni lill-awtorità ta’ konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab fid-depożitu tal-faħam iebes ta’ Krupiński.

2)   Tip ta’ attivitajiet li għalihom għandha tingħata il-konċessjoni

Il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab fid-depożitu tal-faħam iebes ta’ Krupiński.

3)   Żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet

Il-konfini taż-żona huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-2000/6:

Le

X [PL-2000/6]

Y [PL-2000/6]

1

5548269

6553223

2

5547423

6552310

3

5546096

6552307

4

5544834

6552302

5

5543896

6554410

6

5544330

6556108

7

5544532

6558691

8

5544724

6561156

9

5547657

6561968

10

5547652

6559111

11

5548334

6558744

Iż-żona tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona hija 33,78 km2.

Post amministrattiv:

Provinċja: Śląskie;

Distretti: Pszczyna, Mikołów, Żory;

Muniċipalitajiet: Suszec, Orzesze, Żory

4)   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal konċessjoni minn entitajiet oħra interessati fl-attività li għaliha għandha tingħata l-konċessjoni, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni jridu jiġu sottomessi lill-Ministeru għall-Klima sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00) (CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5)   Kriterji ta’ valutazzjoni għall-applikazzjonijiet għal konċessjoni u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 49k(1), (1a) u (3) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni

L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % -

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni proposti;

20 % -

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir;

20 % -

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

20 % -

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni;

5 % -

il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u għall-esplorazzjoni, rispettivament, ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 2 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, flimkien ma’ korpi xjentifiċi attivi fir-riċerka tal-ġeoloġija tal-Polonja, u ta’ għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet, inklużi fil-lista ta’ korpi xjentifiċi attivi msemmija fl-Artikolu 49ka(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni );

5 % -

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-protezzjoni tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

IV.1)   L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Ministeru tal-Klima u l-Ambjent]

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Geology and Geological Concessions Department]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw

POLSKA/POLAND

IV.2)   L-informazzjoni tista’ tinkiseb

mis-sit web tal-Ministeru tal-Klima u l-Ambjent: https://www.gov.pl/web/klimat

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Geology and Geological Concessions Department]

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [Ministeru tal-Klima u l-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449,

Faks +48 225792460

Posta elettronika: sekretariat.dgk@klimat.gov.pl

IV.3)   Deċiżjoni ta’ kwalifika

L-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.

IV.4)   Tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Krupiński” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni huwa ta’ PLN 7 740,69 (sebat elef, seba’ mija u erbgħin zloty, disa’ u sittin grosz) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ minerali huwa indiċizzat mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali).

IV.5)   L-għoti tal-konċessjonijiet u l-istabbiliment ta’ użufrutt minerarju

L-awtorità ta’ konċessjoni, wara li tkun kisbet l-opinjonijiet jew il-ftehimiet meħtieġa skont l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi:

1)

lill-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ, jew

2)

meta applikazzjoni għal konċessjoni ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet tingħata l-ogħla punteġġ, lill-partijiet fil-ftehim ta’ kooperazzjoni – ladarba dak il-ftehim ikun ġie sottomess lill-awtorità ta’ konċessjoni

- u, fl-istess ħin, mhux se tagħti konċessjonijiet lil entitajiet oħra (l-Artikolu 49ee (1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

L-awtorità ta’ konċessjoni se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt minerarju mal-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ u, fejn applikazzjoni għal konċessjoni sottomessa b’mod konġunt minn entitajiet diversi tingħata l-ogħla punteġġ, mal-entitajiet kollha li ppreżentaw l-applikazzjoni konġunta (l-Artikolu 49ee(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni). Sabiex ikun jista’ jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur irid ikollu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju u konċessjoni.

IV.6)   Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-applikazzjonijiet għal konċessjoni u d-dokumenti meħtieġa mill-applikanti

L-Artikolu 49eb tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jispeċifika l-partijiet komponenti tal-applikazzjoni għal konċessjoni.

L-età ġeoloġika tal-formazzjonijiet fejn se jitwettqu xogħlijiet ġeografiċi (skop ġeoloġiku) għandha tiġi indikata bħala l-għan tax-xogħlijiet, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

IV.7)   Kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti

Il-Kategorija C hija l-kategorija minima ta’ esplorazzjoni għall-metan li jinsab fid-depożitu tal-faħam iebes ta’ Krupiński.

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13

Komunikazzjoni mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

(2021/C 63/08)

Avviż ta’ applikazzjoni għal konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab f’depożiti ta’ faħam iebes

TAQSIMA I: BAŻI ĠURIDIKA

1.

L-Artikolu 49ec(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2011 (Il-Ġurnal tal-Liġijiet (Dziennik Ustaw) 2020, il-punt 1064, kif emendat)

2.

Id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3; Edizzjoni speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 6, Volum 2, p. 262)

TAQSIMA II: ENTITÀ LI QED ISSEJJAĦ GĦALL-OFFERTI

Isem: Il-Ministeru għall-Klima u l-Ambjent

Indirizz postali: ul. Wawelska 52/54, 00-922 Warsaw, Poland

Telefown: +48 223692449;

Faks: +48 223692460

Sit web: www.gov.pl/web/klimat

TAQSIMA III: SUĠĠETT TAL-PROĊEDURA

1)   Informazzjoni dwar is-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal konċessjoni

Ġiet sottomessa applikazzjoni għal konċessjoni lill-awtorità ta’ konċessjoni għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab fid-depożitu tal-faħam iebes ta’ Jas-Mos.

2)   Tip ta’ attivitajiet li għalihom għandha tingħata il-konċessjoni

Il-prospettar, l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-metan li jinsab fid-depożitu tal-faħam iebes ta’ Jas-Mos.

3)   Żona li fiha għandhom jitwettqu l-attivitajiet

Il-konfini taż-żona huma ddefiniti permezz tal-linji li jgħaqqdu l-punti bil-koordinati li ġejjin fis-sistema ta’ koordinati PL-2000/6:

Le

X [PL-2000/6]

Y [PL-2000/6]

1

5 536 021,32

6 541 599,24

2

5 536 558,88

6 541 614,10

3

5 537 123,00

6 541 257,54

4

5 536 937,85

6 540 832,48

5

5 536 889,97

6 540 853,30

6

5 536 857,82

6 540 842,38

7

5 536 672,54

6 540 402,22

8

5 536 654,73

6 540 390,81

9

5 536 617,85

6 540 406,48

10

5 536 596,72

6 540 359,50

11

5 536 710,14

6 540 308,77

12

5 536 700,32

6 540 285,37

13

5 536 821,30

6 540 233,02

14

5 536 855,67

6 540 314,32

15

5 536 777,70

6 540 345,10

16

5 536 765,18

6 540 384,35

17

5 536 786,60

6 540 435,22

18

5 536 828,43

6 540 399,77

19

5 536 855,98

6 540 463,42

20

5 536 845,34

6 540 468,68

21

5 536 823,44

6 540 418,19

22

5 536 791,03

6 540 445,77

23

5 536 800,48

6 540 468,19

24

5 536 832,42

6 540 454,64

25

5 536 836,93

6 540 464,72

26

5 536 804,67

6 540 478,17

27

5 536 846,33

6 540 577,14

28

5 536 954,39

6 540 628,96

29

5 536 919,15

6 540 547,91

30

5 536 967,59

6 540 530,57

31

5 536 931,84

6 540 448,93

32

5 536 869,18

6 540 311,27

33

5 536 884,46

6 540 271,83

34

5 536 926,15

6 540 253,69

35

5 537 012,01

6 540 216,13

36

5 537 105,17

6 540 174,35

37

5 537 297,63

6 540 604,98

38

5 537 902,09

6 540 838,70

39

5 539 062,86

6 540 393,09

40

5 538 810,40

6 540 164,50

41

5 536 854,62

6 538 222,58

42

5 536 182,45

6 537 555,02

43

5 534 963,32

6 537 566,01

44

5 533 784,92

6 539 829,49

45

5 536 110,36

6 541 152,15

46

5 537 119,78

6 541 208,12

47

5 537 038,81

6 540 808,24

48

5 537 020,55

6 540 796,52

49

5 536 953,20

6 540 825,81

50

5 536 974,37

6 540 674,89

51

5 536 965,83

6 540 655,25

52

5 536 857,33

6 540 603,27

53

5 536 868,72

6 540 630,32

54

5 536 900,91

6 540 705,80

Iż-żona tas-superfiċje tal-projezzjoni vertikali taż-żona hija 11,152 km2.

Post amministrattiv:

Provinċja ta’ Śląskie;

Distretti: il-belt bi status ta’ distrett Jastrzębie-Zdrój, Wodzisław;

Muniċipalitajiet: Jastrzębie-Zdrój, Mszana.

4)   Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal konċessjoni minn entitajiet oħra interessati fl-attività li għaliha għandha tingħata l-konċessjoni, mhux inqas minn 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L-applikazzjonijiet ta’ konċessjoni jridu jiġu sottomessi lill-Ministeru għall-Klima sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00) (CET/CEST) tal-aħħar jum tal-perjodu ta’ 180 jum li jibda mill-għada tad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5)   Kriterji ta’ valutazzjoni għall-applikazzjonijiet għal konċessjoni u speċifikazzjoni tal-ponderazzjoni tagħhom stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 49k(1), (1a) u (3) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni

L-applikazzjonijiet li jaslu se jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 %

l-ambitu u l-iskeda tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni proposti;

20 %

l-ambitu u l-iskeda tal-ġbir obbligatorju ta’ kampjuni miksuba matul l-operazzjonijiet ġeoloġiċi, inklużi l-massi ċilindriċi tat-tħaffir;

20 %

il-kapaċitajiet finanzjarji li joffru garanzija adegwata li l-attivitajiet marbuta rispettivament mal-prospettar u mal-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u mal-estrazzjoni tal-idrokarburi se jitwettqu, u b’mod partikolari s-sorsi u l-metodi ta’ finanzjament tal-attivitajiet maħsuba, inkluż is-sehem tal-fondi proprji u l-finanzjament estern;

20 %

it-teknoloġija proposta għat-twettiq tax-xogħlijiet ġeoloġiċi, inklużi l-operazzjonijiet ġeoloġiċi jew l-operazzjonijiet ta’ estrazzjoni;

5 %

il-kapaċitajiet tekniċi għall-prospettar u għall-esplorazzjoni, rispettivament, ta’ depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi, u b’mod partikolari d-disponibbiltà tal-potenzjal tekniku, organizzattiv, loġistiku u tar-riżorsi umani xieraq (inkluż 2 % għall-kollaborazzjoni, fir-rigward tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għall-prospettar, għall-esplorazzjoni u għall-estrazzjoni ta’ idrokarburi, flimkien ma’ korpi xjentifiċi attivi fir-riċerka tal-ġeoloġija tal-Polonja, u ta’ għodod, teknoloġiji u metodi analitiċi għall-prospettar ta’ depożiti tal-idrokarburi li jqisu l-ispeċifiċità tal-kundizzjonijiet ġeoloġiċi Pollakki u li jistgħu jiġu applikati f’dawk il-kundizzjonijiet, inklużi fil-lista ta’ korpi xjentifiċi attivi msemmija fl-Artikolu 49ka(1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni );

5 %

l-esperjenza fil-prospettar u fl-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi jew fl-estrazzjoni tal-idrokarburi, l-iżgurar ta’ operazzjoni sikura, il-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-protezzjoni tal-ambjent.

Jekk, wara l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji speċifikati hawn fuq, żewġ offerti jew aktar jiksbu l-istess riżultat, l-ammont tat-tariffa għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju dovuti matul il-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni se jintuża bħala kriterju addizzjonali li jippermetti li ssir għażla finali bejn l-offerti kkonċernati.

TAQSIMA IV: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

IV.1)   L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru tal-Klima u l-Ambjent]

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw

POLSKA/Poland

IV.2)   L-informazzjoni tista’ tinkiseb

mis-sit web tal-Ministeru tal-Klima u l-Ambjent:https://www.gov.pl/web/klimat

Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonijiet Ġeoloġiċi]

Ministerstwo Klimatu i Środowiska [il-Ministeru tal-Klima u l-Ambjent]

ul. Wawelska 52/54

00-922 Warszawa/Warsaw

POLSKA/POLAND

Tel. +48 225792449,

Faks +48 225792460

Posta elettronika:sekretariat.dgk@klimat.gov.pl

IV.3)   Deċiżjoni ta’ kwalifika

L-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jistgħu jiġu sottomessi minn entitajiet li fir-rigward tagħhom tkun inħarġet deċiżjoni li tikkonferma r-riżultat pożittiv ta’ proċedura ta’ kwalifika, kif previst fl-Artikolu 49a(17) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni.

IV.4)   Tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju

L-ammont minimu tat-tariffa għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt minerarju għaż-żona “Jas-Mos” matul il-perjodu bażi ta’ ħames snin tal-fażi tal-prospettar u tal-esplorazzjoni huwa ta’ PLN 6 000,00 (sitt elef zloty) fis-sena. It-tariffa annwali għall-istabbiliment ta’ drittijiet ta’ użufrutt minerarju għall-fini ta’ prospettar u ta’ esplorazzjoni ta’ minerali huwa indiċizzat mal-indiċijiet tal-prezzijiet annwali medji tal-konsumatur stabbiliti b’mod kumulattiv għall-perjodu mill-konklużjoni tal-ftehim sas-sena ta’ qabel id-data għall-ħlas tat-tariffa, kif imħabbar mill-President tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Monitor Polski (Il-Gazzetta Uffiċjali).

IV.5)   L-għoti tal-konċessjonijiet u l-istabbiliment ta’ użufrutt minerarju

L-awtorità ta’ konċessjoni, wara li tkun kisbet l-opinjonijiet jew il-ftehimiet meħtieġa skont l-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni, se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u għall-estrazzjoni tal-idrokarburi:

1)

lill-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ, jew

2)

meta applikazzjoni għal konċessjoni ppreżentata b’mod konġunt minn diversi entitajiet tingħata l-ogħla punteġġ, lill-partijiet fil-ftehim ta’ kooperazzjoni – ladarba dak il-ftehim ikun ġie sottomess lill-awtorità ta’ konċessjoni

- u, fl-istess ħin, mhux se tagħti konċessjonijiet lil entitajiet oħra (l-Artikolu 49ee (1) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni).

L-awtorità ta’ konċessjoni se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt minerarju mal-entità li l-applikazzjoni għal konċessjoni tagħha tkun ingħatat l-ogħla punteġġ u, fejn applikazzjoni għal konċessjoni sottomessa b’mod konġunt minn entitajiet diversi tingħata l-ogħla punteġġ, mal-entitajiet kollha li ppreżentaw l-applikazzjoni konġunta (l-Artikolu 49ee(2) tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni). Sabiex ikun jista’ jwettaq attivitajiet li jinvolvu l-prospettar u l-esplorazzjoni tad-depożiti tal-idrokarburi u l-estrazzjoni tal-idrokarburi fil-Polonja, operatur irid ikollu d-drittijiet ta’ użufrutt minerarju u konċessjoni.

IV.6)   Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-applikazzjonijiet għal konċessjoni u d-dokumenti meħtieġa mill-applikanti

L-Artikolu 49eb tal-Att tal-Liġi dwar il-Ġeoloġija u l-Estrazzjoni jispeċifika l-partijiet komponenti tal-applikazzjoni għal konċessjoni.

L-età ġeoloġika tal-formazzjonijiet fejn se jitwettqu xogħlijiet ġeografiċi (skop ġeoloġiku) għandha tiġi indikata bħala l-għan tax-xogħlijiet, inkluż l-operazzjonijiet ġeoloġiċi.

IV.7)   Kategorija minima tal-esplorazzjoni tad-depożiti

Il-Kategorija C hija l-kategorija minima ta’ esplorazzjoni għall-metan li jinsab fid-depożitu tal-faħam iebes ta’ Jas-Mos.

V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/18

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10160 – Mitsubishi Corporation/Nippon Telegraph And Telephone Corporation/Industry One JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 63/09)

1.   

Fis-16 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun),

Nippon Telegraph and Telephone Corporation (“NTT”, il-Ġappun),

Industry One, Inc. (“Industry One” jew il-“JV”, il-Ġappun), joint venture maħluqa ġdida.

MC u NTT se jistabbilixxu Impriża bi Sħab (Joint Venture, JV) b’funzjoni sħiħa u kkontrollata bi sħab fis-sens tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MC: kumpanija kummerċjali integrata globali li tiżviluppa u tħaddem negozju f’varjetà ta’ industriji, inklużi, fost l-oħrajn, il-gass naturali, il-materjali industrijali, iż-żejt mhux maħdum u s-sustanzi kimiċi, u r-riżorsi minerali,

NTT: tipprovdi servizzi tat-telekomunikazzjonijiet u hija ffokata prinċipalment fuq is-segmenti tan-negozju li ġejjin: in-negozju tal-komunikazzjonijiet tal-mobile, in-negozju tal-komunikazzjonijiet reġjonali, in-negozju tal-komunikazzjonijiet fuq distanzi twal u internazzjonali, in-negozju tal-komunikazzjonijiet tad-data u negozji oħra,

Industry One: tipprovdi servizzi ta’ konsulenza tal-IT u servizzi ta’ pjattaforma fil-Ġappun.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10160 – Mitsubishi Corporation/Nippon Telegraph And Telephone Corporation/Industry One JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/20

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 63/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformita mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

TERRE ALFIERI

PDO-IT-A1241-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 24 ta’ Novembru 2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Denominazzjoni u nbejjed - Termini tradizzjonali

a)

Fl-Italja, l-istatus ta’ “denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u ggarantita” (DOCG) huwa riżervat għall-inbejjed li kellhom l-istatus ta’ “denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata” (DOC) għal mill-inqas 7 snin, kif indikat mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ, li huma kkunsidrati ta’ valur partikolari għall-karatteristiċi intrinsiċi tal-kwalità tagħhom (meta mqabbla mal-medja ta’ dawk ta’ nbejjed simili, minħabba l-impatt ta’ fatturi naturali, umani u storiċi tradizzjonali) u r-reputazzjoni kummerċjali li kisbu. Għalhekk, 11-il sena wara li ngħataw l-ewwel status ta’ protezzjoni, l-inbejjed tad-DOP Terre Alfieri issa jistgħu jingħataw it-terminu tradizzjonali Taljan “Denominazione di origine controllata e garantita” [DOCG], li jirrappreżenta r-reputazzjoni u l-istima li kisbu kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali.

Din l-emenda taffettwa l-punt (a) tat-Taqsima 1.3 tad-Dokument Uniku (Informazzjoni oħra – Termini tradizzjonali), u taġġorna l-artikoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott li fihom it-terminu “denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata”, u tissostitwiha b’“denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u ggarantita”.

b)

It-termini “Superiore” u “Riserva” issa jistgħu jintużaw għat-tipi ta’ prodotti eżistenti mill-kategorija 1 (Inbid). It-tibdil fil-klima li jirriżulta fi sjuf itwal u f’temperaturi ogħla jagħti lill-għeneb konċentrazzjoni ogħla ta’ zokkor u qawwa alkoħolika potenzjali akbar, u b’hekk l-inbejjed li jirriżultaw isiru aktar adatti għall-maturazzjoni. Għalhekk, l-għan ta’ din l-emenda kien li tiġi enfasizzata l-produzzjoni tal-inbejjed b’kontenut ogħla ta’ alkoħol u nbejjed li tradizzjonalment huma soġġetti għall-maturazzjoni, biex jiġi rifless aħjar il-profil attwali tal-inbejjed tad-DOP Terre Alfieri li qed jiġu prodotti, bit-twessigħ tal-firxa ta’ prodotti u l-għoti ta’ aktar għażla lis-suq.

Dawn l-emendi jaffettwaw il-punt (b) tat-Taqsima 1.3 tad-Dokument Uniku (Informazzjoni oħra – Termini tradizzjonali) u l-Artikoli 1 sa 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

a)

Ġew miżjuda deskrizzjonijiet għat-tipi Terre Alfieri Arneis Superiore, Terre Alfieri Nebbiolo Superiore u Terre Alfieri Nebbiolo Riserva inklużi nbejjed bit-tikketta vigna segwita minn isem ta’ post jew ta’ vinja

L-inklużjoni ta’ dawn it-tipi għandha l-għan li tiddistingwi l-inbejjed magħmulin taħt din id-DOP li għandhom parametri analitiċi superjuri (bħal kontenut ogħla ta’ alkoħol u/jew estratt) kif ukoll tendenza ċara għat-tqaddim; u b’mod partikolari l-inbejjed ħomor, li jistgħu jippreżentaw mhux biss kwalitajiet mill-għeneb użat, iżda wkoll aromi minn esponiment għal btieti tal-injam.

b)

Ġiet stabbilita aċidità minima fil-konsum ta’ 4,5 grammi għal kull litru minflok 5 grammi għal kull litru għat-tipi kollha.

Raġunijiet: It-tibdil fil-klima wassal għal maturazzjoni bikrija u għal tnaqqis fiżjoloġiku fl-aċidità totali tal-għeneb. Għalhekk, kien meqjus xieraq, abbażi ta’ osservazzjonijiet matul il-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP, li dan il-parametru jiġi aġġornat għal minimu ta’ 4,5 grammi għal kull litru għat-tipi kollha.

Din l-emenda tikkonċerna l-punt 4 tad-Dokument Uniku (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) u l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

3.   Rendimenti massimi

Ir-rendimenti massimi ġew speċifikati għat-tipi l-ġodda, it-Terre Alfieri Arneis Superiore u t-Terre Alfieri Nebbiolo Superiore u Riserva.

Ir-rendimenti massimi għal kull ettaru stabbiliti għat-tipi bl-indikazzjoni ta’ Superiore huma tunnellata inqas minn dawk stabbiliti għat-tipi bażiċi sabiex tintlaħaq kwalità ogħla fl-inbejjed prodotti, li se jkunu kkaratterizzati mill-kontenut ogħla ta’ alkoħol u estratt tagħhom.

Din l-emenda taffettwa l-punt 5b tad-Dokument Uniku (Rendimenti massimi) u l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

4.   Regoli dwar il-vinifikazzjoni

Il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum għat-tip Terre Alfieri Arneis żdiedet fid-dawl tat-tibdil kontinwu fil-klima u l-osservazzjonijiet li saru fil-vinji dwar il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-għeneb maħsub għall-produzzjoni tiegħu. Ġie kkunsidrat neċessarju li dan il-parametru analitiku jiġi aġġornat minn volum ta’ 11,00 % għal volum ta’ 11,50 %.

Din l-emenda taffettwa l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

5.   Regoli dwar il-vinifikazzjoni

a)

Għat-tip bażiku Terre Alfieri Arneis, ir-regola li l-inbejjed ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati qabel erba’ xhur mill-1 ta’ Novembru tas-sena li fiha jinqata’ l-għeneb ġiet eliminata, minħabba li l-produtturi jqisuha bħala żvantaġġ kummerċjali.

b)

Ġew stabbiliti perjodi minimi obbligatorji ta’ tqaddim għall-kategoriji l-ġodda: sitt xhur għat-Terre Alfieri Arneis Superiore; 12-il xahar għat-Terre Alfieri Nebbiolo Superiore, li sitta minnhom iridu jsiru fi btieti tal-injam; u mill-inqas 24 għat-Terre Alfieri Nebbiolo Riserva, li mill-inqas 12 minnhom iridu jsiru fi btieti tal-injam. Għal dawn it-tipi ġie speċifikat ukoll li t-tqaddim jibda mill-1 ta’ Novembru tas-sena li fiha jinqata’ l-għeneb.

Dawn l-emendi jaffettwaw l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

6.   Żona ta’ produzzjoni tal-għeneb - Emendi editorjali

Sabiex tinkiseb aktar ċarezza kien meqjus neċessarju li tiġi inkluża fid-Dokument Uniku d-delimitazzjoni preċiża taż-żona ta’ produzzjoni, kif deskritt fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott (iż-Żona ta’ produzzjoni tal-għeneb). Din hija emenda editorjali li ma tbiddilx id-demarkazzjoni taż-żona ta’ produzzjoni.

Din l-emenda taffettwa l-punt 6 tad-Dokument Uniku (iż-Żona ġeografika demarkata).

7.   Kundizzjonijiet oħra - Emendi editorjali

Derogi mir-rekwiżit li l-produzzjoni u l-ibbottiljar isiru fiż-żona ġeografika demarkata ġew miżjuda mat-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-Dokument Uniku. Dawn il-kundizzjonijiet ilhom inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott minn mindu t-Terre Alfieri ġie rikonoxxut bħala DOP (fl-2009), iżda minħabba żball ma kinux inklużi fid-Dokument Uniku. Għalhekk din hija emenda editorjali.

Din l-emenda taffettwa l-punt 9 tad-Dokument Uniku (Rekwiżiti oħra applikabbli) iżda ma tikkonċernax l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

8.   Emendi editorjali oħra

Dan li ġej tħassar mill-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott peress li ma għadux konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ: “Il-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija jista’, permezz tad-digriet tiegħu stess, ibiddel il-limiti totali tal-aċidità u tal-estratt mingħajr zokkor”.

Ġew aġġornati xi referenzi għal-leġiżlazzjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

It-taqsima “Informazzjoni oħra – Dettalji ta’ kuntatt” tad-Dokument Uniku ġiet aġġornata fir-rigward tal-punti 1.2.1, 1.2.2, 1.2.3 u 1.2.5.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Terre Alfieri

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed:

Terre Alfieri Arneis

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja, xi kultant bi sfumaturi dehbiena.

Aroma: delikata, fragranti u xi drabi ta’ fjuri.

Togħma: xotta ħafna, bi ħjiel pjaċevoli ta’ togħma morra.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 %, anke għall-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0-il gramma għal kull litru, anke għall-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

Terre Alfieri Arneis Superiore

It-Terre Alfieri Arneis Superiore inklużi l-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Kulur: isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja, possibbilment bi sfumaturi dehbiena.

Aroma: delikata, fragranti u xi drabi ta’ fjuri.

Togħma: xotta ħafna, bi ħjiel pjaċevoli ta’ togħma morra.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,50 %, anke għall-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0-il gramma għal kull litru.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

Terre Alfieri Nebbiolo

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata maż-żmien.

Aroma: distintiva, delikati, xi kultant bi ħjiel ta’ vjoli.

Togħma: xotta ħafna, sħiħa, armonjuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,00 %, anke għall-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 gramma għal kull litru; 23 gramma għal kull litru għall-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

Terre Alfieri Nebbiolo Superiore

It-Terre Alfieri Nebbiolo Superiore inklużi l-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Kulur: aħmar lewn ir-rubin, li għandu tendenza jagħti għal lewn il-granata maż-żmien.

Aroma: distintiva, delikati, xi kultant bi ħjiel ta’ vjoli.

Togħma: xotta ħafna, sħiħa, armonjuża.

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 13,50 %, anke għall-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja.

Aċidità totali minima: 4,5 grammi għal kull litru.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 23,0 gramma għal kull litru.

Kwalunkwe parametru analitiku li ma jidhirx fit-tabella ta’ hawn taħt jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

Terre Alfieri Nebbiolo Riserva

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

L-EBDA

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Terre Alfieri Arneis

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

It-Terre Alfieri Arneis Superiore, inklużi l-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja

9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Terre Alfieri Nebbiolo inkluż Riserva

8 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

It-Terre Alfieri Nebbiolo Superiore u t-Terre Alfieri Nebbiolo Riserva, inklużi l-inbejjed bit-tikketta vigna segwita mill-post jew mill-isem tal-vinja

7 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni għall-għeneb adattat biex jagħmel l-inbejjed tad-DOCG Terre Alfieri tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Antignano, Celle Enomondo, Cisterna d’Asti, Revigliasco, San Damiano, San Martino Alfieri u Tigliole fil-provinċja ta’ Asti u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Castellinaldo, Govone, Magliano Alfieri u Priocca fil-provinċja ta’ Cuneo, kif iddefiniti hawn taħt:

Din tibda mill-intersezzjoni tal-konfini bejn il-provinċji ta’ Asti u Cuneo, bejn il-muniċipalitajiet ta’ San Damiano, Govone u Priocca, fi Bricco Genepreto fil-muniċipalità ta’ Govone, issegwi lejn ix-Xlokk it-triq li twassal għal Montebertola sal-intersezzjoni mat-triq muniċipali ta’ Craviano, u tibqa’ sejra lejn il-Lvant tal-istess triq saċ-ċimiterju ta’ Govone. Tkompli fid-direzzjoni tax-Xlokk fit-triq provinċjali li twassal minn Govone sa Priocca, tgħaddi minn San Pietro di Govone, u ssegwi t-triq fid-direzzjoni tax-Xlokk lejn il-ġunzjoni mat-triq provinċjali Nru 2 (li qabel kienet Nru 231) fit-territorju ta’ Priocca. Issegwi n-Nru 2 fid-direzzjoni tan-Nofsinhar lejn il-ġunzjoni ma’ Via Pirio sakemm tmur fid-direzzjoni lejn ix-Xlokk f’Madonnina fit-triq provinċjali ta’ Priocca/Magliano Alfieri. Issegwi dik it-triq lejn San Bernardo f’Magliano Alfieri, u tkompli fid-direzzjoni tal-Lbiċ fit-triq provinċjali ta’ Castellinaldo / Priocca / Magliano lejn San Michele fil-muniċipalità ta’ Castellinaldo. Fl-intersezzjoni mat-triq muniċipali ta’ Leschea, issegwi d-direzzjoni tax-Xlokk lejn it-triq muniċipali taċ-ċimiterju sa Santa Maria, qrib il-knisja (linja ta’ kontorn ta’ 196 m) fil-muniċipalità ta’ Magliano Alfieri. Imbagħad tkompli fid-direzzjoni tax-Xlokk fuq Via Moisa, u wara tkompli fid-direzzjoni tan-Nofsinhar lejn ir-raħal ta’ Borgata San Pietro (linja ta’ kontorn ta’ 214 m), tibqa’ sejra sa San Carlo della Serra, u tkompli sejra lejn il-fruntiera mal-muniċipalità ta’ Castagnito. Issegwi l-konfini fid-direzzjoni tal-Lvant sa fejn tasal l-intersezzjoni tal-awtostrada nazzjonali Asti/Alba Nru 231, filwaqt li tkompli fuq l-awtostrada fid-direzzjoni tal-Majjistral lejn Asti sakemm taqsam ix-Xmara Tanaro fit-territorju ta’ Govone. Issegwi x-xmara fit-Tramuntana sal-fruntiera tal-provinċji ta’ Asti u Cuneo, bejn it-territorji ta’ Govone u San Martino Alfieri.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Arneis B

Nebbiolo N

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

DOC Terre Alfieri

L-isem Terre Alfieri jkopri ż-żona tad-dwieli tal-Comunità Collinare (Komunità tal-Għoljiet) Colline Alfieri u tal-unjoni tal-muniċipalitajiet magħrufa bħala “Roero fra Tanaro e Castelli”. Iż-żona tal-vitikultura kkonċernata tirrappreżenta assi ewlieni tat-tradizzjoni u l-kultura rurali ta’ Asti: il-vitikultura tradizzjonali li kompliet sal-ġurnata tal-lum u li kisbet reputazzjoni għolja fis-suq.

Permezz tal-perseveranza qawwija, il-vitikulturisti lokali salvaw lill-Arneis milli tisparixxi u komplew il-kultivazzjoni tan-Nebbiolo, filwaqt li għaddew biċċa mill-istorja lokali lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni tal-UE

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga fuq il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Il-proċessi tal-produzzjoni tal-inbid involuti fil-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOCG Terre Alfieri jridu jsiru fiż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb. Dawn l-attivitajiet jistgħu jitwettqu wkoll fit-territorju amministrattiv tal-provinċji ta’ Asti u Cuneo, li għalihom tappartjeni ż-żona tal-produzzjoni.

Ippakkjar fiż-żona demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ibbottiljar tal-inbejjed tad-DOCG Terre Alfieri jrid isir fiż-żona tal-produzzjoni.

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni 2019/33, l-ibbottiljar jew l-ippakkjar irid isir fiż-żona ġeografika demarkata msemmija qabel bil-għan li tiġi ssalvagwardjata l-kwalità, tiġi ggarantita l-oriġini u tiġi żgurata l-effiċjenza tal-kontrolli. Il-karatteristiċi u l-kwalitajiet distintivi li l-inbejjed tad-DOP Terre Alfieri jiksbu miż-żona tal-oriġini tagħhom huma protetti aħjar mill-ibbottiljar tal-inbid fiż-żona demarkata, peress li l-produtturi f’din iż-żona huma responsabbli għall-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli tekniċi kollha fuq it-trasport u l-ibbottiljar u għandhom il-ħiliet professjonali meħtieġa. Għalhekk, is-sistema ta’ kontrolli mill-korpi kompetenti fuq l-operaturi fl-istadji kollha tal-produzzjoni (b’mod partikolari matul l-istadju tal-ibbottiljar) hija aktar effiċjenti f’żona ristretta bħal dik tad-DOP Terre Alfieri. Dan ir-rekwiżit huwa ta’ benefiċċju għall-operaturi, li huma konxji mir-riskji u responsabbli għall-preservazzjoni tal-kwalità tad-denominazzjoni, sabiex il-konsumaturi jingħataw assigurazzjoni rigward l-oriġini u l-kwalità tal-inbejjed u l-konformità tagħhom mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, filwaqt li jkun ta’ benefiċċju għall-immaġni u r-reputazzjoni tad-denominazzjoni.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/16194

(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.

23.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/27

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 63/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

“Balatoni hal”

Nru tal-UE: PGI-HU-0247025.5.2018

DOP ( ) IĠP (X )

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Balatoni hal”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Ungerija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7: Ħut frisk, molluski, krustaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Balatoni hal” [ħut tal-Balaton] huwa l-isem esklussiv tal-karpjun (Cyprinus carpio L. 1758) u tal-lizz-perċa (Sander lucioperca L. 1758) li jgħix, jiġi ppropagat u mrobbi fil-Lag Balaton jew fiż-żona ta’ qbid tal-Lag Balaton (li se tiġi spjegata fid-dettall fil-punt 4), u li jinbiegħ ħaj jew ipproċessat (frisk, imkessaħ jew iffriżat; normalment f’biċċiet, rari fi fletti).

a)   “Balatoni hal”: Lizz-perċa

Il-lizz-perċa “Balatoni hal” huwa ħuta li tappartjeni għall-ispeċi żander (Sander lucioperca L.) fil-ġeneru tal-lizz, li tgħix u/jew li tiġi mrobbija esklużivament fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4 (iż-żona ta’ qbid tal-Lag Balaton). Hija speċi ta’ ħuta mill-aktar imfittxa u ta’ valur tal-Ungerija. Il-laħam tal-lizz-perċa huwa abjad, dgħif, mingħajr xewk u ta’ togħma tajba, għandu kontenut baxx ta’ xaħam u huwa rikk fil-proteini. Il-laħam tal-lizz-perċa “Balatoni hal” huwa kkunsidrat bħala aktar abjad u ta’ togħma aħjar mil-laħam tal-lizz-perċa tax-xmajjar.

Il-parametri tal-kwalità tal-laħam tal-lizz-perċa “Balatoni al”:

kontenut ta’ ilma: 78,0–79,5%,

proteini: 19–20%,

xaħam: 0,5–1,0%,

“Balatoni hal”: Id-daqs minimu li fih jinbiegħ il-lizz-perċa “Balatoni hal” (ħaj, frisk, imkessaħ jew iffriżat) huwa ta’ 0,5 kg.

b)   “Balatoni hal”: Karpjun

Il-karpjun “Balatoni hal” huwa ħuta li tappartjeni għall-ispeċi tal-karpjun (Cyprinus carpio L.) fi ħdan il-familja taċ-ċiprinidi, imrobbija esklużivament fiż-żona ta’ qbid tal-Lag Balaton, u li tinkludi esklużivament il-varjetajiet lokali rikonoxxuti mill-Istat “Balatoni sudár” u “Varászlói tükrös”, li huma mrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

Il-parametri tal-kwalità tipiċi tal-laħam tal-karpjun “Balatoni hal”“Balatoni sudár ponty” huma (OMMI [l-Istitut Nazzjonali għall-Kontroll tal-Kwalità tal-Agrikoltura] 2004 MgSzH [Uffiċċju Agrikolu] 2011, Gorda u Borbély 2013):

kontenut ta’ ilma: 74,1-77,4%,

proteini: 16,6-17,6%,

xaħam: 4,2-8,0%,

Il-parametri tal-kwalità tipiċi tal-laħam tal-karpjun “Balatoni hal”“Varászlói tükrös ponty” huma:

kontenut ta’ ilma: 73,9-78,3%,

proteini: 16,8-17,7%,

xaħam: 3,5-7,7%,

Il-laħam tal-karpjun “Balatoni hal” huwa sod u teneru.

Id-daqs minimu li fih jinbiegħ il-karpjun “Balatoni hal” (ħaj, frisk, imkessaħ jew iffriżat) huwa ta’ 1,5 kg (idealment, bejn 1,5-3 kg).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-użu tal-fertilizzanti biex jittejjeb ir-rendiment tal-produzzjoni huwa pprojbit fiż-żona ġeografika. In-nutrizzjoni tal-lizz-perċa “Balatoni hal” hija speċjali peress li l-frieħ tal-ħut jaqilbu milli jieklu ż-żooplankton għal li jieklu l-ħut wara li jilħqu tul tal-ġisem ta’ 12-15-il cm, li huwa relattivament tard meta mqabbel ma’ ħut predatorju ieħor. Is-sorsi tal-għalf disponibbli huma wkoll speċjali fiż-żona ta’ qbid tal-Lag Balton, fejn il-karpjun ta’ Al Bura komuni (Alburnus alburnus), l-abramida komuni (Abramis brama) u ż-ziege (Pelecus cultratus) huma abbundanti fid-dieta tal-lizz-perċa (Specziár 2010). Il-provvista u l-kompożizzjoni tal-għalf huma simili fiż-żona ta’ qbid kollha tal-Lag Balaton. Il-lizz-perċa “Balatoni hal” ma jingħata l-ebda suppliment tal-għalf, u t-trobbija hija bbażata kompletament fuq l-għalf naturali tal-ħut li primarjament joriġina mit-tributarji tal-vaski tal-ħut, jiġifieri x-xmajriet fiż-żona ta’ qbid tal-Lag Balaton.

Il-karpjun “Balatoni hal” jingħata għalf naturali u supplimenti tal-għalf, li jinkludu żewġ komponenti prinċipali. L-ewwel wieħed jinkludi taħlitiet nutrittivi (qamħ, tritikal u qamħirrum); it-tieni l-ispeċi aljena tal-maskla żebra (Dreissena polymorpha u Dreissena bugensis). Dawk li jrabbu l-ħut (id-detenturi ta’ permess tas-sajd ekoloġiku u selettiv) jaħsdu l-bijomassa tal-maskli użata għall-għalf minn ċattri mobbli installati f’diversi postijiet fuq il-Lag Balaton (in-naħat tan-Nofsinhar tat-tliet baċiri kollha, primarjament postijiet fil-viċinanza tal-farms tal-ħut). Il-bijomassa tal-maskli, li tikber f’bejn 8 u 12-il xahar, tinħasad miċ-ċattri u tintuża għall-għalf fil-farms tal-karpjuni, filwaqt li jiġi żgurat li t-tipi ta’ maskli jibqgħu fil-farm tal-ħut.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-erba’ passi kollha tal-produzzjoni tal-“Balatoni hal” iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Dawn jinkludu r-riproduzzjoni naturali, it-tnissil artifiċjali (f’inkubatur), it-tkabbir fl-ilmijiet naturali u t-trobbija fil-farm tal-ħut. Skont il-leġiżlazzjoni attwali, is-sajd pelaġiku fil-Lag Balaton ilu pprojbit mill-5 ta’ Diċembru 2013. Bħala eċċezzjoni, huwa permess sajd selettiv għal skopijiet ekoloġiċi u ta’ dimostrazzjoni (3 000 kg ta’ karpjun u 500 kg ta’ lizz-perċa kull sena, bin-nases tas-sallura). Għalhekk, il-“Balatoni hal” huwa primarjament imrobbi, iżda l-kampjuni li jikbru f’ambjent naturali huma wkoll disponibbli kultant bħala prodott sekondarju tas-sajd selettiv tas-sallura għal skopijiet ekoloġiċi.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

It-trobbija tal-“Balatoni hal” fl-Ungerija ssir fil-postijiet li ġejjin taż-żona ta’ qbid tal-Lag Balaton.

1.

Il-Lag Balaton u s-sistema tal-ilma tiegħu (ilmijiet inklużi fit-trobbija tal-ħut: 61 139 ha)

Korpi tal-ilma speċifiċi tal-Lag Balaton u s-sistema tal-ilma tiegħu:

iż-żona kollha tal-Lag Balaton,

il-medda tax-Xmara Zala li testendi mill-bokka għall-pont ferrovjarju ta’ Fenékpuszta,

il-medda tal-Kanal ta’ Hévíz mill-bokka sa 50 metru min-naħa tad-diga fid-direzzjoni tax-xmara fil-Lag Hévíz,

il-medda tal-Kanal ta’ Páhok mill-bokka sal-Kanal ta’ Hévíz,

il-medda tal-Kanal tal-Faxxa Magħquda (Egyesített-övcsatorna) mill-Pont tad-Dgħajjes (Bárkázó híd) sa minn fejn tidħol in-Nixxiegħa Gyöngyös,

il-medda tal-Kanal ta’ Fenyves (Fenyvesi-nyomócsatorna) mill-bokka sal-istazzjon tal-ippumpjar f’Balatonfenyves,

il-medda tal-Kanal tal-Faxxa tal-Punent (Nugati-övcsatorna) li testendi mill-bokka sal-pont ferrovjarju ta’ Pálmajor,

il-medda tal-Kanal tal-Lvant (Keleti-Bozót-csatorna) mill-bokka sal-pont tat-triq li tagħti għall-istazzjon tal-ferrovija ta’ Pusztaberény,

il-medda tan-Nixxiegħa Jama mill-bokka sax-xatbiet fil-Vaska tal-Ħut ta’ Bugaszeg,

il-medda tan-Nixxiegħa Tetves mill-bokka sax-xatbiet fil-Vaski tal-Ħut ta’ Balatonlelle,

il-medda tal-Kismetszés mill-bokka sat-triq Nru 70,

il-medda ta’ Nagymetszés mill-bokka għall-pont tal-injam f’Szólád,

in-Nixxigħat Lesence, Kétöles, Tapolca, Egervíz u Burnót u l-medda tal-Kanal ta’ Egermalom mill-bokka sat-triq Nru 71,

il-meded tal-kanali interni ta’ tgħarriq ta’ Sár u ta’ Cigány mit-triq ta’ aċċess għas-Somogyszentpál sal-Kanal tal-Faxxa tal-Punent (Nyugati-övcsatorna),

il-medda tal-Kanal tal-Faxxa tal-Punent (Nyugati-övcsatorna) mill-pont ferrovjarju ta’ Pálmajor sal-Kanal ta’ Határ-Külvíz,

il-medda tal-kanal ta’ Határ-Külvíz mill-bokka sat-triq prinċipali bejn Marcali u Öreglak,

il-Kanal ta’ Cigány u

il-Kanal tal-Lvant (il-Kanal ta’ Keleti Bozót).

2.

Is-Sistema ta’ Protezzjoni tal-ilma tal-Balaton iż-Żgħira, Stadju I (il-Lag Hídvég; erja: 2 000 ha)

3.

Is-Sistema ta’ Protezzjoni tal-ilma tal-Balaton iż-Żgħira, Stadju II (il-Lag Fenéki; erja: 5 110 ha)

4.

Ir-Riżerva ta’ Marcali (erja: 407 ha)

5.

Il-Vaski tal-Ħut ta’ Fonyód-Zardavár (erja: 135 ha)

6.

Il-Vaski tal-Ħut ta’ Balatonlelle-Irmapuszta (erja: 275 ha)

7.

Il-Vaski tal-Ħut ta’ Buzsáki-Ciframalom (erja: 138 ha)

8.

Il-Vaska tal-Ħut ta’ Balatonszárszó-Nádfedeles (erja: 15 ha)

9.

Il-Vaska tal-Ħut ta’ Balatonföldvár (erja: 23 ha)

10.

Il-Vaski tal-Ħut ta’ Somogyvár-Tölös (erja: 26 ha)

11.

Il-Vaski tal-Ħut ta’ Varászló (erja: 174 ha)

12.

Il-Vaski tal-Ħut ta’ Siófok-Törek (erja: 36 ha)

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta bejn il-“Balatoni hal” u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni tal-prodott.

Il-post tal-produzzjoni tal-“Balatoni hal” huwa primarjament iż-żona ta’ qbid tan-Nofsinhar u tal-Lbiċ tal-Lag Balaton. Illum il-ġurnata, il-vaski tal-ħut jinsabu f’żoni li fil-passat kienu bajjiet fil-Lag Balaton qabel ma ġie skulat, jiġifieri, il-qiegħ tal-lag ta’ qabel. Għaldaqstant, is-sottoswol tagħhom huwa simili għal dak tal-Lag Balaton.

Iż-żona għandha klima kontinentali umda, b’effetti sub-Mediterranji. L-effett sub-Mediterranju jirreferi primarjament għad-distribuzzjoni temporali tax-xita, li fi snin medji għandha żewġ perjodi fejn tilħaq l-ogħla livelli (Ġunju u Settembru) u hija kruċjali għat-trobbija tal-ħut. Fiż-żona tagħmel aktar xita mill-medja Ungeriża (620 mm fis-sena). Il-biċċa l-kbira tax-xita tinżel fix-xhur tas-sajf, li huwa aħjar għat-trobbija tal-ħut, għax jiżgura kwantitajiet u kwalità adegwati ta’ riforniment tal-ilma. It-tributarji tal-vaski tal-ħut fiż-żona ta’ qbid tipikament huma qosra (30-40 km), u huma ħielsa minn żbokki ta’ drenaġġ mhux ittrattat (Ferincz et al. 2017). Bis-saħħa ta’ dan u n-nuqqas ta’ użu ta’ fertilizzanti organiċi, l-ilma u s-sedimenti tal-vaski tal-ħut mhumiex anaerobiċi. Konsegwentement, il-laħam tal-ħut prodott hemmhekk huwa ħieles minn togħmiet barranin. It-temperatura annwali medja (11,2) hija wkoll ogħla mill-medja nazzjonali, li ttejjeb it-tkabbir tal-ħut. Il-kompożizzjoni tal-laħam tal-ħut hija influwenzata minn għadd ta’ fatturi ambjentali u ta’ produzzjoni, inklużi l-età, l-ispeċi, l-għalf jew l-għalf naturali (Trenovszki, 2013); l-aktar kruċjali huma l-kwantità u l-kwalità tal-għalf.

B’mod kruċjali, ukoll, għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-ilma, l-użu ta’ fertilizzanti organiċi biex jittejjeb ir-rendiment tal-produzzjoni (prattika ta’ rutina f’żoni oħra) huwa pprojbit fil-vaski tal-ħut ġewwa ż-żona ta’ qbid tal-Lag Balaton. Konsegwentement, il-ħut imrobbi hemmhekk ma jiġix f’kuntatt mas-sustanzi barranin li jibdlu t-togħma li jinstabu b’mod invarjabbli fil-fertilizzanti organiċi. Il-laħam tal-lizz-perċa “Balatoni hal” jieħu l-kwalità karatteristika tiegħu mill-ilma tal-vaska tal-ħut ta’ kwantità u kwalità adegwati (il-qigħan tal-vaski ramlija u bil-loess; il-kontenut organiku baxx ta’ ilma li jidħol), is-sedimenti aerobiċi tal-qiegħ tal-lag, u l-kwantità u l-proporzjon kbar tal-karpjun ta’ Al Bura u tal-laska tal-laħam abjad prinċipalment indiġeni u karatteristiċi taż-żona. Minħabba l-kwalità tajba tal-ilma u l-għalf naturali tal-ħut, il-laħam tal-lizz-perċa “Balatoni hal” huwa abjad silġ, mingħajr togħma sekondarja. Għandu struttura tenera minħabba s-superfiċje kbira tal-ilma (aktar moviment fit-tiftix għall-ikel).

Skont Specziár (2010) in-nutrizzjoni tal-lizz-perċa “Balatoni hal” hija speċjali peress li l-frieħ tal-ħut jaqilbu milli jieklu ż-żooplankton għal li jieklu l-ħut wara li jilħqu tul tal-ġisem ta’ 12-15-il cm, li huwa relattivament tard meta mqabbel ma’ ħut predatorju ieħor. Is-sorsi tal-għalf disponibbli huma wkoll speċjali fiż-żona ta’ qbid tal-Lag Balton, fejn il-karpjun ta’ Al Bura komuni (Alburnus alburnus), l-abramida komuni (Abramis brama) u z-ziege (Pelecus cultratus) huma abbundanti fid-dieta tal-lizz-perċa (Specziár 2010). Il-kwalità speċjali tal-laħam tal-lizz-perċa “Balatoni hal” hi dovuta għal dawn il-fatturi. Il-laħam tal-karpjun “Balatoni hal” huwa iebes. Il-konsistenza flessibbli tiegħu ġejja mill-għalf naturali rikk fil-proteini u l-għalf tal-frott tal-baħar bil-qoxra naturali kumplimentari, minħabba li n-nutrijenti naturali rikki fil-proteini għandhom effett pożittiv fuq il-kwalità tal-laħam tal-karpjun (Balogh, 2015).

Il-“Balatoni hal” huwa wieħed mill-pedamenti tal-kċina lokali. Il-karpjun “Balatoni hal” huwa ingredjent essenzjali tas-soppa tal-ħut “Balatoni halászlé”, li r-riċetta tagħha hija unika u tipika taż-żona ta’ qbid.

Ir-reputazzjoni tal-“Balatoni hal” illum

Ir-relazzjoni mill-qrib bejn il-Lag Balaton u l-karpjun “Balatoni hal” hija evidenti wkoll mill-fatt li t-Tazza Internazzjonali tal-Karpjun tal-Balaton ġiet organizzata għall-ħames darba fl-2019.

Il-Festival tal-Ħut u tal-Inbid tal-Balaton ilu jsir regolarment mill-belt ta’ Balatonfüred mill-2015. L-għan tal-avveniment huwa li jżid is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-ħut tal-Balaton u li jgħaqqad il-konsum tal-ħut u tal-inbejjed lokali, u b’hekk joħloq suq għall-farms tal-ħut lokali u għall-produtturi tal-inbid.

Magħmula kif xieraq mill-“Balatoni hal”, is-soppa tal-ħut tal-Balaton (“balatoni halászlé”) saret isem kulinari familjari (eż.: http://itthonotthonvan.hu/cikkek/2687482/a_balatoni_halaszle_titka)

L-artiklu li ġej jiddiskuti t-togħma speċjali u l-metodi tas-sajd tradizzjonali tal-“Balatoni hal”: http://magyarkonyhaonline.hu/magyar-izek/a-balatoni-halak

Il-ktieb “A halfőzés fortélyai a Balaton mentén” [Strateġiji għat-tisjir tal-ħut mill-Balaton] huwa ġabra ta’ 400 platt tal-ħut minn 40 belt u raħal madwar il-Lag Balaton (Szabó Zoltán 2014, ISBN 978-963-08-8628-4)

Ir-ristoranti Michelin-star, inkluż ir-ristorant Stand f’Budapest (ix-chefs Tamás Szél u Szabina Szulló), jużaw il-“Balatoni sudár ponty” bħala ingredjent, li huwa indikat fuq il-menù (https://diningguide.hu/szell-tamas-cikke-halaszlevita-szell-tamas-halaszle-receptjevel/)

L-isfond storiku tar-reputazzjoni tal-lizz-perċa “Balatoni hal”

Fid-diskussjoni dwar is-sajd Franċiż fil-ħarġa 44 tal-Fischerei Zeitung fl-1917, ix-xjenzat minn Brussell Waldmann irrimarka kif “qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-“fogasch” kien imfittex ħafna f’Pariġi. Dan huwa l-isem taż-żander fil-Lag Balaton tal-Ungerija.”

Fl-1933, Neresheimer, espert tas-sajd tal-Gvern Awstrijak, kiteb fl-Österreichisches Nahrungsmittelbuch (il-Kodiċi tal-Ikel Awstrijak) li “L-isem “Fogasch” jista’ jiġi applikat b’mod korrett biss għaż-żander li joriġina mil-Lag Balaton”. Huwa żied jgħid li meta wieħed isejjaħ lill-ħut b’dan l-isem ikun qed jissuġġerixxi lill-konsumaturi li dan ġie mil-Lag Balaton. Fl-opinjoni tiegħu, iż-żander mil-Lag Balaton biss jista’ jissejjaħ “Fogasch” [lizz-perċa] b’mod korrett.

Fil-Kungress Internazzjonali dwar is-Sajd li sar f’Pariġi f’Lulju 1931, Károly Lukács iddikjara ż-żander tal-Balaton bħala varjetà lokali speċjali tal-lizz-perċa u ppropona li d-denominazzjoni tassonomika tiegħu tkun “Lucioperca sandra varietas Fogas balatonica” (Szári, 1988).

Fis-snin tletin, il-Balaton Halászati Részvénytársaság (il-Kumpanija b’Ishma tas-Sajd tal-Balaton) akkwistat drittijiet esklużivi għall-isem “fogas” [lizz-perċa], li kien japplika biss għaż-żander maqbud fil-Lag Balaton. Il-kunsinni kienu meħtieġa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta’ oriġini mil-Lag Balaton. Fl-1931, ġie rreġistrat siġill żgħir konvess tal-metall mal-Uffiċċju Internazzjonali tal-Privattivi f’Bern, li sussegwentement twaħħal bħala trademark mal-operkula (l-għotjien tal-garġi) tal-lizz-perċa esportat. (Héjjas u Punk, 2010).

L-isfond storiku tar-reputazzjoni tal-karpjun “Balatoni hal”

Fir-rigward tal-importanza tal-karpjun, pubblikazzjoni bl-isem “A Balaton halai” [Ħut tal-Lag Balaton] tiddikjara li qabel il-karpjun hemm biss il-lizz-perċa (Lukács, 1936).

Il-karpjun kien l-ispeċi l-oħra, flimkien mal-lizz-perċa, li l-farms tal-ħut tal-Balaton fittxew li jżidu l-istokkijiet tagħhom permezz ta’ trobbija konxja mis-snin għoxrin ’il quddiem.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://gi.kormany.hu/foldrajzi-arujelzok

(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.