ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 62

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
22 ta' Frar 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 62/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 62/02

Kawżi Magħquda C-597/18 P, C-598/18 P, C-603/18 P u C-604/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC et, L-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Grupp tal-Euro (C-597/18 P), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Eleni Pavlikka Bourdouvali et, L-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Grupp tal-Euro (C-598/18 P), Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC et (C-603/18 P), Eleni Pavlikka Bourdouvali et (C-604/18 P) vs L-Unjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Grupp tal-Euro (Appell – Politika ekonomika u monetarja – Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru – Ristrutturazzjoni tad-dejn Ċiprijott – Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika ta’ Ċipru – Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 – Deċiżjoni 2013/236/UE – Memorandum ta’ qbil dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) – Dritt għall-proprjetà – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea)

2

2021/C 62/03

Kawża C-601/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 – BP vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (Appell – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) – Kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid – Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida wara annullament min-naħa tal-Qorti Ġenerali – Irregolaritajiet allegatament imwettqa waqt l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali)

5

2021/C 62/04

Kawża C-607/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Husqvarna AB vs Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trade marks tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 51(1)(a) – Artikolu 55(1) – Revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni – Trade mark tal-Unjoni li ma sarx użu ġenwin minnha matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin – Skadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħames snin – Data ta’ evalwazzjoni)

5

2021/C 62/05

Kawża C-656/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Törvényszék – l-Ungerija) – BAKATI PLUS Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet mal-esportazzjoni – Artikolu 146(1)(b) – Oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni Ewropea minn xerrej mhux stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat – Artikolu 147 – Merkanzija li ser tinġarr fil-bagalja personali tal-vjaġġaturi mhux stabbiliti fl-Unjoni – Kunċett – Oġġetti li effettivament telqu mit-territorju tal-Unjoni – Prova – Rifjut tal-eżenzjoni fuq l-esportazzjoni – Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità – Frodi)

6

2021/C 62/06

Kawża C-667/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – A.M. vs E.M. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Prodotti kożmetiċi – Regolament (KE) Nru 1223/2009 – Artikolu 19 – Informazzjoni għall-konsumaturi – Ittikkettjar – Indikazzjonijiet li għandhom jidhru fuq il-kontenitur u fuq l-imballaġġ tal-prodotti – Ittikkettjar b’lingwa barranija – Funzjoni tal-prodott kożmetika – Kunċett – Imballaġġ ta’ prodotti kożmetiċi li jinkludi riferiment għal katalogu ddettaljat ta’ prodotti miktub bil-lingwa tal-konsumatur)

7

2021/C 62/07

Kawża C-710/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – G. M. A. vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Artikolu 45 TFUE – Ċittadinanza tal-Unjoni – Direttiva 2004/38/KE – Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur – Artikolu 14(4)(b) – Persuni li qegħdin ifittxu xogħol – Terminu raġonevoli sabiex wieħed isir jaf bl-offerti ta’ impjieg li jistgħu jkunu utli għal min qiegħed ifittex xogħol u sabiex ikun jista’ jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi impjegat – Rekwiżiti imposti mill-Istat Membru ospitanti fuq min qiegħed ifittex xogħol matul dan it-terminu – Kundizzjonijiet għad-dritt ta’ residenza – Obbligu li jkompli jfittex xogħol u li jkollu ċans ġenwin li jiġi impjegat)

8

2021/C 62/08

Kawża C-801/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravni sud u Zagrebu – il-Kroazja) – FRANCK d.d. Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Eżenzjonijiet – Artikolu 135(1)(b) u (d) – Kunċetti ta’ għoti ta’ kreditu u ta’ strumenti oħrajn negozjabbli – Tranżazzjonijiet kumplessi – Servizz prinċipali – Disponibbiltà ta’ fondi bi ħlas ta’ remunerazzjoni – Trasferiment ta’ kambjala lil kumpannija ta’ fatturazzjoni u tal-flus miksuba lill-emittent tal-kambjala)

8

2021/C 62/09

Kawża C-849/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligi – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni ta’ habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġi – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Artikolu 4(4) – Obbligu li jiġu stabbiliti l-għanijiet ta’ konservazzjoni – Artikolu 6(1) – Obbligu li jittieħdu miżuri ta’ konservazzjoni – Deċiżjoni 2006/613/KE – Reġjun bijoġeografiku Mediterranju)

9

2021/C 62/10

Kawżi Magħquda C-354/20 u C-412/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra L (C-354/20 PPU), P (C-412/20 PPU) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 1(3) – Artikolu 6(1) – Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 – Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali – Difetti strutturali jew fundamentali – Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja emittenti – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żviluppi li seħħew wara li nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew ikkonċernat – Obbligu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tivverifika b’mod konkret u preċiż l-eżistenza ta’ raġunijiet serji u pprovati li bihom wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata ser taffaċċja riskju reali ta’ ksur tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq fil-każ ta’ konsenja)

10

2021/C 62/11

Kawża C-416/20 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa fil-konfront ta’ TR (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Mandat ta’ arrest Ewropew – Artikolu 4a(1) – Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri – Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni – Motivi ta’ nuqqas fakultattiv ta’ eżekuzzjoni – Eċċezzjonijiet – Eżekuzzjoni obbligatorja – Piena imposta in absentia – Ħarba tal-persuna investigata – Direttiva (UE) 2016/343 – Artikoli 8 u 9 – Dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċeduri kriminali kontra tiegħu – Rekwiżiti f’każ ta’ kundanna in absentia – Verifika waqt il-konsenja tal-persuna kkundannata)

11

2021/C 62/12

Kawża C-349/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (Ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Lulju 2020 – NB, AB vs Secretary of State for the Home Department; Intervjenent: Il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti

11

2021/C 62/13

Kawża C-453/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Settembru 2020 – CityRail a.s. vs Správa železnic, státní organizace

12

2021/C 62/14

Kawża C-577/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-4 ta’ Novembru 2020 – A

13

2021/C 62/15

Kawża C-606/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – EZ vs Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

13

2021/C 62/16

Kawża C-632/20 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-370/19, Spanja vs Il-Kummissjoni

14

2021/C 62/17

Kawża C-633/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs TC Medical Air Ambulance Agency GmbH

15

2021/C 62/18

Kawża C-636/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Tolnatext Bt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

16

2021/C 62/19

Kawża C-648/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Westminster Magistrates’ Court (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Svishtov Regional Prosecutor’s Office vs PI

16

2021/C 62/20

Kawża C-659/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soude (Ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Diċembru 2020 – ET vs Ministerstvo životního prostředí

17

2021/C 62/21

Kawża C-660/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Diċembru 2020 – MK vs Lufthansa CityLine GmbH

17

2021/C 62/22

Kawża C-687/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

18

2021/C 62/23

Kawża C-690/20 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2020 minn Casino, Guichard-Perrachon u Achats Marchandises Casino mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-249/17, Casino, Guichard-Perrachon u AMC vs Il-Kummissjoni

19

2021/C 62/24

Kawża C-693/20 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2020 minn Intermarché Casino Achats mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-254/17, Intermarché Casino Achats vs Il-Kummissjoni

20

2021/C 62/25

Kawża C-725/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Maria Teresa Coppo Gavazzi et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawżi magħquda T-389/19 sa T-394/19, T-397/19, T-398/19, T-403/19, T-404/19, T-406/19, T-407/19, minn T-409/19 sa T-414/19, minn T-416/19 sa T-418/19, minn T-420/19 sa T-422/19, minn T-425/19 sa T-427/19, minn T-429/19 sa T-432/19, T-435/19, T-436/19, minn T-438/19 sa T-442/19, minn T-444/19 sa T-446/19, T-448/19, minn T-450/19 sa T-454/19, T-463/19 u T-465/19, Maria Teresa Coppo Gavazzi et vs Il-Parlament

21

2021/C 62/26

Kawża C-728/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit) – Beverly Hills Teddy Bear Company vs PMS International Group

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 62/27

Kawżi Magħquda T-236/17 u T-596/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA (Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu 2014-2020 – Qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea – Sejħa għal proposti – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Inammissibbiltà – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà parzjali – Deċiżjoni li tirrifjuta proposta – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kompetenza tal-Kummissjoni)

23

2021/C 62/28

Kawża T-442/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – RN vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Proporzjonalità – Kunċett ta’ konjuġi”)

24

2021/C 62/29

Kawża T-93/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – International Skating Union vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Assoċjazzjoni ta’ impriżi – Kompetizzjonijiet ta’ pattinaġġ veloċi – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Regoli ta’ federazzjoni sportiva – Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ispeċifiċità tal-isport – Imħatri sportivi – Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport – Linji gwida għall-kalkoli ta’ multi – Kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 101 TFUE – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan – Miżuri korrettivi)

24

2021/C 62/30

Kawża T-515/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Fakro vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tat-twieqi tas-saqaf u tal-flanġi – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 – Aċċess għall-fajl – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni – Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur – Prezzijiet predatorji – Trade marks fil-ġlieda’ – Tnaqqis – Esklużività)

25

2021/C 62/31

Kawża T-541/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina – Estensjoni ta’ dazju antidumping definittiv – Determinazzjoni tal-valur normali – Protokoll ta’ adeżjoni taċ-Ċina għall-WTO – Metodu tal-pajjiż analogu – Artikolu 2(7) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Vulnerabbiltà tal-industrija tal-Unjoni – Probabbiltà li d-dannu jerġa’ jseħħ – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2021/C 62/32

Kawża T-189/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 –Haikal vs Il-Kunsill (Politika estera u tas-sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ xieraq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għal proprjetà – Proporzjonalità – Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja)

27

2021/C 62/33

Kawża T-315/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – BT vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Proporzjonalità)

27

2021/C 62/34

Kawża T-521/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Haswani vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Awtorità ta’ res judicata – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità)

28

2021/C 62/35

Kawża T-3/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Forbo Financial Services vs EUIPO – Windmöller (Canoleum) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Canoleum – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti MARMOLEUM – Raġuni relattiva għal rifjut – Preżentata tardiva tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell – Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Applikazzjoni għal restutio in integrum – Marda f’daqqa tal-avukat li jirrappreżenta lir-rikorrenti – Dmir ta’ diliġenza – Valur probatorju tad-dikjarazzjoni bil-ġurament magħmula mill-avukat)

29

2021/C 62/36

Kawża T-118/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ imballaġġ – Raġuni assoluta ta’ rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

30

2021/C 62/37

Kawża T-146/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Annullament tal-att ikkontestat – Għajbien tas-suġġett tal-kawża – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

30

2021/C 62/38

Kawża T-568/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Microes Food Safety vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Regolament (KE) Nru 853/2004 – Prodott ibbażat fuq il-batterjofagu użat biex inaqqas il-preżenza tal-batterju patoġeniku Listeria monocytogenes f'ikel lest biex jittiekel li joriġina mill-annimali – Ċaħda tal-applikazzjoni biex tapprova Listex ™ P100 bħala dekontaminant f'ikel lest li jittiekel li joriġina mill-annimali – Att li ma jistax jiġi kkonstestat – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Att purament konfermattiv – Att informattiv – Inammissibbiltà)

31

2021/C 62/39

Kawża T-872/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – IM vs BEI (Rikors għad-danni – Dritt istituzzjonali – Pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-FEI – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent – Assenza ta’ awtonomija tar-rimedji – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Inammissibbiltà)

32

2021/C 62/40

Kawża T-37/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – FAEG u FAEŻR – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Punt tat-tluq – Notifika u pubblikazzjoni – Assenza ta’ żball skużabbli – Dewmien – Inammissibbiltà)

32

2021/C 62/41

Kawża T-80/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – IM vs BEI u FEI (Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-FEI – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

33

2021/C 62/42

Kawża T-161/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ighoga Region 10 vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Kostruzzjoni ta’ ċentru għall-konferenzi u lukanda f’Ingolstadt – Ilment – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2021/C 62/43

Kawża T-289/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Facegym vs EUIPO (FACEGYM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FACEGYM – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

34

2021/C 62/44

Kawża T-350/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Wagenknecht vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Ġlieda kontra l-frodi – Laqgħat tal-Kulleġġ tal-Kummissarji u tal-President tiegħu mar-rappreżentant tar-Repubblika Ċeka – Qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 – Regolament finanzjarju – Pagamenti diretti mill-baġit tal-Unjoni lil bdiewa – Allegat kunflitt ta’ interessi tal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka – Allegata assenza ta’ azzjoni mill-Kummissjoni – Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Interess ġuridiku – Locus standi – Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni – Inammissibbiltà)

35

2021/C 62/45

Kawża T-729/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Diċembru 2020 – Aurubis vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 2003/87/KE – Deċiżjoni 2011/278/UE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

35

2021/C 62/46

Kawża T-731/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Diċembru 2020 – ExxonMobil Production Deutschland vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 2003/87/KE – Deċiżjoni 2011/278/UE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

36

2021/C 62/47

Kawża T-739/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Unite the Union vs EUIPO – WWRD Ireland (WATERFORD)

36

2021/C 62/48

Kawża T-754/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2020 – Cristescu vs Il-Kummissjoni

37

2021/C 62/49

Kawża T-757/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2020 – OT vs Il-Parlament

39

2021/C 62/50

Kawża T-764/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Anhui Wanwei Updated High-Tech Material Industry u Inner Mongolia Mengwei Technology vs Il-Kummissjoni

39

2021/C 62/51

Kawża T-766/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – PrenzMarien vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONES)

40

2021/C 62/52

Kawża T-768/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2020 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard)

41

2021/C 62/53

Kawża T-769/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

42

2021/C 62/54

Kawża T-771/20: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2020 – KS u KD vs Il-Kunsill et

43

2021/C 62/55

Kawża T-1/21: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 – Fabryki Mebli Forte vs EUIPO – Bog-Fran (Għamara)

44

2021/C 62/56

Kawża T-2/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Emmentaler Switzerland vs EUIPO (EMMENTALER)

45

2021/C 62/57

Kawża T-3/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Power Horse Energy Drinks vs EUIPO – Robot Energy Europe (UNSTOPPABLE)

45

2021/C 62/58

Kawża T-4/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Advanced Superabrasives vs EUIPO – Adi (ASI ADVANCED SUPERABRASIVES)

46

2021/C 62/59

Kawża T-6/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2021 – Advanced Organic Materials vs EUIPO – Swiss Pharma International (ADVASTEROL)

47

2021/C 62/60

Kawża T-7/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Kassl (STUDIO KASSL)

48

2021/C 62/61

Kawża T-8/21: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2021 – IFIC Holding vs Il-Kummissjoni

49

2021/C 62/62

Kawża T-653/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Diċembru 2020 – FF vs Il-Kummissjoni

50

2021/C 62/63

Kawża T-5/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2021 – CP vs Il-Parlament

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 62/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 53, 15.2.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 44, 8.2.2021

ĠU C 35, 1.2.2021

ĠU C 28, 25.1.2021

ĠU C 19, 18.1.2021

ĠU C 9, 11.1.2021

ĠU C 443, 21.12.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC et, L-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Grupp tal-Euro (C-597/18 P), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Eleni Pavlikka Bourdouvali et, L-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Grupp tal-Euro (C-598/18 P), Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC et (C-603/18 P), Eleni Pavlikka Bourdouvali et (C-604/18 P) vs L-Unjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Grupp tal-Euro

(Kawżi Magħquda C-597/18 P, C-598/18 P, C-603/18 P u C-604/18 P) (1)

(Appell - Politika ekonomika u monetarja - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà tar-Repubblika ta’ Ċipru - Ristrutturazzjoni tad-dejn Ċiprijott - Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-provvista ta’ likwidità b’urġenza wara talba tal-Bank Ċentrali tar-Repubblika ta’ Ċipru - Dikjarazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Marzu, tat-12 ta’ April, tat-13 ta’ Mejju u tat-13 ta’ Settembru 2013 - Deċiżjoni 2013/236/UE - Memorandum ta’ qbil dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) - Dritt għall-proprjetà - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 62/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-597/18 P)

Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewroprea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, I. Gurov u E. Chatziioakeimidou, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna Andreou, Kyriaki Andreou, Bundeena Holding plc, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Phidias Christodoulou, Georgia Phanou-Christodoulou, Christakis Christofides, irrappreżentat mill-eżekutur testamentarju tiegħu, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. Chrysostomides, Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, James Droushiotis, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, Kalia Georgiou LLC, Komposit Ltd, Platon M. Kyriakides, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Athena Mavronicola-Droushiotis, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International Inc., Sophia Nicolatos, Paris & Barcelona Ltd, Louiza Patsiou, Probus Mare Marine Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A.M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, The Prnses Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon, Unienergy Holdings Ltd, Julia Justine Jane Woods (rappreżentant: P. Tridimas, barrister), L-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Il-Kummissjoni Ewropea), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J.-P. Keppenne u T. Maxian Rusche, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment minn M. O. Szablewska u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt, sussegwentement minn K. Laurinavičius, G. Várhelyi u O. Heinz, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt, Il-Grupp tal-Euro (rappreżentant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: S. Hartikainen u J. Heliskoski, aġenti)

(Kawża C-598/18 P)

Rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, I. Gurov u E. Chatziioakeimidou, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Coal Energy Trading Ltd, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Athanasia Chrysostomou, Sofoklis Chrysostomou, Clearlining Ltd, Alan Dimant, Dodoni Ependyseis Chartofylakou Dimosia Etaireia Ltd, Dtek Holdings Ltd, Dtek Trading Ltd, Elma Holdings pcl, Elma Properties & Investments pcl, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, Jupiter Portfolio Investments pcl, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Liberty Life Insurance pcl, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Akis Micromatis, Erginos Micromatis, Harinos Micromatis, Alvinos Micromatis, Plotinos Micromatis, Nertera Investments Ltd, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Lambros Panayiotides, Ersi Papaefthymiou, Kostas Papaefthymiou, Restful Time Co., Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd, Sofoklis Chrisostomou & Yioí Ltd, Marinos C. Soteriou, Sparotin Ltd, Miranda Tanou, Myria Tanou (rappreżentanti: P. Tridimas, barrister, u K. Chrysostomides, dikigoros), L-Unjoni Ewropea (rappreżentant: Il-Kummissjoni Ewropea), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J.-P. Keppenne u T. Maxian Rusche, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: M. O. Szablewska u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt), Il-Grupp tal-Euro (rappreżentant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: S. Hartikainen u J. Heliskoski, aġenti)

(Kawżi C-603/18 P u C-604/18 P)

Rikorrenti: Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna Andreou, Kyriaki Andreou, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Christakis Christofides, irrappreżentat mill-eżekutur testamentarju tiegħu, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. Chrysostomides, Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International, Inc., Paris & Barcelona Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A.M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon, Julia Justine Jane Woods (rappreżentant: P. Tridimas, barrister (C-603/18 P), Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Clearlining Ltd, Dtek Holding Ltd, Dtek Trading Ltd, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd, Marinos C. Soteriou (rappreżentanti: P. Tridimas, barrister, u K. Chrysostomides, dikigoros (C-604/18 P)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea (rappreżentant: Il-Kummissjoni Ewropea), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Chatziioakeimidou, A. de Gregorio Merino u I. Gurov, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, J.-P. Keppenne u T. Maxian Rusche, aġenti), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: M. O. Szablewska u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Rechtsanwalt), Il-Grupp tal-Euro (rappreżentant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: S. Hartikainen u J. Heliskoski, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2018, K. Chrysostomides & Co. et vs Il-Kunsill et (T-680/13, EU:T:2018:486), u tat-13 ta’ Lulju 2018, Bourdouvali et vs Il-Kunsill et (T-786/14, mhux ippubblikata, EU:T:2018:487), huma annullati sa fejn jiċħdu l-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sa fejn dawn jirrigwardaw ir-rikorsi ppreżentati f’dawn il-kawżi kontra l-Grupp tal-Euro u l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta’ April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta’ stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli.

2)

Ir-rikorsi ppreżentati fl-ewwel istanza fil-Kawżi T-680/13 u T-786/14 huma inammissibbli sa fejn dawn huma indirizzati kontra l-Grupp tal-Euro u l-Artikolu 2(6)(b) tad-Deciżjoni 2013/236.

3)

L-appelli prinċipali fil-Kawżi C-603/18 P sa C-604/18 P huma miċħuda.

4)

Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna u Kyriaki Andreou, Bundeena Holding plc, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Phidias Christodoulou, Georgia Phanou-Christodoulou, Christakis Christofides, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. u Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, James Droushiotis, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, Kalia Georgiou LLC, Komposit Ltd, Platon M. Kyriakides, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Athena Mavronicola-Droushiotis, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International Inc., Sophia Nicolatos, Paris & Barcelona Ltd, Louiza Patsiou, Probus Mare Marine Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A.M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, The Prnses Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon, Unienergy Holdings Ltd u Julia Justine Jane Woods kif ukoll Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Coal Energy Trading Ltd, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Athanasia Chrysostomou, Sofoklis Chrysostomou, Clearlining Ltd, Alan Dimant, Dodoni Ependyseis Chartofylakou Dimosia Etaireia Ltd, Dtek Holding Ltd, Dtek Trading Ltd, Elma Holdings pcl, Elma Properties & Investments pcl, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, Jupiter Portfolio Investments pcl, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Liberty Life Insurance pcl, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Akis Micromatis, Erginos Micromatis, Harinos Micromatis, Alvinos Micromatis, Plotinos Micromatis, Nertera Investments Ltd, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Lambros Panayiotides, Ersi Papaefthymiou, Kostas Papaefthymiou, Restful Time Co., Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd, Sofoklis Chrisostomou & Yioí Ltd, Marinos C. Soteriou, Sparotin Ltd, u Miranda u Myria Tanou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura marbuta mal-appelli fil-Kawżi C-597/18 P u C-598/18 P.

5)

Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC, Agroton plc, Joanna u Kyriaki Andreou, Henrietta Jindra Burton, C & O Service & Investment Ltd, C. G. Christofides Industrial Ltd, Christakis Christofides, Theano Chrysafi, Andreas Chrysafis, Dionysios Chrysostomides, Eleni K. u Eleni D. Chrysostomides, D & C Construction and Development Ltd, Chrystalla Dekatris, Constantinos Dekatris, Dr. K. Chrysostomides and Co., Emily Dragoumi, Parthenopi Dragoumi, Eastvale Finance Ltd, Nicos Eliades, Tereza Eliades, Goodway Alliance Ltd, Christos Hadjimarkos, Johnson Cyprus Employees Provident Fund, L.kcar Intermetal and Synthetic Ltd, Lois Builders Ltd, Medialgeria Monitoring and Consultancy Ltd, Neita International Inc., Paris & Barcelona Ltd, Provident Fund of the Employees of Osel Ltd, R.A. M. Oil Cyprus Ltd, Steelway Alliance Ltd, Tameio Pronoias Prosopikou Genikon, The Cyprus Phassouri Estates Ltd, Christos Tsimon, Nafsika Tsimon u Julia Justine Jane Woods kif ukoll Eleni Pavlikka Bourdouvali, Georgios Bourdouvalis, Nikolina Bourdouvali, Christos Christofi, Elisavet Christofi, Clearlining Ltd, Dtek Holding Ltd, Dtek Trading Ltd, Agrippinoulla Fragkoudi, Dimitrios Fragkoudis, Frontal Investments Ltd, Costas Gavrielides, Eleni Harou, Theodora Hasapopoullou, Gladys Iasonos, Georgios Iasonos, George Karkousi, Lend & Seaserve Ltd, Michail P. Michailidis Ltd, Michalakis Michaelides, Rena Michael Michaelidou, Andros Nicolaides, Melina Nicolaides, Ero Nicolaidou, Aris Panagiotopoulos, Nikolitsa Panagiotopoulou, Alexandros Rodopoulos, Seatec Marine Services Ltd u Marinos C. Soteriou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura marbuta mal-appelli fil-Kawżi C-603/18 P u C-604/18 P.

6)

Ir-Repubblika tal-Finlandja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-kuntest ta’ dawn l-appelli.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 – BP vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

(Kawża C-601/19 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida wara annullament min-naħa tal-Qorti Ġenerali - Irregolaritajiet allegatament imwettqa waqt l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali)

(2021/C 62/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: BP (rappreżentant: E. Lazar, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. O’Flaherty, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, Rechtsanwalt)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

BP hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Husqvarna AB vs Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

(Kawża C-607/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 51(1)(a) - Artikolu 55(1) - Revoka tad-drittijiet marbuta mat-trade mark tal-Unjoni - Trade mark tal-Unjoni li ma sarx użu ġenwin minnha matul perijodu kontinwu ta’ ħames snin - Skadenza tat-terminu tal-perijodu ta’ ħames snin - Data ta’ evalwazzjoni)

(2021/C 62/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Husqvarna AB

Konvenut: Lidl Digital International GmbH & Co. KG, li kienet Lidl E-Commerce International GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea], għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ kontrotalba għar-revoka tad-drittijiet marbuta ma’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, id-data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-perijodu kontinwu ta’ ħames snin imsemmi f’din id-dispożizzjoni jkunx wasal fi tmiemu hija dik tat-tressiq ta’ din it-talba.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szegedi Törvényszék – l-Ungerija) – BAKATI PLUS Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-656/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet mal-esportazzjoni - Artikolu 146(1)(b) - Oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni Ewropea minn xerrej mhux stabbilit fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat - Artikolu 147 - “Merkanzija li ser tinġarr fil-bagalja personali tal-vjaġġaturi” mhux stabbiliti fl-Unjoni - Kunċett - Oġġetti li effettivament telqu mit-territorju tal-Unjoni - Prova - Rifjut tal-eżenzjoni fuq l-esportazzjoni - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità - Frodi)

(2021/C 62/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BAKATI PLUS Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

1)

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 147(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud favur “merkanzija li ser tinġarr fil-bagalja personali tal-vjaġġaturi” għandha tiġi interpretata fis-sens li ma jaqgħux taħtha l-oġġetti li individwu li ma huwiex stabbilit fl-Unjoni jieħu miegħu barra mill-Unjoni għal finijiet kummerċjali, bil-għan li jerġa’ jbiegħhom fi Stat terz.

2)

L-Artikolu 146(1)(b) u l-Artikolu 147 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux ġurisprudenza nazzjonali li permezz tagħha, meta l-amministrazzjoni fiskali tikkonstata li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mill-VAT prevista għall-oġġetti li għandhom jinġarru fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi ma humiex issodisfatti, iżda li l-oġġetti kkonċernati ġew effettivament ittrasportati barra mill-Unjoni mix-xerrej, hija hi obbligata teżamina jekk din l-eżenzjoni mill-VAT prevista fl-Artikolu 146(1)(b) tistax tiġi applikata għall-kunsinna inkwistjoni, meta l-formalitajiet doganali applikabbli ma jkunux ġew segwiti u meta, fil-mument tax-xiri, ix-xerrej ma kellux l-intenzjoni li tiġi applikata din l-aħħar eżenzjoni.

3)

L-Artikolu 146(1)(b) u l-Artikolu 147 tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prattika nazzjonali li abbażi tagħha l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta awtomatikament lil persuna taxxabbli l-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT prevista minn waħda jew l-oħra minn dawn id-dispożizzjonijiet meta hija tikkonstata li din il-persuna taxxabbli, b’mala fide, ħarġet il-formola li abbażi tagħha x-xerrej ibbenefika mill-eżenzjoni prevista f’dan l-Artikolu 147, meta huwa stabbilit li l-oġġetti kkonċernati ħallew it-territorju tal-Unjoni. F’tali ċirkustanzi, il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT prevista f’dan l-Artikolu 146(1)(b) għandu jiġi rrifjutat jekk il-ksur ta’ rekwiżit formali jkollu l-effett li jipprekludi l-produzzjoni tal-prova ċerta li r-rekwiżiti sostantivi li jikkundizzjonaw l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni jkunu ġew issodisfatti jew jekk jiġi stabbilit li l-imsemmija persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni inkwistjoni kienet involuta fi frodi li tipperikola l-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – A.M. vs E.M.

(Kawża C-667/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti kożmetiċi - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Artikolu 19 - Informazzjoni għall-konsumaturi - Ittikkettjar - Indikazzjonijiet li għandhom jidhru fuq il-kontenitur u fuq l-imballaġġ tal-prodotti - Ittikkettjar b’lingwa barranija - “Funzjoni tal-prodott kożmetika” - Kunċett - Imballaġġ ta’ prodotti kożmetiċi li jinkludi riferiment għal katalogu ddettaljat ta’ prodotti miktub bil-lingwa tal-konsumatur)

(2021/C 62/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.M.

Konvenut: E.M.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riferiment għal “funzjoni ta’ prodott kożmetiku” li għandu jidher, skont din id-dispożizzjoni, fuq il-kontenitur u fuq l-imballaġġ ta’ tali prodott għandu jkun ta’ natura li jinforma b’mod ċar lill-konsumatur dwar l-użu u dwar il-metodu ta’ użu tal-prodott sabiex jiġi żgurat li dan ikun jista’ jintuża b’mod sikur mill-konsumaturi mingħajr ma jikkawża ħsara għas-saħħa tagħhom, u ma jistax għalhekk ikun limitat unikament għall-indikazzjoni tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-użu tal-prodott, kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fir-rigward tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet tal-prodott ikkonċernat kif ukoll tal-aspettattivi ta’ konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, in-natura u l-portata tal-informazzjoni li għandha tidher f’dan ir-rigward fuq il-kontenitur u fuq l-imballaġġ tal-prodott sabiex ikun jista’ jsir użu minnu mingħajr perikolu għas-saħħa tal-bniedem.

2)

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 1223/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-riferimenti msemmija fl-Artikolu 19(1)(d), (f) u (g) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri rispettivament dawk dwar il-prekawzjonijiet partikolari ta’ użu tal-prodott kożmetiku, il-funzjoni ta’ dan il-prodott u l-ingredjenti tiegħu, ma jistgħux jidhru f’katalogu ta’ impriża li għalih jirreferi s-simbolu previst fil-punt 1 tal-Anness VII tal-imsemmi regolament muri fuq l-imballaġġ jew fuq il-kontenitur tal-imsemmi prodott.


(1)  ĠU C 406, 2.12.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – G. M. A. vs État belge

(Kawża C-710/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 45 TFUE - Ċittadinanza tal-Unjoni - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza ta’ iktar minn tliet xhur - Artikolu 14(4)(b) - Persuni li qegħdin ifittxu xogħol - Terminu raġonevoli sabiex wieħed isir jaf bl-offerti ta’ impjieg li jistgħu jkunu utli għal min qiegħed ifittex xogħol u sabiex ikun jista’ jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi impjegat - Rekwiżiti imposti mill-Istat Membru ospitanti fuq min qiegħed ifittex xogħol matul dan it-terminu - Kundizzjonijiet għad-dritt ta’ residenza - Obbligu li jkompli jfittex xogħol u li jkollu ċans ġenwin li jiġi impjegat)

(2021/C 62/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: G. M. A.

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 14(4)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ospitanti huwa obbligat li jagħti terminu raġonevoli lil ċittadin tal-Unjoni, li jibda jiddekorri mill-mument li fih dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jkun irreġistra ruħu bħala persuna li qiegħda tfittex xogħol, sabiex ikun jista’ jsir jaf bl-offerti ta’ impjieg li jistgħu jkunu utli għalih u sabiex ikun jista’ jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiġi impjegat.

Matul dan it-terminu, l-Istat Membru ospitanti jista’ jeħtieġ li l-persuna li qiegħda tfittex xogħol iġġib il-prova li hija qiegħda tfittex xogħol. Huwa biss wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu li dan l-Istat Membru jista’ jeħtieġ li l-persuna li qiegħda tfittex xogħol turi mhux biss li hija qiegħda tkompli tfittex xogħol, iżda wkoll li hija għandha ċans ġenwin li tiġi impjegata.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upravni sud u Zagrebu – il-Kroazja) – FRANCK d.d. Zagreb vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak

(Kawża C-801/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 135(1)(b) u (d) - Kunċetti ta’ “għoti ta’ kreditu” u ta’ “strumenti oħrajn negozjabbli” - Tranżazzjonijiet kumplessi - Servizz prinċipali - Disponibbiltà ta’ fondi bi ħlas ta’ remunerazzjoni - Trasferiment ta’ kambjala lil kumpannija ta’ fatturazzjoni u tal-flus miksuba lill-emittent tal-kambjala)

(2021/C 62/08)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Upravni sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FRANCK d.d. Zagreb

Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske Samostalni sektor za drugostupanjski upravni postupak

Dispożittiv

L-Artikolu 135(1)(b) u (d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud, li dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu, rispettivament, għall-għoti ta’ krediti u tranżazzjonijiet li jikkonċernaw strumenti oħrajn negozjabbli, tapplika għal tranżazzjoni li tikkonsisti, għall-persuna taxxabbli, fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna taxxabbli oħra, bi ħlas ta’ remunerazzjoni, ta’ fondi miksuba mingħand kumpannija ta’ fatturazzjoni wara li tiġi trażmessa lilha kambjala maħruġa mit-tieni persuna taxxabbli, filwaqt li l-ewwel persuna taxxabbli tiggarantixxi lil din il-kumpannija ta’ fatturazzjoni l-ħlas lura ta’ din il-kambjala mal-iskadenza tagħha.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-849/19) (1)

(Nuqqas ta’ stat li jwettaq obbligi - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni ta’ habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġi - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Artikolu 4(4) - Obbligu li jiġu stabbiliti l-għanijiet ta’ konservazzjoni - Artikolu 6(1) - Obbligu li jittieħdu miżuri ta’ konservazzjoni - Deċiżjoni 2006/613/KE – Reġjun bijoġeografiku Mediterranju)

(2021/C 62/09)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u C. Hermes, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent]

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi l-għanijiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni xierqa għal dak li jirrigwarda l-239 sit ta’ importanza għall-Komunità li jinsabu fit-territorju Elleniku u li jissemmew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4) u 6(1) rispettivament tad-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra L (C-354/20 PPU), P (C-412/20 PPU)

(Kawżi Magħquda C-354/20 u C-412/20 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(3) - Artikolu 6(1) - Proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 - Dritt ta’ aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali - Difetti strutturali jew fundamentali - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ żviluppi li seħħew wara li nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew ikkonċernat - Obbligu tal-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tivverifika b’mod konkret u preċiż l-eżistenza ta’ raġunijiet serji u pprovati li bihom wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata ser taffaċċja riskju reali ta’ ksur tad-dritt tagħha għal smigħ xieraq fil-każ ta’ konsenja)

(2021/C 62/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

L (C-354/20 PPU), P (C-412/20 PPU)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tintalab tagħti deċiżjoni dwar il-konsenja ta’ persuna li tkun is-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew ikollha provi li juru li jkun hemm difetti strutturali jew fundamentali fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura fl-Istat Membru li jkun ħareġ dan il-mandat ta’ arrest li kienu jeżistu fil-mument tal-ħruġ tiegħu jew li jkunu seħħew wara dan il-ħruġ, din l-awtorità ma tistax ma tirrikonoxxix il-kwalità ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” lill-qorti li tkun ħarġet l-imsemmi mandat ta’ arrest u ma tistax tippreżumi li jkunu jeżistu raġunijiet serji u pprovati li bihom wieħed jemmen li, fil-każ ta’ konsenja lil dan l-aħħar Stat Membru, din il-persuna tkun ser taffaċċja riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq, iggarantit mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mingħajr ma twettaq verifika konkreta u preċiża li tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni personali tal-imsemmija persuna, in-natura tar-reat inkwistjoni kif ukoll il-kuntest fattwali li fih ikun inħareġ il-mandat, bħal dikjarazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi li jkunu jistgħu jindaħlu fit-trattament ġudizzjarju li jkollu jingħata lil każ individwali.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2020.

ĠU C 378, 9.11.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa fil-konfront ta’ TR

(Kawża C-416/20 PPU) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 4a(1) - Proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri - Kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni - Motivi ta’ nuqqas fakultattiv ta’ eżekuzzjoni - Eċċezzjonijiet - Eżekuzzjoni obbligatorja - Piena imposta in absentia - Ħarba tal-persuna investigata - Direttiva (UE) 2016/343 - Artikoli 8 u 9 - Dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċeduri kriminali kontra tiegħu - Rekwiżiti f’każ ta’ kundanna in absentia - Verifika waqt il-konsenja tal-persuna kkundannata)

(2021/C 62/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

TR

fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Hamburg

Dispożittiv

L-Artikolu 4a tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax tirrifjuta l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena jew ta’ miżura ta’ sigurtà li jċaħħdu l-libertà, meta l-persuna kkonċernata tkun ostakolat it-taħrika tagħha personalment u ma tkunx dehret personalment fil-proċeduri minħabba li tkun ħarbet lejn l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, għas-sempliċi raġuni li hija ma għandhiex il-garanzija li, f’każ ta’ konsenja lill-Istat Membru emittenti, sejjer jiġi rrispettat id-dritt ta’ din il-persuna għal proċeduri mill-ġdid, kif iddefinit fl-Artikoli 8 u 9 tad-Direttiva (UE) 2016/343/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali.


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) (Ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Lulju 2020 – NB, AB vs Secretary of State for the Home Department; Intervjenent: Il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti

(Kawża C-349/20)

(2021/C 62/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Immigration and Asylum Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: NB, AB.

Parti oħra fil-proċedura: Secretary of State for the Home Department

Intervjenent: Il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti

Domandi preliminari

Fl-evalwazzjoni dwar jekk kienx hemm waqfien tal-protezzjoni jew tal-assistenza tal-UNRWA (1) fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-Kwalifika”) lil Palestinjan mingħajr Stat irregġistrat mal-UNRWA fir-rigward tal-assistenza pprovduta lil persuni b’diżabbiltà:

1)

L-evalwazzjoni hija purament eżerċizzju storiku fil-kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi li jkunu ġiegħlu lil applikant jitlaq miż-żona ta’ operazzjoni tal-UNRWA fil-mument li fih huwa telaq, jew hija wkoll evalwazzjoni ex nunc u prospettiva dwar jekk l-applikant jistax issa jibbenefika minn tali protezzjoni jew assistenza?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija li l-evalwazzjoni hija waħda prospettiva, huwa leġittimu li tiġi invokata b’analoġija l-klawżola ta’ waqfien fl-Artikolu 11, b’tali mod li jekk l-applikant ikun jista’ juri li kien hemm raġuni valida fil-passat li abbażi tagħha telaq miż-żona tal-UNRWA, l-oneru tal-prova jaqa’ fuq l-Istat Membru sabiex juri li tali raġuni ma teżistix iktar?

3)

Sabiex ikun hemm raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tluq ta’ tali persuna mill-kamp ta’ protezzjoni jew assistenza tal-UNRW[A], huwa neċessarju li jiġi stabbilit li l-UNRWA jew l-Istat li fih hija topera kkawża dannu jew ċaħad assistenza b’mod intenzjonali (permezz ta’ att jew omissjoni)?

4)

Huwa rilevanti li tittieħed inkunsiderazzjoni l-assistenza pprovduta lil tali persuni minn atturi tas-soċjetà ċivili bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi?


(1)  Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Settembru 2020 – CityRail a.s. vs Správa železnic, státní organizace

(Kawża C-453/20)

(2021/C 62/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Úřad pro přístup k dopravní infrastruktuře

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CityRail a.s.

Konvenut: Správa železnic, státní organizace

Domandi preliminari

1)

Il-post tat-tagħbija u tal-ħatt għat-trasport ta’ merkanzija, inklużi l-binarji relatati, jikkostitwixxi parti mill-infrastruttura ferrovjarja fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1)?

2)

Huwa konformi mad-Direttiva 2012/34 li l-ġestjonarju tal-infrastruttura jista’ f’kull mument jemenda, għad-detriment tat-trasportaturi, l-ammont tat-tariffi għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja jew ta’ faċilitajiet ta’ servizz?

3)

Id-Direttiva 2012/34 hija vinkolanti, skont l-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għal Správa železnic, státní organizace?

4)

Ir-regoli stabbiliti fid-dikjarazzjoni dwar in-network jistgħu jitqiesu li huma diskriminatorji jekk ma jkunux konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li Správa železnic hija marbuta tosserva?


(1)  ĠU 2012 L 343, p. 32 (rettifiki fil-ĠU 2015 L 67, p. 32fil-ĠU 2015 L 196, p. 67)


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-4 ta’ Novembru 2020 – A

(Kawża C-577/20)

(2021/C 62/14)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: A

Parti oħra fil-proċedura: Sosiaali- ja terveysalan lupa- ja valvontavirasto

Domandi preliminari

1)

Il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat UE u mid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tevalwa d-dritt ta’ applikant li jeżerċita professjoni rregolata skont l-Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE u l-ġurisprudenza relatata (b’mod partikolari is-sentenza tas-7 ta’ Mejju 1991, Vlassopoulou (2), u s-sentenza tas-6 ta’ Ottubru 2015, Brouillard (3)) minkejja l-fatt li l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2005/36 jidher li jarmonizza l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ professjoni rregolata li permezz tagħhom l-Istat Membru ospitanti għandu jippermetti l-eżerċizzju tal-professjoni minn applikant li jkollu evidenza ta’ edukazzjoni u taħriġ minn Stat li fih il-professjoni ma hijiex rregolata iżda li ma jissodisfax ir-rekwiżit sabiex jeżerċita l-professjoni hekk kif stipulat f’dik id-dispożizzjoni tad-Direttiva?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, wara teħid inkunsiderazzjoni tar-raġunament fil-kawża Brouillard (punt 55 tas-sentenza) fir-rigward tal-kriterji esklużivi għall-evalwazzjoni tal-ekwivalenza ta’ ċertifikati, id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża preżenti, milli tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tal-ekwivalenza tat-taħriġ ukoll fuq informazzjoni għajr dik miksuba mill-fornitur tat-taħriġ jew l-awtoritajiet tal-Istat Membru l-ieħor dwar il-kontenut iktar iddettaljat u l-metodu ta’ implimentazzjoni tat-taħriġ?


(1)  ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28, u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115.

(2)  C-340/89, EU:C:1991:193.

(3)  C–298/14, EU:C:2015:652.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Novembru 2020 – EZ vs Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

(Kawża C-606/20)

(2021/C 62/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EZ

Konvenuti: Iberia Lineas Aereas de Espana, Sociedad Unipersonal

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-9 ta’ Diċembru 1999, u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE tal-5 ta’ April 2001 dwar il-konklużjoni tal-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjoni bl-Ajru (il-Konvenzjoni ta’ Montreal) (1), li daħlet fis-seħħ fit-28 ta’ Ġunju 2004, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasportatur tal-ajru huwa eżonerat kompletament jew parzjalment mir-responsabbiltà tiegħu fil-każ ta’ telf ta’ bagalji taħt l-Artikolu 17(2) ta’ din il-konvenzjoni meta, fil-bagalja tal-istiva minflok fil-bagalja tal-kabina, il-passiġġier jittrasporta tagħmir elettroniku ġdid jew daqslikieku ġdid, bħal ma hija kamera fotografika kompatta, tablet (iPad) u headphones mingħajr fil, u dan mingħajr ma jinforma b’dan lit-trasportatur tal-ajru u meta l-passiġġier seta’ raġonevolment jieħu dan it-tagħmir elettroniku miegħu fil-bagalja tal-kabina?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/14


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-370/19, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-632/20 P)

(2021/C 62/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, fil-kawża T-370/19, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tiddeċiedi r-rikors għal annullament, billi tipproċedi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1), u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Renju ta’ Spanja qiegħed jappella mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, fil-kawża T-370/19, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, għar-raġunijiet li ġejjin:

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “pajjiż terz” għall-finijiet tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 (2), fid-dawl tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea u fid-dawl tad-dritt internazzjonali.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 111 tal-AEA Kosovo b’rabta mal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 talli ġew interpretati b’mod żbaljat il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istatus tal-Kosovo fid-dritt internazzjonali.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 flimkien mal-Artikolu 111 tal-AEA Kosovo sa fejn il-kooperazzjoni msemmija ma tinkludix il-parteċipazzjoni fil-BEREC u fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC.

Żball ta’ liġi meta tqies li l-Artikolu 17 TUE kien bażi legali valida għall-għoti tad-deċiżjoni kkontestata.

Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 meta tqies li r-regoli tax-xogħol tista’ tistabbilixxihom il-Kummissjoni Ewropea unilateralment.

L-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-aggravji għandha twassal sabiex jintlaqa’ l-appell, u konsegwentement, sabiex ir-rikors għal annullament jiġi evalwat u jintlaqa’, u tiġi annullata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.


(1)  ĠU 2019, C 115, p. 26.

(2)  Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU 2018, L 321, p. 1).


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs TC Medical Air Ambulance Agency GmbH

(Kawża C-633/20)

(2021/C 62/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenut: TC Medical Air Ambulance Agency GmbH

Domanda preliminari

Impriża li ssottoskriviet għall-klijenti tagħha, fil-kwalità ta’ detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni, assigurazzjoni għall-mard inkors fl-ivvjaġġar barra mill-pajjiż u assigurazzjoni għall-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni barra mill-pajjiż u fit-territorju nazzjonali fil-kuntest ta’ assigurazzjoni ta’ grupp ma’ impriża ta’ assigurazzjoni, li tbigħ lill-konsumaturi adeżjonijiet li jagħtuhom dritt għall-benefiċċji tal-assigurazzjoni fil-każ ta’ mard jew ta’ inċident barra mill-pajjiż u li tirċievi remunerazzjoni mħallsa mill-membri affiljati b’korrispettiv għall-kopertura ta’ assigurazzjoni akkwistata, hija intermedjarju ta’ assigurazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2(3) u (5) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (1) u tal-Artikolu 2(1)(1), (3) u (8) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 330.

(2)  ĠU 2016, L 26, p. 19.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fil-25 ta’ Novembru 2020 – Tolnatext Bt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-636/20)

(2021/C 62/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tolnatext Bt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 22(6) u 29 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-proċeduri mwettqa mill-awtorità doganali, li taġixxi bħala awtorità mhux ġudizzjarja, din l-awtorità għandha tiggarantixxi d-dritt għal smigħ kemm fil-każ tal-proċeduri mibdija ex officio kif ukoll f’dawk mibdija fuq talba?


(1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 287, p. 90fil-ĠU 2016, L 267, p. 2.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Westminster Magistrates’ Court (Ir-Renju Unit) fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Svishtov Regional Prosecutor’s Office vs PI

(Kawża C-648/20)

(2021/C 62/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Westminster Magistrates’ Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Svishtov Regional Prosecutor’s Office

Konvenut: PI

Domanda preliminari

Meta tintalab il-konsenja ta’ persuna rikjesta għall-finijiet tal-prosekuzzjoni tagħha, u meta d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali u d-deċiżjoni biex jinħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunu t-tnejn li huma ttieħdu minn prosekutur pubbliku, mingħajr ebda involviment ta’ qorti qabel il-konsenja, persuna rikjesta tgawdi mil-livell doppju ta’ protezzjoni stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-1 ta’ Ġunju 2016, Bob-Dogi (1) jekk:

a.

l-effett tal-mandat ta’ arrest nazzjonali jkun limitat għad-detenzjoni tal-individwu għal massimu ta’ 72 siegħa għall-finijiet li jitressaq quddiem qorti; u

b.

meta ssir il-konsenja, hija biss il-qorti li għandha tiddeċiedi l-ħelsien jew iż-żamma taħt detenzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ?


(1)  C-241/15, EU:C:2016:385.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soude (Ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Diċembru 2020 – ET vs Ministerstvo životního prostředí

(Kawża C-659/20)

(2021/C 62/20)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ET

Konvenut: Ministerstvo životního prostředí

Domandi preliminari

1)

Il-kampjuni li huma l-ġenituri ta’ kampjuni mrobbija minn persuna li trabbi approvata, għalkemm din tal-aħħar qatt ma kellha l-pussess jew qatt ma kienet id-detentriċi tagħhom, jiffurmaw parti mill-“ħażna għat-trobbija” fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (1) tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-kampjuni ġenituri ma jifformawx parti mill-ħażna għat-trobbija, l-awtoritajiet kompetenti għandhom id-dritt, fil-kuntest tal-eżami tal-osservanza tar-rekwiżit previst fil-punt 2 tal-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, dwar l-istabbiliment legali tal-ħażna bla ħsara għas-sopravivenza tal-kampjuni mill-ambjent naturali, li jivverifikaw l-oriġini tal-kampjuni ġenituri u li minn dan jisiltu konklużjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk il-ħażna għat-trobbija ġietx stabbilita konformement mar-regoli previsti fil-punt 2 tal-Artikolu 54 tal-imsemmi regolament?

3)

Fil-kuntest tal-eżami tal-osservanza tar-rekwiżit previst fil-punt 2 tal-Artikolu 54 tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, dwar l-istabbiliment legali tal-ħażna bla ħsara għas-sopravivenza tal-kampjuni mill-ambjent naturali, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi oħra tal-kwistjoni (b’mod partikolari l-bona fide waqt iċ-ċessjoni tal-kampjuni u l-aspettattivi leġittimi fil-fatt li l-kummerċ tal-eventwali dixxendenti tagħhom ser ikun possibbli, u, jekk ikun il-każ, anki l-leġiżlazzjoni inqas severa fis-seħħ fir-Repubblika Ċeka qabel l-adeżjoni ta’ din tal-aħħar mal-Unjoni Ewropea)?


(1)  ĠU 2006, L 166, p. 1.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Diċembru 2020 – MK vs Lufthansa CityLine GmbH

(Kawża C-660/20)

(2021/C 62/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenut: Lufthansa CityLine GmbH

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni legali nazzjonali titratta ħaddiema part-time b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema full-time paragunabbli, fis-sens tal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar Xogħol Part-Time li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), meta hija tippermetti li remunerazzjoni addizzjonali għall-ħaddiema parti-time u għall-ħaddiema full-time tiġi suġġetta b’mod uniformi għall-kundizzjoni li l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol ikun inqabeż, u għalhekk tawtorizza li tittieħed bħala bażi r-remunerazzjoni globali u mhux l-komponent tar-remunerazzjoni li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni addizzjonali?

2)

Sa fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv:

Dispożizzjoni legali nazzjonali li tippermetti li dritt għal remunerazzjoni addizzjonali jiġi suġġett għall-kundizzjoni li l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol ikun inqabeż b’mod uniformi għall-ħaddiema part-time u għall-ħaddiema full-time hija kompatibbli mal-punt 1 tal-klawżola 4, u mal-prinċipju tal-pro rata temporis stabbilit fil-punt 2 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar Xogħol Part-Time li jinsab fl-anness tad-Direttiva 97/81/KE, meta r-remunerazzjoni addizzjonali jkollha bħala għan li tikkumpensa volum ta’ xogħol partikolari?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/18


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-687/20)

(2021/C 62/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, G. Braga da Cruz, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi ma elaboratx mapep strateġiċi ta’ ħsejjes fir-rigward ta’ ħames toroq maġġuri, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (1);

tiddikjara li, billi ma elaboratx pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Amadora u Porto, pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward ta’ 236 triq maġġuri u pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward ta’ 55 rotta ferrovjarja maġġuri, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva;

tiddikjara li, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-informazzjoni pprovduta mill-mapep strateġiċi ta’ ħsejjes fir-rigward ta’ ħames toroq maġġuri u, ulterjorment, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni s-sommarji tal-pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tal-agglomerazzjonijiet ta’ Porto u ta’ Amadora, kif ukoll dawk fir-rigward ta’ 236 triq maġġuri u 55 rotta ferrovjarja maġġuri, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) moqri flimkien mal-Anness VI tad-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), u b’rabta ma’ din il-kawża, l-awtoritajiet Portugiżi:

1)

Fl-ewwel lok, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, kellhom obbligu jinformaw lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2008, dwar l-agglomerazzjonijiet kollha u t-toroq u r-rotot ferrovjarji maġġuri kollha li jinsabu fit-territorju tagħhom.

2)

Fit-tieni lok, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva, kellhom obbligu jelaboraw, sat-30 ta’ Ġunju 2012, mapep strateġiċi ta’ ħsejjes għall-agglomerazzjonijiet kollha u t-toroq u r-rotot ferrovjarji maġġuri kollha, li kienu jirriflettu s-sitwazzjoni fis-sena ta’ referenza tal-2011. Għalhekk l-awtoritajiet Portugiżi kellhom jibgħatu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ Diċembru 2012, informazzjoni dwar il-mapep strateġiċi ta’ ħsejjes konformement mal-Artikolu 10(2) moqri flimkien mal-Anness VI tad-Direttiva.

3)

Fit-tielet lok, kellhom ukoll jelaboraw, skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva, sat-18 ta’ Lulju 2013, pjanijiet ta’ azzjoni għall-agglomerazzjonijiet kollha u t-toroq u r-rotot ferrovjarji maġġuri kollha li jinsabu fit-territorju tagħhom. Għalhekk l-awtoritajiet Portugiżi kellhom jibgħatu lill-Kummissjoni, sat-18 ta’ Jannar 2014, is-sommarji ta’ dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni konformement mal-Artikolu 10(2) moqri flimkien mal-Anness VI tad-Direttiva.

Għandu jiġi indikat li l-obbligi tal-awtoritajiet Portugiżi, imsemmija iktar ’il fuq, jikkostitwixxu tliet stadji suċċessivi previsti fid-Direttiva, fejn it-tieni u t-tielet stadju huma bbażati rispettivament fuq l-istadju immedjatament preċedenti.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 101.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/19


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2020 minn Casino, Guichard-Perrachon u Achats Marchandises Casino mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-249/17, Casino, Guichard-Perrachon u AMC vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-690/20 P)

(2021/C 62/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Casino, Guichard-Perrachon, Achats Marchandises Casino (rappreżentanti: O. de Juvigny, A. Sunderland, I. Simic, G. Aubron, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punt (2) tad-dispożittiv tas-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Ottubru 2020 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-249/17;

tilqa’ t-talbiet ippreżentati mill-appellanti fl-ewwel istanza u, għalhekk, tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1054 tad-9 ta’ Frar 2017, abbażi tal-Artikoli 263 u 277 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż marbuta ma’ dan l-appell kif ukoll għal dawk sostnuti fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata tikser:

1.

l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u r-rekwiżit ta’ protezzjoni kontra interventi arbitrarji tal-poter pubbliku fl-isfera ta’ attività privata ta’ persuna, l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (KE) Nru 773/2004, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet (i) li dawn id-dispożizzjonijiet ma kinux jimponu lill-Kummissjoni tirrekordja d-dikjarazzjonijiet orali tal-fornituri u (ii) li s-“sommarji” ta’ dawn l-intervisti stabbiliti unilateralment mis-servizzi tal-Kummissjoni kienu jikkostitwixxu prova valida tal-fatt li din kellha indizji li jiġġustifikaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1054.

2.

l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u r-rekwiżit ta’ protezzjoni kontra interventi arbitrarji tal-poter pubbliku fl-isfera ta’ attività privata ta’ persuna, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li d-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju ma kienx jeżiġi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 1054:

(i)

tillimita ratione temporis l-eżerċizzju tal-poteri ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni; u

(ii)

tillimita l-persuni u l-postijiet li jistgħu jiġu spezzjonati;

3.

l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-qafas ġuridiku applikabbli għall-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni kien jissodisfa d-dritt fundamentali għal rimedju effettiv.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/20


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2020 minn Intermarché Casino Achats mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-254/17, Intermarché Casino Achats vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-693/20 P)

(2021/C 62/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Intermarché Casino Achats (rappreżentanti: Y. Utzschneider, J. Jourdan, C. Mussi, S. Eder, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2020 mogħtija fil-Kawża T-254/17, sa fejn din ċaħdet parzjalment ir-rikors ippreżentat minn Intermarché Casino Achats intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-9 ta’ Frar 2017 meħuda abbażi tal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament Nru 1/2003 (Kawża AT.40466 – Tute 1) u sa fejn ikkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż;

tannulla l-Artikolu 1(a) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2017 fil-Każ AT.40466 iċċitata iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20(1) u (4) tar-Regolament Nru 1/2003, ibbażata fuq in-nuqqas ta’ rimedji xierqa kontra l-iżvolġiment tal-ispezzjonijiet, li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li d-dokumenti prodotti mill-Kummissjoni sabiex turi l-eżistenza ta’ indizji serji ta’ ksur fid-data tal-ispezzjoni setgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni mingħajr ma jiġi osservat il-formaliżmu impost mir-Regolament Nru 1/2003 u mir-Regolament Nru 773/2004. Dan l-iżball ivvizzja t-talba tal-Qorti Ġenerali li skontha l-Kummissjoni kellha indizji serji dwar l-eżistenza tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 1(a) tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni. Billi rrifjutat li tannulla l-Artikolu 1(a) tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, il-Qorti Ġenerali għalhekk kisret id-dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju kif stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Fit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li d-dritt għall-invjolabbiltà tad-domiċilju stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma kienx jeżiġi li d-deċiżjoni ta’ spezzjoni tipprevedi limitu fit-tul tal-ispezzjonijiet u meta rrifjutat li tannulla d-deċiżjoni għal dan il-motiv.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/21


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Maria Teresa Coppo Gavazzi et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawżi magħquda T-389/19 sa T-394/19, T-397/19, T-398/19, T-403/19, T-404/19, T-406/19, T-407/19, minn T-409/19 sa T-414/19, minn T-416/19 sa T-418/19, minn T-420/19 sa T-422/19, minn T-425/19 sa T-427/19, minn T-429/19 sa T-432/19, T-435/19, T-436/19, minn T-438/19 sa T-442/19, minn T-444/19 sa T-446/19, T-448/19, minn T-450/19 sa T-454/19, T-463/19 u T-465/19, Maria Teresa Coppo Gavazzi et vs Il-Parlament

(Kawża C-725/20 P)

(2021/C 62/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Maria Teresa Coppo Gavazzi, Cristiana Muscardini, Luigi Vinci, Agostino Mantovani, Anna Catasta, Vanda Novati, Francesco Enrico Speroni, Maria Di Meo, Giuseppe Di Lello Finuoli, Raffaele Lombardo, Olivier Dupuis, Leda Frittelli, Livio Filippi, Vincenzo Viola, Antonio Mussa, Mauro Nobilia, Sergio Camillo Segre, Stefano De Luca, Riccardo Ventre, Mirella Musoni, Francesco Iacono, Vito Bonsignore, Claudio Azzolini, Vincenzo Aita, Mario Mantovani, Vincenzo Mattina, Romano Maria La Russa, Giorgio Carollo, Fiammetta Cucurnia, f’isimha stess u fil-kapaċità tagħha bħala eredi ta’ Giulietto Chiesa, Roberto Costanzo, Giorgio Gallenzi, fil-kapaċità tiegħu bħala eredi ta’ Giulio Cesare Gallenzi, Vitaliano Gemelli, Pasqualina Napoletano, Ida Panusa (rappreżentanti: M. Merola, avvocato)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tirrinvija l-kawża T-453/19, Panusa vs Il-Parlament, quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżaminaha fuq il-mertu;

tannulla d-deċiżjonijiet appellati fir-rigward tal-appellanti l-oħra;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż relatati maż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju, ir-rikorrenti jeċċepixxu żball ta’ liġi inkwantu d-deċiżjonijiet ikkontestati quddiem il-Qorti Ġenerali tqiesu li ma kellhomx rabta mad-dritt għal pensjoni u li ma kellhomx effett fuq dan id-dritt, fejn għaldaqstant tqiesu li kienu konformi mal-prinċipji ġenerali u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-iżball jirriżulta mill-fatt li saret distinzjoni b’mod astratt u arbitrarju bejn id-dritt għall-pensjoni u d-dritt għall-benefiċċji tal-pensjoni. Id-deċiżjonijiet ikkontestati ppreġudikaw id-dritt għall-pensjoni nnifsu fejn b’dan il-mod ma kisrux biss ir-regoli li jinsabu fil-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew iżda wkoll id-dritt ta’ proprjetà, filwaqt li tqiegħdu f’kunflitt mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Permezz tat-tieni aggravju, ir-rikorrenti jsostnu numru ta’ żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tagħha tal-motivi ta’ natura proċedurali mressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza, b’mod partikolari b’riferiment għall-identifikazzjoni tal-bażi legali korretta tad-deċiżjonijiet ikkontestati, għall-kompetenza tal-Kap ta’ Diviżjoni li adotta l-att u għal nuqqas ta’ motivazzjoni. Il-Qorti Ġenerali jmissha kkonstatat li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq dispożizzjoni li ġiet imħassra u, ladarba huma kklassifikati bħala atti ta’ amministrazzjoni straordinarja, imisshom ġew adottati mill-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali estendiet b’mod eċċessiv il-possibbiltà ta’ motivazzjoni per relationem. Fil-fatt il-motivazzjoni ma tinsabx fid-deċiżjonijiet ikkontestati iżda biss f’parir tas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew fejn lanqas ma hemm riferiment espliċitu għalih fid-deċiżjonijiet ikkontestati u fl-atti preparatorji.

Permezz tat-tielet aggravju, ir-rikorrenti fil-Kawża T-453/19 issostni żball ta’ liġi fid-dikjarazzjoni ta’ ammissibbiltà tal-kawża tagħha minħabba nuqqas ta’ interess ġuridiku. Fil-fatt il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx il-possibbiltà li l-benefiċċji tal-pensjoni li tirċievi r-rikorrenti huma bbażati fuq bażi legali differenti, minkejja li s-suġġett ġie diskuss waqt is-seduta. Peress li tali bażi legali differenti tiggarantixxi benefiċċju ogħla lir-rikorrenti l-eżistenza ta’ interess ġuridiku ma tistax tiġi miċħuda.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit) – Beverly Hills Teddy Bear Company vs PMS International Group

(Kawża C-728/19) (1)

(2021/C 62/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


Il-Qorti Ġenerali

22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawżi Magħquda T-236/17 u T-596/17) (1)

(“Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perijodu 2014-2020 - Qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea - Sejħa għal proposti - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Assenza ta’ sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà parzjali - Deċiżjoni li tirrifjuta proposta - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kompetenza tal-Kummissjoni”)

(2021/C 62/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Balti Gaas OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: E. Tamm, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u Y. Marinova, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (rappreżentanti: I. Ramallo u L. Di Paolo, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinstab fl-ittra ta’ INEA tas-17 ta’ Frar 2017 fir-rigward tal-proposta tar-rikorrenti b’risposta għat-tieni sejħa għal proposti magħmula għall-2016 fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), fuq il-bażi tal-Programm ta’ Ħidma Pluriennali adottat fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1587 finali tas-17 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2080 li tistabbilixxi il-programm ta’ ħidma pluriennali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea abbażi tal-FNE għall-perijodu 2014-2020 (Kawża T-236/17) u, min-naħa l-oħra, prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet ruħha illegalment milli tadotta deċiżjoni motivata dwar l-imsemmija proposta tar-rikorrenti u, sussidjarjament, talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 1593 finali tal-14 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażla u l-għoti ta’ sussidji għal azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġetti ta; interess komuni abbażi tal-FNE fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (Kawża T-596/17).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti minn Balti Gaas OÜ fil-Kawża T-236/17, fejn il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha f’din il-kawża.

3)

Balti Gaas OÜ għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-596/17.

4)

Ir-Repubblika tal-Estonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 221, 10.7.2017.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – RN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/17 RENV) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà - Tul taż-żwieġ - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Proporzjonalità - Kunċett ta’ “konjuġi””)

(2021/C 62/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: RN (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u B. Mongin, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Taneva, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2014 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2014 li tiċħad it-talba ta’ RN għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ RN marbuta mal-Kawża F-104/15 u ma’ din il-proċedura wara r-rinviju.

3)

Il-Kummissjoni u RN għandhom ibatu, kull waħda minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mal-proċedura fil-Kawża T-695/16 P.

4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mal-Kawża F-104/15 u ma’ din il-proċedura wara r-rinviju.


(1)  ĠU C 302, 14.9.2015.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – International Skating Union vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/18) (1)

(“Kompetizzjoni - Assoċjazzjoni ta’ impriżi - Kompetizzjonijiet ta’ pattinaġġ veloċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Regoli ta’ federazzjoni sportiva - Konċiljazzjoni bejn id-dritt tal-kompetizzjoni u l-ispeċifiċità tal-isport - Imħatri sportivi - Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport - Linji gwida għall-kalkoli ta’ multi - Kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-Artikolu 101 TFUE - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Miżuri korrettivi”)

(2021/C 62/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Skating Union (Lausanne, l-Isvizzera) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, G. Meessen u F. van Schaik, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Mark Jan Hendrik Tuitert (Hoogmade, il-Pajjiżi l-Baxxi), Niels Kerstholt (Zeist, il-Pajjiżi l-Baxxi), European Elite Athletes Association (Amsterdam, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentanti: B. Braeken u J. Versteeg, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8230 final tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/40208 – Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ)

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8230 final tat-8 ta’ Diċembru 2017 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT/40208 – Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ) huma annullati sa fejn, meta tordna lill-International Skating Union ittemm il-ksur ikkonstatat taħt piena ta’ pagament ta’ penalità, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni r-regoli ta’ arbitraġġ u teżiġi li jiġu emendati fil-każ li tinżamm is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-International Skating Union u l–Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

4)

Il-European Elite Athletes Association, Jan Hendrik Tuitert u Niels Kersholt għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Fakro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/18) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tat-twieqi tas-saqaf u tal-flanġi - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 - Aċċess għall-fajl - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni - Probabbiltà li tkun tista’ tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur - Prezzijiet predatorji - “Trade marks fil-ġlieda’ - Tnaqqis - Esklużività”)

(2021/C 62/30)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Fakro sp. z o.o. (Nowy Sącz, il-Polonja) (rappreżentanti: A. Radkowiak-Macuda u Z. Kiedacz, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley, I. Rogalski u J. Szczodrowski, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Wiącek u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3864 final tal-14 ta’ Ġunju 2018, li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti rigward l-allegat ksur tal-Artikolu 102 TFUE fis-suq tat-twieqi tas-saqaf u tal-flanġi (Każ AT.40026 – Velux).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fakro sp. z o.o., il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-541/18) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina - Estensjoni ta’ dazju antidumping definittiv - Determinazzjoni tal-valur normali - Protokoll ta’ adeżjoni taċ-Ċina għall-WTO - Metodu tal-pajjiż analogu - Artikolu 2(7) u Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Vulnerabbiltà tal-industrija tal-Unjoni - Probabbiltà li d-dannu jerġa’ jseħħ - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 62/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u P. Billiet, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix u M. França, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja), Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja), Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja), (rappreżentant: R. MacLean, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/921 tat-28 ta’ Ġunju 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018, L 164, p. 14).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 –Haikal vs Il-Kunsill

(Kawża T-189/19) (1)

(“Politika estera u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għal proprjetà - Proporzjonalità - Dritt għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja”)

(2021/C 62/32)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Maen Haikal (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: S. Koev, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Cholakova u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Maen Haikal huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà - Tul taż-żwieġ - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Proporzjonalità”)

(2021/C 62/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BT (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Mongin, aġent)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: L-Assoċjazzjoni tal-Ex Persunal tal-Unjoni Ewropea (AIACE) (rappreżentant: J. Van Rossum, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2018 li tiċħad l-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti ta’ BT hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ BT.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

L-Assoċjazzjoni tal-Ex Persunal tal-Unjoni Ewropea (AIACE) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Haswani vs Il-Kunsill

(Kawża T-521/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Awtorità ta’ res judicata - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 62/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: George Haswani (Yabroud, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Limonet u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/850 tas-27 ta’ Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 125, rettifika fil-ĠU 2018, L 190, p. 20), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/840 tas-27 Mejju 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2016, L 141, p. 30), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/917 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 62, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/907 tad-29 ta’ Mejju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 139, p. 15, rettifika fil-ĠU 2017, L 146, p. 159), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1245 tal-10 ta’ Lulju 2017, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2017, L 178, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1241 tal-10 ta’ Lulju 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2017, L 178, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/774 tat-28 ta’ Mejju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/716 tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), sa fejn dawk l-atti jirrigwardaw ir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-dannu li allegatament sofra b’riżultat ta’ dawk l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

George Haswani huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Forbo Financial Services vs EUIPO – Windmöller (Canoleum)

(Kawża T-3/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Canoleum - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti MARMOLEUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Preżentata tardiva tan-nota li tesponi l-aggravji tal-appell - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Applikazzjoni għal restutio in integrum - Marda f’daqqa tal-avukat li jirrappreżenta lir-rikorrenti - Dmir ta’ diliġenza - Valur probatorju tad-dikjarazzjoni bil-ġurament magħmula mill-avukat)

(2021/C 62/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Forbo Financial Services AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Fröhlich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Windmöller GmbH (Augustdorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 773/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Forbo Financial Services u Windmöller.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 773/2019-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2020 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

(Kawża T-118/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ imballaġġ - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 62/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Voco GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Spintig u S. Pietzcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Cottrell u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 978/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ imballaġġ bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-4 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 978/2019-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Annullament tal-att ikkontestat - Għajbien tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 62/37)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging tot Behoud van Natuurmonumenten in Nederland (‘s-Graveland, il-Pajjiżi Baxxi) u t-12 il-rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tad-digriet (rappreżentanti: P. Kuypers u M. de Wit, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, J. Langer u M. Noort, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 5929 finali tat-2 ta’ Settembru 2015, dwar għajnuna mill-Istat SA.27301 (2015/NN) – il-Pajjiżi l-Baxxi, relatata mal-akkwist sussidjat jew id-disponibbiltà bla ħlas ta’ żoni naturali, li sommarju tagħha ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 9, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors..

2)

Ma hemm, iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent mill-Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters u r-rikorrenti l-oħra sabiex jintervjenu, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness II;

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Vereniging Gelijkberechtiging Grondbezitters u l-partijiet l-oħra li talbu jintervjenu, li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mat-talba tagħhom għal intervent.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Microes Food Safety vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-568/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Saħħa pubblika - Regolament (KE) Nru 853/2004 - Prodott ibbażat fuq il-batterjofagu użat biex inaqqas il-preżenza tal-batterju patoġeniku Listeria monocytogenes f'ikel lest biex jittiekel li joriġina mill-annimali - Ċaħda tal-applikazzjoni biex tapprova Listex ™ P100 bħala dekontaminant f'ikel lest li jittiekel li joriġina mill-annimali - Att li ma jistax jiġi kkonstestat - Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti - Att purament konfermattiv - Att informattiv - Inammissibbiltà”)

(2021/C 62/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Microes Food Safety BV (Wageningue, Il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, W. Farrell u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 tat-TFUE u li tfittex l-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-17 ta ’Ġunju 2019 li bihom din tal-aħħar, l-ewwel nett, ċaħdet it-talba inizjali tal-applikant biex japprova Listex™ P100 bħala dekontaminant fl-ikel li joriġina mill-annimali lest għall-konsu, jew ikkunsidra mill-ġdid l-imsemmija talba, it-tieni, irrifjuta t-talba alternattiva tiegħu biex jikkunsidra dan il-prodott bħala bħala awżiljarju teknoloġiku mhux dekontaminanti u, it-tielet, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-prodott imsemmi fl-Unjoni Ewropea bħala bħala awżiljarju teknoloġiku għal dan l-ikel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Micreos Food Safety BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżjori.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – IM vs BEI

(Kawża T-872/19) (1)

(“Rikors għad-danni - Dritt istituzzjonali - Pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-FEI - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Assenza ta’ awtonomija tar-rimedji - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”)

(2021/C 62/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IM (rappreżentant: D. Giabbani, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u M. Loizou, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab b’konsegwenza tad-deċiżjonijiet tat-3 u tad-9 ta’ Ottubru 2019 li permezz tagħhom il-BEI ċaħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

IM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-37/20) (1)

(“Rikors għal annullament - FAEG u FAEŻR - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Punt tat-tluq - Notifika u pubblikazzjoni - Assenza ta’ żball skużabbli - Dewmien - Inammissibbiltà”)

(2021/C 62/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon, aġent, assistit minn T. Buley, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1835 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 279, p. 98), sa fejn din tikkonċerna ċerti spejjeż sostnuti mir-Renju Unit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Ċeka u tar-Repubblika Franċiża.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talbiet tagħhom għal intervent.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – IM vs BEI u FEI

(Kawża T-80/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Pożizzjoni ta’ Direttur Ġenerali tal-FEI - Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2021/C 62/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IM (rappreżentant: D. Giabbani, avukat)

Konvenuti: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u M. Loizou, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati), il-Fond Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: N. Panayotopoulos u F. Dascalescu, aġenti, assistiti minn J. Currall u B. Wägenbaur, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-FEI tal-11 ta’ Diċembru 2019 li taħtar Direttur Ġenerali ġdid tal-FEI.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

IM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 30.3.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Ighoga Region 10 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/20) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Kostruzzjoni ta’ ċentru għall-konferenzi u lukanda f’Ingolstadt - Ilment - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni li ttemm in-nuqqas li tittieħed azzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 62/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 eV (Ighoga Region 10) (Ingolstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bartosch, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u K. Blanck, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni astjeniet illegalment milli tadotta deċiżjoni finali li ttemm il-proċedura ta’ eżami preliminari dwar l-allegata skema ta’ għajnuna mill-Istat SA.48582 (2017/FC) implimentata mill-Ġermanja favur il-grupp Maritim u KHI Immobilien GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Interessengemeinschaft der Hoteliers und Gastronomen Region 10 eV (Ighoga Region 10).


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2020 – Facegym vs EUIPO (FACEGYM)

(Kawża T-289/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FACEGYM - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 62/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Facegym Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2020 (Każ R 70/2020-5), dwar applikazzjoni għar-reġistazzjoni tas-sinjal verbali FACEGYM bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Facegym Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27,7,2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2020 – Wagenknecht vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/20) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Ġlieda kontra l-frodi - Laqgħat tal-Kulleġġ tal-Kummissarji u tal-President tiegħu mar-rappreżentant tar-Repubblika Ċeka - Qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 - Regolament finanzjarju - Pagamenti diretti mill-baġit tal-Unjoni lil bdiewa - Allegat kunflitt ta’ interessi tal-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka - Allegata assenza ta’ azzjoni mill-Kummissjoni - Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Interess ġuridiku - Locus standi - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Inammissibbiltà”)

(2021/C 62/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lukáš Wagenknecht (Pardubice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: A. Koller, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Salyková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża għall-konstatazzjoni li l-Kummissjoni illegalment naqset milli taġixxi fuq it-talba tar-rikorrent sabiex tadotta, skont l-Artikolu 325(1) u l-Artikolu 319(3) TFUE kif ukoll l-Artikolu 61(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36), miżuri vinkolanti u dissważivi intiżi li jipprevjenu jew li jittrattaw l-allegat kunflitt ta’ interessi ta’ Andrej Babiš, Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka, b’mod partikolari, minn naħa, billi l-membri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, b’mod partikolari l-Presidenta tiegħu, jiġu preklużi milli jiltaqgħu ma’ A. Babiš u milli jiddiskutu miegħu kwistjonijiet relatati mal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2021-2027 u mal-baġit tal-Unjoni b’mod ġenerali u, min-naħa l-oħra, billi tadotta miżuri intiżi li jtemmu l-ħlasijiet tal-għajnuna agrikola diretta mill-baġit tal-Unjoni lil ċerti kumpanniji li A. Babiš jeżerċita kontroll fuqhom u li huwa l-proprjetarju effettiv tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dokument prodott bħala Anness A.9 kif ukoll is-siltiet mir-rikors li jagħmlu riferiment għall-kontenut ta’ dan id-dokument.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Lukáš Wagenknecht huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 271, 17.8.2020.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Diċembru 2020 – Aurubis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-729/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 2003/87/KE - Deċiżjoni 2011/278/UE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 62/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aurubis AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u J. Hoss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u G. Wils, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 279 TFUE u 156 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża biex il-Kummissjoni tiġi ordnata tittrasferixxi 1 154 794 kwota ta’ emissjoni fuq il-kont tal-installazzjoni tar-rikorrenti sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/36


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Diċembru 2020 – ExxonMobil Production Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-731/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 2003/87/KE - Deċiżjoni 2011/278/UE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 62/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ExxonMobil Production Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u J. Hoss, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. De Meester u G. Wils, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 279 TFUE u 156 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża biex il-Kummissjoni tiġi ordnata tittrasferixxi 7 428 258 kwota ta’ emissjoni fuq il-kont tal-installazzjoni tar-rikorrenti sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/36


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Unite the Union vs EUIPO – WWRD Ireland (WATERFORD)

(Kawża T-739/20)

(2021/C 62/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Unite the Union (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. O’Connor, Solicitor u M. Hommé, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WWRD Ireland IPCO LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “WATERFORD” – Trade mark tal-Unjoni Nru 397 521

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2683/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tipprovdi li t-trade mark WATERFORD għandha tiġi rrevokata fit-termini stabbiliti mill-Artikolu 58 tar-Regolament dwar it-trade marks;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu58(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/37


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2020 – Cristescu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-754/20)

(2021/C 62/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adrian Sorin Cristescu (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-A. Lucas u P. Pichault, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali [kunfidenzjali(1) tas-27 ta’ Frar 2020 li timponi fuq ir-rikorrenti s-sanzjoni ta’ ċanfira;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tat-12 ta’ Ġunju 2019 dwar it-twettiq ta’ investigazzjonijiet amministrattivi u tal-proċeduri dixxiplinari (iktar ’il quddiem id-“DĠE”) sa fejn l-Uffiċju ta’ Investigazzjoni u ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni (IDOC) ma eżaminax qabel il-ftuħ tal-investigazzjoni l-informazzjoni li tindika nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu potenzjali u d-dokumenti ta’ sostenn tagħha, u lanqas ma ħejja għall-Awtorità tal-Ħatra nota dwar dan is-suġġett.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu (7)(4) tad-DĠE sa fejn l-IDOC bagħat ir-rapport kunfidenzjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà lid-Direttriċi Ġenerali ta’ [kunfidenzjali] għas-smigħ tagħha jew kompla bl-investigazzjoni mingħajr ma stabbilixxa, bi ksur tal-mandat tiegħu, jekk ir-regoli ta’ proċedura kinux ġew osservati, filwaqt li din tal-aħħar kienet taf dwar ir-rapport. Ir-rikorrenti ssostni li mill-fajl jirriżulta li d-Direttriċi Ġenerali ta’ [kunfidenzjali] kienet taf dwar ir-rapport li jirrigwarda l-inċident li wassal għall-investigazzjoni u għall-proċedura dixxiplinari, għalkemm dan ir-rapport kien kunfidenzjali u li l-eżami preliminari kien jippreżupponi, b’mod partikolari, il-verifika tal-konkordanza tad-dikjarazzjonijiet tagħha ma’ dan ir-rapport li kien fih, barra minn hekk, elementi li jindikaw li hija kienet involuta, kienet talbet rapport ta’ sigurtà u avżat li hija kienet ser tirrapporta lis-superjuri tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4 tad-DĠE sa fejn il-proċedura ma twettqitx f’terminu raġonevoli. Ir-rikorrenti ssostni li seħħew interruzzjonijiet mhux iġġustifikati bejn il-ftuħ tal-investigazzjoni u l-eżami preliminari, sussegwentement bejn dan l-eżami u s-smigħ tax-xhieda kontra tagħha u, fl-aħħar nett, bejn dawn is-seduti ta’ smigħ u dik tar-rikorrenti bil-konsegwenza li uħud mix-xhieda insew elementi essenzjali jew, fi kwalunkwe każ, naqsu milli jsemmuhom. Ir-rikorrenti tqis li dawn l-insuffiċjenzi kisru d-drittijiet tad-difiża tagħha u ppreġudikaw is-setgħa diskrezzjonali tal-awtorità.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 15(1) u (2) tad-DĠE sa fejn l-IDOC ma vverifikax sensiela ta’ fatti ppreżentati bħala difiża.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 28(b) tad-DĠE sa fejn ir-rapport dixxiplinari ma sarx mill-Awtorità tal-Ħatra u ma kienx jindika n-nuqqasijiet preżunti ta’ twettiq tal-obbligi tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li, għall-kuntrarju għal dak indikat fid-deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2018 li permezz tagħha nfetħet proċedura dixxiplinari, ir-rapport dixxiplinari tas-6 ta’ Diċembru 2018 imħejji mill-IDOC, għalkemm dan ma kellux mandat f’dan is-sens, ma kienx jindika l-fatti lmentati, bir-riżultat li d-deċiżjoni ta’ sanzjoni kienet tinkludi ilmenti differenti minn dawk indikati fir-rapport finali tal-investigazzjoni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 28(a) u tal-Artikolu 3 tad-DĠE sa fejn ir-rapport dixxiplinari ma kienx jindika ċ-ċirkustanzi attenwanti u li jeżentaw mir-responsabbiltà. Ir-rikorrenti ssostni li minħabba żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, l-IDOC ma indikax fir-rapport tal-investigazzjoni tiegħu ċerti fatti attenwanti jew li jeżentaw mir-responsabbiltà li l-preżunzjoni ta’ innoċenza kienu jobbligawh jeżamina u li ġew ikkunsidrati bħala stabbiliti peress li ma ġewx ikkonfutati, b’tali mod li r-responsabbiltà tagħha ma setgħetx tiġi kkontestata.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Artikoli 29 u 30 tad-DĠE kif ukoll tad-drittijiet tad-difiża tagħha sa fejn l-ilment sostnut ma ġiex indikat b’mod ċar fil-ftuħ tal-proċedura u sa fejn ir-rikorrenti ma tqegħditx f’pożizzjoni li tiddefendi ruħha b’mod effettiv.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u fuq żbalji ta’ fatt jew ta’ evalwazzjoni li jirriżultaw minnhom.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li ma ġiex stabbilit li r-rikorrenti użat lingwaġġ mhux xieraq matul l-inċident li wassal għall-investigazzjoni u għall-proċedura dixxiplinari.


(1)  Data kunfidenzjali moħbija.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2020 – OT vs Il-Parlament

(Kawża T-757/20)

(2021/C 62/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: OT (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2019 li timponilha ċanfira, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), l-ewwel nett, sa fejn ir-rikorrenti ma “rċevietx ordni”, fis-sens tal-Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal, li setgħet tiġi akkużata li kisret, it-tieni nett, sa fejn hija ma setgħetx tkun taf li kienu twettqu irregolaritajiet li kellha tinforma bihom lill-ġerarkija tagħha b’applikazzjoni tal-Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal, u, it-tielet nett, li hija ma kienx ħaqqha fi kwalunkwe każ, fid-dawl taċ-ċirkustanzi, sanzjoni dixxiplinari.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-konvenut qatt ma spjega lir-rikorrenti dak li, konkretament, sostanzjalment, wasslu sabiex jikkonkludi li hija kellha tkun taf li kienu twettqu irregolaritajiet, li hija kellha tinforma bihom lill-ġerarkija tagħha b’applikazzjoni tal-Artikolu 21a tar-Regolamenti tal-Persunal.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/39


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Anhui Wanwei Updated High-Tech Material Industry u Inner Mongolia Mengwei Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/20)

(2021/C 62/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anhui Wanwei Updated High-Tech Material Industry Co. Ltd (Chaohu City, iċ-Ċina), Inner Mongolia Mengwei Technology Co. Ltd (Bai Town, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Cornelis, F. Graafsma u E. Vermulst, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament (EU) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”) jistabbilixxi approċċ u joħloq eċċezzjoni li ma hijiex indikata fil-Ftehim Antidumping tal-WTO, u għalhekk ma jistax jiġi applikat

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sa fejn il-konvenuta kkunsidrat li r-rendikonti finanzjarji Messikani ma kinux minnufih disponibbli, bil-ksur tad-dmir ta’ diliġenza tagħha meta naqset milli tikkunsidra data sinjifikattiva li kienet teskludi lit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq u sa fejn ma għażlitx lill-Messiku bħala l-pajjiż rappreżentattiv l-iktar xieraq

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, minħabba t-twettiq ta’ aġġustament għal kummissjoni nominali u żball manifest ta’ evalwazzjoni meta sabet li Wanwei taġixxi bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni, meta naqset milli tosserva r-rekwiżit ta’ paragun xieraq u bit-twettiq ta’ aġġustament ’il fuq tal-valur normali għall-VAT li ma tistax tiġi rkuprata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikoli 3(2) u 3(3) tar-Regolament bażiku u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-istabbiliment tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u ksur konsegwenti tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku minħabba n-nuqqas ta’ twettiq ta’ analiżi ssegmentata tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, in-nuqqas ta’ twettiq tal-aġġustamenti neċessarji għad-differenzi fil-kwalità u minħabba n-nuqqas ta’ stabbiliment ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet għall-prodott fl-intier tiegħu.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti bir-rifjut ta’ żvelar ta’ ċerta informazzjoni neċessarja sabiex ikunu jistgħu jagħmlu osservazzjonijiet fir-rigward tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet.


(1)  ĠU 2020, L 315, p. 1.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – PrenzMarien vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONES)

(Kawża T-766/20)

(2021/C 62/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: PrenzMarien GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd (Burton Upon Trent, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STONES – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 810 707

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 274/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrevoka t-trade mark kontenzjuża tal-Unjoni fit-totalità tagħha;

tiddeċiedi favur ir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 19(1) u 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2020 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard)

(Kawża T-768/20)

(2021/C 62/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Standard International Management LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough QC, S. Wickenden, Barrister u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Asia Standard Management Services Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Standard – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 405 243

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 828/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

sussidjarjament, jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni,

tikkundanna lil EUIPO u lill-parti l-oħra li jkunu responsabbli in solidum għal dawk l-ispejjeż.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minħabba erba’ motivi prinċipali, partikolarment minħabba li l-Bord tal-Appell:

wettaq żball ta’ liġi peress li naqas milli jikkonstata li reklamar u offerti għall-bejgħ tal-lukanda u servizzi anċillari, partikolarment dawk fil-klassijiet 38, 39, 41, 42, 43 u 44, diretti lejn il-konsumaturi tal-Unjoni kienu jikkostitwixxu użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni f’ċirkustanzi fejn dawk is-servizzi ngħataw fl-Istati Uniti;

wettaq żball ta’ liġi meta naqas milli jikkonstata li reklamar u promozzjoni tas-servizzi rilevanti kien suffiċjenti sabiex jiġi pprovat użu ġenwin għal dawk is-servizzi;

wettaq żball ta’ liġi meta naqas milli jikkonstata li reklamar tal-ftuħ tal-lukanda ta’ Londra kien rilevanti; u

wettaq żball ta’ liġi billi naqas milli jipprovdi kwalunkwe, jew kwalunkwe raġunament suffiċjenti għaliex wasal għal din il-konklużjoni.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/42


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-769/20)

(2021/C 62/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5616 final tal-11 ta’ Awwissu 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.57586 (2020/N) – Estonia COVID-19: Recapitalisation and subsidised interest loan for Nordica;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE u tal-Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex Jingħata Sostenn lill-Ekonomija Matul it-Tifqigħa Preżenti tal-COVID-19 billi kkonstatat li l-għajnuna tindirizza perturbazzjoni serja fl-ekonomija Estonjana, li Nordica hija eliġibbli għal għajnuna, u li l-kundizzjonijiet dwar distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, dwar ħruġ tal-Istat u dwar ristrutturar kienu ssodisfatti, u billi kisret l-obbligu tagħha li tiżen l-effetti pożittivi tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u fuq iż-żamma ta’ kompetizzjoni mingħajr distorsjonijiet (jiġifieri t-“test tal-ibbilanċjar”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment li sostnew il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas li jingħata bidu għal proċedura ta’ investigazzjoni formali, mill-Kummissjoni Ewropea, minkejja diffikultajiet serji u fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti mill-istess Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/43


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2020 – KS u KD vs Il-Kunsill et

(Kawża T-771/20)

(2021/C 62/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KS u KD (rappreżentanti: F. Randolph, QC u J. Stojsavljevic-Savic, Solicitor)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

il-konvenuti, separatament jew in solidum, jagħtu riparazzjoni u kumpens (inkluż il-ħlas ta’ interessi b’rata u għal tali perijodu li l-Qorti Ġenerali tqis xieraq) lir-rikorrenti għad-dannu miġjub minħabba r-responsabbiltà ta’ dak tal-ewwel għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta’ dak ta’ wara, in casu l-Artikoli 2, 3, 6, 8 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (1) u l-Artikoli 2, 4 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) sa fejn jikkonċerna l-ewwel rikorrenti u l-Artikoli 2, 3, 6 u 13 KEDB u l-Artikoli 2, 4 u 47 tal-KDF sa fejn jikkonċerna it-tieni rikorrenti, skont l-Artikolu 340(2) TFUE; u

il-konvenuti jħallsu l-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, liema spejjeż biex jiġi evitat kull dubju ma għandhomx ikunu limitati għall-ammonti ta’ għajnuna legali ordnati li jitħallsu mill-Qorti Ġenerali b’Digriet bid-data tal-20 ta’ Novembru 2020 u għandhom jinkludu l-ispejjeż biex tmexxew proċedimenti quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem (BRDB).

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jfittxu r-riparazzjoni u l-kumpens, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, għad-dannu li jallegaw li sofrew bħala riżultat tal-ksur allegat tad-drittijiet fundamentali tagħhom, b’mod partikolari skont il-parti proċedurali tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3, 6(1) u 13 KEDB u l-Artikoli korrispondenti 2, 4 u 47 tal-Karta mill-konvenuti.

L-azzjoni tirrigwarda l-fatti li seħħew wara t-8 ta’ Diċembru 2008 meta r-responsabbiltà fir-rigward tal-pulizija u tal-ġustizzja kienet ittrasferita mill-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Proviżorja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK), għall-Unjoni Ewropea, b’EULEX li assumiet il-kontroll operazzjonali sħiħ fil-materja tal-istat tad-dritt, wara l-adozzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/124/PESK (2) fit-8 ta’ Frar 2008. Din tal-aħħar tat mandat eżekuttiv lil EULEX biex tiżgura li tiżgura li, “b’mod adegwat, isir stħarriġ, titmexxa prosekuzzjoni, jingħataw sentenzi u jsir infurzar” fir-rigward ta’ każijiet ta’ reati tal-gwerra, reati inter-etniċi u reati serji oħra.

Ir-rikorrenti jinvokaw:

ksur kontinwu tal-Artikoli 2 u 3 KEDB (il-partijiet proċedurali) mill-konvenuti għal nuqqas li tittieħed azzjoni ta’ rimedju meta kienu nnotifikati, l-iktar tard fid-29 ta’ April 2016, li l-BRDB sabet li EULEX kisret l-Artikoli 2 u 3 KEDB fit-twettiq tal-mandat eżekuttiv tagħha;

ksur kontinwu tal-Artikoli 6 u 13 KEDB u 47 tal-Karta bid-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-BRDB mingħajr setgħat li tipprovdi għajnuna legali lill-persuni kkwalifikati u mingħajr setgħat li tinforza id-deċiżjonijiet tagħha u tipprovdi rimedju għall-ksur ikkonstat;

użu ħażin jew abbuż ta’ setgħa eżekuttiva mill-Kunsill u s-SEAE fit-12 ta’ Ottubru 2017 billi ddikjaraw li EULEX kienet għamlet l-aħjar li setgħet biex tistħarreġ il-ħtif ta’ persuna u l-qtil probabbli tar-raġel tal-ewwel rikorrenti u l-qtil tar-raġel u l-iben tat-tieni rikorrenti u li l-Bord ma kienx maħsub li jkun korp ġuridiku;

użu ħażin jew nuqqas li tintuża’ setgħa eżekuttiva b’mod xieraq sa fejn id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 (3) neħħiet il-mandat eżekuttiv tal-EULEX fit-8 ta’ Ġunju 2018, filwaqt li l-ksur baqa’ eżistenti.


(1)  Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950 (il- “KEDB”)

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2008, L 42, p. 92).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/856 tat-8 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (ĠU 2018, L 146, p. 5).


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/44


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2021 – Fabryki Mebli “Forte” vs EUIPO – Bog-Fran (Għamara)

(Kawża T-1/21)

(2021/C 62/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fabryki Mebli “Forte” S.A. (Ostrów Mazowiecka, il-Polonja) (rappreżentant: H. Basiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bog-Fran sp. z o.o. sp.k. (Varsavja, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn reġistrat tal-Unjoni Nru 1 384 002-0034

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 595/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat l-appell lura lil EUIPO;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u sabiex jirrimborsa l-ispejjeż lir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/45


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Emmentaler Switzerland vs EUIPO (EMMENTALER)

(Kawża T-2/21)

(2021/C 62/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Emmentaler Switzerland (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Völker u M. Pemsel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali li tindika l-Unjoni Ewropea “EMMENTALER” – ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 378 524

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 2402/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/45


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Power Horse Energy Drinks vs EUIPO – Robot Energy Europe (UNSTOPPABLE)

(Kawża T-3/21)

(2021/C 62/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Power Horse Energy Drinks GmbH (Linz, l-Awtrija) (rappreżentant: M. Woller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Robot Energy Europe (Mijas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “UNSTOPPABLE” –Trade mark tal-Unjoni Nru 14 555 271

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 232/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija tiċħad l-appell tar-rikorrenti fir-rigward tal-prodotti:

Klassi 5: supplimenti nutrizzjonali; supplimenti nutrizzjonali magħmula prinċipalment minn vitamini; supplimenti nutrizzjonali fil-forma ta’ xarbiet fi trab; preparazzjonijiet tal-vitamini fil-forma ta’ supplimenti nutrizzjonali; xarbiet bil-vitamini; preparazzjonijiet tal-vitamini; pilloli tal-vitamini; vitamini u preparazzjonijiet tal-vitamini;

Klassi 32: xarbiet mhux alkoħoliċi li fihom meraq tal-frott; xarbiet għall-enerġija; xarbiet għall-isport imsaħħa bil-proteini; xarbiet għall-isport;

u sa fejn hija tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-proċedimenti tal-appell;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni fil-proċedura, għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/46


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Jannar 2021 – Advanced Superabrasives vs EUIPO – Adi (ASI ADVANCED SUPERABRASIVES)

(Kawża T-4/21)

(2021/C 62/58)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Advanced Superabrasives, Inc. (Mars Hill, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Piróg u A. Rytel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Adi Srl (Thiene, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ASI ADVANCED SUPERABRASIVES” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 163 734

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 2713/2019-2.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

fil-każ ta’ intervent fil-proċedura mill-intervenjenti, tordna lil din tal-aħħar tbati l-ispejjeż tagħha stess.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/47


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2021 – Advanced Organic Materials vs EUIPO – Swiss Pharma International (ADVASTEROL)

(Kawża T-6/21)

(2021/C 62/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Advanced Organic Materials, SA (Pilar, l-Arġentina) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swiss Pharma International AG (Zürich, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ADVASTEROL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 525 521

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 781/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn, billi tiċħad l-appell ta’ Advanced Organic Materials, SA, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li tilqa’ parzjalment l-oppożizzjoni B 2 624 370, u b’dan il-mod tiċħad parti mill-prodotti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 525 521 ADVASTEROL (verbali);

tikkundanna lill-parti jew partijiet li jopponu għal dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/48


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Kassl (STUDIO KASSL)

(Kawża T-7/21)

(2021/C 62/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kassl Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea STUDIO KASSL – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 882 647

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 880/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn iċ-ċaħda tal-appell ippreżentat mill-opponent tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni mogħtija fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 3 059 000, li taw it-trade mark tal-Unjoni Nru 17 882 647 (STUDIO KASSL) (trade mark verbali), sabiex prodotti jiġu indikati fil-Klassi 25;

tikkundanna lill-parti jew partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/49


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2021 – IFIC Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/21)

(2021/C 62/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: IFIC Holding AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Franz u N. Bornemann, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2020) 2813 final tat-28 ta’ April 2020;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 2813 final tat-28 ta’ April 2020 li tawtorizza lil Clearstream Banking AG skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti ta’ l-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha.

Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ skont l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”).

Skont l-Artikolu 41(1) u (2)(a) tal-Karta, kull persuna (fiżika u ġuridika) għandha d-dritt għal proċedura amministrattiva xierqa u d-dritt li tinstema’, qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret dan ir-rekwiżit formali essenzjali minħabba li, fl-ebda waqt, ma informat lir-rikorrenti, bil-miktub jew bil-fomm, jew tat lir-rikorrenti l-opportunità li tikkummenta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 (1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1101 (2) u l-gwida għall-applikazzjoni tal-imsemmi regolament (3).

Il-konvenuta kisret id-dispożizzjonijiet u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2271/96 kif ukoll liġi tal-Unjoni superjuri peress illi tat l-awtorizzazzjoni inkwistjoni lill-applikant fil-forma tad-deċiżjoni kkontestata b’mod retroattiv għal sitwazzjoni ta’ fatt li kienet magħluqa f’termini ta’ żmien.

Tali effett retroattiv jew retroattività tikser id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-kuntest tal-prinċipji ta’ ġustizzja u ta’ proċedura, li jiggarantixxu t-trasparenza, iċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

La r-Regolament u lanqas ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1101 ibbażat fuqu ma jipprovdu għal tali effett retroattiv. Id-dritt tal-Unjoni ma jirrikonoxxi l-ebda retroattività.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u r-rekwiżit ta’ trasparenza u ċertezza.

Il-konvenuta kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni kif ukoll ir-rekwiżit ta’ trasparenza u ċertezza ankrat fid-drittijiet proċedurali u ġudizzjarji fundamentali.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni huwa kompletament vag f’termini ta’ żmien u kontenut. Skont il-formulazzjoni tiegħu jista’ japplika b’mod retroattiv għal perijodu indefinit.

L-ifformular tal-Artikolu 1 huwa vag, partikolarment fir-rigward ta’ “raġunijiet sostanzjali li jwasslu għal suspett” u “servizzi”. Ma huwiex ċar għall-persuna kkonċernata taħt liema kundizzjonijiet l-applikant jista’ jaġixxi għad-detriment tagħha, f’liema perijodu ta’ żmien u kif dawn kienu konnessi mas-“servizzi”. Ma huwiex iddefinit xi jfissru “servizzi” u jekk dawn jistgħux jikkonċernaw azzjonijiet ta’ terzi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żbalji ta’ evalwazzjoni jew ta’ diskrezzjoni li jiksru liġi tal-Unjoni superjuri fil-forma ta’ prinċipji proċedurali, ġudizzjarji u legali ġenerali.

Il-konvenuta eżerċitat id-diskrezzjoni tagħha b’mod skorrett peress illi ma kkunsidratx il-pożizzjoni u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni għar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ma kellha l-ebda opportunità li tikkummenta dwar ir-raġunijiet li jwasslu għal suspett u, skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni, ma kinitx ser tinstema fil-futur, u għalhekk kienet esposta bla difiża għad-deċiżjonijiet tal-applikant.

Il-fatt li r-rikorrenti għamlet użu mid-dritt proċedurali tagħha, protett mill-Kostituzzjoni u mid-dritt tal-Unjoni, li tfittex lill-applikant fil-qrati nazzjonali ma għandux ikun inkluż fl-evalwazzjoni diskrezzjonali. Il-konvenuta kienet għalhekk marret lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni tagħha.

Il-konvenuta ma inkluditx mezzi ta’ mitigazzjoni u talbiet għal kumpens fil-kunsiderazzjonijiet tagħha, minkejja li dan kien ikun assolutament neċessarju għal ibbilanċjar u evalwazzjoni suffiċjenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti ta’ l-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġislazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 75).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1101 tat-3 ta’ Awwissu 2018 li jistabbilixxi l-kriterji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 5, it-tieni paragrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni extraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU 2018, L 199I, p. 7).

(3)  Nota ta' Gwida — Mistoqsijiet u Tweġibiet: l-adozzjoni tal-Istatut għall-Imblukkar aġġornat (2018/C 277 I/03) (ĠU 2018, C 277I, p. 4).


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Diċembru 2020 – FF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-653/19) (1)

(2021/C 62/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2021 – CP vs Il-Parlament

(Kawża T-5/20) (1)

(2021/C 62/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.