ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 034I

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
1 ta' Frar 2021


Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2021/C 34 I/01

TIS 2021 — Sejħa għall-Proposti — Ideat li jbiddlu d-dinja: it-Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI tal-2021

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 34/1


TIS 2021 — Sejħa għall-Proposti

Ideat li jbiddlu d-dinja: it-Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tal-IBEI tal-2021

(2021/C 34 I/01)

L-Istitut tal-BEI jorganizza l-għaxar Turnew għall-Innovazzjoni Soċjali tiegħu

It-TIS jippromwovi ideat innovattivi u jippremja l-opportunitajiet li joħolqu impatt soċjali u ambjentali, li jkopru proġetti f'firxa wiesgħa ta' oqsma – mill-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ħolqien ta' impjiegi, għal teknoloġiji, sistemi u proċessi ġodda. Il-proġetti kollha jikkompetu għal żewġ premji f’Kategorija Ġenerali, u proġetti li jindirizzaw it-tema ta’ din is-sena ta’ għajxien sostenibbli se jikkompetu wkoll għal żewġ premji fil-Kategorija Speċjali. Sabiex jiġi mfakkar l-għaxar anniversarju tat-TIS, il-proġetti rebbieħa fiż-żewġ kategoriji ser jingħataw l-ewwel premju jew it-tieni premju ta' Eur 75 000 jew Eur 30 000 rispettivament, u Premju tal-Għażla tal-Udjenza ta’ Eur 10 000.

Segwina fuq Facebook: www.facebook.com/EibInstitute

Għal aktar informazzjoni dwar dan it-turnew u kif tissottometti proposta innovattiva, żur: http://institute.eib.org/programmes/social/social-innovation-tournament/