ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 449

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
23 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2018–2019
Dati tas-seduti: 11–14 ta’ Frar 2019
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 396, 20.11.2020 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 12 ta’ Frar 2019

2020/C 449/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2019/2509(RSP))

2

2020/C 449/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-ċittadinanza tal-UE (2018/2111(INI))

6

2020/C 449/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-kooperazzjoni msaħħa (2018/2112(INI))

16

2020/C 449/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni (2018/2113(INI))

22

2020/C 449/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE (2017/2089(INI))

28

2020/C 449/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (2018/2088(INI))

37

2020/C 449/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (2017/2284(INI))

59

2020/C 449/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (2018/2108(INI))

71

 

L-Erbgħa 13 ta’ Frar 2019

2020/C 449/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2018/2148(INI))

80

2020/C 449/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (2018/2094(INI))

90

2020/C 449/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (2018/2684(RSP))

102

2020/C 449/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-isfidi politiċi u l-istrateġiji kontra l-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati (2018/2782(RSP))

109

2020/C 449/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi (2018/2775(RSP))

115

2020/C 449/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-eżitu tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2018 (2018/2280(INI))

119

 

Il-Ħamis 14 ta’ Frar 2019

2020/C 449/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja u l-każ ta' Oyub Titiev (2019/2562(RSP))

125

2020/C 449/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar iż-Żimbabwe (2019/2563(RSP))

128

2020/C 449/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija (2019/2564(RSP))

133

2020/C 449/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-dritt għal protesta paċifika u l-użu proporzjonat tal-forza (2019/2569(RSP))

139

2020/C 449/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-drittijiet tal-persuni intersesswali (2018/2878(RSP))

142

2020/C 449/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024) (2019/2573(RSP))

146

2020/C 449/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea (2019/2574(RSP))

149

2020/C 449/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar NAIADES II – Programm ta' azzjoni ta' appoġġ għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (2018/2882(RSP))

154

2020/C 449/23

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE (2018/2110(INI))

157

2020/C 449/24

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar it-tisħiħ tal-kompetittività tas-suq intern permezz tal-iżvilupp tal-unjoni doganali tal-UE u l-governanza tagħha (2018/2109(INI))

170

2020/C 449/25

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati (2018/2114(INI))

176


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 12 ta’ Frar 2019

2020/C 449/26

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (2018/2080(INL) – 2019/0900(APP))

182


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 12 ta’ Frar 2019

2020/C 449/27

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))

191

2020/C 449/28

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267M(NLE))

192

2020/C 449/29

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (14367/2018 – C8-0033/2019 – 2018/0349(NLE))

195

2020/C 449/30

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10784/2018 – C8-0431/2018 – 2018/0239(NLE))

196

2020/C 449/31

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15383/2017 – C8-0489/2018 – 2017/0319(NLE))

197

2020/C 449/32

P8_TA(2019)0068
Programm tal-UE kontra l-Frodi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD))
P8_TC1-COD(2018)0211
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

198

2020/C 449/33

P8_TA(2019)0069
Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008 (COM(2018)0149– C8-0126/2018– 2018/0074(COD)
P8_TC1-COD(2018)0074
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008

213

2020/C 449/34

P8_TA(2019)0070
Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))
P8_TC1-COD(2017)0309
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

216

2020/C 449/35

P8_TA(2019)0071
Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (COM(2018)0337 – C8-0220/2018 – 2018/0169(COD))
P8_TC1-COD(2018)0169
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

219

2020/C 449/36

P8_TA(2019)0072
L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2018)0289 – C8-0183/2018 – 2018/0142(COD))
P8_TC1-COD(2018)0142
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

246

2020/C 449/37

P8_TA(2019)0073
Il-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi u għall-istatistika Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 (COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))
P8_TC1-COD(2018)0231
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

247

2020/C 449/38

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta' sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2018)0329 – C8-0317/2018 – 2018/0164(CNS))

295

 

L-Erbgħa 13 ta’ Frar 2019

2020/C 449/39

P8_TA(2019)0084
L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni) (COM(2018)0499 – C8-0313/2018 – 2018/0263(COD))
P8_TC1-COD(2018)0263
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni)

316

2020/C 449/40

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 li tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal deċiżjoni mhux emendatatal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD))

317

2020/C 449/41

P8_TA(2019)0086
Il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet (COM(2018)0096 – C8-0109/2018 – 2018/0044(COD))
P8_TC1-COD(2018)0044
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet

318

2020/C 449/42

P8_TA(2019)0087
Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021- 2027 (il-programm Pericles IV) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-programm Pericles IV) (COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD))
P8_TC1-COD(2018)0194
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-‘programm Pericles IV)

329

2020/C 449/43

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093(NLE))

340

2020/C 449/44

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093M(NLE))

341

2020/C 449/45

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 – C8-0447/2018 – 2018/0095(NLE))

346

2020/C 449/46

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 – C8-0447/2018 – 2018/0095M(NLE))

347

2020/C 449/47

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403(NLE))

351

2020/C 449/48

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403M(NLE))

352

2020/C 449/49

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (13111/2018 – C8-0473/2018 – 2018/0282(NLE))

357

2020/C 449/50

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD))

358

2020/C 449/51

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 – C8-0235/2018 – 2018/0208(COD))

491

2020/C 449/52

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta' tqassim ġeografiku (C(2018)08872 – 2018/3002(DEA))

530

2020/C 449/53

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (C(2018)09047 – 2018/2998(DEA))

531

2020/C 449/54

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2018)09122 – 2018/3004(DEA))

533

2020/C 449/55

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP (C(2018)09118 – 2018/3003(DEA))

535

2020/C 449/56

P8_TA(2019)0103
Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD))
P8_TC1-COD(2018)0203
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali

537

2020/C 449/57

P8_TA(2019)0104
In-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD))
P8_TC1-COD(2018)0204
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti)

545

2020/C 449/58

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD))

560

2020/C 449/59

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0893 – C8-0510/2018 – 2018/0433(COD))

564

2020/C 449/60

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD))

571

2020/C 449/61

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 – C8-0509/2018 – 2018/0384(NLE))

575

2020/C 449/62

P8_TA(2019)0109
Ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD))
P8_TC1-COD(2018)0138
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

576

2020/C 449/63

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar ilproposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2009/103/KE tas-16 ta' Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD))

586

 

Il-Ħamis 14 ta’ Frar 2019

2020/C 449/64

P8_TA(2019)0118
Mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD))
P8_TC1-COD(2018)0198
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier

619

2020/C 449/65

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia (13483/2018 – C8-0484/2018 – 2018/0813(CNS))

637

2020/C 449/66

P8_TA(2019)0120
Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (COM(2018)0051 – C8-0024/2018 – 2018/0018(COD))
P8_TC1-COD(2018)0018
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

638

2020/C 449/67

P8_TA(2019)0121
L-istabbiliment ta' qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))
P8_TC1-COD(2017)0224
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni

673

2020/C 449/68

P8_TA(2019)0122
L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))
P8_TC1-COD(2017)0128
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

676

2020/C 449/69

P8_TA(2019)0123
Ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor (COM(2017)0796 – C8-0005/2018 – 2017/0354(COD))
P8_TC1-COD(2017)0354
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008

678

2020/C 449/70

P8_TA(2019)0124
Imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u imposti fuq il-kambju tal-munita ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD))
P8_TC1-COD(2018)0076
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

679

2020/C 449/71

P8_TA(2019)0125
Regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD))
P8_TC1-COD(2017)0288
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

680

2020/C 449/72

P8_TA(2019)0126
Direttiva emendatorja 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))
P8_TC1-COD(2018)0385
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni

694


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2018–2019

Dati tas-seduti: 11–14 ta’ Frar 2019

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 396, 20.11.2020.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 12 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/2


P8_TA(2019)0075

Strateġiji għall-integrazzjoni tar-Rom

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom wara l-2020 u li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (2019/2509(RSP))

(2020/C 449/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 intitolata “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” (COM(2011)0173) u r-rapporti sussegwenti ta' implimentazzjoni u evalwazzjoni,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward ir-rikonoxximent tar-Rom bħala grupp li jeħtieġ protezzjoni speċjali kontra d-diskriminazzjoni,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa 2153 (2017) dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni tar-Rom u tat-Travellers,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar miżuri ta' integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri (2) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 2016 dwar l-aċċellerar tal-proċess ta' integrazzjoni tar-Rom u tat-13 ta' Ottubru 2016 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 14/2016,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 fil-Jum Internazzjonali tar-Rom – l-anti-Żingariżmu fl-Ewropa u r-rikonoxximent, min-naħa tal-UE, tal-jum ta' tifkira tal-ġenoċidju tar-Rom matul it-Tieni Gwerra Dinjija (5),

wara li kkunsidra r-Rapport dwar id-Drittijiet Fundamentali 2016 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) kif ukoll l-istħarriġ EU-MIDIS I u II u diversi rapporti u stħarriġiet oħrajn tal-FRA dwar ir-Rom,

wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack”, irreġistrata fit-3 ta' April 2017,

wara li kkunsidra r-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili Rom, l-NGOs u l-istituzzjonijiet tar-riċerka,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-anti-Żingariżmu (6) huwa forma speċifika ta' razziżmu, ideoloġija bbażata fuq is-superjorità razzjali, forma ta' diżumanizzazzjoni u razziżmu istituzzjonali li tieħu s-saħħa tagħha minn diskriminazzjoni storika, li hija espressa, fost l-oħrajn, permezz tal-vjolenza, id-diskors ta' mibegħda, l-isfruttament, l-istigmatizzazzjoni u l-aktar forma sfaċċata ta' diskriminazzjoni (7);

B.

billi r-Rom (8) għadhom qed jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem bażiċi tagħhom fl-Ewropa;

C.

billi s-sejbiet tar-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni tal-Qafas tal-UE tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom sal-2020 (COM(2018)0785) jenfasizzaw li “l-qafas kien kruċjali għall-iżvilupp tal-istrumenti u strutturi tal-UE u dawk nazzjonali li għandhom l-għan li jippromwovu l-inklużjoni tar-Rom, iżda l-ambizzjoni ta' 'tasal fi tmiemha l-esklużjoni tar-Rom' ma ntlaħqitx”;

D.

billi l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni turi li l-istrateġiji ta' inklużjoni jridu jindirizzaw l-għanijiet differenti b'mod simultanju u f'approċċ komprensiv b'enfasi aktar qawwija fuq il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu; billi mal-erba' għanijiet ta' inklużjoni tar-Rom (l-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi u s-saħħa) għandhom jiżdiedu għan speċifiku ta' nondiskriminazzjoni u għanijiet fil-qasam tal-inklużjoni tar-Rom;

E.

billi l-progress miksub fl-inklużjoni tar-Rom huwa globalment limitat; billi ġie osservat titjib fit-tluq bikri mill-iskola u fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal, iżda kien hemm deterjorament fis-segregazzjoni skolastika; billi kien hemm titjib fil-perċezzjoni li r-Rom għandhom tal-istatus tas-saħħa tagħhom, iżda dawn għad għandhom kopertura medika limitata; billi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ġie osservat l-ebda titjib fl-aċċess għall-impjiegi, u s-sehem tar-Rom żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ saħansitra żdied; billi hemm tħassib serju dwar l-akkomodazzjoni u ftit li xejn sar progress rigward il-faqar; billi l-anti-Żingariżmu u l-manifestazzjonijiet tiegħu, bħar-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda, kemm online u offline, qed ikomplu jqajmu tħassib serju; billi ġie kkunsidrat li l-azzjoni tal-UE tipprovdi valur miżjud importanti lill-politiki nazzjonali dwar ir-Rom u lill-implimentazzjoni tagħhom f'oqsma politiċi, ta' governanza u finanzjarji;

F.

billi l-evalwazzjoni tirrapporta n-nuqqasijiet fit-tfassil inizjali tal-qafas u l-effettività limitata tiegħu matul l-implimentazzjoni;

G.

billi l-evalwazzjoni tixħet dawl fuq il-ħtieġa li l-emanċipazzjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom jiġu żgurati permezz ta' miżuri speċifiċi; billi l-emanċipazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet tar-Rom u tal-NGOs huma kruċjali;

H.

billi l-evalwazzjoni turi li l-qafas tal-UE ma qagħadx biżżejjed attent biex ikun immirat lejn gruppi speċifiċi fost ir-Rom, li d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali għandha tiġi indirizzata u li hemm bżonn li l-istrateġiji jinkludu dimensjoni qawwija tas-sessi u approċċ iċċentrat fuq it-tfal;

I.

billi il-qafas tal-UE fil-preżent ma għandux objettivi ċari u miri li jistgħu jitkejlu; billi ma hemmx biżżejjed proċeduri ta' monitoraġġ kwalitattivi u kwantitattivi, filwaqt li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi ma humiex vinkolanti; billi ma huwiex qed isir sforz biżżejjed biex tiġi indirizzata l-parteċipazzjoni limitata ta' individwi u komunitajiet Rom fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-qafas u fl-evalwazzjoni tal-miżuri, il-programmi u l-proġetti dwar ir-Rom;

J.

billi l-biċċa l-kbira tal-programmi prinċipali ma humiex inklużivi fil-konfront tar-Rom, u billi l-azzjonijiet fil-mira koperti mill-Fondi Strutturali naqsu milli jagħmlu bidliet pożittivi sostenibbli fil-ħajja tal-aktar Rom żvantaġġati;

K.

billi l-Istati Membri għandhom responsabbiltà ċara li jieħdu miżuri korrettivi kontra prattiki li jiddiskriminaw kontra r-Rom;

L.

billi l-kwistjoni tal-bini tal-fiduċja bejn ir-Rom u dawk li ma humiex Rom hija essenzjali biex ittejjeb il-ħajja u l-opportunitajiet fil-ħajja tar-Rom; billi l-fiduċja hija essenzjali għas-soċjetà kollha kemm hi;

1.

Itenni l-pożizzjoni, is-sejħiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu mressqa u adottati fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2017 dwar aspetti tad-drittijiet fundamentali fl-integrazzjoni tar-Rom fl-UE: il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu; jiddispjaċih li ttieħdet azzjoni limitata dwar ir-rakkomandazzjonijiet imressqa f'din ir-riżoluzzjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni:

i.

taġixxi fuq is-sejħiet magħmula mill-Parlament, mill-Kunsill u minn bosta NGOs u esperti u tipproponi Qafas Strateġiku tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom għall-perjodu ta' wara l-2020 b'sett usa' ta' oqsma ta' prijorità, b'miri, skedi ta' żmien u indikaturi ċari u vinkolanti maħsuba biex jissorveljaw u jindirizzaw l-isfidi speċifiċi u jirriflettu d-diversità tal-komunitajiet Rom, u bl-allokazzjoni ta' fondi pubbliċi sostanzjali għal dan il-għan;

ii.

tinvolvi biżżejjed ir-rappreżentanti tar-Rom, l-NGOs u n-Netwerk Ewropew għall-Korpi tal-Ugwaljanza (Equinet) fit-tfassil tal-Qafas Strateġiku tal-UE, inkluż permezz ta' proċedura ta' konsultazzjoni viżibbli u aċċessibbli, u tippermetti l-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tiegħu, u b'hekk issaħħaħ is-sjieda tagħhom;

iii.

tqiegħed il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu fil-qalba tal-Qafas Strateġiku tal-UE, inkluż billi żżid għan speċifiku kontra d-diskriminazzjoni, flimkien ma' għanijiet oħra, bħall-inklużjoni tar-Rom f'soċjetà ambjentalment sostenibbli u diġitali, u r-rappreżentanza ekwa tagħhom fl-isferi kollha tal-ħajja, u tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji speċifiċi u azzjonijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, flimkien ma' waħda mill-manifestazzjonijiet tiegħu, l-esklużjoni soċjali u ekonomika;

iv.

tiżgura li d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi u approċċ sensittiv għat-tfal jiġu indirizzati kif xieraq fil-Qafas Strateġiku tal-UE;

v.

tiżgura li talloka riżorsi umani u finanzjarji adegwati sabiex ikun hemm il-kapaċitajiet meħtieġa għall-monitoraġġ, l-appoġġ u l-għoti ta' gwida f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom, inkluża gwida għall-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għar-Rom;

vi.

issaħħaħ l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) f'termini tal-mandat, il-kapaċità istituzzjonali, ir-riżorsi umani u l-baġit tagħha sabiex tkun tista' tgħin fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Inklużjoni tar-Rom;

vii.

tadotta strateġija ta' diversità u inklużjoni tal-ħaddiema biex tiffavorixxi l-parteċipazzjoni tar-Rom fil-forza tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-UE;

viii.

toqgħod attenta għal gruppi speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Rom fil-Qafas Strateġiku tal-UE, bħar-Rom tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u r-Rom fil-pajjiżi fil-fażi tal-adeżjoni;

ix.

tinkludi proċess ta' verità, rikonoxximent u rikonċiljazzjoni fil-Qafas Strateġiku tal-UE għal raġunijiet ta' bini tal-fiduċja u tenfasizza miżuri u inizjattivi kulturali u strutturali konkreti, appoġġjati mill-fondi tal-UE;

x.

tkompli tiċċekkja l-inklużività tal-politiki pubbliċi prinċipali tal-Istati Membri fl-ambitu tas-Semestru Ewropew fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020, u żżomm rabta b'saħħitha bejn ir-riformi strutturali inklużivi, it-twettiq tal-għanijiet tal-inklużjoni tar-Rom u l-użu tal-fondi tal-UE fl-Istati Membri;

3.

Jistieden lill-Istati Membri:

i.

iħejju l-Istrateġiji Nazzjonali Strateġiċi għall-Inklużjoni tar-Rom tagħhom għall-perjodu ta' wara l-2020 b'sett wiesa' ta' oqsma ta' prijorità u b'miri, skedi ta' żmien u indikaturi ċari u vinkolanti maħsuba biex jissorveljaw u jindirizzaw l-isfidi speċifiċi u jirriflettu d-diversità tal-komunitajiet Rom, u jallokaw fondi pubbliċi sostanzjali għal dan il-għan;

ii.

isegwu approċċ minn isfel għal fuq u jinvolvu r-rappreżentanti tar-Rom, il-komunitajiet, l-NGOs u l-korpi tal-ugwaljanza fit-tfassil tal-Istrateġiji Nazzjonali Strateġiċi għall-Inklużjoni tar-Rom tagħhom (minn hawn 'il quddiem “l-Istrateġiji”), u jippermettu l-parteċipazzjoni sinifikanti tagħhom fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' dawn l-Istrateġiji;

iii.

iqiegħdu l-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu fil-qalba tal-Istrateġiji tagħhom, flimkien ma' waħda mill-manifestazzjonijiet tal-anti-Żingariżmu, l-esklużjoni soċjali u ekonomika; jiżviluppaw strateġiji speċifiċi u azzjonijiet konkreti għall-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, bħall-investigazzjoni ta' attakki razzisti li qed isiru bħalissa jew li saru fil-passat kontra r-Rom; u jinkoraġġixxu r-rappreżentanza ekwa tar-Rom fl-isferi kollha tal-ħajja, inkluż fil-midja, fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fil-korpi politiċi;

iv.

jiżguraw li d-diskriminazzjoni multipla u intersezzjonali, l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi u approċċ sensittiv għat-tfal jiġu indirizzati kif xieraq fl-Istrateġiji tagħhom;

v.

jikkunsidraw b'mod espliċitu t-tfal bħala prijorità meta jipprogrammaw u jimplimentaw l-istrateġiji ta’ integrazzjoni Nazzjonali Strateġiċi tagħhom għar-Rom; itenni l-importanza tal-ħarsien u l-promozzjoni ta' aċċess ugwali għad-drittijiet kollha għat-tfal Rom;

vi.

isaħħu l-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għar-Rom f'termini tal-mandat, il-kapaċità istituzzjonali, ir-riżorsi umani u l-baġit tagħhom u jiżguraw il-pożizzjonament xieraq ta' tali Punti ta' Kuntatt Nazzjonali fi ħdan l-istruttura tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom permezz ta' koordinament transsettorjali effettiv;

vii.

joqogħdu attenti għal gruppi speċifiċi fi ħdan il-popolazzjoni Rom fl-Istrateġiji tagħhom, bħar-Rom tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' moviment u ċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi r-Rom mill-pajjiżi fil-fażi tal-adeżjoni;

viii.

jinkludu proċess ta' verità, rikonoxximent u rikonċiljazzjoni fl-Istrateġiji tagħhom għal raġunijiet ta' bini tal-fiduċja u jenfasizzaw miżuri u inizjattivi kulturali u strutturali konkreti, appoġġjati mill-fondi pubbliċi;

viiii.

jiżguraw u jissalvagwardaw l-inklużività effettiva tal-politiki pubbliċi prinċipali tagħhom u jużaw il-Fondi Strutturali tal-UE disponibbli biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-opportunitajiet tal-ħajja tar-Rom b'mod trasparenti u responsabbli; jinvestigaw l-użu ħażin li sar u li qed isir mill-fondi rilevanti u jieħdu azzjoni legali kontra l-awturi tar-reati; jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw l-assorbiment tal-fondi kollha mmirati lejn il-komunitajiet Rom, inkluż sa tmiem il-QFP attwali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lill-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kumitat tar-Reġjuni, biex iqassamha lill-parlamenti u lill-kunsilli sottonazzjonali, lill-Kunsill tal-Ewropa u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(2)  ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

(4)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 171.

(5)  ĠU C 328, 6.9.2016, p. 4.

(6)  Xi drabi, fl-Istati Membri differenti, għall-kunċett tal-“anti-Żingariżmu” jintużaw termini kemxejn differenti, bħal “Antiziganismus” bil-Ġermaniż.

(7)  Ir-rakkomandazzjoni ta' politika ġenerali nru 13 tal-ECRI (Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza) dwar il-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu u d-diskriminazzjoni kontra r-Rom.

(8)  Il-kelma “Rom” tintuża bħala terminu ġenerali li jinkludi gruppi relatati differenti fl-Ewropa kollha, kemm jekk sedentarji u kemm jekk ma humiex, bħalma huma l-komunitajiet Rom, Traveller, Sinti, Manouche, Kalé, Romanichel, Boyash, Ashkali, Eġizzjani, Yéniche, Dom u Lom, li jistgħu jkunu differenti f'dawk li huma kultura u stil ta' ħajja.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/6


P8_TA(2019)0076

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-Ċittadinanza tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-ċittadinanza tal-UE (2018/2111(INI))

(2020/C 449/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 9, 10, 11, 12, 21, 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 8, 9, 10, 15, 18, 20, 21, 22, 23, 24, 26, 45, 46, 47, 48, 153, 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-TUE, u d-dikjarazzjoni fl-Artikolu 10(3) li “kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(2) tat-TUE li jistipula d-dritt tal-moviment liberu tal-persuni,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2020-2027,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” (3) għall-perjodu 2014-2020,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (7),

wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/CFSP (COM(2018)0358),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta' April 2015 dwar il-miżuri ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE (8),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri (COM(2018)0383),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2009 dwar gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (COM(2009)0313),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta' Jannar 2017 bit-titolu “It-tisħiħ tad-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Unjoni ta' Tibdil Demokratiku – Rapport tal-2017 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE” (COM(2017)0030),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar in-netwerks ta' kooperazzjoni għall-elezzjonijiet, it-trasparenza onlajn, il-protezzjoni kontra l-inċidenti ċibernetiċi u l-ġlieda kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew (C(2018)5949),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (10) u l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (COM(2017)0482),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar “Iċ-ċittadinanza tal-UE għall-bejgħ” (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar “It-tagħlim tal-UE fl-iskejjel” (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perjodu 2014-2020 (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-suq intern (14),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2013 dwar “Insaħħu ċ-ċittadinanza tal-UE: il-promozzjoni tad-drittijiet elettorali taċ-ċittadini tal-UE”,

wara li kkunsidra l-istudji li ġew ippubblikati fl-2016 mid-Dipartiment Tematiku C tal-Parlament bit-titolu “Obstacles to the right of free movement and residence for EU citizens and their families” (L-ostakli għad-dritt tal-moviment liberu u r-residenza għaċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2018 tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Making EU citizens' rights a reality: national courts enforcing freedom of movement and related rights” (Nagħmlu d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE realtà: il-qrati nazzjonali jinfurzaw il-libertà ta' moviment u drittijiet relatati),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Ewrobarometru 89/2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (15),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta' Settembru 1976 (l-“Att Elettorali”) (16),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tas-7 ta' Frar 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Il-pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li jkun hemm qbil (19).

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Għal kisba ta' elezzjonijiet Ewropej liberi u ġusti” (COM(2018)0637),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0041/2019),

A.

billi ċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet relatati tagħha ġew introdotti għall-ewwel darba fl-1992 bit-Trattat ta' Maastricht u ssaħħew aktar bit-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ f'Diċembru 2009, iżda ġew implimentati biss b'mod parzjali;

B.

billi l-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, li ġew enfasizzati fl-Artikoli 2 u 6 tat-TUE, ipoġġu liċ-ċittadin fil-qalba tal-proġett Ewropew; billi għalhekk id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa jimplika wkoll riflessjoni dwar il-qawwa tal-identità komuni tagħna;

C.

billi l-prinċipji tat-trasparenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, kif derivati mill-Artikoli 10 u 11 tat-TUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma elementi sostantivi tal-kunċett ta' ċittadinanza u huma essenzjali għall-bini u t-tisħiħ tal-kredibbiltà u l-fiduċja fl-Unjoni kollha kemm hi; billi r-rikors għal arranġamenti u strumenti ad hoc u intergovernattivi f'diversi oqsma ta' politika tal-UE, kif ukoll il-korpi informali ta' teħid ta' deċiżjonijiet, l-evitar u d-deistituzzjonalizzazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jirriskjaw li jdgħajfu tali prinċipji b'mod serju;

D.

billi l-UE kellha diffikultajiet biex tiffaċċja diversi kriżijiet b'konsegwenzi soċjoekonomiċi importanti li rriżultaw fl-emerġenza ta' ideoloġiji populisti u nazzjonalisti abbażi ta' identitajiet esklussivi u kriterji li jappoġġjaw is-supremazija li jikkontradixxu l-valuri Ewropej;

E.

billi l-ġestjoni insodisfaċenti tad-diversi kriżijiet żiedet id-diżappunt taċ-ċittadini f'xi wħud mir-riżultati tal-proġett ta' integrazzjoni tal-UE; billi huwa kruċjali li jiġi żgurat li ċ-ċittadinanza tal-UE titqies bħala privileġġ fost iċ-ċittadini, inkluż billi terġa' tiġi stabbilita l-fiduċja fil-proġett tal-UE, filwaqt li tingħata prijorità lill-promozzjoni tad-drittijiet kollha taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet ċivili, politiċi u soċjali fost oħrajn, it-titjib tal-kwalità tad-demokrazija fi ħdan l-Unjoni, it-tgawdija prattika tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-opportunità li kull ċittadin jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, filwaqt li jiġi pprovdut involviment akbar tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' implimentazzjoni;

F.

billi r-reviżjoni kurrenti tal-ECI għandha l-għan li ttejjeb l-effikaċja tagħha u ssaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva u ċ-ċittadinanza attiva;

G.

billi l-aċċess għaċ-ċittadinanza tal-UE jinkiseb permezz tal-pussess taċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, li huwa rregolat minn liġijiet nazzjonali; billi fl-istess ħin, id-drittijiet u d-dmirijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE huma stabbiliti mil-liġi tal-UE u ma jiddependux fuq l-Istati Membri, għalhekk ma jistgħux jiġu limitati b'mod mhux ġustifikat minnhom;

H.

billi fil-kuntest ta' aċċess għaċ-ċittadinanza nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu soġġetti għall-prinċipji tad-dritt tal-UE, bħall-proporzjonalità, l-istat tad-dritt u n-nondiskriminazzjoni, li ġew elaborati bir-reqqa fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

I.

billi l-prospett tal-Brexit enfasizza l-importanza tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE, speċjalment fost iż-żgħażagħ Ewropej, u r-rwol tagħhom fil-ħajjiet ta' miljuni ta' ċittadini tal-UE, u qajjem ukoll sensibilizzazzjoni fl-UE dwar it-telf potenzjali ta' tali drittijiet fuq iż-żewġ naħat;

J.

billi l-parteċipazzjoni medja fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-2014 kienet ta' 42,6 %; billi skont l-aktar stħarriġ reċenti tal-Ewrobarometru ppubblikat f'Mejju 2018, 19 % biss tal-Ewropej li ġew intervistati kienu jafu d-data tal-elezzjonijiet Ewropej li jmiss;

K.

billi ċ-ċittadini tal-UE kważi mhumiex konxji tal-eżistenza tal-uffiċċji tal-Europe Direct minkejja r-rwol ewlieni tagħhom li jipprovdu l-informazzjoni;

L.

billi hemm aktar minn 400 Ċentru ta' Informazzjoni “Europe Direct” madwar l-UE li jikkontribwixxu għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politiki tal-Unjoni Ewropea ta' interess dirett għaċ-ċittadini bl-għan li jkun hemm involviment maċ-ċittadini fil-livell lokali u reġjonali;

M.

billi l-kunċett taċ-ċittadinanza jiddefinixxi r-relazzjoni taċ-ċittadini ma' komunità politika, inklużi d-drittijiet, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom; billi l-Artikolu 20 tat-TFUE ta liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom, bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-istat;

N.

billi ċ-ċittadini Ewropej huma direttament rappreżentati fil-Parlament Ewropew u kull ċittadin jeħtieġlu jingħata attenzjoni ugwali mill-istituzzjonijiet tal-UE; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri billi jistipula li, “fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa”;

O.

billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) stabbiliet f'għadd ta' kawżi li d-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE jistgħu jiġu invokati wkoll minn ċittadini ta' Stat Membru vis-à-vis dak l-istess stat (20);

P.

billi diversi Stati Membri joffru l-hekk imsejħa “programmi tal-viżi tad-deheb” u skemi għall-investituri bħala mezz biex jiksbu ċ-ċittadinanza tagħhom;

Q.

billi l-libertà ta' moviment tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE b'opportunitajiet biex jivvjaġġaw, jistudjaw, jaħdmu u jgħixu f'pajjiżi oħra tal-UE; billi aktar minn 16-il miljun Ewropew igawdu mid-dritt tagħhom li jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE;

R.

billi d-dritt għal-libertà ta' moviment huwa ċentrali għaċ-ċittadinanza tal-UE u jikkomplementa l-libertajiet l-oħra tas-suq intern tal-UE; billi ż-żgħażagħ Ewropej huma partikolarment marbuta mal-moviment liberu, li huwa meqjus bħala l-aktar kisba pożittiva tal-UE wara l-iżgurar tal-paċi fl-Ewropa;

S.

billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE ltaqgħet ma' diffikultajiet prattiċi u l-Ewropej jafu xorta waħda jsibuha diffiċli biex jiċċaqilqu jew jgħixu fi Stat Membru ieħor minħabba d-diskriminazzjoni li tirriżulta miċ-ċittadinanza, mir-rekwiżiti ta' dħul u dawk ta' residenza; billi hemm ammont konsiderevoli ta' ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja maħsuba biex tikkjarifika l-kunċetti ewlenin għaċ-ċittadini mobbli tal-UE;

T.

billi d-dritt għal protezzjoni konsulari huwa ggarantit fl-Artikoli 20 u 23 tat-TFUE, u ċ-ċittadini tal-UE huma għalhekk, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom mhuwiex irrappreżentat, intitolati għal protezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini ta' dak l-istat; billi l-emerġenzi, id-diżastri naturali jew l-avvenimenti bħal attakki terroristiċi jistgħu jaffettwaw liċ-ċittadini Ewropej li ġejjin minn Stat Membru mingħajr l-ebda rappreżentanza fil-pajjiż terz ikkonċernat;

U.

billi l-Kummissjoni wriet impenn fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 li torganizza kampanja ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni mal-UE kollha dwar iċ-ċittadinanza tal-UE sabiex tgħin liċ-ċittadini jifhmu aħjar id-drittijiet tagħhom; billi din ir-responsabbiltà biex iċ-ċittadini tal-UE jiġu infurmati aħjar dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom jeħtieġ li tiġi kondiviża bejn l-Istati Membri u s-soċjetà ċivili;

V.

billi, skont ir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2017 tal-Kummissjoni, mill-2012 'il hawn, għadd dejjem akbar ta' nies irrappurtaw li ġarrbu xi sura ta' diskriminazzjoni;

W.

billi l-ħolqien taż-żona Schengen u l-integrazzjoni tal-acquis ta' Schengen fil-qafas tal-UE saħħew ħafna l-libertà ta' moviment fl-UE u jikkostitwixxu wieħed mill-akbar kisbiet tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea;

X.

billi l-introduzzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea hija kisba tal-proġett Ewropew li għadha trid twettaq il-potenzjal sħiħ tagħha; jenfasizza li din hija kostruzzjoni unika li ma tidher imkien ieħor fid-dinja;

1.

Iqis li mhux id-dispożizzjonijiet kollha li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza tal-UE ġew implimentati biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, minkejja li dan jippermetti li tiġi kkonsolidata l-identità Ewropea; jenfasizza li l-ħolqien ta' ċittadinanza tal-Unjoni wera li tista' teżisti forma ta' ċittadinanza li ma tkunx iddeterminata minn nazzjonalità u li tifforma l-bażi ta' qasam politiku li minnu jirriżultaw id-drittijiet u d-dmirijiet, li jiġu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni Ewropea u mhux mill-Istat; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu l-implimentazzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw iċ-ċittadinanza kif ukoll tad-dispożizzjonijiet korrispondenti minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jirrimarka li ċ-ċittadini Ewropej mhumiex għal kollox konxji mid-drittijiet tagħhom li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni,

2.

Ifakkar li ċ-ċittadinanza tal-UE tissupplimenta ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru; jissottolinja li ċ-ċittadinanza tal-UE tippermetti l-komplementarjetà ta' identitajiet differenti għaċ-ċittadini, u li l-ideoloġiji nazzjonalisti u populisti jdgħajfu dik il-kapaċità; huwa tal-opinjoni li l-eżerċitar ta' ċittadinanza attiva u l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni ċivika huma essenzjali għat-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza għal proġett politiku biex jitrawwem l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, fehim reċiproku, djalogu interkulturali u kooperazzjoni transnazzjonali u biex jinbnew soċjetajiet miftuħa, inklużivi, koeżivi u reżiljenti;

3.

Iqis li l-implimentazzjoni sħiħa, mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-promozzjoni attiva tad-drittijiet u l-prinċipji minquxa fiha, jirrappreżentaw lieva essenzjali għall-garanzija ta' involviment effettiv taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku tal-UE u biex tagħti sens ta' konkretezza lid-dispożizzjonijiet minquxa fl-Artikolu 20 tat-TFUE;

4.

Jenfasizza li l-korp ta' drittijiet u obbligi li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni ma jistax jiġi limitat b'mod mhux iġġustifikat; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-prerogattiva tagħhom li jagħtu ċ-ċittadinanza fi spirtu ta' kooperazzjoni ġusta, inkluż f'każijiet ta' tfal ta' ċittadini tal-UE li jiffaċċjaw diffikultajiet biex jissodisfaw il-kriterji għaċ-ċittadinanza skont ir-regoli nazzjonali; jenfasizza li l-eżerċitar b'suċċess tad-drittijiet taċ-ċittadinanza jippresupponi li d-drittijiet u l-libertajiet kollha minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jiġu protetti u promossi, inkluż għal persuni b'diżabbiltà li għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom bl-istess mod bħal kwalunkwe ċittadin ieħor, u li tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi sabiex jiġi żgurat li n-nisa jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ mid-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

5.

Ifakkar li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni estendiet ukoll l-implikazzjonijiet u tagħti drittijiet fil-qasam tal-parteċipazzjoni demokratika kif derivat mill-Artikoli 10 u 11 tat-TUE; jenfasizza li għall-eżerċizzju tad-dritt ta' parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin, u li għalhekk huwa fundamentali li jingħataw il-garanziji rilevanti dwar it-trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

6.

Jiddispjaċih dwar in-nonparteċipazzjonijiet eżistenti minn partijiet tat-Trattati minn xi Stati Membri, li jdgħajfu u jiġġeneraw de facto differenzi fid-drittijiet taċ-ċittadini li huma maħsuba biex ikunu ugwali skont it-Trattati;

7.

Jinnota li l-programm Erasmus+, il-programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, u l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” jagħtu liċ-ċittadini tal-UE u b'mod partikolari liż-żgħażagħ, benefiċċji kbar billi jqajmu sensibilizzazzjoni dwar l-istatus tagħhom bħala ċittadini tal-UE u jtejbu l-għarfien tagħhom dwar id-drittijiet li jirriżultaw minn dak l-istatus u l-valuri sottostanti tiegħu; huwa tal-opinjoni li l-programmi volontarji Ewropej bħas-Servizz Volontarju Ewropew u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jaqdu wkoll parti integrali biex tinbena ċ-ċittadinanza Ewropea; jissottolinja l-importanza kruċjali ta' tali programmi, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u jitlob li dawn jissaħħu finanzjarjament;

Drittijiet politiċi

8.

Jinsab imħasseb dwar it-tendenza ta' tnaqqis fl-għadd ta' votanti kemm fl-elezzjonijiet nazzjonali kif ukoll f'dawk tal-Parlament Ewropew, speċjalment fost iż-żgħażagħ; jinsab konvint li t-tisħiħ tal-isfera pubblika tal-UE u l-implimentazzjoni sħiħa taċ-ċittadinanza Ewropea għandhom il-potenzjal li jgħinu biex ireġġgħu lura dan it-tnaqqis billi jiżdied is-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini f'komunità Ewropea u billi tingħata spinta lid-demokrazija rappreżentattiva;

9.

Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi programmi li jrawmu ċ-ċittadinanza Ewropea u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tad-drittijiet politiċi tagħhom; josserva, madankollu, il-progress limitat li sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 165 tat-TFUE bħala bażi ġuridika biex tiġi promossa d-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni taċ-ċittadini; iqis essenzjali li tiġi promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-UE u jemmen li l-iżvilupp tal-kurrikuli tal-UE fis-sistemi edukattivi għandu jkun prijorità biex ikompli jiġi żviluppat il-potenzjal taċ-ċittadinanza tal-UE;

10.

Jiddeplora għal darba oħra l-fatt li xi ċittadini tal-UE huma mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom u ma jistgħux jipparteċipaw fl-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom; jissottolinja l-fatt li t-telf tad-drittijiet elettorali li jirriżulta minn residenza fi Stat Membru ieħor jista' jiskoraġġixxi liċ-ċittadini milli jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor u għalhekk jista' jikkostitwixxi ksur potenzjali tal-Artikolu 18 tat-TFUE;

11.

Iqis li, f'sistema ta' demokrazija rappreżentattiva, huwa essenzjali li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġu protetti d-drittijiet politiċi kollha taċ-ċittadini tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE u d-drittijiet miksuba mill-pussess tagħha fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea biex jissaħħaħ il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE; jiddeplora l-fatt li mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, l-Artikolu 15(3) tat-TFUE, li sar il-bażi legali għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti u li jestendi r-regoli dwar l-aċċess għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji u l-uffiċċji kollha tal-Unjoni, għadu ma ġiex implimentat b'mod sħiħ; iqis li l-progress fl-adozzjoni tar-regolament il-ġdid ġie konsistentement ostakolat mill-Istati Membri;

Il-libertà ta' moviment

12.

Jilqa' l-benefiċċji li l-moviment liberu jġib miegħu għaċ-ċittadini tal-UE u għall-ekonomiji tal-Istati Membri; jirrimarka li d-drittijiet li jirriżultaw mid-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-familji tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri mhux dejjem huma rikonoxxuti u rrispettati, u dan iwassal għal ostakli għall-moviment liberu u r-residenza taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom kif ukoll għal diskriminazzjoni kontrihom; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jipproteġu l-libertà ta' moviment, inkluża r-riunifikazzjoni tal-familja, għal konjuġi tal-istess sess;

13.

Jinsab imħasseb li l-interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet u termini tad-Direttiva 2004/38/KE mill-qrati nazzjonali tvarja mhux biss fl-Istati Membri, iżda xi kultant anki fl-istess ġurisdizzjoni; jinnota bi tħassib li l-awtoritajiet nazzjonali mhux dejjem ikunu kompletament konxji mid-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont id-Direttiva 2004/38/KE;

14.

Jenfasizza l-problema tan-nuqqas ta' informazzjoni jew l-għoti ta' informazzjoni li ma tkunx korretta jew li toħloq konfużjoni dwar ir-rekwiżiti tal-viża għall-membri tal-familja jew dwar id-drittijiet ta' residenza; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tneħħija ta' ostakli bla bżonn għad-dritt ta' dħul/residenza, b'mod partikolari għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE;

15.

Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini biex jiksbu rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tagħhom madwar l-Ewropa; jemmen li d-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għenu jiffaċilitaw ir-rikonoxximent bejn l-Istati Membri; jemmen ukoll li r-rikonoxximent professjonali huwa essenzjali biex jiġi żgurat grad ogħla ta' mobbiltà kemm għall-istudenti kif ukoll għall-professjonisti; jistieden lill-Kummissjoni tkompli t-tendenza li tiffaċilita kemm jista' jkun ir-rikonoxximent professjonali;

16.

Jinsab imħasseb ferm dwar is-sejbiet tar-riċerka li twettqet mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li identifikat id-diskriminazzjoni fit-tfittxija għal impjieg, fl-aċċess ta' servizzi varji bħall-kiri ta' karozza jew appartament jew ċerti servizzi bankarji, u fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-tassazzjoni; jenfasizza li d-diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza tista' toħloq ostakli għall-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari biex jimmonitorjaw tali każijiet ta' diskriminazzjoni u jieħdu azzjonijiet deċiżivi biex jipprevenuhom;

17.

Jissottolinja r-rwol tal-mobbiltà fl-iżvilupp personali taż-żgħażagħ permezz tat-titjib fit-tagħlim u l-iskambju kulturali u tat-titjib fl-għarfien taċ-ċittadinanza attiva u l-prattika tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw il-programmi tal-UE li jippromwovu l-mobbiltà;

18.

Japprezza l-importanza tal-kultura, l-arti u x-xjenza bħala aspetti integrali taċ-ċittadinanza attiva tal-UE; jisħaq fuq ir-rwol tagħhom fit-tisħiħ tas-sens ta' appartenenza komuni taċ-ċittadini għall-Unjoni, li jagħti spinta lill-fehim reċiproku u jistimula d-djalogu interkulturali;

Il-protezzjoni konsulari

19.

Jinnota li kważi 7 miljun ċittadin tal-UE bħalissa jgħixu f'pajjiżi barra mill-UE, u li dan in-numru mistenni jiżdied għal mill-inqas 10 miljuni sal-2020;

20.

Iqis li d-dritt għal protezzjoni konsulari huwa ta' benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE kollha, u jfakkar li d-Direttiva tal-Kunsill(UE) 2015/637 dwar il-protezzjoni konsulari tinterpreta l-protezzjoni konsulari fl-aktar sens wiesa' possibbli, jiġifieri bħala kwalunkwe tip ta' assistenza konsulari; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni dwar dawk id-drittijiet għadha limitata;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/637 u tniedi proċedimenti ta' ksur fejn applikabbli; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw protokolli ta' emerġenza, billi jqisu ċ-ċittadini mhux rappreżentati, sabiex jittejbu l-komunikazzjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza f'koordinazzjoni ma' rappreżentanzi ta' Stati Membri u delegazzjonijiet tal-UE oħra; ifakkar fit-talba li għamel żmien twil ilu għat-tisħiħ tar-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi u jenfasizza l-valur miżjud mogħti min-netwerk diplomatiku tal-UE preżenti fil-post;

Petizzjoni lill-Parlament Ewropew u lment lill-Ombudsman Ewropew

22.

Jenfasizza l-importanza tad-dritt għal petizzjoni, kif stipulat mill-Artikolu 227 tat-TFUE u mill-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, rispettivament, u d-dritt li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman kif minqux fl-Artikolu 228 tat-TFUE u fl-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; ifaħħar il-ħidma tal-Ombudsman Ewropew fil-ġlieda kontra l-amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet, fil-korpi u fl-aġenziji tal-Unjoni, u b'mod partikolari fil-qasam tat-trasparenza; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza għal funzjonament demokratiku u parteċipazzjoni demokratika xierqa fi ħdan l-Unjoni li jiġġeneraw il-fiduċja fost iċ-ċittadini; japprova f'dan ir-rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fir-Rapport Speċjali reċenti tagħha dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill;

Rakkomandazzjonijiet

23.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżerċita l-prerogattivi tagħha skont l-Artikolu 258 tat-TFUE biex titlob lill-QĠUE tiddeċiedi jekk it-tneħħija tad-drittijiet tal-vot minħabba residenza fi Stat Membru tal-UE ieħor għandhiex titqies bħala ksur tal-libertà ta' moviment u residenza; jistieden għal darb'oħra lill-Istati Membri jimplimentaw il-Kodiċi ta' Prattika Tajba fi Kwistjonijiet Elettorali tal-Kummissjoni ta' Venezja, inkluża l-abolizzjoni tat-tneħħija tad-drittijiet għall-vot tal-espatrijati fl-elezzjonijiet għall-parlamenti nazzjonali;

24.

Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25 tat-TFUE, testendi d-drittijiet elenkati fl-Artikolu 20(2) tat-TFUE sabiex tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jagħżlu jekk jivvutawx fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza jew tar-residenza tagħhom u li dan jiġi estiż biex jinkludi l-elezzjonijiet kollha, f'konformità mal-possibbiltajiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu għodod tad-demokrazija elettronika fil-livell lokali u nazzjonali, u jintegrawhom b'mod xieraq fil-proċess politiku, billi jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni demokratika kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għar-residenti;

26.

Iqis li r-reviżjoni tal-qafas legali li jirregola l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) tippreżenta opportunità biex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-UE billi l-istrument isir inqas burokratiku u aktar aċċessibbli;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa prattiki aktar robusti fir-rigward tas-segwitu politiku u legali mogħti lill-ECIs ta' suċċess;

28.

Jinsisti fuq aktar riżorsi investiti fil-ħolqien ta' programmi u inizjattivi addizzjonali, u fuq l-istess ħolqien, li għandhom l-għan li jrawmu spazju pubbliku Ewropew fejn it-tgawdija tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, il-benessri soċjali u t-twettiq tal-valuri Ewropej isiru l-mudell għall-identità taċ-ċittadini; jilqa' l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri bħala eżempju siewi tal-appoġġ attiv tal-Unjoni għall-valuri u d-drittijiet tagħha li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE u minquxa fit-Trattati, inkluż permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu u jipproteġu dawn id-drittijiet u l-valuri; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm il-baġit kurrenti għall-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri; jopponi bil-qawwa t-tnaqqis fid-daqs tiegħu fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid għall-2021-2027 kif propost mill-Kummissjoni;

29.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-partiti politiċi Ewropej u lill-membri tal-partit tagħhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata bejn is-sessi ta' kandidati permezz ta' zipped lists jew metodi ekwivalenti oħrajn;

30.

Jipproponi li l-viżibbiltà tal-uffiċċji Europe Direct tiżdied b'mod sinifikanti; jissottolinja li dawn l-uffiċċji għandhom joperaw bħala intermedjarji li jikkooperaw mal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri u s-soċjetà ċivili (inklużi trejdunjins, assoċjazzjonijiet kummerċjali u korpi pubbliċi u privati) biex jinfurmaw b'mod attiv liċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, u jrawmu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell lokali fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-entitajiet fil-livell reġjonali u lokali biex jikkooperaw b'mod attiv ma' dawn l-uffiċċji; jissottolinja l-fatt li dawn l-uffiċċji għandhom joħolqu sinerġiji ma' programmi bħal “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li dawn l-uffiċċji jiċċentralizzaw l-informazzjoni rilevanti li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE; jemmen li s-servizz SOLVIT għandu jiġi integrat ulterjorment u jaġixxi b'mod aktar effettiv fil-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE qabel ma dawn tal-aħħar ifittxu xi rimedju ġudizzjarju jew amministrattiv;

31.

F'dan is-sens, jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta li ssaħħaħ kemm ir-rwol tal-Uffiċċji Europe Direct, kif ukoll l-eżerċizzju taċ-ċittadinanza tal-UE li tibni fuq id-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/54/UE, inklużi d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għal protezzjoni mid-diskriminazzjoni, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot tagħhom skont l-Artikolu 22 tat-TFUE, u d-drittijiet tagħhom ta' moviment liberu skont l-Artikolu 21 tat-TFUE u d-Direttiva 2004/38/KE, u d-dritt għal-libertà ta' moviment li jgawdu l-membri tal-familji tagħhom;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'mod sistematiku fir-rigward tal-ksur tad-Direttiva 2004/38/KE mill-Istati Membri u jitlob li l-gwida tal-UE għall-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni li taffettwa liċ-ċittadini tal-UE tiġi mġedda sabiex tinkludi l-iżviluppi reċenti mill-QĠUE, u b'hekk jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni jkun effettiv bis-sħiħ;

33.

Jitlob għall-implimentazzjoni konsistenti tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-UE, b'mod partikolari meta tiġi adottata leġiżlazzjoni jew meta jiġu implimentati politiki marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;

34.

Ifakkar li l-Parlament ilu mill-2014, u f'okkażjonijiet varji, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li kwalunkwe skema nazzjonali li tinvolvi l-bejgħ dirett jew indirett taċ-ċittadinanza tal-UE ddgħajjef il-kunċett proprju taċ-ċittadinanza Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja tali skemi u tipproduċi rapport dwar l-iskemi nazzjonali li jagħtu ċ-ċittadinanza tal-UE lill-investituri, kif ġie previst fir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza; tal-2017

35.

Jiddispjaċih li r-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-2017 tal-Kummissjoni ma jagħmel l-ebda referenza għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt ta' petizzjoni, id-dritt li wieħed jirrikorri għand l-Ombudsman Ewropew, id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti jew id-dritt ta' appoġġ għal ECI; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni sħiħa lid-dispożizzjonijiet tal-Karta u tindirizza dawn in-nuqqasijiet fl-evalwazzjoni li jmiss;

36.

Jissottolinja li għadd dejjem akbar ta' ċittadini Ewropej sofrew attakki terroristiċi f'pajjiż li mhuwiex pajjiżhom, u għalhekk jitlob b'urġenza li jiġu stabbiliti protokolli fl-Istati Membri sabiex, f'każ ta' attakk terroristiku, jiġu megħjuna ċ-ċittadini Ewropej ta' pajjiż ieħor, f'konformità mad-Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

37.

Jipproponi lill-Istati Membri li huma jistabbilixxu vaganza pubblika Ewropea fid-9 ta' Mejju sabiex jissaħħaħ is-sens ta' appartenenza Ewropew u jinħoloq spazju għal movimenti u attivitajiet ċiviċi;

38.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposta għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament dwar mekkaniżmu tal-UE rigward id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

39.

Jemmen b'mod qawwi li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni huwa pedament taċ-ċittadinanza Ewropea u huwa kemm prinċipju ġenerali kif ukoll valur fundamentali tal-liġi tal-UE skont l-Artikolu 2 tat-TUE; iħeġġeġ lill-Kunsill jikkonkludi l-adozzjoni tad-Direttiva orizzontali tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, sabiex jiġu żgurati aktar id-drittijiet fundamentali fi ħdan l-Unjoni permezz tal-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni konkreta tal-UE li timplimenta bis-sħiħ l-Artikoli 18 u 19 tat-TFUE f'approċċ orizzontali; jiddispjaċih dwar il-fatt li d-Direttiva Kontra d-Diskriminazzjoni għadha imblukkata mill-Kunsill, deċennju wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni;

40.

Jinnota l-obbligu, stabbilit fit-Trattati, ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB); jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tiffinalizza l-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB, u għall-adeżjoni mal-Karta Soċjali Ewropea;

41.

Jenfasizza li edukazzjoni ċivika ta' kwalità għall-etajiet kollha (formali u informali) hija kruċjali għall-eżerċizzju kunfidenti tad-drittijiet demokratiċi taċ-ċittadini u l-funzjonament xieraq ta' soċjetà demokratika; jinnota li huwa biss l-isforz edukattiv kontinwu li jista' jiżgura parteċipazzjoni akbar fl-elezzjonijiet fil-livell Ewropew u jsaħħaħ il-fehim interkulturali u s-solidarjetà fl-Ewropa, kif ukoll jegħleb id-diskriminazzjoni, il-preġudizzju u l-inugwaljanza bejn is-sessi; jirrakkomanda l-użu tal-Artikoli 165, 166 u 167 tat-TFUE bħala bażi ġuridika għall-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-politiki tal-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u ż-żgħażagħ;

42.

Ifakkar fil-kontribut tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew “għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni” (l-Artikolu 10(4) tat-TUE); jitlob, għalhekk, li ċ-ċittadini individwali tal-UE jingħataw l-opportunità li japplikaw direttament għal sħubija f'partiti politiċi fil-livell Ewropew;

43.

Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi promossa d-dimensjoni Ewropea tal-elezzjonijiet parlamentari Ewropej bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-ħidma futura potenzjali tal-Parlament billi jiġi eżerċitat id-dritt tiegħu għal inizjattiva leġiżlattiva skont l-Artikolu 225 tat-TFUE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu d-drittijiet taċ-ċittadini fost iċ-ċittadini Ewropej, inklużi dawk relatati mad-drittijiet tal-vot; jissottolinja li informazzjoni aħjar u aktar iffokata dwar il-politiki Ewropej u l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini ttejjeb il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi promossa l-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej billi tiżdied il-viżibbiltà tal-partiti politiċi Ewropej; itenni li l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej hija responsabbiltà kondiviża taċ-ċittadini, l-Istati Membri u l-UE; jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar ir-riforma riċenti tal-liġi elettorali u l-proċess Spitzenkandidat; jissottolinja l-importanza politika u s-simboliżmu ta' din il-figura f'termini ta' tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-UE;

44.

Ifakkar li l-Parlament Ewropew huwa l-parlament tal-Unjoni kollha kemm hi, u li għandu rwol essenzjali biex jiżgura l-leġittimità tal-istituzzjonijiet politiċi tal-UE billi jagħmilhom responsabbli billi jiżgura skrutinju parlamentari xieraq; jinsisti għalhekk, li s-setgħat leġiżlattivi u d-drittijiet ta' kontroll tal-Parlament iridu jiġu ggarantiti, ikkonsolidati u msaħħa;

45.

Ifakkar fil-gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest elettorali u l-komunikazzjoni tagħha tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-iżgurar ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti fl-Ewropa (COM(2018)0637); jitlob li jsir kull sforz sabiex jiġu żgurati elezzjonijiet ħielsa minn kwalunkwe interferenza abbużiva; jissottolinja l-ħtieġa għal politika tal-UE definita sabiex tittratta l-propaganda anti-Ewropea u tindirizza l-informazzjoni falza;

46.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika billi tintensifika d-djalogu tagħha maċ-ċittadini, issaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini dwar ir-rwol tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, u tenfasizza d-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu għall-elezzjoni fil-livell lokali, nazzjonali u Ewropew;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta, f'dan ir-rigward, il-mezzi tax-xandir soċjali u l-għodod diġitali b'enfasi speċjali fuq iż-żieda tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tal-persuni b'diżabbiltà; jitlob l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' għodod ta' demokrazija elettronika, bħalma huma l-pjattaformi online, biex iċ-ċittadini jkunu involuti b'mod aktar dirett fil-ħajja demokratika tal-UE, u b'hekk titrawwem il-parteċipazzjoni tagħhom;

48.

Jappoġġja l-produzzjoni u t-tixrid ta' materjal multimedjali u tal-istampa bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE li jiffukaw fuq it-tisħiħ tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom u t-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jinfurzaw dawn id-drittijiet b'mod effikaċi f'kull Stat Membru;

49.

Iqis li, minħabba l-impatt dejjem akbar tal-midja soċjali fuq il-ħajja taċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom ikomplu jiżviluppaw mekkaniżmi ġodda u politiki pubbliċi mfassla biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-individwi fl-ambjent diġitali; jenfasizza l-ħtieġa ta' kondiviżjoni sigura, ġusta u trasparenti tad-data taċ-ċittadini; jenfasizza li l-midja ħielsa u l-aċċess għal pluralità ta' opinjonijiet huma parti indispensabbli ta' demokrazija b'saħħitha u li l-litteriżmu medjatiku huwa kruċjali u għandu jiġi żviluppat minn età bikrija;

50.

Iħeġġeġ l-użu tal-Artikolu 25 tat-TFUE biex jittieħdu miżuri li jistgħu jiffaċilitaw l-eżerċizzju taċ-ċittadinanza Ewropea ta' kuljum;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 25 tat-TFUE, biex tqis l-iżvilupp tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE fil-leġiżlazzjoni sekondarja u l-ġurisprudenza fir-rapport dwar iċ-Ċittadinanza li jmiss, u biex tipproponi pjan direzzjonali biex tiġbor flimkien dawn l-avvanzi kollha ħalli jitqies b'mod formali l-iżvilupp tal-Unjoni f'dan il-qasam;

52.

Jissottolinja li l-objettiv finali ta' dan l-eżerċizzju, skont il-proċedura tal-Artikolu 25 tat-TFUE, ikun li jittieħdu inizjattivi konkreti favur il-konsolidazzjoni ta' drittijiet u libertajiet speċifiċi għaċ-ċittadini stabbiliti fl-Istatut taċ-Ċittadinanza tal-UE, simili għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, flimkien mad-drittijiet soċjali stabbiliti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-valuri stabbiliti mill-Artikolu 2 tat-TUE bħala elementi li jiddefinixxu l-“ispazju pubbliku” Ewropew, inkluż fost l-oħrajn il-mudell ta' governanza rilevanti għal dak l-ispazju pubbliku, id-dinjità, il-libertà, l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-pluraliżmu, it-tolleranza, il-ġustizzja u s-solidarjetà, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, li jiġu kkunsidrati f'riforma futura jew eventwali tat-Trattati;

o

o o

53.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill,

(1)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(3)  ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3.

(4)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1.

(6)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.

(7)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.

(8)  ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1.

(9)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(10)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 17.

(11)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 117.

(12)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 57.

(13)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 28.

(14)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 98.

(15)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 83.

(16)  Testi adottati, P8_TA(2018)0282.

(17)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 89.

(18)  Testi adottati, P8_TA(2018)0226.

(19)  Testi Adottati, P8_TA(2018)0449.

(20)  Pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Marzu 2011, Gerardo Ruiz Zambrano vs Office national de l'emploi (ONEM), C-34/09, ECLI:EU:C:2011:124, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Marzu 2010, Janko Rottman vs Freistaat Bayern, C-135/08, ECLI:EU:C:2010:104, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Mejju 2011, Shirley McCarthy vs Secretary of State for the Home Department, C-434/09, ECLI:EU:C:2011:277 u s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Novembru 2011, Murat Dereci u OħrajnBundesministerium für Inneres, C-256/11, ECLI:EU:C:2011:734.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/16


P8_TA(2019)0077

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-kooperazzjoni msaħħa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-kooperazzjoni msaħħa (2018/2112(INI))

(2020/C 449/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-kooperazzjoni msaħħa, u b'mod partikolari l-Artikoli 20, 42(6), 44, 45 u 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 82, 83, 86, 87, 187, 188, 326, 327, 328, 329, 330, 331, 332, 333 u 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar forom eżistenti oħra ta' integrazzjoni differenzjata, u b'mod partikolari l-Artikoli 136, 137 u 138 tat-TFUE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-ewro,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG),

wara li kkunsidra l-Protokoll 10 dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Protokoll 14 dwar il-Grupp tal-Euro u l-Protokoll 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2019 dwar l-integrazzjoni differenzjata (5),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 (COM(2017)2025) u l-ħames karti ta' riflessjoni sussegwenti, (COM(2017)0206), (COM(2017)0240), (COM(2017)0291), (COM(2017)0315), (COM(2017)0358),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0038/2019),

A.

billi l-Unjoni għandha interess partikolari fl-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa f'ċerti oqsma ta' kompetenzi mhux esklussivi tal-UE, sabiex tmexxi 'l quddiem il-proġett Ewropew u tiffaċilita l-ħajja taċ-ċittadini;

B.

billi, skont l-Artikolu 20(2) tat-TUE, il-kooperazzjoni msaħħa hija intenzjonata li tkun miżura tal-aħħar istanza, meta l-objettivi ta' tali kooperazzjoni ma jistgħux jintlaħqu fi żmien raġonevoli mill-Unjoni kollha kemm hi;

C.

billi l-kooperazzjoni msaħħa m'għandhiex titqies bħala strument ta' esklużjoni jew ta' diviżjoni tal-Istati Membri, iżda bħala soluzzjoni prammatika għall-avvanz tal-integrazzjoni Ewropea;

D.

billi n-natura sensittiva ta' ċerti oqsma ta' politika tagħmilha diffiċli li tiġi segwita l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, mhux biss minħabba r-rekwiżit ta' unanimità iżda wkoll minħabba l-prattika stabbilita fil-Kunsill li dejjem ifittex kunsens fost l-Istati Membri, anke meta maġġoranza kwalifikata tkun biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni;

E.

billi, għajr għat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, l-inizjattivi kollha ta' integrazzjoni msaħħa setgħu ġew adottati mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata (VMK), kieku din kienet ir-regola applikabbli minflok l-unanimità;

F.

billi jeżistu għadd ta' każijiet ta' sottogruppi ta' Stati Membri li jwettqu kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali bejniethom barra mill-qafas tat-Trattat, pereżempju f'oqsma bħad-difiża; billi l-pressjoni eżerċitata mill-kriżi ekonomika u monetarja biex jittieħdu deċiżjonijiet b'rapidità u biex jingħeleb ir-rekwiżit ta' unanimità f'ċerti oqsma wasslet għall-adozzjoni ta' strumenti intergovernattivi lil hinn mill-qafas legali tal-UE, bħall-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG jew il- “Patt Fiskali”);

G.

billi l-kooperazzjoni msaħħa hija proċedura li permezz tagħha minimu ta' disa' Stati Membri jitħallew jistabbilixxu kooperazzjoni avvanzata f'qasam fi ħdan l-istrutturi tal-UE, iżda mingħajr l-involviment tal-Istati Membri l-oħrajn; billi l-kooperazzjoni msaħħa tippermetti lill-Istati Membri parteċipanti jiksbu għan jew inizjattiva komuni u jegħlbu ffriżar fin-negozjati jew imblukkar minn Stat Membru ieħor jew iktar minn wieħed meta tkun meħtieġa l-unanimità; billi skont l-Artikolu 20(4) tat-TUE l-atti adottati fil-qafas tal-kooperazzjoni msaħħa għandhom jorbtu biss lill-Istati Membri parteċipanti; billi l-kooperazzjoni msaħħa hija limitata għal oqsma li fihom l-UE m'għandhiex kompetenzi esklużivi;

H.

billi skont l-Artikolu 328(1) tat-TFUE, “il-Kummissjoni u l-Istati Membri parteċipanti f'koperazzjoni msaħħa għandhom jassiguraw li jippromwovu l-parteċipazzjoni mill-ikbar għadd possibbli ta' Stati Membri”;

I.

billi l-esperjenza turi li l-kooperazzjoni msaħħa wasslet għal riżultati sodisfaċenti fil-liġi tad-divorzju (6), u toffri prospetti interessanti fir-rigward tar-regoli tar-reġim tal-proprjetà (7), il-privattiva unitarja Ewropea u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

J.

billi l-esperjenzi inizjali tal-kooperazzjoni msaħħa enfasizzaw id-diffikultajiet assoċjati mal-applikazzjoni ta' dan il-kunċett, minħabba d-dispożizzjonijiet limitati disponibbli fit-Trattati dwar l-implimentazzjoni prattika tiegħu u n-nuqqas ta' segwitu suffiċjenti mwettaq mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

K.

billi l-analiżi ta' mudelli federali differenti użati fl-Istati Membri tal-UE u l-federazzjonijiet barra mill-Unjoni żvelat li l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni flessibbli sikwit jintużaw minn entitajiet subfederali f'oqsma ta' interess komuni;

L.

billi mingħajr ir-rikors għal klawsoli passerelle biex tgħaddi mill-unanimità għall-VMK fil-Kunsill, u fin-nuqqas ta' riforma profonda tat-Trattati, jidher possibbli li fil-futur, l-Istati Membri jkollhom jirrikorru għad-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni msaħħa sabiex jindirizzaw problemi komuni u jilħqu għanijiet komuni;

M.

billi huwa importanti għall-applikazzjoni bla xkiel tal-kooperazzjoni msaħħa li tiġi stabbilita lista ta' mistoqsijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati u li jiġi pprovdut pjan direzzjonali għall-funzjonament effettiv tal-kooperazzjoni msaħħa fl-ittra u fl-ispirtu tat-Trattati;

Osservazzjonijiet prinċipali

1.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa toffri soluzzjoni għal problema komuni, billi tieħu vantaġġ mill-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u b'hekk tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi għall-Istati Membri parteċipanti, xorta waħda ma eliminatx għalkollox il-ħtieġa ta' rikors għal forom ta' soluzzjonijiet ta' sottogruppi intergovernattivi barra mit-Trattati, li għandhom impatt negattiv fuq kemm huwa applikat b'mod konsistenti l-qafas legali tal-UE u għalhekk iwasslu għal nuqqas ta' skutinju demokratiku xieraq;

2.

Jemmen li l-qafas istituzzjonali uniku tal-UE għandu jiġi ppreservat sabiex jinkisbu l-objettivi komuni tagħha u jiġi ggarantit il-prinċipju ta' ugwaljanza taċ-ċittadini kollha; jinsisti li għandu jinżamm il-metodu Komunitarju jew tal-Unjoni;

3.

Jenfasizza li għall-kuntrarju tat-Trattati intergovernattivi, il-kooperazzjoni msaħħa tipprovdi għodda għas-soluzzjoni tal-problemi li mhux biss hija legali iżda hija wkoll konvenjenti, għax hi bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u topera fi ħdan l-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni;

4.

Jirrimarka li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa, minħabba n-natura tagħha ta' miżura tal-aħħar istanza, ma ntużatx b'mod estensiv mill-bidu tagħha fit-Trattat ta' Amsterdam, jidher li qed issir aktar importanti u tagħti riżultati tanġibbli;

5.

Jinnota li, abbażi tal-esperjenza eżistenti, il-kooperazzjoni msaħħa sikwit titfaċċa f'oqsma regolati minn proċedura leġiżlattiva speċjali li teħtieġ l-unanimità, u b'mod predominanti intużat fil-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni;

6.

Jirrimarka li s'issa, il-proċedura għall-bidu u l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa kienet pjuttost twila, partikolarment minħabba d-definizzjoni mhux ċara ta' perjodu raġonevoli biex jiġi aċċertat li l-limitu ta' voti meħtieġ ma jistax jintlaħaq u n-nuqqas ta' rieda politika b'saħħitha biex timxi 'l quddiem b'rata aktar mgħaġġla;

7.

Jinnota li n-nuqqas ta' linji gwida operattivi ċari għall-ħolqien u l-amministrazzjoni ta' kooperazzjoni msaħħa, pereżempju l-liġi applikabbli għall-istituzzjonijiet komuni jew proċeduri għall-irtirar minn kooperazzjoni li diġà teżisti, seta' għamel il-konklużjoni ta' kooperazzjoni msaħħa inqas probabbli;

8.

Ifakkar li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa tibbenefika mill-ordinament istituzzjonali u ġuridiku tal-Unjoni, l-integrazzjoni awtomatika tagħha fl-acquis mhijiex prevista;

9.

Jemmen li għalkemm il-kooperazzjoni msaħħa hija meqjusa bħala t-tieni l-aħjar xenarju, xorta waħda għadha għodda vijabbli biex jissolvew il-problemi fil-livell tal-Unjoni u għodda biex jingħelbu wħud mis-sitwazzjonijiet ta' staġnar istituzzjonali;

10.

Huwa tal-opinjoni li l-istess sett ta' mistoqsijiet jeħtieġ li jitwieġbu sabiex il-kooperazzjoni msaħħa tiġi implimentata u organizzata b'mod effettiv, irrispettivament mill-qasam ta' politika li tikkonċerna jew il-forma li tieħu;

Rakkomandazzjonijiet

11.

Jipproponi, għalhekk, li jeħtieġ li jitwieġbu għadd ta' mistoqsijiet u li jiġi segwit pjan direzzjonali kif stabbilit hawn taħt sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta' kooperazzjoni msaħħa;

Proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet

12.

Jirrimarka li l-ispinta politiku għall-kooperazzjoni msaħħa għandha tiġi mill-Istati Membri, iżda d-diskussjonijiet dwar il-kontenut tagħha għandhom ikunu bbażati fuq proposta tal-Kummissjoni;

13.

Ifakkar li l-Artikolu 225 tat-TFUE jagħti lill-Parlament id-dritt ta' inizjattiva kważi leġiżlattiva, li għandha tiġi interpretata bħala l-possibbiltà għall-Parlament li jagħti bidu għal kooperazzjoni msaħħa abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni li ma jirnexxilhiex tilħaq ftehim permezz tal-proċedura regolari tat-teħid tad-deċiżjonijiet fi ħdan il-mandat ta' żewġ presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill;

14.

Jemmen li l-objettivi ta' każ ta' kooperazzjoni għandhom jitqiesu li ma jistgħux jintlaħqu mill-Unjoni kollha kemm hi, f'konformità mar-rekwiżit fl-Artikolu 20 tat-TUE, jekk matul perjodu li jkopri żewġ presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill, ma jkun sar l-ebda progress sostanzjali fil-Kunsill;

15.

Jirrakkomanda li t-talbiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq objettivi li huma tal-inqas ambizzjużi daqs dawk ippreżentati mill-Kummissjoni, qabel ma jiġi stabbilit li l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu mill-Unjoni kollha kemm hi f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

16.

Jirrakkomanda bil-qawwa li l-klawsola passerelle speċjali minquxa fl-Artikolu 333 tat-TFUE tiġi attivata biex tinbidel minn unanimità għal VMK, u minn proċedura leġiżlattiva speċjali għal waħda ordinarja, immedjatament wara li l-Kunsill japprova ftehim dwar il-bidu ta' kooperazzjoni msaħħa, sabiex jiġu evitati imblokki ġodda jekk l-għadd ta' Stati Membri parteċipanti jkun sinifikanti;

17.

Iqis li huwa meħtieġ li d-deċiżjoni li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa għandha tispeċifika l-qafas għar-relazzjonijiet mal-Istati Membri li ma jipparteċipawx; iqis li l-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'tali kooperazzjoni msaħħa għandhom madankollu jkunu involuti bis-sħiħ fid-deliberazzjonijiet dwar is-suġġett ta' din il-kooperazzjoni msaħħa;

18.

Ifakkar li kemm il-Kummissjoni kif ukoll is-segretarjati tal-Kunsill għandhom rwol importanti fl-iżgurar li l-Istati Membri li ma jipparteċipawx f'kooperazzjoni msaħħa ma jitħallewx barra b'mod li jrendi diffiċli l-parteċipazzjoni tagħhom fi stadju aktar tard;

Amministrazzjoni

19.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fl-istadji kollha ta' kooperazzjoni msaħħa mill-proposta permezz tad-deliberazzjonijiet sal-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa;

20.

Jafferma li l-unità tal-istituzzjonijiet tal-UE għandha tinżamm u li l-kooperazzjoni msaħħa m'għandhiex twassal għall-ħolqien ta' arranġamenti istituzzjonali paralleli, iżda tista' tippermetti li jiġu stabbiliti korpi speċifiċi fejn xieraq fi ħdan il-qafas legali tal-UE u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi u r-rwol tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni;

Skrutinju Parlamentari

21.

Ifakkar li l-Parlament huwa responsabbli għall-kontroll parlamentari tal-kooperazzjoni msaħħa; jitlob involviment aktar b'saħħtu mill-parlamenti nazzjonali, u f'dawk l-Istati Membri fejn dan ikun rilevanti, mill-parlamenti reġjonali, flimkien mal-Parlament Ewropew fl-iskrutinju demokratiku tal-kooperazzjoni msaħħa jekk tikkonċerna oqsma ta' politika ta' kompetenza kondiviża; jenfasizza l-possibbiltà li jiġi stabbilit forum interparlamentari simili, pereżempju, għall-Konferenza Interparlamentari fis-sens tal-Artikolu 13 tat-TSKG u l-Konferenza Interparlamentari għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), fejn ikun meħtieġ u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Parlament;

22.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri li jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa jinkludu dawk ir-reġjuni li għandhom setgħat leġiżlattivi fi kwistjonijiet li jaffettwawhom, bil-ħsieb li tiġi rispettata d-diviżjoni interna tas-setgħat u tissaħħaħ il-leġittimità soċjali ta' tali kooperazzjoni msaħħa;

23.

Jirrakkomanda li l-Parlament ikollu rwol aktar b'saħħtu fil-kooperazzjoni msaħħa billi jissuġġerixxi lill-Kummissjoni forom ġodda ta' kooperazzjoni permezz tal-Artikolu 225 tat-TFUE, u permezz ta' proposti ta' monitoraġġ jew kooperazzjoni eżistenti; jesprimi l-konvinzjoni li l-Parlament għandu jkun involut f'kull stadju tal-proċedura, aktar milli sempliċiment ikun mistenni jagħti l-approvazzjoni tiegħu, u li għandu jirċievi rapporti regolari u jkun jista' jikkummenta dwar l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni msaħħa;

24.

Jistieden lill-Kunsill jimpenja ruħu mal-Parlament fi proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa futura possibbli qabel it-talba għall-approvazzjoni tal-Parlament dwar it-test finali, sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni massima bejn il-koleġiżlaturi tal-Unjoni;

25.

Jiddispjaċih, madankollu, li minkejja l-approċċ kostruttiv u meqjus tal-Parlament għall-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa, il-Kunsill ma tantx wera interess li jinvolvi ruħu formalment mal-Parlament qabel ma ssir it-talba għall-approvazzjoni tal-Parlament dwar it-test innegozjat finali;

26.

Iqis li huwa neċessarju li l-Parlament itejjeb l-organizzazzjoni interna tiegħu fir-rigward tal-kooperazzjoni msaħħa; jemmen, għal dan l-għan, li kull każ ta' kooperazzjoni msaħħa għandu jiġi segwit mill-kumitat permanenti rilevanti u jirrakkomanda li r-regoli ta' proċedura tal-Parlament għandhom għalhekk jawtorizzaw it-twaqqif ta' sottokumitati ad hoc li fihom is-sħubija sħiħa tingħata primarjament lil dawk il-Membri tal-PE eletti fl-Istati Membri li qed jipparteċipaw f'tali kooperazzjoni msaħħa;

Baġit

27.

Huwa tal-fehma li n-nefqa operattiva marbuta mal-kooperazzjoni msaħħa għandha titħallas mill-Istati Membri parteċipanti, u jekk din l-ispiża tinġarr mill-baġit tal-UE, l-Istati Membri mhux parteċipanti għandhom jiġu rimborżati, sakemm il-Kunsill, wara konsultazzjoni mal-Parlament, ma jiddeċidix, skont l-Artikolu 332 tat-TFUE li tali kooperazzjoni għandha tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-UE, u b'hekk din in-nefqa ssir parti minn dan tal-aħħar u għalhekk tkun soġġetta għall-proċedura baġitarja annwali;

28.

Iqis li jekk l-attività regolata mill-kooperazzjoni msaħħa tiġġenera dħul, dan id-dħul għandu jiġi assenjat biex ikopri n-nefqa operattiva marbuta mal-kooperazzjoni msaħħa;

Ġurisdizzjoni

29.

Jemmen li l-kooperazzjoni msaħħa għandha taqa' taħt il-ġurisdizzjoni diretta tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi stabbilita proċedura ta' arbitraġġ jew qorti ta' prim'istanza għas-soluzzjoni ta' tilwim li tista' tkun meħtieġa għall-funzjonament ta' każ partikolari ta' kooperazzjoni msaħħa, sakemm it-Trattat ma jipprevedix mod ieħor, li f'dan il-każ għandu jiġi indikat fl-att legali li jistabbilixxi l-kooperazzjoni msaħħa;

30.

Jirrimarka li jekk każ ta' kooperazzjoni msaħħa jirrikjedi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' arbitraġġ speċjali jew qorti speċjali, il-korp ta' arbitraġġ finali dejjem għandu jkun il-QĠUE;

Aġġustamenti għall-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni

31.

Jipproponi l-ħolqien ta' unità speċjali tal-kooperazzjoni msaħħa fil-Kummissjoni, taħt it-tmexxija ta' Kummissarju responsabbli għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, biex tikkoordina u tissimplifika l-istabbiliment istituzzjonali ta' inizjattivi ta' kooperazzjoni msaħħa;

32.

Iqis li huwa neċessarju li r-rwol tas-segretarjati kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Kunsill ikun aktar proattiv fil-kuntest tal-kooperazzjoni msaħħa, u għalhekk jipproponi li huma jfittxu b'mod attiv, flimkien mal-Kumitat tar-Reġjuni u, b'mod partikolari, mal-pjattaforma tiegħu tar-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT), oqsma fejn il-kooperazzjoni msaħħa tista' tkun utli għall-avvanz tal-proġett Ewropew jew oqsma li jmissu ma' forom eżistenti ta' kooperazzjoni msaħħa sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet jew il-kontradizzjonijiet;

Irtirar jew tkeċċija ta' Stati Membri

33.

Jirrimarka li m'hemm l-ebda dispożizzjoni fit-Trattati dwar il-possibbiltajiet għall-Istati Membri li jirtiraw, jew li jiġu mkeċċija, minn każijiet eżistenti ta' kooperazzjoni msaħħa, bl-eċċezzjoni tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO);

34.

Jemmen li għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari fil-każijiet kollha ta' kooperazzjoni msaħħa dwar l-irtirar ta' Stat Membru li ma jkunx jixtieq ikompli jipparteċipa u dwar it-tkeċċija ta' Stat Membru li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-kooperazzjoni msaħħa; jirrakkomanda li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-irtirar jew it-tkeċċija possibbli ta' Stat Membru għandhom jiġu speċifikati fl-att li jistabbilixxi l-kooperazzjoni msaħħa;

Rakkomandazzjonijiet għall-evoluzzjoni futura tal-kooperazzjoni msaħħa

35.

Iqis li jeħtieġ li titfassal proċedura għall-awtorizzazzjoni rapida tal-kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma ta' interess politiku kbir, li għandha titwettaq f'perjodu ta' żmien iqsar mit-tul ta' żewġ presidenzi konsekuttivi tal-Kunsill;

36.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa biex jaħdmu biex il-kooperazzjoni msaħħa tiġi integrata fl-acquis communautaire;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regolament, abbażi tal-Artikolu 175, it-tielet subparagrafu, jew l-Artikolu 352 tat-TFUE, sabiex tissimplifika u tgħaqqad il-qafas legali rilevanti għall-kooperazzjoni msaħħa (pereżempju, il-prinċipji ta' gwida dwar il-liġi applikabbli għall-istituzzjonijiet komuni jew l-irtirar ta' Membru), u b'hekk tiġi ffaċilitata l-konklużjoni ta' tali kooperazzjoni;

38.

Jissuġġerixxi li r-reviżjoni li jmiss tat-Trattati għandha tesplora l-possibbiltà li reġjuni jew entitajiet subnazzjonali jkollhom rwol fil-kooperazzjoni msaħħa meta din tal-aħħar tkun relatata ma' qasam ta' kompetenza esklużiva tal-livell inkwistjoni, b'rispett xieraq għall-kostituzzjonijiet nazzjonali;

o

o o

39.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(2)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(3)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 235.

(4)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 125.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2019)0044.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta' Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, ĠU L 343, 29.12.2010, p. 10.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 tal-24 ta' Ġunju 2016 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet f'materji ta' reġimi ta' proprjetà matrimonjali, ĠU L 183, 8.7.2016, p. 1.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/22


P8_TA(2019)0078

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-setgħa ta' kontroll politiku tal-Parlament fuq il-Kummissjoni (2018/2113(INI))

(2020/C 449/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar is-sorveljanza politika tal-Parlament Ewropew fuq il-Kummissjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 14, 17 u 25 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 121, 159, 161, 175, 190, 225, 226, 230, 233, 234, 249, 290, 291, 319 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 17 tat-TUE, li jafda f'idejn il-Kummissjoni l-promozzjoni tal-interess ġenerali tal-Unjoni u monopolju fuq it-teħid ta' inizjattivi “għal dak l-għan”,

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim interistituzzjonali (FII) dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tal-2016 u l-ftehim interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba tal-2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2018 dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, u b'mod speċjali l-paragrafi 2 u 8 tiegħu, li jerġgħu jaffermaw b'mod ulterjuri li l-proċess ta' Spitzenkandidaten huwa prattika kostituzzjonali u politika ta' suċċess li tirrifletti l-bilanċ interistituzzjonali previst fit-Trattati (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta' April 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew u li jibdel id-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (4), u n-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin;

wara li kkunsidra r-rapport tal-Ombudsman Ewropew dwar il-Laqgħat u l-Ispezzjoni tad-Dokumenti – Ilmenti Konġunti 488/2018/KR u 514/2018/KR dwar il-ħatra mill-Kummissjoni ta' Segretarju Ġenerali ġdid, u r-rakkomandazzjoni tagħha dwar dawn il-każijiet,

wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tiegħu, inkluż l-Artikolu 52, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0033/2019),

A.

billi l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni kif minqux fit-Trattati jikkonferixxi lill-Parlament, bħala korp leġiżlattiv tal-Unjoni, ir-responsabbiltà tas-sorveljanza politika fuq il-Kummissjoni;

B.

billi l-Parlament għandu għad-dispożizzjoni tiegħu sett ta' strumenti li jżommu lill-Kummissjoni responsabbli, bħal pereżempju l-mozzjoni ta' ċensura (l-Artikoli 17 tat-TUE u 234 tat-TFUE), il-ħila li jitlob lill-President tal-Kummissjoni jirtira l-fiduċja tiegħu f'membru individwali tal-Kummissjoni (l-Artikolu 118(10) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament), id-dritt ta' inkjesta (l-Artikolu 226 tal-TFUE), il-kompetenza ta' skrutinju fuq l-atti delegati u ta' implimentazzjoni (l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE), id-dritt li jagħmel mistoqsijiet orali u bil-miktub (l-Artikolu 230(2) tat-TFUE), u d-dritt li jibda proċedimenti legali kontra l-Kummissjoni dwar kwistjoni ta' legalità (l-Artikolu 263 tat-TFUE) jew fil-każ ta' nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni;

C.

billi, apparti dawk l-istrumenti, il-Parlament għandu firxa ta' għodod għas-sorveljanza, li bis-saħħa tagħhom jista' jfassal b'mod proattiv l-aġenda politika Ewropea;

D.

billi l-baġit huwa l-aktar għodda importanti tal-Unjoni Ewropea għall-kisba tal-objettivi u l-istrateġiji tagħha, u għalhekk il-kontroll baġitarju huwa tal-akbar importanza;

E.

billi l-proċess ta' Spitzenkandidaten jirrifletti l-bilanċ interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kummissjoni, u b'hekk ikkonsolida u saħħaħ b'mod sostanzjali r-rabta bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, u dan wassal għal politiċizzazzjoni akbar tal-Kummissjoni, li għandha tissarraf f'aktar skrutinju parlamentari tal-funzjonijiet eżekuttivi tagħha;

F.

billi l-Artikolu 17 tat-TUE jipprevedi li l-President tal-Kummissjoni jiġi elett mill-Parlament fuq proposta mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern tal-UE, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej u l-konsultazzjonijiet mal-Parlament; billi l-Artikolu 17 tat-TUE jipprevedi wkoll li l-istess proċedura għandha tiġi segwita f'każ li l-Parlament jirrifjuta l-kandidat propost, inkluża l-konsultazzjoni tal-Parlament;

G.

billi l-kummissarji nnominati huma soġġetti għal seduta ta' smigħ qabel l-investitura tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, u billi matul il-mandat tiegħu l-Parlament jista' jagħmel rieżami tal-impenji u l-prijoritajiet espressi mill-kummissarji nnominati waqt is-seduti ta' smigħ tal-ħatra tagħhom, inkluża evalwazzjoni ta' jekk l-isfondi personali tagħhom jikkwalifikawhomx biex iwettqu r-rekwiżiti tal-kariga;

H.

billi t-Trattati jagħtu lill-Parlament id-dritt li jivvota fuq mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni kollha kemm hi iżda mhux li jirtira l-fiduċja f'Kummissarju individwali;

I.

billi minkejja r-responsabbiltà kollettiva tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, il-Parlament għandu jiżgura sorveljanza politika effettiva tal-ħidma individwali ta' kull Kummissarju;

J.

billi l-ħatra reċenti tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Kummissjoni qajmet tħassib serju dwar ir-rwol u l-influwenza politika eżerċitata mill-uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni;

K.

billi meta jinħatru l-President il-ġdid tal-Kummissjoni u l-Kummissarji l-ġodda fl-2019 għandha tintuża proċedura ġdida u li tosserva r-regoli biex timtela l-kariga tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni;

L.

billi l-Kummissjoni għandha obbligi legali msejsa fuq it-Trattati li tirrapporta regolarment lill-Parlament: kull sena dwar l-attivitajiet ġenerali tal-Unjoni (l-Artikolu 249 tat-TFUE); kull tliet snin dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' nondiskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni (l-Artikolu 25 tat-TFUE); dwar ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali fil-politika ekonomika (l-Artikolu 121(5) tat-TFUE); kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fil-politika soċjali (l-Artikoli 159 u 161 tat-TFUE); kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fil-politika soċjali (l-Artikoli 159 u 175 tat-TFUE); kull sena dwar l-attivitajiet ta' riċerka fl-Unjoni (l-Artikoli 190 tat-TFUE); kull sena dwar il-ġlieda kontra l-frodi (l-Artikolu 325 tat-TFUE); u meta jsiru negozjati ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali (l-Artikolu 207 tat-TFUE);

M.

billi, barra minn hekk, f'dak li għandu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni sekondarja, il-Kummissjoni għandha struzzjonijiet biex tagħmel rieżami u tevalwa diversi direttivi u regolamenti, u tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha;

N.

billi bl-adozzjoni tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament kiseb influwenza addizzjonali fit-tfassil tal-aġenda leġiżlattiva kif propost mill-Kummissjoni kull sena fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni

O.

billi mill-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona l-Parlament sar koleġiżlatur ġenwin fil-qasam baġitarju u għandu r-responsabbiltà li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

P.

billi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona l-Parlament wessa' l-influwenza tiegħu fuq l-iskrutinju tal-politiki esterni tal-UE, billi kiseb is-setgħa ta' approvazzjoni fuq il-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali u, għalhekk, id-dritt li jkun infurmat immedjatament u għalkollox mill-Kummissjoni fl-istadji kollha tan-negozjati ta' tali ftehimiet (l-Artikolu 218 tat-TFUE, l-Artikolu 50 tat-TUE);

Q.

billi l-kundizzjonijiet li bihom saru n-negozjati mar-Renju Unit dwar il-ħruġ tiegħu mill-Unjoni Ewropea kienu eżemplari f'termini tat-trasparenza tagħhom u tal-involviment tal-Parlament;

R.

billi l-livell tad-drittijiet ta' skrutinju tal-Parlament ivarjaw ħafna bejn l-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni; billi l-Parlament għandu d-dritt ta' veto fuq att delegat u/jew li jirrevoka d-delega, iżda fil-każ ta' atti ta' implimentazzjoni, l-involviment tiegħu mhuwiex daqstant wiesa';

S.

billi l-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni u n-nuqqas ta' definizzjoni preċiża tal-eżekuttiv fit-Trattati jagħmlu l-kunċett tal-eżekuttiv tal-UE kumpless u mferrex fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali;

T.

billi kooperazzjoni aktar qawwi bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali u reġjonali, skont il-kompetenzi kostituzzjonali rispettivi tagħhom u f'konformità mal-Artikolu 10(2) tat-TUE, hi kruċjali biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-kontroll parlamentari tal-funzjonijiet eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

U.

billi t-trasparenza u l-involviment qawwi tal-Parlament fin-negozjati mar-Renju Unit kellhom impatt pożittiv fuq ir-riżultat tagħhom, u ħolqu klima ta' fiduċja u għaqda, u għalhekk għandhom iservu ta' ispirazzjoni għal prattiki ta' negozjati internazzjonali ġejjiena;

Konklużjonijiet prinċipali

1.

Ifakkar li l-iskrutinju fuq il-korpi tal-UE huwa wieħed mir-rwoli ewlenin tal-Parlament Ewropew u li l-obbligu ta' rendikont tal-Kummissjoni lejn il-Parlament huwa prinċipju bażiku tal-funzjonament tal-UE u tal-kontroll demokratiku intern;

2.

Jemmen li l-Parlament mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-istrumenti kollha tiegħu ta' kontroll politiku fuq l-eżekuttiv, għal diversi raġunijiet, li wħud minnhom huma inerenti għall-istruttura istituzzjonali tal-Unjoni u oħrajn huma, pereżempju, ir-riżultati tad-dinamiki interistituzzjonali li qed jinbidlu, li għamlu wħud mill-istrumenti diffiċli biex jiġu applikati jew mhux effettivi biżżejjed;

3.

Jirrikonoxxi l-potenzjal u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-proċess ta' Spitzenkandidaten, fejn iċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom vuċi diretta fl-għażla tal-President tal-Kummissjoni permezz ta' votazzjoni għal lista mmexxija mill-kandidat preferut tagħhom; għalhekk jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija ta' din il-prattika għall-elezzjonijiet Ewropej futuri, u jħeġġeġ lill-forzi politiċi kollha jipparteċipaw f'dan il-proċess;

4.

Ifakkar li r-rabta politika aktar b'saħħitha maħluqa bejn il-Parlament u l-Kummissjoni bħala riżultat tal-proċess ta' Spitzenkandidaten m'għandhiex tagħmel lill-Kummissjoni soġġetta għal sorveljanza parlamentari anqas stretta;

5.

Ifakkar li l-intenzjoni tas-soll stabbilit fit-Trattati għal mozzjoni ta' ċensura hi li jiġi ppreservat l-użu effettiv ta' dan l-istrument għal każijiet serji; jirrikonoxxi li, bħal f'ħafna demokraziji parlamentari, il-possibilità ta' mozzjoni ta' ċensura taħdem fil-parti l-kbira bħala deterrent; jipproponi, madankollu, fil-kuntest ta' tibdil fit-Trattati fil-futur, li jiġu studjati possibiltajiet biex is-soll jitnaqqas b'mod imkejjel, filwaqt li jinżamm il-bilanċ istituzzjonali maħsub mit-Trattati;

6.

Jirrimarka li l-politiċizzazzjoni tal-Kummissjoni hija konsegwenza diretta tal-bidliet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona; jinnota li dawn il-bidliet ma jinkludux l-adozzjoni ta' dispożizzjonijiet li jippermettu li kummissarji individwali jinżammu responsabbli/jintalbu jagħtu rendikont;

7.

Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li fi kliem l-Ombudsman, il-Kummissjoni naqset milli tikkonforma la mal-kelma u lanqas mal-ispirtu tar-regoli rilevanti meta ħatret is-Segretarju Ġenerali tagħha;

8.

Jirrimarka li t-Trattati ma jipprovdux definizzjoni ċara tal-eżekuttiv tal-UE u li l-istituzzjonijiet responsabbli jvarjaw bejn id-diversi oqsma ta' politika, skont jekk humiex ikkunsidrati li jappartjenu għall-kompetenzi kondiviżi jew esklużivi tal-Unjoni;

9.

Iqis li huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema leġiżlattiva ġenwinament bikamerali li tinvolvi lill-Kunsill u lill-Parlament, bil-Kummissjoni taġixxi bħala l-eżekuttiv;

10.

Jirrimarka li r-rwol ta' sorveljanza tal-Parlament fir-rigward tal-eżekuttiv huwa kumplimentat b'kompetenzi simili tal-parlamenti nazzjonali fuq l-eżekuttivi tagħhom meta jittrattaw affarijiet Ewropej; huwa tal-fehma li dan l-obbligu ta' rendikont huwa l-element ċentrali tar-rwol tal-kmamar parlamentari nazzjonali fl-Unjoni Ewropea;

11.

Iqis li l-eżerċizzju ta' kontroll mill-Parlament fuq l-eżekuttiv skont l-Artikolu 14 tat-TUE qed jiġi ostakolat, jekk mhux kultant impossibbli, minħabba n-nuqqas ta' katalgu ċar tal-kompetenzi u l-politiki tal-Unjoni u l-attribuzzjoni b'diversi saffi tal-kompetenzi bejn l-eżekuttivi Ewropej, nazzjonali u reġjonali;

12.

Ifakkar li t-Trattati ma jagħtu l-ebda funzjoni leġiżlattiva jew dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva lill-Kunsill Ewropew; jinsab imħasseb li f'dawn l-aħħar snin il-Kunsill Ewropew, kontra l-ispirtu u l-kelma tat-Trattati, ħa għadd ta' deċiżjonijiet politiċi importanti barra mill-qafas tat-Trattat, u b'hekk de facto eskluda dawk id-deċiżjonijiet mis-sorveljanza tal-Parlament u dgħajjef ir-responsabilità demokratika li hija essenzjali fir-rigward ta' politiki Ewropej bħal dawn;

13.

Ifakkar li t-Trattat jipprovdi lill-Parlament setgħat sinifikanti ta' kontroll politiku permezz tal-proċeduri annwali baġitarji u ta' kwittanza;

14.

Ifakkar li l-kwittanza hija proċedura politika annwali li tiggarantixxi kontroll demokratiku ex-post tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni, taħt ir-responsabbiltà tagħha stess u b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

15.

Jirrimarka li l-proċedura ta' kwittanza wriet li hija għodda b'saħħitha u li kellha impatt fuq l-evoluzzjoni tas-sistema baġitarja tal-UE, fuq il-ġestjoni finanzjarja, fuq it-tfassil tal-aġenda u fuq il-mod li bih il-politiki tal-UE huma definiti u implimentati, u li tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir tal-influwenza politika tal-Parlament;

16.

Jisħaq li l-Artikolu 318 tat-TFUE jżid strument ġdid mas-sett ta' għodod tal-kwittanza baġitarja: l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni abbażi tar-riżultati miksuba.

17.

Jinnota bi tħassib li ebda sanzjoni legali reali ma hija disponibbli jekk il-Parlament jiddeċiedi li ma jagħtix il-kwittanza lill-Kummissjoni; iqis, madankollu, li n-nuqqas ta' għoti tal-kwittanza jagħti sinjal politiku qawwi, peress li jimplika li l-Parlament ma għandux kunfidenza biżżejjed fil-kontabilità tal-Kummissjoni, u għalhekk il-Kummissjoni ma għandhiex tibqa' bla reazzjoni iżda tirreaġixxi permezz ta' azzjoni ta' segwitu definittiva mfassla biex ittejjeb is-sitwazzjoni;

18.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li fin-nuqqas ta' kooperazzjoni sinċiera min-naħa tal-Kunsill, mhuwiex possibbli li jiġi skrutinizzat il-baġit tal-Kunsill permezz tal-prattika istituzzjonali ta' kwittanza baġitarja mill-Parlament, u li din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi nuqqas serju ta' konformità mal-obbligi tat-Trattat li jistipulaw li l-Parlament għandu jeżamina l-baġit kollu tal-Unjoni;

19.

Jissuġġerixxi, bil-għan li s-setgħa ta' kontroll baġitarju tal-Parlament tiġi estiża għall-baġit kollu tal-Unjoni, li jiġu varati negozjati bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament sabiex jiġi żgurat li l-Parlament ikollu d-dritt ta' aċċess għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit min-naħa tal-Kunsill, jew direttament jew permezz tal-Kummissjoni, u li l-Kunsill iwieġeb il-mistoqsijiet bil-miktub mill-Parlament u jattendi seduti ta' smigħ u dibattiti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu; huwa tal-fehma li, jekk dawn in-negozjati jfallu, il-Parlament għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni biss u jinkludi, fil-kwittanza ġenerali, riżoluzzjonijiet separati dwar id-diversi istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni, biex b'hekk jiġi żgurat li l-ebda taqsima tal-baġit tal-UE ma tiġi implimentata mingħajr skrutinju xieraq;

20.

Ifakkar li l-istituzzjonijiet għadhom ma wettqux l-impenn tagħhom li jistabbilixxu kriterji għad-delinjazzjoni tal-użu ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni, għalkemm permezz tal-FII dwar tfassil aħjar tal-liġijiet tejbu t-trasparenza tal-proċedura tal-atti delegati;

21.

Ifakkar li skont l-Artikolu 247 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni trid tikkomunika lill-Parlament, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena finanzjarja ta' wara, sett integrat ta' rapporti finanzjarji u l-obbligu ta' rendikont inklużi, b'mod partikolari, il-kontijiet konsolidati finali, ir-rapport annwali ta' ġestjoni u ta' prestazzjoni kif ukoll l-evalwazzjoni fuq il-finanzi tal-Unjoni bbażata fuq ir-riżultati miksuba kif imsemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE; jinsisti li r-rapport annwali tal-ġestjoni u tal-prestazzjoni għandu jinkludi valutazzjoni tal-miżuri preventivi u korrettivi kollha meħuda kontra finanzjament li jisfa vittma ta' korruzzjoni jew kunflitti ta' interess;

Rakkomandazzjonijiet

22.

Jissuġġerixxi li l-istrumenti biex il-Kummissjoni tinżamm responsabbli u dawk għall-orjentazzjoni tal-iskrutinju għandhom ikunu kkombinati sabiex tiġi massimizzata l-effettività tat-tnejn li huma;

23.

Jinsisti li s-setgħat leġiżlattivi u d-drittijiet ta' sorveljanza tal-Parlament għandhom jiġu ggarantiti, ikkonsolidati u msaħħa, fosthom permezz ta' ftehimiet interistituzzjonali u bl-użu tal-bażi legali korrispondenti mill-Kummissjoni;

24.

Iqis li jeħtieġ li l-Parlament jirriforma l-metodi ta' ħidma tiegħu sabiex jissaħħaħ l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu ta' kontroll politiku fuq il-Kummissjoni;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis b'aktar serjetà l-inizjattivi leġiżlattivi varati mill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-TFUE; jistieden lill-President li jmiss tal-Kummissjoni jimpenja ruħu għal dan l-objettiv u jilqa' d-dikjarazzjonijiet rispettivi tas-Spitzenkandidaten f'dan ir-rigward; jixtieq jara aktar inizjattivi jirriżultaw fi proposti leġiżlattivi; ifakkar li skont l-Artikolu 10 tal-FII dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, il-Kummissjoni hija marbuta li tqis minnufih u b'mod dettaljat it-talbiet għal proposti għal atti tal-Unjoni;

26.

Ifaħħar lill-Kummissjoni għas-segwitu pożittiv tagħha għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona;

27.

Iqis li għalkemm il-Parlament m'għandux dritt formali ta' inizjattiva leġiżlattiva taħt it-Trattati attwali, il-possibilità li jingħata d-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva fil-kuntest ta' tibdil fit-Trattati fil-futur għandha titqies b'serjetà;

28.

Jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aqwa prassi fl-iskrutinju parlamentari bejn il-parlamenti nazzjonali, bħall-organizzazzjoni ta' dibattiti regolari bejn il-ministri rispettivi u l-kumitati speċjalizzati fil-parlamenti nazzjonali qabel u wara l-laqgħat tal-Kunsill, u mal-Kummissarji f'ambjent u qafas ta' żmien xierqa, kif ukoll laqgħat bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' skambji regolari ta' uffiċjali tal-istituzzjonijiet u l-persunal tal-gruppi politiċi bejn l-amministrazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u r-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom kompetenzi leġiżlattivi;

29.

Jemmen li l-istabbiliment ta' ġimgħa Ewropea annwali tippermetti lill-MPE u lill-Kummissarji, partikolarment il-Viċi Presidenti inkarigati mir-Raggruppamenti, li jidhru quddiem l-assemblej parlamentari nazzjonali kollha sabiex jiddiskutu u jispjegaw l-aġenda Ewropea flimkien mal-Membri Parlamentari u r-rappreżentanti mis-soċjetà ċivili; jissuġġerixxi li din l-inizjattiva jaf issaħħaħ l-obbligu ta' rendikont demokratiku tal-Kummissjoni meħtieġ mit-Trattat ta' Lisbona;

30.

Jistieden lill-Parlament isaħħaħ il-kapaċità tiegħu għall-iskrutinju tat-tħejjija u tal-implimentazzjoni tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni;

31.

Jilqa' l-isforzi li qed jittieħdu fil-preżent mit-tliet istituzzjonijiet biex jistabbilixxu kriterji ċari biex jiddelinjaw kif għandhom jintużaw l-atti delegati u ta' implimentazzjoni; jitlob li dawn il-kriterji jiġi applikati malajr kemm jista' jkun;

32.

Iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali, kif ukoll lill-parlamenti reġjonali fejn xieraq, biex iżidu l-kapaċità tagħhom li jiskrutinizzaw lill-eżekuttivi tagħhom meta jieħdu deċiżjonijiet jew jipproponu regolamenti sabiex jimplimentaw jew jiddelegaw il-leġiżlazzjoni Ewropea;

33.

Iqis li jeħtieġ, f'bidla futura fit-Trattat, li jiġu mtejba l-istrumenti biex il-kummissarji individwali ikunu obbligati jagħtu rendikont lill-Parlament matul il-mandat tagħhom, billi jiġu żviluppati id-dispożizzjonijiet pjuttost limitati li jeżistu diġà fil-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, f'konformità mal-prinċipju ta' kooperazzjoni ġusta, biex jistabbilixxu djalogu politiku dwar il-proposta tal-Parlament għal regolament dwar id-dritt ta' inkjesta, sabiex il-Parlament jingħata setgħat effettivi li jippermettulu li jeżerċita dan l-istrument parlamentari bażiku ta' kontroll fuq l-eżekuttiv, li hu assolutament indispensabbli fis-sistemi parlamentari mad-dinja kollha;

35.

Jinsab konvint mis-siwi tal-mistoqsijiet parlamentari bħala għodda ta sorveljanza; iqis, għalhekk, li jeħtieġ li ssir valutazzjoni fil-fond tal-kwalità tat-tweġibiet mogħtija mill-Kummissjoni għall-mistoqsijiet tal-Membri kif ukoll tal-kwantità u l-kwalità tal-mistoqsijiet magħmula mill-Membri;

36.

Iqis il-ħin għall-mistoqsijiet bħala element importanti tal-iskrutinju parlamentari fuq l-eżekuttiv; jitlob lill-Konferenza tal-Presidenti biex terġa' ddaħħal il-ħin għall-mistoqsijiet fuq l-aġenda tal-plenarja, b'konformità mal-Artikolu 129 tar-Regoli ta' Proċedura;

37.

Jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-proċeduri amministrattivi tagħha għall-ħatra tas-Segretarju Ġenerali, Diretturi-Ġenerali u Diretturi tagħha, bil-għan li tiżgura għalkollox li jintgħażlu l-aħjar kandidati f'qafas ta' trasparenza massima u opportunitajiet indaqs;

o

o o

38.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(2)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(3)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 89.

(4)  ĠU C 443, 22.12.2017, p. 39.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/28


P8_TA(2019)0079

Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-qafas istituzzjonali tal-UE (2017/2089(INI))

(2020/C 449/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 7, 9, 10, 11, 21, 23 u 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 8, 9, 10, 11, 12, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 67(1), 258, 263, 267 u 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Opinjonijiet u l-Lista ta' Kontroll tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni ta' Venezja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-konformità tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: metodoloġija għal monitoraġġ strett u sistematiku (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità tal-istituzzjonijiet tal-UE (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (7),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2005 bit-titolu “Ir-rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-proposti ta' liġi tal-Kummissjoni – Metodoloġija għal kontroll sistematiku u rigoruż” (COM(2005)0172),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni tal-29 ta' April 2009 dwar it-tħaddim fil-prattika tal-metodoloġija għal monitoraġġ sistematiku u rigoruż tal-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (COM(2009)0205),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata “Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea” (COM(2010)0573),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2011, bit-titolu “Operational Guidance on taking account of Fundamental rights in Commission Impact Assessments” (Gwida Operazzjonali dwar il-kunsiderazzjoni tad-Drittijiet Fundamentali fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt tal-Kummissjoni)(SEC(2011)0567),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bit-titolu “Id-Drittijiet tal-bniedem u demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE – Lejn approċċ aktar effettiv” (COM(2011)0886),

wara li kkunsidra l-“Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija” tal-25 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-20 ta' Jannar 2015 dwar passi metodoloġiċi li għandhom jittieħdu biex tiġi vverifikata l-kompatibilità tad-drittijiet fundamentali fil-korpi preparatorji tal-Kunsill",

wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-korpi preparatorji tal-Kunsill intitolati “kompatibilità mad-drittijiet fundamentali”,

wara li kkunsidra r-rapport tas-seminar tal-Presidenza tal-Kunsill tat-13 ta' Mejju 2016 dwar l-applikazzjoni ta' politika nazzjonali tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2015 dwar l-analiżi tal-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi politiċi marbuta mal-kummerċ,

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,

wara li kkunsidra l-Kollokji Annwali tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-20 ta' Settembru 2016, fil-Kawżi Magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P, Ledra Advertising Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (8),

wara li kkunsidra s-Sentenza tal-QĠUE tas-6 ta' Novembru 2018, fil-Kawżi Magħquda C-569/16 u C-570/16, Stadt Wuppertal vs Maria Elisabeth BauerVolker Willmeroth vs Martina Broßonn (9),

wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/13 tal-QĠUE tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (10),

wara li kkunsidra l-Opinjoni 4/2018 tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tat-24 ta' Settembru 2018 bit-titlu “Sfidi u opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali”,

wara li kkunsidra r-rapporti annwali dwar id-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra l-Manwal tal-FRA ta' Ottubru 2018 bit-titlu “L-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dritt u t-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali – Gwida”,

wara li kkunsidra l-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, b'mod partikolari l-Għodda Nru 28 “Drittijiet fundamentali u drittijiet tal-bniedem”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 38 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Opinjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa tat-2 ta' Diċembru 2016 dwar l-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea biex jiġi stabbilit Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

wara li kkunsidra d-dokument tad-delegazzjoni Netherlandiża tal-COSAC dwar it-trasparenza tal-UE ta' Novembru 2017 bit-titlu “Niftħu l-bibien magħluqa: Biex l-UE ssir aktar trasparenti għaċ-ċittadini tagħha”, u l-ittra tad-Delegazzjonijiet tal-COSAC lill-Istituzzjonijiet tal-UE fl-20 ta' Diċembru 2017 dwar it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali politiku fi ħdan l-UE,

wara li kkunsidra l-istudji bl-isem “L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE”, “L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali”, u “Il-Karta Soċjali Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE”, ippubblikati mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fit-22 ta' Novembru 2016, fil-15 ta' Frar 2016 u fit-12 ta' Jannar 2016 rispettivament (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0051/2019),

A.

billi t-Trattat ta' Lisbona ta l-istatus ta' dritt primarju lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Karta”) fi ħdan il-qafas legali tal-UE, u b'hekk din għandha l-istess saħħa ġuridika tat-Trattati;

B.

billi dan ir-rapport ma jevalwax kull dritt individwali li jinsab fil-Karta, iżda, pjuttost janalizza l-implimentazzjoni tal-Karta bħala strument tal-liġi primarja;

C.

billi d-dispożizzjonijiet soċjali huma parti kruċjali mill-Karta u mill-istruttura legali tal-Unjoni; billi huwa importanti li jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni u li tiġi enfasizzata l-importanza tagħhom;

D.

billi, skont il-QĠUE, id-drittijiet fundamentali rikonoxxuti mill-Karta huma fil-qalba tal-istruttura ġuridika tal-UE, u r-rispett għalihom huwa prekundizzjoni neċessarja għal-legalità ta' kwalunkwe att tal-UE;

E.

billi l-Karta tinkludi, f'konformità mar-rekwiżiti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Artikolu 51 tagħha, kemm obbligi negattivi (mhux ksur) kif ukoll pożittivi (promozzjoni attiva) li għandhom jiġu ssodisfati ugwalment sabiex jingħata karattru operattiv sħiħ lid-dispożizzjonijiet tagħha;

F.

billi l-Artikolu 51 tal-Karta jiċċirkoskrivi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, filwaqt li jqis il-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u tar-rispett tal-limiti tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati;

G.

billi l-Artikolu 51(2) tal-Karta jagħmilha ċara li l-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni lil hinn mill-kompetenzi tal-Unjoni u ma tistabbilixxi ebda setgħa jew kompitu ġdid għall-Unjoni, u ma timmodifikax il-kompetenzi u l-kompiti ddefiniti fit-Trattati;

H.

billi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni huma kontinwament marbuta mill-Karta, anke meta dawn jaġixxu barra l-qafas legali tal-UE;

I.

billi, bis-saħħa tal-Artikolu 51, id-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni; billi, madankollu, il-limiti inċerti ta' tali rekwiżit jagħmluha diffiċli biex jiġi ddeterminat jekk il-Karta tapplikax b'mod konkret u kif tapplika b'mod konkret;

J.

billi l-potenzjal tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi stabbiliti fil-Karta ma ġiex sfruttat biżżejjed s'issa; billi, filwaqt li jfakkar fl-opinjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, ir-rispett tad-drittijiet soċjali mhux biss huwa imperattiv etiku u obbligu ġuridiku, iżda wkoll ħtieġa ekonomika;

K.

billi l-Artikolu 6 tat-TUE jenfasizza wkoll li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-KEDB, iridu jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

L.

billi l-Artikolu 151 tat-TFUE jirreferi għad-drittijiet soċjali fundamentali bħal dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea;

M.

billi l-istudju tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titlu “L-Implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-qafas istituzzjonali tal-UE” (12) jikkunsidra, inter alia, ir-rilevanza tal-Karta għall-attivitajiet tal-Kummissjoni fl-ambitu tat-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (it-Trattat dwar il-MES) u fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; billi ftit li xejn qed tingħata attenzjoni lid-drittijiet soċjali stabbiliti fil-Karta fil-governanza ekonomika tal-Unjoni; billi dawn id-drittijiet għandhom jitqiesu bħala drittijiet fundamentali ġenwini;

N.

billi l-impenn fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tat-twassil ta' drittijiet ġodda u iktar effettivi għaċ-ċittadini fl-oqsma ta' opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u protezzjoni u inklużjoni soċjali tkompli ttejjeb id-drittijiet minquxa fil-Karta;

O.

billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa valur fundamentali tal-UE, u huwa minqux fit-Trattati tal-UE u fil-Karta; billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u jistipula li, “Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u tinkoraġġixxi ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa”;

P.

billi t-trasparenza tal-proċessi leġiżlattivi u deċiżjonali tal-UE toriġina mid-dritt għal amministrazzjoni tajba, kif stipulat fl-Artikolu 41 tal-Karta, u prekundizzjoni essenzjali biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jivvalutaw u jimmonitorjaw kif xieraq l-implimentazzjoni tal-Karta mill-istituzzjonijiet tal-UE;

Q.

billi l-promozzjoni mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni tal-firxa wiesgħa ta' drittijiet previsti fil-Karta – li jvarjaw minn drittijiet ċivili u politiċi għal dawk soċjali, ekonomiċi u tat--tielet ġenerazzjoni – tikkostitwixxi impetu kruċjali għall-iżvilupp ta' sfera pubblika Ewropea u għall-espressjoni konkreta tal-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea u tad-dimensjoni parteċipattiva tal-UE minquxa fit-Trattati;

R.

billi l-FRA ifformulat għadd ta' rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni effikaċi tal-Karta fl-opinjonijiet tagħha “Improving access to remedy in the area of business and human rights at the EU level” (It-titjib tal-aċċess għal rimedju fil-qasam tad-drittijiet tan-negozju u tal-bniedem fil-livell tal-UE) (13) u “Challenges and opportunities for the implementation of the Charter of Fundamental Rights”(L-isfidi u l-opportunitajiet għall-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) (14);

S.

billi l-Artikolu 24 tal-Karta jistabbilixxi d-drittijiet tat-tfal, filwaqt li jobbliga lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-istituzzjonijiet privati jpoġġu l-aħjar interessi tat-tfal bħala kunsiderazzjoni primarja;

T.

billi l-Artikolu 14 tal-Karta jenfasizza d-dritt ta' kull tifel/tifla għal edukazzjoni b’xejn;

It-tisħiħ tal-integrazzjoni tal-Karta fil-proċess leġiżlattiv u l-proċess deċiżjonali

1.

Jemmen bil-qawwa li l-Istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali mill-Unjoni Ewropea (COM(2010)0573) kienet sforz inizjali wara d-dħul fis-seħħ tal-Karta, iżda jeħtieġ li tiġi aġġornata b'mod urġenti; jilqa' r-rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta mill-Kummissjoni, u jitlob li ssir reviżjoni ta' din l-istrateġija, li tfasslet fl-2010, sabiex tiġi aġġornata biex tqis l-isfidi l-ġodda u r-realtà istituzzjonali, b'mod partikolari wara l-Brexit;

2.

Jirrikonoxxi d-diversi passi importanti li saru mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jintegraw il-Karta fil-proċessi leġiżlattivi u deċiżjonali tal-UE; jinnota li r-rwol prinċipali tal-Karta huwa li tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun għalkollox konformi mad-drittijiet u l-prinċipji minquxin fiha, u jirrikonoxxi d-diffikultajiet involuti fil-promozzjoni attiva tagħhom u fl-iżgurar tat-twettiq tagħhom;

3.

Jenfasizza li huwa importanti li l-proposti kollha għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jridu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta;

4.

Ifakkar li l-proċeduri stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jivvalutaw il-kompatibilità tal-proposti leġiżlattivi mal-Karta huma prinċipalment ta' natura interna; jitlob l-opportunità li jiġu pprovduti forom msaħħa ta' konsultazzjoni, valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi għall-ġeneru, u skrutinju legali bl-involviment ta' esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni strutturata u regolata ma' korpi tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-FRA, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) u l-korpi rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fil-qasam, kull meta fajl leġiżlattiv potenzjalment jippromwovi jew jaffettwa b'mod negattiv id-drittijiet fundamentali;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jirrevedu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 biex il-FRA tkun tista' tagħti opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-UE fuq inizjattiva tagħha stess, u biex jippromwovu konsultazzjonijiet sistematiċi mal-Aġenzija;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri jikkonsultaw l-FRA meta jkunu involuti d-drittijiet fundamentali;

7.

Jirrikonoxxi r-rwol vitali tal-FRA fil-valutazzjoni tal-konformità mal-Karta u jilqa' l-ħidma li wettqet l-Aġenzija; iħeġġeġ lill-FRA tkompli tagħti pariri u tappoġġa lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tat-titjib tal-kultura tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni; jilqa' l-Istrateġija tal-FRA 2018-2022, li ġiet adottata reċentement;

8.

Jieħu nota tal-għodda interattiva online CLARITY żviluppata mill-FRA sabiex tkun tista' ssir identifikazzjoni faċli tal-aktar korp mhux ġudizzjarju xieraq b'mandat tad-drittijiet tal-bniedem għal kwistjoni partikolari dwar id-drittijiet fundamentali;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi permezz ta' evalwazzjoni bbilanċjata tal-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u reviżjoni tad-deċiżjoni tagħha li taqsam il-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet fundamentali fit-tliet kategoriji attwali– effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali – u toħloq żewġ kategoriji speċifiċi bit-titli “Effetti fuq id-drittijiet fundamentali” u “Valutazzjoni tal-impatt fir-rigward tas-sessi”, sabiex tiżgura li l-aspetti kollha tad-drittijiet fundamentali jiġu evalwati;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni sistematika fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu rispettati u ssodisfati d-dispożizzjonijiet tal-Karta, u biex jiġi żgurat li d-dritt tal-Unjoni huwa adattat biex iqis l-iżviluppi ġuridiċi u ġurisprudenzjali tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; itenni wkoll, f'dan ir-rigward, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta li tagħti effett lir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (15) li jippermetti l-iskrinjar sistematiku tal-iżviluppi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u fl-Istati Membri li jeħtieġu azzjoni biex jiġu protetti u ssodisfati d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji tal-Karta; jissuġġerixxi, b'mod partikolari, li l-kundizzjonijiet stipulati fil-kriterji ta' Copenhagen dwar id-drittijiet fundamentali ma għandhomx jintużaw sempliċement darba bħala prekundizzjonijiet għall-adeżjoni, iżda li l-Istati Membri jiġu vvalutati minn żmien għal żmien biex titkejjel il-konformità magħhom;

11.

Jinnota li l-Ombudsman għandha wkoll rwol rilevanti x'taqdi fl-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-Karta, mhux biss b'rabta mal-Artikolu 41 dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala tali, iżda billi jitqies ukoll il-fatt li tali amministrazzjoni tajba hija pedament f'termini ta' garanzija ta' drittijiet fundamentali oħra; ifakkar il-ħidma eżemplari tal-Ombudsman, fost l-oħrajn fil-qasam tat-trasparenza u tal-libertà tal-informazzjoni, kif ukoll ir-Rapport Speċjali dwar il-Frontex (16) matul din il-leġiżlatura parlamentari b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta' lment mill-persuni li jfittxu asil u mill-migranti;

12.

Jifhem li l-ġurisprudenza se jkollha impatt fuq il-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta u li dan irid jittieħed inkunsiderazzjoni;

13.

Jitlob lil-leġiżlaturi tal-UE jirrikonoxxu l-konklużjonijiet tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2018 (Kawża T-540/15) dwar l-aċċess għad-dokumenti tat-trilogi (17) , u biex jaġixxu skont dan; jinsisti dwar in-neċessità li jissaħħu t-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, sabiex tkun żviluppata kooperazzjoni interistituzzjonali iktar effikaċi, inkluża r-responsabbiltà dwar il-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jindirizza malajr it-tħassib imqajjem fir-rigward tat-trasparenza tal-proċess deċiżjonali tiegħu u l-aċċess għad-dokumenti b'mod konformi mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Ombudsman Ewropew;

L-integrazzjoni tal-Karta fil-politiki tal-UE

14.

Ifakkar li t-tfassil tal-politika tal-UE jiddependi fuq il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6 tat-TUE, filwaqt li jsostni u japplika bis-sħiħ ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet b'applikazzjoni ġenerali tat-Titolu II, Parti I tat-TFUE;

15.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jsaħħu l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perpettiva tal-ġeneri fl-attivitajiet kollha tal-UE sabiex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

16.

Jafferma mill-ġdid li l-atti legali kollha adottati mill-Unjoni jridu jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tal-Karta, inklużi d-dispożizzjonijiet soċjali tagħha; jenfasizza l-importanza li jiġu inkorporati referenzi espliċiti għall-Karta fi ħdan il-qafas legali li jirregola l-politika ekonomika u monetarja tal-UE; jenfasizza li r-rikors għal arranġamenti intergovernattivi ma jeħlisx lill-istituzzjonijiet tal-UE mill-obbligi tagħhom li jivvalutaw il-kompatibilità ta' tali strumenti mad-dritt tal-UE, inkluża l-Karta;

17.

Iqis li huwa kruċjali li l-Unjoni tieħu passi deċiżi sabiex issaħħaħ l-impenji tagħha stess biex tiżgura t-tgawdija tad-drittijiet kollha ta-Karta, inklużi d-drittijiet soċjali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-proċess tas-Semestru Ewropew, inklużi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, u r-rakkomandazzjonijiet annwali tal-istħarriġ dwar it-tkabbir, jikkonformaw mal-komponenti normattivi tad-drittijiet soċjali tal-Karta;

19.

Jappoġġa l-introduzzjoni ta' klawżoli b'saħħithom u konsistenti relatati mad-drittijiet fundamentali fit-testi operattivi tal-abbozzi ta' regolamenti li jistabbilixxu l-fondi tal-UE.

20.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħmlu d-deċiżjonijiet makroekonomiċi wara li jikkunsidraw kif xieraq il-valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, ibbażati fuq il-firxa sħiħa ta' drittijiet ċivili, politiċi u soċjali ggarantiti mill-istrumenti tad-dritt Ewropew u dak internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina x'passi huma meħtieġ għall-adeżjoni mill-Unjoni Ewropea għall-Karta Soċjali Ewropea, u tipproponi qafas ta' żmien biex jinkiseb dak l-objettiv;

22.

Ifakkar li, fuq il-bażi tas-setgħat stabbiliti fit-Trattati, hija primarjament ir-responsabilità tal-Istati Membri li jqiegħdu l-politika soċjali fil-prattika, u għalhekk li jagħtu effettività u espressjoni tanġibbli lid-dispożizzjonijiet soċjali minquxa fil-Karta; itenni, madankollu, il-proposta tiegħu, fil-kuntest ta' reviżjoni possibbli tat-Trattati, biex jiġi inkorporat fihom protokoll soċjali sabiex jissaħħu d-drittijiet soċjali fundamentali fir-rigward tal-libertajiet ekonomiċi;

23.

Jieħu nota tar-rwol, de facto kruċjali, iżda informali, tal-Grupp tal-Euro fil-governanza ekonomika taż-żona tal-euro, u tal-impatt li d-deċiżjonijiet tiegħu jista' jkollhom biex jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika, mingħajr ma jiġi kkontrobilanċjat minn mekkaniżmi xierqa ta' responsabilità demokratika u kontroll ġudizzjarju; ifakkar lill-membri tiegħu dwar l-obbligi orizzontali tagħhom li jirriżultaw mill-Artikoli 2 u 6 tat-TUE u mill-Karta;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew jikkonformaw bis-sħiħ mal-Karta fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, inklużi l-prattiki ta' self fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-QĠUE.

25.

Ifakkar li l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji minquxa fl-Artikolu 21(1) tat-TUE; huwa konvint li r-rispett sħiħ u l-promozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta fl-UE jirrappreżentaw punt ta' riferiment għall-valutazzjoni tal-leġittimità u l-kredibilità tal-imġiba tal-Unjoni fir-relazzjonijiet internazzjonali tagħha, inkluż fil-qafas tal-proċess ta' tkabbir skont l-Artikolu 49 tat-TUE;

26.

Jinnota l-ġurisdizzjoni limitata tal-QĠUE fil-qasam tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u jwissi kontra kwalunkwe limitazzjoni potenzjali tad-drittijiet għal rimedju effettiv kif stabbilit fil-Karta;

27.

Ifakkar lill-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta, anki fil-qasam tal-politika kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt speċifiċi fuq id-drittijiet tal-bniedem qabel il-konklużjoni ta' kwalunkwe negozjar kummerċjali, billi tagħmel referenza għall-Prinċipji Gwida tan-NU dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment;

28.

Ifakkar li kemm it-Trattati kif ukoll il-Karta jagħmlu referenza għall-protezzjoni tal-minoranzi nazzjonali u d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-lingwa; jitlob li jittieħdu passi amministrattivi konkreti fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE sabiex il-gvernijiet nazzjonali jiġu mħeġġa jsibu soluzzjonijiet sostenibbli u jippromwovu l-kultura tad-diversità lingwistika fl-Istati Membri tagħhom, lil hinn mil-lingwi uffiċjali tal-UE;

29.

Ifakkar fl-obbligu ta' adeżjoni mal-KEDB stabbilit fl-Artikolu 6 tat-TUE; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-passi meħtieġa biex telimina l-ostakli legali li jipprevjenu l-konklużjoni tal-proċess ta' adeżjoni, u biex tippreżenta abbozz ta' ftehim ġdid għall-adeżjoni tal-Unjoni għall-KEDB li jipprovdi soluzzjonijiet pożittivi għall-oġġezzjonijiet imqajma mill-QEDB fl-Opinjoni 2/13 tat-18 ta' Diċembru 2014; jikkunsidra li t-tlestija tiegħu tintroduċi salvagwardji ulterjuri li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u tar-residenti tal-Unjoni u tipprovdi mekkaniżmu addizzjonali għall-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-possibilità ta' tressiq ta' lment quddiem il-QEDB fir-rigward ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn min-naħa ta' istituzzjoni tal-UE jew ta' Stat Membru fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, li jaqa' fil-mandat tal-KEDB; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li l-każistika tal-QEDB għalhekk ser tipprovdi kontribut għall-azzjoni attwali u futura tal-UE għar-rispett għal, u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fl-oqsma tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern, minbarra l-każistika tal-QĠUE f'dan il-qasam;

30.

Jitlob li l-adozzjoni tad-Direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni (18) tiġi konkluża mingħajr dewmien, sabiex jiġu ggarantiti ulterjorment id-drittijiet fundamentali fl-UE permezz ta' leġiżlazzjoni konkreta tal-UE;

Il-Karta u l-Aġenziji tal-UE

31.

Jenfasizza l-potenzjal ta' ċerti aġenziji tal-UE li joffru appoġġ lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mill-Karta, billi spiss jaġixxu bħala rabta operazzjonali bejn l-isferi tal-UE u dawk nazzjonali; jirrimarka li dan il-kompitu jista' jitwettaq biss bl-iżvilupp ta' prattika sħiħa tad-drittijiet fundamentali fl-aġenziji li joperaw fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u/jew f'dawk li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet u l-prinċipji derivati mill-Karta, filwaqt li jitqiesu d-dimensjonijiet interni u esterni tal-protezzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

32.

Jistieden lill-aġenziji tal-UE rilevanti jintensifikaw il-ħidma biex jimplimentaw il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri minquxa fil-Karta, inkluż billi jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE kollha jsegwu politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-forom kollha ta' vjolenza sessista u fastidju fiżiku jew psikoloġiku; jitlob lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji tal-UE kollha sabiex jimplimentaw bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (19);

33.

Jieħu nota tal-firxa differenzjata ta' politiki u strumenti żviluppati mid-diversi aġenziji biex iwettqu l-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, b'livelli differenti ta' implimentazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE kif ukoll djalogi strutturati ma' esperti indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, u li l-aħjar prattiki eżistenti jintużaw bħala bażi, sabiex jiġi żviluppat qafas komuni u msaħħaħ tad-drittijiet tal-bniedem;

34.

Jistieden lill-aġenziji tal-UE li joperaw fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u/jew dawk li l-attivitajiet tagħhom jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet u l-prinċipji li ġejjin mill-Karta sabiex jadottaw strateġiji interni tad-drittijiet fundamentali u sabiex jippromwovu sessjonijiet regolari ta' taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali u dwar il-Karta għall-persunal tagħhom fil-livelli kollha;

35.

Jiddispjaċih min-nuqqas, f'ħafna regolamenti fundaturi tal-aġenziji tal-UE, ta' referenza espliċita għall-Karta; jistieden lill-koleġiżlaturi biex jimlew dan in-nuqqas, fejn meħtieġ, kull meta r-regolamenti jew id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu aġenziji jiġu abbozzati jew riveduti, u jipprovdu mekkaniżmi operattivi addizzjonali li jiżguraw konformità mal-Karta, filwaqt li jqisu l-mandat u l-ispeċifiċitajiet ta' kull aġenzija individwali;

Appoġġ lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali

36.

Ifakkar li d-dimensjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali tal-Karta huma marbuta b'mod inseparabbli u jikkumplimentaw lil xulxin biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tal-Karta jiġu applikati b'mod konsistenti fi ħdan il-qafas legali ġenerali tal-UE;

37.

Jenfasizza n-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni persistenti rigward il-Karta, il-kamp ta' applikazzjoni u l-livell ta' applikazzjoni tagħha kemm fost id-detenturi tad-drittijiet li jibbenefikaw mill-protezzjoni tagħha kif ukoll fost l-esperti legali u tad-drittijiet tal-bniedem, u jiddeplora l-iskarsezza ta' azzjoni nazzjonali intiża biex tirrimedja nuqqas bħal dan;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni tagħha dwar il-Karta, bl-involviment sħiħ ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u tippromwovi u tiffinanzja moduli ta' taħriġ immirati lejn il-Karta għall-imħallfin nazzjonali, għall-prattikanti legali kif ukoll għall-impjegati taċ-ċivil, immirati wkoll biex itejbu l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni, inklużi inter alia d-dritt sostantiv u proċedurali, l-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-QĠUE, il-lingwa legali u d-dritt komparattiv; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tipprovdi lill-Istati Membri b'linji gwida prattiċi li jappoġġjawhom fl-implimentazzjoni tal-Karta fil-livell nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tagħti viżibilità lill-Manwal tal-FRA, li għadu kemm ġie ppubblikat, dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fid-dritt u t-tfassil tal-politika fil-livell nazzjonali,

39.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiskambjaw informazzjoni u esperjenza b'mod regolari dwar l-użu, l-applikazzjoni u s-sorveljanza tal-Karta, u biex jintegraw l-eżempji tal-aqwa prattika diġà żviluppati fil-livell nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu r-regoli proċedurali tagħhom dwar l-iskrutinju legali u l-valutazzjonijiet tal-impatt ta' abbozzi ta' liġi mill-perspettiva tal-Karta; jinnota li tali proċeduri għandhom jirreferu b'mod espliċitu għall-Karta, bl-istess mod kif jirreferu għal strumenti nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jonqos ir-riskju li l-Karta tiġi injorata;

40.

Jinnota li l-lakuni fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri jista' jkollhom impatt ġenwin fuq it-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tal-UE; ifakkar, f'dan il-kuntest, fir-rwol tal-Kummissjoni bħala gwardjana tat-Trattati, u li b'hekk finalment – jekk mhux primarjament – jagħmilha responsabbli għas-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, inkluż permezz ta' proċeduri ta' ksur, jekk ikun meħtieġ; jitlob f'dan ir-rigward tmexxija aktar determinata biex tiġi żgurata implimentazzjoni adegwata tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

Lejn interpretazzjoni aktar konsistenti tal-Karta

41.

Huwa konvint li l-interpretazzjonijiet differenti li jirrigwardaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Karta mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri, huma ta' detriment għall-valur miżjud li ġġib magħha l-Karta, li tirrappreżenta serje ta' standards minimi komuni ta' protezzjoni li għandhom jiġu applikati b'mod orizzontali għall-atturi istituzzjonali u l-politiki u l-attivitajiet kollha marbuta mal-isfera tal-UE;

42.

Jenfasizza li l-inkorporazzjoni tal-Karta fil-liġi primarja tal-UE, filwaqt li ma testendix il-kompetenzi tal-Unjoni u hi konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif definit fl-Artikolu 51 tagħha, toħloq responsabilitajiet ġodda għall-istituzzjonijiet ta' implimentazzjoni u teħid ta' deċiżjonijiet, kif ukoll għall-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE fil-livell nazzjonali, u li d-dispożizzjonijiet tal-Karta għalhekk saru infurzabbli direttament mill-qrati Ewropej u nazzjonali;

43.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jippermettu applikazzjoni aktar sempliċi tal-Karta inġenerali;

44.

Jiddispjaċih li sal-lum, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Renju Unit għadhom ma ddeċidewx li jirtiraw mill-Protokoll Nru 30 tat-Trattati;

o

o o

45.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill,

(1)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 167.

(2)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 229.

(3)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.

(4)  ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.

(5)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 120.

(6)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(7)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(8)  ECLI:UE:C:2016:701.

(9)  ECLI:UE:C:2018:871.

(10)  ECLI:UE:C:2014:2454.

(11)  Studju bit-titlu “L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE”, il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C, 22 ta' Novembru 2016; studju bit-titlu “L-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE: id-dilemma ta' applikazzjoni aktar stretta jew usa' tal-Karta għal miżuri nazzjonali” id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment Tematiku C, il-15 ta' Frar 2016 u studju bit-titlu “Il-Karta Soċjali Ewropea fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE” tat-12 ta' Jannar 2016.

(12)  “The Implementation of the Charter of Fundamental Rights in the EU institutional framework”, (L-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-qafas istituzzjonali tal-UE), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika C – Id-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, it-22 ta' Novembru 2016.

(13)  FRA Opinjoni 1/2017, l-10 ta' April 2017.

(14)  FRA Opinjoni 4/2018, l-24 ta' Settembru 2018.

(15)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.

(16)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar l-istħarriġ fuq inizjattiva proprja OI/5/2012/BEH-MHZ dwar il-Frontex, ĠU C 399, 24.11.2017, p. 2.

(17)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-22 ta' Marzu 2018, Emilio de Capitani vs il-Parlament Ewropew, T-540/05, ECLI:EU:T:2010:167;

(18)  Proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 għal Direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426).

(19)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 192.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/37


P8_TA(2019)0081

Politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar politika industrijali Ewropea komprensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika (2018/2088(INI))

(2020/C 449/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar is-sistemi ta' armi awtonomi (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar l-ugwaljanza tal-lingwi fl-era diġitali (4),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0019/2019),

A.

billi l-intelliġenza artifiċjali (IA) u r-robotika trasparenti u inkorporati fl-etika għandhom il-potenzjal li jarrikkixxu 'l ħajjitna u jsaħħu l-kapaċitajiet tagħna, kemm għall-individwi kif ukoll għall-ġid komuni;

B.

billi l-iżviluppi fl-IA qed isiru b'rata mgħaġġla, u billi l-IA diġà kellha rwol fil-ħajja tagħna ta' kuljum għal għadd ta' snin; billi l-IA u r-robotika qed jagħtu spinta lill-innovazzjoni, iwasslu għal mudelli kummerċjali ġodda u jkollhom rwol ewlieni biex jittrasformaw is-soċjetajiet tagħna u jiddiġitalizzaw l-ekonomiji tagħna f'ħafna setturi, bħall-industrija, il-kura tas-saħħa, il-bini u t-trasport;

C.

billi ż-żieda fl-integrazzjoni tar-robotika fis-sistemi tal-bniedem tirrikjedi gwida politika b'saħħitha dwar il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji u l-minimizzazzjoni tar-riskji għas-soċjetà kif ukoll l-iżgurar ta' żvilupp sikur u ekwu tal-intelliġenza artifiċjali;

D.

billi l-intelliġenza artifiċjali hija waħda mit-teknoloġiji strateġiċi għas-seklu 21 kemm globalment kif ukoll fl-Ewropa, filwaqt li ġġib bidla pożittiva għall-ekonomija Ewropea, tiffaċilita l-innovazzjoni, il-produttività, il-kompetittività u l-benessri;

E.

billi madwar kwart tar-robots industrijali kollha u nofs ir-robots relatati ma' servizz professjonali fid-dinja huma prodotti minn kumpaniji Ewropej, u għalhekk l-UE diġà għandha assi importanti li fuqhom għandha tibbaża l-politika industrijali Ewropea tagħha;

F.

billi l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika għandhom il-potenzjal li jsawru mill-ġdid industriji multipli u jwasslu għal effiċjenzi akbar fil-produzzjoni u jagħmlu lill-industrija u lill-SMEs Ewropej aktar kompetittivi fuq livell globali; billi d-disponibbiltà ta' settijiet ta' data u ta' faċilitajiet ta' ttestjar u ta' esperimentazzjoni fuq skala kbira huma ta' importanza ewlenija għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali;

G.

billi approċċ komuni se jiffaċilita l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-IA għall-benefiċċju tas-soċjetà, filwaqt li jindirizza wkoll l-isfidi ppreżentati minn dawn it-teknoloġiji sabiex tingħata spinta lill-innovazzjoni, tissaħħaħ il-kwalità tal-prodotti u tas-servizzi attivati bl-IA, jitjiebu l-esperjenza u l-fiduċja tal-konsumaturi fit-teknoloġiji tal-IA u tar-robotika, u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern;

H.

billi l-prestazzjoni tal-computing trid tinżamm f'livell ewlieni fl-Unjoni, li għandha tipprovdi opportunitajiet għall-industrija tal-provvista tal-UE u żżid l-effikaċja tagħha biex tibdel l-iżviluppi teknoloġiċi fi prodotti u servizzi orjentati lejn id-domanda u xprunati mill-applikazzjonijiet, li jwasslu biex dawn jiġu adottati f'applikazzjonijiet fuq skala kbira u emerġenti sostnuti mill-intelliġenza artifiċjali;

I.

billi huwa meħtieġ b'mod urġenti approċċ ikkoordinat fil-livell Ewropew biex l-UE tkun kapaċi tikkompeti mal-investimenti kbar li jsiru minn pajjiżi terzi speċjalment l-Istati Uniti u ċ-Ċina;

J.

billi fil-25 ta' April 2018 (6) il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipproponi approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali billi tiżviluppa abbozz ta' linji gwida dwar l-IA f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fi ħdan l-alleanza tal-IA, grupp ta' esperti tal-intelliġenza artifiċjali, sabiex tingħata spinta lill-applikazzjonijiet u lin-negozji li jaħdmu bl-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa;

K.

billi għandhom jiġu riveduti, u jekk ikun meħtieġ immodifikati, ir-regoli u l-proċessi eżistenti biex jitqiesu l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika;

L.

billi l-qafas Ewropew għall-IA jrid jiġi żviluppat b'rispett sħiħ għad-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari b'rispett lejn il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà;

M.

billi l-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali jistgħu u għandhom jitfasslu b'tali mod li jippreservaw id-dinjità, l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni tal-individwu;

N.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Regoli ta' Dritt Ċivili dwar ir-Robotika, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas legali koerenti dwar l-iżvilupp tar-robotika, inklużi sistemi awtonomi u robots awtonomi intelliġenti;

O.

billi l-iżvilupp tal-IA u tar-robotika jeħtieġ li jinkludi s-soċjetà inġenerali; billi, madankollu, fl-2018, iż-żoni rurali fil-parti l-kbira tagħhom baqgħu jiġu esklużi mill-benefiċċji tal-IA, peress li 8 % tad-djar ma kienu koperti minn ebda netwerk fiss, u 53 % ma kienu koperti minn ebda teknoloġija ta' 'aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss' (VDSL, Cable Docsis 3.0 jew FTTP);

P.

billi l-iżvilupp ta' servizzi u prodotti attivati bl-IA jirrikjedi l-konnettività, il-fluss ħieles tad-data u l-aċċessibbiltà tad-data fi ħdan l-UE; billi l-użu ta' tekniki avvanzati tal-estrazzjoni tad-data fil-prodotti u fis-servizzi jista' jgħin iżid il-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet, u b'hekk l-għażla tal-konsumaturi, u jtejjeb il-prestazzjoni tan-negozji;

Q.

billi l-iżviluppi teknoloġiċi fil-prodotti u fis-servizzi intelliġenti jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-ekonomija tal-għarfien, li hija bbażata fuq il-kwantità, il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni disponibbli, u li b'hekk tista' twassal għal adattament aħjar għall-ħtiġijiet tal-konsumaturi;

R.

billi ċ-ċibersigurtà hija vitali sabiex jiġi żgurat li d-data ma tiġix korrotta jew użata ħażin b'mod malizzjuż biex l-IA tiffunzjona b'mod li jagħmel ħsara liċ-ċittadini jew lill-kumpaniji, li jxekkel lill-industrija u lill-fiduċja tal-konsumaturi fl-IA; billi l-iżviluppi fl-IA jżidu d-dipendenza fuq dawk is-sistemi għal azzjonijiet u deċiżjonijiet, li min-naħa tagħhom jeħtieġu standards għoljin ta' reżiljenza ċibernetika fl-UE għal protezzjoni kontra ksur u nuqqasijiet fiċ-ċibersigurtà;

S.

billi x-xejra lejn l-awtomatizzazzjoni tirrikjedi li dawk involuti fl-iżvilupp u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali jinkorporaw mill-bidu nett is-sigurtà u l-etika, u b'hekk jiġi rikonoxxut il-fatt li dawn jeħtiġilhom ikunu ppreparati biex jaċċettaw ir-responsabbiltà legali għall-kwalità tat-teknoloġija li jipproduċu;

T.

billi l-bini ta' ekosistema affidabbli għall-iżvilupp tat-teknoloġija tal-IA għandu jkun ibbażat fuq l-istruttura tal-politika tad-data; billi dan jimplika l-ħolqien ta' programmi ta' ġbir u ta' ġestjoni tad-data bla xkiel u ssimplifikati għall-finijiet ta' riċerka edukattiva sabiex l-intelliġenza artifiċjali tkun tista' tiġi żviluppata f'bosta setturi: is-settur mediku, finanzjarju, bijoloġiku, tal-enerġija, industrijali, tal-kimika jew dak pubbliku; billi ekosistema tal-IA xprunata mid-data tista' tinkludi inizjattivi pan-Ewropej li jitnedew abbażi ta' standards miftuħa u bbażati fuq ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati u regoli trasparenti dwar l-interoperabbiltà;

U.

billi l-intelliġenza artifiċjali waħedha ma tiżgurax il-verità jew il-ġustizzja, peress li jista' jwassal għal preġudizzju fil-mod li bih tinġabar id-data u l-mod li bih jinkiteb l-algoritmu u jista' jirriżulta mill-preġudizzju li jeżisti fis-soċjetà; billi l-kwalità tad-data, flimkien mad-disinn algoritmiku u l-proċessi kostanti ta' evalwazzjoni mill-ġdid, għandhom jipprevjenu l-preġudizzju;

V.

billi l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika għandhom jiġu żviluppati u implimentati permezz ta' approċċ iċċentrat fuq il-bniedem bil-għan li jappoġġjaw lill-bnedmin fuq il-post tax-xogħol tagħhom u fi djarhom; billi l-intelliġenza artifiċjali tista' jintuża wkoll biex jiġi evitat li l-persuni jagħmlu xogħlijiet perikolużi;

W.

billi żvilupp ulterjuri u żieda fl-użu ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat u algoritmiku indubbjament għandhom impatt fuq l-għażliet li individwu (bħal negozjant jew utent tal-internet) u awtorità amministrattiva, ġudizzjarja jew pubblika oħra jagħmlu biex jaslu għal deċiżjoni finali tagħhom meta din tkun ta' natura awtorevoli, kummerċjali jew relatata mal-konsumatur; billi s-salvagwardji u l-possibilità ta' kontroll u verifika mill-bniedem jeħtieġ li jiġu inkorporati fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzat u algoritmiku;

X.

billi t-tagħlim awtomatiku jqajjem ukoll sfidi f'termini tal-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, il-proċess ġust, it-trasparenza u l-komprensibbiltà fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

Y.

billi l-intelliġenza artifiċjali tikkostitwixxi għodda sinifikanti fl-indirizzar tal-isfidi globali tas-soċjetà, u billi għalhekk, l-Istati Membri permezz tal-politika pubblika tagħhom, għandhom jippromwovu l-investimenti, jagħmlu fondi disponibbli għar-R&Ż u jindirizzaw l-ostakoli fl-iżvilupp u fl-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali;

Z.

billi l-pjattaformi kummerċjali tal-intelliġenza artifiċjali mxew mill-ittestjar għal applikazzjonijiet reali fis-saħħa, fl-ambjent, fl-enerġija u fit-trasport; billi t-tekniki tat-tagħlim awtomatiku jinsabu fil-qalba tal-pjattaformi tal-web u tal-applikazzjonijiet tal-big data ewlenin kollha;

AA.

billi r-riċerkaturi u l-kumpaniji tal-Ewropa huma involuti f'varjetà wiesgħa ta' suġġetti dwar il-blockchain, li jvarjaw mill-katina tal-provvista, is-servizzi tal-gvern, il-finanzi, l-internet tal-oġġetti (IoT), il-kura tas-saħħa, il-midja, il-bliet intelliġenti, l-enerġija u t-trasport; billi l-Ewropa hija parteċipant b'saħħtu f'oqsma importanti relatati mal-blockchain bħall-IA; billi l-blockchain jista' jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-innovazzjoni Ewropea;

AB.

billi t-teknoloġiji taċ-ċibersigurtà bħall-identitajiet diġitali, il-kriptografija jew is-sejbien ta' intrużjoni, u l-applikazzjoni tagħhom f'oqsma bħall-finanzi, l-industrija 4.0, l-enerġija, it-trasport, il-kura tas-saħħa u l-gvern elettroniku, huma essenzjali biex jiġu salvagwardjati s-sigurtà u l-fiduċja fl-attività u fit-tranżazzjonijiet online kemm miċ-ċittadini, mill-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll mill-kumpaniji bl-istess mod;

AC.

billi l-estrazzjoni ta' test u ta' data sservi bħala pedament għall-applikazzjonijiet tal-IA u tat-tagħlim awtomatiku, u hija essenzjali għall-SMEs u għan-negozji l-ġodda peress li din tippermettilhom jaċċessaw kwantitajiet kbar ta' data biex iħarrġu l-algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali;

AD.

billi l-IA tista' tkun intensiva ħafna fl-użu tal-enerġija; billi, fid-dawl ta' dan, huwa importanti li l-użu tal-IA javvanza skont il-miri eżistenti tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika u l-ekonomija ċirkolari;

AE.

billi l-intelliġenza artifiċjali għandha tappoġġa bis-sħiħ il-lingwi Ewropej kollha biex tipprovdi lill-Ewropej kollha opportunitajiet indaqs biex jibbenefikaw minn żviluppi tal-intelliġenza artifiċjali moderni fi ħdan is-soċjetà tal-informazzjoni Ewropea multilingwi;

AF.

billi fl-industrija u s-servizzi assoċjati ma' teknoloġija avvanzata, l-intelliġenza artifiċjali hi ċ-ċavetta biex l-Ewropa ssir “kontinent start-up” billi tisfrutta l-aħħar teknoloġiji sabiex tiġġenera t-tkabbir fl-Ewropa, partikolarment f'oqsma bħat-teknoloġija tas-saħħa, is-servizzi u l-programmi tal-kura tas-saħħa, l-iżvilupp ta' mediċina ġdida, ir-robotika u l-kirurġija assistita mir-robots, it-trattament ta' mard kroniku u t-teħid tal-immaġini medika u tar-reġistri mediċi, kif ukoll biex jiġu żgurati ambjent sostenibbli u produzzjoni sikura tal-ikel; billi attwalment l-Ewropa qed taqa' lura apparagun tal-Amerka ta' Fuq u l-Asja f'termini ta' riċerka u privattivi fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali;

AG.

billi l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali jista' jgħin biex itejjeb il-ħajja tal-persuni b'mard kroniku u diżabilitajiet u jindirizza l-isfidi soċjali bħat-tixjieħ tal-popolazzjoni billi jwassal għal teknoloġija tas-saħħa aktar preċiża u effettiva fl-għoti tal-kura tas-saħħa;

AH.

billi hemm katalogu wiesa' ta' applikazzjonijiet possibbli tal-IA u tar-robotika fil-kura medika, bħalma huma l-ġestjoni tad-data u r-rekords mediċi, it-twettiq ta' xogħlijiet ripetittivi (analiżi ta' testijiet, Raġġi X, CT scans, dħul ta' data), tfassil ta' trattamenti, konsultazzjonijiet diġitali (bħal pereżempju konsultazzjoni medika bbażata fuq l-istorja medika personali u l-għarfien mediku komuni), infermiera virtwali, ġestjoni tal-medikazzjoni, ħolqien ta' mediċini, mediċini preċiżi (bħall-ġenetika u l-ġenomika li jfittxu mutazzjonijiet u rabtiet mal-mard billi jħarsu lejn l-informazzjoni fid-DNA), il-monitoraġġ tas-saħħa u l-analiżi tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, fost applikazzjonijiet oħra;

AI.

billi l-aċċessibilità ma tfissirx l-istess servizzi u tagħmir għal kulħadd; billi l-aċċessibilità tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika hija bbażata fuq tfassil u ppjanar inklużiv; billi l-ħtiġijiet, ix-xewqat u l-esperjenzi tal-utent jeħtieġ li jkunu l-punt ta' tluq għall-proġettazzjoni;

AJ.

billi hemm tħassib etiku, psikoloġiku u ġuridiku qawwi dwar l-awtonomija tar-robots, in-nuqqas ovvju tas-sens ta' empatija u l-impatt tagħhom fuq ir-relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent li għadhom ma ġewx indirizzati b'mod xieraq fil-livell tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tal-pazjenti, ir-responsabilità u r-relazzjonijiet ekonomiċi u ta' imjieg ġodda li se jirriżultaw; billi “awtonomija” bħala tali tista' biss tkun attribwita b' mod sħiħ lill-bnedmin; billi hemm il-ħtieġa ta' qafas ġuridiku robust u etiku għall-intelliġenza artifiċjali;

AK.

billi l-introduzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali, b'mod partikolari, fil-qasam tas-saħħa, trid tkun dejjem ibbażata fuq il-prinċipju ta' responsabilità li hu “l-bniedem jikkontrolla l-magna”;

1.    Soċjetà appoġġjata mill-intelliġenza artifiċjali u mir-robotika

1.1.   Ix-xogħol fl-era tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika

1.

Jenfasizza li l-awtomatizzazzjoni flimkien mal-intelliġenza artifiċjali se żżid il-produttività u għalhekk iżżid l-output; jinnota li, bħal f'rivoluzzjonijiet teknoloġiċi preċedenti, xi impjiegi se jiġu sostitwiti iżda se jinħolqu wkoll impjiegi ġodda li se jittrasformaw il-ħajja u l-prattiki tax-xogħol; jenfasizza li ż-żieda fl-użu tar-robotika u tal-IA għandha tnaqqas ukoll l-esponiment tal-bniedem għal kundizzjonijiet ta' ħsara u perikolużi u għandha tgħin ukoll biex jinħolqu aktar impjiegi ta' kwalità u deċenti u tittejjeb il-produttività;

2.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffukaw fuq it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fl-industriji l-aktar affettwati mill-awtomatizzazzjoni tal-kompiti; jenfasizza li programmi edukattivi ġodda għandhom jiffukaw fuq l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema sabiex dawn ikunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ta' xogħol f'impjiegi ġodda maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' programmi ta' litteriżmu diġitali fl-iskejjel, l-iżvilupp ta' apprendistati u l-prijoritajiet tat-taħriġ vokazzjonali biex jgħinu lill-ħaddiema jadattaw għat-tibdil teknoloġiku;

3.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri, flimkien mal-atturi tas-settur privat, jidentifikaw ir-riskji u jiżviluppaw strateġiji biex jiżguraw li jiġu żviluppati programmi ta' taħriġ mill-ġdid rilevanti; jissottolinja li l-kumpaniji stess iridu jinvestu fit-taħriġ u fit-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol eżistenti tagħhom sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tagħhom;

4.

Jenfasizza li l-iżvilupp tar-robotika fl-UE se jkollu impatt qawwi fuq ir-relazzjonijiet industrijali; jemmen li dan l-impatt għandu jiġi indirizzat b'mod ibbilanċjat sabiex tiġi promossa r-riindustrijalizzazzjoni u anke l-ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu miż-żieda fil-produttività;

5.

Jinnota li fix-xenarju industrijali attwali hemm bilanċ delikat bejn is-sidien u l-ħaddiema; iqis li l-avvanzi fl-implimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fl-industrija għandhom isiru b'konsultazzjoni wiesgħa mas-sħab soċjali, peress li l-bidla potenzjali fl-għadd ta' persuni li jaħdmu fl-industrija tirrikjedi politiki proattivi biex jgħinu lill-ħaddiema jadattaw għad-domandi l-ġodda u biex jiġi żgurat li l-qligħ jiġi kondiviż b'mod wiesa'; jinnota li dan jirrikjedi kunsiderazzjoni mill-ġdid u tfassil mill-ġdid tal-politiki dwar is-suq tax-xogħol, tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u tat-tassazzjoni;

6.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw l-ostakoli għad-dħul fil-forza tax-xogħol bħal kwalifiki eċċessivi;

7.

Jemmen li l-litteriżmu diġitali huwa wieħed mill-aktar fatturi importanti għall-iżvilupp tal-IA fil-ġejjieni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw taħriġ fil-ħiliet diġitali u strateġiji ta' taħriġ mill-ġdid; jinnota li l-litteriżmu diġitali jista' jappoġġja parteċipazzjoni wiesgħa u inklussiva fis-soluzzjonijiet tal-ekonomija tad-data u jiffaċilita komunikazzjoni u kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha;

8.

Jinnota li, minħabba li dan se jaffettwa ċ-ċittadini ta' kull età, il-kurrikuli edukattivi jridu jiġu adattati, inkluż bl-istabbiliment ta' modi ta' tagħlim ġodda u l-użu ta' teknoloġiji ta' twassil ġodda; jenfasizza li l-aspetti edukattivi għandhom jiġu indirizzati kif xieraq; iqis b'mod partikolari l-ħtieġa għal ħiliet diġitali, inkluż l-ikkowdjar, li għandhom jiġu inklużi fit-tagħlim u fit-taħriġ mis-snin bikrin tal-iskola sat-tagħlim tul il-ħajja;

1.2.   L-użu malizzjuż tal-intelliġenza artifiċjali u d-drittijiet fundamentali

9.

Jenfasizza l-fatt li użu malizzjuż jew negliġenti tal-IA jista' jhedded is-sigurtà diġitali u s-sikurezza fiżika u pubblika, peress li tista' tintuża biex jitwettqu attakki fuq skala kbira, b'miri speċifiċi u effiċjenti ħafna fuq is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni u fuq makkinarju konness, kif ukoll kampanji ta' diżinformazzjoni, u b'mod ġenerali tnaqqas id-dritt tal-individwi għall-awtodeterminazzjoni; jenfasizza li l-użu malizzjuż jew negliġenti tal-IA jista' joħloq ukoll riskju għad-demokrazija u għad-drittijiet fundamentali;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas li jippenalizza prattiki li jimmanipulaw il-perċezzjoni meta kontenut jew news feeds ippersonalizzati jwasslu għal sentimenti negattivi u jxekklu l-perċezzjoni tar-realtà li jistgħu jwasslu għal konsegwenzi negattivi (pereżempju l-eżiti tal-elezzjonijiet, jew perċezzjonijiet żbaljati dwar kwistjonijiet soċjali bħall-migrazzjoni);

11.

Jenfasizza l-importanza li jiġu rikonoxxuti, identifikati u mmonitorjati l-iżviluppi ta' tfixkil fl-iżvilupp tal-IA u dawk relatati magħha; iħeġġeġ biex ir-riċerka fl-IA tiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni ta' IA u robotika korrotta b'mod aċċidentali jew malizzjuż;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu nota tal-isfidi soċjali li jinħolqu mill-prattiki li jirriżultaw mill-ikklassifikar taċ-ċittadini; jenfasizza li ċ-ċittadini ma għandhomx jiġu soġġetti għal diskriminazzjoni abbażi tal-ikklassifikar tagħhom u li dawn għandhom ikunu intitolati għal “opportunità oħra”;

13.

Jesprimi tħassib kbir dwar l-użu tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, inkluż ir-rikonoxximent tal-wiċċ u tal-vuċi, fi programmi ta' “sorveljanza emozzjonali”, jiġifieri l-monitoraġġ ta' kundizzjonijiet mentali ta' ħaddiema u ċittadini sabiex tiżdied il-produttività u tiġi ppreservata l-istabbiltà soċjali, xi kultant flimkien ma' sistemi ta' “kreditu soċjali”, pereżempju bħalma diġà jiġri fiċ-Ċina; jenfasizza li minnhom infushom tali programmi jmorru kontra l-valuri u n-normi Ewropej li jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi;

2.    Il-perkors teknoloġiku lejn l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika

2.1.   Riċerka u żvilupp

14.

Ifakkar il-fatt li l-Ewropa għandha komunità ta' riċerka dwar l-IA fuq quddiem nett fil-livell dinji, li tammonta għal 32 % tal-istituzzjonijiet ta' riċerka dwar l-IA madwar id-dinja;

15.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-programm Ewropa diġitali u l-baġit ta' EUR 2,5 biljun impenjat għall-intelliġenza artifiċjali kif ukoll iż-żieda fil-finanzjament taħt il-programm Orizzont 2020; jifhem l-importanza tal-finanzjament tal-UE li jikkomplementa l-baġits tar-riċerka tal-Istati Membri u tal-industrija għall-intelliġenza artifiċjali u l-ħtieġa għal kollaborazzjoni bejn il-programmi ta' riċerka pubbliċi, privati u tal-UE;

16.

Jappoġġja l-objettivi operazzjonali tal-Programm Ewropa Diġitali biex jibni u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ewlenin tal-intelliġenza artifiċjali fl-Unjoni, biex jagħmilhom aċċessibbli għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha u biex isaħħaħ u jgħaqqad flimkien il-faċilitajiet eżistenti ta' ttestjar u ta' esperimentazzjoni fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali fl-Istati Membri;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw sħubiji bejn bosta partijiet ikkonċernati fl-industrija u fl-istituti tar-riċerka kif ukoll ċentri konġunti ta' eċċellenza fl-IA;

18.

Jenfasizza li r-riċerka fl-IA ma għandhiex tinvestix biss fit-teknoloġija u fl-iżviluppi fl-innovazzjoni tal-IA iżda wkoll f'oqsma soċjali, etiċi u ta' responsabbiltà relatati mal-IA; jemmen li kwalunkwe mudell tal-IA li jintuża għandu jkollu etika mid-disinn;

19.

Jenfasizza li, filwaqt li jinkoraġġixxi l-progress għall-benefiċċju tas-soċjetà u tal-ambjent, ir-riċerka fl-IA u attivitajiet oħra relatati għandhom jitwettqu skont il-prinċipju ta' prekawzjoni u d-drittijiet fundamentali; jenfasizza li kull min hu involut fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tixrid u l-użu tal-IA għandu jikkunsidra u jirrispetta d-dinjità tal-bniedem kif ukoll l-awtodeterminazzjoni u l-benessri – kemm fiżika kif ukoll psikoloġika – tal-individwu u tas-soċjetà b'mod ġenerali, jantiċipa l-impatti potenzjali fuq is-sikurezza u jieħu l-prekawzjonijiet xierqa proporzjonati għal-livell ta' protezzjoni, inkluż l-iżvelar fil-pront ta' fatturi li jistgħu jipperikolaw lill-pubbliku jew lill-ambjent;

20.

Jenfasizza li ambjent ta' riċerka kompetittiv huwa wkoll essenzjali sabiex tiġi żviluppata l-intelliġenza artifiċjali; jissottolinja l-importanza li tiġi appoġġjata riċerka eċċellenti, inklużi x-xjenza fundamentali u l-proġetti b'riskju u rendiment għoli, u li titrawwem żona Ewropea tar-riċerka b'kundizzjonijiet attraenti għall-finanzjament, il-mobbiltà u l-aċċess għall-infrastruttura u għat-teknoloġija madwar l-Unjoni, abbażi tal-prinċipju tal-ftuħ għall-pajjiżi terzi u l-għarfien espert minn barra l-Unjoni, sakemm din ma ddgħajjifx iċ-ċibersigurtà tal-UE;

21.

Jissottolinja l-fatt li r-riċerkaturi tal-UE għad għandhom paga ferm aktar baxxa mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti u fiċ-Ċina, li huwa magħruf li hija r-raġuni primarja għaliex dawn jitilqu mill-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffokaw biex jattiraw l-aqwa talenti lejn il-kumpaniji Ewropej, u jistieden lill-Istati Membri joħolqu kundizzjonijiet attraenti;

22.

Jenfasizza li l-Ewropa jeħtiġilha tiddedika l-inizjattiva ġdida tal-FET (7) għall-intelliġenza artifiċjali, b'enfasi partikolari fuq approċċ iċċentrat fuq il-bniedem u teknoloġiji lingwistiċi;

23.

Jemmen li l-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku u ż-żieda esponenzjali fid-disponibbiltà tad-data u l-cloud computing isaħħu l-inizjattivi ta' riċerka bil-għan li tiġi mifhuma l-bijoloġija fil-livelli molekulari u ċellulari, jiggwidaw l-iżvilupp ta' kura medika u jiġu analizzati l-flussi tad-data biex jiġi identifikat theddid għas-saħħa, jiġu mbassra tifqigħat ta' mard u jingħataw pariri lill-pazjenti; jinnota li t-tekniki tal-estrazzjoni tad-data u tan-navigazzjoni tad-data jistgħu jintużaw biex jiġu identifikati nuqqasijiet, riskji, xejriet u mudelli fir-rigward tal-kura;

24.

Jenfasizza li, fejn ir-riskji jirriżultaw bħala element inevitabbli u integrali tar-riċerka dwar l-IA, għandhom jiġu żviluppati u rispettati protokolli robusti ta' valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju, filwaqt li jitqies ir-riskju ta' ħsara ma għandux ikun akbar minn dak li wieħed jiltaqa' miegħu fil-ħajja ordinarja, (jiġifieri n-nies ma għandhomx ikunu esposti għal riskji ikbar jew addizzjonali għal dawk li huma esposti għalihom fl-istili ta' ħajja normali tagħhom);

2.2.   Investimenti

25.

Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza ta' investiment akbar f'dan il-qasam sabiex jibqa' wieħed kompetittiv; jirrikonoxxi li filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-investiment u l-innovazzjoni f'dan il-qasam ġejjin minn impriżi tas-settur privat, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jitħeġġu wkoll biex ikomplu jinvestu fir-riċerka f'dan is-settur u jfasslu l-prijoritajiet ta' żvilupp tagħhom; jilqa' l-proposta dwar InvestEU u sħubiji pubbliċi privati oħra li se jrawmu l-finanzjament privat; iqis li għandha titħeġġeġ il-koordinazzjoni tal-investiment privat u pubbliku biex jiġi żgurat li l-iżvilupp ikun iffukat;

26.

Jenfasizza li l-investimenti fl-IA, li jistgħu jkunu karatterizzati minn inċertezza sinifikanti, għandhom ikunu kkomplementati minn finanzjament mill-UE, pereżempju mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew mil-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), jew permezz ta' InvestEU u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIs), skemi li jistgħu jgħinu fir-rigward tal-kondiviżjoni tar-riskji;

27.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ma tippermettix finanzjament mill-UE għall-intelliġenza artifiċjali li tiġi adattata biex tintuża bħala arma; iħeġġeġ lill-Kummissjoni teskludi mill-finanzjament tal-UE kumpaniji li qed iwettqu riċerka u qed jiżviluppaw kuxjenza dwar l-intelliġenza artifiċjali;

28.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li l-proprjetà intellettwali tar-riċerka li titwettaq bil-finanzjament tal-UE tibqa' fl-UE u fl-universitajiet Ewropej;

2.3.   Innovazzjoni, aċċettazzjoni soċjetali u responsabbiltà

29.

Jinnota li l-avvanzi teknoloġiċi ewlenin kollha jirrikjedu perjodu tranżitorju, wieħed fejn il-maġġoranza tas-soċjetà teħtieġ li tikseb fehim aħjar tat-teknoloġija u tintegraha fil-ħajja ta' kuljum tagħha;

30.

Jinnota li l-futur ta' din it-teknoloġija jiddependi mill-aċċettazzjoni soċjetali u trid issir enfasi akbar fuq il-komunikazzjoni adegwata tal-benefiċċji tagħha biex jiġi żgurat fehim akbar tat-teknoloġija u tal-applikazzjonijiet tagħha; jinnota wkoll li jekk is-soċjetà ma tkunx infurmata dwar it-teknoloġija tal-IA, se jkun hemm inqas spinta favur l-innovazzjoni f'dan is-settur;

31.

Iqis li l-aċċettazzjoni pubblika tiddependi fuq kif il-pubbliku jiġi infurmat dwar l-opportunitajiet, l-isfidi u l-iżviluppi tal-intelliġenza artifiċjali; jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiffaċilitaw l-aċċess għal informazzjoni kredibbli u jindirizzaw it-tħassib ewlieni dwar l-IA u r-robotika bħall-privatezza, is-sikurezza u t-trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet;

32.

Jilqa' l-użu ta' sandboxes regolatorji biex jiġu introdotti, f'kooperazzjoni mar-regolaturi, ideat ġodda innovattivi, li jippermettu li sa mill-bidu jiġu żviluppati salvagwardji fit-teknoloġija, u b'hekk jiġi ffaċilitat u jitħeġġeġ id-dħul tagħha fis-suq; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti sandboxes regolatorji speċifiċi għall-IA biex jiġi ttestjat l-użu sikur u effettiv tat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali f'ambjent ta' dinja reali;

33.

Jinnota li sabiex ikun hemm aċċettazzjoni akbar mis-soċjetà tal-intelliġenza artifiċjali, irid ikun hemm assigurazzjonijiet li s-sistemi li qed jintużaw huma sikuri;

34.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali u t-teknoloġija lingwistika jistgħu jipprovdu applikazzjonijiet importanti biex titrawwem l-unità fid-diversità tal-Ewropa: traduzzjoni awtomatizzata, aġenti ta' konversazzjoni u assistenti personali, interfaċċi ta' lingwa mitkellma għar-robots u l-internet tal-oġġetti, analitika intelliġenti, l-identifikazzjoni awtomatizzata ta' propaganda online, aħbarijiet foloz, diskors ta' mibegħda;

2.4.   Kundizzjonijiet ta' appoġġ: il-konnettività, l-aċċessibbiltà tad-data u l-informatika ta' prestazzjoni għolja, u l-infrastruttura tal-cloud

35.

Jenfasizza li l-integrazzjoni tar-robotika u tat-teknoloġija tal-IA fi ħdan l-ekonomija u s-soċjetà tirrikjedi infrastruttura diġitali li tipprovdi konnettività minn kullimkien;

36.

Jenfasizza li l-konnettività hija prekundizzjoni għall-Ewropa biex issir parti mis-soċjetà tal-gigabits u li l-IA hija eżempju ċar tat-tkabbir esponenzjali ta' domanda għal konnettività ta' kwalità għolja, rapida, sikura u pervażiva; jemmen li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom ikomplu jrawmu miżuri biex jistimolaw l-investiment u l-adozzjoni ta' netwerks b'kapaċità għolja ħafna fl-UE;

37.

Jissottolinja li żvilupp rapidu u sikur tal-5G huwa essenzjali biex jiġi garantit li l-Unjoni tista' tisfrutta l-benefiċċji kollha tal-IA u tipproteġi kontra t-theddid għaċ-ċibersigurtà, filwaqt li jagħmel possibbli t-tiġdid u l-iżvilupp tal-industriji u s-servizzi, li huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u biex jappoġġja l-ħolqien ta' servizzi, produzzjoni u swieq ġodda, li huwa essenzjali sabiex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi ġodda u livell għoli ta' impjieg;

38.

Ifakkar li d-disponibbiltà ta' data ta' kwalità għolja u sinifikanti hija essenzjali għall-kompetittività reali fl-industrija tal-intelliġenza artifiċjali, u jitlob li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw modi li bihom jipproduċu, jikkondividu u jiġġestixxu d-data billi jagħmlu d-data pubblika beni komuni filwaqt li jissalvagwardjaw il-privatezza u d-data sensittiva;

39.

Jenfasizza l-importanza tal-kwalità tad-data li tintuża fit-tagħlim profond; jinnota li l-użu ta' data ta' kwalità baxxa, antika, mhux kompluta jew mhux korretta jista' jwassal għal tbassir mhux affidabbli u konsegwentement diskriminazzjoni u preġudizzju;

40.

Jemmen li s-sett il-ġdid ta' regoli li jirregolaw il-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni jagħmilha possibbli biex dejjem aktar data ssir disponibbli għal innovazzjoni xprunata bid-data, li tagħmilha aktar faċli biex l-SMEs u n-negozji ġodda jiżviluppaw servizzi innovattivi attivati bl-IA u jidħlu fi swieq ġodda, filwaqt li tippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jibbenefikaw minn prodotti u servizzi aħjar;

41.

Jinnota li l-IA għandha l-potenzjal li żżid l-effiċjenza, il-kumdità u l-benessri f'diversi setturi, jekk il-partijiet ikkonċernati industrijali stabbiliti jikkooperaw mal-iżviluppaturi tal-IA; jinnota, barra minn hekk, li attwalment il-partijiet ikkonċernati għandhom volum kbir ta' data, li mhijiex ta' natura personali, u permezz ta' sħubiji tista' tintuża biex tiżdied l-effiċjenza tagħhom; iqis li, sabiex dan isir realtà, il-kooperazzjoni bejn l-utenti u l-iżviluppaturi tal-IA hija prerekwiżit;

42.

Jenfasizza l-importanza tal-interoperabbiltà u tal-veraċità tad-data, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' affidabbiltà u ta' standards tas-sigurtà fit-teknoloġiji ġodda;

43.

Jemmen li s-suċċess tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, imfassla apposta għall-utenti madwar l-UE, spiss jirrikjedi għarfien estensiv dwar is-swieq lokali, kif ukoll l-aċċess għal data lokali xierqa u l-użu tagħha għat-taħriġ dwar is-settijiet tad-data, l-ittestjar u l-validazzjoni tas-sistema, speċjalment f'setturi relatati mal-ipproċessar ta' lingwa naturali; jitlob lill-Istati Membri jħeġġu d-disponibbiltà ta' data ta' kwalità għolja, interoperabbli u miftuħa tas-settur pubbliku kif ukoll dik ta' sjieda privata;

44.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza sħiħa mal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-big data;

45.

Jilqa' l-miżuri li jiffaċilitaw u jappoġġjaw l-iskambju u l-kondiviżjoni tad-data bejn il-fruntieri;

46.

Jinnota li attwalment il-kondiviżjoni tad-data għadha ferm lura biex tilħaq il-potenzjal tagħha u li kwantitajiet kbar ta' data mhumiex qed jintużaw biżżejjed;

47.

Jirrikonoxxi l-fatt li hemm riluttanza għall-kondiviżjoni tad-data u jissottolinja l-ħtieġa għal azzjoni biex din tiġi mħeġġa; jinnota li n-nuqqas ta' standards komuni għandu wkoll rwol kbir x'jaqdi fil-kapaċità għall-kondiviżjoni tad-data;

48.

Jilqa' r-regolamenti bħar-Regolament dwar il-Fluss Liberu tad-Data u l-importanza li għandu fl-oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali biex ikun hemm proċessi aktar effettivi u effiċjenti;

49.

Jirrikonoxxi l-fatt li jeħtieġ li jiġu implimentati inċentivi akbar ibbażati fuq is-suq biex iħeġġu l-aċċess għad-data u l-kondiviżjoni tagħha; jinnota r-riskju li l-ftuħ tad-data joħloq għall-investiment fid-data fl-ewwel lok;

50.

Jitlob kjarifika aħjar tar-regoli relatati mas-sjieda tad-data u l-oqfsa legali fis-seħħ; jinnota li l-inċertezza regolatorja wasslet għal risponsi prudenti żżejjed mill-industrija;

51.

Jenfasizza s-sinifikanza ta' inizjattivi Ewropej dwar il-cloud computing u l-computing ta' prestazzjoni għolja, li kollha se jtejbu aktar l-iżvilupp ta' algoritmi ta' tagħlim fil-fond u l-ipproċessar tal-big data; jemmen bil-qawwa li biex dawn l-inizjattivi jirnexxu u jkunu rilevanti għall-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, l-infrastruttura jeħtieġ li tkun miftuħa kemm għall-entitajiet pubbliċi kif ukoll għall-entitajiet privati bbażati fl-Unjoni u f'postijiet oħra, u jkunu regolati mill-inqas kriterji ta' aċċess ristrettivi;

52.

Jilqa' l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew; jissottolinja li s-supercomputing u l-infrastruttura tad-data huma essenzjali biex tiġi żgurata ekosistema tal-innovazzjoni kompetittiva għall-iżvilupp tat-teknoloġiji u tal-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali;

53.

Jenfasizza li l-cloud computing għandu rwol ewlieni x'jaqdi biex jixpruna l-adozzjoni tal-IA; jenfasizza li l-aċċess għas-servizzi tal-cloud jippermetti lill-kumpaniji privati, lill-istituzzjonijiet pubbliċi, lill-istituzzjonijiet tar-riċerka u dawk akkademiċi, u lill-utenti jiżviluppaw u jużaw l-intelliġenza artifiċjali b'mod effiċjenti u ekonomikament vijabbli;

3.    Politika industrijali

54.

Ifakkar li filwaqt li l-IA u r-robotika diġà għandhom applikazzjonijiet industrijali li ilhom żmien twil stabbiliti, l-avvanzi fil-qasam qed jespandu u qed jipprovdu applikazzjonijiet mifruxa u diversi fl-attivitajiet kollha tal-bniedem; jemmen li kwalunkwe qafas regolatorju jrid jinkludi flessibbiltà li tippermetti l-innovazzjoni u l-iżvilupp liberu ta' teknoloġiji u użi ġodda għall-intelliġenza artifiċjali;

55.

Jissottolinja li l-identifikazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-applikazzjonijiet għall-IA għandhom ikunu r-riżultat ta' proċess ta' tfassil immexxi mill-ħtiġijiet u ggwidat minn prinċipji li jqisu r-riżultat maħsub u l-aħjar mezz biex jinkiseb, minn perspettiva ekonomika u soċjali; jemmen li l-eżistenza ta' politiki ċari fl-istadji kollha ta' żvilupp se twassal għal implimentazzjoni adatta għall-iskop tagħha u jiġu indirizzati r-riskji u l-iżvantaġġi;

56.

Jirrakkomanda l-użu u l-promozzjoni ta' sħubiji pubbliċi-privati biex jiġu esplorati soluzzjonijiet għall-isfidi ewlenin bħall-bini ta' ekosistema tad-data u l-promozzjoni tal-aċċess, il-kondiviżjoni u l-fluss tad-data filwaqt li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-persuni għall-privatezza;

57.

Jenfasizza li sfida sinifikanti għall-futur tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali hija l-kwalità inkonsistenti tat-teknoloġija li tipproduċi s-softwer, u għalhekk jissottolinja l-bżonn kbir ta' standardizzazzjoni fil-bini u fl-użu tas-sistemi tal-IA;

58.

Jinnota l-ħidma li qed issir globalment u jirrikonoxxi l-ħtieġa li ssir ħidma proattiva mas-sħab speċjalment fl-OECD u fil-G20, biex tissawwar id-direzzjoni li din l-industrija tieħu biex tiżgura li l-UE tibqa' kompetittiva u tissalvagwardja l-aċċess ugwali fost in-nazzjonijiet kif ukoll taqsam il-benefiċċji tal-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali bl-aktar mod mifrux possibbli;

59.

Jinnota bi tħassib li għadd ta' kumpaniji u entitajiet mhux Ewropej minn pajjiżi terzi qed jużaw dejjem aktar mudelli prevedibbli bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali biex jipprovdu servizzi u jieħdu l-valur miżjud mis-swieq tal-UE, speċjalment fil-livell lokali, u biex jimmonitorjaw u possibbilment jinfluwenzaw is-sentiment politiku, u b'hekk jimponu theddid potenzjali għas-sovranità teknoloġika taċ-ċittadini tal-UE;

60.

Jenfasizza li l-appoġġ pubbliku għall-IA għandu jkun iffukat fuq dawk is-setturi strateġiċi li fihom l-industrija tal-UE għandha l-akbar opportunitajiet biex taqdi rwol ewlieni fuq livell globali u li għandhom valur miżjud fl-interess pubbliku ġenerali;

3.1.   Setturi prijoritarji

3.1.1.   Is-settur pubbliku

61.

Jenfasizza li hemm għadd ta' benefiċċji li għandhom jinkisbu mill-intelliġenza artifiċjali u r-robotika fis-settur pubbliku, u jilqa' investiment akbar fir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġi żgurat li dan jirnexxi;

62.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jinvestu wkoll fi programmi edukattivi u ta' taħriġ fl-IA sabiex jassistu lill-impjegati tas-settur pubbliku biex jadottaw l-użu tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika; jinnota li għandu jkun hemm ukoll kampanji ta' informazzjoni immirati lejn iċ-ċittadini li se jużaw is-servizzi tas-settur privat ipprovduti permezz tas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika sabiex jiġi eliminat it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li ma jibqgħux jikkontrollaw id-data personali tagħhom u sabiex tiġi stabbilita l-fiduċja;

63.

Jenfasizza li l-informazzjoni tas-settur pubbliku tirrappreżenta sors ta' data straordinarju li jista' jikkontribwixxi għall-progress rapidu u l-ħolqien ta' strateġija ġdida biex jiġu adottati teknoloġiji diġitali ġodda, speċjalment l-intelliġenza artifiċjali;

64.

Jemmen li l-adozzjoni ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli mis-settur pubbliku tista' tappoġġja ferm ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u ttejjeb is-servizzi pubbliċi, kif ukoll tingħata spinta lill-adozzjoni aktar mifruxa tal-IA f'industriji oħra;

65.

Jirrikonoxxi l-użu tal-awtomatizzazzjoni tal-proċess robotiku u l-impatt li kellu fit-titjib tal-proċessi tas-settur pubbliku; jinnota l-interoperabilità tagħha ma' sistemi ta' legat;

66.

Jitlob lill-Istati Membri jmexxu din it-trasformazzjoni diġitali billi jippożizzjonaw lilhom infushom bħala utenti u xerrejja primarji responsabbli tat-teknoloġija tal-IA; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-Istati Membri jeħtiġilhom jadattaw il-politiki tad-data tagħhom li jittrattaw il-ġbir, l-użu, ir-repożitorji jew l-annotazzjoni tad-data pubblika, fost temi relatati oħra, biex jippermettu l-implimentazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fis-setturi pubbliċi kollha;

67.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkluż il-pubbliku fil-proċess ta' żvilupp tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tippubblika kwalunkwe algoritmu, għodda jew teknoloġija li huma ffinanzjati jew kofinanzjati mill-pubbliku bħala sors miftuħ;

68.

Jemmen li l-IA se tkun ta' għajnuna kbira f'dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' “darba biss”, billi se tippermetti l-kombinazzjoni ta' bażijiet tad-data u ta' informazzjoni minn sorsi differenti, u b'hekk se tiffaċilita l-interazzjonijiet taċ-ċittadini mal-amministrazzjonijiet pubbliċi;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-protezzjoni taċ-ċittadini minn kwalunkwe sistema tal-intelliġenza artifiċjali ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ikklassifikar fl-amministrazzjonijiet pubbliċi, simili għal dawk ippjanati li jiġu użati fiċ-Ċina;

3.1.2.   Is-saħħa

70.

Jenfasizza li l-kuntatt uman huwa aspett kruċjali tal-kura tal-bniedem;

71.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika għandhom benefiċċji potenzjali fis-settur tal-għoti tal-kura hekk kif l-istennija tal-għomor qed tiżdied, pereżempju billi jgħinu lit-tobba u lill-infermiera jkollhom aktar ħin għal attivitajiet ta' valur għoli (pereżempju interazzjoni mal-pazjenti);

72.

Jinnota l-impatt li diġà kellha l-intelliġenza artifiċjali fuq il-benessri, il-prevenzjoni, id-dijanjożi u r-riċerka u l-potenzjal kbir tagħha għat-tfassil ta' kura personalizzata; iqis li fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għal ekosistema tal-kura tas-saħħa aktar sostenibbli, effiċjenti u bbażata fuq l-eżiti;

73.

Jinnota li meta l-IA tingħaqad ma' dijanjożi umana, ir-rata ta' żball għandha tendenza li tkun ferm inqas minn dijanjożi mit-tobba biss (8);

74.

Jenfasizza li l-użu tad-data fis-settur tas-saħħa jrid ikun sorveljat b'attenzjoni u etikament u bl-ebda mod ma għandu jostakola l-aċċess għall-protezzjoni soċjali jew għall-assigurazzjoni;

75.

Jemmen li meta l-IA qed tintuża f'apparat mediku impjantat, id-detentur għandu jkollu d-dritt li jispezzjona u jimmodifika l-kodiċi tas-sors użat fl-apparat;

76.

Għandha tingħata attenzjoni speċjali fir-rigward tal-użu tal-“big data” fis-saħħa bil-għan li jiġu massimizzati l-opportunitajiet li dan jista' jġib – bħat-titjib kemm tas-saħħa tal-pazjenti individwali kif ukoll tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri – mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards etiċi u mingħajr ma tiġi mhedda l-privatezza jew is-sikurezza taċ-ċittadini;

77.

Jenfasizza, madankollu, li hemm il-possibbiltà li s-sistema eżistenti għall-approvazzjoni ta' apparat mediku mhijiex adegwata għat-teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-progress ta' dawn it-teknoloġiji u tipproponi bidliet għall-qafas regolatorju fejn meħtieġ bil-għan li tistabbilixxi l-qafas għad-determinazzjoni tar-responsabilità rispettiva tal-utent (it-tabib/il-professjonist), il-produttur tas-soluzzjoni teknoloġika, u l-faċilità tal-kura tas-saħħa li toffri t-trattament; jindika li r-responsabbiltà ġuridika għad-danni hija kwistjoni ċentrali fis-settur tas-saħħa f'dak li jikkonċerna l-użu tal-intelliġenza artifiċjali; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li jiġi żgurat li l-utenti ma jiġux immexxija b'mod invarjabbli biex jappoġġaw is-soluzzjoni jew it-trattament dijanjostiku li jkun issuġġerixxa strument teknoloġiku minħabba biża' li jiġu mfittxija għad-danni jekk, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali infurmat tagħhom, huma kellhom jaslu għal konklużjonijiet differenti anke jekk parzjalment;

78.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-fondi favur teknoloġiji tal-intelliġenza artifiċjali relatati mas-saħħa, fis-setturi pubbliċi u privati; jilqa' f'dan il-kuntest, id-dikjarazzjoni ta' kooperazzjoni ffirmata minn 24 Stat Membru tal-UE u min-Norveġja bil-għan li jissaħħaħ l-impatt tal-investimenti fl-intelliġenza artifiċjali fil-livell Ewropew; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jikkunsidraw jekk il-programmi ta' taħriġ għall-persunal mediku u tal-kura tas-saħħa għandhomx jiġu aġġornati u standardizzati fuq bażi mifruxa mal-Ewropa kollha sabiex jiġu żgurati livelli għoljin ta' għarfien espert u kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri fir-rigward tal-għarfien u l-użu tal-aktar strumenti teknoloġiċi avvanzati fil-kirurġija robotika, il-bijomediċina u l-immaġni bijomedika bbażata fuq l-IA;

79.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq strateġiji u politiki li jistgħu jippożizzjonaw lill-UE bħala mexxejja dinjija fil-qasam dejjem akbar tat-teknoloġija tal-kura tas-saħħa, filwaqt li tiżgura li l-pazjenti jkollhom aċċess għal kura medika bla xkiel u effettiva;

80.

Jirrikonoxxi li dijanjostika aħjar tista' ssalva miljuni ta' ħajjiet peress li, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 89 % tal-imwiet prematuri madwar l-Ewropa huma kkawżati minn mard li ma jitteħidx;

81.

Jenfasizza l-kontribut li l-intelliġenza artifiċjali u r-robotika jagħtu fl-innovazzjoni ta' prattiki u tekniki kliniċi, ta' prevenzjoni u ta' riabilitazzjoni fil-qasam tas-saħħa, b'referenza partikolari għall-benefiċċju li jiksbu l-pazjenti b'diżabilità;

82.

Jirrikonoxxi li ż-żieda fl-użu ta' sensuri fil-qasam tar-robotika tejbet il-kamp ta' applikazzjoni tal-għoti tal-kura u tippermetti li l-pazjenti jkollhom kura u servizzi aktar personalizzati u li jirċievu kura mill-bogħod fi djarhom stess, filwaqt li jiġġeneraw data aktar sinifikanti;

83.

Jirrikonoxxi li, skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Mejju 2017 (9), fil-preżent iċ-ċittadini tal-UE xorta għadhom iħossuhom skomdi bl-idea tal-użu tar-robots fil-kura tas-saħħa ta' kuljum; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji u kampanji ta' komunikazzjoni biex iqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu ta' kuljum tar-robots; jinnota b'mod partikolari l-ambizzjoni tal-Istrateġija tal-Ġappun dwar l-użu tar-Robots;

3.1.3.   L-enerġija

84.

Jinnota li l-IA tippermetti lill-fornituri tal-enerġija jimxu minn manutenzjoni tal-assi preventiva għal dik ta' previżjoni u biex il-produzzjoni tagħhom tkun aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija permezz ta' titjib fl-affidabbiltà b'mod partikolari, għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u billi jidentifikaw il-postijiet l-aktar effettivi għal installazzjonijiet ġodda, u b'hekk jiżguraw ġestjoni aħjar tar-rispons għad-domanda;

85.

Jirrikonoxxi l-fatt li data aktar preċiża ġġenerata permezz tal-intelliġenza artifiċjali dwar il-potenzjal tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli se toħloq ċertezza ta' investiment akbar għan-negozji u l-individwi, u b'hekk se taċċellera t-tranżizzjoni tal-enerġija lejn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u se tikkontribwixxi għall-istrateġija fit-tul tal-Unjoni għal ekonomija newtrali f'termini ta' impatt fuq il-klima;

86.

Jinnota li s-soluzzjonijiet li jinvolvu s-sensuri diġà qed jintużaw għall-ġestjoni tal-użu tal-enerġija fid-djar u li dan wassal għal iffrankar konsiderevoli tal-enerġija u fi flus;

87.

Jilqa' l-potenzjal tal-IA fl-immudellar, fl-identifikazzjoni u fil-mitigazzjoni tal-impatt tal-attività tal-bniedem fuq il-klima; jinnota li, filwaqt li ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni ġġib ukoll ħtiġijiet ġodda tal-enerġija, din tista' ġġib ukoll effiċjenza akbar f'setturi intensivi fl-użu tal-enerġija u tipprevedi fehim aħjar tal-proċessi, filwaqt li twassal għat-titjib tagħhom;

88.

Jenfasizza li b'settur tal-enerġija aktar diġitalizzat, in-netwerks tal-enerġija se jikbru u se jkunu esposti aktar għat-theddid ċibernetiku; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jakkumpanjaw it-trasformazzjoni diġitali fis-setturi tal-enerġija b'miżuri, bħall-intelliġenza artifiċjali, li jtejbu ċ-ċibersigurtà;

3.1.4.   It-trasport

89.

Jilqa' l-kapaċità tal-IA u tar-robotika li jtejbu ferm is-sistemi tat-trasport tagħna bl-introduzzjoni ta' ferroviji u vetturi bil-mutur awtonomi; jitlob aktar riċerka u investiment f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp sigur u effettiv tiegħu; jenfasizza l-opportunitajiet kbar kemm għall-kumpaniji tat-teknoloġija akbar kif ukoll għall-SMEs;

90.

Jinnota li bit-tnaqqis tal-iżbalji umani fis-settur tat-trasport is-sistema tista' potenzjalment issir aktar effiċjenti, b'inqas inċidenti, grazzi għal evalwazzjonijiet aktar ċari u n-natura ta' previżjoni tat-teknoloġija, inqas dewmien, bil-kapaċità li jiġu identifikati xejriet tat-traffiku u servizzi mmexxija fuq l-iskeda, kif ukoll tfaddil akbar, b'inqas ħsarat ikkawżati mis-sewwieq u bi proċessi interni ssimplifikati;

91.

Jinnota li l-prevalenza ta' vetturi awtonomi fil-futur timponi riskji għall-privatezza tad-data u ħsarat tekniċi u se titrasferixxi r-responsabbiltà mis-sewwieq għal fuq il-manifattur, u dan jirrikjedi li l-kumpaniji tal-assigurazzjoni jibdlu l-mod li bih jinkorporaw ir-riskju fis-sottoskrizzjoni tagħhom;

92.

Jinnota li l-komunikazzjoni bil-vuċi qed tintuża dejjem aktar fl-interazzjoni ma' vetturi u sistemi tat-trasport iżda dawn il-karatteristiċi huma disponibbli biss għal ftit lingwi Ewropej, u għalhekk għandu jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jużaw dawn il-possibbiltajiet fil-lingwa materna tagħhom;

3.1.5.   L-agrikoltura u l-katina alimentari

93.

Jinnota li l-IA għandha l-potenzjal li tikkatalizza trasformazzjoni disturbanti tas-sistema alimentari attwali lejn mudell aktar divers, reżiljenti, adattat għar-reġjun u san għall-futur;

94.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' taqdi rwol fl-isforzi biex tgħin jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-ikel, jiġu mbassra l-karestija u t-tifqigħat ta' mard li jinġarr fl-ikel, jitnaqqsu t-telf u l-ħela tal-ikel u tittejjeb il-ġestjoni sostenibbli tal-art, tal-ilma u ta' riżorsi ambjentali oħra kritiċi għas-saħħa tal-ekosistema;

95.

Jenfasizza li l-intelliġenza artifiċjali tista' tintervjeni f'punti kritiċi tul il-katina tal-valur tas-sistema alimentari mill-produzzjoni sal-konsum u ttejjeb il-kapaċità tagħna biex inbiddlu b'mod fundamentali l-mod ta' kif aħna nipproduċu, nipproċessaw u nixtru l-ikel billi nkunu infurmati aħjar dwar il-prattiki ta' ppjanar tal-użu tal-art;

96.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' ttejjeb il-ġestjoni tar-riżorsi u l-effiċjenza tal-input, tgħin sabiex ikun hemm tnaqqis fl-iskart ta' wara l-ħsad u tinfluwenza l-għażliet tal-konsum;

97.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali fil-forma ta' biedja ta' preċiżjoni għandha l-potenzjal għal trasformazzjoni disturbanti tal-produzzjoni agrikola, kif ukoll il-ġestjoni tal-art usa', billi ttejjeb l-ippjanar tal-użu tal-art, tbassar tibdil fl-użu tal-art u timmonitorja s-saħħa tal-għelejjel, filwaqt li għandha wkoll il-potenzjal li tittrasforma t-tbassir ta' avvenimenti estremi tat-temp;

98.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' tbiddel radikalment it-twassil tal-inputs, il-kontroll tal-pesti u l-ġestjoni tal-irziezet, filwaqt li tinfluwenza l-prattiki tal-biedja, tbiddel il-mod li bih jitwasslu l-prodotti tal-assigurazzjoni u tgħin biex jiġu mbassra u evitati tifqigħat futuri ta' karestija u ta' malnutrizzjoni akuta gravi;

99.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tista' twassal biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar dwar kif għandhom jiġu ġestiti s-sistemi tal-irziezet u tistimola l-iżvilupp ta' sistemi ta' appoġġ tad-deċiżjonijiet u ta' rakkomandazzjoni billi ttejjeb l-effiċjenzi tal-irziezet u s-saħħa tal-irziezet;

3.1.6.   Iċ-ċibersigurtà

100.

Jinnota li ċ-ċibersigurtà hija aspett importanti tal-intelliġenza artifiċjali, speċjalment minħabba l-isfidi għat-trasparenza fl-intelliġenza artifiċjali ta' livell għoli; iqis li l-perspettiva teknoloġika, inkluż l-awditjar tal-kodiċi tas-sors, u r-rekwiżiti għat-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont għandhom jiġu kkomplementati minn approċċ istituzzjonali li jindirizza l-isfidi relatati mal-introduzzjoni tal-intelliġenza artifiċjali żviluppata f'pajjiżi oħra fis-suq uniku tal-UE;

101.

Jitlob li l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà jiġi implimentat mill-iktar fis possibbli; jinnota li l-iżvilupp ta' skemi ta' ċertifikazzjoni tal-UE għandu jiżgura żvilupp u implimentazzjoni aktar reżiljenti ta' sistemi sikuri tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika;

102.

Iqis li fl-istess ħin l-intelliġenza artifiċjali tista' tkun theddida għaċ-ċibersigurtà u l-għodda biex jiġu miġġielda l-attakki ċibernetiċi; jemmen li l-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għandha tħejji pjan ta' azzjoni dwar iċ-ċibersigurtà fil-qasam tal-IA, li għandu jivvaluta u jindirizza t-theddid u n-nuqqasijiet speċifiċi għall-IA;

103.

Jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-bażi industrijali bħala komponent strateġiku tal-iżvilupp sikur tal-intelliġenza artifiċjali; jenfasizza li sabiex jiġi żgurat livell ambizzjuż ta' ċibersigurtà, protezzjoni tad-data u servizzi tal-ICT affidabbli, l-Ewropa trid tinvesti fl-indipendenza teknoloġika tagħha; jenfasizza l-ħtieġa urġenti għall-UE biex tiżviluppa infrastruttura, ċentri tad-data, sistemi tal-cloud u l-komponenti tagħhom, bħal proċessuri tal-grafika u ċipep;

104.

Jinnota li hekk kif l-intelliġenza artifiċjali qed tevolvi u l-hackers qed isiru aktar sofistikati, se jkun imperattiv li jkun hemm soluzzjonijiet b'saħħithom dwar iċ-ċibersigurtà;

105.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali fiċ-ċibersigurtà se jagħmlu possibbli t-tbassir, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tat-theddid;

106.

Jenfasizza li filwaqt li l-intelliġenza artifiċjali se tkun tista' tipprovdi kopertura akbar għall-identifikazzjoni tat-theddid, huwa imperattiv li tingħata interpretazzjoni mill-bniedem ta' dan it-theddid sabiex jiġi identifikat jekk dan ikunx ġenwin;

107.

Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-użu ta' applikazzjonijiet taċ-ċibersigurtà bbażati fuq il-blockchain li jtejbu r-reżiljenza, il-fiduċja u s-sodezza tal-infrastrutturi tal-intelliġenza artifiċjali permezz ta' mudelli mingħajr intermedjarji tal-kriptaġġ tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tuża tokens biex tippremja liċ-ċittadini għad-data tagħhom;

108.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità taċ-ċibersigurtà tal-EU billi tkompli tikkombina u tikkoordina l-isforzi madwar l-Ewropa;

3.1.7.   SMEs

109.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-SMEs għas-suċċess tal-intelliġenza artifiċjali; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tinħoloq pjattaforma tal-intelliġenza artifiċjali fuq talba li se ttejjeb it-trasferiment tat-teknoloġija u tikkatalizza t-tkabbir tan-negozji ġodda u tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi hubs ta' innovazzjoni diġitali għall-intelliġenza artifiċjali li ma jwasslux għall-ħolqien ta' livelli addizzjonali ta' amministrazzjoni iżda minflok jiffukaw fuq l-aċċellerazzjoni ta' investimenti fi proġetti li wrew li huma effiċjenti;

110.

Jinnota li l-ispejjeż tal-investiment fl-intelliġenza artifiċjali jwasslu għal ostakoli akbar għad-dħul għall-SMEs; jirrikonoxxi l-fatt li l-adozzjoni mifruxa tal-intelliġenza artifiċjali mill-konsumaturi tagħmel dan l-investiment inqas riskjuż għall-SMEs;

111.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi kemm l-adozzjoni tal-intelliġenza artifiċjali mill-SMEs kif ukoll l-użu tagħha mill-konsumaturi;

112.

Jenfasizza l-importanza ta' miżuri mmirati biex jiġi żgurat li l-SMEs u n-negozji ġodda jkunu jistgħu jadottaw u jibbenefikaw mit-teknoloġiji tal-IA; jemmen li l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-effetti ta' leġiżlazzjoni ġdida tal-UE dwar l-iżvilupp teknoloġiku tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu obbligatorji u li tali valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jitqiesu wkoll fil-livell nazzjonali;

113.

Jissottolinja li l-intelliġenza artifiċjali tista' tkun faċilitatur għall-SMEs iżda żżid ukoll l-ingranaġġ ta' utenti u żviluppaturi kbar bikrin; jindika, għalhekk, il-ħtieġa li d-distorsjonijiet ġodda jiġu evalwati u indirizzati kif xieraq, minn perspettiva ta' kompetizzjoni;

4.    Qafas legali għall-intelliġenza artifiċjali u għar-robotika

114.

Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jitrawwem ambjent regolatorju favorevoli għall-iżvilupp tal-IA u b'mod konformi mal-prinċipju ta' regolamentazzjoni aħjar, tevalwa mill-ġdid b'mod regolari l-leġiżlazzjoni attwali sabiex tiżgura li tkun xierqa għall-iskop fir-rigward tal-IA filwaqt li tirrispetta wkoll il-valuri fundamentali tal-UE, u tfittex li temenda jew tissostitwixxi proposti ġodda fejn jintwera li dan ma jkunx il-każ;

115.

Jilqa' t-twaqqif ta' pjattaformi parteċipattivi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali li jippermettu liċ-ċittadini jinstemgħu u jinteraġixxu b'suċċess mal-gvernijiet billi jressqu proposti, inkluż permezz ta' baġits parteċipatorji u strumenti oħra ta' demokrazija diretta; jenfasizza li l-proġetti minn isfel għal fuq jistgħu jrawmu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u jgħinu lill-persuni jieħdu deċiżjonijiet infurmati b'mod aktar effettiv u demokratiku;

116.

Jinnota li l-IA hija kunċett li jkopri firxa wiesgħa ta' prodotti u applikazzjonijiet, mill-awtomatizzazzjoni, l-algoritmi u l-intelliġenza artifiċjali limitata sal-intelliġenza artifiċjali ġenerali; iqis li liġi jew regolamentazzjoni komprensiva dwar l-IA għandha tintuża b'kawtela, peress li r-regolamentazzjoni settorjali tista' tipprovdi politiki li huma ġenerali biżżejjed iżda anke rfinuti sal-livell fejn ikunu sinifikanti għas-settur industrijali;

117.

Jenfasizza li l-qafas ta' politika għandu jitfassal biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' kull tip ta' IA u mhux biss sistemi ta' tagħlim fil-fond, li jirrikjedu ammont kbir ta' data;

4.1.   Suq intern għall-intelliġenza artifiċjali

118.

Jissottolinja l-importanza tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fl-użu transkonfinali tal-oġġetti intelliġenti, inklużi r-robots u s-sistemi robotiċi; ifakkar li, meta jkun meħtieġ, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u s-sigurtà tal-prodotti għandhom jiżguraw li ċerti oġġetti jkunu siguri mid-disinn u b'mod awtomatiku; jinnota, f'dan il-kuntest, l-importanza li ssir ħidma wkoll fuq l-aspetti etiċi tal-IA;

119.

Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali għandha tneħħi l-ostakli għall-użu tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa fejn huwa meħtieġ jiġu aġġornati l-oqfsa regolatorji u ta' politika sabiex jinbena suq uniku Ewropew għall-IA;

120.

Jirrikonoxxi li r-robotika u t-teknoloġija tal-IA qed jintużaw dejjem aktar fil-vetturi awtonomi, bħal karozzi awtonomi u drones ċivili; jinnota li xi Stati Membri diġà qed jimplimentaw jew jikkunsidraw leġiżlazzjoni f'dan il-qasam b'mod partikolari, li jista' jirriżulta fi frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li xxekkel l-iżvilupp tal-vetturi awtonomi; jitlob, għalhekk, li jkun hemm sett wieħed ta' regoli tal-Unjoni li jilħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn l-interessi u r-riskji potenzjali għall-utenti, in-negozji jew il-partijiet ikkonċernati l-oħra, filwaqt li jevita regolamentazzjoni żejda fir-robotika u fis-sistemi tal-IA;

121.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmodernizzaw is-sistemi professjonali tat-taħriġ u tal-edukazzjoni tagħhom sabiex jitqiesu l-progress u l-iżviluppi xjentifiċi fil-qasam tal-IA, f'konformità mad-Direttiva dwar it-Test tal-Proporzjonalità (10) u mad-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali (11), u biex is-servizzi professjonali tal-UE jsiru globalment kompetittivi fid-deċennji li ġejjin;

122.

Jenfasizza li l-IA tapplika għal varjetà ta' setturi fejn l-istandardizzazzjoni għandha rilevanza kbira, bħall-manifattura intelliġenti, ir-robotika, il-vetturi awtonomi, ir-realtà virtwali, il-kura tas-saħħa u l-analiżi tad-data, u jemmen li standardizzazzjoni madwar l-UE għall-IA se trawwem l-innovazzjoni u tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi; jirrikonoxxi li, filwaqt li jeżisti għadd sinifikanti ta' standards dwar kwistjonijiet bħas-sikurezza, l-affidabbiltà, l-interoperabbiltà u s-sigurtà, il-promozzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' standards komuni għar-robotika u għall-IA huma neċessarji u għandhom ikunu parti mill-prijoritajiet tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-korpi tal-istandardizzazzjoni tal-UE, tkompli tinvolvi ruħha b'mod proattiv mal-korpi tal-istandardizzazzjoni internazzjonali biex ittejjeb l-istandards f'dan il-qasam;

123.

Ifakkar li ħafna aspetti tal-politika rilevanti għal servizzi attivati bl-IA, inklużi regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-politika dwar l-etika u r-responsabbiltà, huma koperti mil-qafas regolatorju eżistenti dwar is-servizzi, jiġifieri d-Direttiva dwar is-Servizzi (12), id-Direttiva dwar ir-Rikonoxximent ta' Kwalifiki Professjonali u d-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku (13); jissottolinja, f'dan il-kuntest, li fl-aħħar mill-aħħar, il-bnedmin dejjem jeħtiġilhom ikunu responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet, speċjalment għal servizzi professjonali bħall-professjonijiet mediċi, legali u kontabilistiċi; jikkunsidra li hija meħtieġa riflessjoni dwar jekk hijiex meħtieġa superviżjoni minn professjonist ikkwalifikat, bl-għan li jiġu protetti l-objettivi leġittimi ta' interess pubbliku u jiġu pprovduti servizzi ta' kwalità għolja;

124.

Jirrikonoxxi l-importanza ta' servizzi diġitali mtejba bħal assistenti virtwali, chatbots u aġenti virtwali, li jġibu effiċjenza operazzjonali mingħajr preċedent, filwaqt li jirrikonoxxu b'mod xieraq il-ħtieġa li tiġi żviluppata IA ċċentrata fuq il-bniedem u xprunata mis-suq biex jittieħdu deċiżjonijiet aħjar u aktar affidabbli fid-dawl tal-limitazzjonijiet għall-awtonomija tal-IA u tar-robotika;

4.2.   Id-data personali u l-privatezza

125.

Jenfasizza li jrid jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, ta' sigurtà u ta' privatezza fir-rigward tad-data użata għall-komunikazzjoni bejn in-nies u r-robots u l-intelliġenza artifiċjali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jintegraw il-prinċipji tas-sigurtà u tal-privatezza mid-disinn fil-politiki tagħhom relatati mar-robotika u mal-intelliġenza artifiċjali;

126.

Itenni li d-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali kif stipulat fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fl-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għall-oqsma kollha tar-robotika u tal-intelliġenza artifiċjali u li l-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data jrid jiġi osservat bis-sħiħ; jissottolinja r-responsabbiltà tad-disinjaturi tars-sistemi robotiċi u tal-intelliġenza artifiċjali biex jiżviluppaw prodotti b'tali mod li jkunu sikuri, siguri u adatti għall-iskop tagħhom u jsegwu proċeduri għall-ipproċessar tad-data konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti, il-kunfidenzjalità, l-anonomità, it-trattament ġust u l-proċess ġust;

127.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali tinkludi miżuri u regoli li jqisu l-evoluzzjoni teknoloġika rapida f'dan il-qasam, sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tlaħħaq mal-kurva tal-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġija; jenfasizza l-ħtieġa għal tali leġiżlazzjoni biex tkun konformi mar-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data; jitlob li jiġu riveduti r-regoli, l-prinċipji u l-kriterji dwar l-użu ta' kameras u sensuri fir-robots u fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali f'konformità mal-qafas legali tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data;

128.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe qafas regolatorju futur tal-UE dwar l-IA jiggarantixxi l-privatezza u l-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, il-protezzjoni tad-data personali, inklużi l-prinċipji tal-legalità, il-ġustizzja u t-trasparenza, il-protezzjoni tad-data bid-disinn u b'mod awtomatiku, il-limitazzjoni tal-iskop, il-limitazzjoni tal-ħżin, il-preċiżjoni, u l-minimizzazzjoni tad-data, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll is-sigurtà, is-sikurezza personali u drittijiet fundamentali oħra, bħad-dritt għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni;

129.

Jenfasizza li d-dritt għall-privatezza jrid dejjem jiġi rispettat u li l-individwi ma għandhomx ikunu personalment identifikabbli; jissottolinja li żviluppatur tal-IA għandu dejjem ikollu kunsens infurmat ċar u mhux ambigu u li d-disinjaturi tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ir-responsabbiltà li jiżviluppaw u jsegwu l-proċeduri għall-kunsens validu, il-kunfidenzjalità, l-anonimità, it-trattament ġust u l-proċess xieraq; jenfasizza li d-disinjaturi jeħtiġilhom jikkonformaw ma' kwalunkwe talba biex kwalunkwe data relatata tinqered u titneħħa minn kwalunkwe ġabra ta' data;

130.

Ifakkar li r-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-qafas għall-moviment liberu ta' data mhux personali fl-Unjoni Ewropea (14) jiddikjara li 'jekk l-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li d-data anonimizzata tinbidel f'data personali, tali data għandha tiġi ttrattata bħala data personali, u ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (RĠPD) (15) għandu japplika skont kif ikun meħtieġ';

4.3.   Responsabbiltá

131.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex toħloq il-Grupp ta' Esperti dwar ir-Responsabbiltà u t-Teknoloġiji Ġodda bil-għan li jipprovdi lill-UE b'għarfien espert dwar l-applikabilità tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti (16) għal prodotti tradizzjonali, it-teknoloġiji ġodda u l-isfidi soċjetali ġodda (formazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà tal-Prodott) u jassisti lill-UE fl-iżvilupp ta' prinċipji li jistgħu jservu bħala linji gwida għal adattamenti possibbli tal-liġijiet applikabbli fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali relatati ma' teknoloġiji ġodda (formazzjoni ta' Teknoloġiji Ġodda);

132.

Jiddispjaċih, madankollu, li ma tressqet l-ebda proposta leġiżlattiva matul din il-leġiżlatura, u b'hekk dan dewwem l-aġġornament tar-regoli dwar ir-responsabbiltà fil-livell tal-UE u li kienet ta' theddida għaċ-ċertezza legali madwar l-UE f'dan il-qasam kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi;

133.

Jinnota li l-inġiniera tal-intelliġenza artifiċjali jew il-kumpaniji li jimpjegawhom għandhom jibqgħu responsabbli għall-impatti soċjali, ambjentali u fuq is-saħħa tal-bniedem li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali jew ir-robotika jista' jkollhom fuq il-ġenerazzjonijiet attwali u dawk futuri;

4.4.   Il-protezzjoni u l-awtonomizzazzjoni tal-konsumatur

134.

Jissottolinja li l-fiduċja tal-konsumaturi hija essenzjali għall-iżvilupp tal-IA u li s-sistemi bbażati fuq l-IA jittrattaw dejjem aktar data tal-konsumaturi, li tagħmilhom miri ewlenin għal attakki ċibernetiċi; jenfasizza wkoll il-fatt li l-IA trid tiffunzjona b'mod li ma jagħmilx ħsara liċ-ċittadini u lill-konsumaturi, u jikkunsidra li għalhekk trid tiġi żgurata l-integrità tad-data u tal-algoritmi li tiddependi fuqhom;

135.

Jikkunsidra li t-teknoloġiji tal-IA żviluppati kemm għall-manifattura kif ukoll għall-użu individwali għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli tas-sigurtà tal-prodotti mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u mir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi sabiex, fejn ikun xieraq, jiġu żgurati standards minimi ta' sigurtà u jiġi indirizzat ir-riskju ta' aċċidenti li jirriżultaw mill-interazzjoni mal-bnedmin, jew mill-ħidma fil-qrib tal-bnedmin; jemmen li fi kwalunkwe politika dwar l-IA, għandhom jitqiesu kwistjonijiet etiċi u kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, inkluża data ta' partijiet terzi u data personali, kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà ċivili u maċ-ċibersigurtà;

4.5.   Drittijiet ta' proprjetà intellettwali

136.

Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tas-16 ta' Frar 2017 li fiha nnota li m'hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tapplika speċifikament għar-robotika, iżda li s-sistemi u d-duttrini legali eżistenti jistgħu jiġu applikati faċilment għar-robotika, għalkemm jidher li xi aspetti jitolbu kunsiderazzjoni speċifika; itenni l-appell li sar f'dik ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja approċċ orizzontali u teknoloġikament newtrali fir-rigward tal-proprjetà intellettwali applikabbli għad-diversi setturi fejn jaf tintuża r-robotika;

137.

Jilqa' f'dan ir-rigward il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istituzzjonijiet dwar Gwida dwar ċerti aspetti tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (17) (COM(2017)0708) iżda jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati r-rilevanza u l-effiċjenza tar-regoli dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali biex jiġi rregolat l-iżvilupp tal-IA; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' kontrolli tal-idoneità;

5.    Aspetti etiċi

138.

Jemmen li l-azzjonijiet u l-applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu konformi mal-prinċipji etiċi u mad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali rilevanti;

139.

Jitlob il-ħolqien ta' karta tal-etika tal-aħjar prattika għall-intelliġenza artifiċjali u r-robotika li l-kumpaniji u l-esperti għandhom isegwu;

140.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu kooperazzjoni b'saħħitha u trasparenti bejn is-setturi pubbliċi u privati u s-settur akkademiku li ssaħħaħ il-kondiviżjoni tal-għarfien u jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ għad-disinjaturi dwar l-implikazzjonijiet etiċi, is-sikurezza u r-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-konsumaturi dwar l-użu tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, b'enfasi partikolari fuq is-sikurezza u l-privatezza tad-data;

141.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali ma għandhomx jużaw data li tinġabar minn diversi sorsi mingħajr ma l-ewwel jingħata l-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data; jistieden lill-Kummissjoni toħloq qafas li jiżgura li l-kunsens mogħti mis-suġġett tad-data jiġġenera data biss għall-għanijiet intiżi;

142.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta d-dritt taċ-ċittadini għal ħajja offline u tiżgura li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra ċittadini li dwarhom ma hemm l-ebda data rreġistrata;

5.1.   Teknoloġija ċċentrata fuq il-bniedem

143.

Jenfasizza li jridu jiġu stabbiliti regoli etiċi biex jiġu żgurati l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrat fuq il-bniedem, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tas-sistemi tat-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiċi, regoli ċari dwar ir-responsabbiltà u l-ġustizzja;

144.

Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll in-netwerk ta' alleanza tal-UE dwar l-intelliġenza artifiċjali, bil-għan li jipprovdu linji gwida etiċi għall-intelliġenza artifiċjali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-akbar użu possibbli ta' dawk il-linji gwida etiċi mill-industrija, mis-settur akkademiku u mill-awtoritajiet pubbliċi; jirrakkomanda li l-Istati Membri jinkorporaw il-linji gwida fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-intelliġenza artifiċjali u jiżviluppaw strutturi ta' obbligu ta' rendikont reali għall-industriji u l-gvernijiet meta jfasslu u jimplimentaw l-intelliġenza artifiċjali;

145.

Iqis li s-segwitu kontinwu tal-implimentazzjoni tal-linji gwida etiċi dwar l-intelliġenza artifiċjali u tal-impatt tagħha fuq l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali ċċentrata fuq il-bniedem huwa essenzjali; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza jekk il-linji gwida etiċi volontarji humiex biżżejjed biex jiġi żgurat li l-użu inklużiv, inkorporat mil-lat etiku tal-intelliġenza artifiċjali ma jiġġenerax firdiet ekonomiċi u soċjali fis-soċjetajiet tal-UE, u tissuġġerixxi miżuri regolatorji u ta' politika jekk meħtieġ;

146.

Jinnota l-iżviluppi reċenti fil-monitoraġġ tal-analitika tal-imġiba u l-adattament għaliha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas etiku li jillimita l-użu tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq sensibilizzazzjoni u tniedi kampanja ta' informazzjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali u l-użu tagħha fir-rigward tal-analitika tal-imġiba;

5.2.   Valuri integrati fit-teknoloġija – etiċi mill-waqt tad-disinn

147.

Jirrimarka li l-qafas etiku ta' gwida għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tal-benefiċjenza, in-nonkrudeltà, l-awtonomija u l-ġustizzja, u fuq il-prinċipji u l-valuri stipulati fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza, il-ġustizzja u l-ekwità, in-nondiskriminazzjoni, il-kunsens infurmat, il-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-data, kif ukoll fuq prinċipji u valuri sottostanti oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħan-nonstigmatizzazzjoni, it-trasparenza, l-awtonomija, ir-responsabbiltà individwali u r-responsabbilta soċjali, u fuq prattiki u kodiċijiet etiċi eżistenti;

148.

Jemmen li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fuq livell globali billi timplimenta biss intelliġenza artifiċjali inkorporata mil-lat etiku; jissottolinja li, biex dan jintlaħaq, il-governanza tal-etika fl-IA trid tiġi żgurata fuq diversi livelli; jirrakkomanda li l-Istati Membri jwaqqfu korpi ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza tal-etika tal-intelliġenza artifiċjali u jħeġġu lill-kumpaniji jiżviluppaw l-intelliġenza artifiċjali biex iwaqqfu bordijiet tal-etika u jfasslu linji gwidi dwar l-etika għall-iżviluppaturi tal-intelliġenza artifiċjali tagħhom;

149.

Jenfasizza li l-istandards Ewropej għall-IA jridu jkunu bbażati fuq il-prinċipji tal-etika diġitali, id-dinjità tal-bniedem, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni u s-sigurtà tad-data, u b'hekk jikkontribwixxu biex tinbena l-fiduċja fost l-utenti; jenfasizza l-importanza li jittieħed vantaġġ mill-potenzjal tal-UE għall-ħolqien ta' infrastruttura b'saħħitha għal sistemi tal-IA li jkunu msejsa fuq standards għoljin ta' data u fuq ir-rispett għall-bnedmin; jinnota li l-iżvilupp tal-IA jrid jinkorpora fih it-trasparenza u l-ispjegabilità;

150.

Jinnota li s-sistemi ta' armi awtomatizzati għandhom ikomplu jkollhom approċċ ta' human-in-command (kontroll uman) fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali;

5.3.   Teħid ta' deċiżjonijiet – il-limiti tal-awtonomija tal-intelliġenza artifiċjali u r-robotika

151.

Jenfasizza d-diffikultà u l-kumplessità tat-tbassir tal-imġiba futura ta' bosta sistemi tal-intelliġenza artifiċjali kumplessi u l-imġiba emerġenti ta' sistemi tal-intelliġenza artifiċjali interattivi; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa jekk hemmx bżonn ta' regolamenti speċifiċi relatati mat-teħid ta' deċiżjonijiet li jsir permezz tal-intelliġenza artifiċjali;

152.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali se tibqa' għodda utli ta' kollaborazzjoni fl-azzjoni tal-bniedem biex tittejjeb il-prestazzjoni tagħha u jitnaqqsu l-iżbalji;

153.

Jitlob li l-persuni jkollhom id-dritt ta' informazzjoni, id-dritt ta' appell u d-dritt ta' appell meta l-intelliġenza artifiċjali tintuża għal deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-individwi li jġorru riskju sinifikanti għad-drittijiet jew għal-libertajiet ta' individwu jew li jistgħu jikkawżawlhom ħsara;

154.

Jenfasizza li l-algoritmi fis-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet ma għandhomx jużaw mingħajr valutazzjoni tal-impatt algoritmiku (AIA) minn qabel, sakemm ma jkunx ċar li dawn ma għandhom l-ebda impatt sinifikanti fuq il-ħajja tal-individwi;

155.

Jemmen li l-intelliġenza artifiċjali, speċjalment sistemi b'awtonomija inkorporata, inkluża l-kapaċità li tislet, tiġbor u taqsam b'mod indipendenti informazzjoni sensittiva ma' diversi partijiet ikkonċernati, u l-possibbiltà ta' awtotagħlim jew saħansitra li tevolvi biex twettaq awtomodifiki, għandha tkun soġġetta għal prinċipji sodi; jenfasizza li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali ma għandhomx iżommu jew jiżvelaw informazzjoni personali kunfidenzjali mingħajr l-approvazzjoni espliċita mis-sors ta' dik l-informazzjoni;

5.4.   It-trasparenza, il-preġudizzju u l-ispjegabilità tal-algoritmi

156.

Jirrimarka li filwaqt li l-intelliġenza artifiċjali ġġib benefiċċji kbar fl-awtomatizzazzjoni u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, hija ġġorr ukoll riskju inerenti meta l-algoritmi jkunu statiċi u opaki; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa għal aktar trasparenza fir-rigward tal-algoritmi;

157.

Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jidentifikaw u jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jipprevjenu jew jimminimizzaw id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju algoritmiċi u jiżviluppaw qafas etiku b'saħħtu u komuni għall-ipproċessar trasparenti ta' data personali u t-teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet li jista' jiggwida l-użu tad-data u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni;

158.

Jissottolinja li kwalunkwe sistema tal-IA trid tiġi żviluppata b'rispett għall-prinċipji tat-trasparenza u r-responsabbiltà algoritmika, filwaqt li tippermetti l-fehim tal-azzjonijiet tagħha mill-bnedmin; jinnota li sabiex tinbena l-fiduċja u jkun jista' jsir progress fl-IA, l-utenti jridu jkunu konxji kif tintuża d-data tagħhom, kif ukoll data oħra u data dedotta mid-data tagħhom, meta jkunu qegħdin jikkomunikaw jew jinteraġixxu ma' sistema tal-IA jew ma' bnedmin appoġġjati minn sistema tal-IA; jemmen li dan se jikkontribwixxi għal fehim u fiduċja aħjar fost l-utenti; jenfasizza li l-intelleġibbiltà tad-deċiżjonijiet trid tkun standard tal-UE f'konformità mal-Artikoli 13, 14 u 15 tar-RĠPD, ifakkar li l-RĠPD diġà jipprevedi d-dritt li wieħed jiġi infurmat dwar il-loġika involuta fl-ipproċessar tad-data; jenfasizza li, skont l-Artikolu 22 tal-RĠPD, l-individwi għandhom id-dritt jiksbu intervent uman meta deċiżjoni bbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat taffettwahom b'mod sinifikanti;

159.

Jenfasizza li l-Kummissjoni, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data u awtoritajiet superviżorji indipendenti oħra minn issa 'l quddiem għandu jkollhom rwol kruċjali biex jippromwovu t-trasparenza u l-proċess xieraq, iċ-ċertezza legali b'mod ġenerali u, b'mod aktar speċifiku, standards konkreti li jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-garanziji assoċjati mal-użu tal-ipproċessar tad-data u l-analitika; jitlob li jkun hemm kollaborazzjoni aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet inkarigati li jissorveljaw jew jirregolaw il-kondotta fl-ambjent diġitali; jitlob li jkun hemm finanzjament u numru ta' persunal xieraq għal tali awtoritajiet;

160.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-algoritmi tat-tagħlim awtomatiku huma mħarrġa biex jitgħallmu waħedhom, filwaqt li jkunu ta' benefiċċju għall-awtomatizzazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet; jitlob li jitfasslu linji gwida dwar l-etika tal-intelliġenza artifiċjali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mat-trasparenza, l-ispjegabilità, l-obbligu ta' rendikont u l-ġustizzja algoritmiċi;

161.

Jenfasizza l-importanza tal-ispjegabilità tal-outputs tas-sistemi, tal-proċessi u tal-valuri tal-IA, sabiex dawn ikunu jistgħu jinftiehmu minn udjenza mhux teknika u jingħataw informazzjoni sinifikanti, li huwa meħtieġ biex tiġi evalwata l-ġustizzja u tintrebaħ il-fiduċja;

162.

Jirrimarka li n-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward ta' dawn it-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tagħhom iqajjem għadd ta' kwistjonijiet etiċi;

163.

Jinnota li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali għandhom ikunu jistgħu jiġu spjegati lill-bnedmin u għandhom jipprovdu informazzjoni sinifikanti sabiex ikun jista' jingħata feedback; jirrikonoxxi l-fatt li s-saħħa tal-mudelli tal-intelliġenza artifiċjali tiddependi fuq il-feedback u l-valutazzjoni mill-ġdid u jħeġġeġ dan il-proċess;

164.

Jinnota li ċ-ċittadini huma mħassba dwar il-fatt li ma jkunux jafu meta tkun qed tintuża l-intelliġenza artifiċjali u liema informazzjoni se tiġi pproċessata; jirrakkomanda żvelar ċar dwar meta l-intelliġenza artifiċjali tkun qed tintuża miċ-ċittadini; jisħaq li huwa importanti li d-data trażmessa tibqa' sikura, sabiex tinżamm il-fiduċja tal-konsumaturi;

165.

Iqis li r-responsabbiltà algoritmika għandha tiġi regolata minn dawk li jfasslu l-politika permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt ibbażati fuq parametri stabbiliti;

166.

Jinnota li l-iżvelar tal-kodiċi tal-kompjuter innifsu mhuwiex se jsolvi l-kwistjoni ta' trasparenza tal-intelliġenza artifiċjali, peress li ma jiżvelax il-preġudizzji inerenti li jeżistu u ma jispjegax il-proċess ta' tagħlim awtomatizzat; jissottolinja li t-trasparenza ma tfissirx biss it-trasparenza tal-kodiċi, iżda wkoll tad-data u tat-teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati;

167.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-iżvelar tal-kodiċi tas-sors jista' jwassal għall-użu ħażin u l-manipulazzjoni tal-algoritmi;

168.

Jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat il-preġudizzju tal-iżviluppatur, u għalhekk il-ħtieġa għal forza tax-xogħol diversa fil-fergħat kollha tas-settur tal-IT, kif ukoll mekkaniżmi ta' salvagwardja, biex tiġi evitata l-integrazzjoni ta' preġudizzji bbażati fuq il-ġeneru u fuq l-età fis-sistemi tal-IA;

169.

Jirrikonoxxi li l-iżvelar tal-kodiċi jew tas-sigrieti kummerċjali jiskoraġġixxi wkoll il-kumpaniji R&Ż ta' kodiċi ġdid, peress li l-proprjetà intellettwali tagħhom tista' tkun f'riskju; jinnota li l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali minflok għandu jħeġġeġ l-interoperabbiltà tal-mudelli u l-interazzjoni tagħhom mad-data tal-input u tat-taħriġ;

170.

Jirrikonoxxi l-fatt li għalkemm it-trasparenza u l-ispjegabilità jistgħu jiżvelaw nuqqasijiet, dawn ma jiggarantixxux affidabbiltà, sigurtà u ġustizzja; iqis, għalhekk, li l-obbligu ta' rendikont huwa integrali għall-kisba ta' intelliġenza artifiċjali affidabbli, li tista' tinkiseb b'diversi mezzi, bħal AIAs, awditjar u ċertifikazzjoni;

171.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp ta' protokolli għall-monitoraġġ u l-identifikazzjoni kontinwi tal-preġudizzju algoritmiku;

172.

Jirrimarka li d-disinjaturi tal-algoritmi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti essenzjali bħall-ġustizzja u l-ispjegabilità jiġu osservati mill-bidu tal-fażi tat-tfassil u matul iċ-ċiklu tal-iżvilupp;

173.

Jinnota l-ħtieġa għal linji gwida li jiddeskrivu l-prattiki tajba ta' żvilupp;

174.

Jenfasizza l-importanza li jintwera n-nisel sabiex tkun tista' tiġi traċċata l-istorja tal-mudell tal-intelliġenza artifiċjali; iqis li dan se jtejjeb il-fehim tal-mudelli u jgħin sabiex tiġi stabbilita fiduċja abbażi tal-istorja tagħhom;

175.

Jenfasizza li fl-interazzjonijiet mal-utenti l-użu ta' sistemi tal-IA jrid ikun identifikat b'mod ċar;

176.

Jenfasizza li t-tixrid tal-intelliġenza artifiċjali u tar-robotika għandu jsir b'rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u li fl-ebda każ ma għandu jirriproduċi sterjotipi kontra n-nisa fil-magni u fir-robots; u lanqas xi forma oħra ta' diskriminazzjoni;

177.

Jirrimarka li anke data ta' taħriġ ta' kwalità għolja tista' twassal għall-kontinwazzjoni ta' diskriminazzjoni u inġustizzja eżistenti meta ma tintużax b'attenzjoni u b'mod konxju; jinnota li l-użu ta' data ta' kwalità baxxa, skaduta, mhux kompluta jew mhux korretta fi stadji differenti tal-ipproċessar tad-data jista' jwassal għal previżjonijiet u valutazzjonijiet ħżiena li mbagħad jista' jwassal għal preġudizzju, li eventwalment jista' jirriżulta fi ksur tad-drittijiet fundamentali tal-individwi jew konklużjonijiet purament żbaljati jew eżiti foloz; jemmen, għalhekk, li huwa importanti fl-età tal-big data li jiġi żgurat li l-algoritmi jiġu mħarrġa fuq kampjuni rappreżentattivi ta' data ta' kwalità għolja sabiex tinkiseb parità statistika; jenfasizza li anke jekk tintuża data ta' kwalità għolja preċiża, l-analiżi ta' previżjoni bbażata fuq l-IA tista' toffri biss probabbiltà statistika; ifakkar li, skont ir-RĠPD, l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali għal skopijiet ta' statistika jista' jirriżulta biss f'data aggregata li ma tistax terġa' tiġi applikata għall-individwi;

178.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull min jipproduċi materjal deepfake jew vidjows sintetiċi, jew kwalunkwe vidjow sintetiku ieħor magħmul b'mod realistiku, jiddikjara b'mod espliċitu li dawn mhumiex oriġinali;

179.

Jinnota li l-intelliġenza artifiċjali tiddependi b'mod inerenti fuq il-ġbir ta' ammonti kbar ta' data, u spiss fuq il-ħolqien ta' bażijiet tad-data ġodda li jintużaw biex isiru preżunzjonijiet dwar il-persuni; jemmen li għandha ssir enfasi fuq l-identifikazzjoni u l-bini ta' mekkaniżmi ta' rispons għal theddid potenzjali biex jiġi żgurat it-tnaqqis ta' effetti negattivi;

180.

Itenni li s-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali ma għandhomx joħolqu jew isaħħu l-preġudizzju; jissottolinja li, meta jiġu żviluppati u jintużaw l-algoritmi, iridu jiġu inklużi kunsiderazzjonijiet relatati mal-preġudizzju u l-ġustizzja fl-istadji kollha, mit-tfassil sal-implimentazzjoni; jissottolinja li s-sett tad-data u l-algoritmu jridu jiġu vvalutati u ttestjati b'mod regolari biex jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet bir-reqqa;

6.    Governanza

6.1.   Koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni

181.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem lejn l-iżvilupp ta' tmexxija tal-UE b'saħħitha sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-frammentazzjoni tal-isforzi u tiżgura politiki koerenti fil-livell nazzjonali u l-iskambju tal-aħjar prattiki għal użu usa' tal-intelliġenza artifiċjali;

182.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġiji nazzjonali differenti żviluppati mill-Istati Membri; jilqa' b'sodisfazzjon il-Pjan Koordinat tal-Kummissjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, ippubblikat fis-7 ta' Diċembru 2018; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

183.

Jinnota li għadd ta' Stati Membri diġà għandhom l-istrateġiji nazzjonali propji dwar l-IA u jilqa' l-fatt li l-Istati Membri kollha ffirmaw Dikjarazzjoni ta' Kooperazzjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali f'April 2018; jilqa' wkoll il-pjan ikkoordinat imminenti dwar l-IA bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jistinkaw għall-ogħla livell possibbli ta' kooperazzjoni;

184.

Jemmen li hija meħtieġa kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jiġu ggarantiti regoli transfruntiera koerenti fl-Unjoni li jħeġġu kollaborazzjoni bejn l-industriji Ewropej u jippermettu l-użu tal-intelliġenza artifiċjali madwar l-Unjoni kollha li huwa konsistenti mal-livelli meħtieġa ta' sikurezza u sigurtà, kif ukoll mal-prinċipji etiċi stipulati fid-dritt tal-Unjoni;

185.

Jenfasizza li qafas tal-politika tad-data tal-UE armonizzat, ibbażat fuq ir-riskju u progressiv se jżid il-fiduċja u se jappoġġja l-perkors tal-intelliġenza artifiċjali fl-Ewropa, u b'hekk jiżgura t-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali u tiżdied il-produttività tan-negozji bbażati fl-Ewropa;

186.

Jirrakkomanda li inizjattivi u proġetti pilota eżistenti u futuri relatati mal-intelliġenza artifiċjali mwettqa mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu kkoordinati mill-qrib, possibilment taħt il-gwida tal-mekkaniżmu ta' sorveljanza propost, sabiex jinkisbu effetti ta' sinerġija u jiġi żgurat il-ħolqien ta' valur miżjud reali filwaqt li jiġu evitati strutturi doppji li jiswew ħafna flus;

187.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu l-ħolqien ta' aġenzija regolatorja Ewropea għall-intelliġenza artifiċjali u t-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiku bil-kompitu li:

Tistabbilixxi matriċi tal-valutazzjoni tar-riskju biex jiġu kklassifikati t-tipi ta' algoritmi u d-dominji tal-applikazzjoni skont il-potenzjal tagħhom għal impatt negattiv sinifikanti fuq iċ-ċittadini;

Tinvestiga l-użu tas-sistemi algoritmiċi f'każ ta' suspett (pereżempju, b'evidenza mogħtija minn informatur) ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Tagħti pariri lil aġenziji regolatorji oħra dwar sistemi algoritmiċi li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom;

Issaħħaħ l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta' responsabbiltà fir-rigward ta' delitti bħala mezz biex jiġi rregolat l-obbligu ta' rendikont tas-sistemi algoritmiċi billi jiġi pprovdut punt ta' kuntatt għaċ-ċittadini li mhumiex familjari mal-proċeduri legali;

Tivverifika l-AIAs ta' sistemi b'impatt ta' livell għoli biex tapprova jew tirrifjuta l-użi proposti tat-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiku f'dominji ta' applikazzjonijiet sensittivi ħafna u/jew kritiċi għas-sigurtà (pereżempju l-kura tas-saħħa privata); l-AIA għall-applikazzjonijiet tas-settur privat tista' ssegwi proċess simili ħafna bħal dak propost għas-settur pubbliku, bid-differenza possibbli li d-diversi stadji tad-divulgazzjoni pubblika jkunu jistgħu jiġu ttrattati bħala komunikazzjoni kunfidenzjali għall-aġenzija regolatorja (skont ftehim ta' kunfidenzjalità) sabiex jiġu ssalvagwardjati s-sigrieti kummerċjali essenzjali;

Tinvestiga l-każijiet issuspettati ta' ksur tad-drittijiet mis-sistemi tat-teħid tad-deċiżjonijiet algoritmiċi, kemm għall-każijiet ta' deċiżjonijiet individwali (pereżempju eżiti anormali uniċi) kif ukoll għall-mudelli ta' deċiżjonijiet tal-istatistika (pereżempju preġudizzju diskriminatorju); l-investigazzjonijiet jistgħu jinbdew wara li jitressqu lmenti, jew fuq il-bażi ta' evidenza mogħtija minn informaturi, ġurnalisti investigattivi jew riċerkaturi indipendenti (inklużi NGOs u akkademiċi);

188.

Jinnota l-ħidma li għaddejja fuq l-IA mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkoordinaw lill-membri tal-ISO tagħhom biex jiżguraw li l-interessi Ewropej ikunu rappreżentati kif suppost fl-iżvilupp tal-istandards f'dan il-qasam;

6.2.   Il-governanza internazzjonali

189.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien tal-Osservatorju tal-Politika tal-OECD dwar l-intelliġenza artifiċjali u jitlob li jkun hemm ambizzjoni akbar fl-iżvilupp ta' pjan direzzjonali għal aktar kooperazzjoni;

190.

Jenfasizza l-mudelli differenti li qed jiġu żviluppati f'pajjiżi terzi, speċifikament fl-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Iżrael, u jenfasizza l-approċċ ibbażat fuq il-valuri użat fl-Ewropa u l-ħtieġa li ssir ħidma mas-sħab internazzjonali f'ambjenti bilaterali u multilaterali, sabiex l-intelliġenza artifiċjali tiġi żviluppata u adottata b'mod etiku; jirrikonoxxi li din it-teknoloġija ma għandhiex fruntieri u tirrikjedi kooperazzjoni lil hinn minn dik tal-Istati Membri tal-UE waħedhom;

191.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq livell internazzjonali biex tiżgura l-akbar konsistenza bejn l-atturi internazzjonali u biex tippromwovi l-prinċipji etiċi tal-UE madwar id-dinja;

192.

Jissottolinja l-fatt li l-intelliġenza artifiċjali hija teknoloġija b'impatt globali, li tipprovdi benefiċċji komuni u tippreżenta sfidi simili; jindika l-ħtieġa għal approċċ globali, bħal fil-każ tas-sistema ekonomika, u speċjalment fil-każ ta' teknoloġija li għandha impatt sinifikanti fuq is-swieq; jenfasizza l-ħtieġa li l-IA titpoġġa fuq l-aġenda ta' istituzzjonijiet u ta' organizzazzjonijiet eżistenti, u jitlob li ssir valutazzjoni tal-ħtieġa għal fora addizzjonali, li għandhom jinħolqu jekk ikun meħtieġ;

o

o o

193.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

(2)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 163.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0341.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0332.

(5)  ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1.

(6)  COM(2018)0237.

(7)  Teknoloġiji Futuri u Emerġenti.

(8)  OECD Digital Economy Outlook 2017.

(9)  Ewrobarometru Speċjali 460.

(10)  Id-Direttiva (UE) 2018/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2018 dwar test tal-proporzjonalità qabel l-adozzjoni ta' regolamentazzjoni ġdida tal-professjonijiet, ĠU L 173, 9.7.2018, p. 25.

(11)  Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ('ir-Regolament tal-IMI'), (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).

(12)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(13)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ('Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku'), ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(14)  ĠU L 303, 28.11.2018, p. 59.

(15)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta, u li tħassar id-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(17)  ĠU L 195, 2.6.2004, p. 16.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/59


P8_TA(2019)0082

L-użu sostenibbli tal-pestiċidi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (2017/2284(INI))

(2020/C 449/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (Regolament ta’ Livell Massimu ta’ Residwu) (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (5),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea dwar ir-Regolament u għall-annessi rilevanti tiegħu, kif ippubblikata mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) f'April 2018,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta' April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma' aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (7), u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats) (9) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar Selvaġġi) (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (11),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/127/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2006/42/KE fir-rigward ta' makkinarju għall-applikazzjoni tal-pestiċidi (14),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/39/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika dwar l-ilma (15),

wara li kkunsidra l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2018)0392),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “L-Agrikoltura u l-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Ilma fl-UE” (SWD(2017)0153),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tat-12 ta' Lulju 2006 mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, bit-titolu “Strateġija tematika dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi” (COM(2006)0373 – SEC(2006)0894 – SEC(2006)0895 – SEC(2006)0914), (16)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej (17),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli fl-UE (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz tar-regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 (20),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar prospettivi u sfidi għas-settur tal-apikultura tal-UE (21),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009 (22),

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea kontinwa tad-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi u r-rapport ippubblikat mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (ERPS) fil-15 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (23),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM(2017)0109),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-2014 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri “Integrazzjoni tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar l-ilma fi ħdan il-PAK: suċċess parzjali”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Istati Membri u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (COM(2017)0587),

wara li kkunsidra r-rapport ġenerali ta' Ottubru 2017 mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE) tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Istati Membri biex jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi skont id-Direttiva 2009/128/KE (24),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli: Azzjoni Ewropea għal Sostenibbiltà” (COM(2016)0739),

wara li kkunsidra s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (25),

wara li kkunsidra r-rapport tan-NU tal-2017 tar-Rapporteur Speċjali dwar id-Dritt għall-Ikel abbozzat skont ir-riżoluzzjonijiet 6/2, 31/10 u 32/8 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (26),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Implimentazzjoni biex tiżdied id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-Istati Membri, żviluppat mill-Grupp ta' Esperti dwar il-protezzjoni sostenibbli tal-pjanti u approvat mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2016 (27),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-Senat Franċiż tad-19 ta' Mejju 2017 biex jiġi limitat l-użu tal-pestiċidi fl-Unjoni Ewropea (28),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi (29),

wara li kkunsidra l-istudju xjentifiku dwar il-bijomassa tal-insetti li jtiru ppubblikat fit-18 ta' Ottubru 2017 (30),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0045/2019),

A.

billi d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi (minn hawn 'il quddiem “id-Direttiva”) tipprevedi firxa ta' azzjonijiet biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi fl-UE, billi jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u billi jiġi promoss l-użu ta' Ġestjoni Integrata tal-Organiżmi ta' Ħsara (IPM) u ta' approċċi jew tekniki alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, bħall-alternattivi mhux kimiċi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx (PPPs), kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi u tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent;

B.

billi d-Direttiva hija għodda siewja biex jiġi żgurat li l-ambjent, l-ekosistemi, u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali jiġu protetti tajjeb minn sustanzi perikolużi fil-pestiċidi, filwaqt li jiġu pprovduti soluzzjonijiet sostenibbli u ekoloġiċi għal sett ta' għodod akbar u aktar varjat biex jiġu eliminati u evitati telf mir-rendiment ikkawżat minn organiżmi ta' ħsara, mard, ħaxix ħażin u speċijiet aljeni invażivi u biex jiġi miġġieled il-bini tar-reżistenza għall-patoġeni; billi implimentazzjoni sħiħa u komprensiva tad-Direttiva hija prerekwiżit biex jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni u titwettaq tranżizzjoni lejn agrikoltura sostenibbli, il-produzzjoni ta' ikel sigur u tajjeb għas-saħħa, u ambjent mhux tossiku li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;

C.

filwaqt li l-IPM tista' tgħin biex jiġi evitat telf ta' rendiment ikkawżat mill-pesti, l-għanijiet ewlenin tagħha huma li tippermetti lil dawk li jużaw il-pestiċidi jduru għal prattiki u prodotti bl-aktar riskju baxx għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kif deskritt fl-Artikolu 14 tad-Direttiva; jinnota li, fi kwalunkwe każ, bosta studji wrew li l-użu tal-pestiċidi jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti mingħajr ebda impatt negattiv fuq ir-rendiment;

D.

billi d-Direttiva trid tinqara flimkien ma' żewġ leġiżlazzjonijiet ewlenin oħra li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja komplut ta' pestiċida, li jibda mit-tqegħid tiegħu fis-suq (ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009) u jispiċċa bl-istabbiliment ta' livelli massimi ta' residwu (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005); billi huwa għalhekk impossibbli li jinkiseb l-objettiv tad-Direttiva li huwa li jiġu mħarsa s-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mir-riskji assoċjati mal-użu ta' pestiċidi mingħajr ma jiġi implimentat b'mod sħiħ u infurzat kif suppost il-“pakkett tal-pestiċidi” kollu;

E.

billi, sabiex jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw il-kwistjoni ta' pestiċidi foloz u illegali, kif ukoll il-problema inkwetanti ta' prodotti agrikoli importati li ġew ittrattati b'sustanzi kimiċi li huma jew ipprojbiti jew ristretti fl-UE;

F.

billi l-prattiki attwali mill-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi u l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mhumiex kompatibbli mal-objettivi u l-għan tad-Direttiva; billi dawn il-prattiki attwali jimpedixxu l-kisba tal-ogħla livell possibbli ta' protezzjoni u tranżizzjoni lejn settur agrikolu sostenibbli u ambjent mhux tossiku;

G.

billi l-evidenza disponibbli turi b'mod ċar li l-implimentazzjoni tad-direttiva mhijiex allinjata biżżejjed ma' politiki relatati tal-UE fil-qasam tal-pestiċidi, l-agrikoltura u l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari iżda mhux esklussivament il-politika agrikola komuni (PAK) u r-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti; billi d-direttiva, flimkien ma' azzjonijiet relatati fil-livell tal-UE, għandha potenzjal kbir biex tkompli ssaħħaħ u żżid il-valur lill-isforzi u l-azzjonijiet nazzjonali fis-settur agrikolu u ssaħħaħ il-protezzjoni għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;

H.

billi l-qafas regolatorju attwali, inklużi r-rekwiżiti tad-data, kien imfassal għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-PPPs kimiċi, u għaldaqstant mhuwiex adattat għal sustanzi u prodotti attivi bijoloġiċi b'riskju baxx; billi dan il-qafas mhux adattat qed inaqqas b'mod sinifikanti r-ritmu tad-dħul fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-PPPs, li ħafna drabi jiskoraġġixxi lill-applikanti; billi dan ifixkel l-innovazzjoni u l-kompetittività tal-agrikoltura tal-UE; billi dan iwassal ukoll biex aktar minn 60 sustanza attiva jiġu identifikati mill-Kummissjoni Ewropea bħala kandidati għal sostituzzjoni li mhux qed jiġu sostitwiti minħabba n-nuqqas ta' alternattivi aktar sikuri, inklużi sustanzi attivi bijoloġiċi b'riskju baxx;

I.

billi hemm nuqqas ta' disponibbiltà ta' PPPs b'riskju baxx, inklużi dawk bijoloġiċi; billi 13-il sustanza biss huma approvati bħala sustanzi attivi b'riskju baxx, 12 minnhom bijoloġiċi, minn total ta' kważi 500 li huma disponibbli fis-suq tal-UE; billi l-implimentazzjoni insuffiċjenti tad-direttiva ħolqot de facto kundizzjonijiet li mhumiex ekwi fl-Ewropa bi prattiki nazzjonali diverġenti li jimpedixxu l-aħjar adozzjoni ta' alternattivi sostenibbli fis-suq; billi din is-sitwazzjoni għamlitha diffiċli biex prodotti alternattivi b'riskju baxx u mhux kimiċi jippenetraw b'mod suffiċjenti s-suq tal-UE li jnaqqsu l-attraenza tagħhom għall-bdiewa, li minflok jistgħu jagħżlu alternattivi aktar kosteffikaċi fuq terminu qasir; billi n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' PPPs b'riskju baxx inklużi dawk bijoloġiċi, jfixkel l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM);

J.

billi l-agrikoltura organika għandha rwol importati bħala sistema b'użu ta' pestiċidi baxx u jenħtieġ li tkompli tiġi inkoraġġita;

K.

billi hemm evidenza akbar ta' tnaqqis enormi kontinwu fil-popolazzjoni tal-insetti fl-Ewropa, li qed tintrabat mal-livelli attwali tal-użu tal-pestiċidi; billi t-tnaqqis qawwi osservat fl-għadd tal-insetti għandu impatti negattivi fuq l-ekosistema u d-diversità bijoloġika kollha, iżda anke fuq is-settur agrikolu u l-benessri u l-produzzjoni ekonomiċi futuri tiegħu;

L.

billi l-Ewropa attwalment tinsab f'salib it-toroq li se jiddetermina l-futur tas-settur agrikolu u l-possibbiltà tal-Unjoni li tikseb użu sostenibbli tal-pestiċidi, b'mod partikolari permezz tar-riforma tal-PAK; billi r-riforma tal-PAK iġġib magħha potenzjal sostanzjali biex jissaħħu s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-politiki kif ukoll l-implimentazzjoni tad-direttiva u biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn prattiki agrikoli aktar sostenibbli għall-ambjent;

M.

billi l-użu ta' PPPs konvenzjonali huwa dejjem aktar suġġett għal dibattitu pubbliku, minħabba r-riskji potenzjali li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent;

N.

billi huwa importanti li jiġi promoss l-iżvilupp ta' proċeduri jew tekniki alternattivi biex titnaqqas id-dipendenza fuq pestiċidi konvenzjonali u biex tiġi indirizzata r-reżistenza dejjem tikber għal PPPs konvenzjonali;

O.

billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jobbliga lill-Kunsill jiżgura li r-rekwiżit statutorju ta' ġestjoni skont l-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (31) jinkludi l-prinċipji ta' IPM, inkluża prattika tajba rigward il-protezzjoni tal-pjanti u metodi mhux kimiċi ta' protezzjoni tal-pjanti u ġestjoni tal-organiżmi ta' ħsara u tal-għelejjel;

P.

billi l-implimentazzjoni tal-IPM hija obbligatorja fl-UE b'mod konformi mad-direttiva; billi l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jpoġġu aktar enfasi fuq l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, inklużi alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx;

Q.

billi l-“użu sostenibbli” tal-pestiċidi ma jistax jitwettaq mingħajr ma jitqies l-esponiment tal-bniedem għal kombinazzjonijiet ta' sustanzi attivi u koformulanti, kif ukoll l-effetti kumulattivi u possibbilment aggregati u sinerġistiċi tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem;

Konklużjonijiet prinċipali

1.

Ifakkar l-objettivi speċifiċi tal-Istrateġija Tematika dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi, bħal, fost l-oħrajn, il-minimizzazzjoni tal-perikli u r-riskji għas-saħħa u l-ambjent mill-użu tal-pestiċidi; kontrolli mtejba fuq l-użu u d-distribuzzjoni tal-pestiċidi; it-tnaqqis fil-livelli ta' sustanzi attivi ta' ħsara inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta' dawk l-aktar perikolużi b'alternattivi mhux kimiċi aktar sikuri; l-inkoraġġiment ta' kultivazzjoni mingħajr pestiċidi jew b'użu baxx ta' pestiċidi; u l-istabbiliment ta' sistema trasparenti għar-rapportar u l-monitoraġġ tal-progress lejn it-twettiq tal-objettivi tal-istrateġija inkluż permezz tal-iżvilupp ta' indikaturi xierqa;

2.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li tiġi evalwata l-implimentazzjoni tad-Direttiva flimkien mal-politika ġenerali tal-UE dwar il-pestiċidi, inklużi r-regoli stabbiliti mir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti, ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 (ir-Regolament dwar il-Bijoċidi) (32), ir-Regolament dwar il-Livell Massimu ta' Residwu, u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel) (33);

3.

Jiddispjaċih li, minkejja sforzi li saru, il-grad ġenerali tal-progress fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri huwa insuffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi ewlenin tad-Direttiva u biex jinfetaħ il-potenzjal sħiħ tagħha sabiex jitnaqqsu r-riskji ġenerali li jirriżultaw mill-użu tal-pestiċidi filwaqt li titnaqqas ukoll id-dipendenza fuq il-pestiċidi, tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn tekniki għall-protezzjoni tal-pjanti aktar ekoloġikalment sostenibbli u siguri, u sabiex tinkiseb il-ħtieġa urġenti għat-titjib ambjentali u tas-saħħa li għalihom id-Direttiva ġiet imfassla speċifikament; jiddeplora d-dewmien ta' tliet snin fis-sottomissjoni tar-rapport ta' implimentazzjoni dwar id-direttiva mill-Kummissjoni;

4.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tad-Direttiva trid tkun komprensiva u tkopri l-aspetti meħtieġa kollha, u li l-implimentazzjoni parzjali, jiġifieri ta' ċerti elementi iżda mhux ta' oħrajn hija insuffiċjenti biex jintlaħaq l-iskop ġenerali tad-Direttiva li jinkiseb l-użu sostenibbli tal-pestiċidi; jissottolinja l-fatt li l-implimentazzjoni tal-prattiki IPM, bħall-alternattivi mhux kimiċi u PPPs b'riskju baxx, għandha rwol partikolarment importanti fl-isforzi biex jintlaħaq dan l-objettiv;

5.

Jinnota li r-rapport ta' progress tal-2017 tal-Kummissjoni jidentifika lakuni sinifikanti fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (NAPs) tal-Istati Membri, li jissuġġerixxi impenn aktar baxx għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa f'xi pajjiżi li possibbilment jirriżulta f'kompetizzjoni inġusta fis-suq u theddid għas-suq uniku; jirriżerva d-dritt li jirreferi lil Stati Membri mhux konformi lill-Kummissarju responsabbli mill-Kompetizzjoni;

6.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li madwar 80 % tal-NAPs tal-Istati Membri ma fihom l-ebda informazzjoni speċifika dwar kif jiġi kkwantifikat l-ilħuq ta' ħafna mill-objettivi u l-miri, b'mod partikolari fir-rigward tal-miri għall-IPM u l-miżuri ta' protezzjoni akkwatika; jenfasizza li dan jikkumplika ħafna l-proċess biex jitkejjel il-progress li jkun sar mill-Istati Membri fit-twettiq tal-objettivi ewlenin u l-għan tad-Direttiva;

7.

Jinsab imħasseb mill-fatt li l-NAPs huma inkonsistenti fir-rigward tal-istabbiliment ta' objettivi, miri, miżuri u skedi taż-żmien kwantitattivi għad-diversi oqsma ta' azzjoni, li jagħmluha impossibbli li jiġi vvalutat il-progress li jkun sar; jiddispjaċih li ħames NAPs biss stabbilixxew miri li jistgħu jitkejlu ta' livell għoli, li erba' minnhom jirrigwardjaw it-tnaqqis tar-riskju u waħda biss it-tnaqqis tal-użu; jiddispjaċih dwar il-fatt li s'issa 11-il Stat Membru biss pproduċew NAP rivedut, għalkemm l-iskadenza għar-reviżjoni kienet fl-aħħar tal-2017;

8.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li f'ħafna Stati Membri ma hemmx impenn biżżejjed għall-prattiki IPM ibbażati fuq it-tmien prinċipji tagħha bil-prijoritizzazzjoni ta' alternattivi mhux kimiċi għal pestiċidi; jiddispjaċih li waħda mill-isfidi ewlenin rigward l-implimentazzjoni tal-IPM, li hija l-pedament tad-Direttiva, tidher li hija n-nuqqas attwali ta' strumenti u metodi xierqa ta' kontroll biex tiġi vvalutata l-konformità fl-Istati Membri, kif ukoll regoli u gwida ċari; jissottolinja l-fatt li implimentazzjoni komprensiva tal-IPM hija waħda mill-miżuri ewlenin biex titnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-pestiċidi fl-agrikoltura sostenibbli, li hija favorevoli għall-ambjent, ekonomikament vijabbli u soċjalment responsabbli u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel tal-Ewropa filwaqt li ssaħħaħ il-bijodiversità u s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, tagħti spinta lill-ekonomija rurali u tnaqqas l-ispejjeż għall-bdiewa billi tiffaċilita l-adozzjoni fis-suq ta' alternattivi mhux kimiċi u PPPs b'riskju baxx fiż-żoni Ewropej differenti; jenfasizza li l-inċentivi finanzjarji u l-miżuri edukattivi addizzjonali huma meħtieġa biex jissaħħaħ l-użu tal-prattiki IPM mill-farms individwali;

9.

Iqis li l-IPM tirrappreżenta għodda siewja għall-bdiewa biex jiġġieldu kontra l-organiżmi ta' ħsara u l-mard u biex jiżguraw rendimenti ta' produzzjoni; jinnota li żieda fl-adozzjoni ta' IPM isservi l-għan doppju li ssaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità, kif ukoll li tnaqqas l-ispejjeż għall-bdiewa biex jibdlu għal alternattivi aktar sostenibbli u jnaqqsu l-użu ta' pestiċidi konvenzjonali; jemmen li huwa meħtieġ sforz akbar biex tiġi inkoraġġita l-adozzjoni ta' IPM, permezz ta' riċerka u korpi konsultattivi tal-Istati Membri; ifakkar li l-IPM jista' jkollha rwol importanti fit-tnaqqis tal-kwantitajiet u l-varjetajiet ta' pestiċidi użati;

10.

Jinnota li fi ħdan is-sett ta' għodod tal-IPM, il-kontroll bijoloġiku jinvolvi l-għoti ta' spinta jew l-introduzzjoni ta' speċijiet ta' benefiċċju li jeqirdu u għalhekk jirregolaw popolazzjonijiet ta' organiżmi ta' ħsara, u jikkontrollawhom; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġu ppreferuti metodi bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn sostenibbli għall-pestiċidi kimiċi jekk dawn jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta' ħsara; jisħaq għalhekk l-importanza li jiġu applikati pestiċidi kimiċi b'mod selettiv u mmirat, minħabba li nkella hemm ir-riskju li dawk l-aġenti ta' kontroll ta' organiżmi ta' ħsara ta' benefiċċji jiġu eliminati, u jħallu l-għelejjel aktar suxxettibbli għal attakki futuri;

11.

Huwa mħasseb li ftit sar progress fil-promozzjoni u l-inċentivar fl-innovazzjoni, l-iżvilupp u l-użu ta' alternattivi b'riskju baxx u mhux kimiċi għall-pestiċidi konvenzjonali; jinnota li huma biss ftit l-NAPs li fihom inċentivi għar-reġistrazzjoni ta' tali prodotti u metodi alternattivi; jenfasizza li l-użu minuri huwa partikolarment vulnerabbli minħabba l-iskarsezza tas-sustanzi attivi rilevanti;

12.

Jenfasizza li l-użu sostenibbli u responsabbli tal-pestiċidi huwa prekondizzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi għall-PPPs;

13.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' disponibbiltà ta' sustanzi attivi u PPPs b'riskju baxx, ikkawżat prinċipalment mill-proċess fit-tul tal-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni parzjalment minħabba l-fatt li l-perjodu iqsar ta' awtorizzazzjoni ta' 120 jum għal każijiet bħal dawn rarament jiġi ssodisfat fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali mhijiex konformi mal-prinċipji tal-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-IPM, u jenfasizza l-importanza tad-disponibbiltà ta' pestiċidi b'riskju baxx, riċerka adegwata u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-Istati Membri u bejniethom sabiex jiġi utilizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-IPM; jikkunsidra li proċess ta' approvazzjoni aktar mgħaġġel jistimola r-riċerka tal-industrija fl-iżvilupp ta' ingredjenti attivi ġodda b'riskju baxx, inklużi sustanzi b'riskju baxx innovattivi, u b'hekk jiżgura li l-bdiewa jkollhom biżżejjed għodod għall-protezzjoni tal-pjanti għad-dispożizzjoni tagħhom u jkunu jistgħu jibdlu b'mod aktar rapidu għal PPPs sostenibbli u jżidu l-effikaċja tal-IPM;

14.

Ifakkar li reżistenza akbar għall-pestiċidi toħloq użu u dipendenza akbar; jinnota li l-użu akbar tal-pestiċidi u d-dipendenza fuqhom jiġu bi spiża għolja għall-bdiewa kemm permezz tal-ispejjeż għolja tal-użu u minħabba t-telf fir-rendiment li jirriżultaw mit-telf tal-ħamrija u t-tnaqqis fil-kwalità tal-ħamrija;

15.

Jinnota li d-disponibbiltà akbar ta' PPPs b'riskju baxx fis-suq tnaqqas ir-riskju ta' reżistenza għal ingredjenti attivi kif ukoll l-effetti fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira marbuta ma' PPPs li jintużaw b'mod komuni;

16.

Jinnota f'dan ir-rigward li r-reżistenza għal sustanzi attivi ta' pestiċidi hija inevitabbiltà bijoloġika f'organiżmi ta' ħsara li jirriproduċu malajr u mard u hija problema dejjem tikber; jenfasizza, għalhekk, li metodi sostenibbli bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi oħrajn għandhom ikunu ppreferuti minn pestiċidi kimiċi jekk dawn jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta' ħsara; ifakkar li l-pestiċidi kimiċi jenħtieġ li jintużaw b'mod selettiv u mmirat,; jenfasizza li nkella dawn l-aġenti ta' kontroll ta' organiżmi ta' ħsara ta' benefiċċju jirriskjaw li jiġu eliminati, u dan iħalli l-għelejjel aktar suxxettibbli għal attakki futuri;

17.

Jinnota wkoll li l-aħjar tnaqqis fil-volum tal-pestiċidi aktarx jirriżulta minn bidliet sistemiċi li jnaqqsu s-suxxettibbiltà għal attakk minn organiżmi ta' ħsara, jiffavorixxu d-diversità strutturali u bijoloġika fuq is-sistemi fardgħalla u l-kultivazzjoni kontinwa, u jnaqqsu r-reżistenza tal-organiżmi ta' ħsara għal ingredjenti attivi; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta' enfasi fuq, il-finanzjament u l-integrazzjoni ta' metodi agroekoloġiċi li jagħmlu s-sistema tal-biedja kollha aktar reżiljenti għall-organiżmi ta' ħsara;

18.

Jenfasizza li l-PAK fil-forma attwali tagħha ma tinkoraġġix u ma tinċentivax biżżejjed it-tnaqqis tad-dipendenza tal-farms fuq il-pestiċidi u l-użu ta' tekniki ta' produzzjoni organika; iqis li l-istrumenti ta' politika speċifiċi fil-PAK ta' wara l-2020 huma meħtieġa sabiex tinbidel l-imġiba tal-bdiewa fir-rigward tal-użu tal-pestiċidi;

19.

Jiddeplora l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-PAK ta' wara l-2020 ma tinkorporax il-prinċipju tal-IPM ta' ħsara fir-rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni msemmija fl-Anness III ta' dik il-proposta; jenfasizza li n-nuqqas ta' rabta bejn din id-direttiva u l-mudell tal-PAK il-ġdid se jfixkel b'mod effettiv it-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-pestiċidi;

20.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jużaw indikaturi tar-riskju nazzjonali biex jivvalutaw, kompletament jew parzjalment, l-impatt negattiv tal-użu tal-pestiċidi; ifakkar li minkejja l-obbligu espliċitu stabbilit fl-Artikolu 15 tad-Direttiva, l-indikaturi tar-riskju armonizzati madwar l-UE, għadhom ma ġewx miftiehma mill-Istati Membri, li jagħmluha kważi impossibbli li jitqabbel il-progress li jkun sar fi Stati Membri differenti u madwar l-Unjoni kollha kemm hi; jilqa' l-adozzjoni, fil-25 ta' Jannar 2019, tal-indikaturi tar-riskju armonizzati, mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF);

21.

Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-bijodiversità u l-ekosistemi robusti, l-aktar fil-każ tan-naħal u insetti oħra tad-dakra, li huma essenzjali sabiex jiġi żgurat settur agrikolu tajjeb għas-saħħa u sostenibbli; jissottolinja li l-protezzjoni tal-bijodiversità mhijiex esklussivament kwistjoni tal-protezzjoni tal-ambjent, iżda anke mezz kif tiġi żgurata s-sigurtà sostnuta tal-ikel fl-Ewropa fil-futur;

22.

Huwa mħasseb ħafna dwar it-telfien kontinwu u potenzjalment irriversibbli tal-bijodiversità fl-Ewropa u dwar it-tnaqqis allarmanti ta' insetti bil-ġwienaħ, inklużi l-pollinaturi, kif muri mis-sejbiet ta' studju xjentifiku f'Ottubru 2017 dwar il-bijomassa tal-insetti li jtiru, (34) skont liema studju l-popolazzjoni ta' insetti li jtiru f'63 żona ta' protezzjoni tan-natura fil-Ġermanja naqset drastikament b'aktar minn 75 % f'27 sena; jenfasizza wkoll it-tnaqqis importanti fl-ispeċijiet komuni ta' għasafar madwar l-Ewropa, possibbilment minħabba t-tnaqqis fil-popolazzjoni tal-insetti; jinnota, barra minn hekk, l-effetti mhux intenzjonati ta' pestiċidi fuq il-ħamrija u l-organiżmi tal-ħamrija (35) u speċijiet oħra mhux fil-mira; iqis li l-pestiċidi huma wieħed mill-fatturi ewlenin responsabbli għat-tnaqqis tal-insetti, l-ispeċijiet tal-għasafar tal-art agrikola u organiżmi oħra mhux fil-mira u jissottolinja wkoll il-ħtieġa li l-Ewropa taqleb għal użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi u żżid l-għadd ta' alternattivi mhux kimiċi u PPPs b'riskju baxx għall-bdiewa;

23.

Isostni li l-pestiċidi bbażati fuq in-neonikotinojdi qed ikollhom rwol partikolari fit-tnaqqis inkwetanti tal-popolazzjoni tan-naħal madwar l-Ewropa, kif jidher minn firxa ta' studji internazzjonali li ffurmaw il-bażi għal petizzjonijiet minn ċittadini li jkollhom mijiet ta' eluf ta' firem minn madwar il-kontinent kollu;

24.

Jirrikonoxxi l-importanza tal-NAPs u l-IPM fit-tnaqqis sinifikanti tal-użu tal-pestiċidi biex jiġi evitat it-telfien irriversibbli tal-bijodiversità filwaqt li jiġu ffavoriti miżuri agroekoloġiċi u l-biedja organika kull fejn possibbli;

25.

Jenfasizza wkoll li l-iżvilupp ta' għażliet agrikoli sostenibbli huwa neċessarju biex jitnaqqsu l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq is-sigurtà tal-ikel;

26.

Jesprimi tħassib partikolari dwar l-użu kontinwu tal-pestiċidi b'sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali u jagħmlu ħsara lill-bnedmin jew lill-annimali; jenfasizza li l-użu ta' tali pestiċidi huwa inkompatibbli mal-objettivi u mal-għan tad-Direttiva;

27.

Jenfasizza li l-ambjent akkwatiku huwa b'mod partikolari sensittiv għall-pestiċidi; jilqa' l-fatt li l-Istati Membri ħadu firxa ta' miżuri biex jipproteġuh minnhom; jiddispjaċih, madankollu, li ħafna Stati Membri ma stabbiliewx miri u skedi taż-żmien għal miżuri sabiex l-ambjent akkwatiku jiġi protett mill-pestiċidi, u dawk li għamlu dan ma speċifikawx kif se jitkejjel l-ilħuq tal-miri jew tal-objettivi; jemmen li l-monitoraġġ tal-pestiċidi użati bħalissa fl-ambjent akkwatiku għandu jittejjeb;

28.

Jinnota li l-agrikoltura hija wieħed mis-sorsi ewlenin li minħabba fiha l-korpi tal-ilma jonqsu milli jiksbu status kimiku tajjeb, billi din twassal għal tniġġis mill-pestiċidi; jenfasizza li l-prevenzjoni tad-dħul tal-pestiċidi fis-sistemi tal-ilma ħelu hija iktar kosteffettiva mit-teknoloġiji tat-tneħħija, u li l-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi xierqa f'dan ir-rigward lill-bdiewa; jirrikonoxxi wkoll, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma għat-titjib tal-kwalità tal-ilma; jilqa' l-progress li sar mill-Istati Membri fl-indirizzar ta' sustanzi prijoritarji, li wassal biex anqas korpi tal-ilma jonqsu milli jissodisfaw standards għal sustanzi, bħal kadmju, ċomb u nikil, kif ukoll pestiċidi;

29.

Jiddispjaċih mill-fatt li d-deterjorament tar-riżorsi tal-ilma wassal dejjem aktar għal trattament addizzjonali minn operaturi tal-ilma tajjeb għax-xorb biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma ma' limiti għal pestiċidi kif minqux fid-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li l-ispejjeż ikunu mġarrba minn min iniġġes u mhux mill-konsumaturi;

30.

Jenfasizza li xi pestiċidi huma internazzjonalment magħrufa bħala sustanza niġġiesa organiċi persistenti (POPs) minħabba l-potenzjal tagħhom għal trasport fuq medda twila, il-persistenza tagħhom fl-ambjent, u l-kapaċità tagħhom ta' bijomagnifikazzjoni fil-katina tal-ikel kollha u ta' bijoakkumulazzjoni f'ekosistemi, kif ukoll l-effetti negattivi sinifikanti tagħhom fuq is-saħħa tal-bniedem;

31.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri kollha stabbilixxew skemi ta' taħriġ u ċertifikazzjoni rigward l-użu tal-PPPs, iżda jiddispjaċih li f'xi Stati Membri l-obbligi ta' taħriġ mhumiex milħuqa għas-suġġetti kollha meħtieġa elenkati fl-Anness I; jissottolinja l-importanza tat-taħriġ tal-utenti biex jiżguraw l-użu sikur u sostenibbli tal-PPPs; iqis li huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn utenti professjonali u dilettanti, minħabba li mhumiex soġġetti għall-istess obbligi; jenfasizza li kemm l-utenti professjonali kif ukoll dawk mhux professjonali tal-pestiċidi għall-PPPs għandhom jingħataw taħriġ adegwat;

32.

Jinnota l-potenzjal fl-użu tat-teknoloġija intelliġenti u l-biedja ta' preċiżjoni bħala mezz kif jiġu amministrati aħjar il-PPPs, u sabiex tiġi prevenuta d-dispersjoni tagħhom f'żoni fejn ma jkunux meħtieġa, pereżempju permezz ta' drones u teknoloġija ta' preċiżjoni bil-GPS; Jenfasizza, barra minn hekk, li l-adozzjoni ta' dawn is-soluzzjonijiet tista' tittejjeb fl-Istati Membri jekk jiġu inkorporati aħjar f'korsijiet ta' taħriġ u skemi ta' ċertifikazzjoni għal utenti ta' pestiċidi fl-NAPs;

33.

Jenfasizza li l-PPPs jintużaw mhux biss fl-agrikoltura iżda wkoll għall-kontroll tal-ħaxix ħażin u tal-organiżmi ta' ħsara f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew gruppi vulnerabbli kif definiti fl-Artikolu 12a tad-Direttiva, inklużi ġonna pubbliċi u ferroviji; billi l-użu tal-PPPs f'żoni bħal dawn mhuwiex xieraq; jilqa' l-fatt li diversi Stati Membri u ħafna gvernijiet reġjonali u lokali ħadu azzjoni biex jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu tal-pestiċidi f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' miri miżurabbli fil-maġġoranza tal-Istati Membri;

34.

Jesprimi tħassib li ħafna Stati Membri ma interpretawx ir-rekwiżit tal-Artikolu 12(a) b'mod korrett billi interpretawh bħala li jirreferi biss għal użu mhux agrikolu, filwaqt li fil-fatt gruppi vulnerabbli bħal dawk definiti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jinkludu residenti soġġetti għal esponiment għoli ta' pestiċidi fuq terminu twil; jinnota wkoll li l-Kummissjoni kkonfermat li ma hemm l-ebda raġuni legali għaliex l-applikazzjoni agrikola jenħtieġ li tiġi eskluża mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12;

35.

Jinnota l-appoġġ kontinwu tal-Istati Membri għal agrikoltura organika bħala sistema tal-użu baxx tal-pestiċidi; jilqa' l-fatt li l-għadd ta' farms agrikoli organiċi kompla jiżdied fl-Unjoni, iżda jinnota li l-progress għadu jvarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri;

36.

Jinnota li l-bdiewa organiċi jsofru telf ekonomiku meta l-ħamrija u l-prodotti organiċi tagħhom jiġu kontaminati mill-użu tal-pestiċidi f'farms agrikoli tal-madwar permezz, pereżempju, deriva mill-isprejjar tal-pestiċidi u l-moviment ta' sustanzi attivi persistenti fl-ambjent; jindika konsegwentement, minħabba azzjonijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom, il-bdiewa organiċi jistgħu jiġu sfurzati jbigħu l-prodotti tagħhom bħala konvenzjonali, u jitilfu fuq il-primjum tal-prezz tagħhom, jew anke titneħħilhom iċ-ċertifikazzjoni;

37.

Jinnota li, filwaqt li l-Istati Membri ġeneralment għandhom sistemi biex jiġbru informazzjoni dwar l-avvelenament akut mill-pestiċidi, hemm xi dubji dwar il-preċiżjoni ta' din id-data u l-użu tagħha; jenfasizza l-fatt li s-sistemi biex tinġabar tali informazzjoni dwar l-avvelenament kroniku għadhom ma ġewx implimentati b'mod mifrux;

38.

Jenfasizza l-fatt li l-aħħar rapport tal-EFSA dwar ir-residwi tal-pestiċidi fl-ikel wera li 97,2 % tal-kampjuni fl-Ewropa kienu fi ħdan il-limiti legali tal-leġiżlazzjoni tal-UE, li jixhed sistema tal-produzzjoni tal-ikel rigoruża u sigura ferm;

Rakkomandazzjonijiet

39.

Jistieden lill-Istati Membri jlestu l-implimentazzjoni tad-Direttiva mingħajr aktar dewmien;

40.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu inklużi fi kwalunkwe attività tal-partijiet ikkonċernati dwar il-pestiċidi, inkluż il-pubbliku, kif previst fid-Direttiva 2003/35/KE u fil-Konvenzjoni ta' Aarhus;

41.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu rwol proattiv fl-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva sabiex jidentifikaw lakuni u oqsma speċifiċi li jirrikjedu attenzjoni partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, u biex ma jillimitawx lilhom infushom għall-mekkaniżmi nazzjonali ta' traspożizzjoni u ta' kontroll tas-soltu;

42.

Jistieden lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-UE jeħtiġilha taġixxi mingħajr dewmien għal tranżizzjoni lejn użu aktar sostenibbli tal-pestiċidi, u li r-responsabbiltà prinċipali għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prattiki hija tal-Istati Membri; jenfasizza li azzjoni rapida hija essenzjali;

43.

Jistieden lill-Istati Membri jaderixxu mal-iskedi taż-żmien stabbiliti għat-twettiq tal-NAPs riveduti; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux hekk, biex jagħmlu dan mingħajr aktar dewmien, din id-darba b'miri kwantitattivi ċari u objettiv ġenerali li jistgħu jitkejlu ta' tnaqqis effettiv immedjat u fit-tul tar-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi, inklużi miri ta' tnaqqis annwali ddefiniti b'mod ċar u b'attenzjoni speċjali għall-effetti possibbli fuq il-pollinaturi u t-trawwim u l-adozzjoni ta' alternattivi mhux kimiċi sostenibbli u PPPs b'riskju baxx, f'konformità mal-prinċipji IPM;

44.

Jappella lill-Kummissjoni tipproponi mira vinkolanti ambizzjuża għall-UE kollha sabiex jitnaqqas l-użu tal-pestiċidi;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa gwida dwar il-prinċipji IPM u l-implimentazzjoni tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex tistabbilixxi linji gwida dwar l-istabbiliment ta' kriterji għall-kejl u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-IPM fl-Istati Membri;

46.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippromwovu pestiċidi b'riskju baxx, u biex jipprijoritizzaw għażliet u metodi mhux kimiċi li jikkawżaw l-inqas riskju ta' ħsara lis-saħħa u lill-ambjent naturali, filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni tal-għelejjel effettiva u effiċjenti; jenfasizza li biex dan jirnexxi, jeħtieġ li jissaħħu l-inċentivi ekonomiċi għall-bdiewa biex jagħżlu dawn l-opzjonijiet;

47.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jpoġġu aktar enfasi fuq il-promozzjoni tal-iżvilupp, tar-riċerka, tar-reġistrazzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni ta' alternattivi b'riskju baxx u bijoloġiċi, inkluż billi jżidu opportunitajiet ta' finanzjament fi ħdan Orizzont Ewropa u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027; ifakkar fl-importanza li jkunu ppreferuti metodi bijoloġiċi, fiżiċi u mhux kimiċi sostenibbli oħrajn għal pestiċidi kimiċi jekk dawn jipprovdu kontroll sodisfaċenti tal-organiżmi ta' ħsara; ifakkar fl-importanza tal-valur miżjud ta' tekniki ekoloġikament sostenibbli u siguri għall-protezzjoni tal-pjanti;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni, biex mingħajr aktar dewmien, twettaq l-impenn tagħha skont is-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali biex tressaq strateġija tal-Unjoni għal ambjent mhux tossiku li jwassal għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' sostituti sostenibbli inklużi soluzzjonijiet mhux kimiċi; jistenna li l-Kummissjoni tqis b'mod partikolari f'din l-istrateġija l-impatti tal-pestiċidi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;

49.

Jinkoraġġixxi aktar enfasi fuq it-tnaqqis tar-riskju, bħall-użu estensiv ta' sustanzi b'riskju baxx li jistgħu jkunu aktar ta' ħsara mill-użu limitat ta' sustanzi b'riskju għoli;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw koerenza aħjar tad-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha ma' leġiżlazzjoni u politiki relatati tal-UE, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet skont il-PAK u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u b'mod partikolari biex jintegraw il-prinċipji IPM bħala rekwiżiti legali skont il-PAK, f'konformità mal-Artikolu 14 tad-direttiva;

51.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jillimitaw strettament in-numru ta' derogi għall-użu essenzjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u jaġġornaw id-dokumenti rilevanti ta' gwida sabiex jiżguraw li l-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tirrifletti l-esponiment u l-kundizzjonijiet tal-ħajja reali u tqis l-impatti possibbli kollha fuq is-saħħa u l-ambjent;

52.

Jirrakkomanda li tingħata lill-Istati Membri l-flessibbiltà biex l-IPM tiġi applikata bħala parti mill-miżuri ekoloġiċi skont il-PAK;

53.

Jilqa' l-adozzjoni reċenti tal-indikaturi tar-riskju armonizzati mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat PAFF) u jappella lill-Istati Membri jimxu 'l quddiem bl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' indikaturi tar-riskju armonizzati kif reċentement propost mill-Kummissjoni, sabiex jiġi mmonitorjat kif xieraq it-tnaqqis tal-impatti tal-pestiċidi;

54.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema kompletament operattiva u trasparenti għall-ġbir regolari ta' data statistika dwar l-użu tal-pestiċidi, l-impatti ta' esponiment okkupazzjonali u mhux okkupazzjonali għall-pestiċidi fuq saħħet il-bniedem u l-annimali, u l-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi fl-ambjent, speċjalment fil-ħamrija u fl-ilma;

55.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu programmi ta' riċerka mmirati lejn id-determinazzjoni tal-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jqisu l-firxa sħiħa ta' effetti tossikoloġiċi u fit-tul, inkluża l-immunotossiċità, it-tfixkil endokrinali u t-tossiċità tal-iżvilupp newroloġiku, u filwaqt li ssir enfasi fuq l-effetti tal-esponiment għal pestiċidi qabel it-twelid fuq is-saħħa tat-tfal;

56.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni u l-użu tal-PPPs l-aktar użati li jkunu ġġustifikati permezz ta' evidenza xjentifika indipendenti u rieżaminata bejn il-pari;

57.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta qabel it-tmiem tal-mandat attwali tagħha proposta leġiżlattiva speċifika li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, barra mir-reviżjoni ġenerali f'konnessjoni mal-inizjattiva REFIT, bil-għan li żżid definizzjoni u kategorija separata għal “sustanzi li jinsabu fin-natura” u “sustanzi identiċi għal dawk naturali”, li l-kriterju tagħhom għandu jkun il-preżenza eżistenti u l-esponiment tas-sustanza fin-natura, kif ukoll li tistabbilixxi proċedura ta' evalwazzjoni, awtorizzazzjoni u reġistrazzjoni rapida u rigoruża għal pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx, f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-15 ta' Frar 2017 dwar pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx u mar-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti (KE) Nru 1107/2009;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-obbligi tal-Unjoni skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza Kbira tal-1979 u l-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes tal-2004, b'hekk iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġu eliminati l-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-pestiċidi tal-POPs, flimkien mal-istabbiliment ta' dispożizzjonijiet dwar ir-rimi tal-iskart li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi;

59.

Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li servizzi konsultattivi professjonalment ikkwalifikati u indipendenti jkunu disponibbli biex jiġi pprovdut parir u taħriġ lill-utenti finali dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, u b'mod partikolari dwar l-IPM;

60.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar enfasi fuq aktar investiment u riċerka fl-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ta' preċiżjoni u biedja diġitali sabiex il-PPPs isiru aktar effiċjenti u b'hekk inaqqsu b'mod sinifikanti d-dipendenza fuq il-pestiċidi, skont l-għanijiet tad-direttiva, u b'hekk jitnaqqas l-esponiment kemm tal-utenti professjonali kif ukoll tal-pubbliku ġenerali; iqis li l-użu tad-diġitizzazzjoni jew il-biedja bi preċiżjoni m'għandux iwassal għal dipendenza fuq l-inputs jew id-dejn finanzjarju għall-bdiewa;

61.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jibqgħux jippermettu l-użu ta' PPPs f'żoni użati mill-pubbliku ġenerali jew minn gruppi vulnerabbli kif definit fl-Artikolu 3(14) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

62.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli, kif definit mill-Artikolu 3(14) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, filwaqt li jikkunsidraw b'mod speċjali n-nuqqas eżistenti ta' protezzjoni ta' residenti rurali li jgħixu fil-viċinanza tal-għelejjel; jappella għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu projbizzjonijiet immedjati fuq l-użu ta' pestiċidi minn distanzi sostanzjali mid-djar tar-residenti, skejjel, playgrounds, nurseries u sptarijiet;

63.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinvestu f'aktar riċerka dwar l-impatt tal-pestiċidi fuq speċijiet mhux fil-mira u biex jieħdu azzjoni immedjata biex dan jiġi imminimizzat;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu mudell ta' agrikoltura, li tiddependi fuq strateġiji għall-protezzjoni tal-pjanti preventivi u indiretti mmirati lejn it-tnaqqis tal-użu ta' inputs esterni, u fuq sustanzi multifunzjonali li jinsabu fin-natura; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar riċerka u żvilupp ta' strateġiji tal-kura tas-saħħa tal-pjanti agroekoloġiċi preventivi u indiretti;

65.

Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-investiment tagħhom fi prattiki ta' adattament li jipprevjenu lis-sustanzi agrokimiċi milli jilħqu l-ilma tal-wiċċ u tal-fond, kif ukoll f'miżuri mmirati lejn it-trażżin ta' lissija possibbli ta' dawn is-sustanzi fil-korsiji tal-ilma, ix-xmajjar u l-ibħra; jirrakkomanda li l-użu tagħhom ikun ipprojbit fil-ħamrija li potenzjalment tiskula fl-ilma ta' taħt l-art;

66.

Jenfasizza l-ħtieġa essenzjali għal valutazzjoni regolari tal-proporzjonalità bejn il-kwantità ta' pestiċidi mibjugħa u ż-żona agrikola ta' applikazzjoni, abbażi ta' bażijiet tad-data tal-utenti u r-rekords tal-bejgħ;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa u uniformi tal-kriterji ta' limitu bbażati fuq il-periklu għal sustanzi attivi li huma mutaġeniċi, karċinoġeniċi, jew tossiċi għar-riproduzzjoni, jew li għandhom proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali;

68.

Jistieden lill-Istati Membri jsegwu b'mod strett il-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' pestiċidi pprojbiti fl-UE minn pajjiżi terzi, u biex iżidu l-kontrolli fuq l-ikel importat;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tqis b'attenzjoni l-miżuri kollha disponibbli sabiex tiżgura konformità, inkluż il-varar ta' azzjonijiet għal ksur kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligu li jimplimentaw id-Direttiva bis-sħiħ;

70.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni b'saħħitha kontra l-Istati Membri li qed jabbużaw b'mod sistematiku d-derogi kontra pestiċidi pprojbiti li fihom in-neonikotinojdi;

71.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-prinċipju “min iniġġes iħallas” jiġi implimentat b'mod sħiħ u infurzat b'mod effettiv fir-rigward tal-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma;

72.

Jistieden lill-Orizzont Ewropa jipprovdi finanzjament suffiċjenti biex jippromwovi l-iżvilupp ta' strateġiji tal-kura tas-saħħa tal-pjanti abbażi ta' approċċ sistematiku li jikkombina tekniki agroekoloġiċi innovattivi u miżuri preventivi biex jitnaqqas għal livell minimu l-użu ta' inputs esterni;

73.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma pan-Ewropea dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi li ġġib flimkien partijiet ikkonċernati settorjali u rappreżentanti f'livell lokali u reġjonali sabiex ikunu ffaċilitati l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fit-tnaqqis tal-użu tal-pestiċidi;

o

o o

74.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u

(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(2)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(3)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(5)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(6)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(7)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.

(8)  ĠU L 229, 29.6.2004, p. 23.

(9)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(10)  ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7.

(11)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

(12)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(13)  ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.

(14)  ĠU L 310, 25.11.2009, p. 29.

(15)  ĠU L 226, 24.8.2013, p. 1.

(16)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex:52006DC0372

(17)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 62.

(18)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 51.

(19)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 184.

(20)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 117.

(21)  Testi adottati, P8_TA(2018)0057.

(22)  Testi adottati, P8_TA(2018)0356.

(23)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1

(24)  http://ec.europa.eu/food/audits-analysis/overview_reports/details.cfm?rep_id=114

(25)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171.

(26)  http://www.pan-uk.org/site/wp-content/uploads/United-Nations-Report-of-the-Special-Rapporteur-on-the-right-to-food.pdf

(27)  http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10041-2016-ADD-1/en/pdf

(28)  http://www.senat.fr/leg/ppr16-477.html

(29)  Testi adottati, P8_TA(2019)0023.

(30)  Caspar A. Hallmann et al., “More than 75 % decline over 27 years in total flying insect biomass in protected areas” (Tnaqqis ta' aktar minn 75 % fuq perjodu ta' 27 sena fil-bijomassa totali ta' insetti li jtiru f'żoni protetti), PLOS, 18 ta' Ottubru 2017 – https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0185809

(31)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(32)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(33)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel, ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(34)  https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0185809

(35)  https://esdac.jrc.ec.europa.eu/public_path/shared_folder/doc_pub/EUR27607.pdf


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/71


P8_TA(2019)0083

Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (2018/2108(INI))

(2020/C 449/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 168 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u tħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (3),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-6 ta' Ġunju 2011 dwar il-mixja lejn sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli (4),

wara li kkunsidra l-programmi pluriennali tas-saħħa għall-perjodi 2003-2008 (5), 2008-2013 (6) u 2014-2020 (7) rispettivament,

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni tal-4 ta' Settembru 2015 u tal-21 ta' Settembru 2018 dwar l-operat tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (COM(2015)0421, COM(2018)0651),

- wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' April 2018 dwar l-iffaċilitar tat-trasformazzjoni diġitali tal-kura u tas-saħħa fis-Suq Uniku Diġitali; l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini u l-bini ta' soċjetà aktar b'saħħitha (COM(2018)0233),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2018 dwar id-data tal-Istati Membri dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali tal-pazjenti fis-sena 2016 (8),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2011/890/UE tat-22 ta' Diċembru 2011 li tipprovdi r-regoli għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u għall-funzjonament tan-Netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-Saħħa elettronika (9),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu “Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa” (COM(2015)0192),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020, b'mod partikolari d-dimensjoni transkonfinali espliċita (COM(2012)0736),

wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 (COM(2017)0586),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2008 dwar mard rari (COM(2008)0679) u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2009 dwar azzjoni fil-qasam tal-mard rari (10),

wara li kkunsidra r-rapport ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2014 dwar il-komunikazzjoni tagħha dwar mard rari (COM(2014)0548),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjonijiet dwar in-Netwerks Ewropej ta' Referenza għall-Mard Rari tal-Kumitat ta' Esperti tal-UE dwar il-Mard Rari (EUCERD) tal-31 ta' Jannar 2013 u l-addendum tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra d-dokument ta' sfond tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE ta' Mejju 2018 (11),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2017 bit-titolu “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534),

wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tfassil tar-rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0046/2019),

A.

billi sistemi tas-saħħa affordabbli għal kulħadd fl-UE u fl-Istati Membri tagħha huma kruċjali biex jiġi żgurat livell għoli ta' saħħa pubblika, protezzjoni soċjali, koeżjoni soċjali u ġustizzja soċjali, billi jiġi ppreservat u ggarantit l-aċċess universali, u billi l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti hija rikonoxxuta bħala komponent importanti tal-valutazzjoni tal-kosteffikaċja tal-kura tas-saħħa;

B.

billi d-Direttiva 2011/24/UE (minn issa 'l quddiem “id-direttiva”), skont l-Artikolu 168(7) tat-TFUE tirrispetta l-libertà ta' kull Stat Membru li jieħu d-deċiżjonijiet xierqa dwar il-kura tas-saħħa u ma tfixkilx jew timmina l-għażliet etiċi fundamentali tal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati Membri; billi hemm differenzi fis-servizzi rispettivi pprovduti mill-Istati Membri kif ukoll fil-mod kif inhuma ffinanzjati; billi d-direttiva tipprovdi għażliet oħra ta' kura tas-saħħa liċ-ċittadini Ewropej minbarra dawk disponibbli f'pajjiżhom stess;

C.

billi s-saħħa tista' titqies bħala dritt fundamentali skont l-Artikolu 2 (dwar id-dritt għall-ħajja) u l-Artikolu 35 (dwar il-kura tas-saħħa) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

D.

billi s-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-UE qed jiffaċċjaw sfidi minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni, ir-restrizzjonijiet baġitarji, iż-żieda fl-inċidenza ta' mard kroniku u rari, diffikultajiet biex tiġi żgurata kura tas-saħħa bażika f'żoni rurali u l-prezzijiet għoljin tal-mediċini; billi l-Istati Membri huma responsabbli biex jiżviluppaw u jżommu katalgu aġġornat tal-iskarsezzi tal-mediċini u jiskambjaw informazzjoni f'dan ir-rigward minn naħa għal oħra tal-fruntiera sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' mediċini essenzjali;

E.

billi l-kura tas-saħħa li ċ-ċittadini jeħtieġu kultant tista' tiġi pprovduta bl-aħjar mod fi Stat Membru ieħor, minħabba l-prossimità, il-faċilità tal-aċċess, in-natura speċjalizzata tal-kura jew in-nuqqas ta' kapaċità, bħan-nuqqas ta' mediċini essenzjali, fl-Istat Membru tagħhom stess;

F.

billi r-riżultati tar-rapport dwar it-tħaddim tad-direttiva juru li fl-2015 mhux l-Istati Membri kollha implimentaw id-direttiva b'mod komplut jew korrett;

G.

billi s-settur tas-saħħa huwa parti vitali mill-ekonomija tal-UE, u jammonta għal 10 % tal-PDG tagħha – ċifra li minħabba fatturi soċjoekonomiċi tista' titla' għal 12,6 % sal-2060;

H.

billi, skont l-Artikolu 20 tad-direttiva, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li kull tliet snin tippreżenta rapport ta' implimentazzjoni dwar it-tħaddim tad-direttiva; billi l-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod kostanti u regolarment tippreżenta informazzjoni dwar il-flussi tal-pazjenti, dwar id-dimensjonijiet amministrattivi, soċjali u finanzjarji tal-mobilità tal-pazjenti u dwar il-funzjonament tan-Netwerks ta' Referenza Ewropej (ERNs) u l-punti ta' kuntatt nazzjonali;

I.

billi, skont ir-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2018 dwar it-tħaddim tad-direttiva, għadu diffiċli għaċ-ċittadini li jiskopru kif jistgħu jużaw id-drittijiet tagħhom f'termini tal-kura tas-saħħa transkonfinali; billi hemm bżonn ta' aktar ċarezza u trasparenza dwar il-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-fornituri tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi żgurata l-mobilità sikura tal-pazjenti;

J.

billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Saħħa elettronika tal-25 ta' April 2018 tinnota li s-sistemi tas-saħħa u tal-kura jirrikjedu riformi u soluzzjonijiet innovattivi biex isiru aktar reżiljenti, aċċessibbli u effettivi; billi għalhekk l-użu ta' teknoloġiji ġodda u għodod diġitali għandu jissaħħaħ sabiex jittejbu l-kwalità u s-sostenibbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa;

K.

billi d-direttiva tipprovdi bażi legali ċara għall-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni Ewropea fir-rigward tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA), is-Saħħa elettronika, il-mard rari u l-istandards ta' sikurezza u kwalità tas-servizzi u l-prodotti tal-kura tas-saħħa;

L.

billi ċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt li jaċċessaw kura speċjalizzata fl-Istat Membru tagħhom stess; billi, madankollu, l-għadd ta' pazjenti li jibbenefikaw mid-dritt tagħhom għal kura transkonfinali, kif previst skont id-direttiva, inklużi testijiet mediċi, skens u kontrolli tas-saħħa preventivi, qed jiżdied bil-mod ħafna;

M.

billi l-programmi tat-tilqim mhumiex koperti mid-direttiva, anke jekk jingħaddu fost il-politiki l-aktar effettivi tal-UE u billi jitqiesu d-diffikultajiet li n-nies f'xi Stati Membri għandhom biex jaċċessawhom;

N.

billi mhux l-Istati Membri kollha setgħu jfornu data jew informazzjoni dwar pazjenti li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż, u billi l-ġbir tad-data mhux dejjem jista' jitqabbel minn Stat Membru għal ieħor;

O.

billi 83 % tan-nies mistħarrġa f'konsultazzjoni riċenti tal-Kummissjoni approvaw l-iżvelar ta' data medika bil-għan li ssir riċerka u jittejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pazjenti (13); billi kwalunkwe integrazzjoni futura tas-sistemi tas-saħħa trid, mill-aspett diġitali, tiggarantixxi li s-sistemi tas-saħħa u l-pazjenti jkunu l-gwardjani aħħarin u l-ġestjonarji ta' din l-informazzjoni kkonċernata, sabiex tiġi żgurata l-ekwità, is-sostenibbiltà u s-sikurezza tal-pazjenti;

P.

billi l-mobilità tal-pazjenti fl-UE koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva għadha relattivament baxxa u ma kellhiex impatt baġitarju sinifikanti fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali;

Q.

billi l-Istati Membri huma responsabbli biex jipprovdu l-aċċess għall-kura tas-saħħa li jeħtieġu n-nies u jiżguraw li l-ispejjeż rilevanti kollha jiġu rimborżati; billi s-servizzi tal-kura tas-saħħa nazzjonali tal-Istati Membri huma responsabbli għall-istabbiliment tal-kriterji li jippermettu li ċ-ċittadini jirċievu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor; billi f'numru konsiderevoli ta' Stati Membri, l-ostakli li l-pazjenti jiltaqgħu magħhom meta jittrattaw is-sistemi tas-saħħa jibqgħu sinifikanti; billi l-piżijiet amministrattivi jistgħu joħolqu dewmien fir-rimborżi; billi dan iżid biss il-frammentazzjoni tal-aċċess għas-servizzi, u għalhekk għandu jittejjeb permezz ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri;

R.

billi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) hija rregolata mir-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u l-implimentazzjoni tagħha tvarja ħafna bejn Stat Membru u ieħor; billi implimentazzjoni uniformi tal-EHIC u koordinazzjoni akbar bejn l-Istati Membri hija essenzjali biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi eżistenti u biex jiġi ggarantit rimborż rapidu u mingħajr diskriminazzjoni għall-pazjenti, filwaqt li jiġi ggarantit il-moviment liberu għaċ-ċittadini tal-UE;

S.

billi l-pazjenti għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet prattiċi u legali meta jużaw ir-riċetti mediċi fl-Istati Membri kollha;

T.

billi r-rwol tal-punti ta' kuntatt nazzjonali (NCPs) huwa li jiżguraw li l-pazjenti jirċievu l-informazzjoni korretta biex jieħdu deċiżjoni infurmata;

U.

billi l-NCPs għadhom mhumiex magħrufa biżżejjed mill-pubbliku, fatt li għandu impatt fuq l-effettività tagħhom; billi l-effiċjenza u l-ħidma ta' sensibilizzazzjoni tal-NCPs jiddependu fuq l-appoġġ li jirċievu kemm mill-UE kif ukoll mill-Istati Membri, fuq il-mezzi ta' komunikazzjoni, l-iskambju ta' prattiki tajba u ta' informazzjoni, inkluża informazzjoni ta' kuntatt, u l-linji gwida għar-riferiment tal-pazjenti;

V.

billi hemm varjazzjonijiet kbar bejn id-diversi NCPs fir-rigward tal-funzjonament, l-aċċessibbiltà, il-viżibbiltà u l-allokazzjoni tar-riżorsi, kemm f'termini ta' kwalità kif ukoll ta' kwantità;

W.

billi, skont Stħarriġ tal-Ewrobarometru ta' Mejju 2015 (14), il-pazjenti mhumiex infurmati biżżejjed dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom fil-qasam tal-kura tas-saħħa, b'inqas minn 20 % taċ-ċittadini jħossuhom infurmati tajjeb;

X.

billi l-kura tas-saħħa transkonfinali se tkun effettiva biss jekk il-pazjenti, il-persuni li jieħdu ħsieb, il-professjonisti fil-kura tas-saħħa u partijiet interessati oħra jkunu infurmati tajjeb dwarha u r-regoli li jirregolawha jkunu faċilment disponibbli u jkunu jinftiehmu faċilment;

Y.

billi l-pazjenti, il-persuni li jieħdu ħsieb u l-professjonisti fil-kura tas-saħħa għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqas kbir ta' informazzjoni rigward id-drittijiet tal-pazjenti inġenerali u b'mod partikolari dawk previsti mid-direttiva;

Z.

billi l-professjonisti fil-kura medika jittrattaw kwistjonijiet ta' pazjenti sensittivi ħafna, li jeħtieġu komunikazzjoni ċara u li tinftiehem; billi l-ostakli lingwistiċi jistgħu jfixklu t-trasferiment ta' informazzjoni bejn il-professjonisti tal-kura medika u l-pazjenti tagħhom;

AA.

billi hemm lok konsiderevoli għal titjib u simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' rimborż f'għadd ta' Stati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tar-riċetti mediċi, mediċini orfni, prodotti mediċinali farmaċewtikalment komposti u terapija u proċeduri ta' segwitu;

AB.

billi, attwalment, sitt Stati Membri u n-Norveġja ma għandhom fis-seħħ l-ebda sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel, li tagħti lill-pazjenti l-libertà tal-għażla u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi;

AC.

billi hemm għadd ta' ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u r-reġjuni ġirien li jistgħu jservu ta' bażi għall-aħjar prattiki eċċellenti biex tkompli tiġi żviluppata l-kura tas-saħħa transkonfinali fl-UE kollha;

L-implimentazzjoni

1.

Jilqa' l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni biex tivvaluta jekk l-Istati Membri ttrasponewx id-Direttiva b'mod korrett;

2.

Jinnota l-benefiċċji tad-direttiva biex jiġu ċċarati r-regoli dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u biex jiġi żgurat l-aċċess għal kura tas-saħħa transkonfinali sigura u ta' kwalità għolja fl-Unjoni, kif ukoll biex tinkiseb il-mobilità tal-pazjenti f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja; jesprimi d-diżappunt tiegħu li għadd sinifikanti ta' Stati Membri ma implimentawx b'mod effettiv ir-rekwiżiti li jiggarantixxu d-drittijiet tal-pazjenti; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tagħha, u jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika li tikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni fi ħdan is-suq intern;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bir-rapporti ta' evalwazzjoni ta' kull tliet snin tagħha dwar it-tħaddim tad-Direttiva u tissottomettihom lill-Parlament u lill-Kunsill kif xieraq; jenfasizza l-importanza li tinġabar informazzjoni, għal skopijiet ta' statistika, dwar pazjenti li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal trattament u li jiġu analizzati r-raġunijiet li għalihom il-pazjenti jiċċaqalqu minn pajjiż għal ieħor; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tippubblika, kull meta jkun fattibbli u fuq bażi annwali, it-tqassim tas-servizzi pprovduti u l-ammonti totali mħallsa minn kull Stat Membru għall-għoti ta' kura tas-saħħa transkonfinali;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti u r-riżultati tal-kura fl-evalwazzjoni tagħha tal-kosteffiċjenza tal-implimentazzjoni tad-direttiva;

5.

Ifakkar lill-Istati Membri fl-impenn tagħhom li jipprovdu lill-Kummissjoni assistenza u l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħhom, sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha u t-tħejjija r-rapporti msemmija qabel;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni, speċjalment f'dawk l-oqsma fejn id-direttiva u r-regolament dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali jinteraġixxu, u tiżgura koordinazzjoni aħjar, f'dak ir-rigward, fost il-partijiet interessati rilevanti kollha fi ħdan l-istituzzjonijiet;

7.

Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jittrasponu d-direttiva b'mod korrett sabiex jiżguraw kura tas-saħħa transkonfinali ta' kwalità għolja u aċċessibbli għall-pazjenti, f'konformità sħiħa tal-iskadenzi tal-implimentazzjoni stabbiliti fil-leġiżlazzjoni; jirrikonoxxi li jista' jsir titjib speċifiku fir-rigward tal-aċċess għal mediċini preskritti u l-kontinwità tat-trattament; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva biex tinkludi l-programmi tat-tilqim;

8.

Jinnota b'sodisfazzjon l-impatt pożittiv ta' inizjattivi bħall-EHIC, li tingħata mingħajr ħlas u tippermetti lil kull min huwa assigurat minn skema tas-sigurtà soċjali statutorja jew li jkun kopert minn waħda, li jirċievi trattament mediku fi Stat Membru ieħor mingħajr ħlas jew bi spiża mnaqqsa; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni ta' suċċess bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tal-EHIC;

9.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza u t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li taħthom joperaw il-fornituri tal-kura tas-saħħa; jissottolinja l-importanza li l-fornituri u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa jkollhom assigurazzjoni professjonali tar-responsabbiltà ċivili, kif previst fid-direttiva kif ukoll fid-Direttiva 2005/36/KE, sabiex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi tas-saħħa u tiżdied il-protezzjoni tal-pazjenti;

Il-finanzjament

10.

Ifakkar li l-finanzjament tal-kura tas-saħħa transkonfinali jaqa' fuq l-Istati Membri, li jħallsu lura l-ispejjeż skont ir-regolament stabbilit; ifakkar li l-Kummissjoni permezz tal-programmi tas-saħħa tappoġġa l-kooperazzjoni li tinsab fil-kapitolu IV tad-direttiva;

11.

Jesprimi tħassib serju, f'dan ir-rigward, dwar it-tnaqqis propost fil-finanzjament għall-programm tas-saħħa; itenni s-sejħa tiegħu biex il-programm tas-saħħa jerġa' jsir programm awtonomu robust b'aktar finanzjament fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss (2021-2027), sabiex jiġu implimentati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) dwar is-saħħa pubblika, is-sistemi tas-saħħa u l-problemi marbuta mal-ambjent, u tiġi żgurata politika tas-saħħa ambizzjuża, li tiffoka fuq l-isfidi transkonfinali, inklużi, b'mod partikolari, żieda konsiderevoli fl-isforzi komuni tal-UE fil-ġlieda kontra l-kanċer, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni bikrija u l-ġestjoni ta' mard kroniku u rari, inklużi mard ġenetiku u pandemiku u l-kanċer rari, fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u fl-iżgurar ta' aċċess aktar faċli għall-kura tas-saħħa transkonfinali;

12.

Jenfasizza l-importanza tal-Fond Soċjali Ewropew, tal-Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew għas-saħħa u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, inkluż il-Programm Interreg, biex jittejbu s-servizzi tas-saħħa u jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-qasam tas-saħħa bejn ir-reġjuni u l-gruppi soċjali madwar l-Istati Membri; jitlob li l-fondi strutturali u ta' koeżjoni jintużaw ukoll biex tittejjeb u tiġi ffaċilitata l-kura tas-saħħa transkonfinali fil-QFP li jmiss;

Il-mobilità tal-pazjenti

13.

Jinnota li r-raġunijiet għall-mobilità baxxa tal-pazjenti huma erbgħa: i) xi Stati Membri kienu pjuttost tard biex jimplimentaw id-direttiva; ii) l-għarfien taċ-ċittadini dwar id-drittijiet ġenerali tagħhom għar-rimborż huwa verament baxx, iii) ċerti ostakli li jillimitaw il-kura tas-saħħa transkonfinali, bħall-piżijiet amministrattivi, inbnew minn xi Stati Membri, u iv) informazzjoni dwar pazjenti li jkunu qed ifittxu kura tas-saħħa fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi tad-direttiva hija nieqsa jew mhux kompluta;

14.

Jinnota li ċerti sistemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel jidhru impenjattivi żżejjed u/jew restrittivi fir-rigward tal-għadd ta' talbiet ikkonċernati kull sena; jitlob lill-Kummissjoni tkompli d-djalogi strutturati mal-Istati Membri, sabiex tiġi pprovduta aktar ċarezza fir-rigward ta' każijiet fejn hija meħtieġa awtorizzazzjoni minn qabel u l-kundizzjonijiet assoċjati għar-rimborż;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida għall-Istati Membri sabiex in-nies ikunu jistgħu, jekk tkun stabbilita awtorizzazzjoni minn qabel, iqabblu l-kura barra mill-pajjiż mal-kura disponibbli fl-Istat Membru tagħhom stess, u l-kosteffettività għall-pazjenti jitqies bħala l-prinċipju ta' gwida;

16.

Ifakkar lill-Istati Membri li kwalunkwe limitazzjoni fuq l-applikazzjoni tad-direttiva, bħar-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni minn qabel jew limitazzjonijiet fuq ir-rimborż, għandha tkun neċessarja u proporzjonata u m'għandhiex tagħti lok għal diskriminazzjoni arbitrarja jew soċjali, ma tridx tpoġġi ostakli għall-moviment liberu tal-pazjenti u s-servizzi u m'għandhiex tpoġġi piż eċċessiv fuq is-sistemi nazzjonali tas-saħħa pubblika. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw id-diffikultajiet tal-pazjenti bi dħul baxx f'sitwazzjoni ta' pagament minn qabel f'każijiet transkonfinali; billi s-sistemi tal-awtorizzazzjoni minn qabel huma maħsuba biex jippermettu lill-Istati Membri jippjanaw u jipproteġu lill-pazjenti minn kuri li jqajmu tħassib serju u speċifiku relatat mal-kwalità jew is-sikurezza tal-kura;

17.

Jinnota bi tħassib li f'ċerti Stati Membri l-kumpaniji tal-assigurazzjoni ddiskriminaw arbitrarjament jew ħolqu ostakoli mhux ġustifikati għall-moviment ħieles tal-pazjenti u s-servizzi, b'konsegwenzi finanzjarji negattivi għall-pazjenti;

18.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li tintroduċi limitazzjonijiet rigward ir-rimborż tal-ispejjeż skont l-Artikolu 7 (9) tad-direttiva, filwaqt li tagħti r-raġunijiet għal dan l-għemil;

19.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li xi Stati Membri xi drabi jagħtu livelli aktar baxxi ta' rimborż għall-kura tas-saħħa transkonfinali pprovduta minn fornituri tal-kura tas-saħħa privati jew mhux kuntrattati fit-territorji tagħhom stess milli għal kura tas-saħħa transkonfinali fornuta minn fornituri tal-kura tas-saħħa pubbliċi jew kuntrattati; iqis li għandu jiġi garantit ir-rimborż għall-kura tas-saħħa privata fl-istess livell bħal dak tal-kura tas-saħħa pubblika, dment li jkunu jistgħu jiġu żgurati l-kwalità u s-sikurezza tal-kura;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jivvalutaw, jallinjaw mill-ġdid u jissimplifikaw il-proċeduri ta' rimborż għall-pazjenti li jirċievu kura transkonfinali, inkluż billi jiġi kkjarifikat ir-rimborż tal-kura u l-proċeduri ta' segwitu, u jistabbilixxu front offices ta' koordinazzjoni li jkunu punt uniku ta' kuntatt mal-assiguraturi tal-kura tas-saħħa rilevanti;

21.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-applikazzjoni tad-direttiva dwar it-“telemediċina” – servizzi ta' saħħa pprovduti mill-bogħod – wasslet għal ċertu nuqqas ta' kjarifika fir-rigward tal-iskemi tar-rimborż, peress li xi Stati Membri jirrimborżaw jew jipprovdu konsultazzjoni ma' prattikanti mediċi ġenerali jew speċjalizzati mill-bogħod, filwaqt li xi oħrajn ma jagħmlux dan; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-użu tar-regoli dwar ir-rimborż, skont l-Artikoli 7(1) u 4 (1), sabiex dawn japplikaw ukoll għat-telemediċina, fejn xieraq; iħeġġeġ lill-Istati Membri jallinjaw l-approċċi tagħhom mar-rimborż tat-telemediċina;

Ir-reġjuni tal-fruntiera

22.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u r-reġjuni tal-fruntiera biex japprofondixxu l-kooperazzjoni fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, b'mod effiċjenti u finanzjarjament sostenibbli, inkluż billi jipprovdu informazzjoni aċċessibbli, suffiċjenti u li tinftiehem, sabiex tiġi żgurata l-aħjar kura possibbli għall-pazjenti; jitlob lill-Kummissjoni tappoġġa u tistimula skambju strutturali tal-aħjar prattiki fost ir-reġjuni tal-fruntiera; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw dawn l-aħjar prattiki biex itejbu wkoll il-kura tas-saħħa f'reġjuni oħra;

23.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-koeżjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera bl-indirizzar ta' wħud mill-ostakli legali u amministrattivi li jiffaċċjaw, permezz tal-ħolqien ta' mekkaniżmu transkonfinali tal-UE;

L-informazzjoni għall-pazjenti

24.

Ifakkar fir-rwol essenzjali tal-NCPs meta jipprovdu informazzjoni lill-pazjenti u jgħinuhom jagħmlu deċiżjoni infurmata dwar it-tiftix tal-kura tas-saħħa barra minn pajjiżhom fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu aktar fl-iżvilupp u fil-promozzjoni ta' NCPs aċċessibbli u viżibbli b'mod ċar u pjattaformi tas-Saħħa elettronika għall-pazjenti, li għandhom jipprovdu informazzjoni faċli għall-utent, aċċessibbli b'mod diġitali u mingħajr ostakli lill-pazjenti u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa f'diversi lingwi;

25.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, flimkien mal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, tiżviluppa linji gwida dwar il-funzjonament tal-NCPs, sabiex tkompli tiffaċilita u sinifikament ittejjeb il-modi kif huma jiskambjaw b'mod sistematiku l-informazzjoni u l-prattiki, bl-għan li jipproduċu proċeduri, formoli jew manwali armonizzati, issimplifikati u favur il-pazjenti u tistabbilixxi rabta bejn l-NCPs u s-sorsi ta' informazzjoni u ta' kompetenza preżenti fl-Istati Membri;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament suffiċjenti lill-NCPs tagħhom biex ikunu jistgħu jiżviluppaw informazzjoni komprensiva, u jitlob lill-Kummissjoni tintensifika l-kooperazzjoni fost l-NCPs fl-Unjoni kollha;

27.

Jenfasizza l-potenzjal tas-Saħħa elettronika biex jittejjeb l-aċċess tal-pazjenti għall-informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' kura tas-saħħa transkonfinali u dwar id-drittijiet tagħhom skont id-direttiva;

28.

Jistieden lill-Istati Membri jħeġġu lill-fornituri tal-kura tas-saħħa u lill-isptarijiet biex lill-pazjenti jipprovdulhom minn qabel stima preċiża u aġġornata tal-kost tal-kura barra mill-pajjiż, inklużi l-mediċini, l-onorarja, l-iljieli u t-tariffi supplimentari;

29.

Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara, għall-benefiċċju tal-esperti nazzjonali u permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, il-kumplessità tas-sitwazzjoni legali attwali li tirriżulta mill-interazzjoni bejn id-direttiva u r-regolament li jirregolaw il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali;

30.

Jitlob lill-Kummissjoni torganizza, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-NCPs, l-ERNs, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u n-netwerks tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, kampanji ta' informazzjoni pubbliċi komprensivi, anke billi tisfrutta opportunitajiet diġitali ġodda, li għandhom jitfasslu biex irawmu l-għarfien strutturali tad-drittijiet u l-obbligi tal-pazjenti skont id-direttiva;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu l-informazzjoni faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri li permezz tagħhom il-pazjenti jkunu jistgħu jressqu lment f'każijiet fejn id-drittijiet tagħhom skont id-direttiva ma jkunux ġew irrispettati jew saħansitra jkunu nkisru;

32.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida dwar it-tip ta' informazzjoni li għandhom jagħtu l-NCPs, speċjalment il-lista ta' kura li hija soġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel u dik li mhijiex, il-kriterji applikati u l-proċeduri fis-seħħ;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jivvalutaw il-ħtieġa li jiddefinixxu r-raġunijiet għaliex l-aċċess għall-kura tas-saħħa transkonfinali jenħtieġ li jkun disponibbli b'tali mod li jiggarantixxi l-moviment liberu iżda l-kura tas-saħħa mhijiex għan fiha nnifisha filwaqt li s-sistemi tas-saħħa huma kompetenza nazzjonali;

34.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri b'mod ġenerali, u mhux biss permezz tal-NCPs, u biex tivvaluta aktar il-benefiċċji tal-inizjattivi eżistenti għall-kooperazzjoni, speċjalment fir-reġjuni transkonfinali, filwaqt li tiggarantixxi aċċess għal kura tas-saħħa sikura, ta' kwalità għolja u effiċjenti għaċ-ċittadini;

Il-mard rari, il-kanċer rari u n-Netwerks Ewropej ta' Referenza (ERNs)

35.

Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni mifruxa mal-UE kollha biex jiġi żgurat l-akkomunament effiċjenti tal-għarfien, l-informazzjoni u r-riżorsi għall-indirizzar effettiv ta' mard rari u kroniku, inkluż il-kanċer rari, fl-UE kollha; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dak ir-rigward, tappoġġa l-istabbiliment ta' ċentri speċjalizzati għal mard rari fl-UE, li għandhom ikunu integrati bis-sħiħ fl-ERNs;

36.

Jirrakkomanda li titkompla l-ħidma fuq il-passi li diġà ttieħdu biex jiżdiedu l-fehim u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku rigward mard rari u kanċer rari, u biex jiżdied il-finanzjament għar-R&Ż; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tiggarantixxi l-aċċess għall-informazzjoni, il-mediċini u l-kura medika għall-pazjenti ta' mard rari fl-UE kollha u biex tagħmel sforz biex jittejjeb l-aċċess għal dijanjożi bikrija u preċiża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza r-rata baxxa ta' reġistrazzjoni tal-mard rari u tkompli tiżviluppa u tippromwovi standards komuni għall-kondiviżjoni u l-iskambju tad-data fir-reġistri tal-mard rari;

37.

Jenfasizza l-ħtieġa kritika li jittejbu l-mudelli ta' aderenza tal-pazjenti, li għandhom ikunu bbażati fuq l-aktar sejbiet affidabbli minn metaanaliżijiet u studji empiriċi fuq skala kbira, u għandhom jirriflettu r-realtajiet tal-prattika medika u joffru rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb id-dedikazzjoni tal-pazjenti għall-kura tagħhom, b'mod partikolari fil-ġestjoni tal-mard kroniku – barometru essenzjali biex jitkejlu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;

38.

Jissottolinja l-importanza u l-valur miżjud tal-mobilità madwar l-UE tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, matul l-edukazzjoni u l-karrieri professjonali tagħhom, u tar-rwol tagħhom fit-titjib tal-għarfien u tal-kompetenza esperta dwar il-mard rari;

39.

Jipproponi li l-Kummissjoni għandha tiftaħ sejħa ġdida għall-iżvilupp ta' ERNs ġodda u tkompli tappoġġa l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-mudell tal-ERN b'mod li jitnaqqsu d-disparitajiet ġeografiċi u n-nuqqasijiet fl-għarfien espert; jinsisti madankollu dwar il-fatt li estensjoni tal-ERN jenħtieġ li ma theddidx il-funzjonament tal-ERNs eżistenti, fil-fażi inizjali tagħhom;

40.

Jiddispjaċih dwar l-inċertezza marbuta mal-prinċipji operattivi tal-ERNs u l-interazzjoni tagħhom mas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u ma' programmi oħra tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tappoġġa lill-Istati Membri u l-ERNs fl-istabbiliment ta' regoli ċari u trasparenti għar-riferiment tal-pazjenti u biex jintlaħaq ftehim dwar il-forma ta' appoġġ li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-ERNs;

41.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta pjan ta' azzjoni, permezz tal-Programm Konġunt Ewropew dwar Mard Rari, għall-iżvilupp u l-finanzjament sostenibbli ulterjuri tal-ERNs u n-netwerks tal-pazjenti li jappoġġawhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw lill-fornituri tal-kura tas-saħħa fi ħdan l-ERNs u jintegraw l-ERNs fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom, jadattaw l-oqfsa legali u regolatorji tagħhom u jirreferu għall-ERNs fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar il-mard rari u l-kanċer;

Ir-rikonoxximent reċiproku tar-riċetti (elettroniċi)

42.

Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-pazjenti, speċjalment dawk fiż-żoni tal-fruntieri, biex jiżguraw l-aċċess għall-mediċini fi Stati Membri oħra u r-rimborż tagħhom, minħabba d-disponibbiltajiet u r-regoli differenti madwar l-UE; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tas-saħħa rispettivi tagħhom biex jindirizzaw il-kwistjonijiet legali u prattiċi li qed ixekklu r-rikonoxximent reċiproku tar-riċetti mediċi madwar l-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni ta' appoġġ f'dan ir-rigward;

43.

Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-pazjenti biex jiżguraw l-aċċess għall-mediċini fi Stati Membri oħra u r-rimborż tagħhom, minħabba d-disponibbiltajiet u r-regoli differenti madwar l-UE;

44.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tfassal pjan ta' azzjoni sabiex tindirizza sistematikament il-prezzijiet tal-mediċini li huma eċċessivament għoljin u d-diskrepanzi kbar tagħhom bejn l-Istati Membri differenti;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li r-riċetti maħruġa minn ċentri ta' kompetenza konnessi ma' ERN huma aċċettati għar-rimborż fl-Istati Membri kollha;

46.

Jilqa' l-appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) bħala parti mill-isforzi biex jiġu żviluppati b'suċċess il-proġetti pilota attwali dwar l-iskambju ta' riċetti elettroniċi u sommarji tal-pazjenti u jwittu t-triq għal Stati Membri oħra biex jagħmlu l-istess sal-2020; jinsisti li dan l-appoġġ għandu jitkompla fil-QFP li jmiss;

Is-Saħħa elettronika

47.

Jirrikonoxxi li s-Saħħa elettronika tista' tgħin biex tiżgura li s-sistemi tas-saħħa jkunu sostenibbli, billi jitnaqqsu ċerti spejjeż, u tista' tkun parti importanti mir-reazzjoni tal-UE għall-isfidi tal-kura tas-saħħa tal-lum; jenfasizza li l-interoperabbiltà tas-Saħħa elettronika għandha tkun prijorità, sabiex jittejbu r-rekords globali tal-pazjenti u l-kontinwità tal-kura, filwaqt li tiġi garantita l-privatezza tal-pazjenti; iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-għoti ta' aċċess faċli għall-kura lill-pazjenti kollha, mhux l-anqas l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà; jissuġġerixxi, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri jieħdu passi biex jinvestu fil-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini u biex iżidu soluzzjonijiet ġodda għall-popolazzjoni li qed tixjieħ, filwaqt li jużaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li tiġi evitata l-esklużjoni permezz tad-diġitalizzazzjoni;

48.

Jilqa' l-ħolqien tal-Infrastruttura Ewropea ta' Servizzi Diġitali tas-Saħħa Elettronika (eHDSI), li se trawwem l-iskambju transkonfinali tad-data dwar is-saħħa, b'mod speċifiku r-riċetti elettroniċi u s-sommarji tal-pazjenti;

49.

Jistieden lill-Istati Membri jieħdu azzjoni rapida biex iqabbdu s-sistemi tas-saħħa tagħhom mal-eHDSI permezz ta' NCP iddedikat għas-Saħħa elettronika, f'konformità mal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess, u jitlob lill-Kummissjoni tiffaċilita dan il-proċess;

50.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-ħtiġijiet tas-saħħa diġitali fl-Istati Membri bħala kwistjoni ta' prijorità; jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni li tagħti riżorsi finanzjarji sostnuti biex jiġu żgurati strateġiji nazzjonali b'saħħithom għas-saħħa diġitali u jinħoloq qafas xieraq għal azzjonijiet komuni fil-livell tal-UE biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġi żgurat l-iskambju tal-aħjar prattiki għal użu usa' tat-teknoloġija diġitali fl-Istati Membri;

51.

Jitlob lill-Istati Membri jintensifikaw aktar il-kooperazzjoni madwar l-Ewropa bejn l-awtoritajiet tas-saħħa, sabiex id-data tas-Saħħa elettronika u r-rekords personali jitqabbdu mal-għodod tal-Preskrizzjoni elettronika, sabiex il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jagħtu kura personalizzata u infurmata tajjeb lill-pazjenti tagħhom u jrawmu l-kooperazzjoni fost it-tobba, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiffaċilita tali azzjonijiet;

52.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw malajr ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) sabiex jissalvagwardjaw id-data tal-pazjenti użati fl-applikazzjonijiet tas-Saħħa elettronika u jenfasizza l-importanza, b'attenzjoni partikolari għas-saħħa, tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (15); jenfasizza l-ħtieġa li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jaċċessaw u jużaw id-data dwar is-saħħa tagħhom stess, skont il-prinċipji stabbiliti fil-GDPR;

Il-Brexit

53.

Jitlob lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim solidu mar-Renju Unit wara l-Brexit dwar is-saħħa, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika lid-drittijiet transkonfinali għall-pazjenti u l-funzjonament tal-ERNs;

54.

Jilqa' l-intenzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li twettaq awditu dwar l-effikaċja tal-implimentazzjoni tad-direttiva, u li teżamina b'mod partikolari l-monitoraġġ u s-superviżjoni mill-Kummissjoni ta' din l-implimentazzjoni, ir-riżultati miksuba s'issa fl-għoti tal-aċċess għall-kura tas-saħħa transkonfinali, u l-effettività tal-qafas ta' finanzjament tal-UE fir-rigward tal-azzjoni ffinanzjata;

55.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw, kif xieraq u b'kooperazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet kollha tad-direttiva;

o

o o

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

(2)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(4)  ĠU C 202, 8.7.2011, p. 10.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE, ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1.

(8)  https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/cross_border_care/docs/2016_ msdata_en.pdf

(9)  ĠU L 344, 28.12.2011, p. 48.

(10)  ĠU C 151, 3.7.2009, p. 7.

(11)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/BP_CBH/BP_Cross-border_healthcare_EN.pdf

(12)  ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.

(13)  Ir-rapport ta' sinteżi tal-Kummissjoni dwar il-konsultazzjoni tagħha bit-titolu “Transformation Health and Care in the Digital Single Market” (Trasformazzjoni tas-Saħħa u l-Kura fis-Suq Uniku Diġitali), 2018, https://ec.europa.eu/health/sites/health/files/ehealth/docs/2018_consultation_dsm_en.pdf

(14)  Ewrobarometru Speċjali 425: Id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali fl-Unjoni Ewropea

(15)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73.


L-Erbgħa 13 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/80


P8_TA(2019)0095

Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2018/2148(INI))

(2020/C 449/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Adattament tal-FSA bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, li ġie inizjalat fit-18 ta' Lulju 2016 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2017,

wara li kkunsidra l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea fil-15 ta' Frar 2016 u s-sottomissjoni tat-tweġibiet tal-pajjiż għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni fit-28 ta' Frar 2018,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Ġunju 2003 dwar il-Balkani tal-Punent u l-anness tagħhom bit-titolu “L-Aġenda ta' Tessalonika għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina, tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni, u tal-15 ta' Ottubru 2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina / l-Operazzjoni EUFOR Althea,

wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina (SAPC) li saret fil-5-6 ta' Novembru 2015, it-tieni laqgħa tal-Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina li saret fl-10 ta' Lulju 2017, it-tielet laqgħa tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina li saret fis-27 ta' Marzu 2018, u r-raba' laqgħa tal-Kumitat ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Bożnija-Ħerzegovina li saret fit-13 ta' Lulju 2018,

wara li kkunsidra l-Proċess ta' Berlin, b'mod partikolari l-Konklużjonijiet tal-President tal-Laqgħa tal-Kapijiet tas-Summit tal-Balkani tal-Punent f'Londra tal-10 ta' Lulju 2018, it-tliet dikjarazzjonijiet konġunti ffirmati fl-istess jum dwar il-kooperazzjoni reġjonali u r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien, dwar persuni nieqsa u dwar delitti tal-gwerra, u d-dikjarazzjoni kontra l-korruzzjoni maħruġa mill-Bożnija-Ħerzegovina fl-istess okkażjoni,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Sofija adottata waqt is-summit UE-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018 u l-Aġenda ta' Prijoritajiet ta' Sofija annessa magħha,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2018 bit-titolu “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent” (COM(2018)0065),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 bit-titolu “Komunikazzjoni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE 2018” (COM(2018)0450), akkumpanjata mid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni bit-titolu “Rapport 2018 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina” (SWD(2018)0155),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Mejju 2018 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, u mill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar ir-riforma elettorali fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-elezzjonijiet tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Popli,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fis-7 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-sejbiet preliminari u l-konklużjonijiet tal-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali tal-OSKE/ODIHR, li ġew ippubblikati fit-8 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-8 ta' Ottubru 2018 mill-VP/RGħ Mogherini u mill-Kummissarju Hahn dwar l-elezzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet konġunti tad-djalogu ekonomiku u finanzjarju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent u t-Turkija tal-25 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni lokali tal-UE tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali fil-Bożnija-Ħerzegovina,

wara li kkunsidra t-tlieta u ħamsin (1) u l-erbgħa u ħamsin (2) rapport lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU mir-Rappreżentant Għoli għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Paċi dwar il-Bożnija-Ħerzegovina tat-3 ta' Mejju 2018 u tal-31 ta' Ottubru 2018 rispettivament,

wara li kkunsidra l-Aġenda ta' Riforma għall-Bożnija-Ħerzegovina 2015-2018 li ġiet adottata f'Lulju 2015 kif ukoll il-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni adottat mill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina u mill-gvernijiet tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina u r-Republika Srpska (RS) fit-23 ta' Awwissu 2016,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-pajjiż,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0467/2018),

A.

billi l-UE għadha tħaddan l-impenn tagħha għall-perspettiva Ewropea tal-Bożnija-Ħerzegovina u għall-integrità territorjali, is-sovranità u l-unità tagħha;

B.

billi l-applikazzjoni tal-pajjiż għas-sħubija fl-UE tirrappreżenta għażla strateġika u impenn biex javvanza lejn l-UE;

C.

billi l-Kummissjoni qed tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija fl-UE; billi l-Bożnija-Ħerzegovina fasslet ir-risposti tagħha għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni u ppreżentathom fit-28 ta' Frar 2018, billi tuża l-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni dwar il-kwistjonijiet tal-UE; billi fl-20 ta' Ġunju 2018, il-Bożnija-Ħerzegovina rċeviet aktar minn 600 mistoqsija ta' segwitu u għadha ma rnexxilhiex tibgħat ir-risposti tagħha għall-mistoqsijiet addizzjonali;

D.

billi minn nofs l-2017, kien hemm tnaqqis ċar fl-adozzjoni tar-riformi relatati mal-UE, minkejja l-impenn tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-Aġenda ta' Riforma; billi l-adeżjoni mal-UE hija proċess komprensiv li jirrikjedi rieda politika, sforzi konġunti mill-partijiet ikkonċernati kollha u kunsens dwar l-Aġenda ta' Riforma; billi ċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina jeħtiġilhom li jitqiegħdu fiċ-ċentru tar-riformi istituzzjonali, ekonomiċi u soċjali;

E.

billi fil-Bożnija-Ħerzegovina l-elezzjonijiet ġenerali saru fis-7 ta' Ottubru 2018; billi l-partiti politiċi ma rnexxilhomx jilħqu qbil dwar il-bidliet għal-liġi elettorali li huma meħtieġa biex jindirizzaw il-lakuna legali li tirriżulta mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Ljubić li tikkonċerna l-ħatra tal-membri tal-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni; billi l-isforzi ta' faċilitazzjoni dwar din il-kwistjoni, li kienu mmexxija mill-ambaxxaturi tal-UE u tal-Istati Uniti għall-Bożnija-Ħerzegovina, bl-involviment tal-Kummissjoni ta' Venezja, ma kinux produttivi;

F.

billi l-Bożnija-Ħerzegovina għadha qed tikser il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-kawża Sejdić-Finci u l-kawżi relatati; billi l-Kummissjoni ngħatat il-kompitu mill-Kunsill li tagħti attenzjoni partikolari lil din il-kwistjoni meta tkun qed tħejji l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina għas-sħubija; billi l-opinjoni tal-Kummissjoni, għalhekk, hija mistennija li tanalizza l-kwistjonijiet relatati mal-funzjonalità u tirrevedi l-qafas legali għal kompatibbiltà mal-acquis tal-UE, filwaqt li tidentifika r-riformi kostituzzjonali u riformi oħra meħtieġa; billi aktar ma l-Bożnija-Ħerzegovina tqarreb biex tikseb is-sħubija fl-UE, aktar se ssir urġenti l-ħtieġa għal riforma kostituzzjonali, li jkollha l-għan li ssaħħaħ il-funzjonalità u tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; billi s'issa, it-tmexxija politika tal-pajjiż ma rnexxilhiex issolvi n-nuqqasijiet relatati fil-kostituzzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina;

G.

billi bħalissa mhux qed jiġu implimentati 13-il deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina u diversi deċiżjonijiet kostituzzjonali fil-livell tal-entitajiet (28 fil-Federazzjoni u 7 fir-Republika Srpska); billi l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet tal-qorti kostituzzjonali hija element essenzjali biex jitħares l-istat tad-dritt;

H.

billi l-Bożnija-Ħerzegovina hija wkoll pajjiż firmatarju għall-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (Espoo, 1991);

I.

billi fl-Ewropa l-moderna m'hemmx lok għall-glorifikazzjoni tal-persuni kkundannati b'delitti tal-gwerra u b'delitti kontra l-umanità;

J.

billi l-isfidi persistenti fil-proċess tar-rikonċiljazzjoni għandhom jiġu indirizzati b'mod aktar vigoruż;

K.

billi l-korruzzjoni, inkluż fl-ogħla livell, għadha mifruxa sew;

1.

Jilqa' l-preżentazzjoni tat-tweġibiet tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tirrispondi l-mistoqsijiet ta' segwitu, li għandhom natura aktar teknika, b'mod f'waqtu, trasparenti u dettaljat, sabiex tikkontribwixxi għall-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni għas-sħubija fl-UE;

2.

Jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis ċar fir-ritmu tar-riformi minħabba nuqqas ta' qbil bejn il-partiti u l-kampanja ta' qabel l-elezzjoni ferm polarizzata li bdiet kmieni ħafna; jisħaq fuq il-fatt li l-impenn iddikjarat tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina fit-triq lejn l-Ewropa irid ikun akkumpanjat minn implimentazzjoni konsistenti ta' riformi li jirriżultaw mill-Aġenda ta' Riforma u jiġu tradotti f'riżultati konkreti, għall-benefiċċju taċ-ċittadini, irrispettivament mill-affiljazzjoni etnika u reliġjuża tagħhom; jiddispjaċih li, minbarra l-adozzjoni tal-istrateġiji għall-pajjiż kollu fil-qasam tal-ambjent, l-iżvilupp rurali u l-enerġija, u ta' xi ftit miżuri importanti ta' riforma, bħall-emendi għal-Liġi dwar id-Dazji tas-Sisa li kienu meħtieġa biex jiżguraw finanzjament mill-FMI u mill-BERŻ, ma sar l-ebda progress sostanzjali;

3.

Jiddispjaċih li r-retorika etnonazzjonalistika ta' diviżjoni għal darb'oħra ddominat il-kampanja elettorali u għadha tikkaratterizza d-diskors politiku filwaqt li tinvolvi atturi politiċi minn kull naħa; jistieden lill-mexxejja politiċi kollha jinvolvu ruħhom mingħajr dewmien fil-formazzjoni tal-gvernijiet fil-livelli kollha, billi jaħdmu b'mod kostruttiv flimkien, fl-interessi taċ-ċittadini tal-pajjiż tagħhom; jitlob li l-proċess ta' integrazzjoni tal-UE jiġi kkomunikat b'mod xieraq lill-pubbliku anki bħala proġett għar-rikonċiljazzjoni u għall-iżvilupp ta' kultura politika bbażata fuq il-kompromess u l-fehim reċiproku;

4.

Jinnota li f'dan iċ-ċiklu elettorali għal darb'oħra kien hemm segmentazzjoni fuq linji etniċi u li l-kampanja elettorali kienet iffokata primarjament fuq kwistjonijiet ta' diviżjoni marbuta mal-passat, minflok ma pproponiet soluzzjonijiet konkreti biex jiġu solvuti l-problemi ta' kuljum taċ-ċittadini; jiddeplora r-retorika nazzjonalistika u xewwiexa ta' qabel l-elezzjoni li żżid id-distakk bejn it-tliet popli kostitwenti; jinnota li l-elezzjonijiet tas-7 ta' Ottubru 2018 kienu kompetittivi u ġeneralment ordnati, minkejja xi irregolaritajiet, u li ċ-ċittadini tal-Bożnija-Ħerzegovina eżerċitaw id-dritt demokratiku tagħhom b'mod kalm u ordnat; itenni li għandhom jiġu investigati u kkundannati l-allegati irregolaritajiet kollha marbuta mal-elezzjoni fl-aktar termini ċari possibbli, u li kwalunkwe attività illegali għandha tiġi mħarrka; jenfasizza n-nuqqasijiet konsistenti fil-proċess tal-elezzjoni demokratika u jistenna li r-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE/ODIHR jiġu indirizzati mingħajr dewmien; ifakkar li għadha ma ġietx implimentata d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tal-2010 fir-rigward tad-dritt demokratiku taċ-ċittadini ta' Mostar biex jivvotaw fl-elezzjonijiet lokali;

5.

Jiddispjaċih li ma ntlaħaq l-ebda kompromess qabel l-elezzjonijiet fir-rigward tal-bidliet għal-liġi elettorali meħtieġa biex jindirizzaw il-lakuna legali li tirriżulta mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fil-kawża Ljubić dwar il-ħatra tal-membri tal-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni; jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) dwar l-allokazzjoni ta’ siġġijiet fil-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni adottata fit-18 ta’ Diċembru 2018 u jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jindirizzaw il-lakuni legali li fadal fil-Liġi dwar l-Elezzjonijiet tal-BiH; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi u lill-membri eletti kollha tal-parlamenti juru responsabbiltà, jevitaw dikjarazzjonijiet li jisfidaw l-għaqda tal-istat, iwarrbu l-opinjonijiet konfliġġenti tagħhom u jilħqu kompromessi u jsibu soluzzjonijiet li jkunu aċċettabbli għal kulħadd; iwissi kontra d-dewmien u t-tentattivi biex jiġi mblokkat il-ħolqien tal-awtoritajiet wara l-elezzjonijiet, għaliex dan la jaqdi l-interessi taċ-ċittadini, u lanqas l-objettiv tal-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet, l-implimentazzjoni tar-riżultati u l-ħolqien tal-gvern f'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti hija karatteristika essenzjali ta' demokrazija li tiffunzjona, kif ukoll rekwiżit għal kwalunkwe pajjiż li jaspira li jissieħeb mal-UE;

6.

Itenni bil-qawwa l-ħtieġa għall-formazzjoni rapida tal-Kamra tal-Popli tal-Federazzjoni f'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Bożnija-Ħerzegovina, kif imsemmi wkoll fid-dikjarazzjoni konġunta mill-VP/RGħ Mogherini u mill-Kummissarju Hahn dwar l-elezzjonijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina;

7.

Jiddispjaċih li l-kwistjoni tar-rappreżentazzjoni demokratika u leġittima tat-tliet popli kostitwenti u taċ-ċittadini kollha għadha ma ġietx solvuta; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jilħqu kompromess fil-waqt għaliex din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli mil-leġiżlaturi l-ġodda, inkluż permezz tal-operazzjonalizzazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża Sejdić-Finci u f'kawżi relatati; itenni l-ħtieġa li jitkomplew ir-riformi kostituzzjonali, politiċi u elettorali li jittrasformaw lill-Bożnija-Ħerzegovina fi stat għalkollox effettiv, inklużiv u funzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt;

8.

Jiddeplora l-fatt li, minħabba t-tentattivi li jiġi introdott l-imblokkar etniku fir-regoli tal-votazzjoni tal-SAPC, id-delegazzjonijiet mill-Bożnija-Ħerzegovina għadhom ma rnexxilhomx jilħqu ftehim dwar ir-regoli ta' proċedura għall-SPAC, li konsegwentement ilu ma jiltaqa' għal tliet snin; jiddispjaċih min-nuqqas ta' kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew, ifakkar li dan huwa ksur ċar tal-obbligi li jirriżultaw mill-FSA u jħeġġeġ lill-atturi kollha jaqblu mar-regoli ta' proċedura tal-SAPC u jaċċettawhom abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar is-suġġett; jinnota li istituzzjonijiet demokratiċi li jiffunzjonaw sew, inkluż il-parlament, huma prerekwiżit biex il-proċess ta' integrazzjoni tal-UE jimxi 'l quddiem;

9.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-impatt regolatorji sistematiċi u ta' konsultazzjonijiet pubbliċi, il-monitoraġġ u r-rappurtar insuffiċjenti u ta' kwalità baxxa u n-nuqqas ta' rekwiżiti formali biex jiġu ppubblikati dokumenti ta' ppjanar ewlenin tal-gvern;

10.

Jitlob l-adozzjoni ta' aktar strateġiji nondiskriminatorji u sensittivi għall-ġeneru għall-pajjiż kollu f'oqsma bħall-impjieg u l-ġestjoni finanzjarja pubbliku, li se tippermetti l-implimentazzjoni konsistenti tar-riformi fil-pajjiż kollu, kif ukoll l-aċċess għal aktar fondi tal-IPA; jinnota b'sodisfazzjon li l-adozzjoni ta' strateġiji rilevanti għal-pajjiż kollu ppermettiet li jkun hemm fondi addizzjonali tal-IPA II f'oqsma ewlenin, bħall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-enerġija, skont id-Dokument Indikattiv ta' Strateġija għall-perjodu 2014-2020 li ġie rivedut reċentement; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat assorbiment aħjar tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni, b'mod partikolari billi jitjiebu l-koordinazzjoni u l-kapaċità amministrattiva tad-donaturi; iħeġġeġ l-adozzjoni ta' programm nazzjonali għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-pajjiż mal-acquis tal-UE, rekwiżit legali skont l-FSA u mezz indispensabbli ta' tħejjija għall-adeżjoni mal-UE;

11.

Iġedded is-sejħa tiegħu għall-adozzjoni ta' strateġija għall-pajjiż kollu dwar id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-emendi għal-Liġi tal-Ombudsman għandhom jiġu adottati mill-iktar fis possibbli, sabiex tiġi żgurata konformità mal-Prinċipji ta' Pariġi; iqis li huwa meħtieġ li l-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi mekkaniżmu ta' prevenzjoni nazzjonali għall-prevenzjoni tat-tortura u tat-trattament ħażin, u li tadotta liġi statali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini li ġew ittorturati matul il-gwerra, f'konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha; jikkunsidra li l-Bożnija-Ħerzegovina għandha tagħmel sforz akbar biex timplimenta l-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-pulizija f'konformità mal-istandards internazzjonali; iħeġġeġ, għal darb'oħra, lill-awtoritajiet tar-Republika Srpska biex iħassru d-dispożizzjoni dwar il-piena tal-mewt mill-kostituzzjoni tal-entità; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess mhux diskriminatorju għall-ġustizzja fil-pajjiż kollu permezz ta' sistema armonizzata u sostenibbli ta' għajnuna legali mingħajr ħlas; jistieden lill-awtoritajiet jippromwovu b'mod attiv il-valuri Ewropej u jkomplu jsegwu perspettiva Ewropea;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu passi konkreti biex jintegraw il-ġeneru fil-politiki kollha, inkluża l-Aġenda ta' Riforma, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fil-pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari fil-livell lokali; iħeġġeġ lill-partiti politiċi fil-Bożnija-Ħerzegovina jaħdmu aktar biex jiżguraw li n-nisa jkunu rrappreżentati fil-livelli kollha tas-sistema politika;

13.

Jiddeplora l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha qed tikser il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem peress li ma implimentatx id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fil-kawżi Sejdić-Finci, Zornić, Pilav u Šlaku, li jippermetti li jkun hemm diskriminazzjoni ċara bejn iċ-ċittadini fil-Bożnija-Ħerzegovina, f'kontradizzjoni flagranti mal-valuri u n-normi tal-UE; ifakkar li l-Kummissjoni għandha toqgħod attenta għal din il-kwistjoni meta tkun qed tħejji l-opinjoni tagħha; isostni li l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet tgħin tistabbilixxi soċjetà demokratika li tiffunzjona; jenfasizza li, bħal fil-każ ta' kwalunkwe membru aspiranti tal-UE, il-Bożnija-Ħerzegovina hija mistennija li tallinja progressivament is-sistema kostituzzjonali u legali tagħha mar-rekwiżiti tal-acquis tal-UE fir-rigward tan-nondiskriminazzjoni, u jistenna li jsir progress fir-rigward ta' dawn il-kwistjonijiet essenzjali fi żmien dovut; jinsisti li l-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet ma għandhiex taffettwa l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Aġenda ta' Riforma u trid twassal għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt li ċittadin joħroġ għall-elezzjoni abbażi tal-etniċità u r-residenza jew minħabba l-għażla ta' ċittadin li ma jassoċjax ruħu ma' poplu kostitwenti; jemmen, għalhekk, li r-riforma kostituzzjonali u elettorali għandhom jimxu id f'id; jistieden lill-mexxejja politiċi jevitaw ir-retorika nazzjonalistika li twassal għad-diviżjoni tas-soċjetà u jkomplu d-djalogu politiku u l-attivitajiet li jwasslu għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti politiċi tat-tliet popli u ta' popli oħrajn;

14.

Jitlob li jittieħdu miżuri aktar effettivi kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, b'mod partikolari bl-adozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiż kollu u strateġiji kontra d-diskriminazzjoni; iħeġġeġ il-kooperazzjoni tat-tliet popli u ta' popli oħrajn fejn jidħlu kwistjonijiet kulturali, reliġjużi u edukattivi, biex jiġu eliminati d-diviżjonijiet etniċi; jiddispjaċih li ma kien hemm ebda progress fl-indirizzar tal-kwistjoni taż-“żewġ skejjel taħt saqaf wieħed”; iħeġġeġ li tittieħed azzjoni deċiżiva fil-livelli kollha sabiex jinstabu soluzzjonijiet sistemiċi li jiżguraw edukazzjoni inklużiva u nondiskriminatorja għat-tfal kollha; jinnota li l-adozzjoni ta' programmi u kurrikuli fit-territorju kollu tal-Bożnija-Ħerzegovina għandha tirrispetta d-diversità kulturali u lingwistika tal-popli filwaqt li tenfasizza l-fehim reċiproku u r-rikonċiljazzjoni; jinsab imħasseb li nuqqas ta' riżorsi u koordinazzjoni qiegħed ixekkel l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni 2015-2018 għat-tfal; jilqa' l-leġiżlazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-kura f'familja u jissottolinja l-ħtieġa li tiġi appoġġata d-deistituzzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-kura tat-tfal fil-pajjiż kollu; jitlob li jkun hemm aċċess aħjar għall-edukazzjoni u għal servizzi soċjali xierqa għat-tfal b'diżabbiltà u, b'mod aktar ġenerali, aċċess aħjar għall-bini, l-istituzzjonijiet u t-trasport għall-persuni b'diżabbiltà;

15.

Jitlob li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva tad-dispożizzjonijiet legali li jirrigwardaw l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, li jnaqqsu d-differenzi tal-pagi bejn l-irġiel u n-nisa u li jtejbu l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol, u li jiġġieldu kontra l-isterjotipi tas-sessi fis-soċjetà; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u l-protezzjoni minnha, b'mod partikolari l-vjolenza domestika; jinnota l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni ssir konformi mal-Konvenzjoni ta' Istanbul; iħeġġeġ li jsir progress biex jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, b'mod partikolari billi jiġu indirizzati malajr ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tan-NU; jirrikonoxxi l-passi li ttieħdu lejn il-protezzjoni legali ta' persuni LGBTI, iżda jenfasizza li hemm bżonn li jsir aktar sabiex issir prosekuzzjoni kontra l-vjolenza u r-reati ta' mibegħda kontrihom, kif ukoll sabiex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom;

16.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-livelli differenti ta' awtorità u n-nuqqas ta' finanzjament ikompli jxekklu l-protezzjoni effettiva ta' minoranzi u gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari r-Rom; jitlob li jittieħdu passi addizzjonali biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi; jinnota bi tħassib li r-riżultati tal-istħarriġ tal-2017 dwar ir-Rom marġinalizzati fil-Bożnija-Ħerzegovina juru l-aċċess limitat tagħhom għall-opportunitajiet f'kull aspett tal-iżvilupp tal-bniedem; jikkundanna l-istigmatizzazzjoni u l-esklużjoni soċjali tar-Rom; jistieden lill-awtoritajiet jikkommemoraw il-vittmi tal-Olokawst tar-Rom, jimmarkaw it-2 ta' Awwissu bħala l-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst tar-Rom, u jinkludu l-vittmi Rom fil-kommemorazzjonijiet tagħhom li jsiru kull sena fis-27 ta' Jannar biex jimmarkaw il-Jum ta' Tifkira tal-Olokawst; jilqa' l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni rivedut dwar ir-Rom għall-2017-2020 dwar l-abitazzjoni, l-impjieg u l-kura tas-saħħa; jinsisti li għandhom jittieħdu miżuri biex jittejbu aktar l-edukazzjoni, ir-rati tal-impjieg, is-saħħa, l-abitazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom u ta' minoranzi oħra, li jkollhom l-għan li jtejbu u jimplimentaw bis-sħiħ l-oqfsa tal-politika u leġiżlattivi eżistenti rilevanti; jesprimi tħassib dwar ir-rappreżentazzjoni baxxa tal-membri ta' minoranzi nazzjonali fil-ħajja politika u pubblika;

17.

Jieħu nota tal-parteċipazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina fil-valutazzjoni PISA tal-2018 tal-OECD, li saret bis-saħħa tal-appoġġ finanzjarju tal-Kummissjoni Ewropea; Jifraħ lill-istituzzjonijiet edukattivi tal-Bożnija-Ħerzegovina (il-ministeri u l-istituzzjonijiet kompetenti fil-livelli tal-kwartieri, tal-entitajiet u tal-istat, u fid-Distrett Brčko) għall-kooperazzjoni u r-rieda tagħhom li jaħdmu flimkien; iħeġġeġ lill-gvernijiet futuri fil-livelli kollha jużaw ir-riżultati tat-testijiet, li huma mistennija li jiġu ppubblikat fl-2019, biex jieħdu sehem f'dibattitu kostruttiv u jiżviluppaw riformi edukattivi li jwasslu għal kwalità aħjar tal-output edukattiv;

18.

Jitlob li jkun hemm riforma komprensiva tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, billi jiġu eliminati l-prattiki diskriminatorji f'konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u jiġi żgurat li jiġu stabbiliti l-istandards minimi adegwati biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, inkluż billi jiġu indirizzati l-lakuni fil-leġiżlazzjoni li jipprevjenu lil xi tfal milli jkollhom assigurazzjoni medika; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina jsaħħu l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni dwar il-monitoraġġ tad-drittijiet tat-tfal, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-ġbir tad-data komprensiv dwar id-drittijiet tat-tfal fil-Bożnija-Ħerzegovina;

19.

Jinnota li l-Bożnija-Ħerzegovina għadha pajjiż ta' oriġini, tranżitu u destinazzjoni għat-traffikar tal-bnedmin; jitlob titjib fil-ġestjoni tal-fruntieri u tisħiħ tal-unitajiet ta' investigazzjoni speċjalizzati tat-traffikar tal-bnedmin biex ikun hemm ġlieda effettiva kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin;

20.

Jinsab imħasseb dwar riformi edukattivi u ekonomiċi insuffiċjenti, li qed iwasslu għal livelli għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u emigrazzjoni ekonomika, u dwar in-nuqqas ta' politiki u investiment adegwati fit-tfal u fiż-żgħażagħ; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina tindirizza l-iżbilanċ għoli bejn is-sessi fir-rati tal-parteċipazzjoni fil-forza tax-xogħol u l-esklużjoni taż-żgħażagħ li jappartjenu għal gruppi ta' minoranzi minn miżuri tal-edukazzjoni u tal-impjieg; jitlob li jkun hemm politika ferm aktar proattiva u sistematika vis-à-vis iż-żgħażagħ tal-Bożnija-Ħerzegovina, li għandu jkollha l-għan li tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ fil-pajjiż; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Bożnija-Ħerzegovina tistabbilixxi qafas iddedikat u tiżgura l-funzjonament sħiħ tal-Kummissjoni għall-Koordinazzjoni tal-Kwistjonijiet taż-Żgħażagħ fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili tal-Bożnija-Ħerzegovina;

21.

Jitlob li jitfasslu strateġiji u leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni li jappartjenu għall-gruppi minoritarji u li l-protezzjoni tagħhom tkun totalment implimentata u sostnuta minn fondi pubbliċi;

22.

Jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tiżgura d-dritt għall-proprjetà; jinnota n-nuqqas ta' qafas leġiżlattiv komprensiv dwar il-ġestjoni tat-talbiet ta' restituzzjoni u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jiftħu djalogu mal-partijiet interessati dwar il-kwistjonijiet relatati mar-restituzzjoni ta' proprjetà sekwestrata, jew kumpens għaliha;

23.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress dwar il-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-midja; jirrifjuta b'mod ċar tentattivi kontinwi biex titqiegħed pressjoni politika u finanzjarja fuq il-midja; jikkundanna l-każijiet rikorrenti ta' intimidazzjoni, theddid ta' mewt u attakki verbali u fiżiċi kontra l-ġurnalisti, b'mod partikolari l-ġurnalisti investigattivi li jkunu qed ikopru każijiet ta' delitti tal-gwerra li ma tressqux il-qorti; jistieden lill-awtoritajiet jiġbru data dwar dawn il-każijiet, jiżguraw investigazzjoni u prosekuzzjoni rapidi tal-awturi u jippromwovu ambjent li jiffavorixxi l-libertà tal-espressjoni; jinnota l-ħtieġa li jissaħħu l-istabbiltà finanzjarja u n-newtralità politika tal-Aġenzija Regolatorja tal-Komunikazzjonijiet; itenni s-sejħa tiegħu li jiġu żgurati l-indipendenza u l-finanzjament sostenibbli tax-xandara pubbliċi, kif ukoll id-disponibbiltà tal-kontenut fil-lingwi uffiċjali kollha; jitlob li tingħata aktar attenzjoni għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġurnalisti fis-settur kollu; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' trasparenza tas-sjieda tal-midja u jtenni s-sejħa tiegħu li tiġi żgurata trasparenza sħiħa bl-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv xieraq; jiddeplora l-fatt li minħabba t-tfixkil politiku ma setax jiġi stabbilit servizz ta' xandir pubbliku funzjonali; itenni t-talba tiegħu li jiġi żgurat il-pluraliżmu tal-midja u jenfasizza li l-produzzjoni u x-xandir tal-kontenut tat-TV u tar-radju fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Bożnija-Ħerzegovina jikkontribwixxu biex tiġi protetta d-diversità kulturali fil-pajjiż; jenfasizza li, bħal fil-każ ta' pajjiżi oħra fir-reġjun, għad hemm tħassib fir-rigward tal-istrumentalizzazzjoni politika tal-midja, jew direttament mill-atturi politiċi, jew minn atturi kummerċjali fit-tentattivi tagħhom li jeżerċitaw influwenza politika;

24.

Jilqa' l-isforzi mmirati biex jippromwovu r-rikonċiljazzjoni, ir-rispett reċiproku u t-tolleranza reliġjuża fil-pajjiż, inklużi dawk tal-Kunsill Inter-Reliġjuż tal-Bożnija-Ħerzegovina; jiddeplora l-każijiet kontinwi ta' diskriminazzjoni minħabba raġunijiet reliġjużi, kif ukoll inċidenti li jkunu mmirati lejn siti reliġjużi; ifaħħar u jappoġġa lill-persuni li jiġġieldu favur il-libertà tal-espressjoni, il-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda u l-mibegħda reliġjuża, u li jippromwovu l-inklużjoni; jirrifjuta l-inċitament għall-biża' fil-konfront ta' nies oħra u jistieden lill-awtoritajiet jirreaġixxu fil-pront u b'mod konsistenti f'dawn il-każijiet kollha;

25.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Qafas Strateġiku għar-Riforma tal-Amministrazzjoni Pubblika fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-2018-2022 u jitlob li jiġi implimentat malajr; jerġa' jiġbed l-attenzjoni għall-frammentazzjoni u għall-politiċizzazzjoni tas-sistema ta' tfassil ta' politika fil-Bożnija-Ħerzegovina, u jenfasizza l-ħtieġa għal riforma tal-qafas kostituzzjonali f'konformità mal-ogħla standards tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-bniedem u l-ħtieġa li jitjiebu l-kwalità, il-koerenza u l-affordabbiltà finanzjarja tal-politiki pubbliċi fil-pajjiż kollu; jitlob li tiġi adottata strateġija mifruxa mal-pajjiż dwar il-ġestjoni finanzjarja pubblika u li tiżdied it-trasparenza baġitarja fil-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll għal mekkaniżmi aktar b'saħħithom biex jiġu evitati l-ineffiċjenza u l-ħela tar-riżorsi pubbliċi, inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jitlob b'mod partikolari li tittieħed azzjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta' politiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku, permezz ta' sistema effettiva ta' ġestjoni tar-riżorsi umani fil-livelli amministrattivi kollha, kif ukoll bl-istandardizzazzjoni tal-proċeduri tas-servizz ċivili fil-livelli governattivi kollha, b'mod partikolari bejn il-livelli federali u tal-kwartieri fil-Federazzjoni;

26.

Jirrikonoxxi li sar xi progress fit-twaqqif ta' mekkaniżmi istituzzjonali ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) u fl-iżgurar ta' finanzjament pubbliku għas-CSOs; itenni l-appell tiegħu għall-adozzjoni ta' qafas strateġiku ta' kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili fil-livelli kollha ta' governanza, għat-tisħiħ tat-trasparenza tat-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi u biex isiru sforzi addizzjonali biex ikun jista' jsir skrutinju pubbliku tal-ħidma tal-gvernijiet; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiżdied l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-ippjanar, fil-monitoraġġ u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet iwettqu djalogu effettiv li jista' jwassal għal inizjattivi leġiżlattivi u ta' bini ta' kapaċità li jsaħħu l-kapaċitajiet tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-ħtieġa li l-finanzjament pubbliku jkun disponibbli għal CSOs li jkunu qed jaħdmu fuq id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' sorveljanza u ta' konsulenza, kif ukoll għal organizzazzjonijiet ta' bażi żgħar;

27.

Jibqa' mħasseb dwar il-korruzzjoni mifruxa fil-Bożnija-Ħerzegovina u d-distakk persistenti bejn ir-rieda politika ddikjarata favur il-ġlieda kontriha u n-nuqqas ta' riżultati konkreti; jissottolinja li m'hemm l-ebda rekord ta' każijiet bi profil għoli u l-qafas legali u istituzzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni sistematika f'oqsma bħall-finanzjament tal-partiti politiċi, l-akkwist pubbliku, il-kunflitti ta' interess u d-dikjarazzjoni tal-assi huwa dgħajjef u inadegwat; jitlob li jittieħdu passi biex jittejjeb il-qafas legali u istituzzjonali kontra l-korruzzjoni f'konformità mal-istandards Ewropej, billi jiġu armonizzati aħjar il-pjanijiet ta' azzjoni adottati f'diversi livelli, jiġu implimentati l-istrateġiji eżistenti u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-korpi għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-aġenzija kontra l-korruzzjoni;

28.

Jikkunsidra li huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex titjieb il-ġlieda kontra l-korruzzjoni mifruxa; iħeġġeġ li għandha tittieħed azzjoni biex jitjieb b'mod sinifikanti r-rekord fil-qasam tal-prevenzjoni u t-trażżin tal-korruzzjoni, inklużi miżuri li jimponu sanzjonijiet effettivi u ta' deterrent, inkluża l-konfiska ta' assi li jinkisbu permezz tal-kriminalità; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità għall-ġlieda u għall-investigazzjoni kontra reati ekonomiċi, finanzjarji u reati relatati mal-akkwist pubbliku; jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni lit-twettiq ta' kontrolli effettivi tal-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali u lit-titjib tal-aċċess pubbliku għal u s-sorveljanza tad-dikjarazzjonijiet tal-assi ta' uffiċjali pubbliċi, inklużi l-kandidati għall-elezzjoni; jitlob li r-rakkomandazzjonijiet tal-GRECO jiġu indirizzati, b'mod partikolari dawk dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kunflitti ta' interess; iqis li huwa essenzjali li l-Bożnija-Ħerzegovina tadotta liġi dwar il-kunflitti ta' interess skont l-istandards Ewropej u internazzjonali; iħeġġeġ lill-Bożnija-Ħerzegovina twettaq analiżi tal-qafas legali eżistenti kontra l-korruzzjoni u sussegwentement tadotta strateġija koerenti biex tindirizza l-lakuni u n-nuqqasijiet identifikati, f'konformità mal-istandards internazzjonali u Ewropej;

29.

Jilqa' l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għar-Riforma tas-Settur tal-Ġustizzja 2014-2018 f'Marzu 2017 u l-istabbiliment tal-istrutturi meħtieġa ta' rappurtar u monitoraġġ; jinnota l-ħtieġa ta' azzjoni deċiżiva rigward l-implimentazzjoni tagħha; jinsab imħasseb dwar it-theddid kontinwu b'motiv politiku kontra l-ġudikatura; itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż mill-influwenza politika, kif ukoll l-imparzjalità, il-professjonaliżmu, l-effiċjenza u r-responsabbiltà tagħha; jilqa' l-pjan ta' azzjoni dettaljat li ġie adottat bil-ħsieb li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kwistjonijiet fil-mandat tal-Kunsill Ġudizzjarju u ta' Prosekuzzjoni Għoli (HJPC) li għandhom l-għan li jsaħħu l-miżuri ta' ħatra, dixxiplina u integrità fir-rigward tal-ġudikatura, inkluż permezz ta' dikjarazzjonijiet aħjar tal-assi; iħeġġeġ l-adozzjoni u l-implimentazzjoni rapida ta' atti leġiżlattivi relatati; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi riveduta l-Liġi tal-HJPC abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja; jitlob l-istandardizzazzjoni ta' kodiċi penali għal każijiet ta' delitti tal-gwerra u jenfasizza l-importanza ta' valutazzjonijiet fir-rigward tas-sessi tar-riforma ġudizzjarja li tinsab għaddejja;

30.

Jiddispjaċih mill-fatt li l-awtoritajiet fil-livelli kollha għadhom qed jinjoraw jew jirrifjutaw id-deċiżjonijiet vinkolanti tal-ġudikatura, inkluż fl-ogħla livell, u jfakkar li dawn l-atti jirrappreżentaw sfida serja għall-istat tad-dritt;

31.

Jilqa' t-tnaqqis ulterjuri fil-kawżi tad-delitti tal-gwerra pendenti, ix-xejra pożittiva kontinwa fil-prosekuzzjoni ta' kawżi tad-delitti tal-gwerra li jinvolvu l-vjolenza sesswali u t-titjib fl-appoġġ għall-vittma fil-qorti u għax-xhieda; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jarmonizzaw il-leġiżlazzjoni dwar il-vittmi ċivili tal-gwerra biex tkopri l-vittmi tal-vjolenza sesswali, sabiex tiġi evitata d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-istatus u l-aċċess għal kumpens fl-entitajiet differenti; jitlob emenda immedjata tal-istrateġija nazzjonali dwar id-delitti tal-gwerra, sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar effiċjenti ta' każijiet bejn livelli differenti ta' governanza, flimkien ma' kriterji u skedi ta' żmien ġodda għall-ipproċessar tal-kawżi l-aktar kumplessi;

32.

Jinnota li għad m'hemmx strateġija komprensiva dwar il-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmu sod għall-kumpens għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem matul il-gwerra madwar il-pajjiż, inkluż għall-vittmi ta' vjolenza sesswali relatata mal-gwerra; jitlob l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Vittmi tat-Tortura, l-Istrateġija dwar il-Ġustizzja Tranżizzjonali u l-Programm għall-Vittmi tal-Vjolenza Sesswali, u għall-istabbiliment ta' fond speċjali għall-kumpens għall-vittmi ta' stupru, tortura u abbuż matul il-gwerra, u għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' kumpens adegwati għall-vittmi ċivili tal-gwerra, biex jinkludu r-restituzzjoni, il-kumpens, ir-riabilitazzjoni, ir-riparazzjoni u l-garanziji ta' nonrepetizzjoni;

33.

Itenni l-appoġġ tiegħu għall-inizjattiva li tistabbilixxi l-Kummissjoni Reġjonali li jkollha l-kompitu li tistabbilixxi l-fatti dwar il-vittmi kollha tad-delitti tal-gwerra u ksur serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li kienu twettqu fit-territorju tal-eks Jugoslavja (RECOM); jenfasizza l-importanza li l-mexxejja tal-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu azzjoni serja dwar l-istabbiliment tagħha; jissottolinja l-importanza ta' dan il-proċess u l-ħtieġa għal involviment attiv tal-mexxejja politiċi reġjonali kollha sabiex ir-RECOM tibda l-ħidma tagħha mingħajr dewmien żejjed; jiġbed l-attenzjoni għall-proposta ta' pjan ta' azzjoni tal-Koalizzjoni tar-RECOM b'dati u parametri ċari;

34.

Jiddeplora kull tip ta' glorifikazzjoni tal-persuni kkundannati bl-aktar reati gravi kontra l-umanità; jitlob b'urġenza r-rispett għall-vittmi tad-delitti tal-gwerra u l-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni; ifakkar lill-mexxejja u lill-istituzzjonijiet politiċi kollha fil-Bożnija-Ħerzegovina li għandhom ir-responsabbiltà li jivvalutaw oġġettivament l-avvenimenti matul il-gwerra, fl-interessi tal-verità, ir-rikonċiljazzjoni u futur paċifiku, u jevitaw l-użu ħażin tal-ġudikatura għal skopijiet politiċi; jenfasizza li l-ipproċessar tad-delitti tal-gwerra jrid ikun ibbażat fuq il-kunċett ta' indipendenza ġudizzjarja u ma jridx jiġi sfruttat għal politiċizzazzjoni biex jaqdi finijiet politiċi ta' kuljum, ikollu x'jaqsam ma' reviżjoniżmu storiku jew jikkawża diviżjonijiet fi ħdan is-soċjetà; jinnota b'dispjaċir id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Assemblea Nazzjonali tar-Republika Srpska biex tirrevoka l-approvazzjoni tagħha tar-Rapport tal-Kummissjoni Srebrenica tal-2004 u jikkundanna d-dikjarazzjonijiet mill-partijiet kollha li jigglorifikaw lill-kriminali tal-gwerra;

35.

Jissottolinja li, għalkemm kien hemm progress sinifikanti, il-legat tal-vjolenza sesswali b'rabta mal-konflitt (CRSV) u t-trawma mill-gwerra tal-1992-1995 għadhom jeħtieġu attenzjoni xierqa fil-Bożnija-Ħerzegovina; jenfasizza li jrid jiġi żgurat li s-superstiti nisa u rġiel, inklużi t-tfal li twieldu f'dak il-kuntest, ikollhom aċċess ekwu għall-kura, għall-appoġġ u għall-ġustizzja permezz ta' kumpens komprensiv, inklużi r-riabilitazzjoni u t-tnaqqis tal-istigmatizzazzjoni tas-superstiti ta' CRSV;

36.

Jirrikonoxxi li minkejja li nkiseb xi progress fl-implimentazzjoni tal-Anness VII tal-Ftehim ta' Paċi Dayton dwar ir-refuġjati u l-persuni spostati f'pajjiżhom, dan għadu mhuwiex biżżejjed; jinnota l-progress kajman fit-trattament tan-numru għoli persistenti ta' persuni spostati f'pajjiżhom, il-minoranzi rimpatrijati, ir-refuġjati u l-persuni neqsin; jistieden lill-awtoritajiet jagħtu bidu għal kooperazzjoni intensiva bejn iż-żewġ entitajiet u jaqsmu b'mod sħiħ id-data militari u tal-intelligence rilevanti kollha biex jiġu identifikati l-persuni li jkunu għadhom neqsin bħala riżultat tal-gwerra; jilqa' l-inizjattivi riċenti li għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali bl-għan li tiġi solvuta l-kwistjoni tal-persuni neqsin u jistieden lill-awtoritajiet fil-Bożnija-Ħerzegovina jinvolvu ruħhom f'dan il-proċess; jissottolinja l-importanza li tinġabar id-data dwar il-persuni rimpatrijati; jikkundanna l-każijiet ta' attakki kontra l-proprjetà tagħhom u jinnota li s-suċċess tal-politika dwar il-persuni rimpatrijati fil-Bożnija-Ħerzegovina hija strumentali għal rikonċiljazzjoni;

37.

Jitlob l-implimentazzjoni ta' miżuri addizzjonali u programmi konkreti f'termini tar-ritorn sostenibbli tar-refuġjati, l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-impjieg, il-protezzjoni soċjali, is-sigurtà u l-edukazzjoni, u li tingħata attenzjoni sinifikanti lill-kumpens għad-danni għall-proprjetà li ma tistax tingħata lura; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, biex jitkomplew l-operazzjonijiet tal-Kummissjoni għal Talbiet ta' Proprjetà Immobbli tal-Persuni Spostati u tar-Refuġjati;

38.

Jiddeplora l-fatt li l-pajjiż għadu qed isofri minħabba l-eżistenza ta' mini tal-art, li jkopru madwar 2,2 % taż-żona totali tiegħu u jaffettwaw direttament is-sigurtà ta' aktar minn 540 000 resident; jilqa' l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-azzjoni kontra l-mini u jfaħħar il-Battaljun tat-Tneħħija tal-Mini tal-Forzi Armati fil-Bożnija-Ħerzegovina għall-ħidma eċċellenti tiegħu; jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' kwantitajiet suffiċjenti ta' teknoloġija tat-tneħħija tal-mini tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, li jwasslu għal tnaqqis mir-rata attwali ta' 3 km2 mnaddfa kull sena għal anqas minn 1 km2 mill-2020; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jgħammru b'mod xieraq il-Battaljun tat-Tneħħija tal-Mini bil-mezzi u bit-tagħmir meħtieġa;

39.

Jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Ġlieda kontra l-Kriminalità Organizzata għall-perjodu 2017-2020 u l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni dwar miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu; jitlob li jkun hemm żieda fl-isforzi biex jiġi stabbilit rekord ta' investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet, kundanni finali u konfiska tar-rikavat mill-kriminalità organizzata; jilqa' l-adozzjoni tant mistennija tal-emendi għall-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (CPC) mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Bożnija-Ħerzegovina fis-17 ta' Settembru 2018, għaliex dawn huma essenzjali biex l-istituzzjonijiet tal-istat tad-dritt ikunu jistgħu jwettqu investigazzjonijiet sensittivi u jikkooperaw mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn l-emendi; jenfasizza li l-konformità tal-Liġi dwar l-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Intelligence mal-istandards Ewropej u internazzjonali għandha tibqa' prijorità għolja; japprezza l-fatt li l-Bożnija-Ħerzegovina tneħħiet mil-lista tal-FATF ta' “pajjiżi terzi b'riskju kbir li għandhom nuqqasijiet strutturali fir-rigward tal-ħasil tal-flus/fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu”, u jitlob li jsiru aktar sforzi biex din titneħħa mil-lista tal-UE ta' pajjiżi b'riskju kbir;

40.

Jitlob li jkun hemm sforzi kontinwi fil-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni u li jkun hemm aktar miżuri biex il-kwistjoni tal-ġellieda barranin tiġi identifikata, evitata u indirizzata b'mod komprensiv, flimkien mal-kummerċ illeċitu tal-armi, u biex jiġu intraċċati l-flus maħsuba għal aktar radikalizzazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu jtejbu l-kapaċitajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina biex tiġġieled kontra t-terroriżmu permezz ta' koordinazzjoni, kooperazzjoni u skambju aħjar tal-intelligence kriminali, il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni taż-żgħażagħ, u programmi ta' deradikalizzazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet jiżviluppaw strateġija biex jiġġieldu kontra ċ-ċiberkriminalità u theddid simili ta' sigurtà; ifakkar fil-ħtieġa għal kooperazzjoni aktar b'saħħitha dwar il-kwistjonijiet ta' ġestjoni tal-fruntieri mal-pajjiżi ġirien;

41.

Ifaħħar l-isforzi tal-awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina biex twaqqaf it-tluq taċ-ċittadini tagħha lejn kampi tal-battalja barranin, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet japplikaw sentenzi xierqa għal ġellieda terroristi barranin u jimmaniġġaw ir-riintegrazzjoni soċjali sussegwenti tagħhom; jinnota bi tħassib li ġew irrappurtati ċelel ta' radikalizzazzjoni f'ċerti lokalitajiet fil-pajjiż;

42.

Jinnota bi tħassib l-għadd dejjem jikber ta' migranti li qed jaslu dan l-aħħar fil-Bożnija-Ħerzegovina u n-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-livelli differenti tal-gvern biex jirrispondu għal din is-sitwazzjoni; iqis li l-kwistjoni tal-migrazzjoni ma għandhiex tkun politiċizzata; jilqa' l-għajnuna umanitarja tal-UE biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tar-refuġjati, il-persuni li jfittxu l-ażil u l-migranti fil-pajjiż, u l-adozzjoni ta' miżura speċjali (li tiswa EUR 6 miljun) fl-10 ta' Awwissu 2018 biex tappoġġa lill-Bożnija-Ħerzegovina fil-ġestjoni tal-flussi migratorji; jenfasizza l-importanza li titqies il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi tal-għajnuna umanitarja u l-impatt tal-kampijiet tar-refuġjati fuq il-komunitajiet ospitanti; jemmen li l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u l-UE hija essenzjali fl-indirizzar ta' din l-isfida komuni;

43.

Jitlob l-adozzjoni ta' sett ġdid ta' riformi orjentati lejn l-UE immedjatament wara l-formazzjoni tal-awtoritajiet il-ġodda fil-Bożnija-Ħerzegovina, sabiex jitkompla l-proċess tar-riforma u tavvanza l-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż; jinsisti li kundizzjonalità effettiva għandha takkumpanja l-appoġġ finanzjarja tal-UE u li l-pjanijiet ta' azzjoni u l-oqfsa ta' monitoraġġ għandhom jiġu żviluppati mill-UE f'konformità mal-20 prinċipju tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex titwettaq id-“dimensjoni soċjali msaħħa l-ġdida”, kif stipulat fl-Istrateġija għall-Balkani tal-Punent tal-2018; jirrikonoxxi li sar xi progress mill-Bożnija-Ħerzegovina fir-rigward tal-iżvilupp ekonomiku u tal-kompetittività, iżda jinnota li l-pajjiż għadu fi stadju bikri ta' stabbiliment ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona; jemmen bis-sħiħ li l-avvanz fir-riformi soċjoekonomiċi, bl-involviment xieraq tas-sħab soċjali, għandu jkun prijorità għolja wara l-elezzjonijiet, bl-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-pajjiż; jinnota l-progress limitat ħafna fil-qasam soċjali; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-elementi fundamentali ekonomiċi, bħat-tkabbir, l-impjieg u l-ġlieda kontra l-ekonomija informali; jinnota l-importanza li jiġi strutturat mill-ġdid is-settur pubbliku, inklużi l-intrapriżi pubbliċi, li jkompli jnaqqas l-ekonomija informali u l-piż fiskali relatat fuq ix-xogħol, itejjeb l-ambjent tan-negozju (anki permezz tal-iżvilupp tal-ispazju ekonomiku uniku tal-Bożnija-Ħerzegovina), isaħħaħ l-użu favorevoli għat-tkabbir tal-finanzi pubbliċi, b'mod partikolari billi jiffoka fuq il-ħtiġijiet fuq perjodu medju ta' żmien bħall-infrastruttura u l-edukazzjoni, u jipprovdi statistika fil-waqt u eżawrjenti f'konformità mal-istandards Ewropej u internazzjonali;

44.

Jinnota l-progress kajman fil-protezzjoni ambjentali u tal-klima; ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm allinjament mal-acquis tal-UE u li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u strutturata tal-leġiżlazzjoni ambjentali fil-pajjiż kollu, f'konformità mal-istandards tal-UE u f'konformità mal-Istrateġija ta' Approssimazzjoni Ambjentali għall-pajjiż kollu; jenfasizza mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi indirizzat malajr it-tniġġis tal-arja transkonfinali kkawżat mir-raffinerija taż-żejt fi Brod f'konformità mal-politiki ambjentali tal-UE; jenfasizza li l-Bożnija-Ħerzegovina jeħtieġ li tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali u l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika, b'mod partikolari fil-Baċir Idrografiku ta' Neretva u fi Trebišnjica; jissottolinja li l-ippjanar u l-bini ta' impjanti u proġetti idroelettriċi jirrikjedu konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali internazzjonali u tal-UE, inklużi d-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq iż-żoni ta' valur naturali għoli billi titjieb il-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili fi proġetti rilevanti;

45.

Jinnota li s-swieq tal-elettriku u tal-gass għadhom frammentati u ddominati mill-kumpaniji eżistenti ewlenin; jistieden lill-Awtoritajiet tal-Bożnija-Ħerzegovina jkomplu jiżviluppaw l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija tal-pajjiż u joħolqu b'mod urġenti ktajjen funzjonali tal-enerġija u tat-trasport; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina tapprofitta mill-pakkett il-ġdid tal-UE għall-iżvilupp tal-konnettività reġjonali, u taħdem biex tlesti s-Suq tal-Enerġija Reġjonali f'konformità mal-impenji klimatiċi tagħha; jirrakkomanda investimenti kontinwi fi proġetti ta' infrastruttura li se jtejbu l-konnettività tat-trasport fil-Bożnija-Ħerzegovina u mal-pajjiżi ġirien; jitlob li meta għandhom jintgħażlu l-kuntratturi, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-prinċipju tat-trasparenza għandhom ikunu osservati sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tas-setgħat u l-korruzzjoni u tiġi żgurata l-għażla tal-aħjar offerti; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-proposta li jitnaqqsu t-tariffi tar-roaming fil-Balkani tal-Punent;

46.

Jilqa' r-relazzjonijiet kostruttivi u stabbli bilaterali tal-Bożnija-Ħerzegovina u l-iffirmar ta' għadd ta' ftehimiet bilaterali mal-ġirien tagħha; jitlob li jissaħħu r-relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien mal-pajjiżi fir-reġjun u li jsiru aktar sforzi biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet bilaterali pendenti kollha, inkluża d-demarkazzjoni tal-fruntieri mas-Serbja u mal-Kroazja, anki bl-għan li timxi 'l quddiem is-sħubija tal-organizzazzjonijiet Ewropej;

47.

Jilqa' l-Istrateġija tal-Politika Estera tal-Bożnija-Ħerzegovina għall-perjodu 2018-2023 adottata mill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, li tiddikjara b'mod ċar li s-sħubija fl-UE hija waħda mill-objettivi strateġiċi prinċipali tal-pajjiż; jiddispjaċih mill-fatt li l-grad ta' allinjament mad-dikjarazzjonijiet tal-UE u mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) naqas għal 61 % fl-2017; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm riżultati fir-rigward tal-allinjament progressiv mal-PESK u jitlob li jkun hemm titjib sostanzjali f'dan il-qasam, li jikkostitwixxi komponent essenzjali tas-sħubija fl-UE; iħeġġeġ bil-qawwi lill-Bożnija-Ħerzegovina tallinja ruħha mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jintroduċu miżuri restrittivi tal-UE fil-kuntest tal-annessjoni illegali tar-Russja tal-Krimea u l-avveniment fl-Ukrajna tal-Lvant, u jiddeplora n-nuqqas ta' kooperazzjoni intenzjonat f'dan ir-rigward minn xi atturi politiċi;

48.

Jinnota l-influwenza dejjem tiżdied tas-setgħat barranin fil-Bożnija-Ħerzegovina u jemmen bil-qawwi li impenn aktar b'saħħtu tal-UE min-naħa tal-Bożnija-Ħerzegovina għadu l-aħjar mod kif jiġi żgurat progress lejn il-valuri Ewropej, l-istabbiltà u l-prosperità fil-pajjiż; jilqa' l-preżenza kontinwa tal-Operazzjoni Althea tal-EUFOR fil-pajjiż, li tassisti fil-bini ta' kapaċità u fit-taħriġ tal-forzi armati tal-Bożnija-Ħerzegovina, kif ukoll fiż-żamma ta' kapaċità ta' deterrent biex jiġi appoġġat ambjent sigur u sikur; jilqa' l-estensjoni tal-mandat tal-EUFOR mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sa Novembru 2019;

49.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet jiżguraw allinjament strett mal-istandards u mal-objettivi ta' politika tal-UE u dawk internazzjonali fil-qasam tal-enerġija u t-tibdil fil-klima; jiddeplora l-fatt li l-isforzi tal-pajjiż għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima għadhom fil-livell ta' dikjarazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin qed jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-ippjanar ta' impjanti ġodda tal-enerġija termali tal-faħam; jitlob, għalhekk, il-kanċellazzjoni tal-proġetti u tal-pjanijiet idroelettriċi li jagħmlu ħsara lin-natura, li jmorru kontra x-xewqa tal-popolazzjoni lokali, li mhumiex konformi mal-pjanijiet ta' żvilupp tal-ispazju lokali jew tal-entitajiet u li jkunu ta' benefiċċju għall-investituri biss;

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Kunsill tal-Ministri tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-Assemblea Parlamentari tal-Bożnija-Ħerzegovina, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Federazzjoni tal-Bożnija-Ħerzegovina, lir-Republika Srpska u lid-Distrett ta' Brčko, u lill-gvernijiet tal-għaxar kantuni.

(1)  S/2018/416, 3.5.2018.

(2)  S/2018/974, 31.10.2018.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/90


P8_TA(2019)0098

L-istat tad-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-istat tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa (2018/2094(INI))

(2020/C 449/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea(TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea, il-Protokoll Addizzjonali tagħha u l-verżjoni riveduta tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 295 TFUE,

wara li kkunsidra l-laqgħa informali tas-27 kap ta' stat jew ta' gvern tad-29 ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava tas-27 Stat Membru tas-16 ta' Settembru 2016,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli fl-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Marzu 2017 dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni: possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona (6),

wara li kkunsidra l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 u l-ħames karti ta' riflessjoni sussegwenti (COM(2017)2025, COM(2017)0206, COM(2017)0240, COM(2017)0291, COM(2017)0315, COM(2017)0358),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra n-notifika tar-Renju Unit tad-29 ta' Marzu 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u lil hinn tas-6 ta' Lulju 2017 (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa – Riflessjonijiet u xenarji għall-UE-27 sal-2025 tat-12 ta' Mejju 2017 (8),

wara li kkunsidra d-diversi kontributi mill-parlamenti nazzjonali dwar il-White Paper u d-dokumenti ta' riflessjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa,

wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2018 tat-12 ta' Settembru 2018 mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker,

wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2017 tat-13 ta' Settembru 2017 mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-pjan direzzjonali tiegħu għal unjoni aktar magħquda, aktar b'saħħitha u aktar demokratika tal-24 ta' Ottubru 2017 (COM(2017)0650),

wara li kkunsidra d-diskors tas-Sorbonne tal-President Franċiż Emmanuel Macron tas-26 ta' Settembru 2017, bl-isem “Inizjattiva għall-Ewropa: Ewropa sovrana, magħquda u demokratika”,

wara li kkunsidra s-summit informali tal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern tal-UE tad-29 ta' Settembru 2017 f'Talinn,

wara li kkunsidra l-Aġenda tal-Mexxejja adottata waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew fid-19-20 ta' Ottubru 2017,

wara li kkunsidra l-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-17 ta' Novembru 2017 tal-Kunsill, tal-Parlament u tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għall-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa (UEM) tas-6 ta' Diċembru 2017 (COM(2017)0821) u b'mod partikolari l-proposta biex jiġi stabbilit Fond Monetarju Ewropew (FME) (COM(2017)0827), il-proposta biex tiġi integrata s-sustanza tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fil-qafas legali tal-Unjoni (COM(2017)0824) u l-komunikazzjoni dwar Ministru Ewropew għall-Ekonomija u l-Finanzi (COM(2017)0823),

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta' Diċembru 2017, u l-laqgħa tal-Mexxejja u tal-laqgħat tas-Summit tal-Euro fil-marġini tagħha,

wara li kkunsidra l-ittra tal-20 ta' Diċembru 2017 mingħand 26 parlament nazzjonali minn 20 Stat Membru dwar it-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Jannar 2018 adottata waqt is-Summit tal-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea (Ċipru, Franza, il-Greċja, Malta, il-Portugall u Spanja), bl-isem “Inġibu lill-UE 'l quddiem fl-2018”, kif ukoll id-dikjarazzjoni dwar il-Futur tal-Ewropa li saret mill-pajjiżi tal-Grupp Visegrad (ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja) fis-26 ta' Jannar 2018 u d-dikjarazzjoni konġunta tal-Ministri tal-Finanzi Ewropej mill-Finlandja, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, in-Netherlands u l-Iżvezja tas-6 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2018 bit-titolu “Ewropa li tagħti riżultati: Għażliet istituzzjonali biex nagħmlu l-ħidma tal-Unjoni Ewropea aktar effiċjenti” (COM(2018)0095),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/234 tal-14 ta' Frar 2018 dwar it-tisħiħ tan-natura Ewropea u t-tmexxija effiċjenti tal-elezzjonijiet 2019 lill-Parlament Ewropew (9),

wara li kkunsidra l-laqgħa informali tas-27 kap ta' stat jew ta' gvern tat-23 ta' Frar 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE fl-2016 (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali (11),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 tat-2 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0322),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta' Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea tat-2 ta' Mejju 2018 (COM(2018)0325),

wara li kkunsidra s-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-17 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika OI/2/2017/TE dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Meseberg tad-19 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Nirriflettu fuq l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex terġa' tinbena l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea” tad-9 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra d-dibattiti dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa ma' kapijiet ta' stat jew ta' gvern, ospitati mill-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0427/2018),

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija eżempju ta' integrazzjoni supranazzjonali liema bħalha u ġabet il-paċi dejjiema, il-prosperità u l-benessri mindu saret id-dikjarazzjoni pijuniera Schuman tad-9 ta' Mejju 1950; billi s-sigurtà kondiviża, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-benesseri tal-popli tagħha kienu fil-qalba tal-aspirazzjonijiet u l-azzjonijiet tagħha;

B.

billi l-moviment liberu tal-oġġetti, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni, il-munita unika, il-programm Erasmus, il-politiki reġjonali, agrikoli u ta' koeżjoni, u Orizzont 2020 huma kisbiet fundamentali tal-Unjoni, fost ħafna oħrajn, li jikkontribwixxu għall-benessri taċ-ċittadini Ewropej; billi jeħtieġ li l-Unjoni tingħata s-setgħat u r-riżorsi xierqa biex tiffaċċja l-isfidi tas-seklu 21;

C.

billi matul l-aħħar ftit snin l-Unjoni ffaċċjat aktar minn kriżi waħda li ttestjaw ir-reżiljenza u l-kapaċità tagħha li taġixxi b'mod deċiżiv u magħqud;

D.

billi l-perjodu mill-2014 sal-2017 ra politiki monetarji u makroekonomiċi aktar bilanċjati soċjalment u effettivi, bħalma huma l-politiki mhux standard tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-flessibbiltà tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, li kkontribwixxew għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE;

E.

billi għalkemm l-Ewropa rnexxielha trażżan u parzjalment tegħleb l-aktar mumenti kritiċi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika, għad hemm quddiemna riformi importanti u urġenti xi jsiru fil-livell tal-UE u fil-livell ta' Stat Membru fil-qasam tal-governanza ekonomika b'mod ġenerali u ż-żona tal-euro b'mod partikolari, kif ukoll f'dawk li huma t-tisħiħ tas-suq uniku u l-irkupru u l-iżvilupp tal-istandards soċjali tal-istati soċjali tagħna;

F.

billi fid-dawl tal-isfidi kurrenti u futuri, interni u esterni, multipli li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Unjoni f'dinja globali instabbli u kumplessa, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-migrazzjoni, it-tnaqqis demografiku, it-terroriżmu, is-sigurtà, it-tibdil fil-klima, il-kwistjonijiet ambjentali, iż-żamma tal-ordni multilaterali dinji, l-ikkompletar tal-UEM, il-globalizzazzjoni, il-kummerċ internazzjonali ħieles, ġust u bbażat fuq ir-regoli, l-affarijiet barranin u d-difiża, l-iżvilupp tal-pilastru soċjali, u l-ġlieda kontra l-populiżmu anti-UE, l-intolleranza u l-ksenofobija, l-UE għandha tippromwovi spirtu mġedded ta' kooperazzjoni u solidarjetà fost il-Membri tagħha abbażi tal-Artikoli 2 u 3 tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, filwaqt li l-objettiv minqux fit-Trattat ta' Lisbona li tinħoloq unjoni dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa għandu jkompli jispira l-azzjonijiet meħuda mill-Unjoni biex tkompli ssaħħaħ l-integrazzjoni Ewropea u tindirizza b'mod effettiv dawn l-isfidi;

G.

billi l-Parlament jinsab imħasseb ħafna dwar il-qawmien tal-movimenti populisti, ksenofobiċi u anti-Ewropej madwar l-Ewropa kollha; billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom isaħħu l-isforzi tagħhom biex jiddefendu u jippromwovu l-valuri demokratiċi, il-prinċipji fundaturi u l-objettivi tal-integrazzjoni Ewropea;

H.

billi r-referendum tar-Renju Unit ta' Ġunju 2016 li wassal għan-notifika tiegħu fid-29 ta' Marzu 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea intensifika d-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Unjoni; billi n-negozjati dwar il-ħruġ previst tar-Renju Unit mill-UE wrew il-livell għoli ta' interdipendenza tal-Istati Membri, sa liema livell ilkoll kemm aħna niddependu mill-istrumenti u l-politiki konġunti u l-kosti ta' kwalunkwe tluq;

I.

billi l-intensifikazzjoni tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa hija riflessa, minbarra fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament stess dwar il-futur tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017, fid-Dikjarazzjoni u l-Pjan Direzzjonali ta' Bratislava, fil-White Paper tal-Kummissjoni dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma, fl-Aġenda tal-Mexxejja adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2017, u diversi kontribuzzjonijiet minn Stati Membri individwali jew gruppi tagħhom, u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll fid-dibattiti plenarji fil-Parlament Ewropew dwar il-“Futur tal-Ewropa” mal-kapijiet ta' stat jew ta' gvern, fil-laqgħat interparlamentari tal-kumitati u fl-organizzazzjoni ta' djalogi u konsultazzjonijiet taċ-ċittadini minn diversi istituzzjonijiet, korpi u Stati Membri;

J.

billi l-istħarriġ tal-Parlemeter, li sar bejn it-8 u s-26 ta' Settembru 2018, juri li 62 % ta' dawk li wieġbu jemmnu li s-sħubija tal-pajjiżhom hija ħaġa tajba u li 68 % jqisu li pajjiżhom ibbenefika mis-sħubija tiegħu fl-UE, l-ogħla riżultat imkejjel mill-1983 'il hawn;

K.

billi l-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni jiddefinixxu sfera li magħha jista' jidentifika ruħu kull ċittadin Ewropew, huma x'inhuma d-differenzi politiċi jew kulturali marbuta mal-identità nazzjonali;

L.

billi l-elezzjonijiet li ġejjin għall-Parlament Ewropew jippreżentaw opportunità biex issir valutazzjoni tad-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, anke fid-dawl tal-prijoritajiet istituzzjonali prinċipali tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill għall-mandat il-ġdid;

M.

billi l-UE qed tiffaċċja perjodu partikolarment importanti fil-proċess tal-kostruzzjoni tagħha, minħabba n-natura u d-dimensjoni tal-isfidi tagħha, u billi dawn jistgħu jissolvew biss billi naħdmu flimkien u permezz ta' integrazzjoni u solidarjetà akbar u aħjar fost l-Istati Membri, filwaqt li nisfruttaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet kurrenti tat-Trattat ta' Lisbona u, sussegwentement, nirriformaw it-Trattati sabiex jittejjeb it-teħid tad-deċiżjonijiet istituzzjonali u jiġi żgurat il-bilanċ xieraq tal-kompetenzi;

N.

billi r-riformi istituzzjonali jenħtieġ li jkollhom l-għan li jagħmlu l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet aktar demokratiċi u li jsaħħu t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-obbigu ta' rendikont tal-Unjoni u tal-istituzzjonijiet tagħha; billi, fid-dawl ta' dawn l-għanijiet, huwa ż-żmien xieraq u opportun biex tiġi promossa l-parteċipazzjoni ċivika sinifikattiva fil-proġett Ewropew u biex jiġu organizzati konsultazzjonijiet u jitħeġġeġ djalogu regolari maċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi, f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tat-TUE;

O.

billi l-Unjoni teħtieġ struttura governattiva aktar b'saħħitha, b'kontroll demokratiku msaħħaħ min-naħa tal-Parlament, biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tal-lum u tal-ġejjieni; billi t-trasparenza u l-integrità min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE huma essenzjali biex tinbena l-fiduċja u l-kunfidenza taċ-ċittadini;

P.

billi d-Dikjarazzjoni konġunta ta' Meseberg bejn Franza u l-Ġermanja fiha serje ta' riflessjonijiet u proposti biex il-kooperazzjoni Ewropea tissaħħaħ, b'mod partikolari fil-qasam tal-governanza ekonomika;

Q.

billi l-promozzjoni ta' dimensjoni Ewropea tal-kultura u tal-edukazzjoni hija vitali għat-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea, filwaqt li jitqies li l-Unjoni tbati minn defiċit ta' għarfien li jfisser li l-kisbiet tal-Unjoni għandhom it-tendenza li ma jingħatawx importanza mill-ġenerazzjonijiet li għadhom tilgħin;

1.

Ifakkar li r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-ġejjieni tal-Ewropa tas-16 ta' Frar 2017 enfasizzaw l-importanza tal-qafas istituzzjonali uniku u tal-metodu Komunitarju u ssuġġerew diversi proposti u inizjattivi ta' importanza partikolari għall-integrazzjoni Ewropea li jistgħu jikkontribwixxu għall-bini tal-ġejjieni tal-Ewropa;

2.

Jenfasizza li l-Unjoni jeħtiġilha tindirizza b'mod determinal l-isfidi tal-ġejjieni tagħha b'integrazzjoni politika akbar u aħjar, bir-rispett sħiħ u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet fundamentali u tal-prinċipji demokratiċi u billi naħdmu flimkien; jenfasizza li ċ-ċittadini jridu Ewropa li tipproteġi d-drittijiet, il-benessri u l-mudell soċjali tagħhom fuq il-bażi ta' sovranità kondiviża, li tirrikjedi integrazzjoni politika xierqa; jistieden lill-kapijiet ta' stat jew ta' gvern isegwu din it-triq fi spirtu mġedded ta' solidarjetà u kollaborazzjoni;

3.

Jirrimarka li l-kapijiet ta' stat jew ta' gvern li indirizzaw il-Parlament fil-plenarja waqt id-dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa kollha kemm huma rrikonoxxew li hemm il-ħtieġa li niffaċċjaw l-isfidi tal-futur flimkien u li nagħmlu aħjar dak li jista' jinkiseb biss flimkien;

4.

Itenni t-twemmin tiegħu li l-integrazzjoni differenzjata għandha tibqa' miftuħa għall-Istati Membri kollha u li għandha tkompli taġixxi bħala metodu ta' integrazzjoni u solidarjetà Ewropej aktar profondi, ħaġa li m'għandhiex titħawwad mal-idea ta' Ewropa à la carte; jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi evitata kwalunkwe perċezzjoni tal-ħolqien ta' sħubija tal-ewwel klassi u tat-tieni klassi fi ħdan l-Unjoni fid-dibattitu kurrenti dwar l-integrazzjoni differenzjata;

5.

Ifakkar li l-integrazzjoni differenzjata m'għandhiex tkun mod kif titnaqqas l-integrazzjoni politika;

6.

Jenfasizza li l-kriżi pproduċiet żbilanċ bejn l-istituzzjonijiet ewlenin tal-Unjoni, u li l-Kunsill Ewropew qed jeżerċita l-inizjattiva politika tiegħu proprja għad-detriment tad-dritt ta' inizjattiva tal-Kummissjoni u qed jirrinforza l-metodu intergovernattiv; iqis, madankollu, li l-metodu Komunitarju huwa dak l-aktar adattat għall-funzjonament tal-Unjoni; ifakkar fl-għadd kbir ta' riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament f'dan ir-rigward u jtenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill Ewropew biex jirrispetta bis-sħiħ il-limiti tal-kompetenzi tiegħu kif imnaqqxa, b'mod partikolari, fl-Artikolu 15 tat-TUE;

7.

Itenni li l-unanimità, li t-Trattati jirrikjedu f'ċerti materji fundamentali, hija ostakolu kważi insuperabbli f'mumenti u f'deċiżjonijiet importanti, u għalhekk, fir-rigward tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet, jargumenta favur il-prinċipju ta' votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK) fil-Kunsill u, għal-leġiżlazzjoni, jiffavorixxi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-oqsma kollha fejn dan ikun possibbli; ifakkar li skont it-Trattati fis-seħħ dan jista' jinkiseb bl-użu tad-diversi klawżoli passerelle jew, fil-każ tal-kooperazzjoni msaħħa, bl-użu tal-Artikolu 333 tat-TFUE;

8.

Jilqa' f'dan ir-rigward it-tħabbira mill-President Juncker fid-diskorsi tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta' Settembru 2017 u tat-12 ta' Settembru 2018 dwar l-intenzjoni li jipproponi l-użu tal-VMK fil-Kunsill f'ċerti oqsma ta' politika speċifiċi, iżda jiddispjaċih li r-regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) mhuwiex fost is-suġġetti elenkati;

9.

Jilqa' b'mod partikolari l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet l-użu tal-VMK fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) fir-rigward ta' pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'fora internazzjonali, deċiżjonijiet biex jiġu stabbiliti reġimi ta' sanzjonijiet, u deċiżjonijiet biex jiġu varati jew implimentati missjonijiet ċivili b'reazzjoni għal kriżijiet barra mill-Ewropa, minħabba l-importanza li t-teħid ta' deċiżjonijiet jiġi aċċellerat u li jsir aktar effettiv, u l-ħtieġa li l-Unjoni titkellem aktar b'vuċi waħda;

10.

Itenni s-suġġeriment tiegħu li l-Kunsill jiġi trasformat f'kamra leġiżlattiva vera b'kundizzjonijiet indaqs bħall-Parlament, kif deskritt fil-qosor fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona, u li tittejjeb it-trasparenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu; jirreferi f'dan il-kuntest għar-rapport speċjali tal-Ombudsman dwar it-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill u għall-ittra tad-delegazzjonijiet tal-COSAC tal-20 ta' Diċembru 2017 fejn talbu aktar trasparenza fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, b'mod partikolari mill-Kunsill u mill-korpi informali bħall-Grupp tal-Euro, f'konformità ma' talbiet simili magħmula mill-Parlament f'dan ir-rigward;

11.

Iqis li hemm għażliet differenti biex il-Kummissjoni ssir aktar aġili billi jiġu adattati l-istruttura u l-metodi ta' ħidma tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, pereżempju bil-ħatra ta' Viċi Presidenti responsabbli għal raggruppament ta' politiki jew bil-ħatra ta' Kummissarji anzjani u subalterni;

12.

Ifakkar li, għalkemm, skont it-Trattati fis-seħħ, il-Parlament ma għandux dritt formali ta' inizjattiva leġiżlattiva, huwa jista' jitlob li l-Kummissjoni tressaq kwalunkwe proposta xierqa dwar kwistjonijiet li, fil-fehma tiegħu, jeħtieġu att tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati, u jfakkar lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12), fl-obbligu tagħha li tagħti kunsiderazzjoni fil-pront u dettaljata lit-talbiet għal proposti għal atti tal-Unjoni; ifakkar, barra minn hekk, li dan il-ftehim interistituzzjonali fih ukoll dispożizzjonijiet dwar il-programmazzjoni annwali u pluriennali interistituzzjonali, li jipprovdu għodda addizzjonali biex il-Parlament imexxi l-aġenda leġiżlattiva;

13.

Ifakkar fil-proposta tiegħu li, fil-każ ta' reviżjoni futura possibbli tat-Trattati, id-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva jista' jiġi attribwit ukoll lill-Parlament bħala r-rappreżentant dirett taċ-ċittadini tal-UE;

14.

Jinsisti li għandha tissaħħaħ is-setgħa ta' skrutinju tal-Parlament u b'mod partikolari d-dritt tiegħu ta' inkjesta u li għandu jingħata setgħat speċifiċi, ġenwini u delimitati b'mod ċar;

15.

Jieħu nota tar-rapport tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u biex “Nagħmlu anqas b'aktar effiċjenza” tal-10 ta' Lulju 2018, li jippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar mod ġdid ta' ħidma fuq is-sussidjarjetà u fuq il-proporzjonalità; iqis li ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rwol tal-parlamenti nazzjonali fi ħdan l-Unjoni u kemm hu għaqli li s-sistema ta' twissija bikrija tiġi riformata, diġà ġew sottolinjati mill-Parlament; ifakkar li t-Task Force sabet li hemm valur miżjud tal-UE fl-oqsma kollha eżistenti tal-attività tal-UE u għalhekk ma identifikat l-ebda kompetenza jew qasam ta' politika tat-Trattati li għandhom jiġu delegati mill-ġdid b'mod definittiv, kompletament jew parzjalment, lill-Istati Membri;

16.

Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet differenti li jitolbu rwol aktar attiv għall-parlamenti nazzjonali, speċjalment fil-kontroll tal-azzjoni tal-gvernijiet tagħhom fl-istituzzjonijiet Ewropej; ifakkar ukoll fir-rwol fundamentali tal-awtoritajiet lokali u speċjalment tal-parlamenti reġjonali b'setgħat leġiżlattivi;

17.

Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni fil-livell interistituzzjonali, filwaqt li jiġu rispettati l-prerogattivi ta' kull istituzzjoni kif imnaqqxa fit-Trattati, peress li din il-kooperazzjoni ngħatat qafas ġdid permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, u jissottolinja li s-simplifikazzjoni hija eżerċizzju għaddej il-ħin kollu li għandu l-għan li jagħmel il-proċessi u l-proċeduri fil-livell tal-UE aktar faċli li jinftiehmu, filwaqt li jiżgura li jitqiesu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u fl-aħħar mill-aħħar tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea;

18.

Jilqa' l-proklamazzjoni konġunta li tapprova l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ffirmata mill-Kunsill, mill-Parlament u mill-Kummissjoni waqt is-Summit Soċjali ta' Gothenburg għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir; jirrimarka li l-kompetenzi u l-għodod meħtieġa biex jitwettaq il-pilastru huma prinċipalment f'idejn l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll f'idejn is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili, filwaqt li s-Semestru Ewropew joffri qafas biex il-prestazzjoni tal-Istati Membri f'dan ir-rigward tkun tista' tiġi monitorjata; ifakkar, barra minn hekk, f'dan il-kuntest li d-djalogu soċjali ħareġ strument indispensabbli biex jittejjeb it-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet tal-UE u biex tissaħħaħ il-leġittimità soċjali tagħhom;

19.

Jinnota n-natura mhux vinkolanti tal-Pilastru Soċjali, li bħala tali ma jistax ibiddel l-attenzjoni tal-UE minn fuq il-politiki ekonomiċi, tas-suq intern u fiskali għal fuq il-miri soċjali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-klawżola soċjali orizzontali minquxa fl-Artikolu 9 tat-TFUE tirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra b'attenzjoni l-impatt li għandha l-leġiżlazzjoni tal-UE fuq l-istandards soċjali u l-impjieg u b'konsultazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati soċjali;

20.

Jenfasizza li l-protezzjoni ambjentali għandha tkun prijorità għolja għall-UE fid-dawl tad-degradazzjoni ambjentali kurrenti, u għandha tiġi integrata fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni; jenfasizza li l-UE għandha tieħu azzjoni effettiva biex tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u żżid is-sehem ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija għal-livelli meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi;

21.

Jistieden għal darba oħra lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Karta Soċjali Ewropea riveduta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Sigurtà Soċjali (ETS Nru 78);

22.

Jissottolinja li huwa importanti li jitkompla l-proċess tal-approfondiment u l-ikkompletar tal-UEM sabiex jingħata kontribut għaż-żamma tal-istabbiltà tal-munita unika u t-tisħiħ tal-konverġenza tal-politiki ekonomiċi, fiskali u tas-suq tax-xogħol u tal-istandards soċjali fost l-Istati Membri; itenni li, bl-eċċezzjoni tal-esklużjoni fakultattiva tad-Danimarka, kull Stat Membru marbut jadotta l-euro; jappoġġa t-teħid ta' passi ulterjuri fl-iżvilupp tal-MES;

23.

Jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa ta' impenn politiku b'saħħtu, governanza effiċjenti u responsabbiltà demokratika fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, b'mod partikolari l-iskrutinju parlamentari fl-istadji varji tas-Semestru Ewropew kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali, sabiex tiġi pprovduta l-governanza ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro b'leġittimità soċjali, ekonomika u demokratika msaħħa u jittejjeb is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni;

24.

Ifakkar fil-fehma tiegħu, fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea, li l-politika fiskali u ekonomika għandha ssir “kompetenza kondiviża” bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;

25.

Jinnota l-konverġenza tal-pożizzjonijiet meħuda minn Franza u mill-Ġermanja rigward l-idea ta' kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro; itenni l-fehma tiegħu li tali kapaċità jenħtieġ li tiġi żviluppata fi ħdan il-qafas tal-UE;

26.

Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Funzjoni Ewropea ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti u qed jiddiskuti għodod baġitarji ġodda mmirati lejn l-istabbilizzazzjoni;

27.

Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni għal Programm ta' Appoġġ għal Riformi; jenfasizza kemm hu importanti li ma jiddgħajfux is-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' superviżjoni tal-Parlament b'rabta mal-infiq tal-fondi tal-UE; jinsab imħasseb li fil-perjodu 2011-2017, 9 % biss mir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) ġew implimentati bis-sħiħ; jieħu nota tal-faċilità ta' konverġenza, li se tipprovdi inċentiv u se tgħin lill-Istati Membri barra miż-żona tal-euro, permezz ta' politiki fiskali u ekonomiċi sostenibbli, jimplimentaw ir-riformi u jissodisfaw il-kriterji għall-introduzzjoni tal-euro;

28.

Jilqa' l-programm futur InvestEU u jenfasizza li l-fond għandu jkompli jnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-UE; jappoġġa l-investimenti f'assi tanġibbli u intanġibbli, inkluż il-wirt kulturali, sabiex jitrawmu t-tkabbir, l-investimenti u l-impjiegi, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, il-kumpaniji żgħar u b'kapitalizzazzjoni medja u l-intrapriżi soċjali, u b'hekk jingħata kontribut għal benessri mtejjeb u distribuzzjoni aktar ġusta tad-dħul u għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni;

29.

Jinnota li l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ministru Ewropew tal-Ekonomija u tal-Finanzi; jinnota li t-twaħħid tal-pożizzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Ekonomiċi u tal-President tal-Grupp tal-Euro jista' jtejjeb l-obbligu ta' rendikont parlamentari fil-livell Ewropew;

30.

Huwa tal-fehma li l-baġit futur tal-UE għandu jippromwovi l-valur miżjud Ewropew f'dak li hu impatt soċjoekonomiku, jappoġġa l-modernizzazzjoni tal-politiki tal-UE, jiżgura l-finanzi għall-isfidi l-ġodda u jkompli jikkontribwixxi għall-koeżjoni u l-konverġenza mil-lat ekonomiku u soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri sabiex isaħħaħ is-solidarjetà Ewropea, l-istabbiltà Ewropea, l-ugwaljanza Ewropea kif ukoll it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, inkluż fid-dawl tal-impenji tal-UE taħt il-Ftehim ta' Pariġi, jiżgura r-rispett u l-promozzjoni tal-valuri fundamentali kif iddikjarat fl-Artikoli 2 u 3 tat-TUE u jkun mogħni b'riżorsi proprji ġodda, b'kont meħud tal-ħidma tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

31.

Jilqa' l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-riżorsi proprji tintroduċi riżorsi proprji reali ġodda, kif mitlub mill-Parlament, iżda jiddispjaċih li ma ġie introdott l-ebda sors ieħor possibbli ta' dħul; jesprimi tħassib dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP 2021-2027, minħabba li m'għandhiex impenn finanzjarju biex tiffaċċja l-isfidi kurrenti għall-UE kif ukoll dawk li għadhom iridu jinqalgħu aktar 'il quddiem; jiddispjaċih dwar il-pożizzjonijiet meħuda minn xi Stati Membri li jirrifjutaw li jipprovdu aktar riżorsi lill-UE, minkejja r-rikonoxximent unanimu tal-ħtieġa li jiġu ffaċċjati sfidi u responsabbiltajiet ġodda, u għalhekk tal-ħtieġa ta' aktar riżorsi finanzjarji; jirrimarka li l-infiq fil-livell tal-UE jista' jiffranka l-flus fil-livell nazzjonali billi tiġi evitata d-duplikazzjoni u permezz tal-ekonomiji ta' skala;

32.

Jissottolinja l-importanza li tiġi żgurata konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq fil-proċess tas-Semestru Ewropew; jirrikonoxxi l-importanza tat-twaqqif tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jinnota li s-Semestru Ewropew ġie msaħħaħ u ssimplifikat, iżda jenfasizza li l-involviment aħjar tal-parlamenti nazzjonali jgħin għat-tisħiħ tas-sjieda nazzjonali, li jwassal għal implimentazzjoni aħjar tas-CSRs, u b'hekk jittejjeb il-proċess tas-Semestru Ewropew; jinnota li hija l-ewwel u qabel kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jagħżlu politiki fiskali u ekonomiċi adegwati u sostenibbli;

33.

Jiddispjaċih li, sal-ġurnata tal-lum, ma sar l-ebda segwitu prattiku għat-talba tiegħu għal kodiċi ta' konverġenza – li għandu jiġi adottat b'kodeċiżjoni – sabiex ikun hemm qafas aktar effettiv għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; ifakkar, barra minn hekk, li, filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li s-Semestru Ewropew diġà ġie ssimplifikat, il-Parlament talab li jiġi konkluż ftehim interistituzzjonali biex il-Parlament jingħata rwol aktar sostanzjali fis-Semestru Ewropew; ifakkar, f'dan il-kuntest, fis-suġġeriment tiegħu, speċifikament konformi mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali, li l-kalendarji baġitarji fil-livell nazzjonali u f'dak Ewropew jeħtieġ li jkunu kkoordinati aħjar matul il-proċess kollu sabiex kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-parlamenti nazzjonali jiġu involuti aħjar fis-Semestru Ewropew;

34.

Jissottolinja l-importanza tal-impenn favur il-proċess tal-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u l-ħtieġa li jiġu żgurati l-ftuħ u t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, inkluża Skema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti u garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, irid ikompli, bħalma jridu jkomplu wkoll il-miżuri biex jinkiseb it-tnaqqis tar-riskju;

35.

Jilqa' l-proposti kontra l-ħasil tal-flus ippreżentati mill-Kummissjoni fil-kuntest tar-rieżami tas-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF); iħeġġeġ lill-Kunsill jikkompleta flimkien mal-Parlament in-negozjati leġiżlattivi qabel tmiem din il-leġiżlatura, peress li l-politiki kontra l-ħasil tal-flus jeħtieġ li jissaħħu sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet futuri fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu qed jiffaċilitaw b'mod attiv il-ħasil tal-flus;

36.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-għajnuna tal-Awtoritajiet superviżorji Ewropej, tidentifika u tneħħi l-ostakli li jxekklu s-suq intern u tgħin sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi; huwa tal-fehma li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni għandha tkun l-infurzar effikaċi tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità ikbar lir-regolamenti milli lid-direttivi bħala l-għodda leġiżlattiva għall-Unjoni Bankarja u l-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, fejn xieraq u fuq bażi ta' każ b'każ, sabiex jiġi evitat li jinħolqu kemm frammentazzjoni kif ukoll sitwazzjoni fejn is-superviżuri jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' sistemi nazzjonali differenti;

38.

Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tiġi kkompletata; jenfasizza li s-swieq kapitali kbar u integrati sewwa huma komplementari għall-Unjoni Bankarja, minħabba l-kontribut tagħhom għall-kondiviżjoni tar-riskju privat, filwaqt li jżidu l-konverġenza ekonomika, jgħinu biex jammortizzaw ix-xokkijiet futuri, u potenzjalment iwasslu għal allokazzjoni aħjar tal-fondi fejn meħtieġ; jitlob studju komprensiv dwar l-iktar qafas xieraq sabiex titqies aħjar in-natura li qed tevolvi b'mod rapidu tas-servizzi finanzjarji; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-aċċess aħjar għal sorsi addizzjonali ta' finanzjament ikun partikolarment ta' għajnuna għan-negozji l-ġodda u l-SMEs, filwaqt li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir solidu tagħhom;

39.

Jilqa' l-ħidma mwettqa s'issa u jqis li jeħtieġ li jitkompla r-rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-VAT; jinsisti dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jinnota l-ħidma tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni ġusta tal-ekonomija diġitali;

40.

Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-korpi kollha tal-UE, inklużi l-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, isaħħu saħansitra aktar l-isforzi ta' komunikazzjoni tagħhom sabiex jispjegaw aħjar il-ħidma tagħhom u sabiex itejbu l-informazzjoni disponibbli għaċ-ċittadini tal-UE.

41.

Jenfasizza li l-Ewropa hija forza pożittiva fid-dinja u għandha tkompli tkun, billi tiddefendi l-valuri tagħha, il-multilateraliżmu u d-dritt internazzjonali; ifakkar li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma l-akbar kontributuri għall-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp;

42.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill biex jistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), ir-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża (CARD) u l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) bħala passi importanti lejn politika ta' difiża komuni, u jinnota proposti minn ċerti Stati Membri għal Kunsill tas-Sigurtà tal-UE u għal Inizjattiva ta' Intervent Ewropew; ifakkar t-talba tiegħu għat-twaqqif ta' Kunsill Permanenti tal-Ministri għad-Difiża ppresedut mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), u jenfasizza l-importanza ta' obbligu ta' rendikont demokratiku xieraq fid-deċiżjonijiet meħuda f'dan il-qasam u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali f'dan ir-rigward;

43.

Jilqa' t-tisħiħ tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili u jitlob għal darba oħra li jinħoloq Korp Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, peress li t-Trattati eżistenti jipprovdu bażi tajba għal dan;

44.

Ifakkar fl-adeżjoni pendenti tal-Unjoni mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u jitlob li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat Euratom jiġu inkorporati fit-TUE u fit-TFUE;

45.

Jiddeplora n-nuqqas ta' ftehim bejn l-Istati Membri rigward il-prijoritajiet u l-implimentazzjoni ta' politika komprensiva dwar l-immigrazzjoni fil-livell tal-UE, li tkun tippermetti li jiġu organizzati u rregolati l-flussi migratorji, jiġu kkontrollati l-fruntieri esterni tal-UE b'mod aktar effettiv, ikun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-migranti u tal-persuni li jfittxu ażil, fost objettivi oħra; jissottolinja li jeħtieġ li jingħelbu l-kontradizzjonijiet ovvji fl-interessi esposti mill-Istati Membri, kif ukoll l-iskuntentizza espressa miċ-ċittadini, sabiex ma jiġix ipperikolat il-proġett ta' integrazzjoni Ewropea, li jbati bħala riżultat dirett tal-istrumentalizzazzjoni tal-kwistjoni tal-migrazzjoni mill-partiti Ewroxettiċi;

46.

Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu dwar ir-reviżjoni tas-sistema ta' Dublin; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li s-sħubija tiegħu mal-Afrika tissaħħaħ u jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar “It-tisħiħ ta' rotot legali lejn l-Ewropa: parti indispensabbli minn politika dwar il-migrazzjoni bbilanċjata u komprensiva” li tistabbilixxi mezzi legali għall-migrazzjoni (COM(2018)0635);

47.

Jenfasizza l-importanza ta' politika agrikola komuni (PAK) appoġġata minn baġit iffinanzjat tajjeb; ifakkar kemm il-PAK għandha importanza ċentrali għall-istorja tal-Unjoni; jinnota r-rwol fundamentali li għandha fl-iżgurar ta' reġjuni rurali vibranti u provvista tal-ikel sikura; jinnota li r-riforma li jmiss tal-PAK hija opportunità biex jissaħħaħ it-twettiq tal-objettivi tagħha; jenfasizza li l-PAK hija waħda mill-eqdem politiki u trid tkompli tkun waħda mill-aktar politiki importanti u integrati, u li se tkompli tikkontribwixxi għall-bini tal-futur tal-Ewropa permezz ta' integrazzjoni akbar, il-preservazzjoni tal-ambjent u s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel għaċ-ċittadini tal-UE; jinnota li l-politiki ta' żvilupp agrikolu u rurali għandhom potenzjal kbir f'dak li hu forniment ta' beni pubbliċi; jenfasizza li l-biedja Ewropea taqdi rwol vitali fit-tmigħ tal-pjaneta u fil-fatt li tipprovdi impjiegi għal 46 miljun ruħ; jenfasizza r-rwol li l-PAK taqdi fiż-żamma tal-istat u l-kwalità tal-ħamrija, tal-ilma u ta' riżorsi naturali oħra; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-agrikoltura fil-prijoritajiet tal-Unjoni biex jittaffa l-effett tat-tibdil fil-klima u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; jissottolinja l-importanza ta' PAK iffinanzjata tajjeb u riformata biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-bosta sfidi li l-Unjoni se jkollha tiffaċċja fil-ġejjieni; Jenfasizza li l-PAK ma tirrigwardax sempliċement il-biedja u l-bdiewa iżda tirrigwarda wkoll l-għajnuna lill-komunitajiet rurali usa' li fihom joperaw u l-iżvilupp ta' dawn il-komunitajiet;

48.

Jenfasizza li l-politika kummerċjali komuni trid tibqa' pilastru fundamentali tal-politika estera tal-Unjoni, peress li għandha implikazzjonijiet diretti għall-ħajja taċ-ċittadini, u li għandha tgħin lill-Unjoni tadatta ruħha għar-rwol il-ġdid tagħha f'dinja karatterizzata minn multipiċità ta' atturi ewlenin fix-xena internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:

a)

it-tisħiħ tal-politika kummerċjali komuni permezz tal-integrazzjoni tagħha fil-qafas ta' politika usa'; it-tmexxija tal-politika kummerċjali dinjija fil-livell multilaterali u f'dak bilaterali;

b)

it-tmexxija tad-difiża ta' sistema kummerċjali globali orjentata lejn l-iżvilupp li tkun miftuħa, ibbażata fuq ir-regoli, ekwa u sostenibbli, li tiżgura li l-kumpaniji tal-UE jkunu jistgħu joperaw globalment f'qafas ta' kondizzjonijiet ugwali, regoli prevedibbli, kompetizzjoni ġusta u obbligi definiti, li għandhom jinkludu ħidma b'mod kostruttiv fuq pożizzjoni komuni tal-Unjoni fin-negozjati intergovernattivi tan-NU dwar ir-responsabbiltà għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tar-responsabbiltà korporattiva u l-obbligi vinkolanti ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista u tal-produzzjoni;

c)

l-aġġornament sħiħ u immedjat tal-Parlament bl-informazzjoni dwar in-negozjati u l-mandat tal-Kunsill, u tul l-implimentazzjoni kollha tal-ftehimiet internazzjonali, bil-għan li jiġi żgurat li jkun jista' jeżerċita s-setgħat u l-prerogattivi tiegħu; is-simplifikazzjoni u t-taqsir tal-proċessi ta' negozjati u t-tisħiħ tal-iskrutinju tal-Parlament tul iż-żmien kollu; iż-żieda tat-trasparenza lejn iċ-ċittadini tal-UE billi jiġu ppubblikati d-direttivi ta' negozjar (mandati) għall-ftehimiet kummerċjali qabel ma jinbdew in-negozjati; ir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-ġurisprudenza reċenti tal-UE li tistabbilixxi l-politika kummerċjali komuni bħala kompetenza esklużiva tal-Unjoni;

d)

l-inklużjoni sistematika, fil-ftehimiet kummerċjali, ta' kapitoli dwar il-kummerċ diġitali, l-SMEs, kif ukoll dispożizzjonijiet vinkolanti u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli minbarra dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-qadi ta' rwol ta' tmexxija f'dawn is-suġġetti fid-diskussjonijiet multilaterali; id-difiża tal-privatezza tad-data taċ-ċittadini tal-UE;

e)

it-tisħiħ tal-koerenza tal-politika kummerċjali komuni mal-PESK, mal-politika Ewropea dwar l-iżvilupp u mal-politika dwar il-klima sabiex jiġu garantiti l-valuri u l-objettivi spjegati fl-Artikolu 3(5) tat-TUE u l-Artikoli 21, 207 u 208 tat-TFUE, b'aderenza sħiħa mal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp;

49.

Iqis li l-Unjoni għandha tkompli tmexxi 'l quddiem il-kummerċ internazzjonali filwaqt li tiddefendi l-istandards soċjali, dawk tax-xogħol u dawk ambjentali; iwissi kontra l-gwerer kummerċjali, li jipproduċu biss telliefa u jżidu t-tensjonijiet politiċi u tas-sigurtà;

50.

Ifakkar li skont l-Artikolu 17(7) tat-TUE, “waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b'maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta' President tal-Kummissjoni”; jissottolinja d-determinazzjoni tiegħu li jkompli bil-proċess tal- iSpitzenkandidaten għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni li jmiss b'konformità mat-Trattat ta' Lisbona, u jilqa' l-appoġġ tal-Kummissjoni u ta' ċerti Stati Membri f'dan ir-rigward; jenfasizza li fil-proċess tal-investitura tal-President tal-Kummissjoni, il-konsultazzjonijiet xierqa mal-Parlament huma tal-ikbar importanza, peress li, wara l-elezzjonijiet, dan se jiddetermina l-kandidat li jista' jiġi appoġġjat minn maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu u se jittrażmetti r-riżultat tad-deliberazzjonijiet interni tiegħu lill-Kunsill Ewropew; Ifakkar li l-kandidat irid ikun ġie maħtur bħala Spitzenkandidat minn wieħed mill-partiti politiċi Ewropej u jrid ikun mexxa kampanja għall-kariga ta' President tal-Kummissjoni fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej; iqis li din il-prattika uriet aktar minn biżżejjed is-siwi tagħha, billi ssaħħaħ il-leġittimità soċjetali tal-elezzjonijiet Ewropej u r-rwol supranazzjonali tal-Parlament Ewropew bħala esponent taċ-ċittadinanza Ewropea u tad-demokrazija Ewropea; iwissi għal darba oħra li l-Parlament Ewropew se jkun lest li jiċħad kwalunkwe kandidat fil-proċedura ta' investitura tal-President tal-Kummissjoni li ma jkunx ġie nominat bħala Spitzenkandidat fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

51.

Jiddispjaċih minħabba t-tentazzjoni frekwenti u mifruxa li jiġu attribwiti deċiżjonijiet mhux popolari lil “Brussell” u li l-awtoritajiet nazzjonali jinħelsu mir-responsabbiltajiet u mill-politika tagħhom, minħabba li din l-attitudni inġusta u opportunistika tagħmel ħsara lill-Ewropa, tippromwovi sentimenti anti-Ewropej u nazzjonaliżmu u tiskredita lill-istituzzjonijiet tal-UE; iqis, barra minn hekk, li l-attribuzzjonijiet foloz imorru kontra l-imperattiv tal-obbligu ta' rendikont tal-azzjoni governattiva; jisħaq fuq il-punt li l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE huma essenzjali biex il-politiki tal-Unjoni jitwettqu b'suċċess u biex bejn l-Unjoni, l-Istati Membri u ċ-ċittadini titrawwem fiduċja reċiproka u jesprimi tħassib dwar l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jonqsu milli jagħmlu dan għax iridu;

52.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' valutazzjoni aktar b'saħħitha tal-konsegwenzi soċjali u ambjentali tal-politiki tal-UE, billi nżommu f'moħħna wkoll il-kost tan-nonleġiżlazzjoni fil-livell Ewropew (l-hekk imsejjaħ “Kost tan-Non-Ewropa”);

53.

Jissottolinja l-ħtieġa li tintefa' attenzjoni konċentrata partikolari fuq il-liġi amministrattiva tal-UE, kif hemm indikat fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2016 li titlob għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti (13);

54.

Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-ispazju pubbliku Ewropew bħala spazju demokratiku supranazzjonali; jenfasizza li l-isfidi ewlenin li l-Ewropa qed taffronta jridu jiġu indirizzati u diskussi minn perspettiva Ewropea u mhux minn perspettiva nazzjonali biss u billi jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet imnaqqxa fl-Artikoli 10 u 11 tat-TUE; jirrimarka li, għal din ir-raġuni, huwa meħtieġ li d-demokrazija Ewropea ssaħħaħ id-dimensjoni transnazzjonali tal-objettivi u l-isfidi tagħha, filwaqt li tippromwovi ċittadinanza Ewropea bbażata fuq il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea u b'aktar edukazzjoni istituzzjonali Ewropea u qafas soċjetali deliberattiv, aktar parteċipattiv kif ukoll kampanja aktar Ewropea u anqas iffokata fuq il-lat nazzjonali għall-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin dalwaqt fl-2019;

55.

Jilqa' l-approċċ li l-Unjoni ħadet lejn in-negozjati dwar il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, u jissottolinja l-unità eċċellenti murija mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri; jinnota li l-esperjenza fin-negozjati uriet il-kumplessitajiet enormi ta' tali deċiżjonijiet;

56.

Jenfasizza għal darb'oħra li la s-sovranità nazzjonali u lanqas is-sussidjarjetà ma jistgħu jiġġustifikaw jew jagħmlu leġittimu li Stat Membru sistematikament jirrifjuta li jirrispetta l-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea li nebbħu l-artikoli introduttorji tat-Trattati Ewropej, li kull Stat Membru volontarjament approva u impenja ruħu li jirrispetta; jenfasizza, barra minn hekk, li ż-żamma ta' dawn il-valuri hija fundamentali għall-koeżjoni tal-proġett Ewropew, għad-drittijiet tal-Ewropej kollha u għall-fiduċja reċiproka meħtieġa fost l-Istati Membri; jitlob għal darba oħra lill-Kummissjoni tressaq malajr proposta li timplimenta r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016, li jkun fiha rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

57.

Ifakkar li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja (Kawżi Magħquda C-8/15 P sa C-10/15 P (14)), l-istituzzjonijiet Ewropej huma marbuta li jirrispettaw u jiddefendu d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE anke meta jaġixxu barra mill-qafas legali tal-UE;

58.

Itenni li, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa, għandu jitqies kif is-sistema baġitarja tal-UE tista' tiġi riformata biex tipprovdi baġit xieraq li jiggarantixxi l-finanzjament tal-politiki ppjanati, il-kisba ta' bilanċ aħjar bejn il-prevedibbiltà u l-kapaċità ta' rispons, u kif għandu jiġi żgurat li l-arranġamenti kumplessivi ta' finanzjament ma jkunux aktar kumplessi milli meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika tal-Unjoni u jiġi garantit l-obbligu ta' rendikont; huwa tal-fehma li l-prekondizzjonalità tal-politiki trid tissaħħaħ, fejn meħtieġ u mingħajr ma tiġi perikolata l-funzjonalità tal-programmi, bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba effettiva fl-implimentazzjoni tal-infiq tal-Unjoni;

59.

Jenfasizza l-importanza li tintefa' attenzjoni konċentrata b'mod partikolari fuq l-użu aktar effiċjenti tal-finanzjament u fuq il-mekkaniżmi demokratiċi ta' kontroll tal-baġit tal-UE; jitlob li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jtejbu l-proċeduri u l-prattiki tagħhom immirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u jikkontribwixxu attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati; jemmen, f'dan il-kuntest, li l-proċedura ta' kwittanza hija strument indispensabbli ta' responsabbiltà demokratika lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u jfakkar fid-diffikultajiet li ġew iffaċċjati ripetutament minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jinsisti li l-Kunsill irid jinżamm politikament responsabbli u trasparenti bħalma huma l-istituzzjonijiet l-oħrajn; jenfasizza li ma għandu jkun hemm l-ebda eċċezzjoni għal dan;

60.

Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fenomenu tal-korruzzjoni li għandu konsegwenzi finanzjarji sinifikanti u li jirrappreżenta theddida serja għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-investiment pubbliku; jindika kemm hu importanti li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jiġu salvagwardati kontra l-frodi u kontra attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

61.

Itenni li meta jitqies l-istat preżenti tal-proġett ta' integrazzjoni, l-UE jeħtiġilha teżawrixxi kull triq possibbli biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat ta' Lisbona; jindika li reviżjoni sussegwenti tat-Trattati għandha tkun ibbażata fuq it-tlaqqiegħ ta' Konvenzjoni – li tiggarantixxi l-inklużività permezz tal-kompożizzjoni tagħha ta' rappreżentanti u tipprovdi pjattaforma għar-riflessjoni u għall-involviment mal-partijiet ikkonċernati u maċ-ċittadini – bil-għan li tiddiskuti u tislet konklużjonijiet mid-diversi kontributi għall-proċess ta' riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-Ewropa mill-istituzzjonijiet u minn korpi oħra tal-Unjoni u mill-proposti mressqa minn kapijiet ta' stat jew ta' gvern, mill-parlamenti nazzjonali u mis-soċjetà ċivili u waqt konsultazzjonijiet maċ-ċittadini;

62.

Jenfasizza li l-proċess ta' riflessjoni dwar il-futur tal-Ewropa diġà beda fuq il-bażi tad-diversi pożizzjonijiet dwar ir-riforma tal-UE meħuda mill-Parlament, mill-Kunsill Ewropew u mill-Kummissjoni; jiddispjaċih li, minkejja dawn il-pożizzjonijiet, ġew previsti biss riformi marġinali; jenfasizza li, ladarba jkunu ġew stabbiliti l-Parlament il-ġdid u l-Kummissjoni l-ġdida, dawn għandhom jikkapitalizzaw mill-ħidma li saret fil-leġiżlatura preċedenti u jibdew jaħdmu fuq il-proposti li saru;

63.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.

(2)  ĠU C 242, 10.7.2018, p. 24.

(3)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(4)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(5)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 235.

(6)  ĠU C 263, 25.7.2018, p. 125.

(7)  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 11.

(8)  ĠU C 306, 15.9.2017, p. 1.

(9)  ĠU L 45, 17.2.2018, p. 40.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0056.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2018)0186.

(12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 126.

(14)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-20 ta' Settembru 2016, Ledra Advertising Ltd u Oħrajn vs Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew, ECLI:EU:C:2016:701.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/102


P8_TA(2019)0111

Rigressjoni attwali tad-Drittijiet tan-Nisa u tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (2018/2684(RSP))

(2020/C 449/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (O-000135/2018 – B8-0005/2019),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 153 (dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa), 10 u 19 (dwar in-nondiskriminazzjoni) u 6, 9 u 168 (dwar is-saħħa) tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 tiegħu, li jistabbilixxu l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni bħala valur fundamentali tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 (dwar in-nondiskriminazzjoni), 23 (dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel) u 35 (dwar il-protezzjoni tas-saħħa) tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing ta' Settembru 1995 u l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp ta' Settembru 1994 (il-Konferenza tal-Kajr) u l-Programm ta' Azzjoni tagħha, kif ukoll l-eżiti tal-konferenzi ta' rieżami rispettivi,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kollokju Annwali 2017 dwar id-Drittijiet Fundamentali, “Id-Drittijiet tan-Nisa fi Żminijiet Imqanqla”, organizzat mill-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi rigressjoni tista' tiġi definita bħala reżistenza għat-tibdil soċjali progressiv, passi lura fir-rigward tad-drittijiet miksuba jew iż-żamma ta' status quo mhux ugwalitarju, u billi r-rigressjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija partikolarment inkwetanti; billi tali reżistenza tista' tiġi eżerċitata irrispettivament mill-isfond soċjali jew l-età ta' individwu, tista' tkun ta' natura kemm formali kif ukoll informali, u tista' tinvolvi strateġiji passivi jew attivi biex jitwaqqaf progress ulterjuri permezz ta' tibdil fil-liġijiet jew il-politiki li, fl-aħħar mill-aħħar, jillimitaw id-drittijiet miksuba taċ-ċittadini; billi din ġiet akkumpanjata mit-tixrid ta' aħbarijiet foloz u ta' twemmin stereotipiku ta' ħsara;

B.

billi d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet tal-bniedem;

C.

billi l-livell ta' ugwaljanza bejn is-sessi spiss ikun indikattiv u jservi bħala l-ewwel twissija tas-sitwazzjoni li qed tiddeterjora tad-drittijiet u tal-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija u l-istat tad-dritt, f'soċjetà partikolari; billi l-isforzi biex id-drittijiet tan-nisa jiġu limitati jew imdgħajfa ħafna drabi huma sinjal ta' kunflitt soċjetali usa';

D.

billi l-Istati Membri kollha impenjaw ruħhom li jonoraw l-obbligi u d-dmirijiet taħt id-dritt internazzjonali u t-Trattati tal-UE li jirrispettaw, jiggarantixxu, jipproteġu u jissodisfaw id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tan-nisa;

E.

billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija valur fundamentali tal-UE; billi d-dritt għat-trattament ugwali u għan-nondiskriminazzjoni huwa dritt fundamentali minqux fit-Trattati li għandu jiġi applikat fil-leġiżlazzjoni, fil-prattika, fil-ġurisprudenza u fil-ħajja ta' kuljum;

F.

billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jgħid li: “Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.”; billi r-responsabbiltà ewlenija għall-kompitu li jiġu eliminati dawn l-inugwaljanzi hija tal-Istati Membri;

G.

billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi juri li jeżistu inugwaljanzi persistenti u li mill-2005 sal-2015 sar biss progress marġinali; billi għadu meħtieġ titjib sinifikanti fl-Istati Membri kollha sabiex jinħolqu soċjetajiet b'ugwaljanza bejn is-sessi li fihom in-nisa u l-irġiel ikunu rappreżentati, rispettati u sikuri b'mod ugwali fl-oqsma kollha tal-ħajja u tax-xogħol; billi kulħadd jibbenefika mill-effetti tal-politiki dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, li għandhom impatt pożittiv fuq is-soċjetà kollha kemm hi; billi jekk ma jibqax isir progress rigward kwistjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, se nerġgħu mmorru lura fejn konna;

H.

billi l-iżvilupp ta' politiki dwar l-ugwaljanza għandu jkun ibbażat fuq l-aċċess għal opportunitajiet indaqs għan-nisa u għall-irġiel, waqt li fl-istess ħin jingħata appoġġ lin-nisa u lill-irġiel fir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja tagħhom;

I.

billi l-progress fl-ugwaljanza bejn is-sessi u fl-avvanz tad-drittijiet tan-nisa mhuwiex awtomatiku jew lineari; billi l-protezzjoni u l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi jirrikjedu sforzi kostanti;

J.

billi d-diskriminazzjoni kontra n-nisa tista' tieħu diversi forom, inkluża d-diskriminazzjoni strutturali, fil-post tax-xogħol u ekonomika, li tista' tkun moħbija u siekta proprju għaliex tkun mifruxa ferm;

K.

billi fid-deċennju preżenti qed naraw attakk viżibbli u organizzat f'livell globali u Ewropew kontra l-inugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, anke fl-UE, u li huwa partikolarment viżibbli f'għadd ta' Stati Membri;

L.

billi din ir-rigressjoni tidher ukoll fil-livell tal-UE, u l-fatt li fil-bidu tal-leġislatura preżenti l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tkomplix l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi li kienet qed timplimenta sal-lum għadu kwistjoni ta' dispjaċir;

M.

billi l-miri ewlenin ta' din ir-rigressjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi jidher li huma komuni fil-pajjiżi kollha u jinkludu l-oqsma prinċipali tal-qafas istituzzjonali u politiku għall-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa, bħall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, il-protezzjoni soċjali u tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza sessista, id-drittijiet LGBTI+, il-preżenza tan-nisa f'pożizzjonijiet politiċi ta' teħid tad-deċiżjonijiet, u l-finanzjament adegwat għall-organizzazzjonijiet u l-movimenti tad-drittijiet tan-nisa u ta' drittijiet tal-bniedem oħra; billi wħud mill-attivisti u l-organizzazzjonijiet kontra d-drittijiet tal-bniedem għandhom l-għan, permezz tal-istrateġiji tagħhom, li jirrevokaw liġijiet eżistenti dwar drittijiet tal-bniedem bażiċi relatati ma': is-sesswalità u r-riproduzzjoni, inkluż id-dritt tal-aċċess għal forom moderni ta' kontraċezzjoni, teknoloġiji ta' riproduzzjoni assistita jew abort sikur; l-ugwaljanza għal persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru jew intersesswali (LGBTI+); l-aċċess għal riċerka dwar iċ-ċelloli staminali; u d-dritt ta' persuna li tbiddel il-ġeneru jew is-sess tagħha mingħajr biża' ta' riperkussjonijiet legali;

N.

billi n-nisa huma partikolarment affettwati mix-xogħol prekarju u minn diversi forom ta' xogħol atipiku; billi r-rati tal-qgħad żdiedu ħafna fil-perjodu 2008-2014 minħabba l-kriżi ekonomika profonda li xterdet mal-UE kollha, u fl-2014 ir-rata tal-qgħad tan-nisa (10,4 %) kienet għadha ogħla minn dik tal-irġiel (10,2 %); billi l-kriżi ekonomika kellha impatt fuq l-Unjoni Ewropea kollha, filwaqt li ż-żoni rurali b'mod speċjali qed jesperjenzaw livelli devastanti ta' qgħad, faqar u depopolazzjoni, li jolqtu lin-nisa b'mod partikolari;

O.

billi, fl-aħħar deċennju, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi tan-nisa kif ukoll id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa aġixxew bħala katalizzaturi u mexxejja tal-iżviluppi leġiżlattivi u politiċi fir-rigward tal-progress u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tan-nisa; billi qed jesperjenzaw sfidi sinifikanti fl-aċċess għall-fondi minħabba kriterji restrittivi u piżijiet amministrattivi, kif ukoll ambjent dejjem aktar ostili li m'għadux jippermettilhom iwettqu l-missjonijiet tagħhom ta' interess pubbliku b'mod effikaċi;

P.

billi ħafna Stati Membri għadhom la rratifikaw u lanqas ittrasponew il-Konvenzjoni ta' Istanbul, u billi jeżistu restrizzjonijiet mill-istat rigward l-aċċess għad-drittijiet sesswali u riproduttivi fl-Unjoni Ewropea;

Q.

billi fl-ewwel sitt xhur tal-2018 seħħet rigressjoni tal-Konvenzjoni ta' Istanbul f'diversi Stati Membri, u dan wassal għal diskors ta' mibegħda speċjalment kontra persuni LGBTI+; billi qatt ma kien hemm oppożizzjoni għal din ir-reazzjoni, la fil-Kunsill u lanqas fil-Kunsill Ewropew;

R.

billi fl-2017 il-Kunsill tal-Ewropa wissa li d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa kienu mhedda wara li diversi membri tiegħu ħadmu bl-intent li jillimitaw il-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess għall-abort u l-kontraċezzjoni; billi, bl-istess mod, f'Awwissu 2018 il-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) u l-Kumitat dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) ħarġu dikjarazzjoni konġunta li fiha enfasizzaw li l-aċċess għal abort sikur u legali, kif ukoll għal servizzi u informazzjoni relatati, huma aspetti essenzjali tas-saħħa riproduttiva tan-nisa, filwaqt li ħeġġew lill-pajjiżi jwaqqfu r-rigressjoni rigward id-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa u l-bniet, billi dan jhedded is-saħħa u l-ħajja tagħhom; billi l-Parlament irrikonoxxa li ċ-ċaħda tal-aċċess iggarantit u legali għall-abort tikkostitwixxi vjolenza kontra n-nisa;

S.

billi f'xi Stati Membri, organizzazzjonijiet li jopponu b'mod attiv id-drittijiet sesswali u riproduttivi għan-nisa jingħataw l-appoġġ sħiħ tal-gvernijiet fil-forma ta' fondi pubbliċi, li jippermettilhom jorganizzaw attivitajiet koordinati f'livell Ewropew u internazzjonali;

T.

billi edukazzjoni dwar ir-relazzjonijiet, is-sesswalità u l-ugwaljanza bejn is-sessi li tikkonforma mal-Istandards tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għall-Edukazzjoni Sesswali u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar is-Saħħa Sesswali u Riproduttiva ma tiġix ipprovduta fl-Istati Membri kollha, u dan ifisser li ma jiġux issodisfati l-linji gwida internazzjonali; huwa inkwetat minħabba r-reżistenza li qed tikber għal tali edukazzjoni u l-istigmatizzazzjoni ta' dawk li jieħdu sehem fiha min-naħa ta' ċerti movimenti politiċi, reżistenza li spiss tkun dovuta għal kampanji ta' diżinformazzjoni dwar il-kuntest tal-edukazzjoni sesswali f'bosta Stati Membri li jostakolaw l-għoti ta' tali edukazzjoni informattiva, importanti u inklużiva għal kulħadd;

U.

billi strutturi patrijarkali li ilhom jeżistu sekli sħaħ fid-dinja kollha jservu biex irażżnu lin-nisa u d-drittijiet tan-nisa u jipperpetwaw l-inugwaljanza bejn is-sessi; billi t-tneħħija ta' dawn l-istrutturi tinvolvi kunflitt ma' diversi pożizzjonijiet u mekkaniżmi ta' poter fid-dinja kollha;

V.

billi l-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-investiment fin-nisa huma ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha, peress li n-nisa li jkollhom ir-riżorsi ekonomiċi u opportunitajiet ta' tmexxija jinvestu fis-saħħa, fin-nutrizzjoni, fl-edukazzjoni u fil-benesseri tat-tfal u tal-familji tagħhom;

1.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibqgħu impenjati bis-sħiħ u jagħtu prijorità lill-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTI+, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi l-aktar vulnerabbli; ifakkar lill-Istati Membri kollha fl-obbligi tagħhom li jirrispettaw id-drittijiet tan-nisa u jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi; jappella għad-denunzja estensiva ta' dawk id-diskorsi u l-miżuri li jdgħajfu d-drittijiet, l-awtonomija u l-emanċipazzjoni tan-nisa f'kull qasam; jinnota li mod importanti kif tiġi miġġielda r-rigressjoni huwa bl-avvanz proattiv tal-ugwaljanza tas-sessi abbażi tad-drittijiet u tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi b'mod ġenerali;

2.

Jinnota li n-natura, l-intensità u l-effetti tar-rigressjoni tad-drittijiet tan-nisa varjaw minn pajjiż għal ieħor u minn reġjun għal ieħor, u f'xi każijiet baqgħu fil-livell tar-retorika filwaqt li f'oħrajn ġew ikkonkretizzati f'miżuri u inizjattivi; billi, madankollu, dan il-fenomenu jidher fi kważi fl-Istati Membri kollha; huwa tal-fehma li r-rigressjoni hija msawra wkoll mid-dibattitu u l-għażliet politiċi;

3.

Jinnota li l-indipendenza tan-nisa permezz tal-emanċipazzjoni soċjali u ekonomika tirrikjedi politiki mmirati lejn il-post tax-xogħol, li jgħinu biex jiġu miġġielda l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni ewlenin fuq il-post tax-xogħol u jiżguraw pagi aħjar u regolamentazzjoni aħjar tax-xogħol u l-ħin tax-xogħol, flimkien ma' miżuri li jiġġiledu u jipprojbixxu kull forma ta' impjieg prekarju u jiddefendu d-dritt għal negozjar kollettiv;

4.

Jinnota li l-persuni l-aktar vulnerabbli għal rigressjoni huma n-nisa fi gruppi ta' minoranza, inklużi l-minoranzi tal-ġeneru u sesswali, etniċi u reliġjużi;

5.

Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn is-sessi ma tistax tinkiseb jekk mhux in-nisa kollha jiksbu drittijiet ugwali, inklużi n-nisa minn gruppi ta' minoranza reliġjuża u etnika li jiffaċċjaw inugwaljanza intersettorjali;

6.

Jikkundanna r-riinterpretazzjoni u riorjentament tal-politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f'termini ta' politika dwar il-familja u l-maternità li qed iseħħu f'xi Stati Membri; jinnota li dan japplika biss għal ċerti gruppi u ma jikkostitwix approċċ inklużiv; jinnota wkoll li din il-politika m'għandhiex l-għan ta' bidla strutturali sostenibbli li twassal għal titjib sostenibbli fid-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

7.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li d-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-persuni LGBTI+ jiġu protetti u rikonoxxuti bħala prinċipji ta' ugwaljanza fil-qafas tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; iqis, madankollu, li l-inklużjoni tad-drittijiet tan-nisa fil-liġi mhijiex biżżejjed biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi u li din ma tistax tinkiseb jekk l-Istati Membri ma jittrasponux, ma jadottawx u, finalment, ma jimplimentawx u ma jinfurzawx il-liġijiet ikkonċernati sabiex id-drittijiet tan-nisa jiġu protetti bis-sħiħ; jiddispjaċih li d-drittijiet tan-nisa mhumiex trattati b'mod olistiku bħala prinċipju ta' gwida tal-politiki pubbliċi nazzjonali u Ewropej kollha, flimkien mal-baġit korrispondenti; iqis li huwa essenzjali li jsir investiment fil-prevenzjoni tar-rigressjoni permezz tal-edukazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu s-sensibilizzazzjoni pubblika dwar l-importanza u l-benefiċċji għas-soċjetà tas-salvagwardja tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-eliminazzjoni tal-istereotipi tas-sessi, kif ukoll ikomplu jappoġġjaw l-iżvilupp u t-tixrid ta' riċerka u informazzjoni bbażati fuq l-evidenza fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa;

8.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jimpenjaw ruħhom favur u jirrispettaw it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali kkonċernati, kif ukoll il-prinċipji minquxa fil-liġijiet fundamentali tagħhom, bħala mezz biex jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi u tan-nisa u jsaħħuhom, inklużi d-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva u l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod ġenerali;

9.

Jenfasizza li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, inklużi l-prattiki tradizzjonali ta' ħsara u l-vjolenza sessista, għadhom jiffaċċjaw bosta sfidi; huwa mħasseb dwar il-forom differenti ta' vjolenza li intensifikaw, bħad-diskors ta' mibegħda sessista u kontra l-persuni LGBTI, il-misoġinija u l-vjolenza online, inklużi l-fastidju u l-istalking, kif ukoll il-vjolenza fil-konfront tan-nisa fil-post tax-xogħol jew fil-kuntest tat-traffikar u l-prostituzzjoni; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri preventivi u protettivi għan-nisa u l-bniet minħabba l-vjolenza sessista, u li dawk responsabbli jitressqu l-qorti, filwaqt li jkun żgurat li d-djar ta' kenn għan-nisa jkollhom livell adegwat ta' fondi, persunal u appoġġ. ifakkar l-importanza fundamentali tal-implimentazzjoni tad-direttiva dwar id-drittijiet tal-vittmi, tad-direttiva dwar ordni Ewropea ta' protezzjoni u d-direttiva kontra t-traffikar; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' data komparabbli sabiex min ifassal il-politika jkun infurmat sew dwar dawn l-iżviluppi ġodda; jappella biex kampanji ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza sessista u domestika jibqgħu jiġu varati fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri;

10.

Jistieden lill-Membri tiegħu jħaddnu politika ta' tolleranza żero fir-rigward ta' diskors ta' mibegħda sessista matul is-sessjonijiet parzjali billi jemendaw ir-Regoli ta' Proċedura biex jinkludu projbizzjoni ta' diskors bħal dan;

11.

Itenni l-appell għall-implimentazzjoni fil-Parlament Ewropew tal-aktar miżuri effikaċi possibbli biex jiġi miġġieled il-fastidju sesswali sabiex tinkiseb ugwaljanza bejn is-sessi reali; jappella għall-implimentazzjoni ta' awditjar estern biex jiġu enfasizzati l-aqwa regoli operattivi sabiex jiddaħħal taħriġ obbligatorju dwar “Ir-rispett u d-dinjità fil-post tax-xogħol” għall-persunal kollu tal-Parlament, inklużi l-Membri, wara r-rikostituzzjoni taż-żewġ kumitati responsabbli għall-indirizzar tal-fastidju sabiex jinkludu esperti indipendenti u jirrispettaw l-ugwaljanza;

12.

Iqis li l-ħidma mal-irġiel hija parti importanti fl-avvanz tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa;

13.

Jikkundanna l-kampanja kontra l-Konvenzjoni ta' Istanbul, li għandha l-għan li tiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa, u l-interpretazzjoni ħażina tagħha; huwa preokkupat dwar ir-rifjut tal-liġi dwar it-tolleranza żero għall-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza sessista, li għaliha jeżisti kunsens internazzjonali qawwi; jindika li qed jitqajmu dubji dwar l-essenza proprja tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, l-awtonomija u d-dinjità; jistieden lill-Kunsill jikkonkludi r-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa tal-UE tal-Konvenzjoni ta' Istanbul u jħeġġeġ ir-ratifika tagħha mill-Istati Membri kollha;

14.

Jinnota li l-vjolenza domestika hija meqjusa bħala l-forma ta' vjolenza l-aktar mifruxa f'xi Stati Membri, u jesprimi tħassib dwar in-numru jiżdied ta' nisa li jesperjenzaw il-vjolenza domestika;

15.

Jesprimi l-istmellija assoluta tiegħu fil-konfront taż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa, kif rifless b'mod brutali fl-għadd allarmanti ta' omiċidji;

16.

Jinnota li l-vittmi tal-vjolenza sessista, inkluża l-vjolenza domestika, spiss ikollhom aċċess limitat għall-ġustizzja u għal protezzjoni xierqa, minkejja l-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' vjolenza, u li l-liġijiet mhumiex implimentati u infurzati sew; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vittmi kollha tal-vjolenza sessista u tal-vjolenza domestika jingħataw assistenza legali sensittiva għas-sessi sabiex jiġu evitati r-rivittimizzazzjoni u l-impunità u biex tittejjeb l-inċidenza tar-rappurtar ta' tali reati;

17.

Jirrimarka dwar it-tendenza preokkupanti tal-ispazju dejjem jonqos għas-soċjetà ċivili fid-dinja u anke fl-Ewropa, u taż-żieda fil-kriminalizzazzjoni, il-burokratizzazzjoni u r-restrizzjoni tal-fondi għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-organizzazzjonijiet u l-attivisti tad-drittijiet tan-nisa;

18.

Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-inizjattivi mifruxa, u s-solidarjetà tiegħu magħhom, inklużi l-inizjattivi ta' bażi, li jappellaw għall-ugwaljanza bejn is-sessi promossa mill-organizzazzjonijiet u l-movimenti tan-nisa; jissottolinja l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju kontinwu biex ikun żgurat li l-ħidma tagħhom tista' tkompli; għalhekk, jappella għal żieda fil-fondi mill-Istati Membri u mill-UE għall-istrumenti finanzjarji disponibbli għal dawn l-organizzazzjonijiet; jinsisti li l-aċċess għal dawn il-fondi jrid jinvolvi anqas burokrazija u m'għandux ikun diskriminatorju fir-rigward tal-objettivi u l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet;

19.

Għalhekk, huwa mħasseb dwar l-aħbar ta' tnaqqis fir-riżorsi disponibbli għall-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa u d-djar ta' kenn għan-nisa f'ħafna Stati Membri;

20.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiġu implimentati strumenti biex jiġu miġġielda l-forom kollha ta' vjolenza, u b'mod partikolari l-vjolenza kontra n-nisa;

21.

Jirrimarka dwar it-tendenza f'xi Stati Membri li jiġi stabbilit kuntest parallel ta' NGOs li jikkonsisti minn individwi u organizzazzjonijiet favur il-gvern; jissottolinja l-importanza ta' kuntest kritiku u varjat ta' NGOs għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-iżvilupp tas-soċjetà kollha kemm hi;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid il-mekkaniżmi tagħhom għad-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-finanzjament u jiżguraw li jkunu sensittivi għas-sessi u adattati għall-problemi li organizzazzjonijiet u movimenti speċifiċi, speċjalment dawk ta' daqs żgħir u medju, jiffaċċjaw fi żmien ta' rigressjoni, u japplikaw tali għodod bħal valutazzjonijiet tal-impatt fuq is-sessi u bbaġitjar skont is-sessi meta jkun rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-fondi għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, fl-UE u fid-dinja;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ finanzjarju dirett u sinifikanti lill-organizzazzjonijiet tan-nisa f'dawk il-pajjiżi li qed jesperjenzaw definanzjament sistemiku u attakki minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi interrotti li jipproteġu u jappoġġaw lin-nisa u lid-drittijiet tagħhom, u twettaq ħarsa ġenerali tal-finanzjament biex tiżgura li t-tixrid tal-fondi tal-UE min-naħa tal-Istati Membri jappoġġa lil organizzazzjonijiet li l-attivitajiet u s-servizzi tagħhom huma nondiskriminatorji, inklużivi u ċċentrati fuq is-superstiti, u li ma jipperpetwawx l-isterjotipi tas-sessi, ir-rwoli tradizzjonali tas-sessi jew l-intolleranza;

24.

Iqis il-prostituzzjoni bħala forma serja ta' vjolenza u sfruttament;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali rigward il-prostituzzjoni fl-UE, li n-netwerk ta' traffikanti tagħha jibbenefika mis-suq uniku, u talloka riżorsi finanzjarji lil programmi li jippermettu lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u tal-isfruttament sesswali jaħarbu mill-prostituzzjoni;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-promozzjoni u t-titjib tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fl-Istrateġija dwar is-Saħħa Pubblika li jmiss;

27.

Jistieden lill-Istati Membri jtemmu u jreġġgħu lura t-tnaqqis li japplikaw għall-programmazzjoni fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-servizzi pubbliċi u, b'mod partikolari, l-għoti ta' kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva;

28.

Jiddispjaċih li f'xi Stati Membri t-tul tal-leave tal-maternità huwa determinat mill-qasam ekonomiku, mingħajr ma jitqiesu l-fatturi soċjali u tas-saħħa li jaffettwaw kemm lin-nisa kif ukoll lit-tfal; ifakkar li s-salvagwardja tad-drittijiet tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri timxi id f'id mal-ħarsien tad-drittijiet tax-xogħol u s-sigurtà tal-impjiegi;

29.

Ifakkar li l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u tad-differenza bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa għandhom benefiċċji soċjali u ekonomiċi sinifikanti għall-familji u s-soċjetajiet;

30.

Jappella għal inizjattivi mmirati għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa u biex jiġu indirizzati s-segregazzjoni tas-sessi u l-aċċess tan-nisa għas-swieq tax-xogħol, b'mod partikolari fl-oqsma tal-intraprenditorija tan-nisa, id-diġitalizzazzjoni u l-iSTEM, sabiex jiġi miġġieled id-distakk diġitali bejn l-irġiel u n-nisa;

31.

Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-pożizzjoni tan-nisa u li jkunu jistgħu jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fit-tmexxija sabiex jiġu miġġielda l-istereotipi negattivi;

32.

Jitlob li tittieħed azzjoni reali biex tonqos id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, li għandha impatt negattiv fuq il-pożizzjoni ekonomika u soċjali tan-nisa; jenfasizza li s-salvagwardja u l-implimentazzjoni attiva tan-negozjar kollettiv, il-promozzjoni tal-pagi, il-projbizzjoni tal-forom kollha ta' xogħol prekarju u r-regolamentazzjoni tad-drittijiet tax-xogħol huma passi kruċjali biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

33.

Jenfasizza li l-ġbir ta' data diżaggregata skont is-sessi jeħtieġ li jittejjeb aktar f'oqsma bħall-impjiegi informali, l-intraprenditorija u l-aċċess għall-fondi, l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, il-vjolenza kontra n-nisa u x-xogħol mingħajr ħlas; jenfasizza l-ħtieġa li tinġabar u tintuża data u evidenza ta' kwalità għal tfassil ta' politika infurmat u bbażat fuq l-evidenza;

34.

Jiddispjaċih li l-ibbaġitjar skont is-sessi ma ġiex rikonoxxut bħala prinċipju orizzontali fir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027, u jistieden lill-Kunsill jemenda dak ir-regolament b'urġenza, biex b'hekk jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu favur l-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw approċċi sensittivi għal kwistjonijiet ta' sessi għall-ibbaġitjar b'mod li jiġi identifikat b'mod espliċitu liema proporzjon ta' fondi pubbliċi huma allokati għan-nisa, kif ukoll jiġġieldu kontra r-rigressjoni fir-rigward tas-sessi billi jiżguraw li l-politiki kollha għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi u l-allokazzjoni tan-nefqa jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi;

35.

Jinnota li l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi hija parti minn strateġija globali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jenfasizza, għaldaqstant, li l-impenn tal-istituzzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam huwa fundamentali; jiddispjaċih, f'dan il-kuntest, li ma ġiet adottata ebda strateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-2016-2020, filwaqt li l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi issa sar biss dokument ta' ħidma tal-persunal; jafferma mill-ġdid l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tadotta Strateġija tal-UE għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

36.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżblokka d-direttiva dwar il-bilanċ tas-sessi fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża (l-hekk imsejħa direttiva dwar in-nisa fil-bordijiet), sabiex jiġi indirizzat l-iżbilanċ konsiderevoli bejn in-nisa u l-irġiel fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi fl-ogħla livell;

37.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżblokka d-direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali barra s-suq tax-xogħol, irrispettivament mill-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali jew it-twemmin reliġjuż, li għandha l-għan li testendi l-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni permezz ta' approċċ orizzontali;

38.

Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol (1), riformulata, u jħeġġeġ segwitu leġiżlattiv adegwat ibbażat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2014 dwar it-trasparenza rigward il-pagi, bil-għan li tiġi eliminata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

39.

Jiddeplora l-fatt li l-ħidma fuq id-direttiva dwar il-leave tal-maternità ġiet sospiża;

40.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan direzzjonali koerenti u komprensiv għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-protezzjoni tad-drittijiet ugwali għan-nisa, inkluża l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa;

41.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib il-promozzjoni u l-istatus tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istati Membri l-aktar milquta, b'kunsiderazzjoni speċjali tal-qafas istituzzjonali, politiku u leġiżlattiv;

42.

Jesprimi tħassib li dawk li jopponu ruħhom għad-drittijiet riproduttivi u l-awtonomija tan-nisa kellhom influwenza sinifikanti fuq id-dritt u l-politika nazzjonali, b'mod partikolari f'xi Stati Membri, u ħadmu bl-intent li jdgħajfu d-drittijiet tas-saħħa u riproduttivi tan-nisa, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-ippjanar tal-familja u l-kontraċezzjoni kif ukoll ta' tentattivi biex jiġi limitat jew biex jispiċċa d-dritt għal terminazzjoni volontarja tat-tqala; itenni l-ħtieġa li jiġu adottati politiki għall-protezzjoni tal-maternità u tal-istat ta' ġenitur, filwaqt li jiġi ggarantit appoġġ sod fil-post tax-xogħol u f'benefiċċji, flimkien ma' politiki li jipprovdu infrastrutturi ta' appoġġ għall-familji, faċilitajiet ta' qabel l-iskola u kura d-dar għall-morda jew l-anzjani;

43.

Jikkritika l-użu ħażin tal-femminiżmu u tal-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa għall-inċitament għar-razziżmu;

44.

Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li tingħata edukazzjoni dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet liż-żgħażagħ kollha; jemmen li strateġiji edukattivi usa' huma għodda fundamentali biex jiġu evitati l-forom kollha ta' vjolenza, b'mod partikolari l-vjolenza sessista, speċjalment fl-adolexxenza;

45.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1)  ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/109


P8_TA(2019)0112

Sfidi politiċi u strateġiji kontra il-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-isfidi politiċi u l-istrateġiji kontra l-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati (2018/2782(RSP))

(2020/C 449/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 8, 9, 10 u 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta Kontra l-Kanċer adottata fl-4 ta' Frar 2000 f'Pariġi matul l-ewwel Summit Dinji kontra l-Kanċer (1),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2003 dwar l-iskrinjar għall-kanċer (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ġunju 2009 dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea (COM(2009)0291),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta' Settembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tagħha tal-24 ta' Ġunju 2009 dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea, u t-tieni rapport ta' implimentazzjoni tagħha dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2003 dwar l-iskrining għall-kanċer (2003/878/KE) (COM(2014)0584),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar il-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2006, dwar il-kanċer tas-sider fl-Unjoni Ewropea mkabbra (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kanċer fl-Unjoni Ewropea mkabbra (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Azzjoni Kontra l-Kanċer: Sħubija Ewropea (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar il-prevenzjoni ta' mard tan-nisa marbut mal-età (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fir-riċerka dwar is-saħħa mentali u dik klinika (8),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (9),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tal-Azzjoni Konġunta għall-Kontroll tal-Kanċer CanCon tal-2017 intitolata “Gwida Ewropea dwar it-Titjib tal-Kwalità fil-Kontroll Komprensiv tal-Kanċer”,

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea tal-2017 bit-titolu “Rapport ta' Stħarriġ Ewropew dwar l-Implimentazzjoni tal-Unitajiet tas-Sider: informazzjoni li tappoġġja l-ECIBC għall-politiki u l-inizjattivi tal-kura tal-kanċer tas-sider”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Ġunju 2012 dwar il-proteżijiet tas-sider difettużi magħmulin minn ġel tas-silikon manifatturati mill-kumpanija Franċiża PIP (10),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti għas-Saħħa u dawk Identifikati Reċentement (SCENIHR) dwar is-sikurezza tal-proteżijiet tas-sider tas-silikon ta' Poly Implant Prothèse (PIP) ippubblikata fl-1 ta' Frar 2012 (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2001 dwar il-petizzjonijiet iddikjarati ammissibbli dwar il-proteżijiet tas-silikon (Petizzjonijiet 0470/1998 u 0771/1998) (12), u b'mod partikolari l-petizzjoni 0663/2018 li daħlet reċentement dwar il-proteżijiet mammarji u l-effetti fuq is-saħħa tan-nisa,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-isfidi tal-politika u l-istrateġiji kontra l-kanċers tan-nisa u l-komorbiditajiet relatati (O-000134/2018 – B8-0006/2019),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi d-dritt li l-persuni jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa preventiva u d-dritt li jibbenefikaw minn trattament mediku;

B.

billi wieħed minn kull tliet Ewropej jiżviluppa l-kanċer matul ħajtu u kull sena madwar 1,3 miljun ruħ imutu bil-kanċer fl-UE, li jammonta għal madwar 26 % tal-imwiet kollha (13);

C.

billi l-kanċer tal-pulmun huwa s-sors ewlieni ta' mwiet minħabba l-kanċer fl-UE, segwit mill-kanċer kolorettali u l-kanċer tas-sider;

D.

billi l-kanċer u l-komorbiditajiet oħra relatati jolqtu kemm lin-nisa kif ukoll lill-irġiel, iżda bit-tipi ta' kanċer speċifiċi għal kull sess u approċċi għad-dijanjostika u l-prevenzjoni li jvarjaw għan-nisa u l-irġiel, hemm bżonn ta' politika mmirata;

E.

billi l-forom ewlenin ta' kanċer li jaffettwaw lin-nisa huma l-kanċer tas-sider, tal-utru u dak ċervikali; billi l-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer komuni li għandu konsegwenzi fatali fost il-popolazzjoni femminili, mhux biss fi ħdan l-UE (16 %), iżda wkoll globalment;

F.

billi d-data turi li n-nisa li jaħdmu x-xiftijiet ta' billejl iħabbtu wiċċhom ma' riskju 30 % akbar li jkollhom il-kanċer tas-sider;

G.

billi d-data turi li sa nofs l-imwiet mill-kanċer jistgħu jiġu evitati (14) jekk il-kanċer jiġi osservat fil-ħin u jiġi ttrattat b'mod adegwat;

H.

billi r-rata ta' sopravivenza tal-pazjenti milquta mill-kanċer tas-sider tista' tilħaq it-80 % f'każijiet ta' dijanjożi bikrija u trattament f'waqtu;

I.

billi n-nisa bil-kanċer ta' spiss ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' problemi psikoloġiċi serji u ta' spiss sottovalutati, b'mod speċjali f'każijiet fejn titwettaq mastektomija jew isterektomija;

J.

billi l-kanċer jista' jkollu konsegwenzi fiżiċi u ta' fertilità negattivi għan-nisa, bħal uġigħ, linfedema, eċċ.;

K.

billi l-kanċer jaffettwa b'mod negattiv il-ħajja personali, soċjali u professjonali tan-nisa u hu daqqa ta' ħarta kbira għall-awtostima u l-awtoaċċettazzjoni tagħhom;

L.

billi jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa u lill-irġiel bil-kanċer u l-komorbiditajiet relatati li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi speċifiċi fir-rigward tal-marda tagħhom u tar-responsabbiltajiet familjari tagħhom li jkollhom jipprovdu kura għal tifel jew tifla, persuna anzjana jew persuna b'diżabilità;

M.

billi kull mara u raġel bil-kanċer u l-komorbiditajiet relatati għandu jkollhom aċċess ugwali għall-iskrinjar, it-trattament, u l-appoġġ għal wara t-terapija bi prezz raġonevoli u ta’ kwalità għolja;

N.

billi l-iskoperta bikrija tal-kanċer permezz ta' visti mediċi tista' ssalva l-ħajja ta' dawk affettwati; billi huwa għalhekk tal-akbar importanza li jittejjeb l-aċċess għal miżuri ta' prevenzjoni disponibbli permezz ta' visti mediċi;

O.

billi anke llum l-UE għadha kkaratterizzata minn ħafna disparitajiet sinifikanti kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom: f'ambjenti privati u pubbliċi, f'żoni rurali u urbani, f'reġjuni u bliet, u anke fi sptarijiet fl-istess belt, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tat-trattament ipprovdut; billi l-Istati Membri għandhom sistemi tas-saħħa ferm differenti u standards li jvarjaw; billi hemm distakk serju fl-inċidenza u l-mortalità bejn l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant u l-medja Ewropea; billi r-responsabilità għall-organizzazzjoni tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u d-dispożizzjonijiet għad-dijanjożi u t-trattament tal-kanċer hija f'idejn l-Istati Membri individwali; billi l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE huma ta' valur miżjud kbir;

P.

billi kwalunkwe triq li tirnexxi fil-kura tal-kanċer u fil-komorbiditajiet relatati jenħtieġ li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi ta', u d-differenzi osservati bejn, in-nisa u l-irġiel f'termini ta' prevenzjoni u t-trattament ta' pazjenti bil-kanċer, kif ukoll il-komunikazzjoni inklużiva fost il-pazjenti, is-superstiti tal-kanċer, il-membri tal-familja u l-persuni li jindukraw, il-persunal mediku u x-xjenzati;

Q.

billi għad hemm nuqqas ta' trattament olistiku għall-pazjenti bil-kanċer, fejn l-istruttura tat-trattament spiss tkun riġida u ma tirriflettix il-ħtiġijiet tan-nisa, speċjalment in-nisa żgħażagħ u dawk LGBTIQ+;

R.

billi n-nisa u l-irġiel milquta jenħtieġ li jkollhom aċċess għal informazzjoni preċiża f'kull stadju tal-marda tagħhom, kif ukoll għall-prevenzjoni, l-iskrinjar ta' kwalità, id-dijanjożi, il-monitoraġġ, u t-trattament u l-appoġġ wara l-irkupru tagħhom;

S.

billi t-trattamenti għall-kanċer għandhom riperkussjonijiet kbar, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikament, u billi huwa essenzjali li tiġi pprovduta kwalità tajba tal-ħajja għall-pazjenti u l-familji tagħhom billi jiġu offruti appoġġ xieraq u għajnuna mfassla apposta għas-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom u għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;

T.

billi l-impatt tal-kanċer fuq il-ħajja tal-bniedem u t-tbatija umana huwa inkwetanti ħafna u jista' jsir ħafna aktar biex jiġu salvati l-ħajjiet billi jinġabru flimkien ir-riżorsi, l-għarfien u t-teknoloġiji eżistenti;

U.

billi n-nisa u l-irġiel huma affettwati mill-kanċer b'modi differenti, u s-superstiti tal-kanċer nisa jistgħu jiltaqgħu ma' diffikultajiet partikolari biex jirritornaw għax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ħajja tal-familja; billi l-evidenza turi li l-interventi psikosoċjali bikrija għandhom impatt pożittiv fl-appoġġ lil superstiti tal-kanċer li għandhom kwistjonijiet relatati mal-impjiegi; billi r-riabilitazzjoni psikoloġika u vokazzjonali jenħtieġ li tiġi żviluppata permezz ta' approċċ ibbażat fuq il-persuna u sensittiv għall-ġeneru;

V.

billi kull sena, eluf ta' nisa jirċievu proteżijiet tas-sider għal raġunijiet mediċi jew estetiċi, jew xi kultant taħlita tat-tnejn, mingħajr ma tingħata l-ebda kunsiderazzjoni reali għar-riskji qabel ma dawn il-proteżijiet jiġu rrakkomandati lill-pazjenti; billi l-każ tal-PIP iffoka l-attenzjoni kollha fuq manifattur wieħed mingħajr atturi oħra li qed jiġu investigati b'mod aktar wiesa' u bir-reqqa; billi l-manifatturi tal-proteżijiet tas-sider (minbarra l-PIP) ma jipprovdu l-ebda informazzjoni dwar il-kompożizzjoni u l-effetti negattivi maġġuri jew minuri tal-ġel tas-silikon użat mill-industrija farmaċewtika għal dawn il-finijiet; billi l-manifatturi ma jistgħux jiggarantixxu proteżi koeżiva 100 %, u l-kwistjoni tat-tnixxija tal-proteżijiet għadha ma ġietx solvuta; billi r-rata ta' qsim u r-riskji invażivi tas-silikon fil-ġisem kollu hija problema reali; billi l-kirurgi suppost joffru alternattivi għall-proteżijiet tas-sider, peress li din hija forma ta' kirurġija kważi irriversibbli li potenzjalment tirriżulta kemm f'mutilazzjoni kif ukoll fi problemi tas-saħħa serji fin-nisa, inklużi kanċers u komorbiditajiet relatati; billi diversi rapporti stabbilixxew rabta diretta bejn l-użu ta' proteżijiet tas-silikon u l-linfoma anaplastiku taċ-ċelluli l-kbar (ALCL), tip rari ta' linfoma mhux ta' Hodgkin li rriżulta f'mill-inqas 14-il mewta fost l-409 każ u fuqhom irreġistrati;

W.

billi fatturi ambjentali għandhom effett fuq is-saħħa b'ċerti karċinoġeni magħrufa li jikkontribwixxu għal żieda fir-riskju, fost in-nisa u l-irġiel;

X.

billi ż-żieda fl-istennija tal-għomor se tippreżenta sfidi futuri xjentifiċi, demografiċi u mediċi, billi n-nisa ġeneralment jgħixu aktar mill-irġiel;

Y.

billi riċerka ta' kwalità għolja dwar il-kawżi u t-trattament tal-kanċer hija kruċjali għat-titjib tal-prevenzjoni, id-dijanjożi, it-trattament b'suċċess u l-ġestjoni ta' patoloġija kontinwa;

Z.

billi l-aħjar trattament disponibbli għal xi tipi ta' kanċer jista' jirrikjedi li l-pazjenti jivvjaġġaw lil hinn mir-reġjuni jew l-Istati Membri tagħhom biex ikollhom aċċess għal proċeduri li jsalvaw il-ħajja; billi l-pazjenti li jeħtieġu trattament f'pajjiżi barra l-UE jistgħu jiffaċċjaw ostakli serji biex jaċċessaw proċeduri f'waqthom;

AA.

billi n-nisa jiffurmaw il-maġġoranza tal-forza tax-xogħol f'ċerti industriji u spiss huma f'riskju akbar li jiżviluppaw kanċer relatat max-xogħol minħabba l-esponiment għal materjal karċinoġeniku;

1.

Jilqa' l-progress li sar fir-rigward tar-rata ta' skoperta bikrija, li saħħet ir-rati ta' sopravivenza fost il-pazjenti b'kanċer tas-sider, u jirrimarka li l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jimmiraw li jtejbu t-trattamenti ta' tipi oħra ta' kanċer, bħal kanċer tal-ovarji jew dak ċervikali, u komorbiditajiet relatati;

2.

Jirrimarka li l-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer fatali komuni fost in-nisa fl-UE, segwit mill-kanċer tal-pulmun, il-kanċer kolorettali u dak pankreatiku, filwaqt li l-kanċer tal-prostata u dak tal-pulmun jibqgħu l-aktar komuni fost l-irġiel;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jagħtu prijorità lill-ġlieda kontra l-kanċer fil-politika tas-saħħa billi jiżviluppaw u jistabbilixxu strateġija komprensiva tal-UE u politiki bbażati fuq l-evidenza u kosteffikaċi kontra l-kanċer u l-komorbiditajiet relatati; jenfasizza li dawn iqisu l-ħtiġijiet partikolari tan-nisa u l-irġiel billi jiġbru data preċiża u komprensiva dwar l-inċidenza/is-sopravivenza tal-kanċer diżaggregata skont il-ġeneru sabiex jiżguraw li azzjonijiet speċifiċi jiġu mmirati lejn pazjenti bil-kanċer, filwaqt li jwettqu riċerka, jibdew azzjoni preventiva kontra tipi partikolari ta' kanċer, u jipprovdu aċċess għal informazzjoni preċiża, skrinjar, dijanjożi, monitoraġġ, trattament u appoġġ ta' wara t-terapija sabiex tiġi ggarantita l-kura tas-saħħa medika;

4.

Jenfasizza li filwaqt li l-Istati Membri individwali għandhom ir-responsabbiltà li jorganizzaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa u l-għoti ta' kura tas-saħħa fit-tul, il-kooperazzjoni fil-livell Ewropew flimkien mal-użu effiċjenti tal-fondi tal-UE jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' strateġija effikaċi tal-UE kontra l-kanċer u l-komorbiditajiet relatati, billi jappoġġjaw u jikkumplementaw il-miżuri meħuda fil-livelli reġjonali u nazzjonali u billi jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw sfidi komun i ; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex isservi bħala pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri fir-rigward ta' mudelli ta' kura tal-kanċer u standards għal programmi tal-kanċer imfassla apposta għal sitwazzjonijiet individwali u kapaċitajiet finanzjarji sabiex jinħolqu sinerġiji fl-indirizzar ta' sfidi komuni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-koordinazzjoni madwar l-UE kollha fil-qasam tar-riċerka dwar il-kanċer tan-nisa li hija frammentata u diversa ħafna madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aħjar mis-Sħubija Innovattiva għall-Azzjoni Kontra l-Kanċer (iPAAC) sabiex tikseb aktar koordinazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-kanċer tal-ovarji;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu kampanji ta' sensibilizzazzjoni dwar tipi ta' kanċer speċifiċi għall-ġeneru li jaffettwaw lin-nisa b'mod sproporzjonat u dwar kif jiġi prevenut il-kanċer, filwaqt li jipprovdu informazzjoni dwar il-fatturi tal-istil ta' ħajja modifikabbli għall-prevenzjoni, bħal bidliet fid-dieta, il-konsum tal-alkoħol u l-eżerċizzju; jenfasizza li dawn jenħtieġ ukoll li jinkoraġġixxu lin-nisa jieħdu sehem fi programmi ta' skrinjar għall-kanċer tas-sider jew dak ċervikali;

7.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu edukazzjoni dwar is-saħħa u programmi u kampanji ta' litteriżmu mmirati biex isaħħu l-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet u jagħtuhom l-għodod biex jieħdu ħsieb il-kura personali fl-ispettru kollu tas-saħħa, flimkien mas-servizzi tal-kura tas-saħħa pubbliċi, komprensivi u bla ħlas;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jikkollaboraw dwar il-prevenzjoni tal-kanċer billi jimplimentaw bis-sħiħ il-Kodiċi Ewropew Kontra l-Kanċer (15);

9.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva biex jimminimizzaw b'mod sinifikanti l-esponiment tan-nisa u l-irġiel għall-karċinoġeni, sustanzi li huma tossiċi għar-riproduzzjoni u huma interferenti endokrinali;

10.

Jenfasizza s-sitwazzjoni speċifika tal-irġiel, b'mod partikolari dawk transġeneru, affettwati mill-kanċer tas-sider jew tal-utru; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu servizzi tas-saħħa mentali mfassla apposta biex jittrattaw it-tbatija li tali persuni jistgħu jesperjenzaw; jenfasizza l-importanza li jiġi infurmat il-persunal mediku u paramediku b'dan it-tip ta' sitwazzjoni permezz ta' taħriġ xieraq;

11.

Itenni l-ħtieġa li jixxerred materjal speċifiku u preċiż, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu kampanji ta' informazzjoni mfassla għal tipi differenti ta' kanċer u gruppi differenti ta' pazjenti, kemm jekk nisa kif ukoll irġiel, filwaqt li jitqiesu l-fatturi essenzjali kollha bħall-istorja tal-familja, l-età, l-istatus soċjoekonomiku jew il-post ta' residenza;

12.

Jinnota li terz tal-popolazzjoni għadu nieqes minn reġistrazzjoni ta' kanċer ta' kwalità għolja, l-aktar f'reġjuni li għandhom l-ifqar riżorsi u stat ta' saħħa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw ir-reġistri tal-kanċer;

13.

Itenni li l-ġbir tad-data dwar l-attivitajiet ta' skrinjar għall-kanċer jenħtieġ li jkun marbut mal-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) tal-Eurostat u l-Istħarriġ Nazzjonali dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti sabiex tinkiseb informazzjoni aktar preċiża dwar l-attendenza u l-intervalli f'ambjenti ta' skrinjar spontanji u organizzati;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu bidu għal kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni fl-iskejjel sekondarji dwar il-vajrus tal-papilloma uman (HPV) bl-għan li l-bniet u n-nisa żgħażagħ jiġu infurmati dwar din l-infezzjoni;

15.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-istabbiliment ta' ċentri aġġornati li fihom qed tiġi offruta għajnuna psikoloġika speċjalizzata lil pazjenti onkoloġiċi minn tekniċi ta' kura intermedja bi kwalifiki, psikologi u persunal mediku rilevanti ieħor sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pazjenti bil-kanċer matul it-trattament tagħhom permezz tal-għoti ta' diversi forom ta' appoġġ psikoloġiku; jinnota li l-iżviluppi teknoloġiċi kostanti fil-qasam tal-mediċina jirriżultaw f'persunal mediku li kontinwament ikollu jikseb għarfien li huwa essenzjali għall-iskoperta bikrija u l-kwalità tat-trattament;

16.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-iżvilupp tal-kura fil-komunità sabiex tinkludi firxa aktar wiesgħa ta' servizzi meħtieġa minn superstiti tal-kanċer u persuni b'kundizzjonijiet kroniċi; jenfasizza li l-kura tal-komunità jenħtieġ li tiġi żviluppata b'mod sensittiv għall-ġeneru biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċjali tan-nisa li huma superstiti tal-kanċer meta jirritornaw għall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjieg u l-ħajja tal-familja, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet psikosoċjali tagħhom;

17.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ tal-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għas-Servizzi tal-Kanċer tas-Sider; isostni li din l-iskema jenħtieġ li tipprovdi gwida dwar ir-riabilitazzjoni, is-sopravivenza u l-kura palljativa, b'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet tal-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer nisa f'sitwazzjonijiet vulnerabbli;

18.

Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-aċċess għall-iskrinjar f'waqtu permezz ta' finanzjament aktar effikaċi u riżorsi akbar, u biex jibdew kampanji ta' sensibilizzazzjoni li jħeġġu lill-gruppi kollha li jinsabu f'riskju li jieħdu vantaġġ minn visti mediċi bikrija;

19.

Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi tal-UE, bħall-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni Ewropej u l-istrumenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment, fost l-oħrajn, sabiex joħolqu ċentri ta' kwalità assigurata, ċentri ta' prevenzjoni u trattament li huma aċċessibbli faċilment għall-pazjenti kollha;

20.

Jistieden lill-Istati Membri, b'appoġġ mill-Kummissjoni u abbażi ta' diversi possibbiltajiet ta' finanzjament tal-UE, biex jiffinanzjaw servizzi li jipprovdu appoġġ lil familji fejn wieħed mill-membri huwa pazjent tal-kanċer, inklużi gwida tal-familja u pariri dwar il-fertilità għal pazjenti bil-kanċer u l-familji tagħhom;

21.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tappoġġja b'mod sħiħ l-istrateġija tad-WHO dwar l-eliminazzjoni tal-kanċer ċervikali;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-qafas legali eżistenti, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sorveljanza, il-viġilanza u l-ispezzjoni rigward l-użu ta' mezzi mediċi ta' riskju għoli u l-effett tagħhom fuq is-saħħa tan-nisa; jistedinhom ukoll jiżviluppaw aktar miżuri biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-proteżijiet tas-sider; iqis li hemm bżonn urġenti ta' valutazzjoni fil-fond tar-riskji assoċjati ma' dawn il-proteżijiet, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari l-każijiet ta' kanċer, u speċjalment ta' linfoma anaplastiku taċ-ċelluli l-kbar (ALCL), li jinsabu fin-nisa;

23.

Jitlob l-istabbiliment ta' kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga l-impatt tal-proteżijiet tas-silikon fuq is-saħħa tan-nisa, u b'mod partikolari r-rabta possibbli ma' forom ta' kanċer u komorbiditajiet relatati;

24.

Jitlob li attenzjoni u riżorsi akbar jiġu ddedikati għal skoperta bikrija u riċerka bażika dwar il-kanċer tal-ovarji;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-azzjoni biex jingħalaq id-distakk bejn l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant u l-medja Ewropea fir-rigward tal-inċidenza u l-mortalità tal-kanċer tal-ovarji u dak ċervikali billi jitneħħew l-inugwaljanzi strutturali bejn il-pajjiżi permezz tal-organizzazzjoni ta' servizzi effikaċi u kosteffikaċi ta' skrinjar għall-kanċer;

26.

Jistieden lill-Istati Membri jiffukaw ukoll fuq it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tan-nisa u l-irġiel li huma pazjenti bil-kanċer u pazjenti b'komorbiditajiet oħra, u li l-mard tagħhom ma jistax jiġi kkurat, pereżempju billi jiġi appoġġjat il-moviment ta' ospizji;

27.

Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ħaddiema u l-persuni li jindukraw; jenfasizza li din għandha tinkludi miżuri speċifiċi maħsuba biex inaqqsu r-riskju tal-kanċer għan-nisa li jaħdmu bix-xiftijiet ta' billejl; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tad-drittijiet ta' individwu għal-liv u li jitlob arranġamenti tax-xogħol flessibbli li jistgħu jindirizzaw l-isfidi partikolari li jiltaqgħu magħhom il-ġenituri li jaħdmu u/jew dawk li jindukraw li jieħdu ħsieb membru tal-familja li għandu l-kanċer u l-komorbiditajiet relatati;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  https://unesdoc.unesco.org/ark:/48223/pf0000119111

(2)  ĠU L 327, 16.12.2003, p. 34.

(3)  ĠU C 68 E, 18.3.2004, p. 611.

(4)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 273.

(5)  ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 11.

(6)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 95.

(7)  ĠU C 434, 23.12.2015, p. 38.

(8)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 99.

(9)  ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1.

(10)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 89.

(11)  http://ec.europa.eu/health/scientific_committees/emerging/docs/scenihr_o_034.pdf

(12)  ĠU C 53 E, 28.2.2002, p. 231.

(13)  https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Cancer_statistics

(14)  http://cancer-code-europe.iarc.fr/index.php/en/

(15)  http://cancer-code-europe.iarc.fr/index.php/mt/


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/115


P8_TA(2019)0113

L-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi (2018/2775(RSP))

(2020/C 449/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi (O-000122/2018 – B8-0001/2019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-pjanta tal-kannabis hija magħmula minn aktar minn 480 kompost li jinkludu aktar minn 100 kannabinojde magħmula kemm minn komposti psikoattivi kif ukoll minn komposti mhux psikoattivi; billi ħafna mill-komposti li jikkostitwixxu l-pjanta tal-kannabis jinsabu biss fil-kannabis;

B.

billi d-D9-tetraidrokannabinol (THC) u l-kannabidjol (CBD) huma l-aqwa kannabinojdi magħrufa identifikati fil-kannabis, bit-THC li jikkostitwixxi l-kostitwent psikoattiv ewlieni tal-kannabis u li jwassal għal dipendenza filwaqt li s-CBD m'għandu l-ebda proprjetajiet intossikanti jew li jwasslu għal dipendenza;

C.

billi li l-bosta kannabinojdi oħra li jikkostitwixxu l-pjanta tal-kannabis, bħall-kannabikromene, il-kannabinol, l-aċidu kannabidijoliku, il-kannabiġerol u t-tetraidrokannabivarin, jista' jkollhom effetti newroprotettivi, jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' ċerti sintomi li jaffettwaw lill-pazjenti – bħall-uġigħ kroniku, l-infjammazzjoni u l-infezzjonijiet batteriċi – u jistgħu jistimolaw it-tkabbir tal-għadam;

D.

billi l-prodotti derivati mill-kannabis li jintużaw għal finijiet mediċi jissejħu b'mod ġenerali “kannabis għall-użu mediku”; billi f'termini ġuridiċi dan it-terminu ġeneralment għadu bla definizzjoni u jibqa' ambigwu u miftuħ għal interpretazzjonijiet differenti; billi għandha ssir distinzjoni bejn it-terminu “kannabis għall-użu mediku” u l-mediċini abbażi tal-kannabis li jkunu għaddew minn provi kliniċi u li jkunu ġew approvati b'mod regolatorju;

E.

billi l-konvenzjonijiet tan-NU u l-liġi internazzjonali ma jipprevenux l-użu mediċinali tal-kannabis jew ta' prodotti bbażati fuq il-kannabis għat-trattament ta' kundizzjonijiet mediċi speċifiċi;

F.

billi l-Istati Membri tal-UE jvarjaw ħafna fl-approċċ tagħhom għal-leġiżlazzjoni dwar il-kannabis, inkluża l-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-kannabis għal finijiet mediċi, bħal pereżempju dwar il-livelli massimi ta' konċentrazzjonijiet permessi ta' THC u CBD, li jista' joħloq diffikultajiet għal pajjiżi li japplikaw approċċ aktar prudenti;

G.

billi ebda Stat Membru tal-UE ma jawtorizza t-tipjip tal-kannabis għal finijiet mediċi jew jippermetti t-tkabbir fid-djar tal-kannabis għal finijiet mediċi;

H.

billi x-xenarju politiku fir-rigward tal-kannabis għall-użu mediku qed jevolvi kemm fl-UE kif ukoll fid-dinja kollha; billi għad hemm nuqqas ta' fehim dwar l-użi differenti tal-kannabis, anke fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali, li spiss iwassal biex il-leġiżlazzjoni dwar il-kannabis għall-użu rikreattiv tiġi konfuża mal-bżonn li jiġi pprovdut aċċess sikur u legali tal-kannabis għal finijiet mediċi għall-pazjenti kollha fil-bżonn;

I.

billi l-użu tal-kannabis b'mod ġenerali jista' jikkawża dipendenza u huwa responsabbli għal problemi soċjali u ta' saħħa sinifikanti; billi, għaldaqstant, għad hemm bżonn ta' prevenzjoni tad-dipendenza u ta' monitoraġġ u kontroll tal-prattiki illegali, speċjalment meta l-kannabis għall-użu mediku se tintuża b'mod aktar wiesa';

J.

billi minn Ġunju 2018, ebda mediċina abbażi tal-kannabis ma ġiet awtorizzata permezz tal-proċedura ċentralizzata ta' awtorizzazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini filwaqt li hemm biss prodott wieħed bħal dan li kien għaddej minn din it-tip ta' proċedura;

K.

billi mediċina waħda biss abbażi tal-kannabis ġiet awtorizzata permezz tal-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku u ngħatat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fi 17-il Stat Membru tal-UE għat-trattament tal-ispastiċità minħabba l-isklerożi multipla;

L.

billi rieżami tal-letteratura xjentifika eżistenti dwar is-suġġett tal-kannabis użat f'kuntest mediku jipprovdi evidenza konklużiva jew sostanzjali li l-kannabis u l-kannabinojdi għandhom effetti terapewtiċi, bħal fit-trattament tal-uġigħ kroniku fl-adulti (eż. f'każijiet tal-mard tal-kanċer), bħala antiemetiċi fit-trattament tan-nawżea u r-remettar minħabba l-kimoterapija jew fit-titjib tas-sintomi ta' spastiċità rrappurtati mill-pazjenti li jbatu bl-isklerożi multipla, u huma effettivi fit-trattament ta' pazjenti li jbatu bl-ansjetà, il-PTSD u d-dipressjoni;

M.

billi hemm evidenza li l-kannabis jew il-kannabinojdi jistgħu jkunu effettivi biex iżidu l-aptit u jnaqqsu t-telf tal-piż assoċjat mal-HIV/AIDS, biex itaffu s-sintomi ta' disturbi mentali bħall-psikożi jew is-sindrome ta' Tourette, u biex itaffu s-sintomi tal-epilessija, kif ukoll tal-marda ta' Alzheimer, l-artrite, l-ażma, il-kanċer, il-marda ta' Crohn u l-glawkoma, u jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tar-riskju tal-obeżità u tad-dijabete u jtaffu l-uġigħ mestrwali;

N.

billi d-data uffiċjali dwar ir-riċerka u l-finanzjament tar-riċerka rigward il-kannabis għall-użu mediku għadha skarsa; billi r-riċerka dwar il-kannabis għall-użu mediku ma ngħatat ebda appoġġ dirett matul il-programm ta' riċerka attwali fl-UE u ftit li xejn hemm koordinazzjoni fil-proġetti ta' riċerka dwar il-kannabis għall-użu mediku fl-Istati Membri;

O.

billi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 irrikonoxxiet li l-omissjoni ta' diskussjoni dwar ix-xejriet reċenti fil-politika dwar il-kannabis ġiet innutata minn firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati u kienet waħda mill-aktar kwistjonijiet frekwenti mqajma meta ġie analizzat jekk kienx hemm kwistjonijiet li ma ġewx koperti mill-Istrateġija;

P.

billi m'hemm ebda sistema ta' standardizzazzjoni uniformi għall-immarkar u għat-tikkettar tal-mediċini li fihom it-THC, is-CBD u kannabinojdi oħra li jinsabu fil-pjanta tal-kannabis;

Q.

billi ftit li xejn hemm informazzjoni affidabbli disponibbli fl-Istati Membri tal-UE għall-persunal mediku – studenti mediċi, tobba u spiżjara, psikjatri u l-bqija – dwar l-impatt ta' prodotti mediċinali li fihom it-THC u s-CBD, u hemm ukoll nuqqas ta' informazzjoni u twissijiet għaż-żgħażagħ u n-nisa li qed iqisu l-maternità;

R.

billi m'hemm ebda regolament intra-UE li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' mediċini abbażi tal-kannabis;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jaħdmu flimkien biex jipprovdu definizzjoni legali ta' kannabis għall-użu mediku, li jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-mediċini bbażati fuq il-kannabis approvati mill-EMA jew minn aġenziji regolatorji oħrajn, il-kannabis għall-użu mediku li ma tkunx sostnuta minn provi kliniċi, u applikazzjonijiet oħra tal-kannabis (eż. rikreattiv jew industrijali);

2.

Iqis li r-riċerka dwar il-benefiċċji potenzjali ta' mediċini derivati mill-kannabis u dwar il-kannabis inġenerali ma ġietx iffinanzjata biżżejjed u għandha tiġi indirizzata b'mod xieraq fl-ambitu tad-Disa' Programm Qafas li jmiss u fil-programmi nazzjonali ta' riċerka biex, fost affarijiet oħra, jiġu esplorati l-użi possibbli tat-THC, tas-CBD u ta' kannabinojdi oħra għat-trattament mediku, kif ukoll l-effetti tagħhom fuq il-ġisem tal-bniedem inklużi t-tagħlimiet misluta mill-esperjenza tal-preskrizzjoni mhux skont it-tikketta tal-kannabis;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-ostakli regolatorji, finanzjarji u kulturali li huma ta' piż fuq ir-riċerka xjentifika dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi u fuq ir-riċerka dwar il-kannabis inġenerali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddefinixxu l-kundizzjonijiet xierqa li jippermettu li titwettaq riċerka kredibbli, indipendenti u xjentifika, ibbażata fuq firxa wiesgħa ta' materjal, dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddetermina l-oqsma ta' prijorità għar-riċerka dwar il-kannabis għal finijiet mediċi bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti u abbażi ta' riċerka innovattiva f'pajjiżi oħra, filwaqt li tiffoka fuq dawk l-oqsma li jista' jkollhom l-akbar valur miżjud;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu aktar attivitajiet ta' riċerka u jistimolaw l-innovazzjoni rigward proġetti relatati mal-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva biex tiżgura l-ogħla standards għal riċerka indipendenti, l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-farmakoviġilanza u l-evitar tal-abbuż ta' prodotti derivati mill-kannabis; jenfasizza l-ħtieġa li l-prodotti li jkun fihom mediċini abbażi tal-kannabis jiġu standardizzati u unifikati;

7.

Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni u koordinament mill-qrib mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) b'rabta mal-passi ulterjuri li se jittieħdu mill-UE fil-qasam tal-kannabis għall-użu mediku;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi netwerk li jġib flimkien kemm lill-EMA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, u lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-NGOs flimkien ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija għall-mediċini abbażi tal-kannabis;

9.

Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-professjonisti mediċi b'taħriġ mediku xieraq u jinkoraġġixxu għarfien akbar dwar il-kannabis għall-użu mediku abbażi ta' riċerka indipendenti u wiesgħa; jistieden ukoll lill-Istati Membri jippermettu lit-tobba jeżerċitaw liberament il-ġudizzju professjonali tagħhom biex jippreskrivu mediċini abbażi tal-kannabis approvati mill-awtoritajiet regolatorji lill-pazjenti b'kundizzjonijiet rilevanti, u jippermettu lill-ispiżjara jonoraw legalment dawk ir-riċetti; jenfasizza l-ħtieġa ta' taħriġ u aċċess għal-letteratura għall-persunal mediku kollu – bħall-istudenti tal-mediċina, it-tobba u l-ispiżjara – dwar ir-riżultati ta' riċerka xjentifika indipendenti;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jittejjeb l-aċċess ugwali għal mediċini abbażi tal-kannabis u jkun żgurat li, meta jkun permess, dawk il-mediċini li huma effettivi fit-trattament ta' kundizzjonijiet speċifiċi jiġu koperti minn skemi ta' assigurazzjoni tas-saħħa, kif inhu l-każ għal mediċini oħra; jitlob lill-Istati Membri jipprovdu għażla sikura u ugwali għall-pazjenti bejn tipi differenti ta' mediċina abbażi tal-kannabis, filwaqt li jiżguraw li l-pazjenti jkunu akkumpanjati minn professjonisti mediċi speċjalizzati matul it-trattament tagħhom;

11.

Jenfasizza li biex ikun żgurat li l-pazjenti jkollhom aċċess għat-terapija t-tajba, li tkun speċifika għall-każ u li tittratta l-bżonnijiet individwali tagħhom bħala pazjenti b'disturbi singoli jew multipli, huwa essenzjali li l-pazjenti jingħataw informazzjoni komprensiva dwar il-firxa sħiħa ta' varjetajiet ta' pjanti użati fil-mediċina pprovduta; jirrimarka li tali informazzjoni tippermetti lill-pazjenti u lill-prattikanti mediċi jippreskrivu mediċina li tikkunsidra l-bżonnijiet olistiċi tal-pazjent kif ukoll it-terapija korrispondenti;

12.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid il-leġiżlazzjoni rilevanti tagħhom dwar l-użu tal-mediċini abbażi tal-kannabis meta r-riċerka xjentifika tipprova li l-istess effett pożittiv ma jistax jinkiseb bl-użu ta' mediċini ordinarji li ma jikkawżawx dipendenza;

13.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm disponibilità suffiċjenti ta' mediċini abbażi tal-kannabis li jkopru l-ħtiġijiet attwali, kemm jekk permezz ta' produzzjoni skont l-istandards mediċi nazzjonali kif ukoll permezz ta' importazzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom għall-mediċini abbażi tal-kannabis;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-kannabis għal finijiet mediċi, sikura u kkontrollata, tiġi esklussivament minn prodotti derivati mill-kannabis li jkunu għaddew minn provi kliniċi u minn valutazzjoni u approvazzjoni regolatorji;

15.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li r-riċerka dwar, u l-użu ta', kannabis għall-użu mediku fl-Unjoni bl-ebda mod ma tiffavorixxi n-netwerks kriminali tad-droga jew twassal biex dawn jespandu;

16.

Jissottolinja kif regolamentazzjoni komprensiva u bbażata fuq l-evidenza tal-mediċini abbażi tal-kannabis issarraf f'riżorsi addizzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi, tillimita s-suq iswed, tiżgura t-tikkettar ta' kwalità u preċiż biex tgħin fil-kontroll tal-punti tal-bejgħ, tillimita l-aċċess tal-minorenni għal din is-sustanza u tiżgura ċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċess sikur lill-pazjenti għall-użu mediċinali tagħha, bi prekawzjonijiet partikolari fis-seħħ għaż-żgħażagħ u n-nisa tqal;

17.

Jenfasizza li l-prevenzjoni stretta tad-dipendenza fost il-minorenni u l-gruppi vulnerabbli trid dejjem tiddaħħal f'kull qafas regolatorju;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/119


P8_TA(2019)0114

Deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-eżitu tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena 2018 (2018/2280(INI))

(2020/C 449/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirriflettu l-importanza li t-Trattat jattribwixxi lid-dritt taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE li jressqu l-preokkupazzjonijiet tagħhom għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE dwar ir-rwol u l-funzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta' petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta' ksur u, b'mod partikolari, l-Artikoli 258 u 260 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 u l-Artikolu 216(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0024/2019),

A.

billi d-dritt ta' petizzjoni jipprovdi lill-persuni b'mekkaniżmu miftuħ, demokratiku u trasparenti għall-ksib ta' rimedju mhux ġudizzjarju għall-ilmenti formali tagħhom indirizzati lir-rappreżentanti eletti direttament tagħhom, b'mod partikolari meta dan ikun relatat mal-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi d-dritt ta' petizzjoni għandu jkun element ewlieni għal demokrazija parteċipattiva li fiha d-dritt ta' kull ċittadin li jkollu parteċipazzjoni diretta fil-ħajja demokratika tal-Unjoni jiġi protett b'mod effettiv; billi huwa għandu jtejjeb il-kapaċità ta' rispons tal-Parlament Ewropew fil-konfront taċ-ċittadini u r-residenti tal-Unjoni Ewropea; billi d-demokrazija ġenwina għandha tiżgura trasparenza sħiħa, protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali u involviment prattiku tan-nies fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

C.

billi kull petizzjoni tiġi vvalutata u ttrattata bir-reqqa; billi kull petizzjonant għandu d-dritt li jirċievi risposta u informazzjoni sostanzjali dwar id-deċiżjoni dwar l-ammissibilità li tittieħed mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'perjodu ta' żmien raġonevoli, bil-lingwa tagħhom jew bil-lingwa użata fil-petizzjoni;

D.

billi l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma bbażati fuq il-kontribut u l-kontribuzzjonijiet li jirċievi mill-petizzjonanti;

E.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqis li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tikkostitwixxi strument tal-akbar importanza f'termini ta' demokrazija diretta u parteċipattiva, li tippermetti liċ-ċittadini jkunu involuti b'mod attiv fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni Ewropea;

F.

billi numru sinifikanti ta' petizzjonijiet huma diskussi fil-laqgħat tal-kumitati li huma miftuħa għall-pubbliku (u li jixxandru dirett fuq l-internet); billi l-petizzjonanti ta' spiss jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom li jipprovdu informazzjoni diretta lill-membri tal-kumitat, u lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, jekk ikunu preżenti, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod attiv għall-ħidma tal-kumitat; billi fl-2018, 187 petizzjonant kienu preżenti għal-laqgħat tal-kumitat sabiex jipparteċipaw f'diskussjonijiet dwar petizzjonijiet;

G.

billi l-petizzjonijiet jirrappreżentaw garanzija extra għaċ-ċittadini u r-residenti tal-UE meta mqabbla mal-ilmenti li jsiru direttament lill-Kummissjoni, peress li l-Parlament huwa involut fil-proċess, u dan jippermetti li jsir skrutinju aħjar tal-fatti u jipprevedi dibattiti trasparenti dwar il-kwistjoni, bil-preżenza tal-petizzjonanti, tal-Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni, kif ukoll ta' kwalunkwe awtorità oħra kkonċernata, fejn ikun xieraq;

H.

billi l-informazzjoni dettaljata mill-petizzjonanti u l-għarfien espert ipprovdut mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u korpi oħra huma essenzjali għall-ħidma u l-kredibilità tal-kumitat;

I.

billi l-Parlament Ewropew ilu fuq quddiem nett tal-iżvilupp tal-proċess tal-petizzjonijiet fuq livell internazzjonali u għandu proċess tal-petizzjonijiet eċċezzjonali miftuħ u trasparenti, li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw b'mod attiv fl-attivitajiet tiegħu;

J.

billi fl-2018 saru erba' żjarat ta' ġbir ta' informazzjoni, li twettqu skont l-Artikolu 216a tar-Regoli ta' Proċedura: f'Lusatia (il-Ġermanja) dwar l-impatt tal-estrazzjoni tal-linjite fuq il-popolazzjoni lokali, b'mod partikolari l-komunità Sorb, u dwar it-tniġġis tax-xmara Spree u tal-ilmijiet tal-madwar; f'Famagusta (Ċipru) dwar l-għoti lura taż-żona magħluqa tal-belt okkupata ta' Famagusta lill-abitanti oriġinali; f'Doñana (Spanja) dwar is-sitwazzjoni ambjentali u d-degradazzjoni possibbli fiż-żona protetta tal-Park Nazzjonali ta' Doñana minħabba proġett tal-ħażna tal-gass u l-isfruttament eċċessiv tar-riżorsi tal-ilma ta' taħt l-art; u f'Valledora (l-Italja) dwar ħsara ambjentali minħabba miżbliet u barrieri;

K.

billi r-Riżoluzzjoni tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-effetti negattivi tal-Att tal-Istati Uniti dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin (FATCA) fuq iċ-ċittadini tal-UE u b'mod partikolari fuq l-“Amerikani aċċidentali” (1) stiednet lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippreżentaw approċċ konġunt tal-UE fir-rigward tal-FATCA sabiex jiġu protetti b'mod xieraq id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej (b'mod partikolari tal-“Amerikani aċċidentali”) u tittejjeb ir-reċiproċità ugwali fl-iskambju awtomatiku tal-informazzjoni mill-Istati Uniti;

L.

billi l-petizzjonijiet ammissibbli spiss jipprovdu kontribut siewi għall-ħidma tal-kumitati parlamentari rispettivi peress li jindikaw l-allegat ksur tad-dritt tal-UE;

M.

billi l-petizzjonijiet huma għodod utli għall-identifikazzjoni tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni u jippermettu lill-Parlament u lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE jivvalutaw it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE u l-impatt tiegħu fuq iċ-ċittadini u r-residenti tal-UE;

N.

billi skont ir-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa responsabbli għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew, li jinvestiga l-ilmenti rigward amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea; billi l-Ombudsman Ewropew kurrenti, Emily O'Reilly, ippreżentat ir-Rapport Annwali tagħha għall-2017 lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-laqgħa tiegħu tas-16 ta' Mejju 2018, u r-rapport annwali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, min-naħa tiegħu, huwa parzjalment ibbażat fuq ir-rapport annwali tal-Ombudsman;

O.

billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi wkoll l-Ombudsman Ewropew, l-ombudsmen nazzjonali u reġjonali u korpi simili tal-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, u pajjiżi oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea, u li għandu l-għan li jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni dwar id-dritt u l-politika tal-UE, u li jaqsam magħhom l-aħjar prattiki;

P.

billi għadd ta' titjib tekniku ġie implimentat sabiex jagħmel il-portal tal-internet għall-petizzjonijiet aktar faċli għall-utent u aċċessibbli għaċ-ċittadini, bħal aktar żvilupp tal-funzjoni ta' tiftix, żieda fin-numru ta' riżultati murija u l-fatt li l-utenti jkunu jistgħu jillokalizzaw petizzjonijiet permezz ta' kliem ewlieni enfasizzat fit-titolu u s-sommarju tal-petizzjoni, u l-implimentazzjoni ta' notifiki aktar speċifiċi għall-utenti fil-lingwa tagħhom stess; billi l-istatistika tal-portal saret disponibbli fit-tieni nofs tal-2018, u pprovdiet data utli rigward it-traffiku tas-sit web u l-imġiba tal-utenti; billi t-titjib tekniku kompla, bl-introduzzjoni ta' editur ġdid ta' mistoqsijiet frekwenti (FAQ) u titjib ieħor fil-modulu tal-amministrazzjoni; billi għadd kbir ta' talbiet individwali għall-appoġġ ġew ittrattati b'suċċess; billi xi karatteristiċi li se jagħmlu l-portal aktar interattiv u sors ta' informazzjoni f'ħin reali kemm għall-petizzjonanti kif ukoll għal dawk li jappoġġjawhom għadhom iridu jiġu implimentati bis-sħiħ;

1.

Jenfasizza r-rwol sostanzjali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fid-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, fi ħdan il-kompetenzi tal-kumitat, billi jiżgura li t-tħassib tal-petizzjonanti jiġi rikonoxxut u l-ilmenti leġittimi tagħhom jiġu riżolti permezz tal-proċess ta' petizzjonijiet, fi żmien raġonevoli u b'mod effiċjenti fejn ikun possibbli; ifakkar ir-responsabilità tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jikkooperaw mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, speċjalment f'dak li jirrigwardja l-għoti ta' feedback xieraq dwar l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti; jinsisti fuq il-fatt li din il-kooperazzjoni hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-petizzjonanti f'konformità mat-Trattati u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

2.

Jenfasizza l-opportunità li l-petizzjonijiet joffru lill-Parlament Ewropew u istituzzjonijiet oħra tal-UE biex jidħlu fi djalogu maċ-ċittadini tal-UE li jkunu affettwati mill-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li titrawwem il-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar kwistjonijiet marbuta mal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu d-dritt ta' petizzjoni taċ-ċittadini u jqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-kompetenzi tal-UE u rimedji possibbli li jipprovdi l-Parlament Ewropew waqt li jkun qed jipproċessa l-petizzjonijiet;

3.

Ifakkar li l-petizzjonijiet jiġu eżaminati skont l-Artikolu 227 tat-TFUE, li jistipula li kwalunkwe ċittadin tal-UE u kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew għandha uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru tista' tressaq, individwalment jew f'assoċjazzjoni ma' ċittadini oħrajn, petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea;

4.

Itenni l-ħtieġa għal dibattitu pubbliku kontinwu dwar l-oqsma ta' attività tal-Unjoni, il-limiti tagħha u l-ġejjieni tagħha sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu infurmati tajjeb dwar il-livelli li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet u jiġi evitat il-fenomenu “tort ta' Brussell” użat minn xi Stati Membri irresponsabbli; jitlob li darbtejn fis-sena jsir djalogu aktar intensiv u strutturat bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-parlamenti nazzjonali dwar petizzjonijiet li jittrattaw kwistjonijiet ta' tħassib ewlieni għaċ-ċittadini Ewropej li jistimolaw dibattitu ġenwin bejn l-MEPs u l-MPs nazzjonali li jkun iffukat fuq il-petizzjonijiet u jqajjem aktar sensibilizzazzjoni dwar il-politiki tal-UE u jżid iċ-ċarezza dwar il-kompetenzi tal-UE u tal-Istati Membri;

5.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża kif xieraq is-setgħat tagħha li jirriżultaw mir-rwol tagħha bħala gwardjan tat-Trattati, billi dan ir-rwol huwa tal-akbar importanza għall-funzjonament tal-UE fir-rigward taċ-ċittadini u tal-leġiżlaturi Ewropej; jitlob trattament f'waqtu tal-proċeduri ta' ksur sabiex jiġu fi tmiemhom, mingħajr dewmien, is-sitwazzjonijiet fejn id-dritt tal-UE ma jiġix rispettat;

6.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza u l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni fil-qafas tal-proċeduri tal-EU Pilot fir-rigward tal-petizzjonijiet riċevuti, u tal-proċeduri tal-EU Pilot u dawk ta' ksur li diġà ġew konklużi;

7.

Ifakkar lill-Kummissjoni li l-petizzjonijiet joffru mezz uniku biex jiġu identifikati sitwazzjonijiet li fihom id-dritt tal-UE ma jkunx qed jiġi rrispettat u biex tali sitwazzjonijiet jiġu investigati permezz tal-iskrutinju politiku tal-Parlament Ewropew;

8.

Jenfasizza erba' seduti ta' smigħ pubbliku dwar diversi suġġetti, b'mod partikolari dwar “Id-drittijiet taċ-Ċittadini wara l-Brexit” flimkien mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fl-1 ta' Frar 2018, dwar “L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej – Reviżjoni tar-Regolament” flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fil-21 ta' Frar 2018, dwar “L-impatt tas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali fuq is-saħħa pubblika” fit-22 ta' Marzu 2018 flimkien mal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, u dwar “Id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità” fid-9 ta' Ottubru 2018; ifakkar lill-membri tal-kumitat dwar l-importanza li jattendu seduti ta' smigħ pubbliku mitluba u organizzati mill-kumitat; jistieden lin-netwerk għall-petizzjonijiet iressaq proposti għal seduti ta' smigħ pubbliku speċifiċi u suġġetti għal studji u riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li jirriflettu r-rabta bejn ix-xogħol leġiżlattiv li għaddej bħalissa u s-setgħa ta' skrutinju politiku tal-Parlament u l-petizzjonijiet li jittrattaw kwistjonijiet ta' tħassib ewlieni għaċ-ċittadini Ewropew; jissottolinja li n-netwerk għall-petizzjonijiet huwa l-forum it-tajjeb biex jitressqu inizjattivi komuni ħalli jiġu ttrattati bħala petizzjonijiet, li jista' jesprimi b'mod eżawrjenti l-kontribut tal-Parlament għall-petizzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej;

9.

Jiġbed l-attenzjoni għall-parteċipazzjoni ta' delegazzjoni ta' Membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet waqt żjara f'Lima (il-Perù) fil-15 u s-16 ta' Frar 2018 fil-kuntest tal-appoġġ għad-demokrazija li joffri l-Parlament Ewropew u l-Unità għas-Sostenn għad-Demokrazija u l-Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet (DEG) sabiex jiġu skambjati prattiki tajbin fil-proċess tal-petizzjonijiet mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Peruvjan;

10.

Jikkonferma l-ħtieġa li jissaħħaħ id-djalogu politiku u tekniku mal-kumitati rilevanti tal-parlamenti nazzjonali; jilqa' ż-żjara tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Bundestag Ġermaniż fil-laqgħa tal-Kumitat tad-9 ta' Ottubru 2018 biex jitqajmu kwistjonijiet ta' interess komuni u biex jiġu diskussi l-petizzjonijiet rilevanti; jenfasizza l-Laqgħa Interparlamentari tal-Kumitati mal-Parlamenti Nazzjonali tas-27 ta' Novembru 2018, organizzata flimkien mal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u f'kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li indirizza s-suġġett tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u, b'mod partikolari, ir-rwol tal-petizzjonijiet għall-parlamenti f'dan ir-rigward;

11.

Huwa konvint li n-netwerk tal-petizzjonijiet huwa mezz biex il-Kumitat għall-Petizzjonijiet isir aktar viżibbli u rilevanti fil-ħidma tal-kumitati l-oħra tal-Parlament, sabiex il-petizzjonijiet jitqiesu aħjar fil-ħidma leġiżlattiva; jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li l-laqgħat tan-netwerk tal-petizzjonijiet huma vitali għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-kumitati parlamentari permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn il-membri tan-netwerk;

12.

Jenfasizza l-għan tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jqajjem kuxjenza dwar it-tħassib taċ-ċittadini fid-dibattiti plenarji; jiġbed l-attenzjoni għall-mistoqsija orali dwar iċ-ċaħda tad-drittijiet tal-vot fl-UE, li ġiet diskussa fil-plenarja fit-2 ta' Ottubru 2018, il-mistoqsija orali dwar il-parteċipazzjoni ta' persuni b'diżabilità fl-elezzjonijiet Ewropej, adottata fil-kumitat fil-21 ta' Marzu 2018, u l-mistoqsija orali mressqa b'mod konġunt mal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel dwar tħassib dwar Natura 2000 f'żoni protetti abbażi ta' petizzjonijiet riċevuti, adottati fil-kumitat fil-21 ta' Novembru 2018; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrispondu għar-riżoluzzjonijiet tiegħu, abbażi tal-petizzjonijiet f'Dibattitu Plenarju ta' segwitu, mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-adozzjoni tagħhom sabiex jipprovdu tweġibiet fil-ħin u b'mod effettiv għat-tħassib speċifiku min-naħa taċ-ċittadini Ewropej;

13.

Jiġbed l-attenzjoni għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet skont l-Artikolu 128(5) jew l-Artikolu 216(2) f'isem il-kumitat adottati fil-plenarja, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni u n-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-minoranzi fl-Istati Membri tal-UE (2), dwar ir-rispons għall-petizzjonijiet dwar l-indirizzar tal-prekarjetà u l-użu abbużiv ta' kuntratti għal żmien fiss (3), dwar l-effetti negattivi tal-Att dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin (FATCA) tal-Istati Uniti fuq iċ-ċittadini tal-UE u b'mod partikolari l-“Amerikani aċċidentali” (4), u dwar ir-rwol tal-Uffiċċju Ġermaniż għall-Benesseri taż-Żgħażagħ (Jugendamt) f'tilwim familjari transfruntier (5);

14.

Jinnota li l-qafas tal-FATCA tal-Istati Uniti ġie implimentat fl-Unjoni permezz ta' ftehimiet intergovernattivi bilaterali (IGAs) li ġew innegozjati bejn l-Istati Uniti u kull Stat Membru; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' rispons mill-Istati Membri biex isolvu l-problemi rrappurtati miċ-ċittadini affettwati mill-FATCA; jenfasizza r-rwol tal-Unjoni biex tiggarantixxi implimentazzjoni effettiva tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE f'termini ta' drittijiet fundamentali relatati; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data sabiex jiġi promoss eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fl-Istati Membri dwar ksur possibbli tad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, barra minn hekk, f'kooperazzjoni mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tniedi studju bbażat fuq il-pajjiżi sabiex tivvaluta jekk il-ftehimiet intergovernattivi fir-rigward tal-FATCA jirrispettawx id-dritt tal-privatezza taċ-ċittadini tal-UE u sa liema punt jagħmlu dan; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jipprevjenu d-diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi legalment residenti fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jiġux ikkunsidrati jew le bħala “persuni tal-Istati Uniti” u, jekk ikunu, mill-importanza tar-rabtiet ekonomiċi u personali tagħhom mal-Istati Uniti;

15.

Jenfasizza ż-żjara ta' ġbir ta' informazzjoni f'Famagusta, Ċipru, li saret bejn is-7 u t-8 ta' Mejju 2018, bil-għan li tivvaluta mill-ġdid u taġġorna l-informazzjoni disponibbli għall-kumitat dwar is-sitwazzjoni f'Famagusta, u b'mod partikolari l-parti magħluqa tal-belt ta' Varosha, fil-kuntest tal-petizzjoni 733/2004 imressqa minn Loizos Afxentiou, f'isem il-Moviment tar-Rifuġjati ta' Famagusta, 10 snin wara ż-żjara preċedenti ta' ġbir ta' informazzjoni li saret mill-Kumitat; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport ta' missjoni biex jistieden lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tal-UE u lill-Istati Membri kollha tal-UE jressqu riżoluzzjoni ġdida quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li titlob li jiġu imposti sanzjonijiet politiċi u ekonomiċi kontra t-Turkija għall-atti tagħha ta' aggressjoni fil-Baħar tal-Mediterran tal-Lvant u għan-nuqqas ta' konformità tagħha mar-Riżoluzzjonijiet 550(1984) u 789(1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

16.

Ifakkar li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet adotta opinjonijiet mehmuża mar-rapporti tal-Parlament dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet, inkluż dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fl-2016 (6), dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (7), dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (8), dwar ir-rapport ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-Regolament 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fi ħdan u barra l-UE (9), dwar il-proposta biex tiġi emendata d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman (10), u dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-ċittadinanza tal-UE (11); jissottolinja l-fatt li, mill-bidu ta' dan it-terminu parlamentari, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ipprovda aktar opinjonijiet fir-rigward tat-testi leġiżlattivi Ewropej li qed jitħejjew bħalissa;

17.

Jenfasizza l-kooperazzjoni siewja tal-Parlament mal-Ombudsman Ewropew, kif ukoll l-involviment tiegħu fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; jissottolinja r-relazzjonijiet eċċellenti fi ħdan il-qafas interistituzzjonali bejn l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet; japprezza b'mod partikolari l-kontributi regolari tal-Ombudsman għall-ħidma tal-Kumitat matul is-sena; jemmen bis-sħiħ li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni jeħtieġu jiżguraw segwitu konsistenti u effettiv għar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman;

18.

Jenfasizza l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' diżabilità u r-rwol tiegħu ta' protezzjoni fi ħdan il-qafas tal-UE tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD); ifakkar li f'Ġunju 2018 intbagħtet ittra lir-Rappreżentanzi Permanenti tal-Istati Membri kollha li ssaqsi dwar miżuri konkreti biex tiġi żgurata l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità; jinnota t-tweġibiet komprensivi li waslu minn xi Stati Membri; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-miżuri meħtieġa għall-aċċessibilità bħala komponent essenzjali tal-kwalità tal-għajxien;

19.

Jilqa' l-approċċ il-ġdid tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li taħdem mill-qrib ħafna mal-kumitati tal-Parlament u li tippreżenta r-rapporti tagħha lilhom; jiġbed l-attenzjoni għall-preżentazzjoni tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tat-8 ta' Ottubru 2018; Jilqa' l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport; jenfasizza l-għadd kbir ta' petizzjonijiet li waslu relatati mad-dritt tal-UE li għad trid tittieħed azzjoni sħiħa jew b'mod xieraq dwarhom fl-Istati Membri;

20.

Jirrimarka li, fil-kuntest tal-Ġimgħa tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikkunsidra diversi petizzjonijiet relatati ma' kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u ppreżenta studju aġġornat dwar id-Direttiva dwar l-Iffaċilitar u l-kriminalizzazzjoni tal-assistenza umanitarja lill-migranti irregolari; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi l-emendar tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 sabiex jiġi definit l-iffaċilitar ta' dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati (12), bil-għan li tiġi introdotta eżenzjoni obbligatorja mill-kriminalizzazzjoni għall-għajnuna umanitarja f'każijiet ta' dħul, tranżitu jew soġġorn;

21.

Huwa konvint li s-Segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jittratta l-petizzjonijiet b'mod effiċjenti u b'attenzjoni kbira skont il-linji gwida tal-kumitat u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-petizzjonijiet fl-amministrazzjoni tal-PE; jitlob li jkun hemm innovazzjonijiet ulterjuri fit-trattament tal-petizzjonijiet billi jitqiesu l-aktar żviluppi teknoloġiċi reċenti sabiex il-proċess kollu jsir aktar ċar u aktar trasparenti għaċ-ċittadini Ewropej;

22.

Jenfasizza l-importanza tal-portal tal-internet tal-Petizzjonijiet għall-ipproċessar ġenerali bla xkiel u trasparenti tal-petizzjonijiet; jirrimarka li waħda mill-prijoritajiet immedjati hija li tittejjeb il-komunikazzjoni mal-petizzjonanti u dawk li jappoġġjawhom permezz tal-kontijiet tagħhom, sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv u jitħaffef il-ħin għall-ipproċessar tal-petizzjoni; itenni l-ħtieġa li jitkompla l-iżvilupp tekniku tal-portal, li jiġi allinjat mal-istandards tas-sit web tal-Parlament u li tiżdied il-viżibilità tiegħu kemm fuq il-pjattaforma tal-PE kif ukoll fost iċ-ċittadini; jenfasizza li jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi biex il-portal ikun aktar aċċessibbli għall-utenti tiegħu, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità;

23.

Jenfasizza r-rwol importanti tan-netwerk SOLVIT, li jipprovdi mezz biex iċ-ċittadini u l-intrapriżi jindirizzaw it-tħassib tagħhom dwar ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet pubbliċi fi Stati Membri oħra; jistieden lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri, jippromwovu s-SOLVIT sabiex dan isir aktar viżibbli għaċ-ċittadini u jkun ta' għajnuna akbar għalihom; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Pjan ta' Azzjoni biex jissaħħaħ in-netwerk SOLVIT ippubblikat mill-Kummissjoni f'Mejju 2017; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati tal-Pjan ta' Azzjoni biex jissaħħaħ in-netwerk SOLVIT ippubblikat mill-Kummissjoni f'Mejju 2017;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-kumitati għall-petizzjonijiet tal-Istati Membri, lill-ombudsmen nazzjonali jew lill-entitajiet simili kompetenti.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0316.

(2)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 21.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0242.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0316.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2018)0476.

(6)  Opinjoni adottata fil-21 ta' Marzu 2018.

(7)  Opinjoni adottata fl-24 ta' April 2018.

(8)  Opinjoni adottata fis-16 ta' Mejju 2018.

(9)  Opinjoni adottata fid-9 ta' Ottubru 2018.

(10)  Opinjoni adottata fil-21 ta' Novembru 2018.

(11)  Opinjoni adottata fil-21 ta' Novembru 2018.

(12)  ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17


Il-Ħamis 14 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/125


P8_TA(2019)0115

Is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja, u l-każ ta' Oyub Titiev

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja u l-każ ta' Oyub Titiev (2019/2562(RSP))

(2020/C 449/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja, b'mod partikolari dawk tat-8 ta' Frar 2018 dwar ir-Russja, il-każ ta' Oyub Titiev u ċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial (1), u tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO 'Memorial' (rebbieħa tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Jannar 2018 tal-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu li fiha ntalab ir-rilaxx immedjat tad-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Oyub Titiev,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE, tad-19 ta' Jannar 2018, dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fir-Russja u d-dikjarazzjonijiet tal-portavuċi tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-11 ta' Jannar 2018 dwar id-detenzjoni tad-Direttur tal-uffiċċju fir-Repubblika Ċeċena taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial u tas-27 ta' Ġunju 2018 dwar il-każijiet tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Russi Oyub Titiev u Yuri Dmitriev;

wara li kkunsidra l-Artikolu 5 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 7 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li t-tnejn jipprevedu li ħadd ma għandu jkun soġġett għal tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti u li l-Federazzjoni Russa hija firmatarja tagħhom,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-9 ta' Diċembru 1998,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari l-Kapitolu 2 dwar id-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem u Ċivili,

wara li kkunsidra s-seba' rapport perjodiku tal-Federazzjoni Russa eżaminat mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-3 136 laqgħa u fit-3 137 laqgħa tiegħu, li saru fis-16 u fis-17 ta' Marzu 2015,

wara li kkunsidra r-rapport tar-rapporteur tal-OSKE, imfassal fl-ambitu tal-Mekkaniżmu ta' Moska dwar l-Allegat Ksur tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-impunità fir-Repubblika Ċeċena tal-Federazzjoni Russa, tal-21 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Federazzjoni Russa, bħala firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, intrabtet li tosserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi l-impenji internazzjonali tal-Federazzjoni Russa jinkludu l-obbligu ta' protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-liġi tal-2012 dwar l-“aġenti barranin” tillimita drastikament il-kapaċità tal-NGOs li joperaw b'mod indipendenti u effikaċi; billi skont tali liġi, iċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial ġie kklassifikat bħal “aġent barrani” mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa;

C.

billi ċ-Ċeċenja, f'dawn l-aħħar ftit snin, għaddiet minn deterjorament drammatiku fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, li fil-fatt timpedixxi lill-ġurnalisti indipendenti u lill-attivisti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem milli jkomplu xogħolhom mingħajr ma jpoġġu f'riskju ħajjiethom stess u ħajjet il-familjari, il-ħbieb u l-kollegi tagħhom; billi l-bosta rapporti ta' abbużi sistematiċi u gravi tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja juru l-falliment min-naħa tal-awtoritajiet Ċeċeni u Russi li jiddefendu l-istat tad-dritt;

D.

billi Oyub Titiev, id-direttur tal-uffiċċju fiċ-Ċeċenja ta' Memorial, ġie arrestat fid-9 ta' Jannar 2018 u uffiċjalment inkriminat u detenut qabel il-proċess abbażi ta' akkużi foloz ta' akkwist u pussess illegali ta' droga stupefaċenti; billi Oyub Titiev ċaħad dawn l-akkużi li ġew denunzjati bħala folox minn NGOs u minn difensuri oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem bħala tentattiv biex tixxekkel il-ħidma tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u dik tal-organizzazzjoni tiegħu;

E.

billi l-qrati pprorogaw bosta drabi d-detenzjoni ta' Oyub Titiev qabel il-bidu tas-smigħ quddiem il-qorti tal-belt ta' Shali, fiċ-Ċeċenja, fid-19 ta' Lulju 2018; billi l-verdett huwa imminenti u mistenni għal nofs Frar 2019; billi Oyub Titiev jissogra li jinstab ħati ta' reat li ma kkommettiex u jeħel sa għaxar snin ħabs;

F.

billi l-familja ta' Oyub Titiev kellha tħabbab wiċċha ma' vessazzjonijiet u theddid li ġegħluha titlaq miċ-Ċeċenja; billi fl-2018 iċ-Ċentru Memorial kien fil-bersall ta' azzjonijiet oħra, fosthom ħruq doloż tal-uffiċini tagħha fl-Inguxezja fis-17 ta' Jannar 2018, attakk kontra l-vettura tal-avukat ta' Oyub Titiev fid-Dagestan fit-22 ta' Jannar 2018, u attakk fuq il-kap tal-uffiċċju taċ-Ċentru Memorial fid-Dagestan fit-28 ta' Marzu 2018; billi dawk responsabbli mill-assassinju ta' Natalia Estemirova, li sar fl-2009, il-predeċessur ta' Oyub Titiev fil-kariga ta' direttur tal-uffiċċju Ċeċen taċ-Ċentru Memorial, għadhom ma tressqux quddiem il-ġustizzja;

G.

billi ċ-Ċentru Memorial huwa waħda mill-aħħar organizzazzjonijiet li għad fadal li qed ikomplu l-ħidma fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja, jiġifieri jiddokumenta u jikxef il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jassisti lill-vittmi ta' tali ksur u jgħinhom jitolbu li ssir ġustizzja, u x'aktarx safa attakkat bi tpattija talli kixef ksur tad-drittijiet tal-bniedem u talli talab li ssir ġustizzja għal dan; billi ċ-Ċentru Memorial ingħata l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew fl-2009 u fl-2018 Oyub Titiev rebaħ il-Premju Franko-Ġermaniż għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istat tad-Dritt (f'Diċembru), il-Premju Václav Havel għad-Drittijiet tal-Bniedem (f'Ottubru) u l-Premju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Grupp Helsinki ta' Moska (f'Mejju);

H.

billi bosta drabi l-uffiċjali Ċeċeni heddew lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew iddenunzjaw xogħolhom u naqsu milli jikkundannaw pubblikament it-theddid ta' vjolenza fil-konfront tagħhom, b'hekk ħolqu u pperpetwaw klima ta' impunità fir-rigward ta' dawk responsabbli mill-atti ta' vjolenza fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; billi fil-biċċa l-kbira tagħhom, għalhekk, il-vittmi jibqgħu lura milli jitolbu li ssir ġustizzja, minħabba li jibżgħu li jkun hemm ritaljazzjoni mill-awtoritajiet lokali;

1.

Itenni l-appell tiegħu biex jiġi liberat minnufih Oyub Titiev, id-direttur tal-uffiċċju taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fiċ-Ċeċenja, li ġie arrestat fid-9 ta' Jannar 2018 u akkużat b'akkwist u pussess illegali ta' drogi stupefaċenti u l-verdett tiegħu mistenni li jinqata' f'nofs Frar 2019; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċeċeni jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem ta' Oyub Titiev u dawk li tagħtih il-liġi, fosthom id-dritt tiegħu għal proċess ġust, aċċess mingħajr restrizzjonijiet għall-avukat tiegħu u għall-kuri mediċi, u l-protezzjoni mill-vessazzjonijiet ġudizzjarji u mill-kriminalizzazzjoni;

2.

Jikkundanna bis-saħħa d-dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti min-naħa tal-uffiċjali Ċeċeni li jiddenunzjaw ix-xogħol tad-difensuri u tal-organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jew li jimmiraw lil persuni speċifiċi, kif ukoll in-nuqqas tagħhom li jikkundannaw pubblikament u jinvestigaw it-theddid u l-atti ta' vjolenza fil-konfront ta' dawn il-gruppi u individwi;

3.

Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għat-tendenza preokkupanti ta' arresti, attakki u intimidazzjoni fil-konfront ta' ġurnalisti indipendenti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-sostenituri tagħhom, kif ta' ċittadini ordinarji, azzjonijiet li jidhru li jagħmlu parti minn kampanji koordinati; iqis li l-każ ta' Oyub Titiev bħala wieħed li jispjega l-bosta proċedimenti ġudizzjarji oħrajn imsejsa fuq provi foloz li jirfdu s-sistema ġudizzjarja difettuża fir-Repubblika Ċeċena u fil-Federazzjoni Russa; ifakkar li akkużi simili relatati mal-pussess ta' droga stupefaċenti tqajmu wkoll kontra l-ġurnalist ta' “Caucasus Knot”, Zhalaudi Geriev, u l-attivista għad-drittijiet tal-bniedem, Ruslan Kutaev, u jitlob li jiġu liberati wkoll;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kemm tar-Repubblika Ċeċena kif ukoll tal-Federazzjoni Russa jtemmu l-vessazzjonijiet u l-persekuzzjoni taċ-ċittadini tagħhom u jtemmu l-klima ta' impunità fir-rigward ta' dawk responsabbli mill-atti ta' vjolenza fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-familjari tagħhom, il-kollegi tagħhom u s-sostenituri tal-organizzazzjonijiet tagħhom;

5.

Jistieden lill-Federazzjoni Russa tipproteġi liċ-ċittadini kollha tagħha fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, tosserva l-Kostituzzjoni u l-leġiżlazzjoni tagħha stess u tonora l-impenji internazzjonali biex tirrispetta l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini kollha tagħha, fosthom dawk li jiddedikaw ħinhom, ir-riżorsi tagħhom u xogħolhom biex jiddefendu d-drittijiet tal-konċittadini tagħhom;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet Russi jirrevokaw il-liġi tal-2015 dwar l-“organizzazzjonijiet mhux mixtieqa” u l-liġi tal-2012 dwar l-“aġenti barranin”, kif ukoll il-leġiżlazzjoni kollha relatata oħra, li ntużaw b'mod konsistenti biex isiru vessazzjonijiet u attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jesprimi tħassib għall-fatt li ċerti NGOs Russi kellhom jagħlqu biex jevitaw li jiċċappsu bl-istigma li huma “aġenti barranin” u biex jevitaw persekuzzjoni ġudizzjarja;

7.

Jitlob it-tmiem immedjat tal-vessazzjonijiet u tal-arresti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja ppersegwitati abbażi ta' akkużi foloz, tal-attakki fuq il-kollegi tagħhom u fuq il-familjari tagħhom u tal-intimidazzjoni tas-sostenituri tagħhom, azzjonijiet li jidhru li jaqdu l-għan li jostakolaw u fl-aħħar mill-aħħar itemmu x-xogħol leġittimu u siewi tal-organizzazzjonijiet tagħhom;

8.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri biex ikomplu jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċeċenja, inkluż il-proċess ta' Oyub Titiev, jitolbu l-waqfien immedjat tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem msemmi hawn fuq, iqajmu l-każijiet tal-persuni kollha ppersegwitati minħabba raġunijiet politiċi fil-laqgħat rilevanti mar-rappreżentanti Russi u jkomplu joffru assistenza rapida u effiċjenti lill-vittmi tal-persekuzzjoni u lill-familjari tagħhom, anki meta jittrattaw it-talbiet għal asil;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem attivi fil-Federazzjoni Russa u mal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u mas-soċjetà ċivili Russi minkejja l-liġi Russa dwar l-“aġenti barranin”, u tkompli toffri sostenn lil Memorial u lil organizzazzjonijiet oħrajn simili;

10.

Jitlob lill-personalitajiet sportivi u lill-artisti internazzjonali jastjenu milli jipparteċipaw f'avvenimenti pubbliċi fiċ-Ċeċenja jew f'avvenimenti sponsorizzati mit-tmexxija tar-Repubblika Ċeċena; itenni s-sostenn tiegħu favur “Liġi Magnitsky” tal-Unjoni Ewropea, li għandha tissanzjona lill-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kunsill ikompli xogħlu fuq dan is-suġġett mingħajr dewmien; jisħaq fuq il-fatt, f'dan ir-rigward, li l-awturi tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Ċeċena tal-Federazzjoni Russa la għandhom jingħataw viżi tal-UE u lanqas jitħallew iżommu assi fl-Istati Membri tal-UE;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, u lill-awtoritajiet Ċeċeni.

(1)  ĠU C 463, 21.12.2018, p. 31.

(2)  ĠU C 274, 27.7.2016, p. 21.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/128


P8_TA(2019)0116

Iż-Żimbabwe

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar iż-Żimbabwe (2019/2563(RSP))

(2020/C 449/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta' osservazzjoni Elettorali (MOE) tal-UE dwar l-elezzjonijiet armonizzati tal-2018 fiż-Żimbabwe u l-ittra maħruġa fl-10 ta' Ottubru mill-Kap Osservatur tal-MOE tal-UE lill-President Mnangagwa dwar il-konklużjonijiet ewlenin tar-Rapport Finali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-VP/RGħ tas-17 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-24 ta' Lulju 2018 u t-18 ta' Jannar 2019 tal-kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem fiż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta maħruġa wara l-Laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Unjoni Afrikana fil-21 u t-22 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra r-rapport ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-bniedem taż-Żimbabwe wara “l-istay away” li kien hemm mill-14 ta' Jannar sas-16 ta' Jannar 2019 u l-inkwiet li nqala' wara,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' Inkjesta Żimbabwena dwar il-vjolenza postelettorali tal-1 ta' Awwissu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli tat-2 ta' Awwissu 2018 dwar l-elezzjonijiet fiż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Awwissu 2018 mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tul l-elezzjonijiet armonizzati taż-Żimbabwe li ddenunzjat il-forza eċċessiva li użaw il-pulizija u l-armata biex irażżnu l-protesti,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta lokali tad-9 ta' Awwissu 2018 tad-Delegazzjoni tal-UE, il-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri tal-UE preżenti f'Harare u l-Kapijiet tal-Missjoni tal-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti dwar l-attakki mmirati fuq l-oppożizzjoni fiż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-UE tat-22 ta' Jannar 2018 fid-dawl tat-tranżizzjoni politika li għaddejja fiż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/288 tal-17 ta' Frar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (1),

wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, li ż-Żimbabwe rratifika,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-poplu taż-Żimbabwe ilu jbati għal ħafna snin taħt reġim awtoritarju mmexxi mill-President Mugabe li sostna s-setgħa tiegħu permezz tal-korruzzjoni, il-vjolenza, elezzjonijiet mimlija irregolaritajiet u apparat ta' sigurtà brutali;

B.

billi fit-30 ta' Lulju 2018, iż-Żimbabwe kellu l-ewwel elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari tiegħu wara r-riżenja ta' Robert Mugabe f'Novembru 2017; billi l-elezzjonijiet offrew lill-pajjiż l-opportunità li jtemm is-sensiela ta' elezzjonijiet kontenzjużi mmarkati mill-abbuż tad-drittijiet politiċi u tal-bniedem u minn vjolenza sponsorjata mill-istat;

C.

billi fit-3 ta' Awwissu 2018, il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe (ZEC) iddikjarat lil Emmerson Mnangagwa bħala rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali b'50,8 % voti kontra l-44,3 % tal-kandidat tal-oppożizzjoni Nelson Chamisa; billi r-riżultati kienu immedjatament ikkontestati mill-oppożizzjoni, li sostniet li l-elezzjonijiet kienu ġew immanipulati; billi l-Qorti Kostituzzjonali m'aċċettatx dawn l-allegazzjonijiet minħabba nuqqas ta' evidenza u l-President Mnangagwa nħatar uffiċjalment mill-ġdid għal mandat ieħor fis-26 ta' Awwissu;

D.

billi r-rapport finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE jiddikjara li ċ-ċifri ppreżentati miż-ZEC kien fihom ħafna anomaliji u ineżattezzi u qajmu biżżejjed mistoqsijiet biex ikun hemm dubju dwar l-eżattezza u l-affidabbiltà tan-numri ppreżentati;

E.

billi l-għada tal-elezzjoni, id-dewmien fit-tħabbir tar-riżultati kien diġà wassal għal bidu ta' vjolenza post elettorali li ħalliet sitt persuni mejta u ħafna oħra midruba fi protesti msejħa mill-oppożizzjoni; billi l-osservaturi internazzjonali, inkluża l-UE, ikkundannaw il-vjolenza u l-użu eċċessiv tal-forza mill-armata u mill-forzi tas-sigurtà;

F.

billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem taż-Żimbabwe fl-10 ta' Awwissu 2018 ippubblikat dikjarazzjoni “dwar l-elezzjonijiet armonizzati tal-2018 u l-ambjent postelettorali”, li tikkonferma li d-dimostranti ġew attakkati mill-forzi militari, fejn esprimiet tħassib serju dwar il-brutalità u l-imġiba vjolenti tal-pulizija u ddikjarat li nkisru d-drittijiet fundamentali tad-dimostranti; billi l-Kummissjoni talbet lill-gvern biex jistabbilixxi djalogu nazzjonali;

G.

billi meta ħa l-ġurament tal-ħatra f'Harare fis-26 ta' Awwissu 2018, il-President Emmerson Mnangagwa, wiegħed futur aħjar u kondiviż għall-poplu kollu taż-Żimbabwe, li jmur lil hinn mil-linji tal-partiti, bi gvern b'impenn sod lejn il-kostituzzjonalità, bit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat, l-indipendenza tal-ġudikatura u politiki li jattiraw kapital kemm domestiku kif ukoll globali;

H.

billi l-President Mnangagwa f'Settembru 2018, stabbilixxa kummissjoni ta' inkjesta li, f'Diċembru 2018, ikkonkludiet li l-protesti li kkawżaw ħsara estensiva lill-proprjetà u ħallew persuni midruba kienu ġew inċitati u organizzati kemm mill-forzi tas-sigurtà kif ukoll mill-Alleanza MDC, u li l-użu tal-militar kien ġustifikat u konformi mal-Kostituzzjoni; billi l-oppożizzjoni rrifjutat ir-rapport; billi l-kummissjoni appellat biex issir investigazzjoni fi ħdan il-forzi tas-sigurtà u li dawk li wettqu r-reati jitressqu quddiem il-liġi, u rrakkomandat kumpens għall-vittmi;

I.

billi t-tensjonijiet politiċi żdiedu b'mod drammatiku mill-elezzjoni 'l hawn, u qed jkomplu ħerġin rapporti ta' vjolenza li qed tpoġġi serjament f'riskju d-direzzjoni demokratika li nbdiet fil-pajjiż;

J.

billi l-falliment tal-ekonomija, in-nuqqas ta' aċċess għas-servizzi soċjali, u ż-żieda fil-prezz ta' ħafna prodotti bażiċi qed tinstiga rabja fin-nies; billi bejn l-14 u t-18 ta' Jannar 2019, iż-Żimbabwe ra żieda fil-protesti u fid-dimostrazzjonijiet matul l-hekk imsejjaħ “shutdown” nazzjonali bl-inizjattiva tal-Kungress tat-Trade Unions taż-Żimbabwe, wara żieda fil-prezz tal-fjuwil ta' 150 %; billi l-protesti kienu wkoll risposta għaż-żieda fil-faqar, l-istat fqir tal-ekonomija, u standard tal-għajxien li dejjem qed jonqos;

K.

billi quddiem dan il-moviment ta' protesta, fl-14 ta' Jannar 2019, il-gvern ikkundanna “pjan deliberat biex idgħajjef l-ordni kostituzzjonali” u assigura li hu "se jirrispondi b'mod adegwat kontra dawk li qed jikkonfoffaw biex jagħmlu sabutaġġ lill-paċi;

L.

billi l-pulizija ta' kontra l-irvellijiet irreaġixxiet bi vjolenza eċċessiva u bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom bl-użu ta' munizzjon attiv, arresti arbitrarji, ħtif, attakki fuq il-faċilitajiet mediċi li jittrattaw lill-vittmi tar-ripressjoni, aċċellerazzjoni tal-proċessi u proċessi tal-massa fil-konfront ta' dawk arrestati, tortura tal-persuni taħt arrest, każijiet ta' stupru u qerda ta' proprjetà privata u pubblika;

M.

billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem maħtura mill-gvern ippubblikat rapport li juri li s-suldati u l-pulizija kienu użaw tortura sistematika;

N.

billi nqatlu aktar minn 17-il persuna u ndarbu l-mijiet; billi madwar elf ruħ ġew arrestati, inklużi tfal ta' bejn id-9 u s-16-il sena, u madwar żewġ terzi ta' dawk arrestati ġew miċħuda l-ħelsien fuq pleġġ; billi ħafna għadhom qed jinżammu illegalment u allegatament ġew imsawta u attakkati waqt li kienu f'kustodja;

O.

billi l-evidenza turi li l-armata kienet fil-biċċa l-kbira tagħha responsabbli għall-atti ta' omiċidju, stupru u serq armat; billi mijiet ta' attivisti u uffiċjali tal-oppożizzjoni għadhom qed jinħbew;

P.

billi r-rispons tal-gvern għall-protesti ġie kkundannat b'mod diffuż bħala “sproporzjonat” u “eċċessiv” min-naħa tal-osservaturi tad-drittijiet tal-bniedem u l-atturi lokali u internazzjonali, inkluża l-UE;

Q.

billi l-interruzzjoni tat-telekomunikazzjonijiet saret għodda użata mir-reġim biex iwaqqaf il-koordinament tad-dimostrazzjonijiet organizzati fuq in-netwerks soċjali; billi l-komunikazzjonijiet mobbli u l-linji fissi, kif ukoll l-internet u l-mezzi tal-midja soċjali, kienu qed jiġu bblukkati ripetutament biex jiġi evitat l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni u sabiex jinħeba l-ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem li l-Istat kien qed iħejji biex iwettaq; billi l-Qorti Suprema taż-Żimbabwe ddikjarat li l-użu tal-Att dwar l-Interċettazzjoni tal-Komunikazzjonijiet għas-sospensjoni tal-komunikazzjonijiet online kien illegali;

R.

billi l-awtoritajiet organizzaw operazzjoni kbira ta' tiftix minn bieb sa bieb għal dimostranti, u kaxkru minn darhom dimostranti paċifiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti politiċi, mexxejja prominenti tas-soċjetà ċivili u l-qraba tagħhom;

S.

billi pajjiżi ġirien bħall-Afrika t'Isfel saru ċentru għaż-Żimbabweni li qed jaħarbu mill-oppressjoni politika u mit-tbatija ekonomika;

T.

billi l-pulizija kontinwament abbużaw mil-liġijiet eżistenti, bħall-Ordni Pubbliku u l-Att dwar is-Sigurtà (POSA), biex jiġġustifikaw ir-repressjoni fuq il-membri tal-oppożizzjoni u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jipprojbixxu dimostrazzjonijiet legali u paċifiċi;

U.

billi r-rekord taż-Żimbabwe għal dak li jikkonċerna d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huwa wieħed mill-agħar fid-dinja; billi l-poplu Żimbabwen u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem għadhom qed jissubixxu attakki, diskors ta' mibegħda, kampanji ta' malafama, atti ta' intimidazzjoni u fastidju, u kien hemm rapporti regolari ta' atti ta' tortura;

V.

billi l-President sejjaħ għal djalogu nazzjonali li beda fis-6 ta' Frar u stieden lill-partiti politiċi kollha biex jieħdu sehem, iżda l-Moviment għal Bidla Demokratika (MDC), il-partit prinċipali tal-oppożizzjoni, irrifjuta li jipparteċipa;

W.

billi ż-Żimbabwe huwa firmatarju tal-Ftehim ta' Cotonou, li l-Artikolu 96 tiegħu jistipula li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali huwa element essenzjali tal-koperazzjoni AKP-UE;

1.

Jissottolinja x-xewqa unanima tiegħu li ż-Żimbabwe jsir nazzjon paċifiku, demokratiku u prosperu li fih iċ-ċittadini kollha jiġu ttrattati tajjeb u b'mod ugwali għal dak li jikkonċerna l-liġi u fejn l-organi tal-istat jaġixxu f'isem iċ-ċittadini u mhux kontrihom;

2.

Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza li seħħet waqt il-protesti reċenti fiż-Żimbabwe; jemmen bis-sħiħ li l-protesti paċifiċi huma parti minn proċess demokratiku, u reazzjonijiet b'forza eċċessiva iridu jiġu evitati f'kwalunkwe ċirkostanza;

3.

Iħeġġeġ lill-President Mnangagwa biex jibqa' jżomm il-wegħdiet inizjali tiegħu, biex jaġixxi b'mod rapidu ħalli jieħu kontroll tas-sitwazzjoni u biex iqiegħed liż-Żimbabwe lura fi triq ta' rikonċiljazzjoni u rispett għad-demokrazija u l-istat tad-dritt;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jwaqqfu minnufih l-abbużi mill-forzi tas-sigurtà u jinvestigaw minnufih u b'mod imparzjali l-allegazzjonijiet kollha ta' użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija u mill-uffiċjali tal-istat sabiex jistabbilixxu responsabbiltajiet individwali, bil-għan li jiżguraw l-obbligu ta' rendikont; ifakkar li l-kostituzzjoni tal-pajjiż tistabbilixxi korp indipendenti biex jinvestiga lmenti ta' kondotta ħażina tal-pulizija u militari, iżda li l-gvern għad irid iwaqqaf tali korp;

5.

Iħeġġeġ lill-Gvern taż-Żimbabwe jirtira b'mod urġenti l-persunal militari kollu u l-milizzja taż-żgħażagħ skjerati madwar il-pajjiż li qed jitterrorizzaw lir-residenti bi ksur ċar tal-Kostituzzjoni taż-Żimbabwe;

6.

Jemmen li l-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni huma komponenti essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija; jenfasizza li d-dritt li wieħed jesprimi opinjoni b'mod mhux vjolenti jikkostitwixxi dritt kostituzzjonali għaċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe u jfakkar lill-awtoritajiet fl-obbligu tagħhom li jipproteġu d-dritt taċ-ċittadini kollha li jipprotestaw kontra d-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi tagħhom; jistieden lill-gvern itemm l-attakki mmirati fil-konfront tal-mexxejja u l-membri tal-Kungress tat-Tradeunions taż-Żimbabwe (ZCTU);

7.

Jissottolinja r-rwol fundamentali li taqdi l-oppożizzjoni f' soċjetà demokratika;

8.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jilliberaw minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha;

9.

Jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe jwaqqaf immedjatament il-fastidju u l-kriminalizzazzjoni tal-atturi tas-soċjetà ċivili u jirrikonoxxi r-rwol leġittimu tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

10.

Jitlob lill-Gvern taż-Żimbabwe jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem irratifikati miż-Żimbabwe;

11.

Jinsab imħasseb ħafna dwar il-ksur irrapportat tal-proċess dovut permezz ta' proċessi rapidi u proċessi tal-massa; jinsisti li l-ġudikatura għandha tirrispetta l-istat tad-dritt u tiżgura li l-indipendenza tagħha u d-dritt għal proċess ġust jiġu rispettati fiċ-ċirkostanzi kollha; jikkundanna l-arresti kollha li saru mingħajr ma tressqu akkużi;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe jwettqu investigazzjoni fil-pront, bir-reqqa, imparzjali u indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-istupri u l-vjolenza sesswali mill-forzi tas-sigurtà, u biex jittieħdu passi kontra dawk responsabbli; jitlob li l-aċċess għas-servizzi mediċi jkun offrut b'mod universali lill-vittmi ta' tali vjolenza sesswali mingħajr biża' ta' retribuzzjoni;

13.

Jikkundanna l-għeluq tal-internet li ppermetta lill-awtoritajiet jaħbu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-armata u mill-forzi tas-sigurtà nazzjonali u jostakolaw rapportar u dokumentazzjoni indipendenti tal-abbużi matul it-trażżin u immedjatament wara l-elezzjoni; jenfasizza li l-aċċess għall-informazzjoni huwa dritt li għandu jiġi rrispettat mill-awtoritajiet skont l-obbligi kostituzzjonali u internazzjonali tagħhom;

14.

Jikkundanna l-użu abbużiv u restrittiv tal-POSA, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Żimbabweni jallinjaw il-leġiżlazzjoni mal-istandards internazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

15.

Jesprimi tħassib partikolari dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fiż-Żimbabwe; ifakkar li l-problemi ewlenin tal-pajjiż huma l-faqar, il-qgħad u l-malnutrizzjoni u l-ġuħ kroniċi; iqis li dawn il-problemi jistgħu jiġu solvuti biss permezz tal-implimentazzjoni ta' politiki ambizzjużi dwar l-impjieg, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-agrikoltura;

16.

Jistieden lill-atturi politiċi kollha biex jeżerċitaw responsabilità u rażan, u b'mod partikolari biex joqogħdu lura milli jinċitaw il-vjolenza;

17.

Ifakkar lill-Gvern taż-Żimbabwe li l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou, u kif ukoll fil-qasam tal-kummerċ, l-iżvilupp, u l-assistenza ekonomika, huwa kundizzjonali għar-rispett tal-istat tad-dritt u l-konvenzjonijiet u t-trattati internazzjonali li għalihom huwa parti;

18.

Ifakkar li l-appoġġ fit-tul jiddependi fuq riformi komprensivi aktar milli sempliċement wegħdiet; jitlob li l-impenn Ewropew maż-Żimbabwe jkun ibbażat fuq il-valuri u jkun sod fil-pożizzjoni tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet Żimbabweni;

19.

Iħeġġeġ lill-gvern jimplimenta immedjatament ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-vjolenza ta' wara l-elezzjoni magħmula mill-Kummissjoni ta' Inkjesta, b'mod partikolari l-promozzjoni tat-tolleranza politika u tat-tmexxija responsabbli, u t-twaqqif ta' djalogu nazzjonali li jsir b'mod kredibbli, inklużiv, trasparenti u responsabbli;

20.

Jieħu att tar-rieda tal-gvern li jwettaq l-impenji fir-rigward tar-riformi; jenfasizza, madankollu, li dawn ir-riformi għandhom ikunu politiċi kif ukoll ekonomiċi; iħeġġeġ lill-gvern, lill-oppożizzjoni, lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u lill-mexxejja reliġjużi jimpenjaw ruħhom f'kundizzjonijiet ugwali fi djalogu nazzjonali li fih id-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati u mħarsa;

21.

Jistieden lill-gvern jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-MOE tal-UE, speċjalment fir-rigward tal-istat tad-dritt u ambjent politiku inklużiv; jissottolinja l-għaxar rakkomandazzjonijiet ta' prijorità identifikati mill-MOE u stabbiliti fl-ittra tal-10 ta' Ottubru 2018 mill-Osservatur Prinċipali lill-President Mnangagwa – jiġifieri biex jinħolqu kundizzjonijiet pari għall-partiti politiċi kollha, biex jiġi żgurat qafas legali aktar ċar u koerenti; biex il-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe tissaħħaħ billi ssir tassew indipendenti u trasparenti, u b'hekk terġa' tinkiseb il-fiduċja fil-proċess elettorali; biex jiġi żgurat li t-tisħiħ tal-indipendenza tal-Kummissjoni Elettorali taż-Żimbabwe jagħmilha ħielsa mill-kontroll tal-gvern fl-approvazzjoni tar-regolamenti tagħha; u biex jinħoloq proċess elettorali aktar inklużiv;

22.

Jitlob lid-delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE fiż-Żimbabwe biex ikomplu l-monitoraġġ mill-qrib tagħhom tal-iżviluppi fil-pajjiż u biex jużaw l-għodod xierqa kollha biex jappoġġaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u t-trejdjunjins, biex jippromwovu l-elementi essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou u biex jappoġġaw il-movimenti favur id-demokrazija;

23.

Jitlob lill-UE biex iżżid id-djalogu politiku tagħha maż-Żimbabwe dwar id-drittijiet tal-bniedem abbażi tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;

24.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jirrevedi l-miżuri restrittivi tiegħu fil-konfront ta' individwi u entitajiet fiż-Żimbabwe, inklużi dawk il-miżuri li bħalissa huma sospiżi, fid-dawl tal-obbligu ta' rendikont għall-vjolenza reċenti tal-istat;

25.

Iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) u l-Unjoni Afrikana (UA), biex jagħtu aktar assistenza attiva liż-Żimbabwe biex tinstab soluzzjoni demokratika sostenibbli għall-kriżi attwali;

26.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi ġirien biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali u jipproteġu dawk li qed jaħarbu mill-vjolenza fiż-Żimbabwe bl-għoti ta' asil, b'mod partikolari fi żmien qasir;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-SEAE, lill-Gvern u l-Parlament taż-Żimbabwe, lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika u tal-Unjoni Afrikana, u lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth.

(1)  ĠU L 42, 18.2.2017, p. 11.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/133


P8_TA(2019)0117

Id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija (2019/2564(RSP))

(2020/C 449/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdija, b'mod partikolari dik tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-Arabja Sawdija, ir-relazzjonijiet tagħha mal-UE u r-rwol tagħha fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq (1), dik tat-12 ta' Frar 2015 dwar il-każ ta' Raif Badawi, l-Arabja Sawdija (2), dik tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-każ ta' Ali Mohammed al-Nimr (3), dik tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa fl-Arabja Sawdija (4) u dik tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-29 ta' Mejju 2018 tal-Kelliem għall-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-arresti reċenti fl-Arabja Sawdija u tal-31 ta' Lulju 2018 dwar id-detenzjonijiet arbitrarji ta' difensuri u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija, inklużi attivisti tad-drittijiet tan-nisa,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta' Ottubru 2018 ta' diversi Rapporteurs Speċjali tan-NU li fiha jappellaw għall-ħelsien immedjat tad-difensuri kollha tad-drittijiet tan-nisa,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) ta' Diċembru 2017,

wara li kkunsidra s-sħubija tal-Arabja Sawdija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u fil-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa (CSW), kif ukoll is-sħubija tagħha fil-Kunsill Eżekuttiv tas-CSW sa minn Jannar 2019,

wara li kkunsidra d-diskors tal-Kummissarju Christos Stylianides, f'isem il-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), fid-dibattitu tal-4 ta' Lulju 2017 fil-Parlament Ewropew dwar l-elezzjoni tal-Arabja Sawdija bħala membru tas-CSW,

wara li kkunsidra d-diskors tal-ftuħ tal-VP/RGħ fil-5 laqgħa ministerjali UE-Lega tal-Istati Għarab li jgħid: “u ppermettuli ngħid li l-kooperazzjoni bejn l-Ewropa u d-dinja Għarbija qatt ma kienet daqshekk importanti u, fil-fehma tiegħi, qatt ma kienet daqshekk meħtieġa”,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet konklużivi tad-9 ta' Marzu 2018 tal-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa rigward it-tielet u r-raba' rapporti perjodiċi dwar l-Arabja Sawdija, ippreżentati flimkien,

wara li kkunsidra r-rapport tad-Detention Review Panel dwar l-attivisti nisa detenuti fl-Arabja Sawdija,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' liġi kontra l-fastidju approvat mill-Kunsill Shura tal-Arabja Sawdija fit-28 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Arabja Sawdija ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 ta' Reporters Mingħajr Fruntieri li jikklassifika lis-Sawdi Arabja fil-169 post minn total ta' 180 pajjiż,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR) tal-1966,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb u tal-Espressjoni lill-blogger Sawdi Raif Badawi fl-2015,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-attivisti li ġew arrestati mill-awtoritajiet Sawdin għall-attiviżmu tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa għadhom detenuti mingħajr akkuża; billi l-attivisti jinkludu lil Loujain al-Hathloul, Aziza al-Yousef, Eman al-Nafjan, Nouf Abdulaziz, Mayaa al-Zahrani, Samar Badawi, Nassima al-Sada, Shadan al-Anezi, Abir Namankani, Amal al-Harbi u Hatoon al-Fassi, li lkoll huma attivisti tad-drittijiet tan-nisa, kif ukoll sostenituri rġiel tal-moviment, inkluż Mohammed al-Rabea; billi dawn l-attivisti huma magħrufa għall-kampanja tagħhom kontra l-projbizzjoni fuq is-sewqan imposta fuq in-nisa u għall-appoġġ tagħhom għat-tneħħija tas-sistema ta' tutela mill-irġiel; billi dawn ġew arrestati qabel it-tneħħija tal-projbizzjoni fuq is-sewqan imposta fuq in-nisa, prevista għall-24 ta' Ġunju 2018; billi, skont ma ġie rrapportat, uħud minnhom se jiġu riferuti għal proċess quddiem il-Qorti Kriminali Speċjalizzata li oriġinarjament ġiet stabbilita biex tissottoponi għal proċess lil detenuti miżmuma b'rabta ma' reati ta' terroriżmu;

B.

billi d-difensura tad-drittijiet tal-bniedem Israa al-Ghomgham, mir-reġjun ta' Qatif, għadha qed tiffaċċja detenzjoni arbitrarja; billi l-piena tal-mewt li ġiet imposta fuqha dan l-aħħar ġiet irtirata, iżda xorta għadha soġġetta għal akkużi mhux speċifikati kontriha; billi hemm tħassib dwar il-benesseri fiżiku u mentali tas-Sa al-Ghomgham;

C.

billi r-rapporti jsostnu li l-interrogaturi Sawdin ittorturaw, immaltrattaw u abbużaw sesswalment tal-anqas tlieta mill-attivisti nisa detenuti f'Mejju 2018; billi l-familjari tal-attivisti nisa, bħall-ġenituri ta' Loujain al-Hathloul, huma soġġetti għal projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar;

D.

billi l-Ministeru tal-Midja tal-Arabja Sawdija ċaħad l-allegazzjonijiet ta' tortura fil-konfront tad-detenuti fir-Renju u qieshom bħala rapporti infondati;

E.

billi l-attivista Loujain al-Hathloul ilha detenuta sa minn Marzu 2018 wara li attendiet sessjoni ta' eżami tas-sitwazzjoni fl-Arabja Sawdija tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa; billi hija tqiegħdet f'iżolament bejn Mejju u Settembru 2018, perjodu li matulu l-ġenituri tagħha rrapportaw li ġiet ittorturata;

F.

billi delegazzjoni mill-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Arabja Sawdija żaret lil Loujain al-Hathloul wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti dwar it-tortura li għaddiet minnha; billi tali delegazzjoni ma setgħetx tiggarantixxi l-protezzjoni tagħha; billi sussegwentement prosekutur pubbliku mar iżurha biex jiġbor ix-xhieda tagħha;

G.

billi Loujain al-Hathloul ġiet innominata għall-Premju Nobel għall-Paċi tal-2019;

H.

billi l-Arabja Sawdija għad għandha wħud mill-aktar restrizzjonijiet ibsin imposti fuq in-nisa, minkejja r-riformi governattivi li saru dan l-aħħar biex jissaħħu d-drittijiet tan-nisa fis-settur tal-impjiegi; billi s-sistema politika u soċjali Sawdija għadha diskriminatorja u lin-nisa fil-verità tittrattahom bħala ċittadini tat-tieni klassi, billi ma tippermetti l-ebda libertà ta' reliġjon u ta' twemmin, billi tiddiskrimina serjament kontra l-ħafna ħaddiema barranin fil-pajjiż u billi trażżan severament kwalunkwe vuċi dissidenti;

I.

billi l-Arabja Sawdija għandha sensiela ta' liġijiet diskriminatorji, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ġuridiċi marbuta mal-istatus personali, is-sitwazzjoni tal-ħaddiema migranti nisa, il-Kodiċi tal-Istatus Ċivili, il-Kodiċi tax-Xogħol, l-Att dwar in-Nazzjonalità u s-sistema ta' tutela mill-irġiel, li abbażi tagħha t-tgawdija min-nisa tal-biċċa l-kbira ta' drittijiethom fil-qafas tas-CEDAW hija soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn tutur raġel;

J.

billi, taħt is-sistema ta' tutela mill-irġiel, in-nisa Sawdin huma mċaħħda saħansitra mill-aktar kontroll bażiku fuq ħajjithom; billi l-liġijiet diskriminatorji relatati maż-żwieġ u d-divorzju għadhom fis-seħħ u billi l-liġi tesiġi min-nisa li jiksbu l-permess ta' tutur raġel biex jinkitbu fl-edukazzjoni għolja, ifittxu impjieg, jivvjaġġaw jew jiżżewġu; billi n-nisa Sawdin li huma miżżewġin irġiel barranin, għall-kuntrarju tal-kontropartijiet irġiel tagħhom, ma jistgħux jgħaddu ċ-ċittadinanza tagħhom lil uliedhom jew lil żwieġhom;

K.

billi r-riżerva ġenerali tal-Arabja Sawdija fil-konfront tas-CEDAW, skont il-Kumitat dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, hija inkompatibbli mas-suġġett u l-iskop tal-Konvenzjoni u mhijiex permessa skont l-Artikolu 28 tagħha;

L.

billi, minn mindu l-Prinċep Eredi Mohammed bin Salman Al Saud tela' fil-poter f'Ġunju 2017, ħafna difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, attivisti u kritiċi li fissru l-opinjonijiet tagħhom fl-apert ġew detenuti arbitrarjament jew ġew ikkundannati inġustament għal perjodi twal ta' priġunerija sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni;

M.

billi l-aġenda ta' riforma “Vision 2030”, li għandha l-għan li ġġib magħha t-trasformazzjoni ekonomika u soċjali tal-pajjiż, inkluż permezz tal-awtonomizzazzjoni tan-nisa, kellha tkun opportunità reali għan-nisa Sawdin biex jiżguraw l-emanċipazzjoni ġuridika tagħhom, li hija assolutament kruċjali għat-tgawdija sħiħa ta' drittijiethom fil-qafas tas-CEDAW; billi, madankollu, il-mewġa reċenti ta' arresti u ta' allegata tortura tal-attivisti tad-drittijiet tan-nisa tmur kontra dan l-għan u għandha mnejn tfixkel l-aġenda ta' riforma; billi d-digriet “Vision 2030” huwa nieqes minn qafas ġuridiku xieraq;

N.

billi l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa u tal-midja, kemm online kif ukoll offline, huma prekundizzjonijiet kruċjali u katalizzaturi għad-demokratizzazzjoni u għar-riforma u huma kontrolli essenzjali fuq il-poter;

O.

billi l-Arabja Sawdija għandha waħda mill-ogħla rati ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja; billi, bejn l-2014 u l-2017, in-numru medju ta' eżekuzzjonijiet fis-sena kien mill-anqas 126; billi l-awtoritajiet jimponu l-piena tal-mewt għal reati mhux vjolenti, bħall-kuntrabandu tad-droga, it-tradiment u l-adulterju; billi reati bħall-apostasija, li skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem ma għandhomx jiġu kriminalizzati, irriżultaw ukoll fl-applikazzjoni tal-piena tal-mewt;

P.

billi l-valur tal-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tan-NU għall-Arabja Sawdija għall-2018 huwa ta' 0,853, u għalhekk hija kklassifikata fid-39 post minn total ta' 188 pajjiż u territorju; billi l-Arabja Sawdija għandha valur tal-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn is-Sessi tan-NU ta' 0,234, u għalhekk hija kklassifikata fid-39 post minn total ta' 189 pajjiż fl-indiċi tal-2017; billi l-pajjiż għandu Indiċi għall-Iżvilupp tas-Sessi tan-NU ta' 0,877 (ikklassifikat fid-39 post fid-dinja);

1.

Jikkundanna bil-qawwa d-detenzjoni tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li għamlu kampanja biex titneħħa l-projbizzjoni fuq is-sewqan, kif ukoll id-difensuri kollha paċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-avukati u l-attivisti, u jesprimi x-xokk tiegħu għar-rapporti kredibbli ta' tortura sistematika fil-konfront ta' diversi minnhom, inkluża Loujain al-Hathloul;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin biex jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawn id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, il-ġurnalisti u priġunieri oħra minħabba t-twemmin tagħhom li ġew detenuti u kkundannati sempliċement talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u għall-ħidma paċifika tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem, u biex jippermettu lil osservaturi internazzjonali indipendenti jiltaqgħu mad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li huma detenuti;

3.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jiffaċilitaw l-aċċess ta' tobba indipendenti għad-detenuti; jenfasizza li t-trattament tad-detenuti kollha, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, waqt li jkunu detenuti, irid ikun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Korp tal-Prinċipji għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha taħt Kwalunkwe Forma ta' Detenzjoni jew Priġunerija adottat permezz tar-Riżoluzzjoni 43/173 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Diċembru 1988;

4.

Jinsisti li l-osservaturi indipendenti għandhom jinkludi osservaturi mid-Delegazzjoni tal-UE għall-Arabja Sawdija jew mill-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll detenturi ta' mandat tan-NU rigward id-drittijiet tal-bniedem, bħar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, jew NGOs internazzjonali;

5.

Jinsisti li l-awtoritajiet Sawdin itemmu l-forom kollha ta' fastidju, anke fil-livell ġudizzjarju, fil-konfront ta' Loujain al-Hathloul, Aziza al-Yousef, Eman al-Nafjan, Nouf Abdulaziz, Mayaa al-Zahrani, Samar Badawi, Nassima al-Sada, Shadan al-Anezi, Abir Namankani, Amal al-Harbi, Hatoon al-Fassi, Israa Al-Ghomgham, Mohammed al-Rabea u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħolhom mingħajr xkiel mhux ġustifikat jew biża' ta' rappreżalji fil-konfront tagħhom u tal-familji tagħhom;

6.

Jikkundanna r-repressjoni u t-tortura li qed iseħħu bħalissa fil-konfront tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, fl-Arabja Sawdija, li jdgħajfu l-kredibbiltà tal-proċess ta' riforma fil-pajjiż; jiddenunzja d-diskriminazzjoni sistemika kontinwa fil-konfront tan-nisa u l-bniet fl-Arabja Sawdija;

7.

Iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tiggarantixxi pubblikament is-sikurezza tal-attivisti detenuti kollha, tippermetti lin-nisa detenuti aċċess għall-avukati u l-membri tal-familja, tipprovdi evidenza tal-benesseri tagħhom, u teħles lil dawk li qed jinżammu l-ħabs sempliċement talli tkellmu b'mod paċifiku favur riforma;

8.

Ifaħħar u jappoġġja lid-difensuri Sawdin tad-drittijiet tan-nisa li qed jippruvaw jiksbu trattament ekwu u ġust fis-soċjetà tagħhom, u lil dawk li ddefendew id-drittijiet tal-bniedem minkejja d-diffikultajiet li jridu jħabbtu wiċċhom magħhom;

9.

Huwa mħasseb ferm dwar il-prevalenza ta' vjolenza sessista fl-Arabja Sawdija, li fil-biċċa l-kbira tagħha għadha mhijiex rappurtata u dokumentata biżżejjed, u li ġiet iġġustifikata b'raġunijiet retrogradi bħall-ħtieġa li n-nisa jiġu dixxiplinati taħt it-tutela tal-irġiel; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva biex jiddefinixxu u jikkriminalizzaw b'mod speċifiku l-forom kollha ta' vjolenza sessista fil-konfront tan-nisa, b'mod partikolari l-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-istupru, inkluż l-istupru fiż-żwieġ, l-attakki sesswali u l-fastidju sesswali, u jneħħu l-ostakli kollha li n-nisa jħabbtu wiċċhom magħhom fl-aċċess tagħhom għall-ġustizzja; jesprimi inkwiet kbir dwar ir-rapporti ta' prassi prevalenti ta' żwieġ tat-tfal;

10.

Jiddeplora l-eżistenza tas-sistema ta' tutela mill-irġiel, li għadha tipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' tutur raġel f'numru ta' oqsma, inklużi l-vjaġġi internazzjonali, l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, l-għażla tar-residenza, iż-żwieġ, it-tressiq ta' lmenti fis-sistema ġudizzjarja u t-tluq minn ċentri ta' akkoljenza tal-istat għan-nisa abbużati u t-tluq miċ-ċentri ta' detenzjoni; jissottolinja li din is-sistema hija riflessjoni tas-sistema patrijarkali b'għeruq b'saħħithom li tiddomina fil-pajjiż; iħeġġeġ lill-Gvern Sawdi jabolixxi minnufih is-sistema ta' tutela mill-irġiel u jħassar liġijiet oħra li jiddiskriminaw kontra n-nisa u l-bniet;

11.

Jinnota l-adozzjoni reċenti ta' liġi li taħtha n-nisa Sawdin jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta' messaġġ bil-mobile jekk il-konjuġi tagħhom jiddeċiedi li jiddivorzja, u dan biex jiġu protetti mill-fatt li ż-żwieġ tagħhom jista' jintemm mingħajr ma jkunu jafu; jenfasizza li din il-liġi ma tagħmel xejn biex tindirizza l-fatt li n-nisa Sawdin jistgħu jieħdu d-divorzju biss f'każijiet limitati ferm, bħal bil-kunsens tal-żewġhom jew jekk żewġhom ikun immaltrattahom;

12.

Jesprimi tħassib dwar is-servizzi web tal-gvern li permezz tagħhom it-tuturi rġiel jistgħu jsegwu l-movimenti tan-nisa, jispeċifikaw meta u kif jistgħu jaqsmu l-fruntieri Sawdin, u jirċievu aġġornamenti bl-SMS kważi f'ħin reali meta jivvjaġġaw;

13.

Jilqa' t-tneħħija tal-projbizzjoni tas-sewqan għan-nisa fir-Renju bħala parti mill-aġenda “Vision 2030”;

14.

Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jirrevedu l-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet u l-Fondazzjonijiet ta' Diċembru 2015 sabiex jippermettu lill-attivisti nisa jorganizzaw ruħhom u jaħdmu b'mod liberu u indipendenti mingħajr indħil indebitu min-naħa tal-awtoritajiet; iħeġġeġ ukoll ir-reviżjoni tal-Liġi Kontra t-Terroriżmu, tal-Liġi Kontra l-Kriminalità Ċibernetika u tal-Liġi dwar l-Istampa u l-Pubblikazzjonijiet, li jintużaw ripetutament biex jinbdew proċeduri kriminali kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet preżenti fis-sistema ġuridika, inkluż f'oqsma bħall-wirt;

15.

Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jirratifikaw l-ICCPR, ineħħu r-riżervi li għandhom għas-CEDAW u jirratifikaw l-Protokoll Fakultattiv għas-CEDAW, sabiex in-nisa Sawdin ikunu jistgħu jgawdu d-drittijiet minquxa fil-Konvenzjoni, u jtemmu ż-żwieġ tat-tfal, iż-żwieġ furzat u l-kodiċi tal-ilbies obbligatorju għan-nisa; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija toħroġ stedina permanenti biex il-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jkunu jistgħu jżuru l-pajjiż;

16.

Jenfasizza li l-eżerċizzju tad-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-assemblea u l-assoċjazzjoni paċifika huwa protett mid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jippermettu stampa u media indipendenti u jiżguraw il-libertà tal-espressjoni online u offline, kif ukoll il-libertà ta' assemblea paċifika u ta' assoċjazzjoni għall-abitanti kollha tal-Arabja Sawdija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sawdin ineħħu r-restrizzjonijiet fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jipprojbuhom milli jitkellmu fil-media soċjali u lill-media internazzjonali;

17.

Jistieden lill-awtoritajiet Sawdin jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha; jappella għal rieżami tas-sentenzi tal-mewt kollha biex jiġi żgurat li l-proċessi li ppreċedewhom kienu konformi mal-istandards internazzjonali;

18.

Jirrakkomanda li tintbagħat delegazzjoni ad hoc mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem (DROI) u mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) qabel tmiem il-mandat kurrenti fl-Arabja Sawdija sabiex iżżur lin-nisa li qegħdin il-ħabs u biex isiru l-laqgħat meħtieġa mal-awtoritajiet Sawdin;

19.

Jieħu nota tad-djalogu bejn l-UE u l-Arabja Sawdija u jħeġġeġ it-tkomplija tiegħu;

20.

Jiddispjaċih dwar id-dikjarazzjonijiet ineffiċjenti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tal-Istati Membri dwar il-każijiet tad-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem li ilhom detenuti minn Mejju tal-2018;

21.

Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet ta' Loujain al-Hathloul, Eman al-Nafjan, Aziza al-Yousef, Samar Badawi, Nassima al-Sada u tad-difensuri nisa l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem fid-djalogi tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jitolbu l-ħelsien tagħhom; jinsisti li, sakemm jinħelsu, membri tal-korp diplomatiku tal-UE għandhom jistiednu lill-awtoritajiet Sawdin biex jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom u jwettqu investigazzjonijiet sħaħ dwar ir-rapporti ta' tortura;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Parlament jeżaminaw in-nuqqas ta' elenkar tal-Arabja Sawdija fir-reġistru tat-trasparenza tal-UE;

23.

Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jqajmu l-każijiet ta' Israa al-Ghomgham, żewġha Mousa al-Hashim u l-erba' koakkużati Ahmed al-Matrood, Ali Ouwaisher, Khalid al-Ghanim u Mujtaba al-Muzain fid-djalogi tagħhom mal-awtoritajiet Sawdin, u jitolbu l-ħelsien tagħhom; barra minn hekk, jitlob li jitqajjem il-każ ta' Sheikh Salman al-Awda u li jintalab il-ħelsien tiegħu;

24.

Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jistabbilixxu pożizzjoni unifikata biex jiżguraw li s-servizzi diplomatiċi Ewropej fl-Arabja Sawdija jużaw b'mod sistematiku l-mekkaniżmi previsti fil-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi d-dikjarazzjonijiet pubbliċi, d-démarches diplomatiċi, il-monitoraġġ tal-proċessi u taż-żjarat il-ħabs, b'rabta mad-difensuri Sawdin tad-drittijiet tan-nisa li ilhom detenuti minn Mejju tal-2018;

25.

Jitlob li titressaq riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Arabja Sawdija fis-sessjoni li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem li jmiss u fil-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, tqajjem il-kwistjoni tas-sħubija tal-istati b'rekords dubjużi rigward id-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob lill-UE biex, fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, tipproponi l-ħatra ta' Rapporteur Speċjali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-Arabja Sawdija;

26.

Jistieden, għal darb'oħra, lill-awtoritajiet Sawdin iwaqqfu s-swat ulterjuri ta' Raif Badawi, u jeħilsuh minnufih u mingħajr kundizzjonijiet; jinsisti li r-rappreżentanti għoljin kollha tal-UE, b'mod partikolari l-VP/RGħ u l-Kummissarji kollha, iqajmu b'mod sistematiku l-każ ta' Raif Badawi fil-kuntatti tagħhom mal-kontropartijiet Sawdin tagħhom, u jitolbu li jiltaqgħu miegħu matul iż-żjarat tagħhom fil-pajjiż; jimpenja ruħu li jżid l-isforzi tiegħu b'appoġġ għall-ħelsien tiegħu; jistieden lill-President iżur Riyadh sabiex iqajjem il-każ tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov direttament mal-awtoritajiet;

27.

Jistieden lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jestendu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-VP/RGħ tirrapporta dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-kooperazzjoni militari u tas-sigurtà bejn l-Istati Membri u r-reġim Sawdi;

28.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jilħaq pożizzjoni komuni sabiex jimponi, fil-livell tal-UE, embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Arabja Sawdija, u biex jirrispetta l-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK (6); jappella għal embargo fuq l-esportazzjoni ta' sistemi ta' sorveljanza u oġġetti oħra ta' użu dupliċi li jistgħu jintużaw fl-Arabja Sawdija għall-finijiet ta' repressjoni taċ-ċittadini tagħha, inklużi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem; huwa preokkupat dwar l-użu ta' dawn l-armi u ta' teknoloġija ta' sorveljanza ċibernetika mill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija; ifakkar lill-Istati Membri li t-tkomplija tal-ftehimiet tagħhom dwar l-armi mal-Arabja Sawdija tmur kontra l-pożizzjoni komuni tal-UE dwar l-esportazzjonijiet ta' armi; jitlob lis-SEAE jipproponi, u lill-Kunsill jadotta, l-użu ta' miżuri restrittivi fil-konfront tal-Arabja Sawdija b'reazzjoni għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viżi;

29.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u r-rwol inkwetanti tal-pajjiż fir-reġjun; jesprimi d-disponibbiltà tiegħu li jkollu djalogu kostruttiv u miftuħ mal-awtoritajiet Sawdin, inklużi d-deputati parlamentari, dwar l-implimentazzjoni tal-impenji internazzjonali tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal skambju ta' għarfien espert dwar il-ġustizzja u kwistjonijiet ġuridiċi sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi fl-Arabja Sawdija;

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni dwar l-Istatus tan-Nisa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Maestà Tiegħu r-Re Salman bin Abdulaziz Al Saud u lill-Prinċep Eredi Mohammad bin Salman Al Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija u lis-Segretarju Ġenerali taċ-Ċentru għad-Djalogu Nazzjonali tar-Renju tal-Arabja Sawdija.

(1)  ĠU C 378, 9.11.2017, p. 64.

(2)  ĠU C 310, 25.8.2016, p. 29.

(3)  ĠU C 349, 17.10.2017, p. 34.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0232.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2018)0434.

(6)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/139


P8_TA(2019)0127

Id-dritt tal-protesta paċifika u l-użu proporzjonat tal-forza

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-dritt għal protesta paċifika u l-użu proporzjonat tal-forza (2019/2569(RSP))

(2020/C 449/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattati tal-UE u b'mod partikolari l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-Karta”),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi; billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

B.

billi l-istat tad-dritt huwa s-sinsla tad-demokrazija u huwa wieħed mill-prinċipji fundaturi tal-UE, li jopera fuq il-bażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka li l-Istati Membri jirrispettaw d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fil-KEDB;

C.

billi l-UE hija impenjata li tirrispetta l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, kif ukoll il-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni;

D.

billi l-Artikolu 11 tal-KEDB u l-Artikolu 12 tal-Karta jiddikjaraw li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u għal-libertà ta' assoċjazzjoni ma' oħrajn, inkluż id-dritt li jifformaw u jingħaqdu ma' trade unions għall-protezzjoni tal-interessi tagħhom;

E.

billi l-Artikolu 11 tal-KEDB jiddikjara li “Ma għandu jkun hemm ebda restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet ħlief dawk li jkunu preskritti b'liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali jew tas-sigurtà pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta' delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' ħaddieħor”;

F.

billi l-Artikolu 11 tal-KEDB jiddikjara wkoll dwar il-libertà ta' għaqda li “Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet skont il-liġi fuq l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet minn membri tal-Forzi Armati, tal-Pulizija jew tal-amministrazzjoni tal-Istat”;

G.

billi l-Artikolu 12 tal-Karta jiddikjara wkoll li “l-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni”;

H.

billi l-libertà ta' assoċjazzjoni għandha tkun protetta; billi soċjetà ċivili attiva u midja pluralista jiżvolġu rwol essenzjali fil-promozzjoni ta' soċjetà miftuħa u pluralista u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess demokratiku u fit-tisħiħ tar-responsabbiltà tal-gvernijiet;

I.

billi l-libertà ta' għaqda timxi id f'id mal-libertà ta' espressjoni, kif żgurat mill-Artikolu 11 tal-Karta u l-Artikolu 10 tal-KEDB, li jiddikjaraw li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà ta' espressjoni, li jinkludi l-libertà ta' opinjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtoritajiet pubbliċi u irrispettivament mill-fruntieri;

J.

billi l-eżerċizzju ta' dawn il-libertajiet, billi jġib miegħu dmirijiet u responsabbiltajiet, jista' jkun soġġett għal tali formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew penali kif preskritti mil-liġi u li jkunu meħtieġa f'soċjetà demokratika, fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, l-integrità territorjali jew is-sigurtà pubblika, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta' delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali, għall-protezzjoni tar-reputazzjoni jew drittijiet ta' ħaddieħor, biex jiġi evitat il-kxif ta' informazzjoni riċevuta b'mod kunfidenzjali, jew biex tiġi miżmuma l-awtorità u l-imparzjalità tal-ġudikatura, kif preskritt mill-Artikolu 10 tal-KEDB.

K.

billi l-Artikolu 52 tal-Karta jgħid li “Kull limitazzjoni fl-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet rikonoxxuti minn din il-Karta għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza ta' dawk id-drittijiet u l-libertajiet”;

L.

billi, skont l-Artikolu 4(2) tat-TUE, l-UE “għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom [tal-Istati Membri], inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali tal-Istat, iż-żamma tal-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali”. billi “b'mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru”;

M.

billi, skont il-ġurisprudenza tal-QEDB u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-restrizzjonijiet kollha tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet ċivili jridu jirrispettaw il-prinċipji tal-legalità, tan-neċessità u tal-proporzjonalità;

N.

billi l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f'bosta Stati Membri ġew ikkritikati talli dgħajfu d-dritt ta' protesta u talli użaw forza eċċessiva;

1.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispettaw id-drittijiet tal-libertà ta' għaqda paċifika, tal-libertà ta' assoċjazzjoni u tal-libertà ta' espressjoni;

2.

Jenfasizza li d-dibattitu pubbliku huwa vitali għall-funzjonament ta' soċjetajiet demokratiċi;

3.

Jikkundanna l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi rigward il-libertà ta' għaqda f'diversi Stati Membri f'dawn l-aħħar snin;

4.

Jikkundanna l-użu ta' interventi vjolenti u sproporzjonati mill-awtoritajiet tal-istat waqt protesti u dimostrazzjonijiet paċifiċi; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet rilevanti biex jiżguraw investigazzjoni trasparenti, imparzjali, indipendenti u effettiva meta jkun hemm suspett jew allegazzjoni li tkun intużat forza sproporzjonata; ifakkar li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi jeħtiġilhom dejjem jinżammu responsabbli għat-twettiq ta' dmirijiethom u għall-konformità tagħhom mal-oqfsa legali u operattivi rilevanti;

5.

Jitlob li l-Istati Membri jiżguraw li l-użu tal-forza mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkun dejjem legali, proporzjonat, neċessarju u l-aħħar għażla, u li jippreserva l-ħajja umana u l-integrità fiżika; jinnota li l-użu indiskriminat tal-forza kontra l-folol jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità;

6.

Jinnota r-rwol importanti tal-ġurnalisti u tal-fotoġurnalisti fir-rappurtar ta' każijiet ta' vjolenza sproporzjonata, u jikkundanna l-każijiet kollha fejn ġew attakkati deliberatament;

7.

Jemmen li l-vjolenza kontra dimostranti paċifiċi qatt ma tista' tkun soluzzjoni f'dibattitu jew fil-politika;

8.

Jirrikonoxxi li l-pulizija, li fosthom ukoll kien hemm ħafna korrimenti, qegħdin joperaw f'kundizzjonijiet diffiċli, b'mod partikolari minħabba l-ostilità ta' xi dimostranti, iżda wkoll minħabba ammont ta' xogħol eċċessiv; jikkundanna kull tip ta' vjolenza kontra individwi jew proprjetà minn dimostranti vjolenti u militanti, li jipparteċipaw biss għal skop vjolenti u jagħmlu ħsara lil-leġittimità tal-protesti paċifiċi;

9.

Iħeġġeġ lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri biex jipparteċipaw b'mod attiv fit-taħriġ mogħti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) dwar “L-ordni pubbliku – is-sorveljanza ta' avvenimenti kbar mill-pulizija”; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaqsmu ma' xulxin l-aqwa prattiki f'dan ir-rigward;

10.

Jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita s-sikurezza tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, tal-uffiċjali tal-pulizija u tas-suldati involuti f'operazzjonijiet taż-żamma tas-sigurtà waqt dimostrazzjonijiet pubbliċi ta' protesta;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlament tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0032.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/142


P8_TA(2019)0128

Id-drittijiet tal-persuni intersesswali

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar id-drittijiet tal-persuni intersesswali (2018/2878(RSP))

(2020/C 449/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (1),

wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2011 intitolat “Il-persuni transġeneru u intersesswali”,

wara li kkunsidra r-rapporti finali mill-proġett pilota ffinanzjat mill-KE “Health4LGBTI” dwar l-inugwaljanzi tas-saħħa li jesperjenzaw il-persuni LGBTI,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015 (3),

wara li kkunsidra r-rapport ippubblikat f'Mejju 2015 mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) intitolat “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali” (4),

wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni online tal-FRA ta' Novembru 2017 intitolata “L-immappjar tar-rekwiżiti tal-età minima rigward id-drittijiet tat-tfal fl-UE” (5),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-FRA dwar id-Drittijiet Fundamentali għall-2018,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament jew Pieni Inumani jew Degradanti,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2191 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, adottata fl-2017, dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontrihom,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni intersesswali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra,

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Yogyakarta (“Il-Prinċipji u l-Obbligi tal-Istat dwar l-Applikazzjoni tad-Dritt Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem b'rabta mal-Orjentazzjoni Sesswali, l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess”), adottata f'Novembru 2006, u l-10 prinċipji komplementari (“plus 10”) adottati fl-10 ta' Novembru 2017,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-drittijiet tal-persuni intersesswali (O-000132/2018 – B8-0007/2019 u O-000133/2018 – B8-0008/2019),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-individwi intersesswali jitwieldu b'karatteristiċi sesswali fiżiċi li ma jidħlux fin-normi mediċi jew soċjali għall-ġisem tal-mara jew tar-raġel, u billi dawn il-varjazzjonijiet fil-karatteristiċi sesswali jistgħu jimmanifestaw ruħhom f'karatteristiċi primarji (bħall-ġenitali interni u esterni, l-istruttura tal-kromosomi u dik ormonali) u/jew f'karatteristiċi sekondarji (bħall-massa tal-muskoli, id-distribuzzjoni tax-xagħar u l-istatura);

B.

billi l-persuni intersesswali huma esposti għal każijiet multipli ta' vjolenza u diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea, u billi dawn il-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jibqgħu ma jingħarfux fil-wisa' mill-pubbliku ġenerali u minn dawk li jfasslu l-politika;

C.

billi hemm prevalenza qawwija ta' operazzjonijiet kirurġiċi u trattamenti mediċi li jsiru fuq trabi intersesswali, minkejja li, fil-parti l-kbira, dawn it-trattamenti mhumiex medikament neċessarji; billi l-kirurġija kożmetika u l-kirurġija urġenti jistgħu jiġu proposti bħala pakkett, b'mod li ma jħallix li l-ġenituri u l-persuni intersesswali jkollhom informazzjoni sħiħa dwar l-impatt ta' kull kirurġija;

D.

billi operazzjonijiet kirurġiċi u trattamenti mediċi jsiru fuq tfal intersesswali mingħajr ma dawn tal-aħħar ikunu taw minn qabel il-kunsens personali, sħiħ u infurmat tagħhom; billi l-mutilazzjonijiet ġenitali intersesswali jistgħu jikkawżaw konsegwenzi tul il-ħajja, bħal trawma psikoloġika u diżabilità fiżika;

E.

billi l-individwi intersesswali u t-tfal intersesswali li jappartjenu lil gruppi minoritarji u emarġinati oħrajn jiġu ulterjorment emarġinati u esklużi soċjalment u jkunu f'riskju ta' vjolenza u diskriminazzjoni minħabba l-identitajiet tagħhom li jissallbu u jitrikkbu fuq xulxin;

F.

billi, fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE, operazzjoni kirurġika tista' ssir fuq tifel jew tifla intersesswali u fuq individwu intersesswali b'diżabilitajiet bil-kunsens tal-kustodju legali tagħhom, irrispettivament mill-kapaċità tal-persuna intersesswali li tiddeċiedi għaliha nfisha;

G.

billi, f'ħafna każijiet, il-ġenituri u/jew il-kustodji legali ssirilhom pressjoni qawwija biex jieħdu deċiżjonijiet mingħajr ma jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-konsegwenzi tul il-ħajja għal uliedhom;

H.

billi ħafna persuni intersesswali ma għandhomx aċċess sħiħ għar-rekords mediċi tagħhom, u għalhekk ma jafux li huma intersesswali jew ma jafux liema trattamenti mediċi jkunu ġarrbu;

I.

billi l-varjazzjonijiet intersesswali għadhom jiġu kklassifikati bħala mard, bħal pereżempju fil-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fin-nuqqas ta' evidenza li tirfed is-suċċess tat-trattamenti fuq żmien twil;

J.

billi uħud mill-persuni intersesswali ma jidentifikawx ruħhom mal-ġeneru li jiġi assenjat lilhom medikament fit-twelid; billi r-rikonoxximent legali tal-ġeneru bbażat fuq l-awtodeterminazzjoni huwa possibbli biss f'sitt Stati Membri; billi ħafna Stati Membri tal-UE għadhom jirrikjedu l-isterilizzazzjoni għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru;

K.

billi l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni fil-livell tal-UE, u fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ma tinkludix diskriminazzjoni bbażata fuq karatteristiċi tas-sess, la bħala kategorija awtonoma u lanqas interpretata bħala forma ta' diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess;

L.

billi ħafna tfal intersesswali jiffaċċjaw ksur tad-drittijiet tal-bniedem u mutilazzjonijiet ġenitali fl-UE meta jġarrbu trattamenti ta' normalizzazzjoni sesswali;

1.

Jinnota l-ħtieġa urġenti li l-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali jiġu indirizzati, u jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jipproponu leġiżlazzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet;

Medikalizzazzjoni u patoloġizzazzjoni

2.

Jikkundanna bil-qawwa t-trattamenti u l-kirurġija ta' normalizzazzjoni sesswali; jilqa' l-liġijiet li jipprojbixxu l-operazzjonijiet kirurġiċi (bħal f'Malta u fil-Portugall) u jħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra jadottaw leġiżlazzjoni simili mill-aktar fis;

3.

Jenfasizza l-ħtieġa li tfal intersesswali u individwi intersesswali b'diżabilitajiet, kif ukoll il-ġenituri jew il-kustodji tagħhom, jingħataw konsulenza u sostenn adegwati, u li jiġu infurmati bis-sħiħ dwar il-konsegwenzi ta' trattamenti ta' normalizzazzjoni sesswali;

4.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw organizzazzjonijiet li jaħdmu biex titneħħa l-istigma kontra l-persuni intersesswali;

5.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jżidu l-finanzjament lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-persuni intersesswali;

6.

Jitlob li l-Istati Membri jtejbu l-aċċess tal-persuni intersesswali għar-rekords mediċi tagħhom, u jiżguraw li ħadd ma jiġi soġġett għal trattament mediku jew kirurġiku mhux meħtieġ matul l-infanzja jew it-tfulija, filwaqt li jiggarantixxu l-integrità tal-ġisem, l-awtonomija u l-awtodeterminazzjoni għat-tfal ikkonċernati;

7.

Huwa tal-fehma li l-patoloġizzazzjoni ta' varjazzjonijiet intersesswali tipperikola t-tgawdija sħiħa tad-dritt għall-ogħla standard possibbli ta' saħħa għall-persuni intersesswali, kif minqux fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jitlob li l-Istati Membri jiżguraw li s-sitwazzjoni tal-persuni intersesswali ma tibqax titqies bħala patoloġija;

8.

Jilqa' l-fatt li, imqar parzjalment, l-identitajiet transġeneru ma għadhomx jitqiesu bħala patoloġiji fil-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard ICD-11; jinnota, madankollu, li l-kategorija ta' “inkongruwenza tal-ġeneru” fit-tfulija tqis imġiba li mhijiex skont in-norma tal-ġeneru fit-tfulija bħala patoloġija; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri jaħdmu biex il-kategorija ta' din il-kategorija titneħħa mill-ICD-11, u jġibu reviżjoni futura tal-ICD f'konformità mas-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħhom;

Dokumenti tal-identità

9.

Jenfasizza l-importanza ta' proċeduri flessibbli ta' reġistrazzjoni tat-twelid; jilqa' l-liġijiet adottati f'uħud mill-Istati Membri li jippermettu r-rikonoxximent legali tal-ġeneru abbażi tal-awtodeterminazzjoni; iħeġġeġ lil Stati Membri oħra jadottaw leġiżlazzjoni simili, inklużi proċeduri flessibbli għat-tibdil tal-indikaturi tal-ġeneru, dment li dawn jibqgħu jiġu rreġistrati, u tal-ismijiet fuq iċ-ċertifikati tat-twelid u d-dokumenti tal-identità (inkluża l-possibilità ta' ismijiet li ma jagħmlux distinzjoni bejn il-ġeneri);

Diskriminazzjoni

10.

Jiddeplora n-nuqqas ta' rikonoxximent tal-karatteristiċi tas-sess bħala bażi ta' diskriminazzjoni madwar l-UE kollha, u għalhekk jirrileva l-importanza ta' dan il-kriterju biex jiġi żgurat li l-persuni intersesswali jkollhom aċċess għall-ġustizzja;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-iskambju ta' prattiki tajba dwar il-kwistjoni; jitlob li l-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jipproteġu, jirrispettaw u jippromwovu b'mod adegwat id-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali, fosthom it-tfal intersesswali, b'mod li jinkludi protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni;

Għarfien fost il-pubbliku

12.

Jistieden lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jwettqu riċerka dwar persuni intersesswali minn perspettiva soċjoloġika u tad-drittijiet tal-bniedem, pjuttost milli minn waħda medika;

13.

Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-fondi tal-UE ma jappoġġjawx proġetti ta' riċerka/proġetti mediċi li jkomplu jikkontribwixxu għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali, fil-kuntest tan-Networks Ewropej ta' Referenza (ERNs); Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw u jiffinanzjaw riċerka dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali;

14.

Jitlob li, rigward id-drittijiet tal-persuni intersesswali, il-Kummissjoni tieħu approċċ olistiku u bbażat fuq id-drittijiet, u tikkoordina aħjar il-ħidma tad-Direttorati Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi, għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura, u għas-Saħħa u s-Sikurezza tal-Ikel, bil-għan li tiżgura politiki u programmi konsistenti li jappoġġjaw lill-persuni intersesswali, inkluż taħriġ tal-uffiċjali tal-istat u tal-professjoni medika;

15.

Jitlob li l-Kummissjoni ssaħħaħ id-dimensjoni intersesswali fil-lista tal-azzjonijiet pluriennali LGBTI tagħha għall-perjodu kurrenti, u tibda tħejji minn issa tiġdid ta' din l-istrateġija għall-perjodu pluriennali li jmiss (2019–2024);

16.

Jitlob li l-Kummissjoni tiffaċilita l-qsim tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-integrità fiżika tal-persuni intersesswali;

o

o o

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(2)  ĠU C 93, 24.3.2017, p. 21.

(3)  ĠU C 238, 6.7.2018, p. 2.

(4)  https://fra.europa.eu/en/publication/2015/fundamental-rights-situation-intersex-people

(5)  http://fra.europa.eu/en/publication/2017/mapping-minimum-age-requirements-concerning-rights-child-eu


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/146


P8_TA(2019)0129

Il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024) (2019/2573(RSP))

(2020/C 449/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni CM/Rec(2010)5 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati membri dwar miżuri għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, adottata fil-31 ta' Marzu 2010,

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426) u l-pożizzjoni tiegħu tat-2 ta' April 2009 dwar tali proposta,

wara li kkunsidra l-linji gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI tas-16 ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-istħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-persuni leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru, imwettaq mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ppubblikat fis-17 ta' Mejju 2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2017 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2191(2017) tat-12 ta' Ottubru 2017 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni intersesswali u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontrihom,

wara li kkunsidra l-Lista ta' Azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni tal-2016 u tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Lista ta' Azzjonijiet biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tal-5 ta' Ġunju 2018 (Relu Adrian Coman et vs Inspectoratul General pentru Imigrări u Ministerul Afacerilor Interne(3) u ġurisprudenza rilevanti oħra tal-QtĠ-UE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Mejju 2015 intitolat “The fundamental rights situation of intersex people” (Is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuni intersesswali),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ta' Marzu 2017 intitolat “Current migration situation in the EU: Lesbian, gay, bisexual, transgender and intersex asylum seekers” (Is-sitwazzjoni attwali tal-migrazzjoni fl-UE: il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali li jfittxu asil),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2015 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-persuni intersesswali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2048(2015) tat-22 ta' April 2015 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-diskriminazzjoni kontra l-persuni transġeneru fl-Ewropa,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-futur tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI (2019-2024) (O-000006/2019 – B8-0014/2019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-persuni LGBTI għadhom qed ibatu minn diskriminazzjoni u vjolenza fl-Unjoni Ewropea; billi mhux l-Istati Membri kollha tal-UE jipprovdu protezzjoni legali għall-persuni LGBTI kontra d-diskriminazzjoni;

B.

billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru, stieden lill-Kummissjoni tadotta strateġija dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI;

C.

billi l-Kunsill Ewropew, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI tas-16 ta' Ġunju 2016, stieden lill-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-Kummissjoni fir-rigward tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI;

D.

billi l-Kummissjoni adottat oqfsa strateġiċi komprensivi dwar temi oħra relatati mad-drittijiet fundamentali, bħalma huma d-diżabilità u l-inklużjoni tar-Rom, iżda għad trid tieħu tali azzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI;

E.

billi l-Lista ta' Azzjonijiet biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI, ippubblikata mill-Kummissjoni fl-2015, hija strateġija mhux vinkolanti u mhux komprensiva;

F.

billi r-rapporti tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Lista ta' Azzjonijiet biex tiġi avvanzata l-ugwaljanza għal-LGBTI juru li ttieħdu passi sinifikanti, iżda għad fadal ħafna xi jsir biex tiġi żgurata l-ugwaljanza għaċ-ċittadini kollha fl-UE, inklużi ċ-ċittadini LGBTI;

G.

billi, għalkemm il-linji gwida adottati mill-Kunsill Ewropew għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI) ilhom jorbtu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha fl-azzjoni esterna tagħhom sa mill-2013, in-nuqqas ta' impenn komplementari intern min-naħa tal-UE huwa theddida għall-koeżjoni interna u esterna;

H.

billi d-direttiva kontra d-diskriminazzjoni għadha mblukkata fil-Kunsill;

1.

Itenni r-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE;

2.

Jinnota li f'dawn l-aħħar snin fl-UE ġiet osservata reazzjoni negattiva kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b'impatt dirett fuq il-persuni LGBTI; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-impenn li tindirizza din ir-reazzjoni negattiva, tagħmel l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni qasam ta' prijorità u tiżgura li dan l-impenn ikun rifless fil-ħidma tal-Kummissjoni li jmiss, li se tieħu l-kariga aktar tard fl-2019;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-drittijiet tal-persuni LGBTI jingħataw prijorità fil-programm ta' ħidma tagħha għall-perjodu 2019-2024 u ssaħħaħ il-kooperazzjoni fost id-Direttorati Ġenerali differenti fl-oqsma fejn id-drittijiet tal-persuni LGBTI għandhom jiġu integrati, bħall-edukazzjoni u s-saħħa, kif stabbilit fil-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tadotta dokument strateġiku ieħor biex trawwem l-ugwaljanza għall-persuni LGBTI;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja u tinforza l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u l-miżuri maħsuba biex jiżguraw id-drittijiet tal-persuni LGBTI fl-oqsma kollha;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem fuq it-temi diġà inklużi fil-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-Parlament u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-Lista ta' Azzjonijiet LGBTI futura tagħha;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli għaddejja bil-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' komunikazzjoni pubblika dwar il-persuni LGBTI u l-familji tagħhom; jisħaq fuq l-importanza li ssir tali azzjoni fil-livelli kollha u li l-enfasi tkun fuq il-benefiċċji tad-diversità għas-soċjetà aktar milli fuq is-sempliċi normalizzazzjoni tal-persuni LGBTI;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom ta' programmi edukattivi ta' kwalità għolja u komprensivi dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet li jipprovdu informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati b'mod li jkun ħieles minn kull ġudizzju, li jkun imfassal b'mod pożittiv u li jkun inklużiv fil-konfront tal-persuni LGBTI;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri konkreti biex tiżgura l-libertà ta' moviment għall-familji kollha, inklużi l-familji LGBTI, f'konformità mal-kawża reċenti Coman tal-QtĠ-UE;

11.

Jinnota li, għall-aċċess għar-rikonoxximent legali tal-ġeneru, 8 Stati Membri jesiġu l-isterilizzazzjoni filwaqt li 18-il Stat Membru jesiġu dijanjożi tas-saħħa mentali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk tali esiġenzi humiex konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora perspettiva intersezzjonali fil-ħidma futura tagħha dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI, tieħu inkonsiderazzjoni l-esperjenzi ta' diskriminazzjoni trasversali li jiltaqgħu magħhom il-persuni LGBTI emarġinati u tiżviluppa miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, inkluż billi tagħmel disponibbli finanzjament għal netwerks ta' appoġġ speċifiċi ta' gruppi LGBTI emarġinati;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem mal-Istati Membri bil-għan li l-azzjonijiet futuri tagħha dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTI jiġu implimentati;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-iskambju ta' prattiki tajba dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-Istati Membri jadottaw il-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet fundamentali tat-tfal LGBTI jingħataw rispett, promozzjoni u protezzjoni adegwati, inkluża protezzjoni sħiħa kontra d-diskriminazzjoni;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU C 93, 24.3.2017, p. 21.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0032.

(3)  Is-sentenza tal-Qorti (Awla Manja) tal-5 ta' Ġunju 2018, ECLI:EU:C:2018:385.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/149


P8_TA(2019)0130

Il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-futur tat-Trattat INF u l-impatt fuq l-Unjoni Ewropea (2019/2574(RSP))

(2020/C 449/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar l-Eliminazzjoni tal-Missili ta' Medda Intermedja u ta' Medda Iqsar tagħhom (minn hawn' il quddiem “it-Trattat INF”), iffirmat f'Washington fit-8 ta' Diċembru 1987 mill-President tal-Istati Uniti ta' dak iż-żmien, Ronald Reagan, u mill-mexxej tal-Unjoni Sovjetika, Mikhail Gorbatchev (1),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-2018 dwar iż-Żamma u l-Konformità mal-Ftehimiet u mal-Impenji dwar il-Kontroll tal-Armi, in-Nonproliferazzjoni, u d-Diżarm imħejji mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Ottubru 2018 mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump li wissa dwar l-irtirar tal-Istati Uniti mit-Trattat INF,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-2 ta' Frar 2019 mis-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti dwar l-intenzjoni tal-Istati Uniti li jirtiraw mit-Trattat INF (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President Russu Vladimir Putin tat-2 ta' Frar 2019 li stqarr li r-Russja wkoll kienet sejra tissospendi l-parteċipazzjoni tagħha fit-Trattat,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar it-Trattat INF maħruġa mill-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO fl-4 ta' Diċembru 2018 (3),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea – Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha,

wara li kkunsidra l-preokkupazzjonijiet imqajma fl-2019 mill-Istati Uniti u min-NATO rigward in-nuqqas ta' konformità mat-Trattat INF min-naħa tar-Russja, b'referenza partikolari għas-sistema tal-missili ġdida 9M729 tagħha, l-aktar reċentement fid-dikjarazzjoni tal-1 ta' Frar 2019 maħruġa mill-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana (4),

wara li kkunsidra l-kummenti tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, fis-seba' Konferenza tal-UE dwar in-Nonproliferazzjoni u d-Diżarm, li saret fi Brussell fit-18 u d-19 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni (5),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, iffirmata fi Brussell fl-10 ta' Lulju 2018,

wara li kkunsidra l-Aġenda tan-NU għad-Diżarm (6),

wara li kkunsidra l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 16 tan-NU, li għandu l-għan li jippromwovi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli (7),

wara li kkunsidra r-rapport ta' progress annwali tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva tat-18 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) tal-1968, bl-obbligi li jimponi fuq l-istati kollha li jaħdmu favur id-diżarm nukleari b'intenzjoni tajba u jtemmu t-tellieqa tal-armi nukleari,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW) adottat fis-7 ta' Lulju 2017 mill-Assemblea Ġenerali tan-NU,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar it-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (8),

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet fit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (8079/15),

wara li kkunsidra l-Premju Nobel għall-Paċi tal-2017 mogħti lill-Kampanja Internazzjonali għall-Abolizzjoni tal-Armi Nukleari (ICAN), u d-dikjarazzjoni tagħha tat-1 ta' Frar 2019 intitolata “Irtirar tal-Istati Uniti mit-Trattat INF jqiegħed l-Ewropa (u d-dinja) f'riskju”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-Trattat INF, iffirmat fl-1987 mill-Istati Uniti u mill-Unjoni Sovjetika, kien ftehim uniku fl-era tal-Gwerra l-Bierda, peress li obbliga liż-żewġ partijiet jeqirdu (u mhux biss jillimitaw) il-ħażniet tagħhom ta' missili terrestri ballistiċi u ta' kruċiera b'armi nukleari u konvenzjonali li jwasslu bejn 500 km u 5 500 km, filwaqt li pprojbixxielhom li jippossjedu, jipproduċu u jittestjaw it-titjir ta' dawn il-missili,

B.

billi, sa Mejju 1991, 2 692 missila kienu ġew eliminati skont it-termini tat-Trattat; billi mbagħad, fl-għaxar snin ta' wara, saru spezzjonijiet fil-post; billi, bis-saħħa tat-Trattat INF, fl-aħħar mill-aħħar tneħħew aktar minn 3 000 missila b'testati nukleari;

C.

billi t-Trattat INF ikkontribwixxa għat-trażżin tal-kompetizzjoni strateġika bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika, u sussegwentement il-Federazzjoni Russa, u għall-bini u t-tisħiħ tal-istabbiltà fl-era tal-Gwerra l-Bierda; billi l-Ewropa kienet il-benefiċjarju prinċipali tat-Trattat INF, li kellu rwol fundamentali fiż-żamma tas-sigurtà tagħha għal aktar minn tliet deċennji; billi t-Trattat għadu pilastru tal-paċi u tal-istabbiltà internazzjonali, b'mod partikolari bħala parti mill-arkitettura tas-sigurtà Ewropea;

D.

billi, fl-2014, l-amministrazzjoni ta' Obama stqarret li r-Russja kienet “fi ksur tal-obbligi tagħha skont it-Trattat INF li ma tippossjedix, ma tipproduċix u ma tittestjax fit-titjir missila ta' kruċiera terrestri (GLCM) li kapaċi twassal bejn 500 km u 5 500 km, jew li tipposjedi jew tipproduċi apparat li jispara tali missili”; billi rapporti sussegwenti, ippubblikati mid-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti fl-2015, fl-2016, fl-2017 u fl-2018, tennew l-akkużi tal-Istati Uniti li r-Russja kienet baqgħet tikser it-Trattat;

E.

billi l-Istati Uniti u n-NATO darba wara l-oħra saqsew lir-Russja dwar l-attivitajiet tagħha ta' żvilupp tal-missili, b'mod partikolari rigward is-sistema tal-missili 9M729, li jqisu li tikser it-Trattat INF;

F.

billi, f'Diċembru 2017, fl-okkażjoni tat-30 anniversarju tat-Trattat, l-amministrazzjoni tal-President Trump ħabbret “strateġija integrata” ta' miżuri diplomatiċi, militari u ekonomiċi, maħsuba biex treġġa' lir-Russja fil-konformità mat-Trattat; billi dawn il-miżuri kienu jinkludu sforzi diplomatiċi permezz tal-Kummissjoni Speċjali ta' Verifika, il-varar ta' programm ta' riċerka u żvilupp militari, u miżuri ekonomiċi kontra entitajiet Russi involuti fl-iżvilupp u fil-produzzjoni tal-missila mhux konformi;

G.

billi l-Istati Uniti u r-Russja naqsu milli jindirizzaw il-preokkupazzjonijiet reċiproċi tagħhom permezz ta' djalogu diplomatiku; billi l-Kummissjoni Speċjali ta' Verifika stabbilita fil-qafas tat-Trattat biex tindirizza, fost affarijiet oħra, kwistjonijiet ta' konformità, ma tlaqqgħetx;

H.

billi, fl-20 ta' Ottubru 2018, il-President Trump ħabbar li l-Istati Uniti kienu se jirtiraw mit-Trattat, minħabba n-nuqqas ta' konformità min-naħa tar-Russja u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni taċ-Ċina; billi, fl-4 ta' Diċembru 2018, wara l-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO, is-Segretarju tal-Istat tal-Istati Uniti, Mike Pompeo, ħabbar li l-Istati Uniti kienu kkonstataw li r-Russja kienet fi ksur materjali tat-Trattat u li, b'effett fi żmien 60 jum, kienu se jissospendu l-obbligi tagħhom bħala rimedju, dment li r-Russja ma terġax lura għal konformità sħiħa u verifikabbli;

I.

billi, fl-1 ta' Frar 2019, l-Istati Uniti ħabbru, wara l-iskadenza ta' 60 jum mogħtija lir-Russja biex tirritorna għal konformità sħiħa, li kienu se jissospendu l-obbligi tagħhom skont it-Trattat INF u jibdew il-proċess tal-irtirar minnu, dment li r-Russja, li l-Istati Uniti tal-Amerka jemmnu li tinsab fi ksur materjali tat-Trattat, ma terġax lura għall-konformità mat-termini tat-Trattat fi żmien sitt xhur; billi s-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, appella lir-Russja biex tieħu vantaġġ mill-perjodu ta' sitt xhur offrut lilha mill-Istati Uniti sabiex terġa' lura għal konformità sħiħa;

J.

billi, fl-4 ta' Diċembru 2018, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tan-NATO rrikonoxxew il-vjolazzjonijiet tat-Trattat INF min-naħa tar-Russja u talbu li r-Russja terġa' lura b'urġenza għal konformità sħiħa u verifikabbli mat-Trattat;

K.

billi, fit-2 ta' Frar 2019, ir-Russja ħabbret li kienet se tissospendi t-Trattat INF u tiżviluppa tipi ġodda ta' missili; billi l-awtoritajiet Russi ripetutament qajmu preokkupazzjonijiet dwar l-installazzjonijiet missilistiċi ta' difiża tan-NATO;

L.

billi ċ-Ċina, flimkien ma' pajjiżi oħra li mhumiex firmatarji tat-Trattat INF, wettqet proliferazzjoni mifruxa tal-ħażna ta' missili tagħha, b'mod li juri l-ħtieġa għal trattat ġdid li jorbot lill-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina;

M.

billi t-tmiem potenzjali tat-Trattat jista' jwassal għal eskalazzjoni tat-tensjonijiet fost l-istati nukleari, għal malintiżi u għal tellieqa tal-armi ġdida;

N.

billi t-Trattat INF huwa pedament biex jinżammu l-istabbiltà strateġika globali, il-paċi fid-dinja u s-sigurtà reġjonali; billi l-preservazzjoni tat-Trattat tikkontribwixxi għall-isforzi biex jiġu ppreservati ftehimiet eżistenti oħra dwar il-kontroll tal-armi u d-diżarm, kif ukoll toħloq kundizzjonijiet aktar favorevoli għan-negozjati dwar il-limitazzjoni tal-armi, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni; billi t-tħabbiriet ta' rtirar qed iqajmu dubji dwar il-probabbiltà li ma jiġux estiżi trattati ewlenin oħra dwar il-kontroll tal-armi, bħat-Trattat bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Federazzjoni Russa dwar Miżuri għal Aktar Tnaqqis u Limitazzjoni ta' Armi Offensivi Strateġiċi (“New START”), liema nuqqas ta' estensjoni jagħmel ħsara serja lir-reġim internazzjonali għall-kontroll tal-armi li pprovda għaxriet ta' snin ta' stabbiltà rigward l-armi nukleari, hekk li jħalli lid-dinja mingħajr ebda limitu vinkolanti bil-liġi u verifikabbli dwar l-arsenali nukleari;

O.

billi t-Trattat tan-NU dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari ġie miftuħ għall-iffirmar mis-Segretarju Ġenerali tan-NU fl-20 ta' Settembru 2017 u sal-lum ġie ffirmat minn 70 stat, li minnhom 21 saru Stati Partijiet permezz ta' ratifika, u billi wieħed minn dawn il-pajjiżi, l-Awstrija, huwa Stat Membru tal-UE, filwaqt li l-Irlanda aktarx tippreżenta l-istrumenti ta' ratifika tagħha lis-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-ftit xhur li ġejjin;

P.

billi r-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi ICAN talbet li l-istati kollha jirratifikaw it-Trattat dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari;

1.

Jappoġġja l-konformità mat-Trattat INF, u l-kontinwazzjoni u t-tisħiħ tiegħu; ifakkar fil-kontribut vitali li għamel għall-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja u għad-diżarm u għan-nonproliferazzjoni globali;

2.

Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-ksur tat-Trattat, u t-tħabbiriet sussegwenti mill-Istati Uniti u mir-Russja dwar is-sospensjoni tal-obbligi tagħhom skont it-Trattat u dwar l-irtirar tagħhom minnu f'perjodu ta' sitt xhur; jissottolinja li dawn l-iżviluppi jirrappreżentaw theddida għall-interessi ta' sigurtà l-aktar vitali tal-Ewropa, kif ukoll għas-sigurtà u għall-paċi fl-Ewropa u fid-dinja; jibża' li dawn l-azzjonijiet jistgħu jirriżultaw f'kalkoli u f'perċezzjonijiet żbaljati li jwasslu għal deterjorament tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u r-Russja, eskalazzjoni tat-tensjonijiet, intensifikazzjoni tat-theddidiet u tar-riskji nukleari u militari, u ritorn possibbli ta' tlielaq tal-armi destabbilizzanti, li jkunu ta' ħsara għas-sigurtà u għall-istabbiltà strateġika tal-Ewropa;

3.

Jesprimi kundanna fil-konfront tar-Russja talli baqgħet tikser it-termini tat-Trattat;

4.

Jitlob li r-Russja, bħala risposta għall-ksur kontinwu tat-termini tat-Trattat min-naħa tagħha, terġa' lura għal konformità sħiħa u verifikabbli sabiex tindirizza l-preokkupazzjonijiet li qajmu l-Istati Uniti u n-NATO, u jħeġġeġ lir-Russja biex tikkommetti ruħha favur il-futur fit-tul tal-ftehim;

5.

Jirrikonoxxi l-importanza ta' trasparenza sħiħa u djalogu fl-interess tal-bini tal-fiduċja u tal-kunfidenza fl-implimentazzjoni tat-Trattat INF u ta' kwalunkwe ftehim ieħor li jirfed l-istabbiltà strateġika u s-sigurtà; fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jistieden kemm lir-Russja kif ukoll lill-Istati Uniti biex isolvu l-allegazzjonijiet rispettivi dwar il-konformità, jidħlu fi djalogu kostruttiv taħt l-awspiċji tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, tal-Kummissjoni Speċjali ta' Verifika jew ta' fora xierqa oħra, bil-għan li jbaxxu t-tensjonijiet, fil-qies tal-interessi u tal-preokkupazzjonijiet taż-żewġ partijiet, u li jwettqu negozjati b'intenzjoni tajba biex jissalvagwardjaw it-Trattat INF qabel l-irtirar effettiv f'Awwissu 2019, filwaqt li jtejbu t-trasparenza u l-monitoraġġ reċiproku u jiksbu regoli u garanziji aktar b'saħħithom dwar il-kapaċitajiet tagħhom rigward il-missili u l-armi nukleari rispettivi tagħhom;

6.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tutilizza t-tieqa ta’ sitt xhur ħalli tuża l-mezzi politiċi u diplomatiċi kollha għad-dispożizzjoni tagħha bil-għan li tidħol fi djalogu mal-Istati Partijiet tal-INF sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja transfruntiera, filwaqt li toffri l-għarfien espert u l-esperjenza ta' medjazzjoni tal-UE, bil-ħsieb li jiġi evitat l-irtirar kemm tal-Istati Uniti kif ukoll tar-Russja; iħeġġeġ lill-VP/RGħ biex tirsisti favur il-preservazzjoni u l-iżvilupp tat-Trattat INF u tagħti bidu għal negozjati għal trattat multilaterali għal din il-kategorija ta’ missili; jitlob li l-VP/RGħ tiżgura li l-UE taġixxi bħala fornitur proattiv u kredibbli ta' sigurtà, inkluż għall-viċinat tagħha, u li tassumi rwol qawwi u kostruttiv biex tiżviluppa u ssaħħaħ l-isforzi globali tan-nonproliferazzjoni u tal-kontroll tal-armi u l-arkitettura ta' diżarm ibbażati fuq ir-regoli;

7.

Jenfasizza li l-futur inċert tat-Trattat INF ma għandux jipperikola ftehimiet oħra dwar il-kontroll tal-armi; iħeġġeġ, b’mod partikolari, lill-Istati Uniti u lir-Russja biex jestendu l-ftehim New START, li jillimita l-għadd ta’ testati strateġiċi skjerati fuq kull naħa għal-1 550, qabel ma jiskadi fl-2021;

8.

Itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur il-preservazzjoni ta' reġimi internazzjonali effikaċi għall-kontroll tal-armi, għad-diżarm u għan-nonproliferazzjoni, bħala pedament tas-sigurtà dinjija u Ewropea; huwa tal-fehma li l-Ewropa jeħtiġilha tmexxi bl-eżempju sabiex tkun kredibbli u ġġib 'il quddiem dinja ħielsa mill-armi nukleari; jitlob li l-Istati Membri tal-UE jagħmlu d-diżarm nukleari multilaterali prijorità tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE; ifakkar fl-impenn tiegħu favur politiki mfassla biex nimxu 'l quddiem bit-tnaqqis u bl-eliminazzjoni tal-ħażniet nukleari kollha;

9.

Jemmen li s-sigurtà Ewropea għandha tibqa' indiviżibbli; jitlob li l-Istati Membri kollha tal-UE li huma wkoll membri tan-NATO jaġixxu b'mod konsegwenti; jitlob li l-VP/RGħ tiżviluppa valutazzjoni komuni tat-theddidiet li tanalizza l-implikazzjonijiet għas-sigurtà tal-UE jekk jagħti l-każ li l-protezzjoni li t-Trattat INF jipprovdi lill-Unjoni u liċ-ċittadini tagħha ma tibqax tapplika, u tirrapporta lura lill-Parlament fil-waqt, skont l-Artikolu 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u wara dan tiżviluppa strateġija ta’ diżarm nukleari kredibbli u ambizzjuża bbażata fuq multilateraliżmu effikaċi;

10.

Jitlob li l-VP/RGħ tressaq proposti biex timmobilizza fondi tal-UE u ssaħħaħ il-bażi ta' għarfien u kompetenza tal-Unjoni rigward in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi u l-kapaċitajiet umani biex tanalizza t-theddidiet li jirriżultaw mill-armi nukleari; jitlob li l-VP/RGħ tippreżenta pjanijiet prudenti għall-prevenzjoni tal-użu mhux intenzjonat jew aċċidentali tal-armi nukleari;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President u lill-Membri tal-Kungress tal-Istati Uniti, lill-President tal-Federazzjoni Russa, u lill-Membri tad-Duma u tal-Kunsill Federali tar-Russja.

(1)  https://treaties.un.org/doc/Publication/UNTS/Volume%201657/v1657.pdf

(2)  https://www.state.gov/secretary/remarks/2019/02/288722.htm

(3)  https://www.nato.int/cps/en/natohq/official_texts_161122.htm

(4)  https://www.nato.int/cps/en/natohq/news_162996.htm

(5)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 202.

(6)  https://front.un-arm.org/documents/SG+disarmament+agenda_1.pdf

(7)  https://sustainabledevelopment.un.org/sdg16

(8)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 77.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/154


P8_TA(2019)0131

NAIADES II – Programm ta' azzjoni ta' appoġġ għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar NAIADES II – Programm ta' azzjoni ta' appoġġ għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (2018/2882(RSP))

(2020/C 449/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-mistoqsija għal tweġiba orali lill-Kummissjoni dwar NAIADES II – Programm ta' azzjoni għall-appoġġ tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (O-000016/2014 – B7-0104/2014),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2006 dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni intitolata “NAIADES – Programm ta' Azzjoni Integrat għat-Trasport fl-Ilmijiet Navigabbli Interni” (COM(2006)0006),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2006 dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (1),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Settembru 2013 intitolata “Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni – NAIADES II” (COM(2013)0623),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2014 dwar NAIADES II – NAIADES II – Programm ta' azzjoni biex jappoġġja t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (2),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2018 intitolat “Rapport ta' progress ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni NAIADES II għall-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (li jkopri l-perjodu 2014-2017)” (SWD(2018)0428),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2016 intitolata “Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi” (COM(2016)0501),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ilmijiet navigabbli interni jippermettu li żoni agrikoli ewlenin, ċentri industrijali, bliet u portijiet importanti tal-UE jkunu konnessi bejniethom, u b'hekk jagħtu kontribut konsiderevoli għall-għanijiet tal-UE ta' dekarbonizzazzjoni, tkabbir sostenibbli u koeżjoni territorjali;

B.

billi hemm ħtieġa ta' bidla modali mit-trasport bit-triq għat-tbaħħir intern sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 (COP21), u billi t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandu biżżejjed kapaċità biex jassorbi volumi ferm ogħla ta' merkanzija u ta' passiġġieri bil-għan li jtaffi l-konġestjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport bit-triq;

C.

billi t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa essenzjali biex ikomplu jitnaqqsu aktar l-effetti negattivi tat-trasport permezz ta' użu aktar effiċjenti tal-art u tal-enerġija u tnaqqis tal-istorbju u tal-għadd ta' inċidenti;

D.

billi jekk irridu niksbu prestazzjoni ambjentali mtejba jkun jeħtieġ li l-flotta tal-ilmijiet navigabbli interni tiġi modernizzata u adattata biex tirrifletti l-progress tekniku, u b'hekk jiġi żgurat il-vantaġġ kompetittiv tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fit-trasport multimodali;

E.

billi s'issa r-riżorsi finanzjarji li ġew iddedikati lis-settur tal-ilmijiet navigabbli interni kienu limitati, u billi l-aċċess għall-finanzi għadu diffiċli għal settur li jikkonsisti primarjament minn negozji żgħar;

1.

Jappoġġja l-azzjonijiet speċifiċi meħuda s'issa u jilqa' l-azzjonijiet ulterjuri ppjanati fil-programm ta' azzjoni NAIADES II għall-perjodu 2014-2020;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġġorna u ġġedded il-programm NAIADES sal-2020 biex tiżgura li l-potenzjal tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni bħala mod ta' trasport sikur, sostenibbli u effettiv fis-sistema tat-trasport multimodali jkun jista' jiġi sfruttat bis-sħiħ permezz ta' strateġija fit-tul tal-UE mmirata lejn il-kisba ta' bidla modali ta' suċċess;

3.

Jissottolinja li, meta jkunu qed jiġu abbozzati inizjattivi fil-qasam tat-trasport, it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jrid jitqies fil-qafas ta' approċċ olistiku u fit-tul fi ħdan il-politika tat-trasport intermodali u sostenibbli tal-UE;

4.

Jenfasizza li n-navigazzjoni interna turistika hija settur li qed jiffjorixxi u li l-kompetittività ta' industriji importanti tal-UE tiddependi mill-affidabbiltà u l-kosteffettività tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għall-provvista tagħhom ta' prodotti; jappella, għaldaqstant, biex ikun hemm politiki proattivi mmirati lejn l-appoġġ għal settur sostenibbli tal-ilmijiet navigabbli interni, b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi diġitali, teknoloġiċi u ambjentali fil-loġistika u l-mobbiltà;

5.

Jinnota li, sal-2050, 80 % tal-popolazzjoni tal-UE se tkun qed tgħix f'żoni urbani, fattur li se jżid id-domanda għat-trasport pubbliku u loġistika mtejba fl-ibliet, u li l-estensjoni tal-infrastruttura tal-art eżistenti spiss tkun ta' sfida u tkun tiswa ħafna flus; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw in-navigazzjoni interna fil-politiki urbani u tal-portijiet u jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħha għat-trasport ta' merkanzija u ta' passiġġieri, peress li ħafna bliet tal-UE jinsabu qrib ilmijiet navigabbli, bil-ħsieb li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja u jitnaqqsu l-livelli ta' konġestjoni;

6.

Jissottolinja li l-programmi ta' azzjoni preċedenti ma laħqux l-għanijiet tagħhom minħabba nuqqas ta' riżorsi dedikati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-programm ta' azzjoni NAIADES III jirċievi finanzjament adegwat u dedikat biex ikun jista' jilħaq l-għanijiet tiegħu, bl-appoġġ ta' strateġija ta' politika strutturata tajjeb b'għanijiet fuq perjodu qasir u medju li jistgħu jintlaħqu u pjan direzzjonali konkret li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-riżorsi għall-implimentazzjoni;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod regolari twettaq riċerka dwar is-suq u tiġġenera previżjonijiet ħalli jkun jista' jiġi analizzat aħjar iċ-ċaqliq tax-xejriet għall-merkanzija u l-passiġġieri fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u ħalli t-tfassil tal-politika jkun jista' jissejjes fuq l-evidenza u r-reazzjoni għal xejriet emerġenti u swieq ġodda tkun tista' titjieb;

8.

Jissottolinja l-importanza li jitneħħew il-konġestjonijiet biex jinkisbu ilmijiet navigabbli ta' kwalità għolja bħala kundizzjoni għall-iżvilupp u l-integrazzjoni tat-tbaħħir intern u tal-portijiet interni fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T); jistieden lill-Kummissjoni tagħti prijorità, fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, lill-finanzjament maħsub biex jirriabilita, jadatta, jammeljora u jawtomatizza l-infrastruttura tal-passaġġi navigabbli, tax-xtabi tal-kanali, tal-pontijiet, tax-xtut u tal-portijiet u jtejjeb it-taqsimiet transkonfinali tan-netwerk ewlieni;

9.

Jenfasizza, minbarra l-obbligi tal-Istati Membri li jikkompletaw in-netwerk ewlieni sal-2030, ir-responsabbiltà tagħhom li jżidu l-prestazzjoni, l-affidabbiltà, id-disponibbiltà u r-reżiljenza għall-klima tal-infrastruttura eżistenti permezz tar-riabilitazzjoni, sabiex jiġi żgurat ir-rwol tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni bħala mod ta' trasport affidabbli u sabiex jiġi promoss l-użu intelliġenti ta' riżorsi finanzjarji skarsi;

10.

Jilqa' x-xogħol ippjanat u li qed jitwettaq fil-kurituri tal-Atlantiku, tal-Baltiku-Adrijatiku, tal-Mediterran, tal-Baħar tat-Tramuntana-Baltiku, tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran, tal-Orjent-Mediterran tal-Lvant, tar-Renu-Alpi u tar-Renu-Danubju, u l-fatt li, b'mod ġenerali, aktar Stati Membri qed jinvestu fl-iżvilupp tal-ilmijiet navigabbli interni u l-portijiet; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tappoġġja l-implimentazzjoni ta' proġetti fin-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T);

11.

Jirrimarka li huwa fundamentali li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' xtabi tal-kanali biex it-trasport fiż-żoni interni tal-pajjiżi jkun effettiv u sostenibbli u jindika li tali xtabi għandhom rwol importanti fil-ġestjoni sikura tar-regolazzjoni tal-ilma u fil-ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tirriserva biżżejjed għotjiet għar-riabilitazzjoni, l-ammeljorament u t-tiġdid tagħhom;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b'mod ġenerali tagħti prijorità lill-għotjiet għal proġetti relatati mal-ilmijiet navigabbli interni, peress li l-esperjenza tal-passat fejn jidħlu proġetti b'finanzjament imħallat uriet li s-sħab privati kienu involuti biss fl-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi baqgħu responsabbli għall-finanzjament, minħabba n-natura pubblika u multifunzjonali tal-ilmijiet navigabbli;

13.

Jinnota li d-diġitalizzazzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandha rwol importanti fit-titjib tal-effiċjenza, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali tan-navigazzjoni interna; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tħejji strateġija ta' implimentazzjoni għaż-Żona Diġitali ta' Ilmijiet Navigabbli Interni (“Digital Inland Waterway Area” jew DINA) u qafas regolatorju xieraq għal trasport konness u awtomatizzat bl-ilma, inkluża r-reviżjoni tad-Direttiva 2005/44/KE dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (4), filwaqt li tqis l-inizjattivi eżistenti bħas-Sistema ta' Informazzjoni tal-Portijiet tar-Renu (RPIS) u toħloq bażi legali soda fil-livell tal-UE għall-iskambju ta' data transkonfinali b'relazzjoni mal-informazzjoni dwar il-passaġġi navigabbli, il-vjaġġi, il-merkanzija u t-traffiku b'punt uniku ta' aċċess;

14.

Jissottolinja l-importanza tal-integrazzjoni tas-servizzi diġitali tal-ilmijiet navigabbli interni fil-fluss tad-data ta' modi oħra ta' trasport sabiex jiġu ffaċilitati servizzi multimodali “minn bieb sa bieb” mingħajr xkiel, peress li l-kombinazzjoni tal-internet fiżiku u s-sinkromodalità ssaħħaħ ir-raggruppament ta' volumi f'kurituri bejn il-portijiet marittimi u ż-żoni interni tal-pajjiżi u twassal għal użu aktar bilanċjat tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-art u għal tnaqqis tal-livelli ta' konġestjoni u ta' effetti esterni negattivi oħra;

15.

Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex ikun hemm konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 (COP21), ir-reżiljenza u d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport għandhom jinkisbu permezz ta' bidla aċċelerata lejn trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, effiċjenza fir-riżorsi u propulsjoni nadifa; jirrimarka li din it-tranżizzjoni tirrikjedi standards u finanzjament korrispondenti sabiex jiġu stimulati l-ġestjoni innovattiva tal-ilmijiet navigabbli, l-użu usa' ta' bastimenti nodfa u l-modifika retroattiva fejn possibbli, kif ukoll l-użu tal-infrastruttura meħtieġa għar-riforniment tal-karburant;

16.

Jirrakkomanda li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn grilji tal-enerġija nodfa u netwerks ta' ilmijiet navigabbli sabiex isir l-aħjar użu mill-enerġija idroelettrika ġġenerata fl-ilmijiet navigabbli, l-enerġija mir-riħ fil-portijiet u sorsi oħra ta' enerġija nadifa fiċ-ċentri ta' mobbiltà maġenb l-ilma għall-provvista tat-trasport, id-djar u l-industriji filwaqt li jiġu mminimizzati l-ispejjeż tad-distribuzzjoni;

17.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi pprovdut finanzjament xieraq għal teknoloġija ġdida, għall-innovazzjoni u għal infrastruttura u servizzi tat-trasport sostenibbli fil-kuntest tal-programmi attwali u futuri tal-UE bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Orizzont 2020, Orizzont Ewropa, is-suq uniku, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni sabiex jiġi stimulat l-użu tal-innovazzjoni u tiżdied il-prestazzjoni ambjentali u diġitali tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi flussi ta' finanzjament dedikati biex dan l-għan jintlaħaq;

18.

Jinnota li r-riċerka teknoloġika dedikata għandha tiġi kkomplementata b'riċerka soċjoekonomika u prenormattiva sabiex titrawwem l-innovazzjoni fir-regolamentazzjoni u fil-finanzjament u tingħata spinta lill-involviment tal-parteċipanti tas-suq u b'hekk tiġi żgurata l-adozzjoni wiesgħa mis-suq;

19.

Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw strateġiji nazzjonali biex jistimulaw u jappoġġjaw it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, filwaqt li jqisu l-programmi ta' azzjoni NAIADES attwali u l-Programm ta' Azzjoni Ewropew futur għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, u jistedinhom jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet reġjonali, lokali u tal-portijiet biex jagħmlu l-istess;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 313 E, 20.12.2006, p. 443.

(2)  ĠU C 93, 24.3.2017, p. 145.

(3)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 72.

(4)  ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/157


P8_TA(2019)0132

Il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE (2018/2110(INI))

(2020/C 449/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi li fil-“formolazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiċi tal-Unjoni, […] l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħtu konsiderazzjoni sħiħa tal-ħtiġijiet tal-benessri tal-annimali bħala esseri sensibbli”,

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni ta' Implimentazzjoni Ewropea rigward ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, u l-annessi rilevanti tiegħu, kif ippubblikati mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) (2) f'Ottubru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tat-12 ta' Jannar 2011 dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport (4),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2011 dwar l-impatt tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (COM(2011)0700),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Frar 2012 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (COM(2012)0006),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tiegħu Nru 49/2011 tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-istabbiliment ta' limitu massimu ta' 8 sigħat ta' vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla (5),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' April 2015 (6),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018 dwar il-benessri tal-annimali fl-UE (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0057/2019),

A.

billi l-UE, kif iddikjarat fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tqis l-annimali mhux bħala sempliċi oġġetti jew prodotti jew possessjonijiet, iżda bħala esseri sensibbli, li jfisser li huma kapaċi jħossu pjaċir u uġigħ; billi l-leġiżlazzjoni tal-UE ttraduċiet dan il-kunċett f'miżuri li għandhom jiżguraw li l-annimali jinżammu u jiġu ttrasportati f'kundizzjonijiet li ma jirriżultawx f'moħqrija, abbuż, uġigħ jew tbatija; billi l-UE hija l-post fejn il-benessri tal-annimali huwa l-aktar irrispettat u difiż, u hija ta' eżempju għall-bqija tad-dinja;

B.

billi kull sena miljuni ta' annimali jiġu ttrasportati bejn l-Istati Membri, fi ħdan l-Istati Membri u lejn pajjiżi terzi fuq distanzi twal għat-tgħammir, it-trobbija, it-tismin ulterjuri u l-qatla; billi l-annimali huma ttrasportati wkoll għal skopijiet ta' rikreazzjoni, għal wirjiet u bħala annimali domestiċi; billi ċ-ċittadini tal-UE huma dejjem aktar imħassba dwar il-konformità mal-istandards tal-benessri tal-annimali, b'mod speċjali fit-trasport tal-annimali ħajjin;

C.

billi l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2012 talab li l-ħinijiet tal-vjaġġ ta' annimali maħsuba għall-qtil jitnaqqsu għal massimu ta' tmien sigħat;

D.

billi, skont id-definizzjoni tal-2008 tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), il-benessri tal-annimali jfisser li annimal ikun b'saħħtu, ikollu biżżejjed spazju, ikun mitmugħ tajjeb, iħossu sikur, ikun liberu li jaġixxu b'mod ta' mġiba normali u ma jsofrix minn sentimenti bħal biża', uġigħ u tbatija; billi dan mhuwiex il-każ fil-maġġoranza vasta ta' każijiet fit-trasport tal-annimali ħajjin, b'mod partikolari fuq distanzi kbar;

E.

billi r-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport japplika għat-trasport tal-annimali vertebrati ħajjin kollha li jsir fl-Unjoni;

F.

billi l-Istati Membri huma responsabbli għall-iżgurar tal-implimentazzjoni u l-infurzar korretti tar-Regolament fuq livell nazzjonali, inklużi l-ispezzjonijiet uffiċjali, filwaqt li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-iżgurar li l-Istati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE kif suppost;

G.

billi l-Istati Membri mhumiex qed jinfurzaw ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 b'mod strett biżżejjed fl-UE u bl-ebda mod mhuma qed ifittxu l-infurzar tiegħu barra mill-UE;

H.

billi l-għadd kbir ta' ksur identifikat mid-DĠ SANTE tal-Kummissjoni fl-2017 f'diversi Stati Membri jirrikjedi l-bidu ta' proċedimenti rilevanti ta' ksur tat-Trattat;

I.

billi t-trasport joħloq tensjoni kbira għall-annimali peress li jesponihom għal firxa ta' sfidi li huma ta' detriment għall-benessri tagħhom; billi, fir-rigward tal-kummerċ ma' ċerti pajjiżi terzi, it-tbatija addizzjonali tal-annimali hija kkawżata minn vjaġġi twal ħafna li jinkludu dewmien twil fil-fruntieri għall-kontroll ta' dokumenti, vetturi u l-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali għat-trasport;

J.

billi l-kwalità u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri għandhom impatt dirett fuq il-livell ta' konformità mar-rekwiżiti; billi analiżi tar-rapporti ta' spezzjoni tal-Istati Membri turi differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'termini tal-għadd ta' spezzjonijiet, li jvarjaw minn żero sa diversi miljuni fis-sena, u l-inċidenza ta' ksur li tvarja minn żero għal 16,6 %, li tissuġġerixxi li l-Istati Membri jieħdu approċċi differenti għall-ispezzjonijiet, eż. strateġiji każwali versus strateġiji bbażati fuq ir-riskju; billi dawn id-differenzi fl-approċċ jagħmluha impossibbli wkoll li titqabbel id-data bejn l-Istati Membri;

K.

billi t-taħriġ u l-edukazzjoni ta' sewwieqa biex jiġi promoss is-sewqan b'attenzjoni abbażi ta' liema tipi ta' annimali qed jiġu ttrasportati jtejjeb il-benessri tal-annimali waqt it-trasport (8);

L.

billi t-trattament xieraq tal-annimali jista' jirriżulta f'tnaqqis fil-ħin għat-tagħbija u l-ħatt tal-annimali, tnaqqis fit-telf tal-piż, anqas korrimenti u feriti u kwalità aħjar tal-laħam;

M.

billi hemm studji estensivi li jippruvaw li l-benessri tal-annimali għandu impatt fuq il-kwalità tal-laħam;

N.

billi l-kwalità tas-sengħa tat-trobbija tal-annimali waqt it-tagħbija u l-ħatt, flimkien ma' kura fi tranżitu, għandha tibqa' l-fokus primarju sabiex jiġi protett il-benessri tal-annimali waqt it-trasport;

O.

billi l-kundizzjoni fiżika tajba għat-trasport hija fattur ewlieni biex jiġi żgurat il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, peress li r-riskji għall-benessri matul it-trasport huma akbar għal annimali li huma feruti, imdgħajfa, ħobbla, mhux miftuma jew morda; billi jista' jkun hemm inċertezza rigward il-kundizzjoni fiżika għat-trasport u l-istadju ta' ġestazzjoni;

P.

billi l-kwistjonijiet ta' kundizzjoni fiżika huma responsabbli għall-akbar perċentwal ta' ksur, filwaqt li l-kwistjonijiet marbuta mad-dokumentazzjoni jammontaw għat-tieni l-akbar ksur;

Q.

billi ta' spiss hemm konfużjoni fost dawk responsabbli dwar x'jeħtieġ li jsir jekk l-annimali jiġu ddikjarati bħala mhux f'kundizzjoni fiżika tajba għat-trasport;

R.

billi dawk responsabbli huma ħafna drabi inċerti fir-rigward ta' kemm tkun avvanzat it-tqala tal-annimal;

S.

billi huwa partikolarment problematiku li jiġu ttrasportati għoġġiela u ħrief mhux miftuma;

T.

billi l-bdiewa huma l-parti l-aktar interessata fiż-żamma tal-annimali tagħhom f'kundizzjoni fiżika tajba għat-trasport u li għandhom l-aktar x'jitilfu jekk it-trasport ma jikkonformax mar-regoli eżistenti;

U.

billi ħafna drabi hemm nuqqasijiet fil-provvista tal-annimali b'ikel u ilma suffiċjenti u l-osservanza tal-perjodu ta' mistrieħ ta' 24 siegħa meta jkun hemm waqfa f'post ta' kontroll verifikat;

V.

billi l-vetturi tat-trasport huma ħafna drabi affollati żżejjed; billi temperaturi għoljin u ventilazzjoni mhux adegwata ġo vettura huma problema kbira;

W.

billi kien hemm tifqigħat riċenti f'diversi Stati Membri ta' mard tal-annimali infettiv bħad-deni Afrikan tal-ħnieżer, influwenza tat-tjur u mard tal-annimali ruminanti u bovini żgħar; billi t-trasport tal-annimali ħajjin jista' jżid ir-riskju tat-tixrid ta' dak il-mard;

X.

billi t-trasport tal-laħam u prodotti oħra derivati mill-annimali, kif ukoll tas-semen u tal-embrijuni, huwa teknikament u amministrattivament eħfef u kultant finanzjarjament aktar ta' benefiċċju għall-bdiewa tal-bhejjem mit-trasport tal-annimali ħajjin għall-fini tal-qtil jew it-tgħammir; billi l-Federazzjoni tal-Veterinarji tal-Ewropa (FVE) u l-OIE jenfasizzaw li l-annimali għandhom jitrabbew qrib kemm jista' jkun tal-postijiet fejn twieldu u għandhom jinqatlu qrib kemm jista' jkun tal-punt ta' produzzjoni; billi d-disponibbilta ta' faċilitajiet tal-qtil, inklużi faċilitajiet mobbli, f'siti tat-trobbija jew qrib tagħhom, tista' tgħin biex jiġi ġġenerat l-għajxien f'żoni rurali;

Y.

billi l-qtil tal-annimali qrib kemm jista' jkun ta' fejn tnisslu jkun l-aħjar mod biex jiġi żgurat il-benessri tagħhom;

Z.

billi hemm tixrid mhux uniformi ta' biċċeriji fl-Istati Membri kollha,

AA.

billi għal xi Stati Membri u katini tal-provvista fl-Unjoni, it-trasport ħaj tal-annimali, għal aktar produzzjoni jew qtil, huwa importanti biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni fis-suq;

Rakkomandazzjonijiet

Implimentazzjoni u infurzar

1.

Jinnota li kull sena jiġu ttrasportati miljuni ta' annimali ħajjin għall-qatla jew għat-tgħammir fl-UE u mill-UE lejn pajjiżi terzi; jinnota li, fejn huwa implimentat u infurzat kif suppost, ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandu impatt pożittiv fuq il-benessri tal-annimali waqt it-trasport; jilqa' l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar is-suġġett, iżda jiddispjaċih li, skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018, dawn il-linji gwida u xi azzjonijiet ippjanati mill-Kummissjoni ġew posposti b'massimu ta' ħames snin; jinnota li problemi kbar bit-trasport għadhom jippersistu u li l-infurzar tar-Regolament se jidher li huwa t-tħassib ewlieni ta' dawk involuti fl-implimentazzjoni tiegħu;

2.

Jenfasizza l-fatt li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jirċievi għadd kbir ħafna ta' petizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, li spiss jiddenunzjaw ksur sistematiku, kontinwu u serju tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 kemm mill-Istati Membri kif ukoll mit-trasportaturi;

3.

Jenfasizza l-punt li t-tbatija tal-annimali waqt it-trasport qed tikkawża tħassib soċjali konsiderevoli; jinnota li fil-21 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet 'il fuq minn miljun firma b'appoġġ għall-kampanja #StopTheTrucks, li permezz tagħha ċ-ċittadini tal-UE qed jitolbu li jintemm it-trasport fuq distanzi twal;

4.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-livell ta' progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 mill-Istati Membri ma kienx biżżejjed biex jissodisfa l-għan ewlieni tar-Regolament, li huwa li jtejjeb il-benessri tal-annimali matul it-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-verifika tar-reġistri tal-vjaġġ u l-applikazzjoni ta' pieni; jistieden lill-Istati Membri jtejbu sostanzjalment il-konformità mar-Regolament; jistieden lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi infurzar effiċjenti u uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti dwar it-trasport tal-annimali fl-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu passi legali kontra dawk l-Istati Membri li ma japplikawx ir-Regolament kif suppost u timponi sanzjonijiet fuqhom;

5.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni parzjali mhijiex biżżejjed biex jinkiseb l-għan ġenerali tar-Regolament li jiġu evitati l-korriment jew it-tbatija bla bżonn tal-annimali jew il-mewt tagħhom waqt it-trasport, u li għandhom għalhekk isiru aktar sforzi biex jiġu prevenuti inċidenti serji li jkollhom impatt sinifikanti fuq il-benessri tal-annimali u biex jitressqu quddiem il-ġustizzja dawk responsabbli għalihom;

6.

Jiddispjaċih li għad iridu jiġu solvuti għadd ta' kwistjonijiet relatati mar-Regolament (KE) Nru 1/2005, inkluż: affollament eċċessiv; spazju għoli insuffiċjenti; nuqqas li jkunu pprovduti l-waqfiet ta' mistrieħ u l-ikel u x-xorb meħtieġa; ventilazzjoni u tagħmir li jagħti l-ilma inadegwati; trasport fi sħana estrema; trasport ta' annimali mhux f'kundizzjoni fiżika tajba; trasport ta' għoġġiela mhux miftuma; il-ħtieġa li jkun aċċertat l-istat ta' tqala ta' annimali ħajjin; kemm qed ikunu kkontrollati r-reġistri tal-vjaġġ; ir-relazzjoni bejn ksur/infurzar/pieni; l-impatt “imħallat” tat-taħriġ, l-edukazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni; u friex insuffiċjenti, kif identifikati wkoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018 u minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) f'ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni; jitlob titjib fl-oqsma msemmija hawn fuq;

7.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li l-vjaġġi jiġu ppjanati u mwettqa, mill-punt tat-tluq sad-destinazzjoni, f'konformità mar-rekwiżiti tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-mezzi differenti tat-trasport u l-firxa ta' kundizzjonijiet ġeografiċi madwar l-UE u l-pajjiżi terzi;

8.

Jisħaq fuq il-fatt li l-ksur sistematiku tar-Regolament f'ċerti oqsma u f'xi Stati Membri jwassal għal kompetizzjoni inġusta li tirriżulta f'kundizzjonijiet mhux ekwi bejn operaturi fi Stati Membri differenti, li min-naħa tagħha tista' twassal għal “ġirja lejn l-iktar livell baxx” rigward l-istandards tal-benessri tal-annimali waqt it-trasport; jistieden lill-Kummissjoni, minħabba li l-livelli ta' sanzjonijiet jistgħu jkunu għaxar darbiet ogħla f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, sabiex jiżguraw sistema ta' sanzjonijiet armonizzata tal-UE, sabiex ikun żgurat li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, filwaqt illi jitqies il-ksur ripetut; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjan direzzjonali biex tallinja s-sanzjonijiet fl-Istati Membri kollha;

9.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni injorat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Diċembru 2012, u jenfasizza li infurzar b'saħħtu u armonizzat b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi b'mod konformi mal-Artikolu 25 tar-Regolament huwa kruċjali għat-titjib tal-benessri tal-annimali waqt it-trasport u li l-Istati Membri ma jistgħux jillimitaw lilhom infushom sempliċement għall-ħruġ ta' rakkomandazzjonijiet u istruzzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni taġixxi fuq is-sejħa f'dik ir-riżoluzzjoni biex tivverifika r-Regolament għal inkompatibilitajiet mar-rekwiżiti legali fi Stati Membri individwali;

10.

Iqis li ksur ripetut, meta jseħħ f'ċirkostanzi li t-trasportur kellu kontroll fuqhom, għandu jwassal għal prosekuzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jressqu quddiem il-ġustizzja każijiet ta' ksur tar-Regolament, b'mod speċjali għal ksur ripetut; iqis li pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għandhom jinkludu l-konfiska ta' vetturi u t-taħriġ mill-ġdid obbligatorju ta' dawk responsabbli għall-benessri u t-trasport tal-annimali, u jemmen li dan għandu jkun armonizzat permezz tal-Unjoni; iqis li l-pieni għandhom jirriflettu l-ħsara, il-kamp ta' applikazzjoni, it-tul ta' żmien u r-rikorrenza ta' ksur;

11.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar effettiv tas-setgħat ta' infurzar b'saħħithom mogħtija lilhom permezz tar-Regolament, inkluż l-obbligu li jeħtieġu lit-trasportaturi li jistabbilixxu sistemi biex jipprevjenu r-rikorrenza ta' ksur u biex jissospendu jew jirtiraw awtorizzazzjoni ta' trasportatur; jistieden lill-Istati Membri jieħdu biżżejjed azzjonijiet korrettivi u jintroduċu sanzjonijiet sabiex jevitaw it-tbatija tal-annimali u jiskoraġġixxu nuqqas ta' konformità kontinwa min-naħa tal-operaturi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummmissjoni jimmiraw għal nuqqas ta' konformità żero fl-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tfassal, wara li tikkonsulta mal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, lista tal-operaturi li jkunu wettqu ksur ripetut u serju tar-Regolament, abbażi tar-rapporti ta' spezzjoni u ta' implimentazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika aġġornamenti frekwenti ta' din il-lista, u wkoll biex tippromwovi eżempji tal-aħjar prattika, kemm fit-trasport kif ukoll fil-governanza;

13.

Jenfasizza li n-nuqqas ta' konformità mar-Regolament mill-Istati Membri jhedded l-għan tiegħu li jiġu prevenuti l-okkorrenza u t-tixrid ta' mard tal-annimali infettiv, billi t-trasport huwa wieħed mill-kawżi tat-tixrid rapidu ta' dan il-mard, inkluż dak li jista' jiġi trażmess lill-bniedem; jinnota li ħafna drabi l-vetturi ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE emendata tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u majjali (9); iqis, b'mod partikolari, li l-ħżin mhux adegwet tal-iskart joħloq riskji għat-tixrid ta' reżistenza antimikrobika u mard; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa proċeduri armonizzati biex tagħti approvazzjoni lil bastimenti u trakkijiet u tieħu azzjoni biex tipprevjeni t-tixrid ta' mard tal-annimali infettiv permezz tat-trasport, kemm fl-UE kif ukoll minn pajjiżi terzi, billi tippromwovi miżuri ta' bijosigurtà u aktar benessri tal-annimali;

14.

Jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti biex jissaħħaħ l-infurzar bl-użu ta' teknoloġija biex jinħoloq ċirku ta' feedback f'ħin reali bejn l-Istat Membru fil-punt tat-tluq u l-Istat Membru fil-punt tal-wasla u kwalunkwe pajjiż ta' tranżitu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistemi ta' ġeolokalizzazzjoni biex ikunu jistgħu jiġu traċċati l-post fejn jinsabu l-annimali u t-tul ta' żmien tal-vjaġġi fil-vetturi tat-trasport, kif ukoll kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-iskedi tat-trasport; huwa tal-fehma li fejn l-annimali li jibdew fi stat tajjeb ta' kundizzjoni fiżika jaslu f'kundizzjoni fiżika mhux tajba, dan għandu jirriżulta f'investigazzjoni sħiħa, u fil-każ ta' rikorrenza, il-partijiet responsabbli fil-katina tat-trasport iridu jiġu penalizzati immedjatament b'mod konformi mal-liġi, u s-sid jew il-bidwi jrid jiġi intitolat għal kumpens skont il-liġi nazzjonali għal kwalunkwe telf ta' introjtu li jirriżulta. huwa tal-fehma wkoll li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippenalizzaw b'mod sever lill-organizzatur u lill-uffiċjal ċertifikanti ta' kwalunkwe reġistru tal-vjaġġ maħluq fl-Istat Membru tat-tluq fil-każ li r-reġistru jkun imtela b'mod falz jew qarrieqi;

15.

Iqis li l-infurzar huwa partikolarment diffiċli meta vjaġġ jgħaddi minn diversi Stati Membri u meta d-diversi kompiti tal-infurzar (l-approvazzjoni tar-reġistru tal-vjaġġ, l-awtorizzazzjoni tat-trasportatur, iċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenza u tal-approvazzjoni tal-vettura, eċċ) jitwettqu minn diversi Stati Membri differenti; jistieden lill-Istati Membri li jsibu każijiet ta' ksur biex jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħra kollha involuti, kif meħtieġ mill-Artikolu 26 tar-Regolament, sabiex tiġi prevenuta rikorrenza tal-ksur u tkun permessa valutazzjoni tar-riskju ottimizzata;

16.

Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapporti regolari lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-Regolament, inkluż it-tqassim tal-ksur skont l-Istat Membru, skont l-ispeċijiet u skont it-tip ta' ksur, fir-rigward tal-volum tat-trasport ta' annimali ħajjin kull Stat Membru;

17.

Jilqa' l-każijiet fejn il-gvernijiet, ix-xjentisti, in-negozji, ir-rappreżentanti tal-industrija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ħadmu flimkien biex jiddefinixxu l-aħjar prattiki sabiex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni, kif inhu l-każ fost l-oħrajn bis-sit web tal-Gwidi dwar it-Trasport tal-Annimali; jistieden lill-Kummissjoni xxerred u tippromwovi l-aħjar prattiki għall-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-bhejjem, u tappoġġja l-pjattaforma tal-benessri tal-annimali tal-UE, filwaqt li tippromwovi djalogu msaħħaħ u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-atturi kollha; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-perjodu 2020-2024 u biex tappoġġja l-innovazzjoni fit-trasport tal-annimali;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tikkoopera mal-OIE, l-EFSA u l-Istati Membri sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni u l-infurzar xieraq tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, bil-għan li tippromwovi djalogu msaħħaħ dwar kwistjonijiet relatati mal-benessri tal-annimali waqt it-trasport, b'fokus partikolari fuq:

l-applikazzjoni aħjar tar-regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport, permezz ta' skambji tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki u l-involviment dirett tal-partijiet interessati;

l-għoti ta' appoġġ lill-attivitajiet ta' taħriġ immirati lejn is-sewwieqa u l-kumpaniji tat-trasport;

it-tixrid aħjar tal-Gwidi u l-Iskedi Informattivi dwar it-Trasport tal-Annimali, tradotti għal-lingwi kollha tal-UE;

l-iżvilupp ta' u l-azzjoni fuq impenji volontarji min-naħa tan-negozji biex ikomplu jtejbu l-benessri tal-annimali waqt it-trasport;

żieda fl-iskambji ta' informazzjoni u aktar użu tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jitnaqqas l-għadd ta' każijiet ta' ksur ikkawżat mill-kumpaniji tat-trasport u mis-sewwieqa;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibilità tar-Regolament mar-Regolament (KE) Nru 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (10), fir-rigward tal-ħin ta' sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ tas-sewwieqa;

20.

Jenfasizza l-importanza li ssir distinzjoni bejn ir-responsabbiltà tal-impriżi tat-trasport tal-annimali u dik tal-bdiewa, peress li huma l-impriżi, u mhux il-bdiewa, li għandhom jinżammu responsabbli għall-problemi li jinqalgħu mit-trasport tal-annimali; ifakkar li l-bdiewa huma l-aktar interessati fil-benessri tal-annimali, għal raġunijiet emozzjonali u affettivi, iżda wkoll għal raġunijiet ekonomiċi;

21.

Ifakkar li l-Kummissjoni, fir-rwol tagħha bħala l-gwardjan tat-Trattati, hija responsabbli biex timmonitorja jekk il-liġijiet tal-UE humiex qed jiġu applikati kif suppost; jistieden lill-Ombudsman Ewropew biex tinvestiga jekk il-Kummissjoni naqsitx b'mod konsistenti milli tiżgura l-konformità mar-Regolament attwali u jekk tistax, għaldaqstant, tinżamm responsabbli għal amministrazzjoni ħażina;

22.

Jiddispjaċih li l-Konferenza tal-Presidenti ħadet id-deċiżjoni li ma tipproponix it-twaqqif ta' kumitat parlamentari ta' inkjesta dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE, minkejja l-appoġġ ta' għadd kbir ta' MEPs minn gruppi politiċi differenti; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Parlament iwaqqaf kumitat ta' inkjesta dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport fl-UE u barra l-UE mill-bidu tal-leġiżlatura li jmiss sabiex kwalunkwe allegazzjoni ta' kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport tiġi investigata u segwita kif suppost;

Ġbir ta' data, spezzjonijiet u monitoraġġ

23.

Jiddispjaċiha għad-diffikultà biex titwettaq analiżi koerenti tal-implimentazzjoni tar-Regolament li teżisti minħabba approċċi differenti għall-ġbir tad-data bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi standards minimi komuni għat-traċċar tas-sistemi fir-rigward tal-vjaġġi kollha sabiex jippermettu aktar ġbir tad-data armonizzata u valutazzjoni tal-parametri mmonitorjati; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jipprovdu lill-Kummissjoni b'data armonizzata, komprensiva u kompleta dwar l-ispezzjonijiet tat-trasport u l-livelli ta' ksur; jistieden lill-Istati Membri jwettqu aktar kontrolli għall-għarrieda u jiżviluppaw u japplikaw strateġija bbażata fuq ir-riskju sabiex jimmiraw l-attivitajiet tal-ispezzjoni tagħhom fuq forom ta' trasport b'riskju għoli sabiex jimmassimizzaw l-effiċjenza tar-riżorsi ta' spezzjoni limitati;

24.

Jinnota li l-Kummissjoni, skont ir-Rapport Speċjali tal-2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-benessri tal-annimali fl-UE, irrikonoxxiet li d-data rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex kompluta, konsistenti, affidabbli jew dettaljata biżżejjed biex tippermetti li jsiru konklużjonijiet dwar il-konformità fil-livell tal-UE;

25.

Jenfasizza li l-ispezzjonijiet jeħtieġ li jsiru b'mod uniformi fl-Unjoni kollha u fuq proporzjon adegwat tal-annimali ttrasportati kull sena f'kull Stat Membru, sabiex ikun garantit u jinżamm il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan l-UE; jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni żżid in-numru ta' spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) iffukati fuq il-benessri tal-annimali u t-trasport tal-annimali; huwa tal-opinjoni li metodi differenti ta' ġbir ta' data u mekkaniżmi ta' kontroll jagħmluha difiċli biex tingħata stampa eżatta tal-konformità fl-Istati Membri individwali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, biex tadotta stuttura iktar armonizzata ta' rraportar u biex twettaq aktar analiżi tad-data ġġenerata mir-rapporti tal-ispezzjonijiet tal-FVO u mir-risposti tal-Istati Membri dwar il-Pjanijiet Nazzjonali Multiannwali ta' Kontroll (MANCPs) tagħhom; jirrikonoxxi li l-verifiki tad-DĠ SANTE jservu bħala sors ta' informazzjoni importanti għall-Kummissjoni biex tivvaluta l-implimentazzjoni tar-Regolament attwali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq tal-anqas seba' żjarat għall-għarrieda kull sena, f'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri;

26.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif is-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji (TRACES) tista' tintuża biex tappoġġja t-tħejjija ta' analiżijiet tar-riskju għal spezzjonijiet fir-rigward tat-trasport tal-annimali ħajjin, kif rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2018, li tinnota li l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-ispezzjonijiet tat-trasport rarament kienu qed jużaw informazzjoni minn TRACES bil-għan li jsiru spezzjonijiet; jappella għal sistema ta' monitoraġġ aktar effikaċi u aktar trasparenti, inkluż l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni miġbura permezz ta' TRACES; ikompli jappella għal żieda fin-numru ta' spezzjonijiet fis-sena mill-FVO;

27.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kontrolli fil-katina kollha tal-produzzjoni u, b'mod partikolari, biex iwettqu spezzjonijiet effiċjenti u sistematiċi ta' kunsinni ta' annimali qabel it-tagħbija, biex iwaqqfu prattiki li jiksru r-Regolament u li jirrendu agħar il-kundizzjonijiet għat-trasport tal-annimali fuq l-art u bil-baħar, bħal pereżempju jippermettu li vetturi mgħobbija żżejjed jew annimali mhux f'kundizzjoni fiżika tajba jkomplu l-vjaġġi twal tagħhom, jew jippermettu li l-punti ta' kontroll li ma jkollhomx faċilitajiet adegwati għas-serħan, il-provvista tal-għalf u l-ilma għall-annimali ttrasportati jistgħu jibqgħu jintużaw;

28.

Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' spezzjonijiet f'xi Stati Membri u l-livell baxx jew żero ta' każijiet ta' ksur irrappurtati; għandu dubji dwar l-eżattezza ta' sistemi ta' spezzjoni u r-rappurtar; jistieden lil dawk l-Istati Membri li attwalment iwettqu ftit spezzjonijiet jew li ma jwettqu l-ebda spezzjoni biex iwettqu għadd suffiċjenti ta' spezzjonijiet, u biex jippreżentaw rapporti ta' spezzjoni komprensivi lill-Kummissjoni;

29.

Jistieden lill-Istati Membri wkoll biex jispezzjonaw it-trasport intra-Ewropew fejn l-annimali jiġu mgħobbija fuq vetturi sabiex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

30.

Jaqbel mal-Kummissjoni li hija prattika tajba li l-awtoritajiet kompetenti jispezzjonaw il-kunsinni kollha ddestinati għall-pajjiżi li mhumiex fl-UE fil-fażi tat-tagħbija (11); jemmen li perċentwal ta' kunsinni fl-UE għandhom jiġu spezzjonati wkoll fl-istadju tat-tagħbija bi proporzjon għall-għadd ta' ksur irrappurtat minn spezzjonijiet tal-NGOs u l-FVO; iqis li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw fil-fażi tat-tagħbija li r-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-ispazju ta' art u l-ispazju għoli qed jiġu rrispettati, li s-sistemi ta' ventilazzjoni u tal-ilma qed joperaw kif suppost, li l-apparat għax-xorb qed jaħdem kif suppost u li huma adegwati għall-ispeċijiet li jkunu qed jinġarru, li ma jitgħabba l-ebda annimal li mhuwiex f'kundizzjoni fiżika tajba, u li qed jinġarru biżżejjed għalf u friex;

31.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li hemm għadd suffiċjenti ta' faċilitajiet tax-xorb aċċessibbli, nodfa u li jiffunzjonaw f'konformità mal-ħtiġijiet ta' kull speċi, li t-tank tal-ilma jkun imtela u li hemm kwantità suffiċjenti ta' mifrex frisk;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li r-reġistri tal-vjaġġ jinkludu informazzjoni realistika, u għaldaqstant jikkonformaw mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament;

33.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-vetturi tat-trasport jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar l-ispazju minimu stabbiliti fil-Kapitolu VII tal-Anness I għar-Regolament, u li fil-każ ta' temperaturi għoljin l-annimali jkollhom, b'mod korrispondenti, aktar spazju;

34.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-għoli intern tal-vetturi tat-trasport jissodisfa standards minimi u li m'hemm l-ebda spazju bejn l-art jew il-ħajt tal-vettura u d-diviżjonijiet;

35.

Jirrikonoxxi li sar xi progress fit-trasport tal-annimali fi ħdan l-UE, iżda jinsab imħasseb minħabba n-numru ta' rapporti ta' vetturi mhux xierqa li qed jintużaw għat-trasport ta' annimali ħajjin kemm fuq l-art kif ukoll bil-baħar, u jitlob li jittejbu l-monitoraġġ u s-sanzjonar ta' tali prattiki; jirrikonoxxi li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament dwar it-trasport minn bastimenti li jġorru l-bhejjem sikwit jiġu injorati; jistieden lill-Istati Membri biex ma jawtorizzawx l-użu ta' vetturi u bastimenti li jġorru l-bhejjem li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, u biex jirtiraw awtorizzazzjonijiet diġà maħruġa fil-każ ta' nuqqas ta' konformità; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-proċeduri kemm ta' ċertifikazzjoni kif ukoll ta' approvazzjoni għall-vetturi u fl-għoti taċ-ċertifikati ta' kompetenza lis-sewwieqa;

36.

Jitlob, għalhekk, standards armonizzati u vinkolanti għall-awtorizzazzjoni ta' vetturi u bastimenti bħala mezz ta' trasport għall-bhejjem, li għandhom jinħarġu minn awtorità ċentrali tal-UE; billi dik l-awtorità għandha tkun responsabbli għad-determinazzjoni tal-adegwatezza tal-mezzi tat-trasport għat-trasport tal-annimali f'termini tal-istat tal-vetturi u n-natura tat-tagħmir tagħhom (eż. il-preżenza abbord ta' sistema ta' navigazzjoni bis-satellita xierqa);

37.

Jistieden lill-operaturi jipprovdu t-taħriġ bir-reqqa ta' xufiera u akkompanjaturi f'konformità mal-Anness IV għar-Regolament, sabiex jiġi żgurat it-trattament korrett tal-annimali;

38.

Jirrikonoxxi li xi Stati Membri għandhom vapuri u portijiet li jissodisfaw l-istandards meħtieġa, iżda jenfasizza li madankollu, jipprevalu kundizzjonijiet ħżiena matul it-trasport marittimu, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħbija u t-trasbord; jistieden lill-Istati Membri jkunu aktar rigorużi fil-proċeduri ta' ċertifikazzjoni u ta' approvazzjoni tagħhom għal bastimenti, biex itejbu l-kontrolli ta' qabel it-tagħbija tagħhom fuq bastimenti li jġorru l-bhejjem u l-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali, u biex jispezzjonaw kif suppost l-operazzjonijiet tat-tagħbija f'konformità mar-Regolament; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni bi pjanijiet dettaljati tal-faċilitajiet tal-ispezzjoni tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal, taġġorna u tiċċirkola lista ta' portijiet b'faċilitajiet adegwati għall-ispezzjoni tal-annimali; ikompli jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex ma japprovawx reġistri tal-vjaġġ li jippjanaw li jużaw portijiet mingħajr dawn il-faċilitajiet; jistieden lill-Istati Membri jadattaw il-portijiet tagħhom u jiżguraw manutenzjoni xierqa tal-bastimenti tagħhom, sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali fit-trasport marittimu tal-annimali;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tapprova alternattivi innovattivi għal kontrolli tal-esportazzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 133(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 (12), bħal spezzjonijiet tal-pjattaforma, li jtejbu l-benessri tal-annimali billi għandhom rata tal-irjus aktar baxx u ma jirrikjedux li l-annimali jinħattu, u għaldaqstant iqassru l-ħinijiet ta' stennija;

40.

Jinnota li r-rekwiżit taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għat-trasport fl-Istati Membri kollha joħloq inċentiv negattiv biex jintgħażlu destinazzjonijiet domestiċi milli l-eqreb destinazzjoni possibbli; jistieden lill-Kummissjoni tuża s-setgħat tagħha skont l-Artikolu 144(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 biex tadotta att delegat li jipprovdi deroga għal movimenti li joħolqu riskju baxx għat-tixrid tal-mard;

Ħinijiet tal-ivvjaġġar

41.

Jinsisti li l-ħin tal-ivvjaġġar għall-annimali kollha li qed jiġu ttrasportati għandu jkun twil kemm ikun meħtieġ biss, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġeografiċi fil-livell tal-Istat Membru u f'konformità mal-premessa 5 tar-Regolament, li jiddikjara li “għal raġunijiet ta' benesseri tal-annimal it-trasport ta' l-annimali fit-tul … għandu jkun limitat kemm jista' jkun” u l-premessa 18 tiegħu, li jiddikjara li “vjaġġi twal jista' jkollhom effetti ta' detriment maġġuri għall-benesseri tal-annimali minn dawk qosra”;

42.

Jinsisti li l-ħin tat-trasport għall-annimali, inkluż il-ħin għat-tagħbija u għall-ħatt, irid iqis parir veterinarju speċifiku għall-ispeċi, irrispettivament minn jekk huwiex involut it-trasport fuq l-art, bil-baħar jew bl-ajru;

43.

Jiddispjaċih dwar il-ksur tar-Regolament li jikkonċerna n-nuqqas ta' applikazzjoni jew in-nuqqas ta' applikazzjoni xierqa tar-regoli speċifiċi dwar annimali mhux miftuma, bħal għoġġiela, ħrief, gidien, moħor u qżieqeż, li għadhom fuq dieta ta' ħalib, u jitlob l-introduzzjoni ta' miżuri aktar dettaljati li jiżguraw li l-benessri tal-annimali jkun protett għalkollox waqt it-trasport;

44.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-annimali mhux miftuma jinħattu għal tal-anqas siegħa sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti b'elettroliti jew sostituti tal-ħalib u li ma jiġux ittrasportati għal aktar minn tmien sigħat;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi definizzjoni ta' annimal mhux miftum għal kull speċi, u tillimita l-vjaġġi tal-annimali mhux miftuma kemm għal distanza massima ta' 50 km kif ukoll għal tul massimu ta' 1.5 siegħa, minħabba d-diffikultà li jiġi żgurat il-benesseri tagħhom waqt it-trasport;

46.

Jindika li d-dokumenti tal-ippjanar tat-trasport ħafna drabi jispeċifikaw biss ismijiet ta' postijiet u jonqsu milli jipprovdu indirizzi preċiżi ta' punti ta' kontroll, ta' provvista u ta' assemblaġġ, li jagħmel il-kontrolli ferm aktar diffiċli;

47.

Jitlob, filwaqt li titqies r-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta' Diċembru 2012, li l-ħinijiet tal-ivvjaġġar tal-annimali jkunu kemm jista' jkun qosra u b'mod partikolari li jiġu evitati ħinijiet tal-ivvjaġġar twal u twal ħafna kif ukoll vjaġġi barra mill-fruntieri tal-UE, billi jintużaw strateġiji alternattivi, bħall-iżgurar ta' faċilitajiet għall-qtil lokali u mobbli li jkunu ekonomikament vijabbli u distribwiti b'mod ġust u li jkunu jinsabu qrib azjendi agrikoli tal-bhejjem, jippromwovu ċirkwiti ta' distribuzzjoni qosra u bejgħ dirett, jissostitwixxu meta possibbli, it-trasport ta' annimali għat-trobbija billi jużaw is-semen jew l-embrijuni, u jittrasportaw karkassi u prodotti tal-laħam, kif ukoll permezz ta' inizjattivi regolatorji jew mhux regolatorju fl-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-qtil fl-azjenda agrikola; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar ħinijiet tal-ivvjaġġar aktar baxxi speċifiċi kif xieraq, għat-trasport tad-diversi speċijiet tal-annimali ħajjin kollha, u anke għat-trasport ta' annimali mhux miftuma;

48.

Jinnota li varjetà ta' rekwiżiti, kif ukoll kundizzjonijiet tas-suq u deċiżjonijiet politiċi li qed jinbidlu, waslu biex biċċeriji żgħar isiru ekonomikament mhux vijabbli, u dan irriżulta fi tnaqqis globali fin-numri tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet lokali fl-Istati Membri biex jappoġġjaw u jippromwovu, fejn meħtieġ, l-opzjonijiet ta' qtil fl-azjenda agrikola, qtil lokali jew mobbli ekonomikament vijabbli, u faċilitajiet tal-ipproċessar tal-laħam fl-Istati Membri, sabiex l-annimali jinqatlu qrib kemm jista' jkun għall-post tat-trobbija tagħhom, li huwa wkoll fl-interess taż-żamma tal-impjieg f'oqsma rurali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija biex isir progress lejn mudell aktar reġjonali ta' produzzjoni tal-bhejjem li fih l-annimali jitwieldu, jissemmnu u jinqatlu fl-istess reġjun, kull fejn ikun prattikabbli, filwaqt li jitqiesu d-differenzi ġeografiċi, minflok li jiġu ttrasportati għal distanzi twal ħafna;

49.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina kif il-bdiewa, il-biċċeriji u l-industrija tal-ipproċessar tal-laħam jistgħu jiġu inċentivati biex ibiċċru l-annimali tagħhom fl-eqreb faċilità sabiex jiġu evitati ħinijiet twal ta' trasport tal-annimali u jitnaqqsu l-emissjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita soluzzjonijiet innovattivi f'dan ir-rigward, bħal qtil mobbli, filwaqt li jkunu żgurati standards ta' benessri tal-annimali għoljin;

50.

Iqis li, f'ċerti każijiet, tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar permessi, kif attwalment stabbiliti fil-Kapitolu V tal-Anness 1 għar-Regolament, ma jkunx vijabbli, u li għalhekk għandhom jinstabu soluzzjonijiet għal każijiet fejn ċirkostanzi ġeografiċi u iżolament rurali jirrikjedu t-trasport tal-annimali ħajjin fuq l-art u/jew bil-baħar għal aktar produzzoni jew qtil;

51.

Jistieden lill-Istati Membri jippermettu l-qtil b'emerġenza direttament fuq l-azjendi agrikoli tal-bhejjem u tat-tismin, fejn xieraq, f'każ li annimal jinstab li ma jkunx f'kundizzjoni fiżika tajba biex jiġi ttrasportat jew fejn miżuri tal-ewwel għajnuna juru li ma jkunux effettivi, sabiex tiġi evitata t-tbatija mhux neċessarja tal-annimali;

52.

Jinnota li l-valur soċjetali u ekonomiku ta' annimal jista' jkollu impatt fuq l-istandard tat-trasport tiegħu; jenfasizza li l-istandards tat-trasport għat-tgħammir tal-annimali fl-industrija tal-ekwini huma ta' kwalità għolja;

53.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija biex jiġi żgurat li t-trasport ta' annimali ħajjin jinbidel għal kummerċ prinċipalment ta' laħam u karkassi u ta' prodotti ġerminali, minħabba l-impatti li jkollu t-trasport tal-annimali ħajjin fuq l-ambjent, il-benessri tal-annimali u s-saħħa; iqis li kwalunkwe strateġija bħal din trid tindirizza l-fatturi ekonomiċi li jinfluwenzaw id-deċiżjoni li jiġu ttrasportati annimali ħajjin; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi t-trasport lejn pajjiżi terzi f'din l-istrateġija;

54.

Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu programmi għall-qtil reliġjuż ta' annimali disponibbli f'biċċeriji, minħabba li proporzjon kbir ta' esportazzjonijiet ta' annimali ħajjin huma lejn swieq tal-Lvant Nofsani;

55.

Jirrikonoxxi d-distorsjoni kurrenti tas-suq ikkawżata minn tariffi differenti applikati għall-annimali ħajjin u għal-laħam, li tinċentiva b'mod qawwi l-kummerċ tal-annimali ħajjin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, flimkien mas-sħab kummerċjali tagħha, teżamina mill-ġdid din id-distorsjoni bl-għan li tnaqqas il-kummerċ tal-annimali ħajjin u, fejn meħtieġ, tissostitwixxi dan il-bejgħ bil-laħam;

56.

Ifakkar li, skont ir-Regolament attwali, waqfa ta' mistrieħ f'post ta' kontroll approvat hija diġà obbligatorja wara l-perjodu massimu ta' trasport ta' ekwidi domestiċi u annimali domestiċi tal-ispeċi bovina, ovina, kaprina u suwina, fejn il-ħin tat-trasport jaqbeż it-tmien sigħat;

Il-benessri tal-annimali

57.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-veterinarji uffiċjali huma preżenti fil-punti ta' ħruġ mill-Unjoni, u li jingħataw il-kompitu li jivverifikaw li l-annimali jinsabu f'kundizzjoni fiżika tajba biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom u li l-vetturi u/jew il-bastimenti jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament; jinnota b'mod partikolari li l-Artikolu 21 tar-Regolament jispeċifika li l-veterinarji għandhom jikkontrollaw il-vetturi qabel ma jitilqu l-UE, biex jiżguraw li dawn ma jkunux affollati żżejjed, jipprovdu spazju għoli biżżejjed, jipprovdu friex u jkunu qed iġorru għalf u ilma biżżejjed, u li l-apparat ta' ventilazzjoni u tal-ilma jkun qed jaħdem kif suppost;

58.

Jinkoraġġixxi l-użu ta' pjanijiet ta' kontinġenza għall-vjaġġi kollha, pereżempju, trakkijiet ta' sostituzzjoni u ċentri ta' kontinġenza, sabiex it-trasportatur ikun jista' jirrispondi b'mod effettiv għall-emerġenzi u jnaqqas l-impatt ta' dewmien jew aċċident fuq l-annimali ttrasportati għat-trobbija jew għall-qatla, billi dan diġà huwa mitlub mit-trasportaturi fuq vjaġġi twal skont ir-Regolament;

59.

Jinsisti li l-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali għandha tkun ibbażata fuq ix-xjenza u l-aħħar teknoloġija; jiddeplora l-fatt li, minkejja rakkomandazzjonijiet ċari mill-EFSA u t-talba tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2012, il-Kummissjoni naqset milli taġġorna r-regoli dwar it-trasport tal-annimali bl-aħħar evidenza xjentifika; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, taġġorna r-regoli li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi abbażi tal-aħħar għarfien u teknoloġija xjentifiċi, b'mod partikolari fir-rigward ta' fatturi li jinkludu kontroll tal-ventilazzjoni, it-temperatura u l-umdità suffiċjenti permezz tal-arja kondizzjonata fil-vetturi kollha, sistemi tax-xorb xierqa u għalf likwidu, b'mod partikolari għal annimali mhux miftuma, densitajiet imnaqqsa ta' bhejjem u spazju għoli minimu suffiċjenti speċifikat, u biex il-vetturi jkunu adattati għall-ħtiġijiet ta' kull speċi; jenfasizza li l-konklużjoni tal-opinjoni tal-EFSA li huma involuti aspetti oħra fil-benessri tal-annimali lil hinn ferm mit-tul tal-vjaġġ, bħat-tagħbija u l-ħatt b'mod xieraq, kif ukoll il-kundizzjonijiet ta' disinn tal-vettura;

60.

Jesprimi tħassib dwar il-vjaġġi li matulhom l-annimali jingħataw ilma kkontaminat u li mhuwiex tajjeb għall-konsum jew jkunu mċaħħda minn aċċess għall-ilma minħabba l-fatt li t-tagħmir tal-ilma ma jkunx qed jiffunzjona tajjeb jew ikun ippożizzjonat ħażin; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-vetturi użati għat-trasport ta' annimali ħajjin iġorru ilma suffiċjenti matul il-vjaġġi, u li fi kwalunkwe każ, l-ammont ipprovdut għandu jkun xieraq għar-rekwiżiti speċifiċi tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati u għan-numru ta' dawk l-annimali;

61.

Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiżviluppa indikaturi tal-benessri bbażati fuq l-annimali li għandhom jippromwovi riżultati ta' benessri aħjar għall-annimali fit-trasport; iqis li għandha tiżviluppa dawn l-indikaturi mingħajr dewmien sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala komplement għar-rekwiżiti leġiżlattivi attwali;

62.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe reviżjoni ġejjiena tal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali waqt it-trasport tkun ibbażata fuq indikaturi oġġettivi u xjentifikament sodi, sabiex jiġu evitati deċiżjonijiet arbitrarji b'impatt ekonomiku mhux ġustifikat fuq is-setturi tal-bhejjem;

63.

Jinsisti li, skont id-dritt tal-Unjoni, il-bdiewa huma legalment responsabbli biex jiżguraw li l-annimali tagħhom li qed jiġu ttrasportati ma jkorrux jew ma ssirilhomx ħsara jew ma jgħaddux minn tbatija bla bżonn;

64.

Jenfasizza li l-ksur huwa ħafna drabi dovut għall-inadegwatezza tas-sistemi tal-ventilazzjoni ta' vetturi użati għat-trasport bit-triq ta' annimali ħajjin fuq distanzi twal, u li f'dawn is-sitwazzjonijiet, l-annimali jiġu sfurzati fi spazji żgħar b'temperaturi estremi, ferm lil hinn mill-firxa tat-temperaturi u l-limiti tat-tolleranza stabbiliti fir-Regolament;

65.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jitwettaq l-isturdament, mingħajr eċċezzjoni, qabel il-qtil ritwali reliġjuż fl-Istati Membri kollha;

66.

Jiddispjaċih li l-kompartimenti għall-annimali mhux dejjem ikollhom spazju biżżejjed biex jippermettu ventilazzjoni adegwata fil-vetturi u li l-movimenti naturali għall-annimali jkunu ristretti u ħafna drabi l-annimali jkunu mġiegħla jieħdu pożizzjonijiet mhux naturali għal perjodi twal, bi ksur ċar tar-regoli tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament u fil-Kapitolu II, punt 1.2 tal-Anness tiegħu;

67.

Iqis li huwa meħtieġ li jkun magħmul obbligatorju li l-veterinarji jkunu preżenti abbord il-vapuri għat-trasport tal-annimali ħajjin, biex jirrappurtaw u jirreġistraw l-għadd ta' annimali li jmutu waqt il-vjaġġi u jfasslu pjanijiet ta' emerġenza biex jittrattaw kwalunkwe sitwazzjoni fuq il-baħar li jaf ikollha impatt negattiv fuq il-benessri tal-annimali li jkunu qed jiġu ttrasportati;

68.

Jinnota li l-bdiewa, it-trasportaturi u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jinterpretaw u jinfurzaw ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 b'mod differenti, speċjalment rigward il-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali għat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għat-trasport f'aktar dettall fejn ikun meħtieġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest ta' kundizzjonijiet ekwi, biex jiżguraw li fil-ġejjieni r-Regolament jiġi infurzat u implimentat b'mod armonizzat u uniformi fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali li se jiġu ttrasportati;

69.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa definizzjoni ta' ħidma sħiħa ta' dak li jikkostitiwixxi l-kundizzjoni fiżika tajba tal-annimali għat-trasport, u biex tabbozza linji gwida prattiċi għall-valutazzjoni tagħha; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u ta' informazzjoni, inklużi korsijiet ta' taħriġ solidi, regolari u obbligatorji, edukazzjoni u ċertifikazzjoni għal xufiera, trasportaturi, kummerċjanti, ċentri ta' assemblaġġ, biċċeriji, veterinarji, aġenti tal-fruntieri u kwalunkwe operatur ieħor involut fit-trasport tal-annimali sabiex jitnaqqsu l-livelli għoljin ta' ksur tal-kundizzjoni fiżika tajba; jistieden lill-operaturi jiżguraw it-taħriġ bir-reqqa ta' xufiera u akkompanjaturi f'konformità mal-Anness IV għar-Regolament;

70.

Jitlob viġilanza stretta biex ikun żgurat li annimali morda, dgħajfa jew ħfief, annimali li qed ireddgħu, annimali nisa ħobbla u annimali nisa li ma jissodisfawx il-ħin tal-ftam neċessarju ma jiġux ittrasportati;

71.

Jenfasizza li, b'mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1/2005, huwa diġà obbligatorju li l-annimali li jiġu ttrasportati għal distanzi twal iridu jingħataw ilma, għalf u mistrieħ, f'intervalli xierqa u kif adegwat għall-ispeċi u l-età tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq monitoraġġ aktar effikaċi bil-għan li tiżgura l-konformità sħiħa u armonizzata ma' dawn ir-rekwiżiti legali min-naħa tal-Istati Membri kollha;

72.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw li t-trasport tal-annimali jkun organizzat kif suppost, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-temp u t-tip ta' trasport;

73.

Jenfasizza li meta l-annimali jkunu meħtieġa li jinħattu għal perjodu ta' mistrieħ ta' 24 siegħa f'pajjiżi terzi, l-organizzatur irid jidentifika post għall-mistrieħ b'faċilitajiet ekwivalenti għal dawk ta' post ta' kontroll tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jispezzjonaw dawn il-faċilitajiet b'mod regolari u ma japprovawx reġistri tal-vjaġġ jekk il-post propost għall-mistrieħ ma jkunx ġie kkonfermat li għandu faċilitajiet ekwivalenti għall-UE;

74.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-ippjanar tat-trasport jinkludi prova ta' riżerva, inkluż għalf, ilma u mifrex frisk, f'post ta' kontroll; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi r-rekwiżiti għall-postijiet u l-faċilitajiet tal-postijiet ta' mistrieħ;

75.

Jirrikonoxxi li densitajiet imnaqqsa ta' bhejjem u l-interruzzjoni ta' vjaġġi biex l-annimali jkunu jistgħu jistrieħu jkollhom impatt ekonomiku negattiv fuq l-operaturi tat-trasport li jista' jaffettwa t-trattament kif suppost ta' annimali ttrasportati; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi inċentivi għat-trattament xieraq tagħhom;

76.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw titjib fiż-żamma tar-rekords f'azjendi agrikoli dwar perjodi ta' ġestazzjoni;

77.

Jistieden lill-Kummissjoni tifformula, abbażi ta' sejbiet xjentifiċi, linji gwida rigward l-ilma għal annimali ttrasportati f'gaġeġ u kundizzjonijiet għat-trasportazzjoni ta' flieles li jippromwovu livell għoli ta' benessri;

78.

Ifakkar li l-Istati Membri jridu jsibu soluzzjonijiet konformi mal-benessri għall-annimali fit-tmiem ta' ħajjithom u taċ-ċikli tal-produzzjoni tagħhom;

Għajnuna ekonomika

79.

Jappella biex isir użu aktar estensiv tal-miżura tal-iżvilupp rurali “pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali”, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (13), li tipprovdi appoġġ għal standards għoljin ta' benessri tal-annimali li jmur lil hinn mill-istandards obbligatorji applikabbli;

80.

Jappella biex ir-riforma tal-PAK li jmiss iżżomm u ssaħħaħ ir-rabta bejn il-pagamenti tal-PAK u l-kundizzjonijiet imtejba tal-benessri tal-annimali li jirrispettaw bis-sħiħ jew imorru lil hinn mill-istandards stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1/2005;

81.

Iħeġġeġ l-appoġġ għal miżuri biex ikun hemm distribuzzjoni bilanċjata ta' biċċeriji fl-Istati Membri li tiżgura li jitqiesu n-numri ta' bhejjem f'reġuni partikolari;

Pajjiżi terzi

82.

Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti persistenti rigward problemi tat-trasport u l-benessri tal-annimali f'ċerti pajjiżi terzi; jinnota li l-qtil f'ċerti pajjiżi terzi fejn l-UE tibgħat l-annimali jinvolvi tbatija estrema u prolongata u jikser b'mod regolari l-istandards internazzjonali dwar il-benessri waqt il-qtil kif stabbilit mill-OIE; filwaqt li jirrikonoxxi li d-domanda fil-pajjiżi terzi hija ħafna drabi għal annimali ħajjin, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu bidla, meta possibbli, lejn it-trasport tal-laħam jew il-karkassi, minflok annimali ħajjin, lejn pajjiżi terzi, kif ukoll it-trasport tas-semen jew tal-embrijuni minflok annimali għat-tgħammir;

83.

Jikkritika bil-qawwa l-istatistika pprovduta mill-Kummissjoni dwar il-konformità mar-Regolament f'dak li jikkonċerna l-vjaġġi li jsiru biex jiġu trasportati l-annimali ħajjin lejn pajjiżi mhux fl-UE, u jenfasizza li din tfasslet mingħajr ebda verifika sistematika fuq il-vetturi tat-trasport tal-annimali.

84.

Jitlob li l-Kummissjoni, fin-negozjati kummerċjali bilaterali tagħha ma' pajjiżi terzi, tesiġi l-konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea għall-benessri tal-annimali u tiddefendi l-internazzjonalizzazzjoni, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, tad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni dwar dan is-suġġett;

85.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-istandards li jintużaw minn ċerti pajjiżi terzi mhumiex għoljin daqs dawk fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rekwiżiti eżistenti fir-rigward tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-kummerċ u t-trasport tal-annimali, sabiex ikunu tal-anqas stretti daqs standards tal-UE; jistieden lill-Istati Membri li qed jesportaw lejn pajjiżi terzi biex jaħdmu ma' awtoritajiet lokali biex itejbu l-istandards tal-benessri tal-annimali;

86.

Jappella għal konformità konsistenti u sħiħa mas-sentenza tal-2015 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-424/13, li fiha l-Qorti stabbiliet li, għal trasport tal-annimali li jinvolvi vjaġġ twil, li jibda fit-territorju tal-UE u mbagħad ikompli barra minnu, sabiex it-trasportatur ikun awtorizzat li jibda l-vjaġġ, jeħtieġlu jkun obbligat jippreżenta reġistru tal-vjaġġ li jkun realistiku f'termini ta' konformità, b'attenzjoni partikolari għat-tbassir tat-temp; jistieden lill-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx ir-reġistri tal-vjaġġ fejn, f'konformità mad-deċiżjoni tal-Qorti, l-annimali jridu jinħattu għal waqfa ta' mistrieħ ta' 24 siegħa f'pajjiż mhux tal-UE, sakemm l-organizzatur ma jkunx identifika post għal dak il-mistrieħ li jipprovdi faċilitajiet ekwivalenti għal dawk ta' post ta' kontroll; ifakkar ukoll, f'dan ir-rigward, li l-unika lista li teżisti hija waħda mill-2009 għall-postijiet fejn jgħixu l-annimali fuq ir-rotot f'pajjiżi terzi, li fiha dettalji preċiżi tal-indirizz huma ta' spiss neqsin, u għaldaqstant, dan jagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji skont id-dritt tal-Unjoni ferm aktar diffiċli; jistieden lill-veterinarji uffiċjali f'punti ta' ħruġ biex jikkontrollaw, kif meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 1/2005, li qabel ma l-vetturi jitilqu l-UE, ikunu ġew imħarsa d-dispożizzjonijiet tar-Regolament;

87.

Ifakkar ukoll, f'dan il-kuntest, fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (informaturi) (COM(2018)0218), b'mod partikolari fil-kuntest ta' kontrolli veterinarji;

88.

Jiddeplora d-dewmien, li spiss huwa twil ħafna, li jseħħ fil-fruntieri u l-portijiet u jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda fl-uġigħ u s-sofferenza tal-annimali li dan id-dewmien jikkawża; jistieden lill-Istati Membri li għandhom fruntieri ma' pajjiżi terzi biex jipprovdu żoni ta' mistrieħ fejn l-annimali jkunu jistgħu jinħattu u jingħataw għalf, ilma, mistrieħ u kura veterinarja sabiex ikunu jistgħu jimtlew kif suppost ir-reġistri tal-vjaġġ, u biex jinfetħu toroq ta' passaġġ rapidu ddedikati li jkollhom biżżejjed persunal fid-dwana għall-annimali li qed jiġu ttrasportati biex jitnaqqsu l-perjodi ta' stennija, mingħajr ma tiddgħajjef il-kwalità tal-kontrolli tas-sanità u doganali fil-fruntieri; jistieden aktar lill-Istati Membri jikkooperaw aħjar fl-ippjanar tat-trasport tal-bhejjem, sabiex jevitaw il-wasla ta' numru kbir wisq fil-kontrolli tal-fruntiera fl-istess ħin;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni, inklużi aktar assistenza reċiproka u skambju ta' informazzjoni aċċellerata, bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha u f'pajjiżi terzi sabiex jitnaqqsu l-problemi tal-benessri u l-mard tal-annimali relatati ma' amministrazzjoni fqira billi jiġi żgurat li l-esportaturi jissodisfaw b'mod sħiħ ir-rekwiżiti amministrattivi; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-benessri tal-annimali fuq livell internazzjonali u twettaq inizjattivi biex iżżid l-għarfien fost il-pajjiżi li mhumiex fl-UE;

90.

Jistieden lill-Kummissjoni teżerċità pressjoni fuq pajjiżi fi tranżitu li jistabbilixxu ostakoli burokratiċi u ta' sigurtà li jdewmu bla bżonn it-trasport ta' annimali ħajjin;

91.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħtu attenzjoni partikolari lill-ksur tal-benessri tal-annimali waqt vjaġġi minn passaġġi fuq l-ilma u marittimi lejn pajjiżi terzi u biex jivvalutaw ksur possibbli ta' leġiżlazzjoni, bħar-rimi pprojbit ta' annimali mejta minn bastimenti fil-Mediterran (li l-marki tal-widnejn tagħhom sikwit jiġu maqtugħa) peress li sikwit ma jkunx hemm possibbiltà li jintremew fil-portijiet ta' destinazzjoni;

92.

Jenfasizza d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/544/KE dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport internazzjonali (14), skont liema t-trasport jista' jkun kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: bejn żewġ Stati Membri b'passaġġ mit-territorju ta' stat mhux membru; bejn Stat Membru u stat mhux membru; jew direttament bejn żewġ Stati Membri;

93.

Jisħaq fuq l-importanza li sakemm l-istandards tat-trasport tal-annimali f'pajjiżi terzi ma jkunux allinjati ma' dawk tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx biżżejjed biex tkun żgurata konformità sħiħa mar-Regolament, il-vjaġġi tat-trasport tal-annimali ħajjin lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal ftehimiet bilaterali biex jiġu mmitigati dawn id-differenzi, u li f'każ li dan ma jinkisibx, dawn għandhom jiġu pprojbiti;

94.

Ifakkar lill-Istati Membri li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, (15), jistgħu jintroduċu regoli nazzjonali aktar stretti għall-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, sakemm dawn ir-regoli jkunu konformi mal-objettiv ewlieni tar-Regolament (KE) Nru 1/2005;

95.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattika u miżuri ta' ekwivalenza regolatorji ma' pajjiżi terzi fir-rigward tat-trasport tal-annimali;

o

o o

96.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1.

(2)  http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2018/621853/EPRS_STU(2018)621853_EN.pdf

(3)  ĠU C 434, 23.12.2015, p. 59.

(4)  Ġurnal Uffiċjali tal-EFSA 2011:9(1):1966.

(5)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 116.

(6)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tat-23 ta' April 2015, Zuchtvieh-Export vs Stadt Kempten, C-424/13, ECLI:EU:C:2015:259.

(7)  Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 31/2018 tal-14 ta' Novembru 2018 bit-titolu “Il-benessri tal-annimali fl-UE: tnaqqis tad-distakk bejn għanijiet ambizzjużi u implimentazzjoni prattika”.

(8)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1966

(9)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977.

(10)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1.

(11)  “Final report of an audit carried out in The Netherlands from 20 February 2017 to 24 February 2017 in order to evaluate animal welfare during transport to non-EU countries” (Rapport finali ta' verifika li saret fin-Netherlands mill-20 ta' Frar 2017 sal-24 ta' Frar 2017 sabiex jiġi evalwat il-benessri tal-annimali matul it-trasport lejn pajjiżi li mhumiex fl-UE), il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, 2017.

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1)..

(13)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 347.

(14)  ĠU L 241, 13.7.2004, p. 21.

(15)  Sentenza tal-Qorti (L-Ewwel Awla) tal-14.10.2004 – Kawża C-113/02, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda, u s-Sentenza tal-Qorti (It-Tielet Awla) ta' 8.5.2008 – Kawża C-491/06, Danske Svineproducenter.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/170


P8_TA(2019)0133

It-tisħiħ tal-kompetittività tas-Suq Intern permezz tal-iżvilupp tal-unjoni doganali tal-UE u l-governanza tagħha

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar it-tisħiħ tal-kompetittività tas-suq intern permezz tal-iżvilupp tal-unjoni doganali tal-UE u l-governanza tagħha (2018/2109(INI))

(2020/C 449/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) (1), u l-att delegat tiegħu (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015) (2), l-att ta' implimentazzjoni tiegħu (ir-Regolament ta' Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2447 tat-2 ta' Novembru 2015) (3), l-att delegat tranżizzjonali tiegħu (ir-Regolament Delegat (UE) 2016/341 tas-17 ta' Diċembru 2015) (4), u l-programm ta' ħidma tiegħu (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/578 tal-11 ta' April 2016) (5),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Żvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha” (COM(2016)0813),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “L-ewwel Rapport Biennali dwar il-Progress fl-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha” (COM(2018)0524),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew bit-titolu “It-Tieni Rapport ta' Progress dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali” (COM(2018)0549),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-IT għad-dwana (COM(2018)0178),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni fl-ewwel qari tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)0884),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2017 dwar l-indirizzar tal-isfidi tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (7),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li jiġu adottati atti delegati f'konformità mal-Artikolu 284 tiegħu (COM(2018)0039),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 19/2017 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Proċeduri ta' importazzjoni: xi nuqqasijiet fil-qafas legali u implimentazzjoni ineffettiva għandhom impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-UE”,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 26/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Sensiela ta' dewmien fis-sistemi tal-IT tad-dwana: x'mar ħażin?”,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill 11760/2017 dwar il-progress li sar fil-ġlieda kontra l-frodi tad-dazji tas-sisa,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Europol u tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0059/2019),

A.

billi l-unjoni doganali, li tiċċelebra l-50 sena tagħha din is-sena, hija waħda mill-pedamenti tal-Unjoni Ewropea u waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja, u billi unjoni doganali operazzjonali għalkollox hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq uniku u għal kummerċ bla xkiel fl-UE, u hija parti essenzjali mill-politika kummerċjali komuni ma' pajjiżi terzi għall-benefiċċju kemm tal-impriżi u taċ-ċittadini tal-Unjoni, kif ukoll għall-kredibilità tal-Unjoni Ewropea, li l-Unjoni Doganali tqiegħed f'pożizzjoni b'saħħitha fin-negozjati dwar ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi;

B.

billi l-awtoritajiet doganali jeħtieġ li jsibu l-bilanċ meħtieġ bejn il-faċilitazzjoni tal-kummerċ leġittimu, il-kontrolli doganali mfassla biex jipproteġu s-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha, il-fiduċja tal-konsumaturi fil-merkanzija li tidħol fis-suq uniku, u l-interessi finanzjarji u kummerċjali tal-Unjoni, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta' aktar minn 60 att legali, minbarra l-qafas legali doganali, għall-ġlieda kontra l-kummerċ illegali u l-kuntrabandu, u għall-għoti tal-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat;

C.

billi l-istandardizzazzjoni tal-informazzjoni u tal-proċessi doganali għandha rwol ewlieni fl-omoġenizzazzjoni tal-kontrolli, speċjalment fir-rigward ta' fenomeni bħall-klassifikazzjoni żbaljata u s-sottovalutazzjoni tal-importazzjonijiet u r-rapportar ħażin tal-oriġini tal-merkanzija, li huma ta' detriment għall-operaturi ekonomiċi kollha, iżda b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji;

D.

billi l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ammontaw għal EUR 3 700 biljun fl-2017 u billi d-dazji doganali miġbura jirrappreżentaw 15 % tal-baġit tal-Unjoni;

E.

billi l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) hija essenzjali biex jitħarsu r-riżorsi proprji tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dazji doganali, u l-interessi fiskali nazzjonali, iżda anke biex titħares is-sigurtà tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni ġusta Ewropej u fis-suq intern;

F.

billi l-KDU jistipula li s-sistemi elettroniċi meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu jridu jiġu varati sal-31 ta' Diċembru 2020; billi d-diġitizzazzjoni tal-proċeduri doganali ilha li bdiet mill-2003 u ġiet implimentata fl-2008 bl-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (8) u tad-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ (id-Deċiżjoni dwar id-dwana elettronika);

G.

billi l-ħidma għad-diġitalizzazzjoni tad-dwana għadha mhijiex lesta, filwaqt li aktar minn 98 % tad-dikjarazzjonijiet doganali llum il-ġurnata huma elettroniċi u l-oqsma li ġejjin tad-dwana issa qed jiġu ttrattati permezz ta' sistemi elettroniċi: it-tranżitu (NCTS), il-kontroll tal-esportazzjoni (ECS), id-data ta' sikurezza (ICS), il-ġestjoni tar-riskji (CRMS), in-Numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI), l-awtorizzazzjonijiet (CDS), l-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEO), l-Informazzjoni Vinkolanti dwar it-Tariffi (EBTI), il-kwota u t-tariffi (QUOTA), is-sospensjonijiet tariffarji awtonomi, in-nomenklatura magħquda (TARIC), is-sorveljanza tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet (SURV2) u s-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati għaċ-ċertifikati ta' oriġini (REX);

H.

billi l-għan tal-programm doganali propost fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE tal-2021-2027 huwa li jappoġġa l-attivitajiet u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri;

I.

billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE joħloq sfida għall-funzjonament tajjeb tal-Unjoni Doganali;

J.

billi se jkun hemm dewmien fl-implimentazzjoni tas-sistemi elettroniċi ewlenin meħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u se tiġi posposta għal wara l-31 ta' Diċembru 2020;

K.

billi l-għodda tal-Prestazzjoni tal-Unjoni Doganali topera billi tivvaluta l-funzjonament tal-Unjoni Doganali, abbażi ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni, f'firxa ta' oqsma bħall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji, filwaqt li tiżgura s-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u tivvaluta l-importanza tad-dwana biex tikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività tal-UE;

L.

billi l-governanza tal-programm Dwana 2020 u b'hekk tal-ħidma tal-IT doganali hija kondiviża bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-rappreżentanti ta' interessi kummerċjali f'għadd kbir ta' strutturi tat-teħid tad-deċiżjonijiet li l-multiplikazzjoni tagħhom għandha impatt negattiv fit-tul fuq l-effikaċja tal-programm u l-ġestjoni tal-proġetti tal-IT;

M.

billi wara t-tmiem tal-programm attwali Dwana 2020 u wara valutazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji tad-diversi għażliet possibbli, se jkun jeħtieġ li l-governanza tal-programmi tad-dwana tiġi riveduta;

1.

Jenfasizza l-ħidma li ssir kuljum mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u mis-servizzi tal-Kummissjoni, li jippruvaw jipproteġu s-suq intern kontra l-kompetizzjoni inġusta f'forma ta' prodotti foloz u prodotti li huma l-oġġett ta' dumping, jiffaċilitaw il-kummerċ u jnaqqsu l-formalitajiet amministrattivi, jiġbru dħul għall-baġits nazzjonali u għall-baġit tal-Unjoni, u jipproteġu lill-popolazzjoni mit-theddid tat-terroriżmu, it-theddid relatat mas-saħħa, it-theddid ambjentali u theddid ieħor;

2.

Ifakkar li l-Unjoni Doganali hija waħda mill-ewwel kisbiet tal-UE u tista' titqies bħala waħda mill-istejjer ta' suċċess ewlenin tagħha peress li din ippermettiet lil impriża stabbilita fl-Unjoni tbigħ l-merkanzija tagħha u tinvesti fl-Unjoni kollha, iżda ppermettiet ukoll lill-UE tneħħi l-fruntieri interni u tikkompeti mal-bqija tad-dinja; jissottolinja li s-suq uniku tal-UE ma jkunx possibbli mingħajr l-ambjent ħieles mit-tariffi pprovdut mill-Unjoni Doganali u r-rwol li din tal-aħħar għandha biex tissorvelja l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet;

3.

Jenfasizza li Unjoni Doganali kompletament funzjonali hija essenzjali sabiex jiġu ggarantiti l-kredibbiltà u s-saħħa tal-UE u l-pożizzjoni ta' negozjar tagħha għall-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġodda; jenfasizza li Unjoni Doganali effiċjenti tal-UE tgħin biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ legali u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-kummerċjanti leġittimi, kunsiderazzjoni li hija importanti għall-iżvilupp ta' negozji kompetittivi; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati kontrolli effettivi – fost l-oħrajn billi titrawwem il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali ta' pajjiżi terzi – u li jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ legali;

4.

Jenfasizza li l-ħolqien ta' proċessi doganali bla xkiel madwar l-Unjoni abbażi tar-riforma tal-infrastruttura tal-IT huwa essenzjali; iqis li d-diġitalizzazzjoni għandha l-potenzjal li tagħmel l-iskambju ta' informazzjoni u l-ħlas ta' dazji aktar trasparenti u aċċessibbli, b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta ’daqs medju u għall-operaturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi, u li toffri opportunitajiet biex jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri doganali;

5.

Jinnota li d-diverġenzi attwali fil-livell u fil-kwalità tal-kontrolli, tal-proċeduri doganali u tal-politiki ta' sanzjonijiet, fil-punti ta' dħul tal-UE fl-unjoni doganali, spiss jirriżultaw fi tfixkil tal-flussi kummerċjali, filwaqt li jikkontribwixxu għall-problema ta' “għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni” u jpoġġu f'riskju l-integrità tas-suq uniku; jitlob bil-qawwa, f'dak il-kuntest, sabiex il-Kummissjoni u l-Istati Membri jindirizzaw din il-kwistjoni;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex toħloq punt ta' waqfa waħda (one-stop-shop) tad-dwana integrat tal-UE li jgħin lin-negozji jissottomettu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa f'post wieħed, u b'hekk ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji kollha għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-tranżitu ta' merkanzija;

7.

Ifakkar li r-Renju Unit se jsir pajjiż terz wara li joħroġ mill-UE, u b'hekk se jbiddel il-fruntieri esterni tal-UE u jenfasizza li l-proċess tal-Brexit ma għandux iħalli impatt negattiv fuq l-iżvilupp u l-governanza tad-Dwana tal-UE;

Id-diġitizzazzjoni tal-proċeduri doganali

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw approċċ aktar effiċjenti, kosteffiċjenti u razzjonalizzat għall-ġestjoni tas-sistemi tal-IT għall-awtoritajiet doganali; jitlob, b'mod partikolari, stima aktar preċiża u realistika taż-żmien u r-riżorsi li se jkunu meħtieġa, u tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proġetti individwali tal-IT li se jgħinu biex jiġu diġitizzati l-proċeduri doganali;

9.

Jiddeplora l-fatt li l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT ġodda għall-Unjoni Doganali batiet minn serje ta' dewmien, li wassal biex il-Kummissjoni titlob lill-Parlament u lill-Kunsill għal estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali wara l-iskadenza tal-2020 li ġiet stabbilita fil-KDU; jiddispjaċih ukoll li l-Kummissjoni pprovdiet biss informazzjoni inkompleta biex tiġġustifika din l-estensjoni ġdida, b'mod partikolari fir-rigward ta' dak li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha u dik tal-Istati Membri, li b'riżultat tagħha l-Parlament Ewropew ma jistax jeżerċita l-kontroll baġitarju u politiku tiegħu b'mod xieraq;

10.

Jenfasizza li, filwaqt li 75 % tal-komponenti Ewropej tas-sistemi tal-IT meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-KDU għandhom ikunu lesti sa Diċembru 2020, dan ma jfissirx li 75 % tas-sistemi tal-IT se jkunu lesti sa dak iż-żmien, peress li 25 % ta' dawk is-sistemi huma magħmula minn komponenti nazzjonali, li għalihom l-Istati Membri huma responsabbli u li għalihom ġie identifikat dewmien;

11.

Iqis li l-Kummissjoni u l-Kunsill jeħtiġilhom jiżguraw bl-ogħla prijorità li l-kodiċi doganali flimkien mad-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri doganali jiġi implimentat fl-iskadenza l-ġdida; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex jagħmlu l-almu tagħhom biex jevitaw aktar posponimenti; iqis li, f'dan ir-rigward, l-istabbiliment tal-arkitettura tal-IT jirrikjedi l-iżvilupp u l-varar ta' 17-il għodda tal-IT b'implikazzjonijiet kbar f'dak li jirrigwarda r-riżorsi finanzjarji u umani; għaldaqstant, iqis li huwa imperattiv li ma jkunx hemm sforzi doppji fir-rigward tar-riżorsi fit-twettiq tal-proġetti tal-IT tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni taġġorna l-iskeda taż-żmien tal-programm ta' ħidma tagħha tal-KDU abbażi tal-estensjoni tal-perjodu tranżizzjonali li pproponiet (9) għall-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill; jistieden lill-Parlament u lill-Kunsill jaħdmu favur adozzjoni malajr ta' dik l-estensjoni filwaqt li din tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet meħtieġa għall-varar b'suċċess tal-arkitettura tal-IT doganali mingħajr ħsara għal testijiet komprensivi tas-sigurtà, sabiex kwalunkwe kwistjoni possibbli ma tipperikolax il-kontrolli tal-merkanzija mwettqa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri; jenfasizza, kif għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li l-istess kawżi jipproduċu l-istess effetti, u li l-proċess ta' aġġornament tal-pjan strateġiku pluriennali 2017, bil-konċentrazzjoni tal-implimentazzjoni ta' sitt sistemi tal-IT fl-istess sena, jirrappreżenta sfida kbira u joħloq riskju kbir li lanqas l-iskadenzi stabbiliti mill-ġdid ma jiġu ssodisfati, b'mod li l-iskadenza tal-implimentazzjoni tal-KDU tista' tiġi estiża ulterjorment għal wara l-2025;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-pjan strateġiku pluriennali tagħha billi toħloq sekwenzjar tal-proġetti matul il-perjodu tranżitorju kollu sabiex kemm jista' jkun tevita l-konċentrazzjoni ta' skjeramenti fit-tmiem tal-perjodu, u billi tistabbilixxi stadji importanti vinkolanti, inkluż għall-Istati Membri;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni ma timmodifikax l-ispeċifikazzjonijiet statutorji u tekniċi li issa ġew adottati għas-17-il għodda tal-IT, peress li l-portata tal-proġetti li jridu jitwettqu u ż-żmien meħtieġ biex jiġu varati mhumiex kompatibbli la mal-fatt li t-teknoloġiji involuti qed jevolvu kontinwament u lanqas mal-bidliet leġiżlattivi u regolatorji inevitabbli li se jseħħu matul dan il-perjodu;

15.

Ifakkar li skont il-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni kienet konxja tad-dewmien iżda għażlet li ma tinkludix din l-informazzjoni fir-rapportar uffiċjali tagħha, li waqqaf lill-partijiet ikkonċernati (bħall-Parlament Ewropew, istituzzjonijiet oħra tal-UE mhux rappreżentati fl-istruttura ta' governanza ta' Dwana 2020, kif ukoll kumpaniji u ċittadini interessati) milli jiġu infurmati bis-sħiħ dwar ir-riskju ta' dewmien f'ħin reali; jistieden, ghalhekk, lill-Kummissjoni tirrapporta b'mod regolari u trasparenti dwar it-twettiq tal-pjan ta' ħidma strateġiku pluriennali u dwar l-istabbiliment tas-sistemi elettroniċi doganali sabiex ma tirrepetix l-iżbalji tal-programmazzjoni preċedenti u tinforma dwar kwalunkwe dewmien futur possibbli filwaqt li ma tagħmilx dan għal għarrieda jew mingħajr azzjonijiet korrettivi xierqa;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa b'mod kontinwu l-programm Dwana 2020 u tirrispondi għan-nuqqasijiet identifikati, b'mod partikolari n-nuqqas ta' użu tat-timijiet ta' esperti stabbiliti skont dan il-programm u tagħmilha possibbli li tiżdied il-kooperazzjoni bejn is-servizzi doganali;

17.

Jissottolinja li l-monitoraġġ, l-analiżi u l-valutazzjoni kontinwi tal-politika fir-rigward ta' impatti possibbli huma partijiet essenzjali mill-governanza tal-Unjoni Doganali; jieħu nota u jilqa' l-ħidma tal-Kummissjoni biex tiżviluppa għodda għall-prestazzjoni tal-Unjoni Doganali li eventwalment se tippermettilha tiġi vvalutata sistematikament abbażi tal-objettivi strateġiċi tagħha f'termini ta' effiċjenza, effikaċja u uniformità; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw il-ħidma sabiex din l-għodda tiġi żviluppata ulterjorment;

18.

Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li din l-għodda għandha tivvaluta wkoll il-prestazzjoni tal-kontrolli doganali f'termini tal-potenzjal tad-diġitizzazzjoni u tal-flussi tad-data sabiex toħloq kontrolli bbażati fuq ir-riskju saħansitra aktar effettivi filwaqt li tottimizza l-piż fuq l-awtoritajiet doganali;

Governanza, rapporti u finanzjament tal-programm Dwana

19.

Jieħu nota tal-azzjonijiet li jieħdu l-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw implimentazzjoni uniformi u koerenti tal-kodiċi doganali, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ, u permezz tal-adozzjoni ta' linji gwida; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom u r-riżorsi implimentati biex jiżguraw applikazzjoni sħiħa tal-kodiċi doganali adottat fl-2013 u ta' proċeduri doganali uniformi fl-Unjoni Ewropea kollha; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' azzjoni li jista' b'mod utli jkun ibbażat fuq rieżami bejn il-pari tal-prattiki doganali, fuq l-iskambju tal-aħjar prattiki, fuq kooperazzjoni akbar bejn is-servizzi doganali u fuq programm ta' taħriġ b'riżorsi suffiċjenti;

20.

Ifakkar li l-Kummissjoni qed taħdem fuq ambjent ta' Tieqa Unika Doganali tal-UE li jippermetti lil operatur ekonomiku jressaq id-data meħtieġa għal firxa wiesgħa ta' finijiet regolatorji (pereżempju veterinarji, sanitarji, ambjentali, eċċ.) f'format standardizzat lil għadd ta' riċevituri u permezz ta' punti ta' aċċess armonizzati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu din il-ħidma importanti;

21.

Jieħu nota tal-isforz finanzjarju appoġġat mill-baġit tal-UE, li jżid l-allokazzjoni tal-programm Dwana li jmiss, għall-2021-2027, għal EUR 842 844 000 bi prezzijiet tal-2018; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu wkoll ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa għall-varar tal-komponenti nazzjonali, elementi essenzjali li minnhom tiddependi l-introduzzjoni tas-sistema elettronika doganali Ewropea, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta fi żmien debitu rapport dwar il-varar tal-komponenti tal-Unjoni u tal-komponenti extra-UE żviluppati mill-Istati Membri;

22.

Jenfasizza li llum il-ġurnata d-dwana trid taffaċċja żieda fenomenali fil-volum tal-oġġetti li qed jinxtraw online barra mill-UE f'termini ta' kontrolli u ġbir tad-dazji applikabbli, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-volum tal-oġġetti b'valur baxx importati fl-UE qed jiżdied kull sena b'10-15 %; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw aħjar din l-isfida;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi, fit-tmiem u fit-tmiem biss tal-implimentazzjoni tas-17-il sistema tal-IT relatati mal-KDU tal-programm Dwana 2020, struttura ta' governanza aktar effettiva għat-twettiq tal-proġetti tal-IT doganali u l-aġġornamenti tagħhom; jenfasizza l-importanza, fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi, fiskali u tas-sigurtà rrappreżentati mis-sistemi tal-IT doganali, li s-soluzzjoni adottata tippreserva bis-sħiħ is-sovranità Ewropea;

24.

Jenfasizza li l-programm “Dwana 2021-2027”, billi jappoġġa l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jgħin mhux biss biex iżid id-dħul tal-baġit tal-UE, iżda wkoll biex jiggarantixxi sigurtà tal-prodotti, protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji tal-UE;

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

25.

Jenfasizza li l-inċertezza dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE hija sfida ewlenija għan-negozji Ewropej; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu informazzjoni komprensiva lill-partijiet ikkonċernati dwar ir-riperkussjonijiet tal-ħruġ tar-Renju Unit fil-qasam tad-dwana u ta' ċerti tipi ta' taxxi indiretti (VAT u dazji tas-sisa);

26.

Jenfasizza li, wara l-ħruġ tar-Renju Unit, ma jridx ikun hemm lakuni fis-sistema doganali – inkluż fil-fruntieri esterni tal-UE – li jwittu t-triq għal kummerċ illeċitu jew evażjoni tad-djun taħt il-liġi pubblika stipulati fid-dritt tal-Unjoni;

o

o o

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi dan ir-rapport lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558.

(4)  ĠU L 69, 15.3.2016, p. 1.

(5)  ĠU L 99, 15.4.2016, p. 6.

(6)  ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.

(7)  ĠU C 242, 10.7.2018, p. 41.

(8)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.

(9)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-data previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/176


P8_TA(2019)0134

Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati (2018/2114(INI))

(2020/C 449/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-aġenziji, u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u l-Artikoli 15, 16, 71, 123, 124, 127, 130, 228, 263, 265, 267, 277, 282, 287, 290, 291, 298 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41, 42, 43, 51 u 52 tagħha,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 u l-Approċċ Komuni anness magħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0055/2019),

A.

billi l-aġenziji għandhom rwol vitali fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali, u jwettqu varjetà wiesgħa ta' kompiti biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, bħall-ħolqien ta' netwerks jew l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali; billi kooperazzjoni tajba bejn l-aġenziji tal-UE u l-Istati Membri tgħin biex ikun hemm aktar effiċjenza u effikaċja fil-ħidma tal-aġenziji; billi l-aġenziji stabbilixxew ukoll kooperazzjoni bejniethom permezz tan-Netwerk tal-Aġenziji tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi l-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji differenti u l-kumitati parlamentari kienu ġeneralment tajbin; billi l-Europol hija l-unika aġenzija skrutinizzata mill-Parlament b'mod konġunt mal-parlamenti nazzjonali permezz tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt;

C.

billi l-aġenziji nħolqu u żviluppaw maż-żmien, fuq bażi ta' każ b'każ; billi t-Trattat ta' Lisbona rrikonoxxa b'mod formali l-aġentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE billi introduċa l-aġenziji tal-UE b'mod formali fit-Trattati;

D.

billi l-aġenziji huma primarjament responsabbli quddiem il-Parlament u l-Kunsill, li jeħtiġilhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi ta' skrutinju adegwati fl-atti leġiżlattivi li jirregolaw lil dawk l-aġenziji, u li, sussegwentement, dawk il-mekkaniżmi jiġu implimentati sewwa; billi l-agentifikazzjoni tal-eżekuttiv tal-UE m'għandhiex iddgħajjef il-kontroll tal-Parlament tal-eżekuttiv tal-UE kif previst fl-Artikolu 14 tat-TUE;

E.

billi t-Trattati la jinkludu definizzjoni tal-aġenziji deċentralizzati, u lanqas deskrizzjoni ġenerali tal-kompetenzi li jistgħu jingħataw lill-aġenziji;

F.

billi għadd ta' aġenziji għandhom il-bażi ġuridika tagħhom skont l-Artikolu 352 tat-TFUE u oħrajn huma maħluqa fuq bażi ġuridika speċifika għas-settur;

G.

billi d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 huma r-riżultat tal-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji, li ġie stabbilit mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill sabiex tiġi vvalutata l-koerenza, l-effettività, l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza tal-aġenziji wara li proposta mill-Kummissjoni fl-2005 għal Ftehim Interistituzzjonali dwar l-aġenziji regolatorji ma rċevietx l-appoġġ meħtieġ mill-Kunsill u mill-Parlament;

H.

billi l-Approċċ Komuni jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-istruttura u l-governanza tal-aġenziji, kif ukoll l-operazzjoni, l-ipprogrammar tal-attivitajiet, il-finanzjament, il-ġestjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-proċeduri baġitarji, l-obbligu ta' rendikont, il-kontrolli u t-trasparenza tagħhom, li jgħinu jiżguraw l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati;

I.

billi, minkejja apprezzament ġeneralment pożittiv, fi ftit każijiet, l-aġenziji ltaqgħu ma' nuqqas ta' fiduċja okkażjonali fl-opinjonijiet xjentifiċi u tekniċi tagħhom;

Osservazzjonijiet prinċipali

1.

Jinnota li l-mekkaniżmi sabiex jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont tal-aġenziji huma inkorporati fit-Trattati, fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji, fil-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kif ukoll fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni; jenfasizza li, permezz tal-għoti tas-setgħa, il-Parlament għandu setgħat ta' skrutinju fir-rigward ta' aġenziji deċentralizzati li, madankollu, mhumiex spjegati fid-dettall fit-Trattati; jinnota f'dan ir-rigward in-natura mhux vinkolanti tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni; jiddispjaċih, madankollu, li l-Istituzzjonijiet għadhom ma qablux ma' qafas regolatorju vinkolanti;

2.

Jinnota li l-Parlament iwettaq skrutinju fuq l-aġenziji b'modi differenti:

bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja fit-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha dwar il-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE lill-aġenziji;

bħala l-awtorità tal-kwittanza;

permezz tad-deżinjazzjoni ta' membri tal-Bord ta' Amministrazzjoni tal-aġenziji;

permezz tal-proċedura għall-ħatra (jew it-tkeċċija) tad-Direttur Eżekuttiv;

permezz tal-konsultazzjoni tiegħu dwar il-programmi ta' ħidma;

permezz tal-preżentazzjoni tar-rapporti annwali;

permezz ta' metodi oħra (żjarat ta' delega, gruppi jew persuni ta' kuntatt, skambji ta' fehmiet, seduti ta' smigħ, briefings, għoti ta' għarfien espert);

3.

Jinnota li d-dispożizzjonijiet fir-regolamenti tat-twaqqif ivarjaw fi gradi differenti mill-mekkaniżmi għall-obbligu ta' rendikont u għall-iskrutinju parlamentari stabbiliti fl-Approċċ Komuni, li jista' jirriżulta mill-kompiti u mill-funzjonijiet differenti ħafna li jwettqu l-aġenziji;

4.

Josserva li l-kumitati parlamentari wettqu b'mod attiv il-kompiti ta' skrutinju tagħhom, minkejja l-varjetà tad-dispożizzjonijiet fir-regolamenti tat-twaqqif;

5.

Jirrikonoxxi l-implimentazzjoni, min-naħa tal-aġenziji tal-Unjoni, tad-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni u tal-pjan direzzjonali rilevanti; jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-Aġenziji Deċentralizzati (IIWG), li ġew approvati mill-Konferenza tal-Presidenti fit-18 ta' Jannar 2018; jinnota li matul il-laqgħa ta' segwitu tat-12 ta' Lulju 2018 il-ħidma tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali tqieset bħala kompluta;

Rakkomandazzjonijiet

6.

Iqis li jistgħu jsiru sforzi akbar sabiex ċerti dispożizzjonijiet jiġu integrati fir-regolamenti tat-twaqqif tal-aġenziji fir-rigward tal-mekkaniżmi ta' governanza u tal-obbligu ta' rendikont tagħhom, filwaqt li jitqiesu t-tipi differenti ta' aġenziji li bħalissa jeżistu u jiġu ddefiniti l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-relazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji; jinnota li dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati wkoll fil-valutazzjonijiet tal-impatt kull meta jiġi propost l-istabbiliment ta' aġenzija; jissottolinja li l-aġenziji jeħtieġ ikollhom ċertu grad ta' flessibbiltà organizzazzjonali sabiex jadattaw aħjar għall-kompiti previsti u l-ħtiġijiet li jirriżultaw huma u jwettqu dmirijiethom; jilqa' l-organizzazzjoni interna bbażata fuq gruppi u gruppi inkroċjati ta' aġenziji f'oqsma simili;

7.

Jitlob għalhekk għal valutazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni fl-aspetti kollha tiegħu, b'dokumenti analitiċi dettaljati simili għal dawk prodotti fl-2010 b'enfasi fuq aspetti relatati mal-governanza, filwaqt li b'mod partikolari tiġi rieżaminata l-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet inklużi mas-setgħat ta' kodeċiżjoni u ta' skrutinju tal-Parlament, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-flessibbiltà fid-dawl tax-xenarju varjat tal-aġenziji deċentralizzati;

8.

Jiddispjaċih li l-Parlament, bħala l-garanti ewlieni tar-rispett għall-prinċipju tad-demokrazija fl-UE, ma kienx involut bis-sħiħ fil-proċedura tal-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA u l-EBA; ifakkar, f'dan ir-rigward, fit-talba tiegħu biex jiġu riveduti kemm jista' jkun malajr id-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni tal-2012 u jfakkar ukoll fl-impenn tal-Kunsill biex jimpenja ruħu fir-reviżjoni tiegħu, filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, sa April 2019, analiżi fil-fond tad-Dikjarazzjoni Konġunta u tal-Approċċ Komuni fir-rigward tal-post tal-aġenziji deċentralizzati;

9.

Jenfasizza li l-post tas-sede ta' aġenzija m'għandhiex taffettwa l-eżekuzzjoni tas-setgħat u l-kompiti tagħha, l-organizzazzjoni tal-istruttura ta' governanza tagħha, l-operat tal-organizzazzjoni prinċipali tagħha jew il-finanzjament prinċipali tal-attivitajiet tagħha;

10.

Jistenna li l-prerogattivi tal-Parlament u tal-Kunsill bħala koleġiżlaturi jkunu rispettati bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet futuri dwar il-post jew ir-rilokazzjoni tal-aġenziji; iqis li l-Parlament għandu jkun involut b'mod sistematiku, matul il-proċess leġiżlattiv kollu u b'termini ugwali mal-Kunsill u mal-Kummissjoni, fid-definizzjoni u l-valutazzjoni tal-kriterji għall-għażla tal-post tal-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, b'mod trasparenti; jirrimarka li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu impenn, fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tat-13 ta' April 2016 li jikkooperaw b'mod sinċier u trasparenti, u li l-ftehim jenfasizza l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-koleġiżlaturi, kif minqux fit-Trattati; jissottolinja l-valur ta' skambju msaħħaħ ta' informazzjoni mill-istadji inizjali tal-proċessi futuri għall-għażla tal-post tal-aġenziji, peress li tali skambju bikri jagħmilha aktar faċli għat-tliet istituzzjonijiet biex jeżerċitaw id-drittijiet u l-prerogattivi tagħhom;

11.

Jemmen li d-deċiżjoni dwar il-lokalità tas-sede ta' aġenzija hija ta' importanza kbira, u jqis li kriterji objettivi, bħall-aċċessibbiltà, sinerġiji amministrattivi u prossimità għall-partijiet ikkonċernati, iridu jiġu kkunsidrati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħmlu l-aħjar deċiżjoni possibbli;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-riżorsi tal-aġenziji deċentralizzati, tippreżenta b'mod rapidu evalwazzjoni tal-aġenziji li jinsabu f'aktar minn lokalità waħda, billi tuża approċċ konsistenti biex tivvaluta l-valur miżjud billi tqis l-ispejjeż imġarrba; jitlob li jittieħdu miżuri sinifikanti abbażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni bil-għan li jitnaqqas l-għadd ta' diversi lokalitajiet, jekk u fejn ikun xieraq;

13.

Jipproponi li, abbażi ta' rieżami tal-Approċċ Komuni, kunsiderazzjoni ġdida għat-tfassil ta' Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar l-aġenziji u li dan il-ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar rieżami kull ħames snin tal-prinċipji li jirregolaw l-istabbiliment u l-funzjonament tal-aġenziji, filwaqt li jintuża l-għarfien espert ta' grupp ta' persuni eminenti;

14.

Iqis li dan il-FII għandu jirrispetta s-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' kodeċiżjoni u għandu jkopri wkoll ir-relazzjoni bejn aġenzija u l-istituzzjonijiet tal-Istat Membru fejn jinsab, kif ukoll miżuri ta' trasparenza, proċeduri biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess u biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-korpi governattivi u konsultattivi, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha tal-aġenziji;

15.

Jemmen li fl-abbozzar ta' tali FII, diversi suġġerimenti speċifiċi biex tissaħħaħ is-sorveljanza demokratika, tittejjeb ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-Unjoni u tissaħħaħ is-sistema ta' rapportar lill-Parlament għandhom jiġu indirizzati wkoll, bħal:

l-iffissar ta' limitu ta' żmien għall-aġenziji biex iwieġbu għall-mistoqsijiet indirizzati lilhom mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill;

li jsiru arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni sensittiva u kunfidenzjali u l-konsultazzjoni tal-kumitati parlamentari, fejn dan ikun meħtieġ;

jiġi kkunsidrat jekk għandux ikun hemm jew le numru speċifiku ta' membri tal-Bordijiet ta' Amministrazzjoni rispettivi maħtura mill-Parlament;

jiġi kkunsidrat il-valur miżjud tal-attendenza tar-rappreżentanti/osservaturi tal-Parlament fil-laqgħat tal-bordijiet tas-superviżuri u tal-gruppi tal-partijiet interessati tal-aġenziji;

is-simplifikazzjoni tal-involviment tal-Parlament fil-programmi ta' ħidma annwali u pluriennali tal-aġenziji;

is-simplifikazzjoni u l-armonizzar tal-obbligi ta' rapportar, b'mod partikolari fir-rigward tar-rapport annwali tal-attività, tar-rapport tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja kif ukoll tal-kontijiet finali;

il-Parlament jiġi informat b'mod dettaljat dwar il-miżuri li ħadu biex jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza (rapporti ta' segwitu) u dawk tal-Qorti tal-Awdituri;

16.

Iqis barra minn hekk li r-rwol tal-Parlament fis-sorveljanza tad-dimensjoni tal-governanza tal-aġenziji deċentralizzati jista' jittejjeb b'mod sinifikanti; jissuġġerixxi, barra minn hekk, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt u reviżjoni tar-regoli għal missjonijiet f'aġenziji li jippermettu kuntatt regolari aħjar bejn il-kumitati parlamentari u l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom;

17.

Jipproponi li, fil-kuntest tar-rieżami ta' kull ħames snin, li tibni fuq l-attivitajiet ta' skrutinju mwettqa mill-kumitati tal-Parlament fuq l-aġenziji li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom u flimkien magħhom, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jorganizza dibattitu annwali dwar il-funzjonament u l-governanza tal-aġenziji, u wara, jekk jitqies xieraq u/jew meħtieġ, isir dibattitu fil-plenarja sabiex tiġi ffaċilitata sistema aktar b'saħħitha u aktar strutturata ta' analiżi tal-attivitajiet tal-aġenzija fi ħdan il-Parlament; jipproponi, barra minn hekk, li meta wieħed iqis ir-rwol tal-aġenziji bħala intermedjarji bejn l-UE u l-Istati Membri, ikun hemm perjodu ta' konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali jekk ikunu jixtiequ jagħmlu kwalunkwe intervent dwar il-kwistjoni;

18.

Iqis li l-aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw ir-regoli u l-prinċipji ta' governanza tajba u ta' tfassil aħjar tal-liġijiet, inkluż it-twettiq ta' konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozzi ta' proposti tagħhom għal atti sekondarji u terzjarji, fejn il-qasam tal-aġenzija jippermetti dan; jipproponi li l-aġenziji jkunu soġġetti għall-istess regoli ta' trasparenza bħall-Kummissjoni, inklużi r-regoli u l-obbligi fir-rigward tar-rappreżentanti interessati;

19.

Jenfasizza li, filwaqt li jiġi żgurat li l-kompiti kollha li jirriżultaw mill-qafas regolatorju jitwettqu b'mod sħiħ u fi żmien l-iskadenza, l-aġenziji tal-Unjoni għandhom josservaw b'attenzjoni l-kompiti tagħhom u jaġixxu skont il-mandati assenjati lilhom mill-Parlament u mill-Kunsill; iqis li huwa essenzjali li l-aġenziji tal-Unjoni jkunu trasparenti meta jwettqu l-mandati tagħhom;

20.

Jipproponi li l-aġenziji kollha għandhom ikunu kapaċi jissottomettu opinjonijiet mhux vinkolanti dwar il-fajls attwali li jaqgħu taħt il-mandat tagħhom;

21.

Jemmen ukoll li fil-każ ta' kwalunkwe bidla futura għat-Trattati, għandha tingħata kunsiderazzjoni dwar kif l-aġenziji jistgħu jiġu msejsa b'mod aktar sod fit-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 13 u 14 tat-TUE u l-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE, billi tiżdied definizzjoni ċara tat-tipi differenti ta' aġenziji, is-setgħat li jistgħu jingħataw lilhom u l-prinċipji ġenerali li jiggarantixxu l-iskrutinju parlamentari tagħhom;

Kwistjonijiet baġitarji

22.

Jinnota li attwalment il-finanzjament tal-miżati tal-aġenziji jammonta għal madwar EUR 1 biljun fis-sena, li jista' jtaffi l-pressjoni fuq il-baġit tal-UE u jista' jkun mezz effikaċi għall-finanzjament tal-attivitajiet tal-aġenzija f'każijiet fejn il-mudell kummerċjali jippermetti dan; jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-kunflitti ta' interess potenzjali li jistgħu jinħolqu jekk l-aġenziji jkollhom jiddependu fuq il-miżati tas-sħubija bħala s-sors ewlieni ta' dħul tagħhom; jinsisti li miżuri ta' salvagwardja jkunu fis-seħħ sabiex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' kunflitt ta' interess;

23.

Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-prijoritajiet il-ġodda dwar il-klima, is-sostenibbiltà u l-ħarsien tal-ambjent fil-QFP li jmiss u l-kompiti attribwiti lil aġenziji partikolari għall-implimentazzjoni ta' dan il-QFP;

24.

Jinnota li, anke jekk l-aġenziji deċentralizzati jixbhu 'l xulxin f'dak li jirrigwarda l-ġestjoni tal-baġit, irriżulta li approċċi uniformi li suppost jgħoddu għal kulħadd kienu ta' detriment għall-ġestjoni effiċjenti u effikaċi ta' ċerti aġenziji; iqis li l-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal u r-riżerva għar-riallokazzjoni fost l-aġenziji bħala eżerċizzju ta' darba biss; itenni li biħsiebu jopponi kwalunkwe approċċ ta' dan it-tip fil-ġejjieni;

25.

Jinnota bi tħassib li għadd ta' aġenziji jsibuha diffiċli li jattiraw persunal kwalifikat minħabba l-kundizzjonijiet ta' impjiegi; jemmen li l-korpi tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu f'pożizzjoni li jattiraw persunal kwalifikat sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effikaċi u effiċjenti; jitlob, għalhekk, li tittieħed azzjoni konkreta biex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

26.

Jinnota li kooperazzjoni msaħħa bejn l-aġenziji fil-qsim tas-servizzi rriżultat fi ffrankar, eż. permezz tal-ħolqien ta' portal konġunt għall-akkwisti; iħeġġeġ aktar esplorazzjoni tal-potenzjal tal-qsim tas-servizzi, jew fost l-aġenziji jew inkella bejn il-Kummissjoni u l-aġenziji, bil-għan li jinħolqu sinerġiji ġodda u li dawk li diġà jeżistu jiġu ottimizzati; jemmen li, fejn applikabbli, tista' tinkiseb aktar effiċjenza baġitarja permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib fl-oqsma tal-appoġġ amministrattiv u s-servizzi tal-ġestjoni tal-faċilitajiet fost il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni li jinsabu qrib ħafna ta' xulxin;

27.

Jinnota li l-baġits tal-aġenziji għandhom jitħejjew bi qbil mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, fil-qies tal-għanijiet tal-aġenziji u r-riżultati mistennija tal-kompiti tagħhom; jitlob approċċ sistematiku fl-ibbaġitjar tal-aġenziji deċentralizzati bil-għan li l-kompiti tal-aġenziji jkunu aktar prijoritizzati, ikun hemm aktar kooperazzjoni u ma jitħalliex li jkun hemm trikkib, speċjalment fil-każ ta' aġenziji li jaħdmu fl-istess qasam ta' politika;

28.

Jinnota bi tħassib li għadd ta' rekwiżiti amministrattivi huma sproporzjonati għal aġenziji li ma laħqux ċertu daqs; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jiżguraw li r-rekwiżiti amministrattivi applikabbli jkunu proporzjonati mar-riżorsi finanzjarji u umani tal-aġenziji kollha;

29.

Ifakkar li l-proċedura leġiżlattiva twassal għal modifiki fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni; jinnota bi tħassib li rapporti finanzjarji aġġornati ġeneralment isiru disponibbli biss fi tmiem il-proċedura leġiżlattiva, jekk qatt isiru disponibbli; ifakkar fiż-żewġ rwoli tal-Parlament u tal-Kunsill bħala awtorità leġiżlattiva u awtorità baġitarja;

30.

Jilqa' l-abbozz tat-test rivedut tal-abbozz tar-Regolament Finanzjarju Qafas għal aġenziji deċentralizzati elaborat mill-Kummissjoni u, b'mod partikolari, il-pjanijiet tagħha li ssaħħaħ il-governanza ta' dawn l-aġenziji deskritti f'dan il-kuntest;

31.

Isostni, madankollu, li għad hemm sensiela ta' kwistjonijiet mhux solvuti, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien evalwazzjoni ta' dawk l-aġenziji li għandhom diversi postijiet, kif rakkomandat mill-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali, kif ukoll proposti għal fużjonijiet, għeluq u/jew trasferimenti possibbli ta' kompiti lill-Kummissjoni, abbażi ta' analiżi attenta u fil-fond u bl-użu ta' kriterji ċari u trasparenti, kif previst fit-termini ta' referenza tal-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali iżda li fir-realtà qatt ma ġew eżaminati sew minħabba n-nuqqas ta' proposti f'dan is-sens min-naħa tal-Kummissjoni;

32.

Jinnota li l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati għadu “taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti Il-Qorti tal-Awdituri, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa amministrattivi u ta' akkwist u l-finanzjament tagħhom”; itenni li l-awditjar imwettaq minn awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji u minħabba ż-żmien marbut mal-akkwist u mal-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar, ħoloq nefqa addizzjonali, u b'hekk kompla żied il-piż fuq ir-riżorsi dejjem inqas tal-aġenziji; jenfasizza li huwa kruċjali li din il-kwistjoni tiġi riżolta f'konformità mal-approċċ komuni, fi ħdan il-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju qafas; jappella lill-partijiet kollha involuti f'din ir-reviżjoni sabiex jipprovdu ċarezza dwar din il-kwistjoni b'mod urġenti sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv eċċessiv;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u lill-aġenziji deċentralizzati tal-UE.

II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 12 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/182


P8_TA(2019)0080

Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom (2018/2080(INL) – 2019/0900(APP))

(2020/C 449/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra l-Artikoli 41 u 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0050/2019),

1.

Jadotta l-abbozz ta' Regolament anness;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-abbozz ta' Regolament anness lill-Kunsill u lill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 228(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jorganizza, ladarba l-Kummissjoni tkun tat l-opinjoni tagħha u l-Kunsill ikun ta l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz tar-Regolament anness, il-pubblikazzjoni tar-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS GĦAL RIŻOLUZZJONI:

Abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew) u li jħassar id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom

IL-PARLAMENT EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 228(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari, l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Kunsill,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 20(2), il-punt (d) u l-Artikolu 228, it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(2)

B'mod partikolari, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba bħala dritt fundamentali taċ-ċittadini Ewropej. Min-naħa tiegħu, l-Artikolu 43 tal-Karta jirrikonoxxi d-dritt li wieħed jirreferi lill-Ombudsman Ewropew każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. Sabiex dawn id-drittijiet ikunu effettivi u sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ombudsman biex iwettaq inkjesti bir-reqqa u b’mod imparzjali, jenħtieġ li l-Ombudsman jingħata l-għodod kollha li huma meħtieġa biex iwettaq b'suċċess id-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.

(3)

Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew (1) ġiet emendata l-aħħar fl-2008. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, ġie stabbilit qafas legali ġdid għall-Unjoni. B'mod partikolari, l-Artikolu 228(4) tat-TFUE jippermetti lill-Parlament Ewropew, wara li jitlob opinjoni mill-Kummissjoni u bil-kunsens tal-Kunsill, li jadotta regolamenti li jistabbilixxu r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Għaldaqstant huwa mixtieq li d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tiġi mħassra u sostitwita b'Regolament f’konformità mal-bażi ġuridika applikabbli fil-preżent.

(4)

L-istabbiliment tal-kundizzjonijiet li bihom ilment jista' jitressaq quddiem l-Ombudsman jenħtieġ li jikkonforma mal-prinċipju ta' aċċess sħiħ, liberu u faċli, minkejja r-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mal-konkorrenza ta' proċedimenti legali u amministrattivi ġodda jew pendenti.

(5)

L-Ombudsman għandu d-dritt li jagħmel rakkomandazzjonijiet meta l-Ombudsman jara li istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni ma jkunux qed japplikaw deċiżjoni tal-qorti b'mod xieraq.

(6)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fejn l-inkjesti tal-Ombudsman jiżvelaw każijiet ta' amministrazzjoni ħażina. Jenħtieġ li tkun prevista l-preżentazzjoni ta' rapport komprensiv mill-Ombudsman lill-Parlament Ewropew fl-aħħar ta' kull sessjoni annwali.

(7)

Sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-Ombudsman, huwa mixtieq li mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju tal-Ombudsman, li huwa li jittratta l-ilmenti, l-Ombudsman jitħalla jwettaq inkjesti fuq inizjattiva proprja bl-għan li jidentifika każijiet ripetuti jew partikolarment serji ta' amministrazzjoni ħażina u jippromwovi l-aqwa prattiki amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.

(8)

Sabiex tiżdied l-effikaċja tal-azzjoni tal-Ombudsman, jenħtieġ li l-Ombudsman ikun intitolat li, fuq l-inizjattiva proprja tal-Ombudsman jew wara li jkun sar ilment, iwettaq inkjesti li jsegwu inkjesti preċedenti sabiex jiġi aċċertat jekk, u sa liema punt, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunux ikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet magħmula. Jenħtieġ li l-Ombudsman ikun intitolat ukoll li jinkludi, fir-rapport annwali tal-Ombudsman lill-Parlament Ewropew, valutazzjoni tar-rata ta' konformità tar-rakkomandazzjonijiet magħmula, u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi magħmula disponibbli għall-Ombudsman għat-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.

(9)

Jenħtieġ li l-Ombudsman ikollu aċċess għall-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Għaldaqstant, l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom ikunu obbligati jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni li jitlobhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Ombudsman fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati jenħtieġ li jkun soġġett għall-konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman dwar tali klassifikazzjoni. Għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Ombudsman ikun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati jew ta' informazzjoni oħra koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Jekk l-Ombudsman isib li l-assistenza mitluba ma tkunx qed tingħata, jenħtieġ li l-Ombudsman jinforma lill-Parlament Ewropew, li jenħtieġ li jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa.

(10)

L-Ombudsman u l-persunal tal-Ombudsman huma obbligati li jittrattaw b'kunfidenzjalità kull informazzjoni li jkunu kisbu fil-qadi ta' dmirijiethom. Madankollu, jenħtieġ li l-Ombudsman jinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-fatti li l-Ombudsman jqis li jistgħu jkunu relatati mal-liġi kriminali u li jkun sar jaf dwarhom waqt inkjesta. Jenħtieġ li l-Ombudsman ikun jista' jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni dwar il-fatti li jqajmu dubju dwar l-imġiba ta' membru tal-persunal tagħhom.

(11)

Jenħtieġ li jitqiesu l-bidliet riċenti li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra reati kriminali, b'mod partikolari l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (3), sabiex l-Ombudsman ikun jista' jinnotifikah bi kwalunkwe informazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Bl-istess mod, sabiex tiġi rispettata b’mod sħiħ il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-drittijiet tad-difiża stabbiliti fl-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa mixtieq li, fejn l-Ombudsman jinnotifika lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew b'informazzjoni li taqa' fil-kompetenza ta' dan tal-aħħar, l-Ombudsman jirrapporta dik in-notifika lill-persuna konċernata u lill-ilmentatur.

(12)

Jenħtieġ li tkun prevista l-possibilità ta' kooperazzjoni bejn l-Ombudsman u l-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli. Huwa mixtieq ukoll li jittieħdu passi sabiex l-Ombudsman jkun jista’ jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, peress li tali kooperazzjoni tista' żżid l-effikaċja tat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman.

(13)

Huwa l-Parlament Ewropew li għandu s-setgħa li jaħtar lill-Ombudsman fil-bidu tal-leġiżlatura parlamentari u għat-tul ta' żmien tagħha, u jagħżel lill-Ombudsman minn fost il-persuni li huma ċittadini tal-Unjoni u li joffru kull garanzija rekwiżita ta' indipendenza u kompetenza. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-waqfien tad-dmirijiet tal-Ombudsman, kif ukoll għas-sostituzzjoni tiegħu.

(14)

Id-dmirijiet tal-Ombudsman jenħtieġ li jitwettqu b'indipendenza sħiħa. Jenħtieġ li l-Ombudsman jintrabat solennement quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja meta jieħu l-kariga. L-inkompatibbiltajiet, ir-remunerazzjoni, il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Ombudsman jenħtieġ li jiġu stabbiliti.

(15)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar is-sede tal-Ombudsman, li jenħtieġ li tkun is-sede tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li jiġu adottati wkoll dispożizzjonijiet mhux biss dwar l-uffiċjali u aġenti oħra tas-segretarjat li se jassisti lill-Ombudsman, iżda wkoll dwar il-baġit ta' dan is-segretarjat.

(16)

Għandu jkun l-Ombudsman li jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza tad-dritt u l-ogħla standards fil-qadi tad-dmirijiet tal-Ombudsman, jenħtieġ li l-kontenut minimu tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati jiġi stabbilit f'dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman (Statut tal-Ombudsman Ewropew).

2.   L-Ombudsman għandu jaġixxi b'mod indipendenti mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, f’konformità mas-setgħat konferiti lill-Ombudsman mit-Trattati, u b'qies xieraq tal-Artikolu 20(2), il-punt (d) u l-Artikolu 228 tat-TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba.

3.   Fit-twettiq ta' dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament, l-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kawżi quddiem il-qrati u lanqas ma jista' jikkontesta s-solidità ta' deċiżjoni ta' qorti jew il-kompetenza ta' qorti li tieħu deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Ombudsman għandu jgħin fl-iskoperta ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja tagħha, u fejn ikun xieraq, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-għan li l-amministrazzjoni ħażina tintemm. L-ebda azzjoni minn xi awtorità jew persuna oħra ma tista' tkun is-suġġett ta' lment lill-Ombudsman.

2.   Kwalunkwe ċittadin tal-Unjoni jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jirrisjedu jew għandhom uffiċċju reġistrat fi Stat Membru jistgħu, direttament jew permezz ta' Membru tal-Parlament Ewropew, jirreferu lment lill-Ombudsman rigward każ ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rwol ġudizzjarju tagħha. Malli l-ilment jiġi riferut lill-Ombudsman, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, filwaqt li jirrispetta l-istandards tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data.

3.   L-ilment għandu jagħmel referenza ċara għas-suġġett tiegħu u għall-identità tal-ilmentatur. L-ilmentatur jista' jitlob li l-ilment, jew partijiet minnu, jibqgħu kunfidenzjali.

4.   Ilment għandu jsir fi żmien tliet snin mid-data meta l-ilmentatur ikun sar jaf bil-fatti li fuqhom hu bbażat l-ilment, u għandu jkun preċedut bil-passi amministrattivi xierqa fir-rigward tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati.

5.   L-Ombudsman għandu jiddetermina jekk ilment ikunx fi ħdan il-mandat tiegħu u, jekk iva, jekk huwiex ammissibbli. Meta lment ikun barra mill-mandat jew inammissibbli, l-Ombudsman, qabel ma jagħlaq il-fajl, jista' jagħti parir lill-ilmentatur biex jindirizzah lil awtorità oħra.

6.   L-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman m’għandhomx jolqtu l-limiti ta' żmien sabiex jiġu ppreżentati appelli fi proċeduri amministrattivi jew legali.

7.   Meta l-Ombudsman, minħabba proċeduri legali li jkunu għaddejjin jew ikunu ġew konklużi rigward il-fatti ppreżentati, ikollu jiddikjara li lment ikun inammissibbli jew li ma jkunx jista' jkompli jikkunsidrah, l-eżitu ta' kwalunkwe inkjesta li jkun għamel sa dak iż-żmien għandu jiġi arkivjat b'mod definittiv.

8.   Bl-eċċezzjoni ta’ lmenti relatati ma' każijiet ta' fastidju sesswali, l-ebda lment ma għandu jsir lill-Ombudsman dwar relazzjonijiet ta' xogħol bejn l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u uffiċjali jew aġenti oħra tagħhom sakemm il-possibbiltajiet kollha għall-preżentazzjoni ta' talbiet u lmenti amministrattivi interni, b'mod partikolari l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (4) (“ir-Regolamenti tal-Persunal”), ikunu ġew eżawriti mill-persuna konċernata u l-limiti ta' żmien għar-risposti mingħand l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jkunu skadew.

9.   L-Ombudsman għandu jinforma malajr kemm jista' jkun lill-ilmentatur dwar l-azzjoni meħuda dwar l-ilment.

Artikolu 3

1.   L-Ombudsman għandu, fuq inizjattiva proprja jew wara li jkun tressaq ilment, iwettaq l-inkjesti kollha, inklużi dawk li jsegwu inkjesti preċedenti, li jikkunsidra li jkunu ġustifikati biex jiġi ċċarat kwalunkwe suspett ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni. L-Ombudsman għandu jaġixxi mingħajr ma jirrikjedi ebda awtorizzazzjoni minn qabel u għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati fi żmien xieraq dwar tali azzjoni. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati jistgħu jissottomettu kwalunkwe kumment jew evidenza siewja lill-Ombudsman. L-Ombudsman jista' wkoll jitlob lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati biex jissottomettu tali kummenti jew evidenza.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dmir primarju tal-Ombudsman, li huwa li jittratta l-ilmenti, l-Ombudsman jista' jwettaq inkjesti fuq inizjattiva proprja, ta' natura aktar strateġika biex jidentifika sitwazzjonijiet ripetuti jew partikolarment serji ta' amministrazzjoni ħażina, biex jippromwovi l-aqwa prattiki amministrattivi fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u biex jindirizza b'mod proattiv il-kwistjonijiet strutturali ta' interess pubbliku li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.

3.   L-Ombudsman jista' jinvolvi ruħu fi djalogu strutturat u regolari mal-istituzzjonijiet korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni u jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi qabel ma jipprovdi rakkomandazzjonijiet jew fi kwalunkwe stadju minn hemm 'il quddiem, L-Ombudsman jista’ wkoll janalizza u jivvaluta b'mod sistematiku l-progress tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni konċernati, u joħroġ rakkomandazzjonijiet ulterjuri.

4.   L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-Ombudsman bi kwalunkwe informazzjoni li jkun talabhom u jagħtu lill-Ombudsman aċċess għall-fajls konċernati. L-aċċess għal informazzjoni jew dokumenti klassifikati għandu jkun suġġett għall-konformità mar-regoli dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni konċernati.

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji li jipprovdu informazzjoni jew dokumenti klassifikati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jinfurmaw lill-Ombudsman minn qabel dwar tali klassifikazzjoni.

Għall-implimentazzjoni tar-regoli previsti fl-ewwel subparagrafu, l-Ombudsman għandu jkun laħaq ftehim minn qabel mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati dwar il-kundizzjonijiet għat-trattament ta' informazzjoni jew dokumenti klassifikati.

L-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji konċernati għandhom jagħtu aċċess għal dokumenti li joriġinaw fi Stat Membru u li jkunu klassifikati bħala sigrieti bil-liġi unikament wara li s-servizzi tal-Ombudsman ikunu stabbilixxew miżuri u salvagwardji xierqa biex jittrattaw id-dokumenti li jiżguraw livell ekwivalenti ta' kunfidenzjalità, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u f'konformità mar-regoli dwar is-sigurtà tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni.

L-uffiċjali u aġenti oħra tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandhom, fuq talba tal-Ombudsman, jagħtu xhieda tal-fatti li jkollhom x'jaqsmu ma' inkjesta li jkun qed jagħmel l-Ombudsman. Huma għandhom jitkellmu f'isem l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tagħhom. Huma għandhom jibqgħu marbuta mal-obbligi li jirriżultaw mir-regoli rispettivi tagħhom. Meta jkunu marbuta bi dmir ta' segretezza professjonali, dan m'għandux jiġi interpretat bħala li jkopri informazzjoni rilevanti għall-ilmenti jew inkjesti dwar fastidju jew amministrazzjoni ħażina.

5.   L-Ombudsman għandu jeżamina perjodikament il-proċeduri relatati mal-azzjoni amministrattiva tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u għandu jivvaluta jekk dawn humiex kapaċi jipprevjenu b'mod effettiv il-kunflitti ta' interess, jiggarantixxu l-imparzjalità u jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-Ombudsman jista' jidentifika u jivvaluta każijiet possibbli ta' kunflitti ta' interess fil-livelli kollha li jistgħu jikkostitwixxu sors ta' amministrazzjoni ħażina, u f'dak il-każ l-Ombudsman għandu jfassal konklużjonijiet speċifiċi u jinforma l-Parlament Ewropew dwar is-sejbiet rigward is-suġġett.

6.   Safejn il-liġi nazzjonali tagħhom tippermetti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq it-talba tal-Ombudsman jew fuq inizjattiva proprja tagħhom, jibagħtu urġentement lill-Ombudsman kwalunkwe informazzjoni jew dokument li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati każijiet ta' amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni. Meta tali informazzjoni jew dokument ikunu koperti mil-liġi nazzjonali dwar l-ipproċessar ta' informazzjoni kunfidenzjali jew minn dispożizzjonijiet li jipprevjenu l-komunikazzjoni tagħhom, l-Istat Membru konċernat jista' jippermetti lill-Ombudsman ikollu aċċess għal din l-informazzjoni jew dokument, dment li l-Ombudsman jimpenja ruħu li jittrattahom bi qbil mal-awtorità kompetenti li toriġinahom. Fi kwalunkwe każ, għandha tingħata deskrizzjoni tad-dokument.

7.   Jekk l-Ombudsman ma jingħatax l-għajnuna mitluba, l-Ombudsman għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, li għandu jagħmel ir-rappreżentazzjonijiet xierqa.

8.   Meta wara inkjesta jinstabu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina, l-Ombudsman għandu jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, u fejn xieraq jagħmel rakkomandazzjonijiet. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija li tingħata din l-informazzjoni għandha tibgħat opinjoni dettaljata lill-Ombudsman fi żmien tliet xhur. L-Ombudsman jista', fuq talba motivata tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, jagħti estensjoni ta’ dik l-iskadenza, li m'għandhiex tkun itwal minn xahrejn. Meta ma tingħata l-ebda opinjoni mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati sal-iskadenza ta' tliet xhur jew sal-iskadenza estiża, l-Ombudsman jista' jagħlaq l-inkjesta mingħajr tali opinjoni.

9.   Wara dan, l-Ombudsman għandu jibgħat rapport lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u, notevolment fejn in-natura jew l-iskala tal-każ ta' amministrazzjoni ħażina li jkun skopra tirrikjedi dan, lill-Parlament Ewropew. L-Ombudsman jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rapport. L-ilmentatur għandu jiġi infurmat mill-Ombudsman dwar l-eżitu tal-inkjesta, l-opinjoni mogħtija mill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati u kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-Ombudsman fir-rapport.

10.   Fejn ikun xieraq fir-rigward ta' inkjesta dwar l-attivitajiet ta' istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni, l-Ombudsman jista' jidher quddiem il-Parlament Ewropew, fuq l-inizjattiva tal-Ombudsman stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, fl-aktar livell xieraq.

11.   Sa fejn ikun possibbli, l-Ombudsman għandu jfittex soluzzjoni mal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati, sabiex il-każ ta' amministrazzjoni ħażina jiġi eliminat u l-ilment jiġi sodisfat. L-Ombudsman għandu jinforma lill-ilmentatur dwar is-soluzzjoni proposta flimkien mal-kummenti, jekk ikun hemm, tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati. Jekk l-ilmentatur jixtieq dan, l-ilmentatur għandu jkun intitolat li jressaq kummenti, jew informazzjoni addizzjonali li ma kinitx magħrufa fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-ilment, lill-Ombudsman, fi kwalunkwe stadju.

12.   Fi tmiem kull sessjoni annwali, l-Ombudsman għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew dwar l-eżitu tal-inkjesti mwettqa mill-Ombudsman. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u valutazzjoni tal-adegwatezza tar-riżorsi disponibbli għat-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman. Dawn il-valutazzjonijiet jistgħu jkunu wkoll is-suġġett ta' rapporti separati.

Artikolu 4

L-Ombudsman u l-persunal tiegħu għandhom jittrattaw it-talbiet għal aċċess pubbliku għal dokumenti, ħlief dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1), f’konfomità mal-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Fir-rigward tal-ilmenti dwar id-dritt ta' aċċess pubbliku għal dokumenti mfassla jew rċevuti minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija, l-Ombudsman għandu, wara analiżi xierqa u wara l-kunsiderazzjoni kollha meħtieġa, joħroġ rakkomandazzjoni rigward l-aċċess għal dawk id-dokumenti. L-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati għandhom jwieġbu fi żmien il-perjodi previsti mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Jekk l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati ma jsegwux ir-rakkomandazzjoni mill-Ombudsman biex jagħtu aċċess għal dokumenti, għandhom jagħtu r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom. F'każ bħal dan, l-Ombudsman għandu jinforma lill-ilmentatur dwar ir-rimedji legali disponibbli, inklużi l-proċeduri disponibbli biex il-każ jiġi riferut lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

L-Ombudsman għandu jwettaq valutazzjonijiet regolari tal-politiki u rieżamijiet tal-proċeduri stabbiliti fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal (“whistleblowing”) u għandu, fejn ikun xieraq, jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti għal titjib bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni sħiħa għal uffiċjali u aġenti oħra li jirrapportaw fatti f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-Ombudsman jista', meta mitlub, jipprovdi informazzjoni kunfidenzjali, pariri imparzjali u gwida esperta lill-uffiċjali jew aġenti oħra dwar l-imġieba xierqa li għandha tittieħed fil-preżenza ta’ fatti msemmija fl-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal, inkluż dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-Ombudsman jista' wkoll jiftaħ inkjesti abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn uffiċjali jew aġenti oħra li jirrapportaw fatti f’konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal, li jistgħu jirrapportaw b’mod kunfidenzjali u anonimu, fejn il-fatti deskritti jistgħu jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina fl-instituzzjoni, korp, uffiċju jew aġenzija tal-Unjoni. Sabiex dan l-għan ikun jista' jitwettaq, ir-regolamenti tal-persunal applikabbli li jirrigwardaw is-segretezza jistgħu jiġu rinunzjati.

Artikolu 6

1.   L-Ombudsman u l-persunal tiegħu, li għalihom għandhom japplikaw l-Artikolu 339 tat-TFUE l-Artikolu 194 tal-Euratom, għandhom ikunu marbuta li ma jiżvelawx informazzjoni jew dokumenti li jiksbu matul l-inkjesti tagħhom. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, huma għandhom, b'mod partikolari, ikunu meħtieġa li ma jiżvelaw ebda informazzjoni jew dokument klassifikati provduti lill-Ombudsman jew dokumenti li jaqgħu fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-ħarsien tad-data personali, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni li tista' tagħmel ħsara lill-ilmentatur jew lil kwalunkwe persuna oħra involuta.

2.   Jekk l-Ombudsman iqis li fatti li jsir jaf matul inkjesta jistgħu jkunu relatati mal-liġi kriminali, l-Ombudsman għandu jinnotifika lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, safejn il-każ ikun jaqa' fl-ambitu tas-setgħat tagħhom, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Jekk ikun xieraq, l-Ombudsman għandu jinnotifika wkoll lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni li jkollhom awtorità fuq l-uffiċjal jew aġent ieħor konċernat, li jistgħu japplikaw it-tieni paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

L-Ombudsman jista' jinnotifika wkoll lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati tal-Unjoni dwar il-fatti li jqajmu dubju dwar l-imġiba ta' membru tal-persunal tagħhom, kif ukoll dwar kwalunkwe attività persistenti li jkollha l-effett li xxekkel l-inkjesta li tkun għaddejja.

L-Ombudsman għandu jirrapporta tali notifiki lill-ilmentatur u lill-persuni l-oħra konċernati li l-identità tagħhom hija magħrufa.

Artikolu 7

1.   L-Ombudsman jista' jikkoopera mal-awtoritajiet tal-istess tip fl-Istati Membri sakemm l-Ombudsman jikkonforma mal-liġi nazzjonali applikabbli.

2.   Fl-ambitu tad-dmirijiet tal-Ombudsman, l-Ombudsman għandu jikkoopera mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u ma’ istituzzjonijiet u korpi oħra, filwaqt li jevita kwalunkwe duplikazzjoni mal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 8

1.   L-Ombudsman għandu jkun elett, u eliġibbli għal ħatra mill-ġdid, skont l-Artikolu 228(2) tat-TFUE.

2.   L-għażla tal-Ombudsman għandha ssir minn fost persuni li huma ċittadini tal-Unjoni, li jgawdu d-drittijiet ċivili u politiċi kollha, li jagħtu kull garanzija ta' indipendenza, li ma kinux Membri ta' gvernijiet nazzjonali jew Membri tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għal dawn l-aħħar tliet snin, li jissodisfaw kundizzjonijiet ta' imparzjalità ekwivalenti għal dawk meħtieġa għal kariga ġudizzjarja f'pajjiżhom u li jkollhom il-kompetenza u l-esperjenza rikonoxxuti sabiex iwettqu d-dmirijiet tal-Ombudsman.

Artikolu 9

1.   L-Ombudsman għandu jieqaf milli jeżerċita d-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament jew fl-aħħar tal-mandat tiegħu jew meta jirriżenja jew jitkeċċa.

2.   Għajr fil-każ ta' tkeċċija, l-Ombudsman għandu jibqa' fil-kariga sakemm jinħatar Ombudsman ġdid.

3.   F'każ ta' tmiem antiċipat tal-funzjoni ta' Ombudsman, is-suċċessur għandu jinħatar fi żmien tliet xhur minn meta l-kariga ssir vakanti, għall-bqija ta' dik il-leġiżlatura tal-Parlament Ewropew. Sakemm jinħatar Ombudsman ġdid, l-uffiċjal prinċipali msemmi fl-Artikolu 13(2) għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet urġenti li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ombudsman.

Artikolu 10

Meta l-Parlament Ewropew ikollu l-intenzjoni li jitlob it-tkeċċija tal-Ombudsman skont l-Artikolu 228(2) tat-TFUE, huwa għandu jisma' lill-Ombudsman qabel ma jagħmel talba bħal din.

Artikolu 11

1.   Fit-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament, l-Ombudsman għandu jaġixxi f'konformità mal-Artikolu 228(3) tat-TFUE. L-Ombudsman m'għandux jagħmel atti li jkunu inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet imsemmija.

2.   Meta jieħu l-kariga, l-Ombudsman għandu jagħmel impenn solenni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bħala Qorti sħiħa li se jwettaq id-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament b'indipendenza u imparzjalità kompluti u li se jirrispetta għalkollox l-obbligi li jirriżultaw matul u wara l-mandat. L-impenn solenni għandu b'mod partikolari jinkludi d-dmir li jġib ruħu b'integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta' ċerti ħatriet jew benefiċċji wara t-tmiem tal-mandat.

Artikolu 12

1.   Tul iż-żmien tal-Ombudsman fil-kariga, l-Ombudsman ma jista' jeżerċita l-ebda funzjoni politika jew amministrattiva oħra, jew kwalunkwe kariga oħra, la bi ħlas u lanqas mingħajru.

2.   L-Ombudsman għandu jkollu l-istess rimunerazzjoni, allowances u pensjoni bħal dawk tal-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja.

3.   L-Artikoli 11 sa14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll Nru 7 għandhom japplikaw għall-Ombudsman u għall-uffiċjali u aġenti oħra tas-segretarjat tiegħu.

Artikolu 13

1.   L-Ombudsman għandu jingħata baġit adegwat, biżżejjed biex jiżgura l-indipendenza tal-Ombudsman u biex jipprovdi għat-twettiq tad-dmirijiet imsemmija fit-Trattati u f'dan ir-Regolament.

2.   L-Ombudsman għandu jiġi assistit minn segretarjat, li l-uffiċjal prinċipali tiegħu għandu jinħatar mill-Ombudsman.

3.   Għandu jsir sforz mill-Ombudsman biex tintlaħaq parità bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ombudsman.

4.   L-uffiċjali u l-aġenti oħra tas-segretarjat tal-Ombudsman għandhom ikunu soġġetti għar-regoli u r-regolamenti li japplikaw għall-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni. L-għadd tagħhom għandu jiġi adottat kull sena bħala parti mill-proċedura baġitarja u jkun adegwat għat-twettiq xieraq tad-dmirijiet u l-ammont ta' xogħol tal-Ombudsman.

5.   L-uffiċjali u l-aġenti oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri maħtura fis-segretarjat tal-Ombudsman għandhom jiġu sekondati fl-interess tas-servizz u garantiti li jingħataw lura l-kariga tagħhom b'mod awtomatiku fl-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fejn kienu jaħdmu qabel.

6.   Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-persunal tiegħu, l-Ombudsman għandu jkollu l-istess status bħall-istituzzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 1a tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 14

L-Ombudsman għandu jivvaluta l-proċeduri fis-seħħ għall-prevenzjoni ta' fastidju ta' kwalunkwe tip u xorta fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, kif ukoll il-mekkaniżmi li jippenalizzaw lil dawk responsabbli. L-Ombudsman għandu jfassal konklużjonijiet xierqa dwar jekk dawk il-proċeduri humiex konsistenti mal-prinċipji tal-proporzjonalità, adegwatezza u azzjoni enerġetika, u jekk jipprovdux protezzjoni u appoġġ effettivi lill-vittmi.

L-Ombudsman għandu jeżamina fi żmien xieraq jekk l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jittrattawx b'mod adegwat il-każijiet ta' fastidju ta' kwalunkwe tip u xorta billi japplikaw korrettament il-proċeduri previsti fir-rigward tal-ilmenti f’dak il-qasam. L-Ombudsman għandu jfassal konklużjonijiet xierqa dwar is-suġġett.

L-Ombudsman għandu jaħtar, fi ħdan is-segretarjat, persuna jew struttura b'għarfien espert fil-qasam tal-fastidju li tkun kapaċi tivvaluta fi żmien xieraq jekk każijiet ta’ fastidju ta’ kwalunkwe tip u xorta, inkluż il-fastidju sesswali, huma trattati b’mod adegwat fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u, fejn xieraq, tipprovdi pariri lill-uffiċjali u aġenti oħra tagħhom.

Artikolu 15

Is-sede tal-Ombudsman għandha tkun dik tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 16

Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha ssir permezz tar-Rappreżentanzi Permanenti tal-Unjoni.

Artikolu 17

L-Ombudsman għandu jadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u jinkludu mill-inqas dispożizzjonijiet dwar:

(a)

id-drittijiet proċedurali tal-ilmentatur u tal-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija konċernati;

(b)

l-iżgurar tal-protezzjoni ta’ uffiċjali u aġenti oħra li jirrapportaw każijiet ta' fastidju sesswali u ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal (“whistleblowing”);

(c)

il-wasla, l-ipproċessar u l-għeluq ta' lment;

(d)

l-inkjesti fuq inizjattiva proprja;

(e)

l-inkjesti ta' segwitu; u

(f)

azzjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni.

Artikolu 18

Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom hija mħassra.

Artikolu 19

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi…

Għall-Parlament Ewropew

Il-President


(1)  Id-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 1994 fuq ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman (ĠU L 113, 4.5.1994, p. 15).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(4)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 12 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/191


P8_TA(2019)0063

Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018-2024) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10858/2018),

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10856/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0387/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0030/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0064.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/192


P8_TA(2019)0064

Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Kosta tal-Avorju u l-UE (2018–2024) (riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10858/2018 – C8-0387/2018 – 2018/0267M(NLE))

(2020/C 449/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10858/2018),

wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju (2018-2024) (10856/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0387/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0034/2019),

A.

billi l-Kummissjoni u l-Gvern tal-Kosta tal-Avorju nnegozjaw ftehim ta' sħubija ġdid dwar is-sajd sostenibbli (Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju) u protokoll ta' implimentazzjoni għal perjodu ta' sitt snin;

B.

billi l-għan ġenerali tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju huwa li jżid il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju, fl-interess taż-żewġ partijiet, billi jippromwovi politika tas-sajd sostenibbli u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Kosta tal-Avorju;

C.

billi l-assorbiment tal-opportunitajiet tas-sajd taħt il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli preċedenti bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju ammonta, bħala medja, għal 79 %, ċifra meqjusa bħala waħda tajba b'mod ġenerali; billi matul dak il-perjodu, madankollu, il-bastimenti tas-sajd bil-konz ma għamlux użu mill-opportunitajiet tas-sajd disponibbli;

D.

billi l-fatt li l-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju ġew konklużi wieħed wara l-ieħor kien qed jgħin lill-ekonomija tal-Kosta tal-Avorju sal-punt li ġew utilizzati l-baħħara lokali u l-port ta' Abidjan u l-faċilitajiet tat-tqegħid fil-laned, il-qabdiet aċċessorji tal-bastimenti tal-UE li jistadu għat-tonn bit-tartarun ittieħed kont tagħhom, u ġew imsaħħa l-kapaċitajiet ta' monitoraġġ lokali (għalkemm dawn huma meqjusa bħala ġeneralment modesti);

E.

billi l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jippromwovi żvilupp sostenibbli aktar effettiv tal-komunitajiet tas-sajd Avorjani u tal-industriji u l-attivitajiet relatati; billi l-appoġġ li għandu jiġi pprovdut skont il-Protokoll irid ikun konsistenti mal-pjanijiet ta' żvilupp nazzjonali – b'mod partikolari l-Pjan Strateġiku għall-Iżvilupp tat-Trobbija tal-Bhejjem, is-Sajd, u l-Akkwakultura (PSDEPA) – u l-Pjan ta' Azzjoni dwar it-Tkabbir Blu, imfassal man-Nazzjonijiet Uniti biex iżid il-produzzjoni fis-settur, u jipprofessjonalizzah, sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni f'dawk li huma ikel u impjiegi; billi, skont il-Pjan Strateġiku msemmi hawn fuq, l-ilħuq ta' dawk l-għanijiet teħtieġ baġit ta' aktar minn EUR 140 miljun;

F.

billi l-UE, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, qed tikkontribwixxi baġit pluriennali ta' EUR 273 miljun għall-Kosta tal-Avorju, li jiffoka fuq, fost l-oħrajn, l-infrastruttura, is-saħħa, u l-għajnuna umanitarja;

1.

Huwa tal-fehma li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju għandu jkollu żewġ għanijiet importanti ndaqs: (1) li jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE fiż-ŻEE tal-Kosta tal-Avorju, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u mingħajr ma jinterferixxi fil-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-organizzazzjonijiet reġjonali li għalihom tappartieni l-Kosta tal-Avorju – primarjament l-ICCAT – jew jaqbeż l-eċċess disponibbli; u (2) li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju bil-ħsieb li tinħoloq politika tas-sajd sostenibbli u jsir sfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd Avorjan permezz tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika, mingħajr ma jimmina l-għażliet u l-istrateġiji sovrani tal-Kosta tal-Avorju fir-rigward ta' dak l-iżvilupp;

2.

Jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet tal-valutazzjoni retrospettiva u prospettiva tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju, prodotta f'Settembru 2017, li ddikjarat li l-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli tal-2013-2018 b'mod ġenerali kien wera li kien effikaċi, effiċjenti, xieraq għall-interessi involuti, u konsistenti mal-politika settorjali Avorjana u kellu grad għoli ta' aċċettabbiltà għall-partijiet ikkonċernati, u li rrakkomandat l-għażla li jiġi konkluż protokoll ġdid;

3.

Isostni li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Kosta tal-Avorju u l-Protokoll tiegħu, meta jiġu implimentati u jekk dawn jiġu riveduti u/jew imġedda, iridu jipprevedu u jkunu allinjati mal-PSDEPA u mal-Pjan ta' Tkabbir Blu għall-iżvilupp tas-settur tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju, u b'mod speċifiku għandhom:

Itejbu l-governanza: l-abbozzar u l-validazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-użu ta' pjanijiet ta' ġestjoni bħala bażi;

Isaħħu l-kontroll u s-sorveljanza fiż-ŻEE tal-Kosta tal-Avorju;

Isaħħu l-miżuri biex jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU), inkluż fl-ilmijiet interni;

Jippermettu li jinbnew u/jew jiġu rinnovati mollijiet għall-ħatt l-art u portijiet, inkluż – iżda mhux biss – fil-Port ta' Abidjan;

Itejbu l-kundizzjonijiet fil-kmamar tal-affumikar, b'mod partikolari għan-nisa, biex b'hekk ikun hemm sistema ta' preservazzjoni iktar effettiva;

Jappoġġaw it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għan-nisa, li huma primarjament responsabbli mit-trattament tal-qabdiet inċidentali;

Jistabbilixxu żoni protetti tal-baħar;

Issaħħu s-sħubiji ma' pajjiżi terzi fis-sura ta' ftehimiet dwar is-sajd, filwaqt li jiżguraw it-trasparenza permezz tal-pubblikazzjoni tal-kontenut ta' dawn il-ftehimiet, u wkoll billi jistabbilixxu programm reġjonali għat-taħriġ u l-użu tal-osservaturi;

Jippermettu li jinbnew pixkeriji;

Jippermettu li jissaħħu l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-irġiel u lin-nisa fl-industrija tas-sajd, speċjalment dawk involuti fis-sajd artiġjanali, u b'hekk jgħinu biex jissaħħu l-kapaċitajiet tekniċi, ta' ġestjoni u ta' negozjar;

Iservu biex jiġu stabbiliti u/jew jiġu mmodernizzati ċentri ta' taħriġ bażiku u vokazzjonali, biex b'hekk jgħollu l-livelli tal-ħiliet tas-sajjieda u tal-baħħara;

Isaħħu l-kapaċitajiet ta' riċerka xjentifika u l-abbiltà li jiġu mmonitorjati r-riżorsi tas-sajd;

Itejbu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tal-baħar b'mod ġenerali;

4.

Iqis li r-regoli rigward ir-reklutaġġ ta' baħħara mill-AKP għall-bastimenti tas-sajd tal-UE, li jammontaw għal 20 % tal-ekwipaġġ, jistgħu jkunu aktar ambizzjużi; itenni l-ħtieġa li jkun hemm konformità mal-prinċipji tal-ILO u, b'mod partikolari, jirrakkomanda l-iffirmar tal-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO, li jimplika l-obbligu li jiġu osservati l-prinċipji ġenerali tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' negozjar kollettiv ħieles għall-ħaddiema u tan-nondiskriminazzjoni fl-impjiegi u fuq il-post tax-xogħol; jitlob ukoll li tingħata kunsiderazzjoni lit-talbiet tal-junjins tal-baħħara lokali li s-sigurtà soċjali, is-saħħa u l-kopertura tal-irtirar għall-baħħara tal-AKP jiġu tradotti f'applikazzjoni aħjar;

5.

Iqis li għandha tinġabar informazzjoni dwar il-benefiċċji li l-implimentazzjoni tal-Protokoll iġġib għall-ekonomiji lokali (impjiegi, infrastruttura, titjibiet soċjali);

6.

Iqis li huwa mixtieq li tittejjeb il-kwantità u l-preċiżjoni tad-data dwar il-qabdiet kollha (speċijiet fil-mira u qabdiet inċidentali) u dwar l-istatus ta' konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-appoġġ settorjali sabiex ikun jista' jiġi evalwat b'mod aktar preċiż l-impatt li jkollu l-Ftehim fuq l-ekosistema tal-baħar u fuq il-komunitajiet tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex jiġi żgurat li l-korpi responsabbli għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, inkluż kumitat xjentifiku konġunt li għandu jiġi stabbilit għal dak il-għan, ikunu jistgħu joperaw b'mod regolari u trasparenti, bl-involviment tal-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda artiġjanali u tan-nisa affumikaturi, it-trejdjunjins, ir-rappreżentanti tal-komunitajiet kostali, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Avorjani;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, fil-kooperazzjoni tagħhom u fil-politiki tagħhom tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp li jiffokaw fuq il-Kosta tal-Avorju, iżommu f'moħħhom li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-appoġġ settorjali stabbilit f'dan il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli għandhom jikkumplementaw lil xulxin bil-għan li jikkontribwixxu b'mod aktar rapidu u effettiv għar-responsabbilizzazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd lokali u għall-eżerċizzju sħiħ tas-sovranità tal-Kosta tal-Avorju fuq ir-riżorsi ta' dak il-pajjiż;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lir-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju tuża l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-protokoll biex issaħħaħ b'mod sostenibbli l-industrija nazzjonali tas-sajd tagħha, tinkoraġġixxi d-domanda għal investiment lokali u proġetti industrijali, u toħloq impjiegi lokali;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament u tagħmel pubblikament disponibbli l-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll il-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll, u l-eżiti tal-evalwazzjonijiet annwali; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-attendenza tar-rappreżentanti tal-Parlament, bħala osservaturi, fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt u tippromwovi l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd tal-Kosta tal-Avorju;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tas-setgħat tagħhom, jgħarrfu lill-Parlament immedjatament u bis-sħiħ dwar kull stadju tal-proċeduri relatati mal-Protokoll u, jekk applikabbli, it-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

11.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0063.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/195


P8_TA(2019)0065

Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-UE u l-Marokk ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (14367/2018 – C8-0033/2019 – 2018/0349(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14367/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim (12983/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0033/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0027/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/196


P8_TA(2019)0066

Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10784/2018 – C8-0431/2018 – 2018/0239(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10784/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim għall-Prevenzjoni tas-Sajd mhux Regolat fl-Ibħra Miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali (10788/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0431/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0016/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-partijiet oħra tal-ftehim.

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/197


P8_TA(2019)0067

Protokoll tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Messiku (l-adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15383/2017 – C8-0489/2018 – 2017/0319(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15383/2017),

wara li kkunsidra l-abbozz tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (15410/2017),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-Artikoli 207 u 211, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0489/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0066/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati Uniti Messikani.

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/198


P8_TA(2019)0068

Programm tal-UE kontra l-Frodi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi (COM(2018)0386 – C8-0236/2018 – 2018/0211(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0386),

wara li kkunsidra l-Artikolu 325 u l-Artikolu 33 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0236/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-15 ta' Novembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0064/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat f'din il-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 10, 10.1.2019, p. 1.


P8_TC1-COD(2018)0211

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33 u 325 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 325 Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jikkumbattu l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li l-Unjoni tappoġġa l-attivitajiet f'dawn l-oqsma.

(2)

Appoġġ li ngħata fil-passat għal tali attivitajiet permezz tad-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (il-programm Hercule), emedata u estiża bid-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (il-programm Hercule II), imħassra u sostitwita bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (il-programm Hercule III), għamilha possibbli li l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri jissaħħu f’dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li għandha impatt fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(3)

L-appoġġ għar-rappurtar, mill-Istati Membri u mill-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, tal-irregolaritajiet u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System, IMS) hija rekwiżit tal-leġiżlazzjoni settorjali għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (6), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (7), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (8), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (9) kif ukoll l-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (10) rigward il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u ’l quddiem. L-IMS hija għodda elettronika sigura ta’ komunikazzjoni li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri, kif ukoll tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali li jirrappurtaw l-irregolaritajiet li jiskopru u li tappoġġa l-ġestjoni u l-analiżi tal-irregolaritajiet.

(3a)

Jeħtieġ li d-diversità fis-sistemi ġuridiċi u amministrattivi fl-Istati Membri tiġi kkumpensata bil-għan li jingħelbu l-irregolaritajiet u jiġu miġġielda l-frodi; Il-varjazzjoni fl-għadd ta' irregolaritajiet tista' tkun marbuta mal-progressjoni taċ-ċikli ta' programmazzjoni pluriennali u ma' rappurtar tard. Dan kollu jirrikjedi l-istabbiliment, mill-Istati Membri, ta' sistema uniformi għall-ġbir ta' data dwar irregolaritajiet u każijiet ta' frodi, bil-għan li jiġi standardizzat il-proċess ta' rapportar u jiġu garantiti l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data pprovduta;[Em. 1]

(3b)

L-importanza tal-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) hija inkontestabbli, l-istess bħat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Bikrija u ta' Esklużjoni (EDES), u tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (AFIS) u bħall-ikkompletar tal-istrateġiji nazzjonali kontra l-frodi; Fil-kuntest ta' dawk l-attivitajiet, jeħtieġ li jitfassal qafas għad-diġitalizzazzjoni tal-proċessi kollha fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni (inklużi s-sejħiet għall-proposti, l-applikazzjoni, l-evalwazzjoni, l-implimentazzjoni u l-pagamenti) li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri kollha; [Em. 2]

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (11) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI (12) jipprevedu li l-Unjoni għandha tagħti appoġġ lill-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikolu.

(5)

Dan l-appoġġ jingħata lil għadd ta’ attivitajiet operazzjonali. Dan jinkludi s-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (Anti-Fraud Information System, AFIS), pjattaforma tat-teknoloġija tal-informazzjoni li tikkonsisti f’sett ta’ applikazzjonijiet imħaddma f’sistema komuni ta’ informazzjoni ġestita mill-Kummissjoni. L-IMS hija mħaddma anki fil-pjattaforma tal-AFIS. Sistema bħal din teħtieġ finanzjament stabbli u prevedibbli matul is-snin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħha.

(6)

L-appoġġ tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta’ rappurtar ta’ irregolaritajiet, u ta’ assistenza u kooperazzjoni amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli jeħtieġ jenħtieġ li jiġu integrati fi programm wieħed, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”), bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u l-flessibbiltà baġitarja, u biex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni mingħajr preġudizzju għal kontroll effettiv tal-koleġiżlaturi għall-implimentazzjoni tal-programm . [Em. 3]

(7)

Il-Programm għalhekk jikkombina komponent fuq il-linji tal-programm Hercule, komponent ieħor li jiżgura l-finanzjament ta’ IMS, u t-tielet komponenti li jiffinanzja attivitajiet fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluża l-pjattaforma AFIS.

(7a)

Jenħtieġ li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tolqot l-aspetti kollha tal-baġit tal-Unjoni, kemm mil-lat tad-dħul kif ukoll mil-lat tan-nefqa. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa tal-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed li jipproteġi speċifikament il-lat tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni. [Em. 4]

(8)

Il-pjattaforma tal-AFIS tinkludi ħafna sistemi ta’ informazzjoni, inkluża s-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali (SID) Is-SID hija sistema ta' informazzjoni awtomatizzata li għandha l-għan li tassisti lill-Istati Membri fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' operazzjonijiet li jkunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni doganali jew agrikola, billi żżid, permezz ta' disseminazzjoni rapida ta' informazzjoni, l-effettività tal-kooperazzjoni u tal-proċeduri ta' kontroll tal-amministrazzjonijiet doganali tagħhom. Is-SID tkopri każijiet kemm amministrattivi kif ukoll tal-pulizija f’infrastruttura unika. Għal skopijiet ta’ koperazzjoni amministrattiva, is-SID hija stabbilita permezz tar-Regolament 515/97, adottat fuq il-bażi tal-Artikoli 33 u 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Għal finijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija, is-SID hija stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI, adottata fuq il-bażi tal-Artikoli 30(1) (a) u 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Id-dimensjoni ta’ kooperazzjoni tal-pulizija li l-SID tista’ teknikament ma tkunx ddiżassoċjata minn dik amministrattiva billi ż-żewġ aspetti huma mħaddma taħt sistema waħda ta’ teknoloġija tal-informazzjoni. Meta wieħed iqis li l-SID nnifisha hija biss waħda minn diversi sistemi tal-informazzjoni operati fl-AFIS u li l-għadd ta’ każijiet ta’ kooperazzjoni tal-pulizija huwa inqas mill-għadd tal-każi ta’ kooperazzjoni amministrattiva fis-SID, id-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-pulizija ta’ AFIS hija meqjusa bħala aċċessorju għal dak amministrattiv tagħha.

(9)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal durata sħiħa tal-Programm, li se jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens ta’ [reference to be updated as appropriate according to the new inter-institutional agreement: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (13)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(10)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' sovvenzjonijiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Għaldaqstant il-kuntratti ffinanzjati, kemm kompletament jew parzjalment, mill-baġit tal-Unjoni taħt il-Programm huma soġġetti, fost l-oħrajn, għall-prinċipji ta' trasparenza, proporzjonalità, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni, filwaqt li s-sovvenzjonijiet huma, barra minn hekk, soġġetti għall-prinċipji ta' kofinanzjament, ta' għotja mhux kumulattiva u ta' ebda finanzjament doppju, ta' nonretroattività u ta' projbizzjoni tal-profitt. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' defiċjenzi ġeneralizzati f'dak li jirrigwarda l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett tal-Istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv. [Em. 5]

(11)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jeħtieġ li jintgħażlu skont kemm jistgħu jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mistenni. Dan jenħtieġ li jkun jinkludi li jitqies l-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(11a)

Ir-rati massimi ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet taħt il-Programm jenħtieġ li ma jaqbżux it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, iddefiniti fil-programmi ta' ħidma, bħall-każijiet li jikkonċernaw Stati Membri esposti għal riskju għoli fir-rigward tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ir-rata ta' konfinanzjament massima jenħtieġ li tkun stabbilita fil-livell ta' 90 % tal-ispejjeż eliġibbli. [Em. 6]

(12)

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità, skont il-Programm, fil-finanzjament ta’ l-attivitajiet kollha fil-kompitu tal-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97, inkluż tal-pjattaforma AFIS, l-Anness I jipprovdi lista indikattiva ta’ attivitajiet li jridu jiġu ffinanzjati.

(12a)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta l-programmi ta' ħidma b'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jinkludu deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull tip ta' azzjoni, skeda indikattiva ta' implimentazzjoni kif ukoll rata massima ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet. Jenħtieġ li fit-tħejjija tal-programm ta' ħidma, il-Kummissjoni tikkunsidra l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew kif espressi fi ħdan il-qafas tal-evalwazzjoni annwali tiegħu dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-programm ta' ħidma jenħtieġ li jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Kummissjoni u trażmess lill-Parlament Ewropew. [Em. 7]

(12b)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet jkunu eliġibbli abbażi tal-kapaċità tagħhom biex jinkisbu l-objettivi speċifiċi tal-Programm kif stipulati fl-Artikolu 2. Dawn jistgħu jinkludu d-dispożizzjoni ta' assistenza teknika speċjali għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bħall-pereżempju l-forniment ta' għarfien speċifiku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat, u l-għodod effettivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT); jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fil-ħolqien ta' gruppi konġunti ta' investigazzjoni u fl-operazzjonijiet transkonfinali; jew jiġu msaħħa l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi. Barra minn hekk, l-azzjonijiet eliġibbli jistgħu jinkludu wkoll l-organizzazzjoni ta' taħriġ speċjalizzat immirat, gruppi ta' ħidma dwar l-analiżi tar-riskju, kif ukoll, konferenzi u studji fejn xieraq. [Em. 8]

(13)

Ix-xiri ta' tagħmir permezz ta' strument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju rigward tagħmir ta' kontroll doganali (14) jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Hemm responsabbiltà konġunta dwar l-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll doganali u l-Programm biex tiġi evitata kull duplikazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm essenzjalment jiffoka fuq li jingħata sostenn lill-akkwist ta' tipi ta' tagħmir li ma jaqgħux jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana, jew għal tagħmir li għalihom għalih il-benefiċjarji huma l-awtoritajiet jkunu awtoritajiet li mhumiex l-awtoritajiet immiraw mill-Unjoni l-istrument fil-mira tal-istrument tal-Unjoni għal appoġġ finanzjarju għal tagħmir ta' kontroll fid-dwana. Fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma annwali Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun hemm rabta ċara bejn l-impatt ta' tagħmir iffinanzjat u l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġi li l-evitar tad-duplikazzjonijiet, kif ukoll l-istabbiliment ta' sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, jiġu partikolarment evitat li jkun hemm trikkib żgurati, b'mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma . [Em. 9]

(13a)

Il-Programm jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta' nfurzar tal-liġi tal-Istati Membri, u bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, kif ukoll korpi u aġenziji rilevanti oħrajn tal-Unjoni, bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Se jappoġġja wkoll, f'dan ir-rigward, il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), darba li dan l-uffiċċju jassumi l-kompiti tiegħu. [Em. 10]

(14)

Jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association - EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Jenħtieġ li jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili. Jenħtieġ li l-Programm ikun ukoll miftuħ għal pajjiżi terzi oħra sakemm dawn ikollhom ftehim ta' assoċjazzjoni jew jidħlu fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni. [Em. 11]

(15)

Filwaqt li jitqiesu l-evalwazzjonijiet tal-programmi Hercule preċedenti u sabiex jissaħħaħ il-Programm, jeħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li ma jkunx assoċjat ma’ dan il-Programm tkun eċċezzjonalment possibbli mingħajr il-ħtieġa li dawk l-entitajiet iħallsu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

(15a)

B'mod partikolari, jenħtieġ li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-entitajiet stabbiliti f'pajjiżi li għandhom fis-seħħ ftehim ta' assoċjazzjoni mal-Unjoni, bil-għan li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni b'rabta mad-dwana u mal-iskambju tal-aħjar prattiki, partikolarment fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kontra attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u fir-rigward tat-trattament tal-isfidi relatati ma' żviluppi teknoloġiċi ġodda. [Em. 12]

(16)

Jenħtieġ li l-Programm jiġi implimentat filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri elenkati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2013 bit-titlu “L-intensifikar tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tas-sigaretti u forom oħra ta’ kummerċ illegali fil-prodotti tat-tabakk – Strateġija komprensiva tal-UE” (15), kif ukoll ir-rapport ta’ progress tat-12 ta’ Mejju 2017 dwar l-implimentazzjoni ta’ din il-komunikazzjoni (16).

(17)

L-Unjoni rratifikat il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk fil-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (il-Protokoll) fl-2016. Jenħtieġ li l-Protokoll iservi biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni sa fejn jirrigwarda l-ġlieda transfruntiera kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk, li jikkawża telf fid-dħul. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk fil-funzjonijiet tiegħu relatati ma’ dan il-Protokoll. Jenħtieġ ukoll jappoġġa attivitajiet oħra organizzati mis-Segretarjat b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tat-tabakk.

(18)

B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), ir-Regolament tal-Kunsill ( KE, Euratom, KE) Nru 2988/95 (18) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (19) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (20), jeħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi.

B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(19)

Pajjiżi terzi li huma membri taż-ŻEE jistgħu jieħdu sehem fi programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ programmi minn deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f’dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(20)

 

(21)

Skont [reference to be updated as appropriate according to a new decision on OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (22)], persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(22)

Skont il-paragrafu il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (23), hemm bżonn jeħtieġ li dan il-programm jiġi evalwat abbażi fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tar-rapportar, partikolarment dwar ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni, monitoraġġ, u evalwazzjoni, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda jiġu evitati ir-regolamentazzjoni u l-piżijiet amministrattivi żejda , b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi miżurabbli, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni titwettaq minn evalwatur indipendenti. [Em. 13]

(23)

Is-setgħa Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa dispożizzjonijiet għal qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programm tadotta l-programmi ta' ħidma. Barra minn hekk, sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament .Hu partikolarment importanti li matul ix-xogħol preparatorju tagħha, il-Kummissjoni tagħmel twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari partikolari , biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 14]

(24)

L-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jipprevedi l-bażi ġuridika għall-finanzjament tal-AFIS. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jissostitwixxi din il-bażi ġuridika u jipprevedi oħra ġdida. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Artikolu 42a(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 515/97 jitħassar.

(25)

Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 li jistabbilixxi l-programm Hercule III kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal 31 ta’ Diċembru 2020. Dan ir-regolament jipprevedi segwitu għall-programm Hercule III, li jibda mill-1 ta’ Jannar 2021. Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 jenħtieġ li jitħassar.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (il-“Programm”).

Huwa jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli biex jingħata’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

1.   Il-Programm għandu l-għanijiet ġenerali li ġejjin:

(a)

il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

is-sostenn għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun iggarantita l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

2.   Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

l-appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża u tal-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni;

(c)

il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u għall-appoġġ ta’ attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.

Artikolu 3

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 181 207 321 314 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 362 414 000 miljun fi prezzijiet kurrenti. [Em. 15]

2.   It-tqassim indikattiv tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun:

(a)

EUR 114 207 miljun 202 512 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 228 414 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a); [Em. 16]

(b)

EUR 7 miljun 12 412 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 473 000 000 fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(b); [Em. 17]

(c)

EUR 60 106 390 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 120  miljun fi prezzijiet kurrenti) għall-għan imsemmi fl-Artikolu 2(2)(c); [Em. 18]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tirriloka fondi bejn l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2(2). Jekk rilokazzjoni tinvolvi t-tibdil ta' 10 % jew aktar ta' wieħed mill-ammonti stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, ir-rilokazzjoni għandha ssir b'att delegat adottat b'konformità mal-Artikolu 14. [Em. 19]

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva. Barra minn hekk, l-allokazzjoni indikattiva fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tikkunsidra b'mod xieraq il-fatt li l-Programm huwa l-unika wieħed tat-tip tiegħu li jindirizza l-aspett ta' nefqa tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 20]

Artikolu 4

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħra, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz għal kull programm tal-Unjoni, sakemm il-ftehim;

(a)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji ta’ pajjiż terz li jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni; [Em. 21]

(b)

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

(c)

ma jagħtix lill-pajjiż terz is-setgħa li jiddeċiedi dwar il-programmi;

(d)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u jkunu protetti l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-Unjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta flimkien ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament f’kull waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari sovvenzjonijiet skont it-Titolu VIII u akkwist skont it-Titolu VII , kif ukoll ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ sussistenza kif previst mill-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 22]

3.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament għal azzjonijiet imwettqa f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari biex ikopri t-tipi ta’ spejjeż li hemm referenza għalihom fil-lista indikattiva fl-Anness I.

4.   Jekk l-azzjoni appoġġata tinvolvi l-akkwist ta’ tagħmir, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni li jiżgura l-effiċjenza u l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir kollu mixtri bl-appoġġ ta’ Programmi tal-Unjoni.

Artikolu 6

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Jekk pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew permezz ta’ xi strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ biex l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.

KAPITOLU II

SOVVENZJONIJIET [Em. 23]

Artikolu 7

Sovvenzjonijiet li huma fil-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rata ta' kofinanzjament għas-sovvenzjonijiet mogħtija skont il-Programm m'għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, definiti fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta' kofinanzjament m'għandhiex taqbeż id-90 % tal-ispejjeż eliġibbli. [Em. 24]

Artikolu 8

Azzjonijiet eliġibbli

Huma biss l-azzjonijiet L-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2 li għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a)

il-forniment ta' għarfien tekniku, tagħmir speċjalizzat u teknikament avvanzat u għodod effettivi tal-IT li jtejbu l-kooperazzjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni;

(b)

jiġu mtejba l-iskambji tal-persunal għal proġetti speċifiċi, jiġi żgurat l-appoġġ meħtieġ u jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet, b'mod partikolari fl-istabbiliment ta' timijiet ta' investigazzjoni konġunta u ta' operazzjonijiet transfruntiera;

(c)

jiġi fornut appoġġ tekniku u operazzjonali lill-investigazzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari lill-awtoritajiet doganali u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra;

(d)

tinbena l-kapaċità tal-IT fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi kollha, jiżdied l-iskambju tad-data, jiġi żviluppat u jiġu fornuti għodod tal-IT għall-investigazzjoni u għall-monitoraġġ tal-ħidma tal-intelligence;

(e)

jiġu organizzati taħriġ speċjalizzat, sessjonijiet ta' ħidma rigward l-analiżi tar-riskju, konferenzi u studji li għandhom l-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost is-servizzi kkonċernati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(f)

jiġi ffinanzjat sett ta' applikazzjonijiet tal-IT relatati mad-dwana u operati taħt sistema ta' informazzjoni komuni ġestita mill-Kummissjoni, mibnija biex twettaq kompiti fdati lill-Kummissjoni mir-Regolament (KE) Nru 515/97;

(g)

jiġu ffinanzjati għodda sikurigħall-komunikazzjonijiet elettroniċi li tiffaċilita l-obbligu tal-Istati Membri li jirrapportaw irregolaritajiet identifikati, inklużi frodi, u li tappoġġja l-ġestjoni u l-analiżijiet tagħhom;

(h)

kwalunkwe azzjoni oħra, ipprovduta mill-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, li hija meħtieġa għall-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi previsti fl-Artikolu 2. [Em. 25]

Meta l-azzjoni appoġġjata tinvolvi l-akkwist ta' tagħmir, il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tagħmir iffinanzjat jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni. [Em. 26]

Artikolu 9

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-kriterji tal-eliġġibiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet imsemmijin fl-Artikolu 2 u li huma stabbiliti f’xi wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

(a)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(b)

pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(c)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;

(b)

l-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ li jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, sakemm ikunu ġew stabbiliti u jkunu ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm, jew pajjiż terz elenkat fi programm ta’ ħidma bil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3;

(c)

kull entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kull organizzazzjoni internazzjonali kif definiti fl-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju . [Em. 27]

3.   L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.   L-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 stabbiliti f’pajjiż terz li mhux assoċjat mal-programm, fil-prinċipju għandu jħallas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

KAPITOLU III

PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 10

Programm ta’ Ħidma

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi ta' ħidma permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 14. [Em. 28]

Il-Kummissjoni għandha tesplora s-sinerġiji bejn il-Programm u programmi rilevanti oħrajn f'oqsma bħall-ġustizzja, id-dwana u l-affarijiet interni, u għandha tiżgura l-evitar ta' duplikazzjonijiet fil-kuntest tat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma. [Em. 29]

Il-programmi ta' ħidma għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew, li għandu jivvaluta l-kontenut u r-riżultati tagħhom fil-qafas tal-evalwazzjoni annwali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. [Em. 30]

Artikolu 11

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jinkisbu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 2 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Biex tkun garantita valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati, li b’konformità mal-Artikolu 14 temenda l-Anness II, li tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn tqis meħtieġ u li tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. [Em. 31]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 32]

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati u, fejn rilevanti, fuq l-Istati Membri.

Artikolu 12

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom minn evalwatur indipendenti sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 33]

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha ssir ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-programm.

3.   Fl-aħħar tal-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ tliet snin wara li jkun intemm il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali tal-Programm. [Em. 34]

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha dwarhom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri , u tippubblikahom fuq is-sit web tal-Kummissjoni . [Em. 35]

Artikolu 13

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha l-awtorizzazzjoni li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 14 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 11  10 biex temenda l-indikaturi stabbiliti fl-Anness II għal dan ir-Regolament . [Em. 44]

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tadotta atti delegati msemmijin fl-Artikolu 13 sal-31 ta’ Diċembru 2028.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. hija tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5a.     Att delegat adottat skont l-Artikoli 10 u 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 36]

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 15

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Il-benefiċjarji ta’ finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiggarantixxu l-viżibbiltà massima tal-finanzjament tal-Unjoni (partikolarment meta jkunu qed jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata li hija koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media l-midja u l-pubbliku in ġenerali. Ma għandhomx ikunu meħtieġa r-rikonoxximent tal-oriġini, u l-iżgurar tal-viżibbiltà, tal-finanzjament tal-Unjoni fejn ikun hemm riskju li tiġi kompromessa l-prestazzjoni effettiva ta’ attivitajiet operazzjonali kontra l-frodi u doganali. [Em. 37]

2.   Il-Kummissjoni għandha regolarment, timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni rigward il-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, safejn dawn ikunu jirrigwardaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2. [Em. 38]

Artikolu 16

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 515/97

Fl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, jitħassru l-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 17

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u skont l-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati bir-Regolament (UE) Nru 250/2014 u bl-Artikolu 42a tar-Regolament (KE) Nru 515/97.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 10, 10.1.2019, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019.

(3)  Id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jippromwovi Attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole) (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 9).

(4)  Id-Deċiżjoni Nru 878/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi d-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarju biex jippromwovi attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Komunitarji (il-programm Erkole II) (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 18).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 804/2004/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(6)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1971 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet li jikkonċernaw il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1848/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1975 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 6).

(7)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1970 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet, fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1974 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 1).

(8)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1973 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet; u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1977 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u ġestjoni tal-kriżijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 15).

(9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1972 tat-8 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1976 tat-8 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-frekwenza u l-għamla tal-irrappurtar ta' irregolaritajiet fir-rigward tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn fir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293, 10.11.2015, p. 11).

(10)  L-Artikolu 16 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2014 dwar ir-regoli speċifiċi tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 32).

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta' Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli, kif emendat l-aħħar mir-Regolament 2015/1525 (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijiet doganali (ĠU L 323/20, 10.12.2009, p. 20).

(13)  Referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim jinsab fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC.

(14)  [ref]

(15)  COM(2013)0324.

(16)  COM(2017)0235.

(17)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)

(18)  ĠU C 312, 23.12.1995, p. 1.

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(21)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(23)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

ANNESS I

Lista indikattiva tat-tipi ta’ kostijiet li l-Programm se jiffinanzja għal azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 515/97:

(a)

il-kostijiet kollha tal-istallazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura teknika permanenti li tagħmel disponibbli lill-Istati Membri r-riżorsi loġistiċi, tal-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċji u r-riżorsi tal-IT biex jiġu kkoordinati operazzjonijiet doganali u attivitajiet operazzjonali oħrajn;

(b)

ir-rimborż ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll kumpens ieħor fejn xieraq, tar-rappreżentanti tal-Istati Membri u, fejn xieraq, rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi, li jkunu qed jieħdu sehem fil-missjonijiet tal-Komunità, f’operazzjonijiet doganali konġunti organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha, u korsijiet ta’ taħriġ, laqgħat ad hoc u laqgħat ta’ tħejjija u ta’ evalwazzjoni għal investigazzjonijiet amministrattivi jew azzjonijiet operazzjonali mwettqa mill-Istati Membri, meta dawn ikunu organizzati mill-Kummissjoni jew flimkien magħha;

(c)

in-nefqa marbuta mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-kompjuters (il-hardware), is-software u l-konnessjonijiet dedikati tan-networks, u ma' servizzi relatati ta' produzzjoni, appoġġ u taħriġ għall-finijiet li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(d)

in-nefqa relatata mal-provvediment ta’ informazzjoni u n-nefqa fuq azzjonijiet relatati li jippermettu l-aċċess għall-informazzjoni, id-data u sorsi tad-data għall-għan li jitwettqu l-azzjonijiet previsti fir-Regolament (KE) Nru 515/97, b’mod partikolari l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi;

(e)

in-nefqa relatata mal-użu tas-Sistema’ ta’ Informazzjoni Doganali prevista fl-istrumenti adottati skont l-Artikolu 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fid-Deċiżjoni 2009/917/ĠAI dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika għall-finijet doganali, sa fejn dawn l-istrumenti jipprevedu li n-nefqa għandha tiġġarrab mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea;

(f)

in-nefqa relatata mal-akkwist, l-istudju, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-komponenti tal-Unjoni tan-netwerk ta’ komunikazzjoni komuni użat għall-finijiet tal-punt (c).

ANNESS II

INDIKATURI GĦALL-MONITORAĠĠ TAL-PROGRAMM

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu sa fejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bl-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Għan Speċifiku 1: Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Indikatur 1: Appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif imkejla bi:

1.1:

Ir-rata ta’ sodisfazzjoni ta’ attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm.

(a)

L-għadd u t-tip ta' attivitajiet organizzati u (ko)finanzjati permezz tal-programm; [Em. 39]

1.2:

Il-perċentwal Il-lista ta’ Stati Membri li jirċievu l-appoġġ kull sena tal-programm u s-sehem ta' finanzjament rispettiv tagħhom . [Em. 40]

Għan Speċifiku 2: Appoġġ għar-rappurtar tal-irregolaritajiet, inkluż il-frodi, fir-rigward tal-fondi tal-ġestjoni kondiviża u l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni.

Indikatur 2: Ir-rata ta’ sodisfazzjoni tal-utenti għall-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet.

(a)

L-għadd ta' rapporti ta' irregolaritajiet; [Em. 41]

Indikatur 2a: Ir-rata ta' sodisfazzjon tal-utenti rigward l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni Kontra l-Frodi. [Em. 42]

Għan Speċifiku 3: L-għoti ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u appoġġ għal attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali.

Indikatur 3: Ammont ta’ informazzjoni ta’ assistenza reċiproka li saret disponibbli u numru ta’ attivitajiet appoġġati relatati ma’ assistenza reċiproka.

Indikatur 3a: Għadd u tip ta' attivitajiet relatati mal-assistenza reċiproka. [Em. 43]


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/213


P8_TA(2019)0069

Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-ħut fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1139 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-Baħar Baltiku, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) 509/2007 u (KE) 1300/2008 (COM(2018)0149– C8-0126/2018– 2018/0074(COD)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0149),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0126/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra n-notifika uffiċjali tad-29 ta' Marzu 2017 mill-gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0310/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u l-Kunsill annessi ma' din ir-riżoluzzjoni, li se jiġu pubblikati fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 171.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-25 ta' Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0425).


P8_TC1-COD(2018)0074

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/472.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEGISLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jirrevokaw l-għoti tas-setgħat għall-adozzjoni ta' miżuri tekniċi permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament meta jadottaw regolament ġdid dwar miżuri tekniċi li jinkludi għoti ta' setgħa li jkopri l-istess miżuri.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/216


P8_TA(2019)0070

Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2017)0772/2 – C8-0409/2017 – 2017/0309(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0772/2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0409/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-Deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0180/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tuża riallokazzjonijiet sabiex tiffinanzja prijoritajiet ta' politika ġodda li jiżdiedu matul il-qafas finanzjarju pluriennali li jinsab għaddej, peress li dan żgur li se jkollu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ewlenin oħra tal-Unjoni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jibda fl-2021, li jibni fuq ir-riforma preżenti tal-UCPM;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 361, 5.10.2018, p. 37.

(3)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-31 ta' Mejju 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0236).


P8_TC1-COD(2017)0309

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/420.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kumissjoni

Il-pakkett finanzjarju addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fl-2019 u fl-2020 ġie ffissat għal EUR 205,6 miljun. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtorità baġitarja, parti miż-żieda totali tal-baġit ta' rescEU jenħtieġ li ssir disponibbli permezz ta' riallokazzjonijiet fl-ambitu tal-Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) u tal-Intestatura 4 (Ewropa globali) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. It-tliet istituzzjonijiet ifakkru li parti mir-riallokazzjonijiet diġà hi inkluża fil-baġit 2019 u li EUR 15,34-il miljun diġà huma inklużi fil-programmazzjoni finanzjarja għall-2020.

Fil-qafas tal-proċedura baġitarja għall-2020, il-Kummissjoni hija mistiedna tipproponi EUR 18,24-il miljun oħra f'riallokazzjonijiet biex tilħaq il-50 % għall-2019 u għall-2020 fl-ambitu tal-istess intestaturi.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/219


P8_TA(2019)0071

Ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (COM(2018)0337 – C8-0220/2018 – 2018/0169(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0337),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0220/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0044/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 353.


P8_TC1-COD(2018)0169

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-riżorsi tal-ilma tal-Unjoni qed ikunu dejjem iktar taħt pressjoni, li qed iwassal għall-iskarsezza tal-ilma u d-deterjorament tal-kwalità tiegħu . B’mod partikolari, it-tibdil fil-klima , ix-xejriet tat-temp imprevedibbli u n-nixfa qed jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-istrapazz għall-pressjoni fuq id-disponibbiltà tal-ilma ħelu li qed jinħoloq mill-iżvilupp urban u l-agrikoltura. [Em. 1]

(2)

Il-kapaċità tal-Unjoni li twieġeb għall-pressjoni għall-pressjonijiet li dejjem qed tiżdied jiżdiedu fuq ir-riżorsi tal-ilma tista’ tissaħħaħ permezz tal-użu mill-ġdid mifrux tal-ilma mormi trattat , billi tiġi limitata l-estrazzjoni mill-korpi tal-ilma u mill-ilma ta' taħt l-art, jitnaqqas l-impatt tar-rimi tal-ilma mormi trattat f'korpi tal-ilma, u jiġi promoss l-iffrankar tal-ilma permezz tal-użu multiplu tal-ilma urban mormi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni ambjentali . Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) issemmi l-użu mill-ġdid tal-ilma , flimkien mal-promozzjoni ta' teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-ilma fl-industrija u tekniki tat-tisqija li jiffrankaw l-ilma bħala wieħed waħda mill-miżuri supplimentari li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw sabiex jiksbu l-għanijiet tad-Direttiva għal status kwalitattiv u kwantitattiv tajjeb tal-ilma għall-ilmijiet tal-wiċċ u l-ilmijiet tal-pjan. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (5) teħtieġ li l-ilma mormi trattat jiġi użat mill-ġdid kull meta jkun xieraq. [Em. 2]

(2a)

Problema partikolari f'diversi oqsma hija ż-żmien u l-kundizzjoni ħażina tal-infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-ilma mormi trattat li twassal għal telf kbir ta' dak l-ilma mormi trattat u l-ħela relatata tar-riżorsi finanzjarji investiti f'dak it-trattament. Għalhekk jenħtieġ li t-titjib ta' tali infrastrutturi bil-katusi kollha jkun prijorità.[Em. 3]

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Blueprint għas-Salvagwardja tar-Riżorsi tal-Ilma tal-Ewropa” (6) enfasizzat l-użu mill-ġdid tal-ilma għal finijiet ta’ tisqija jew dawk industrijali bħala rrimarkat dwar il-ħtieġa li jinħoloq strument biex jiġu regolati standards fil-livell tal-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, sabiex jiġu eliminati l-ostakoli għal użu mifrux ta' tali għażla alternattiva għall-forniment tal-ilma li teħtieġ l-attenzjoni tal-Unjoni , jiġifieri waħda li tista' tgħin tnaqqas l-iskarsezza tal-ilma u tnaqqas il-vulnerabbiltà tas-sistemi tal-provvista . [Em. 4]

(4)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill “Li tindirizza l-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa fl-Unjoni Ewropea” (7) tistabbilixxi l-ġerarkija ta’ miżuri li l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu fl-immaniġġjar tal-iskarsezza tal-ilma u l-perjodi ta’ nixfa. Għall-istess fini, ikun xieraq li, fid-Direttiva 2000/60/KE, tkun prevista ġerarkija vinkolanti ta' miżuri għal ġestjoni xierqa tal-ilma . Hija Ttgħid li r-reġjuni fejn ġew implimentati l-miżuri preventivi kollha skont il-ġerarkija tal-ilma u fejn id-domanda tal-ilma tkun għadha ikbar milli jkun disponibbli, f’xi ċirkostanzi u meta titqies id-dimensjoni kost-benefiċċji, infrastruttura addizzjonali ta’ forniment tal-ilma addizzjonali tista’ sservi bħala approċċ alternattiv għall-mitigazzjoni tal-impatti ta’ nixfa kbira. [Em. 5]

(4a)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-indirizzar tal-isfida tal-iskarsezza tal-ilma u tan-nixfa fl-Unjoni Ewropea  (1a) tfakkar li, fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, jenħtieġ li tingħata preferenza lil approċċ min-naħa tad-domanda u temmen li l-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ olistiku fil-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, billi tikkombina miżuri tal-ġestjoni tad-domanda, miżuri li jottimizzaw ir-riżorsi eżistenti fi ħdan iċ-ċiklu tal-ilma, u miżuri li joħolqu riżorsi ġodda, u li l-approċċ jeħtieġ li jiġi integrat f'kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi. [Em. 6]

(5)

Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għal Ekonomija Ċirkolari (8), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tieħu sensiela ta’ azzjonijiet biex tippromwovi l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, inkluż l-iżvilupp ta’ proposta leġiżlattiva dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġġorna l-Pjan ta' Azzjoni tagħha u żżomm ir-riżorsi tal-ilma bħala qasam ta' prijorità li fih għandha tintervjeni. [Em. 7]

(6)

L-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq, pereżempju mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi jew l-installazzjonijiet industrijali, jitqies li għandu impatt ambjentali iktar baxx minn metodi ta’ forniment tal-ilma alternattivi oħra, bħat-trasferimenti tal-ilma jew id- disalinizzazzjoni. Iżda dan l-użu mill-ġdid , li jista' jnaqqas il-ħela tal-ilma u jiffranka l-ilma, iseħħ b’mod limitat ħafna fl-Unjoni. Dan jidher li hu parzjalment minħabba l-ispiża sinifikanti tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi u n-nuqqas ta’ standards ambjentali u tas-saħħa komuni fl-Unjoni għall-użu mill-ġdid tal-ilma, u b’mod partikolari fir-rigward tal-prodotti agrikoli, l-ostakli potenzjali għas-saħħa u ambjentali u l-ostakoli potenzjali għall-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti msoqqija bl-ilma reklamat rkuprat . Fl-istess ħin, wieħed jenħtieġ li jżomm f'moħħu li f'ċerti Stati Membri, l-infrastruttura tal-irrigazzjoni hija inadegwata jew ma teżistix. [Em. 8]

(6a)

L-użu mill-ġdid tal-ilma jista' jikkontribwixxi għall-irkupru tan-nutrijenti li jinsabu fl-ilma mormi trattat, u l-użu tal-ilma rkuprat għal skopijiet ta' tisqija fil-qasam agrikolu jew forestali jista' jkun fil-fatt mod biex in-nutrijenti, bħal pereżempju n-nitroġenu, il-fosforu u l-potassju, jingħataw lura liċ-ċikli bijoġeokimiċi naturali. [Em. 9]

(6b)

L-użu mill-ġdid tal-ilma rkuprat trattat kif suppost għal finijiet ta' tisqija skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jsir bir-rispett dovut għall-ambjent. Għaldaqstant dan l-użu mill-ġdid jenħtieġ li ma jirriżultax f'rilaxx akbar ta' nitroġenu u fosforu, peress li l-eċċess ta' dawn in-nutrijenti jikkawża l-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u ta' korpi tal-ilma tal-wiċċ u tal-pjan, li tagħmel ħsara lill-ekosistemi u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-bijodiversità. [Em. 10]

(6c)

Sabiex jiġi ggarantit l-użu mill-ġdid effettiv tar-riżorsi tal-ilma urban mormi, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut li mhux it-tipi kollha ta' ilma rriċiklat jistgħu jintużaw għall-għelejjel kollha. Għalhekk il-bdiewa jenħtieġ li jitħarrġu jużaw id-diversi tipi ta' ilma rriċiklat b'mod ottimali għall-għelejjel li għalihom il-kwalità tal-ilma użat ma jkollha l-ebda implikazzjoni għas-saħħa pubblika. [Em. 11]

(7)

L-istandards ekwivalenti tas-saħħa marbuta mal-iġjene alimentari għall-prodotti agrikoli msoqqija bl-ilma reklamat rkuprat jistgħu jinkisbu biss jekk ir-rekwiżiti tal-kwalità fl-Istati Membri għall-ilma reklamat rkuprat maħsub għat-tisqija agrikola ma jkunux differenti ħafna minn xulxin. L-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti se tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern fir-rigward ta’ dawn il-prodotti. Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi introdotta armonizzazzjoni minima billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma, għall-frekwenza tal- monitoraġġ tal-ilma u għall-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju. Dawk ir-rekwiżiti minimi jenħtieġ li jkollhom parametri minimi għall-ilma reklamat rkuprat u rekwiżiti tal-kwalità addizzjonali jew iktar stretti imposti, jekk meħtieġ, mill-awtoritajiet kompetenti flimkien ma’ kwalunkwe miżura preventiva rilevanti. Sabiex jiġu identifikati rekwiżiti iktar stretti jew addizzjonali għall-kwalità tal-ilma, jenħtieġ li l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni jwettqu l-kompiti L-operatur tal-faċilità ta' rkupru jenħtieġ li jabbozza Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma f'kooperazzjoni mal-atturi rilevanti involuti u jenħtieġ li jitħalla jidentifika rekwiżiti aktar stretti jew addizzjonali għall-kwalità tal-ilma rkuprat. L-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jwettaq il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju , f'kooperazzjoni mill-inqas mal-operatur ta' distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur ta' ħżin tal-ilma rkuprat . Il-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma jenħtieġ li jkun aġġornat kontinwament u abbozzat skont proċeduri standardizzati rikonoxxuti internazzjonalment . Il-parametri huma bbażati fuq rapport tekniku taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u jirriflettu l-istandards internazzjonali dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiżviluppa parametri u metodi ta' kejl biex jiddetermina l-preżenza ta' mikroplastiks u residwi farmaċewtiċi fl-ilma ttrattat. [Em. 12]

(7a)

Il-preżenza ta' mikroplastiks tista' tirrappreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Għal din ir-raġuni, bħala parti minn eżami fil-fond tas-sorsi, tad-distribuzzjoni, id-destin u l-effetti tal-mikroplastiks fil-kuntest tat-trattament tal-ilma mormi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel il-mikroplastiks fl-ilma urban mormi trattat skont id-Direttiva 91/271/KEE u rkuprat bi qbil ma' dan ir-Regolament. [Em. 13]

(7b)

L-użu ta' ilma mormi li ma jkunx nadif biżżejjed għas-servizzi pubbliċi bħat-tindif tat-toroq jew it-tisqija tal-parks u tal-korsijiet tal-golf, jista' jkun ta' detriment għas-saħħa. Bil-ħsieb li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll il-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ, jenħtieġ li għalhekk il-Kummissjoni tistabbilixxi objettivi ta' kwalità dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma għas-servizzi pubbliċi. [Em. 14]

(7c)

Ir-rekwiżiti tal-kwalità għall-ilma li jintuża għat-tisqija jenħtieġ li jqisu l-progress xjentifiku, b'mod partikolari fir-rigward ta' testijiet għall-mikroinkwinanti u sustanzi “emerġenti” ġodda, sabiex jiġi żgurat l-użu sikur tal-ilma u jitħarsu l-ambjent u s-saħħa pubblika. [Em. 15]

(7d)

Ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma jenħtieġ li jqisu t-testijiet li jkunu twettqu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu fl-agrikoltura ta' ħama tad-drenaġġ kif ukoll ta' effluwenti tal-metanizzazzjoni. [Em. 16]

(8)

L-adeżjoni mar-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li jgħinu biex jappoġġaw il-kisba tkun konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-ilma u tgħin tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan 6, li biex jiġi żgurat l-aċċess għall-ilma u s-sanitazzjoni għal kulħadd, kif ukoll iż-żieda sostanzjali fir-riċiklaġġ tal-ilma u l-użu mill-ġdid sikur tal-ilma globalment bil-ħsieb li jingħata kontribut għall-kisba tal-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 12 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli . Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 dwar il-ħarsien tal-ambjent tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 17]

(8a)

Ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fid-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) . L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li r-riżorsi tal-ilma użati għal skopijiet ta' xorb ma jkunux ikkontaminati bl-ilma rkuprat, sabiex jiġi evitat li jkun hemm deterjorament fil-kwalità tal-ilma tax-xorb. [Em. 18]

(8b)

F'xi każijiet, l-operaturi tal-faċilità ta' rkupru xorta waħda jittrasportaw u jaħżnu l-ilma rkuprat lil hinn mill-iżbokk tal-faċilità ta' rkupru, qabel ma jfornu l-ilma rkuprat lill-atturi sussegwenti fil-katina, bħall-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, jew l-utent aħħari. Jeħtieġ li jiġi ddefinit il-punt tal-konformità sabiex jiġi kkjarifkat fejn tieqaf ir-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru u fejn tibda r-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina. [Em. 19]

(9)

Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tinvolvi l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji b’mod proattiv u tinkorpora l-kunċett tal-produzzjoni , tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u tal-użu ta’ ilma reklamat rkuprat ta’ kwalità meħtieġa għal użi partikolari. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskju tkun ibbażata fuq il-kompiti ta’ ġestjoni tar-riskju u fuq applikazzjoni bir-reqqa tal-prinċipju prekawzjonarju, fost l-oħrajn, u jenħtieġ li jiġi identifikat kwalunkwe rekwiżit addizzjonali għall-kwalità tal-ilma neċessarju biex jiġi żgurat biżżejjed ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Il-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li tkun responsabbiltà kondiviża bejn l-atturi rilevanti kollha involuti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-ġdid tal-Ilma. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti jentieġ li jkunu speċifikati b'mod ċar fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Meta tagħti permess, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tkun tista' titlob li jitwettqu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju mill-atturi rilevanti involuti fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 20]

(9a)

Jenħtieġ li l-kollaborazzjoni u l-interazzjoni fost id-diversi partijiet involuti fil-proċess ta' rkupru tal-ilma jkunu kundizzjoni meħtieġa biex it-trattamenti tal-irkupru jkunu jistgħu jiġu stabbiliti skont ir-rekwiżiti meħtieġa għall-użi speċifiċi u biex tkun tista' tiġi ppjanata l-provvista tal-ilma rkuprat skont id-domanda tal-utenti finali. [Em. 21]

(10)

Sabiex jitħarsu b’mod effikaċi l-ambjent inkluża l-kwalità tal-ħamrija, u s-saħħa tal-bniedem, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru jenħtieġ li jkunu primarjament responsabbli għall-kwalità tal-ilma reklamat rkuprat fil-punt ta' konformità . Għall-finijiet ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbiliti mill-awtorità kompetenti, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru jenħtieġ li jimmonitorjaw il-kwalità tal-ilma reklamat rkuprat skont ir-rekwiżiti minimi u kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti . Għaldaqstant, jixraq li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ li jikkonsistu fil-frekwenza ta’ monitoraġġ tar-rutina, u l-iskedar u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-validazzjoni. Uħud mir-rekwiżiti għall-monitoraġġ tar-rutina huma speċifikati skont id-Direttiva 91/271/KEE. [Em. 22]

(11)

Huwa neċessarju li jiġi żgurat jiġu żgurati l-provvista, il-ħażna u l-użu sikur tal-ilma reklamat rkuprat , u b’hekk jitħeġġeġ l-użu l-iżvilupp tal-użu mill-ġdid tal-ilma fil-livell tal-Unjoni , u biex il-bdiewa tal-Unjoni jitħeġġu b'mod partikolari biex jadottaw din il-prattika u tissaħħaħ il-kunfidenza tal-pubbliku fih. Il-kwantitajiet tal-ilma mormi trattat, in-natura, it-trattamenti u l-karatteristiċi ta' dawn tal-aħħar, ikun x'ikun l-użu, jenħtieġ li jkunu tali li l-immaniġġjar tagħhom, l-użu tagħhom, il-ħżin tagħhom, inklużi l-bexx, it-tisqija bil-qatra, il-ħżin jew le tagħhom, ma jaffettwawx, direttament jew indirettament, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew il-kwalità tal-ħamrija u l-ambjenti akkwatiċi fuq perjodu qasir, medju u twil. Għaldaqstant, il-forniment u l-ħażna tal-ilma reklamat rkuprat għal użi partikolari jenħtieġ li jiġi permess biss abbażi ta’ permess mogħti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Sabiex jiġi żgurat l-approċċ armonizzat fil-livell tal-Unjoni, it-traċċabilità u t-trasparenza, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli sostantivi għal dak il-permess fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, id-dettalji tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi jenħtieġ li jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom stess huma responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskji marbuta mal-użu mill-ġdid tal-ilma. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi japplikaw il-proċeduri eżistenti għall-għoti tal-permessi li jenħtieġ li jiġu adattati biex iqisu r-rekwiżiti introdotti minn dan ir-Regolament. [Em. 23]

(11a)

Il-forniment u l-ħażna tal-ilma rkuprat kif ukoll l-użu tiegħu mill-utenti aħħarin jikkostitwixxu parti integrali tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma. Fil-proċess tal-forniment u tal-ħażna, l-ilma rkuprat jista' jsofri tibdiliet li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-kwalità kimika u bijoloġika tiegħu. L-ilma rkuprat jenħtieġ li jintuża b'mod xieraq fir-rigward tal-klassijiet tal-ilma rkuprat, il-karatteristiċi tal-għelejjel u l-metodi tat-tisqija. Il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju jenħtieġ li jqisu l-effetti negattivi potenzjali fuq il-matriċi tas-saħħa u ambjentali assoċjati mal-provvista, mal-ħażna u mal-użu maħsub tal-ilma rkuprat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi dokumenti ta' gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-provvista, tal-ħażna u tal-użu tal-ilma rkuprat. [Em. 24]

(11b)

Jekk operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat ikunu meħtieġa, kwalunkwe tali operatur jenħtieġ li jkun soġġett għal permess. Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha għall-permess, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru jenħtieġ li tagħti permess li jenħtieġ li jkun fih il-kundizzjonijiet u l-miżuri kollha neċessarji stabbiliti fil-valutazzjoni tar-riskju għall-finijiet tad-distribuzzjoni u l-ħażna sikuri tal-ilma rkuprat lill-utent aħħari. [Em. 25]

(12)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma komplementari għar-rekwiżiti ta’ leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji possibbli għas-saħħa u għall-ambjent. Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat approċċ olistiku biex jiġu indirizzati r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent, l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni u tal-pjanti, minbarra dawk relatati mal-ħarsien tal-ambjent, fejn ikun il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti għaldaqstant jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE (10), 91/676/KEE (11) u 98/83/KE (12), id-Direttivi 91/271/KEE u 2000/60/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 (13), (KE) Nru 852/2004 (14), (KE) Nru 183/2005 (15), (KE) Nru 396/2005 (16) u (KE) Nru 1069/2009 (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2006/7/KE (18), 2006/118/KE (19), 2008/105/KE (20) u 2011/92/UE (21) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (22), (KE) Nru 1881/2006 (23) u (UE) Nru 142/2011 (24). [Em. 26]

(12a)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-operazzjonijiet ta' trattament u l-operazzjonijiet ta' rkupru tal-ilma mormi urban iseħħu fl-istess post fiżiku, bl-użu tal-istess faċilità jew faċilitajiet differenti u separati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun possibbli li l-istess attur ikun kemm l-operatur tal-impjant tat-trattament kif ukoll l-operatur tal-faċilità ta' rkupru. [Em. 27]

(13)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-operaturi fin-negozju tal-ikel u jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dak ir-Regolament jindirizza l-kwalità tas-saħħa tal-ikel u wieħed mill-prinċipji ewlenin tiegħu hu li l-operatur fin-negozju tal-ikel għandu r-responsabbiltà ewlenija għas-sigurtà tal-ikel. Dak ir-Regolament huwa wkoll soġġett għal gwida dettaljata, b’rilevanza partikolari għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba (2017/C 163/01). Il-miri ta’ prestazzjoni għall-ilma reklamat stabbiliti f’dan ir-Regolament ma jwaqqfux lill-operaturi fin-negozju tal-ikel milli jiksbu l-kwalità tal-ilma meħtieġa li tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 billi fi stadju sussegwenti jużaw diversi għażliet għat-trattament tal-ilma individwalment jew flimkien ma’ għażliet oħra li ma jittrattawx l-ilma.

(13a)

Bil-ħsieb ta' promozzjoni aħjar tal-operazzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li l-indikazzjoni ta' użi speċifiċi f'dan ir-Regolament ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jippermettu l-użu ta' ilma rkuprat għal skopijiet ulterjuri, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali, ambjentali u ta' servizzi ta' konvenjenza, sakemm l-Istati Membri jiżguraw konformità mal-obbligu li jiġi żgurat livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent. [Em. 28]

(14)

Sabiex titħeġġeġ il-kunfidenza fl-użu mill-ġdid tal-ilma, jenħtieġ li tingħata informazzjoni lill-pubbliku. Id-disponibbiltà tal-informazzjoni ta' informazzjoni ċara, kompluta u aġġornata dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma jenħtieġ li tippermetti żieda fit-trasparenza u t-traċċabilità, u tista’ tkun ukoll ta’ interess partikolari għal awtoritajiet rilevanti oħra li jintlaqtu mill-użu mill-ġdid tal-ilma speċifiku. Sabiex jitħeġġeġ l-użu mill-ġdid tal-ilma, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jiġi żviluppati kampanji informattivi ta' sensibilizzazzjoni li jkunu speċifiċi u adattati għall-atturi differenti kkonċernati, bil-ħsieb li dawn l-attur jsiru konxji taċ-ċiklu tal-ilma urban, tal-ħtieġa tal-użu mill-ġdid tal-ilma u tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tal-ilma, u b'hekk jiġu promossi l-aċċettazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fi prattiki ta' użu mill-ġdid tal-ilma. [Em. 29]

(14a)

L-edukazzjoni u t-taħriġ tal-utenti aħħarin involuti fit-tisqija agrikola huma ta' importanza primarja bħala komponenti tal-implimentazzjoni u taż-żamma ta' miżuri ta' prevenzjoni. L-utenti aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati bis-sħiħ dwar l-użu xieraq tal-ilma rkuprat, peress li dawn huma partikolarment vulnerabbli. Jenħtieġ li tiġi implimentata firxa ta' miżuri ta' prevenzjoni għall-esponiment tal-bniedem, bħall-użu ta' tagħmir ta' protezzjoni personali, il-ħasil tal-idejn u l-iġjene personali. Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni xierqa ta' tali miżuri jenħtieġ li jkun parti mill-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju. [Em. 30]

(15)

Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt tal-aċċess għal informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (26) (Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus). Id-Direttiva 2003/4/KE tistabbilixxi obbligi estensivi marbuta mad-disponibbilità tal-informazzjoni ambjentali fuq talba, kif ukoll mat-tixrid b’mod attiv ta’ dik l-informazzjoni. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inkluż settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament marbuta mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti għall-kondiviżjoni tas-settijiet tad-data jikkomplementaw lil dawk id-Direttivi u ma joħolqux reġim legali separat. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-informazzjoni lill-pubbliku u dwar l-informazzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

(16)

Sabiex jiġu adattati r-rekwiżiti minimi u l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju eżistenti fir-rigward tal-progress xjentifiku u tekniku, jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti minimi u l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju , mingħajr ma jiġu kompromessi l-possibbiltajiet ta' użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq . Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi wkoll tadotta l-atti delegati li jissupplimentaw il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju billi tistipula l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta’ tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (28). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 31]

(17)

Sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti s-setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-adozzjoni tar-regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku mill-Istati Membri, fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li trid tingħata mill-Istati Membri, u fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

(18)

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jivverifikaw il-konformità tal-ilma reklamat rkuprat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess. F’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li jitolbu lill-operatur tal-impjant tar- reklamazzjoni biex tal-faċilità ta' rkupru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità. Jenħtieġ li l-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni iwaqqfu tal-faċilitajiet ta' rkupru jwaqqfu mill-ewwel kwalunkwe forniment ta’ ilma reklamat rkuprat meta n-nuqqas ta’ konformità jaqbeż valuri massimi speċifikati, bir-riżultat li joħloq riskju sinifikanti lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jaħdmu f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-utenti aħħarin biex jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat kif xieraq. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-provvista, il-ħażna u l-użu tal-ilma rkuprat billi jqisu r-riskji rilevanti għas-saħħa u l-ambjent. [Em. 32]

(19)

Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tikkoopera ma’ awtoritajiet rilevanti oħra billi taqsam l-informazzjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni u dawk nazzjonali.

(20)

Id-data mogħtija mill-Istati Membri hija neċessarja sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni fir-rigward tal-għanijiet li jridu jintlaħqu.

(21)

Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effikaċja, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għall-valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli.

(22)

Skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-membri tal-pubbliku kkonċernati jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li jgħixu f’ambjent xieraq għas-saħħa u l-benessri tal-individwi.

(23)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw ir-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

(24)

Minħabba li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba raġunijiet ta’ skala u effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformita’ mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropa. F'konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(25)

Huwa meħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva neċessarja għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll biex l-operaturi jippreparaw għall-applikazzjoni tar-regoli l-ġodda.

(25a)

Bil-ħsieb li jiġi żviluppat u promoss kemm jista' jkun l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat, l-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam permezz tal-programm Orizzont Ewropa sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fl-affidabbiltà tal-ilma mormi trattat b'mod xieraq u f'metodi vijabbli ta' użu. [Em. 33]

(25b)

Sabiex jipproteġu b'mod effettiv l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jistabbilixxu kontroll tal-kwalità tal-ħamrija fuq perjodu qasir, medju u twil. [Em. 34]

(25c)

Dan ir-Regolament ifittex li jħeġġeġ l-użu sostenibbli tal-ilma. Fid-dawl ta' dik il-mira, il-Kummissjoni jenħtieġ li timpenja ruħha sabiex tuża l-programmi tal-Unjoni, inkluż il-Programm LIFE, biex tappoġġja inizjattivi lokali li jinvolvu l-użu mill-ġdid ta' ilma mormi trattat kif xieraq. [Em. 35]

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u għan

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma rkuprat u l-monitoraġġ, u l-obbligu li jitwettqu l-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju speċifikati, għall-użu mill-ġdid sikur tal-ilma urban mormi trattat fil-kuntest tal-immaniġġjar tal-ilma integrat , u jikkontribwixxi għall-għanijiet indikati fid-Direttiva 2000/60/KE . [Em. 36]

2.   L-għan ta’ dan ir-Regolament hu li jiġi garantit li l-ilma reklamat rkuprat ikun sikur għall-użu maħsub tiegħu, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll tal-ambjent, filwaqt li fl-istess ħin jiġu indirizzati l-effetti ħżiena tal-użu tar-riżorsi tal-ilma u tittejjeb l-effiċjenza tagħhom, jiġu indirizzati l-iskarsezza tal-ilma , kwistjonijiet ta' tibdil tal-klima u l-objettivi ambjentali tal-Unjoni, u l-pressjoni li tirriżulta fuq ir-riżorsi tal-ilma, b’mod koordinat madwar l-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament għall-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ta' użu ta' ilma sostenibbli, jappoġġja t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, jiżgura l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. [Em. 37]

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżorsi tal-ilma użati għal skopijiet ta' ilma tax-xorb ma jkunux ikkontaminati bl-ilma rkuprat. [Em. 38]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-ilma reklamat rkuprat għal użu speċifiku fit-taqsima 1 tal-Anness I.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal proġetti pilota li jiffukaw fuq l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-impjanti ta' rkupru. [Em. 39]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità jew korp maħtura minn Stat Membru biex iwettqu l-obbligi stipulati f’dan ir-Regolament;

2.

“awtorità tal-ilma” tfisser awtorità jew awtoritajiet identifikati skont l-Artikolu 3(2) jew (3) tad-Direttiva 2000/60/KE;

3.

“utent aħħari” tfisser persuna fiżika jew ġuridika , jew entità pubblika jew privata, li tuża l-ilma reklamat rkuprat għall-użu maħsub tiegħu ; [Em. 40]

4.

“ilma urban mormi” tfisser ilma urban mormi kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 91/271/KEE;

4a.

“ilma mormi trattat” tfisser ilma urban mormi li jkun ġie trattat f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE; [Em. 41]

5.

“ilma reklamat rkuprat ” tfisser ilma urban mormi li ġie trattat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE u li jirriżulta minn trattament ulterjuri f’impjant tar-reklamazzjoni f'faċilità ta' rkupru li tagħmel il-kwalità tiegħu adatta għall-użu maħsub tiegħu ; [Em. 42]

5a.

“użu mill-ġdid tal-ilma” tfisser l-użu ta' ilma rkuprat ta' kwalità speċifika xierqa għal użu speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni, biex b'hekk parzjalment jew kompletament jissostitwixxi l-użu tal-ilma tal-wiċċ jew ta' taħt l-art; [Em. 43]

6.

impjant tar-reklamazzjoni faċilità ta' rkupru ” tfisser parti minn impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi jew impjant ieħor faċilità oħra li jittratta titratta ulterjorment l-ilma urban mormi f’konformità li preċedentement ikun ġie trattat bi qbil mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE sabiex jiġi prodott ilma rkuprat li huwa tajjeb għal użu speċifikat fit-taqsima 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u li jinkludi kwalunkwe infrastruttura ta' ħażna u kwalunkwe infrastruttura maħsuba biex tipprovdi l-ilma rkuprat lill-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, jew lill-utent aħħari ; [Em. 44]

7.

“operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni ta' faċilità ta' rkupru ” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla impjant tar-reklamazzjoni; faċilità ta' rkupru; [Em. 45]

7a.

“infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat” tfisser sistema ta' katusi u pompi dedikata, jew faċilitajiet oħrajn għat-trasport iddedikati, maħsuba biex jipprovdu l-ilma rkuprat lill-utent aħħari, inkluż kwalunkwe faċilità għall-ekwalizzazzjoni, trattament ulterjuri u l-ħażna, barra mill-faċilità ta' rkupru; [Em. 46]

7b.

“operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tmexxi jew tikkontrolla l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat; [Em. 47]

7c.

“infrastruttura għall-ħażna tal-ilma rkuprat” tfisser sistema ta' faċilitajiet għall-ħażna ddedikati maħsuba biex taħżen l-ilma rkuprat; [Em. 48]

7d.

“operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tmexxi jew tikkontrolla l-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat; [Em. 49]

8.

“periklu” tfisser aġent bijoloġiku, kimiku, fiżiku jew radjoloġiku li għandu l-potenzjal li jikkawża dannu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-għelejjel jew lill-pjanti, lil bijota terrestri u lil bijoti akkwatiċi oħra, lill-ħamrija jew lill-ambjent ġenerali;

9.

“riskju” tfisser il-probabbiltà ta’ perikli identifikati li jikkawżaw dannu f’medda ta’ żmien speċifiku, inkluż is-severità tal-konsegwenzi;

10.

“ġestjoni tar-riskju” hija ġestjoni sistematika li b’mod konsistenti tiżgura s-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma f’kuntest speċifiku;

11.

“miżura preventiva” tfisser kwalunkwe azzjoni jew attività xierqa li tista’ tintuża għall-prevenzjoni jew l-eliminazzjoni ta’ riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew tnaqqsu għal livell aċċettabbli; [Em. 50]

11a.

“punt ta' konformità” tfisser il-punt fejn operatur ta' faċilità ta' rkupru jipprovdi l-ilma rkuprat lill-attur sussegwenti fil-katina; [Em. 51]

11b.

“mikroinkwinant” tfisser sustanza mhux mixtieqa li tinstab fl-ambjent f'konċentrazzjonijiet baxxi ħafna, skont l-Anness VIII tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 52]

Artikolu 4

Obbligi tal-operaturi tal-impjanti ta’ reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru fir-rigward tal-kwalità tal-ilma [Em. 53]

1.   L-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom jiżguraw li l-ilma reklamat rkuprat iddestinat għal użu speċifiku speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, fl-iżbokk tal-impjant tar-reklamazzjoni (punt ta’ konformità) fil-punt ta' konformità, għandu jkun konformi ma’ dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b)

kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri stabbiliti mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(3), fir-rigward tal-kwalità tal-ilma. [Em. 54]

2.   Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni għandu jimmonitorja l-kwalità tal-ilma skont dan li ġej:

(a)

it-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b)

kwalunkwe kundizzjoni ulterjuri stabbiliti mill-awtorità kompetenti fil-permess rilevanti skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(3), fir-rigward tal-monitoraġġ.

2a.     L-operaturi tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom jiżguraw ukoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu - 1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fil-faċilità ta' rkupru. [Em. 55]

2b

. Wara l-punt ta' konformità, il-kwalità tal-ilma m'għandhiex tibqa' r-responsabbiltà tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru u għandha ssir ir-responsabbiltà tal-attur sussegwenti fil-katina. [Em. 56]

3.   Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw lil dan ir-Regolament skont l-Artikolu 14 sabiex ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 57]

Artikolu 4a

L-obbligi tal-operaturi tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat, tal-operaturi tal-ħażna tal-ilma rkuprat u tal-utenti finali

1.     l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jżomm il-livell tal-kwalità tal-ilma rkuprat fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tal-anqas fl-istess livell ta' kwalità bħal dak stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jiżgura wkoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu - 1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat.

Meta tagħti permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' titlob li jittieħdu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u tispeċifika ir-rekwiżiti addizzjonali u l-miżuri preventivi meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Anness II.

2.     L-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jżomm il-livell tal-kwalità tal-ilma rkuprat fl-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat tal-anqas fl-istess livell ta' kwalità bħal dak stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jiżgura wkoll li tal-anqas il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fil-paragrafu - 1 tal-Artikolu 5 jiġu implimentati bis-sħiħ fl-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat.

Meta tagħti permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' titlob li jittieħdu aktar miżuri ta' ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat u tispeċifika ir-rekwiżiti addizzjonali u l-miżuri preventivi meħtieġa skont il-punti (b) u (c) tal-Anness II.

3.     L-ilma rkuprat użat mill-utenti aħħarin għandu jkun tal-anqas tal-livell ta' kwalità stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I. L-awtorità kompetenti tista' tipprovdi rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-obbligi fuq l-utenti finali flimkien ma' dawk stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I.

4.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dokumenti ta' gwida biex tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-kontroll u l-monitoraġġ tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni, tal-ħażna u tal-użu tal-ilma rkuprat. [Em. 58]

Artikolu 5

Ġestjoni tar-riskju

-1.     L-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu, f'kooperazzjoni mal-atturi rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ifassal Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. Il-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu jkun ibbażat fuq il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-punt (a) tal-Anness II, jistabbilixxi kwalunkwe rekwiżiti apparti dawk speċifikati fl-Anness I skont il-punt (b) tal-Anness II, u għandu jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi xierqa skont il-punt (c) tal-Anness II. [Em. 59]

1.   Għall-finijiet tal-produzzjoni u l-forniment li jiġu żgurati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu sikuri tal-ilma reklamat, il-ġestjoni tar-riskju għandha titwettaq mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni b’konsultazzjoni rkuprat, l-awtorità kompetenti għandha tissorvelja l-ġestjoni tar-riskju f'konsultazzjoni mal-atturi li ġejjin: [Em. 60]

(a)

l-operatur tal-impjanti tal-impjant jew tal-impjanti tat-trattament tal-ilma urban mormi li jforni l-ilma lill-impjant tar-reklamazzjoni lill-faċilità ta' rkupru b'ilma mormi trattat skont ir-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE , jekk ikun differenti mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni tal-faċilità ta' rkupru ; [Em. 61]

(aa)

l-operatur tal-faċilità ta' rkupru; [Em. 62]

(ab)

l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat; [Em. 63]

(ac)

l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat; [Em. 64]

(b)

l-utenti aħħarin;

(c)

kwalunkwe parti oħra li titqies rilevanti mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni mill-awtorità kompetenti . [Em. 65]

2.   L-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni għandu jfassal Pjan tal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandhom iwettqu tal-anqas il-kompiti ta' mmaniġġjar tar-riskju definiti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma bbażat fuq il-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II. Il-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma għandu jipproponi rekwiżiti addizzjonali ma’ dawn speċifikati fl-Anness I, meħtieġa għall-mitigazzjoni ulterjuri ta’ kwalunkwe riskju, u fost l-oħrajn, għandu jidentifika l-perikli, ir-riskji u l-miżuri preventivi xierqa msemmi fil-paragrafu - 1. Il-metodi tal-immaniġġjar tar-riskju użati mill-operatur tal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandhom ikunu bbażati fuq metodoloġiji rikonoxxuti internazzjonalment . [Em. 66]

2a.     Fil-permess rilevanti mogħti skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika kompiti u responsabbiltajiet differenti għall-atturi differenti involuti fil-Pjan għall-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 67]

2b.     Jekk it-tip ta' għalla li għandha tissaqqa se tiġi kummerċjalizzata f'diversi forom differenti u taqa' f'diversi klassijiet tal-kwalità ta' ilma rkuprat, l-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jkun meħtieġ jipprovdi lill-bidwi ilma li jikkorrispondi mal-ogħla klassi tal-kwalità fost dawk ikkonċernati. [Em. 68]

3.   Il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa biex skont l-Artikolu 14, tadotta atti delegati li jemendaw lil dan ir-Regolament sabiex il-kompiti ewlenin ta’ ġestjoni tar-riskju stabbiliti fl-Anness II jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. [Em. 69]

Il-Kummissjoni ingħatat ukoll is-setgħa biex skont l-Artikolu 14, tadotta atti delegati li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament sabiex jiġu stabbiliti l-ispeċifikazzjoni tekniċi tal-kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Anness II. [Em. 70]

Sa … [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tintroduċi metodoloġija għall-kejl tal-preżenza ta' mikroplastika fl-ilma rkuprat li tista' tkun soġġetta għal rekwiżiti addizzjonali abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 4 tal-Anness II. [Em. 133]

3a.     Meta utent aħħari jissuspetta li l-ilma maħżun kif previst fl-Artikolu 4a(2) ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi stabbiliti f'dan ir-Regolament, huwa għandu:

(a)

jinforma minnufih lill-awtorità tas-saħħa kkonċernata, u jipprovdilha, meta jkun xieraq, l-informazzjoni kollha disponibbli;

(b)

jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità kompetenti kkonċernata sabiex jiġu vverifikati u ddeterminati r-raġunijiet għas-suspett u l-preżenza possibbli ta' sustanzi jew valuri mhux awtorizzati kif imsemmi fit-Tabelli 2 u 4 tat-Taqsima 2 tal-Anness I. [Em. 71]

Artikolu 6

Applikazzjoni għal permess tal-forniment għall-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-ħażna ta’ ilma reklamat rkuprat [Em. 72]

1.   Kwalunkwe provvista tal-ilma reklamat iddestinata produzzjoni, distribuzzjoni jew ħażna ta' ilma rkuprat iddestinat għal użu speċifiku speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I, għandha tkun soġġetta għal permess. [Em. 73]

2.   Operatur ta' faċilità ta' rkupru jista’ jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta’ permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jopera l-impjant tar-reklamazzjoni topera l-faċilità ta' rkupru jew fejn hu ppjanat li jopera topera [Em. 74].

3.   L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

Pjan tal-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma mfassal skont l-Artikolu 5(2) il-paragrafu - 1 tal-Artikolu 5 ; [Em. 75]

(aa)

id-data disponibbli l-aktar riċenti biex tintwera l-konformità tal-ilma mormi trattat skont id-Direttiva 91/271/KEE fl-impjant tat-trattament tal-ilma mormi li minnu ġej l-ilma li għandu jiġi rkuprat; [Em. 76]

(b)

deskrizzjoni ta’ kif l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni tal-faċilità ta' rkupru se jikkonforma fil-punt ta' konformità mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I; [Em. 77]

(c)

deskrizzjoni ta’ kif l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni tal-faċilità ta' rkupru se jikkonforma fil-punt ta' konformità mar-rekwiżiti addizzjonali proposti fil-Pjan tal-Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 78]

3a.     Operatur tad-distribuzzjoni ta' ilma rkuprat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta' permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-infratsruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat topera jew fejn hu ppjanat li topera. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4a. [Em. 79]

3b.     Operatur tal-ħażna ta' ilma rkuprat għandu jippreżenta applikazzjoni għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, jew għal modifika ta' permess eżistenti, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-infrastruttura tal-ħażna tal-ilma rkuprat topera jew fejn hu ppjanat li topera. L-applikazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni ta' kif l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat għandu jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 4a. [Em. 80]

Artikolu 7

Għotja tal-permess

1.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni, jekk xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta u taqsam l-informazzjoni rilevanti ma’ dawn li ġejjin:

(a)

awtoritajiet rilevanti oħra tal-istess Stat Membru, b’mod partikolari l-awtorità tal-ilma l-awtoritajiet tal-ilma u tas-saħħa , jekk din hija dawn ikunu differenti mill-awtorità kompetenti; [Em. 81]

(b)

il-punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri li huma potenzjalment milquta, maħtura skont l-Artikolu 9(1).

2.   Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni kompluta, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artiklu 6(3) fil-paragrafi 2, 3, 3a u 3b tal-Artiklu 6 , l-awtorità kompetenti għandha tevalwa l-applikazzjoni, bl-użu ta' appoġġ xjentifiku adegwat, u tiddeċiedi jekk tagħtix jew tiċħadx il-permess. Meta l-awtorità kompetenti jkollha bżonn iktar żmien minħabba l-kumplessità tal-applikazzjoni, hija għandha mingħajr dewmien tinforma b’dan lill-applikant u , filwaqt li tindika d-data mistennija tal-għoti jew tar-rifjut tal-permess u tipprovdi r-raġunijiet għall-estensjoni. Fi kwalunkwe każ, l-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa msemmija fil-paragrafi 2, 3, 3a u 3b tal-Artiklu 6. [Em. 82]

3.   Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti permess, għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni, li fejn applikabbli, għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

il-kundizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ stipulati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;

(b)

il-kundizzjonijiet marbuta mar-rekwiżiti addizzjonali proposti fil-Pjan ta’ Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma;

(c)

kwalunkwe kundizzjoni oħra meħtieġa għall-mitigazzjoni ulterjuri ta’ biex telimina ulterjorment kwalunkwe riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll għall-ambjent. [Em. 83]

3a.     Jekk il-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 3 ma jkunux diġà inklużi fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma msemmi fl-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-pjan mingħajr dewmien. [Em. 84]

4.   Il-permess għandu jiġu rieżaminat regolarment u mill-inqas kull ħames snin, u modifikat jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 8

Kontroll tal-konformità

1.   Fl-istadju ta’ konformità, L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-konformità tal-ilma reklamat rkuprat mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess fil-permessi mogħtija skont l-Artikolu 7 . Il-kontroll tal-konformità għandu jitwettaq permezz tal-mezzi li ġejjin: [Em. 85]

(a)

verifiki fuq il-post;

(b)

l-użu tad-data ta’ monitoraġġ miksuba skont dan ir-Regolament u d-Direttivi 91/271/KEE u 2000/60/KE;

(c)

kwalunkwe mezz ieħor xieraq.

2.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni tal-faċilità ta' rkupru, lill-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat jew lill-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, kif applikabbli, biex jiġu l-miżuri neċessarji jieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex minnufih jerġa' jiġi konformi mingħajr dewmien u jinforma minnufih lill-utenti finali affettwati . [Em. 86]

3.   Meta n-nuqqas ta’ konformità toħloq riskju sinifikanti għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem l-valur individwali ta' kwalunkwe parametru jkun ogħla mir-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità tal-ilma stipulati fil-punt (a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I , l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni tal-faċilità ta' rkupru għandu jwaqqaf minnufih kwalunkwe provvista ulterjuri tal-ilma reklamat sakemm rkuprat. L-awtorità kompetenti tiddetermina li reġgħet ġiet stabbilita l-konformità tista' tistabbilixxi li l-konformità tkun reġgħet ġiet stabbilita biss wara li l-valur individwali tal-parametru jew tal-parametri li jaqbeż jew jaqbżu r-rekwiżiti ta' kwalità tal-ilma nstab li huwa anqas mill-valur massimu permess f'tal-anqas tliet kontrolli konsekuttivi . [Em. 87]

4.   Jekk jiġri inċident li jaffettwa l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-permess, l-operatur tal-impjant ta’ reklamazzjoni tal-faċilità ta' rkupru, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat jew l-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, kif applikabbli, għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-utenti aħħarin li jistgħu jkunu potenzjalment milquta, u jikkomunika l-informazzjoni meħtieġa lill-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tal-impatti ta’ dan l-inċident. [Em. 88]

4a.     Wara l-għoti ta' permess skont l-Artikolu 7, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika b'mod regolari l-konformità tal-operatur tal-faċilità ta' rkupru, tal-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat u tal-operatur tal-ħażna tal-ilma rkuprat, mal-miżuri stabbiliti fil-Pjan ta' Ġestjoni tar-Riskju għall-Użu mill-Ġdid tal-Ilma. [Em. 89]

4b.     F'każ li l-ilma rkuprat ma jkunx konformi fil-punt ta' konformità u li sseħħ kontaminazzjoni sussegwenti tal-ħamrija jew ta' prodotti agrikoli permezz tad-distribuzzjoni u l-ħżin ta' dak l-ilma rkuprat mhux konformi, li tirriżulta f'perikli għas-saħħa u għall-ambjent, l-operatur tal-faċilità ta' rkupru għandu jinżamm responsabbli u jrid jagħmel tajjeb għad-danni. [Em. 134]

Artikolu 9

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt biex jikkoopera kif xieraq mal-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. Ir-rwol tal-punti ta’ kuntatt għandu jkun li jagħtu assistenza fuq talba u jikkoordinaw l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. B’mod partikolari, il-punti ta’ kuntatt għandhom jirċievu u jibagħtu t-talbiet għall-assistenza.

2.   L-Istati Membri għandhom iwieġbu t-talbiet għall-assistenza mingħajr dewmien.

Artikolu 9a

Kampanji informattivi ta' sensibilizzazzjoni

1.     L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn utenti finali potenzjali, inklużi ċ-ċittadini, u dwar is-sikurezza tal-użu mill-ġdid tal-ilma u l-iffrankar tar-riżorsi tal-ilma li jirriżultaw mill-użu mill-ġdid tal-ilma.

2.     L-Istati Membri għandhom iwaqqfu wkoll kampanji ta' informazzjoni għall-bdiewa biex jiġi żgurat li dawn jużaw ilma rkuprat fuq l-għelejjel b'mod ottimali, u b'hekk jiġi evitat kwalunkwe effett negattiv fuq is-saħħa jew fuq l-ambjent minn dan l-użu. [Em. 91]

Artikolu 10

Informazzjoni għall-pubbliku

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE u għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xierqa u aġġornata u aċċessibbli dwar l-użu mill-ġdid tal-ilma tkun disponibbli online għall-pubbliku , jew fuq mezzi oħrajn faċli biex jintużaw, filwaqt li jiġu rrispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data . Dik l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej: [Em. 92]

(a)

il-kwantità u l-kwalità tal-ilma reklamat fornut f’konformità ma’ dan ir-Regolament;

(aa)

l-użu tal-ilma rkuprat bħala perċentwal tat-total ta' ilma ħelu użat għall-iskopijiet ikkunsidrati f'dan ir-Regolament; [Em. 93]

(b)

il-persentaġġ tal-ilma reklamat fl-Istat Membru fornut skont dan ir-Regolament, meta mqabbel mal-ammont totali tal-ilma urban mormi trattat;

(ba)

il-perċentwal tal-ilma rkuprat fl-Istat Membru fornut bi qbil ma' dan ir-Regolament, meta mqabbel mal-ammont totali tal-ilma urban mormi trattat; [Em. 94]

(c)

il-permess mogħti jew emendat skont dan ir-Regolament, inklużi l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 7(3);

(d)

l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 8(1);

(e)

il-punti ta’ kuntatt maħtura skont l-Artikolu 9(1).

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aġġornata mill-inqas darba fis-sena.

2a.     B'konformità mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 li jistabbilixxi regoli ġenerali applikabbli għall-operaturi fis-settur tal-ikel, li jkopri l-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' ikel maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-utenti dwar il-kontenut massimu ta' nutrijenti fl-ilma mormi trattat kif xieraq li jiġi pprovdut, sabiex l-utenti, inklużi l-bdiewa, ikunu jistgħu jaċċertaw ruħhom li jkun konformi mal-livelli ta' nutrijenti stabbiliti fir-regoli rilevanti tal-Unjoni. [Em. 95]

3.   Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15. [Em. 96]

Artikolu 11

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE, kull Stat Membru assistit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandu:

(a)

iwaqqaf u jippubblika sa … [tliet erba' snin wara d-data mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u wara dan, jaġġorna kull sitt snin, is-sett ta’ data li jkun fih l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-kontroll tal-konformità mwettaq skont l-Artikolu 8(1) u informazzjoni oħra li trid tkun disponibbli online għall-pubbliku skont l-Artikolu 10; [Em. 97]

(b)

jistabbilixxi, jippubblika u jaġġorna kull sena wara dan, is-sett ta’ data li fih l-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess, miġbura skont l-Artikolu 8(1), u l-informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 8(2) u (3).

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ data msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Abbażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tfassal, tippubblika taġġorna regolarment jew fuq talba mill-Kummissjoni, ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni li kif xieraq, għandha tinkludi l-indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta’ dan ir-Regolament, il-mapep u r-rapporti tal-Istati Membri.

4.   Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tingħata skont il-paragrafu 1, kif ukoll ir-regoli dettaljati fir-rigward tal-għamla u l-preżentazzjoni tal-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15.

Artikolu 12

Aċċess għall-ġustizzja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għall-proċedura ta’ rieżami quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4 sa 8, meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollhom interess suffiċjenti;

(b)

iżommu l-indeboliment ta’ dritt, fejn il-liġi proċedurali amministrattiva tal-Istat Membru rilevanti teħtieġ dan bħala prekundizzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.

3.   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt għandu jiġi stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-għan li jingħata aċċess għall-ġustizzja mifrux lill-pubbliku kkonċernat.

Għal dan l-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien ambjentali u li tissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies biżżejjed għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).

Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li huma kapaċi li jiġu indeboliti għall-finijiet tal-paragrafu 1(b).

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri tar-rieżami amministrattivi qabel ir-rikors għall-proċeduri tar-rieżami ġudizzjarju, meta jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-liġi nazzjonali.

5.   Kwalunkwe proċedura ta’ rieżami msemmija fil-paragrafi 1 u 4 għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u mhux għalja wisq.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattivi u ġudizzjarji tkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa . . . [sitt ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mill-inqas l-elementi li ġejjin: [Em. 98]

(a)

l-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b)

is-settijiet ta’ data mwaqqfa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(1) u l-ħarsa ġenerali madwar l-Unjoni mfassla mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent skont l-Artikolu 11(3);

(c)

data xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;

(d)

għarfien tekniku u xjentifiku;

(e)

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, meta disponibbli.

(ea)

esperimenti li twettqu, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu fl-agrikoltura tal-ħama tad-drenaġġ u l-effluwenti ta' metanizzazzjoni. [Em. 99]

2.   Fil-kuntest tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-aspetti li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I;

(b)

il-kompiti ewlenin għall-ġestjoni tar-riskju stipulati fl-Anness II;

(c)

ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti skont il-punt (b) u (c) tal-Artikolu 7(3);

(d)

l-impatti tal-użu mill-ġdid tal-ilma fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem;

(da)

il-preżenza dejjem tikber ta' mikroinkwinanti li jniġġsu u sustanzi “emerġenti” ġodda fl-ilma li jintuża mill-ġdid. [Em. 100]

2a.     Bħala parati mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà li:

(a)

twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ilma rkuprat maħsub għal użi speċifiċi oħrajn, inkluż l-użu mill-ġdid għal skopijiet industrijali;

(b)

testendi r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-użu indirett ta' ilma mormi trattat;

(c)

tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi applikabbli għall-kwalità tal-ilma mormi trattat għall-finijiet ta' mili mill-ġdid tal-ilma ta' taħt l-art. [Em. 101]

2b.     Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha takkumpanja l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bi proposta leġiżlattiva. [Em. 102]

Artikolu 14

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati ġiet konferita lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3) u 5(3) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3) u fl-Artikolu 5(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn ta’ notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2000/60/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 16

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom, sa . . . [tliet erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 103]

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [sena sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 104]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C …

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 353.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019.

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(6)  COM(2012) 0673

(7)  COM(2007)0414

(1a)   ĠU C 9 E, 15.1.2010, p. 33.

(8)  COM(2015)0614

(9)   Id-Direttiva (UE) …/… dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU …).

(10)  Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(12)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1)

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(18)  Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37).

(19)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

(20)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

(21)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tad-19 ta’ Diċembru 2005 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

(25)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(26)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(27)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(28)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

ANNESS I

UŻI U REKWIŻITI MINIMI

Taqsima 1. Użi tal-ilma reklamat rkuprat kif imsemmi fl-Artikolu 2

(a)   Tisqija agrikola

Tisqija agrikola tfisser it-tisqija tat-tipi ta’ għelejjel li ġejjin:

għelejjel tal-ikel ikkonsmati nejjin, jiġifieri għelejjel maħsuba għall-konsum mill-bniedem biex jittieklu nejjin jew mhux ipproċessati;

għelejjel tal-ikel ipproċessati, jiġifieri maħsuba għall-konsum mill-bniedem li ma jridux jittieklu nejjin iżda jittieklu wara proċess ta’ trattament (jiġifieri, imsajrin, proċessati industrijalment);

għelejjel mhux tal-ikel, jiġifieri għelejjel mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (jiġifieri għelejjel tal-bur, tal-foraġġ, tal-fibra, ornamentali, taż-żerriegħa, tal-enerġija u tat-terf).

Mingħajr preġudizzju għal-liġi rilevanti tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent u s-saħħa, l-Istati Membri jistgħu jużaw ilma rkuprat għal użi ulterjuri bħal użu mill-ġdid tal-ilma industrijali u għal skopijiet ambjentali u ta' servizzi ta' konvenjenza. [Em. 105]

Taqsima 2. Rekwiżiti minimi

2.1.   Rekwiżiti minimi applikabbli għall-ilma reklamat destinati biex jintużaw rkuprat maħsub għat-tisqija agrikola [Em. 106]

Il-klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu u l-metodi ta’ tisqija permessi għal kull klassi huma stabbiliti fit-Tabella 1. Ir-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma huma stabbiliti fil-punt (a), Tabella 2. Il-frekwenzi minimi u l-miri ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-ilma reklamat huma stabbiliti fil-punt (b), Tabella 3 (monitoraġġ tar-rutina) u fit-Tabella 4 (monitoraġġ tal-validazzjoni).

Tabella 1 Klassijiet tal-kwalità tal-ilma reklamat u l-użu agrikolu u l-metodu ta’ tisqija permessi

Klassi tal-kwalità minima tal-ilma reklamat

Kategorija tal-għalla

Metodu ta’ tisqija

A

L-għelejjel tal-ikel kollha, inkluż l-għelejjel bl-għeruq ikkunsmati nejjin u l-għelejjel tal-ikel fejn il-parti li tittiekel tinsab f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat

Metodi kollha ta’ tisqija

B

L-għelejjel tal-ikel ikkunsmati nejjin fejn il-parti li tittiekel hija prodotta fuq l-art u mhijiex f’kuntatt dirett mal-ilma reklamat, l-għelejjel tal-ikel ipproċessati u l-għelejjel mhux tal-ikel inklużi l-għelejjel biex jingħalfu annimali li jipproduċu l-ħalib jew il-laħam

Metodi kollha ta’ tisqija

C

Tisqija bil-qatra  (*1) biss Il-metodi ta' tisqija biss li ma jwasslux għal kuntatt dirett bejn l-għalla u l-ilma rkuprat. Pereżempju, it-tisqija bil-qatra  (*1) . [Em. 107]

D

L-għelejjel industrijali, enerġetiċi u li jinżergħu

Metodi kollha ta’ tisqija

(a)   Rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma

Tabella 2 Rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola

Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat

Mira indikattiva tat-trattament xieraq

Rekwiżiti ta’ kwalità Valur ta’ limitu

 

E.   coli

(cfu/100 ml)

BOD5

(mg/l)

TSS

(mg/l)

Turbidità

(NTU)

Oħrajn

A

Trattament sekondarju, filtrazzjoni u diżinfezzjoni

≤10

jew taħt il-limitu ta’ detezzjoni

≤10

≤10

≤5

Legionella spp.: <1,000 cfu/l fejn hemm riskju ta’ aerosolizzazzjoni fis-serer solari

Nematodi intestinali (bajd tal-elmindi): ≤1 bajda/l għat-tisqija tal-bwar jew l-foraġġ il-foraġġ

Salmonella: assenti [Em. 108]

B

Trattament sekondarju u diżinfezzjoni

≤100

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (1)

((Anness I, Tabella 1)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE

((Anness I, Tabella 1)

C

Trattament sekondarju u diżinfezzjoni

≤1,000

D

Trattament sekondarju u diżinfezzjoni

≤10,000

L-ilma reklamat se jitqies li jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Tabella 2 jekk il-kejl jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

Il-valuri indikati għall-E. coli, l- Legionella spp u n-nematodi intestinali jinsabu fid-90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda mill-valuri massimi tal-kampjuni ma jista’ jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu tal-unità logaritmika mill-valur indikat għall-E. coli u l-Legionella u 100 % tal-valur indikat għan-nematodi intestinali. Ir-rekwiżit biex jiġi żgurat li jkun hemm nuqqas ta' salmonella għandu japplika għal 100 % tal-kampjuni. [Em. 109]

Il-valuri indikati għall-BOD5, t-TSS u t-turbidità fil-Klassi A jinsabu fid-90 % jew aktar tal-kampjuni. L-ebda mill-valuri massimi tal-kampjuni ma jista’ jaqbeż il-limitu ta’ devjazzjoni massimu ta’ 100 % tal-valur indikat. [Em. 110]

b)   Rekwiżiti minimi għall-monitoraġġ

L-operaturi tal-impjanti tar-reklamazzjoni tal-faċilitajiet ta' rkupru għandhom iwettqu monitoraġġ tar-rutina biex jivverifikaw li l-ilma reklamat rkuprat ikun konformi mar-rekwiżiti minimi għall-kwalità tal-ilma stabbiliti fil-punt (a). Il-monitoraġġ tar-rutina għandu jiġi inkluż fil-proċeduri ta’ verifika tas-sistema tal-proġett tal-użu mill-ġdid tal-ilma. [Em. 111]

Il-kampjuni li għandhom jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità mal-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu skont l-istandard EN ISO 19458. [Em. 112]

Tabella 3 Frekwenzi minimi għall-monitoraġġ tar-rutina tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola

 

Frekwenzi tal-monitoraġġ minimi

Klassi tal-kwalità tal-ilma reklamat

E.   coli

BOD5

TSS

Turbidità

Legionella spp.

(meta applikabbli)

Nematodi intestinali

(meta applikabbli)

A

Darba fil-ġimgħa

Darba fil-ġimgħa

Darba fil-ġimgħa

Kontinwament

Darba fil-ġimgħa

Darbtejn fix-xahar jew frekwenza determinata mill-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni skont in-numru ta’ bajd fl-ilma mormi li jidħlu fl-impjant tar-reklamazzjoni

B

Darba fil-ġimgħa

Skont id-Direttiva 91/271/KEE

(Anness I, Taqsima D)

Skont id-Direttiva 91/271/KEE

((Anness I, Taqsima D)

C

Darbtejn fix-xahar

D

Darbtejn fix-xahar

Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jitwettaq qabel ma jibda’ jopera l-impjant tar-reklamazzjoni tibda' topera l-faċilità ta' rkupru , meta t-tagħmir jiġi aġġornat u meta jiżdiedu tagħmir jew proċessi ġodda u kull darba li jinħareġ permess ġdid jew jinbidel wieħed eżistenti . [Em. 113]

Il-monitoraġġ tal-validazzjoni għandu jsir għall-iktar klassi stretta tal-kwalità tal-ilma reklamat rkuprat , il-Klassi A, sabiex jiġi vvalutat jekk hux qed ikun hemm konformità mal-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10). Il-monitoraġġ tal-valutazzjoni jinkludi l-monitoraġġ tal-mikroorganiżmi indikaturi assoċjati ma kull grupp ta’ patoġeni (batterji, virus u protozoa). Il-mikroorganiżmi indikaturi magħżula huma l-E. coli għall-batterji patoġeniċi, il-kolifaġi F-speċifiċi, il-kolifaġi somatiċi jew il-kolifaġi għall-viruses patoġeniċi, u l-ispori ta’ Clostridium perfringens jew il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori għall-protozoa. Il-miri ta’ prestazzjoni (tnaqqis ta’ log10) għall-monitoraġġ tal-validazzjoni għall-mikroorganiżmi indikaturi magħżula, huma stabbiliti fit-Tabella 4 u għandhom jintlaħqu fl-iżbokk tal-impjant tar-reklamazzjoni (punt ta’ konformità) tal-faċilità ta' rkupru , filwaqt li jitqiesu l-konċentrazzjonijiet tal-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat li jidħlu fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi. Mill-inqas 90 % tal-kampjuni ta' validazzjoni għandhom jilħqu jew jaqbżu l-mira ta' prestazzjoni. [Em. 114]

Jekk indikatur bijoloġiku ma jkunx preżenti fi kwantitajiet suffiċjenti fl-ilma mormi mhux ipproċessat biex jinkiseb it-tnaqqis ta' log10, in-nuqqas ta' tali indikatur bijoloġiku fl-effluwent għandu jfisser li għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' validazzjoni. Il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita b'kontroll analitiku, biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew, bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ., jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 115]

Tabella 4 Monitoraġġ tal-validazzjoni tal-ilma reklamat għat-tisqija agrikola

Klassi

tal-kwalità tal-ilma

reklamat

Mikroorganiżmi indikaturi  (*2)

Miri ta’ prestazzjoni għall-katina ta’ trattament

(tnaqqis ta’ log10)

A

E. coli

≥ 5,0

Kolifaġi totali/ kolifaġi F-speċifiċi/kolifaġi somatiċi/kolifaġi (*3)

≥ 6,0

Spori ta’ Clostridium perfringens / batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori (*4)

≥ 5,0

Il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ għandhom jiġu vvalidati u dokumentati mill-operatur skont l-EN ISO/IEC-17025 jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw kwalità ekwivalenti. L-operatur tal-impjant ta' rkupru għandu jiżgura li l-laboratorji magħżula għall-monitoraġġ tal-validazzjoni japplikaw prattiki ta' ġestjoni tal-kwalità konformi ma' dawk previsti mill-istandard ISO/IEC 17025. [Em. 119]


(*1)  It-tisqija bil-qatra hija sistema ta’ mikrotisqija li kapaċi twassal qtar tal-ilma jew flussi żgħar ħafna lill-pjanti u tinvolvi t-taqtir tal-ilma fil-ħamrija jew direttament taħt is-superfiċe tagħha b’rati baxxi ħafna (2-20 litru/siegħa) minn sistema ta’ pajpijiet tal-plastik b’dijametru żgħir imwaħħlin bi żbokkijiet imsejħa emittenti jew qattara.

(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(*2)  Għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-validazzjoni, jistgħu jintużaw ukoll il-patoġeni ta’ referenza Campylobacter, Rotavirus u Cryptosporidium minflok il-mikroorganiżmi indikaturi proposti. Għalhekk, jenħtieġ li japplikaw il-miri ta’ prestazzjoni bi tnaqqis ta’ log10 li ġejjin: Campylobacter (≥ 5,0), Rotavirus (≥ 6,0) u Cryptosporidium (≥ 5,0). L-awtorità nazzjonali tas-saħħa tista' tistabbilixxi indikaturi addizzjonali bbażati fuq il-każ speċifiku, meta jkun hemm evidenza ta' ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent. [Em. 116]

(*3)  It-total ta’ kolifaġi intagħżel bħala l-iktar indikatur virali xieraq. Madankollu, jekk l-analiżi tat-total ta’ kolifaġi mhijiex fattibbli, irid jiġi analizzat mill-inqas wieħed minnhom (kolifaġi F-speċifiċi jew somatiċi). Jekk il-kolifaġi, fit-total tagħhom, ma jkunx preżenti fi kwantità suffiċjenti fl-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat, il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew (bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ.), jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 117]

(*4)  L-ispori ta’ Clostridium perfringens intagħżlu bħala l-iktar indikatur tal-protozoa xieraq. Madankollu, il-batterji li jnaqqsu s-sulfat u li jifformaw spori huma alternattiva jekk il-konċentrazzjoni tal-ispori ta’ Clostridium perfringens ma tippermettix li jiġi vvalidat it-tnaqqis ta’ log10 mitlub. Jekk il-Clostridium perfringens ma jkunx preżenti fi kwantità suffiċjenti fl-effluwent tal-ilma mormi mhux ipproċessat, il-konformità mal-mira ta' prestazzjoni tista' tiġi stabbilita biż-żieda tal-prestazzjoni mogħtija lil stadji individwali tat-trattament abbażi ta' evidenza xjentifika għal proċessi standard stabbiliti sew (bħal data ppubblikata tar-rapporti tal-ittestjar, studji ta' każijiet, eċċ.), jew ittestjati fil-laboratorju taħt kundizzjonijiet ikkontrollati għal trattament innovattiv. [Em. 118]

ANNESS II

(a)    Kompiti ewlenin tal-ġestjoni tar-riskju [Em. 120]

-1.

It-twettiq ta' analiżi tal-fattibbiltà tal-faċilità ta' rkupru ppjanata li tikkunsidra tal-anqas l-ispejjeż ta' żvilupp tal-faċilità meta mqabbla mad-domanda reġjonali għall-ilma rkuprat, l-utenti finali potenzjali, il-ħtiġijiet ta' ilma mormi trattat tal-faċilità, u tivvaluta l-kwalità tal-ilma mormi trattat li jidħol fil-faċilità. [Em. 121]

1.

Id-deskrizzjoni tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, mill-ilma mormi li jidħol fl-impjant tat-trattament tal-ilma urban mormi sal-punt tal-użu, inkluż is-sorsi tal-ilma mormi, l-istadji ta’ trattament u t-teknoloġiji fl-impjant tar-reklamazzjoni, l-infrastruttura tal-provvista u tal-ħżin, l-użu maħsub, il-post tal-użu, u l-kwantitajiet ta’ ilma reklamat li jridu jiġu fornuti. L-għan ta’ dan il-kompitu huwa li tingħata deskrizzjoni dettaljata tas-sistema sħiħa tal-użu mill-ġdid tal-ilma.

2.

L-identifikazzjoni tal-perikli potenzjali, b’mod partikolari l-preżenza ta’ inkwinanti u patoġeni, u l-potenzjal ta’ avvenimenti perikolużi, bħal falliment tat-trattament, it-tnixxija aċċidentali jew il-kontaminazzjoni fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma deskritta.

3.

L-identifikazzjoni tal-ambjenti, tal-popolazzjonijiet u tal-individwi fir-riskju b’esponiment dirett jew indirett għal perikli potenzjali identifikati, filwaqt li jitqiesu l-fatturi ambjentali speċifiċi, bħall-idroġeoloġija, it-topoloġija, it-tip ta’ ħamrija u l-ekoloġija lokali, u l-fatturi marbuta mat-tipi ta’ għelejjel u prattiki agrikoli. Il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa inklużi l-identifikazzjoni tal-perikli, ir-rispons għad-doża, il-valutazzjoni tal-esponiment u l-karatterizzazzjoni tar-riskju għandhom jiġu kkunsidrati matul l-istadji tas-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma mormi. Iridu jitqiesu wkoll l-effetti negattivi irriversibbli ambjentali jew fuq is-saħħa jew fuq terminu twil possibbli għall-operazzjoni tar-reklamazzjoni , inklużi l-impatti negattivi potenzjali fuq il-flussi ekoloġiċi, tal-operazzjoni tal-irkupru tal-ilma , bħad-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu tal-ilma. [Em. 122]

4.

It-twettieq ta’ valutazzjoni tar-riskju li tkopri kemm ir-riskji ambjentali, kif ukoll ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-periklu potenzjali identifikati, l-ambjenti, il-popolazzjonijiet u l-individwi identifikati bir-riskju ta’ esponiment għal dawk il-perikli u s-severità tal-effetti possibbli tal-perikli, kif ukoll il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali rilevanti, id-dokumenti ta’ gwida u r-rekwiżiti minimi fir-rigward tas-sikurezza tal-ikel, tal-għalf u tal-ħaddiema u l-objettivi ambjentali . Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju jistgħu jintużaw studji kwalitattivi . L-inċertezza xjentifika fil-karatterizzazzjoni tar-riskju għandha tiġi indirizzata skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni. [Em. 123]

Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tikkonsisti fl-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tar-riskji ambjentali, inklużi dawn kollha li ġejjin:

i.

konferma tan-natura tal-perikli, inkluż il-livell ta’ bla effett imbassar, meta rilevanti;

ii.

valutazzjoni tal-medda ta’ esponiment potenzjali;

iii.

karatterizzazzjoni tar-riskju.

(b)

valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, inklużi dawn kollha li ġejjin:

i.

konferma tan-natura tal-perikli, inkluża r-relazzjoni bejn id-doża u r-reazzjoni, meta rilevanti , b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa ; [Em. 124]

ii.

valutazzjoni tal-firxa tad-doża jew tal-esponiment potenzjali;

iii.

karatterizzazzjoni tar-riskju.

Ir-rekwiżiti u l-obbligi li ġejjin għandhom għandu mill-inqas jitqiesu jkun hemm konformità magħhom fil-valutazzjoni tar-riskju: [Em. 125]

(a)

ir-rekwiżit li jitnaqqas u jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma minn nitrati skont id-Direttiva 91/676/KEE;

(b)

l-obbligu għaż-żoni tal-ilma tax-xorb protetti li jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 98/83/KE;

(c)

ir-rekwiżit li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;

(d)

ir-rekwiżit li jiġi evitat it-tniġġis fl-ilma ta’ taħt l-art skont id-Direttiva 2006/118/KE;

(e)

ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji u ċerti inkwinanti oħra stabbiliti fid-Direttiva 2008/105/KE;

(f)

ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità ambjentali għall-inkwintanti ta’ tħassib nazzjonali (jiġifieri l-inkwinanti speċifiċi għall-baċiri idrografiċi) stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE;

(g)

ir-rekwiżit li jintlaħqu l-istandards tal-kwalità tal-ilma għall-għawm stabbiliti fid-Direttiva 2006/7/KE;

(h)

ir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura skont id-Direttiva 86/278/KEE;

(i)

ir-rekwiżiti dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-gwida mogħtija mill-Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta’ gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati r-riskji mikrobijoloġiċi fil-frott u l-ħaxix frisk fil-produzzjoni primarja permezz ta’ iġjene tajba;

(j)

ir-rekwiżiti għall-iġjene tal-għalf stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 183/2005

(k)

ir-rekwiżit tal-konformità mal-kriterji mikrobijoloġiċi rilevanti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2073/2005;

(l)

ir-rekwiżiti fir-rigward tal-livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1881/2006;

(m)

ir-rekwiżiti fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu tal-pestiċidi fl-ikel jew fuq l-ikel stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005;

(n)

ir-rekwiżiti fir-rigward tas-saħħa tal-annimali fir-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (UE) Nru 142/2011 .

(b)     Kundizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti addizzjonali [Em. 126]

5.

Meta meħtieġ u xieraq biex jiġi żgurat biżżejjed ħarsien adegwat tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, iridu jiġu speċifikati r-rekwiżiti għall-kwalità tal-ilma u għall-monitoraġġ li huma addizzjonali għal dawk speċifikati fl-Anness I, u/jew iktar stretti minnhom.

Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari lil:

(a)

metalli tqal;

(b)

pestiċidi;

(c)

prodotti sekondarji ta’ diżinfezzjoni;

(d)

prodotti mediċinali farmaċewtiċi ;

(da)

il-preżenza ta' mikroplastiks;

(e)

sustanzi oħra ta’ tħassib ġdid inkwinanti oħrajn li rriżultaw bħala sinifikanti minn analiżijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika li saru fil-livell lokali ;

(f)

reżistenza għall-antimikrobiċi. [Em. 127]

(c)     Miżuri preventivi [Em. 128]

6.

L-identifikazzjoni tal-miżuri preventivi li diġà qegħdin fis-seħħ jew li jenħtieġ li jittieħdu biex jiġu limitati r-riskji sabiex ir-riskji identifikati kollha jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati b’mod adegwat.

Dawn il-miżuri preventivi jistgħu jinkludu:

(a)

kontroll tal-aċċess;

(b)

miżuri addizzjonali ta’ diżinfezzjoni jew ta’ tneħħija tal-inkwinanti;

(c)

teknoloġija tat-tisqija speċifika għall-mitigazzjoni tar-riskju tal-formazzjoni ta’ aerosol (eż. tisqija bil-qatra);

(d)

appoġġ li joqtol lill-patoġeni qabel il-ħsad;

(e)

stabbiliment ta’ distanzi ta’ sikurezza minimi.

Il-miżuri preventivi speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti huma stabbiliti fit-Tabella 1.

Tabella 1: Miżuri preventivi speċifiċi

Klassi

tal-kwalità tal-ilma

reklamat

Miżuri preventivi speċifiċi

A

Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.

B

Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.

L-esklużjoni mill-bur tal-bhejjem tal-ħalib li jreddgħu sakemm jinxef il-bur.

L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.

Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.

C

Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.

L-esklużjoni mill-bur ta’ annimali li jirgħu għal ħamest ijiem wara l-aħħar tisqija.

L-għalf għandu jkun imnixxef jew maħżun f’silos qabel l-imballaġġ.

Il-ħnieżer ma jridux jiġu esposti għall-għalf imsoqqi bl-ilma reklamat sakemm ma jkunx hemm biżżejjed data li tindika li r-riskji għal dak il-każ speċifiku jistgħu jiġu mmaniġġjati.

D

Il-projbizzjoni tal-ħsad ta’ prodotti mxarrbin imsoqqija, anki bil-qatra.

7.

L-iżgurar li hemm sistemi ta’ kontroll tal-kwalità u l-proċeduri adegwati fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ tal-ilma reklamat għall-parametri rilevanti, u li jiġu stabbiliti l-programmi ta’ manutenzjoni għat-tagħmir.

8.

L-iżgurar li hemm sistemi ta’ monitoraġġ ambjentali fis-seħħ li jidentifikaw kwalunkwe effett negattiv tal-użu mill-ġdid tal-ilma, kif ukoll l-iżgurar li jingħata r-rispons mill-monitoraġġ u li l-proċessi u l-proċeduri kollha jiġu validati u dokumentati kif xieraq.

Huwa rakkomandat li l-operatur tal-impjant tar-reklamazzjoni jistabbilixxi u jżomm sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità skont ISO 9001 jew l-ekwivalenti tiegħu.

8a.

L-iżgurar li l-faċilità ta' rkupru tkun mgħammra b'mezzi alternattivi biex tarmi l-ilma mormi trattat li ma jerġax jintuża. [Em. 129]

9.

L-iżgurar li hemm sistema xierqa fis-seħħ għall-ġestjoni ta’ inċidenti jew ta’ urġenzi, inkluż proċeduri biex il-partijiet rilevanti kollha jiġu informati b’dan l-avveniment b’mod xieraq, u biex il-pjan ta’ reazzjoni għal emerġenza jiġi aġġornat regolarment.

9a.

L-iżgurar li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tkun separata u mibnija b'tali mod li tevita riskji ta' kontaminazzjoni tas-sistema tal-provvista u tad-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 130]

9b.

L-iżgurar li l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tal-ilma rkuprat tkun immarkata b'mod adegwat u, meta tkun mibnija b'kanali fil-miftuħ, li tkun mgħammra b'mod adegwat b'sinjali viżibbli biżżejjed, inkluż fejn l-ilma mormi jitħallat ma' ilma minn sorsi oħrajn. [Em. 131]

9c.

L-iżgurar li jkunu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni fost l-atturi differenti biex jiggarantixxu l-produzzjoni u l-użu sikuri tal-ilma rkuprat. [Em. 132]

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/246


P8_TA(2019)0072

L-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (COM(2018)0289 – C8-0183/2018 – 2018/0142(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0289),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0183/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tas-16 ta’ Jannar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0318/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 104.


P8_TC1-COD(2018)0142

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 167/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/519.)


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/247


P8_TA(2019)0073

Il-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi u għall-istatistika Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 (COM(2018)0441 – C8-0254/2018 – 2018/0231(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0441),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikoli 114, 173 u 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0254/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0052/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 40.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 259.


P8_TC1-COD(2018)0231

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari

l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikoli 114, 173 u 338 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Is-suq intern huwa pedament tal-Unjoni Ewropea. Sa mill-bidu tiegħu, kien kontributur ewlieni għat-tkabbir, għall-kompetittività u għall-impjiegi. Huwa ġġenera opportunitajiet ġodda u ekonomiji ta' skala għan-negozji Ewropej, b'mod partikolari għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u saħħaħ il-kompetittività industrijali tagħhom, u jenħtieġ li jkompli jibbenefika liċ-ċittadini kollha b'mod ugwali. Is-suq intern ikkontribwixxa għall-ħolqien ta' impjiegi u offra għażla akbar bi prezzijiet orħos lill-konsumaturi filwaqt li ggarantixxa l-kwalità għolja għall-prodotti u s-servizzi offruti. Qed ikompli jkun magna għall-bini ta' suq aktar intergrat u ekonomija aktar b'saħħitha, aktar bilanċjata u aktar ġusta. Huwa waħda mill-akbar kisbiet tal-UE u l-aħjar assi tagħha f'dinja li kulma tmur qed tkun dejjem aktar globalizzata, kif ukoll hu element prinċipali sabiex tinkiseb it-trasformazzjoni f'ekonomija sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u fl-enerġija sabiex tiġi indirizzata l-pressjoni dejjem tiżdied tat-tibdil fil-klima. [Em. 1]

(2)

Is-suq intern irid kontinwament jadatta għal ambjent li jinbidel veloċement ta' rivoluzzjoni diġitali u globalizzazzjoni. Era ġdida ta' innovazzjoni diġitali tkompli tipprovdi opportunitajiet u benefiċċji lill-ekonomija u l-ħajja ta' kuljum, speċjalment għan-negozji u għall-individwi, toħloq prodotti u mudelli ta' negozju ġodda iżda tikkostitwixxi wkoll sfida għar-regolamentazzjoni u għall-infurzar u għas-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumaturi. [Em. 2]

(3)

Il-korp sostanzjali tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jirfed il-funzjonament tas-suq intern. Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, il-kompetittività, l-istandardizzazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq u r-regolamentazzjoni tal-katina alimentari iżda wkoll regoli li jirrigwardaw tranżazzjonijiet tan-negozju, kummerċjali u finanzjarji u l-promozzjoni ta' kompetizzjoni ġusta li tipprovdi kundizzjonijiet ekwi essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji. [Em. 3]

(4)

Madankollu, għad fadal ostakli mhux ġustifikati, diskriminatorji u sproporzjonati għall-funzjonament xieraq tas-suq intern jew u qed jitfaċċaw ostakoli ostakli ġodda. L-istabbiliment tar-regoli huwa biss l-ewwel pass iżda li jirnexxielhom jaħdmu huwa daqstant importanti. Infurzar inadegwat tar-regoli eżistenti, ostakli għall-moviment ħieles tal-prodotti u s-servizzi, u livelli baxxi ta' akkwist pubbliku transfruntier jillimitaw l-opportunitajiet għan-negozji u l-konsumaturi. Li jiġu indirizzati dawn l-ostakli, fl-aħħar mill-aħħar din hija kwistjoni ta' fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni, fil-kapaċità tagħha li tagħti riżultati, u l-abbiltà tagħha li toħloq impjiegi ta' kwalità u tkabbir filwaqt li tipproteġi l-interess pubbliku. [Em. 4]

(5)

Jeżistu bosta programmi għall-azzjoni tal-Unjoni bħalissa fl-oqsma tal-kompetittività tal-intrapriżi inklużi l-SMEs, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil tal-politika fis-servizzi finanzjarji u l-katina alimentari. Xi attivitajiet addizzjonali huma ffinanzjati direttament taħt il-linji baġitarji tas-suq intern. Huwa neċessarju li jiġu simplifikati u sfruttati s-sinerġiji bejn diversi azzjonijiet u jiġi previst qafas ta’ finanzjament aktar flessibbli, trasparenti, simplifikat u aġli għall-finanzjament tal-attivitajiet li jimmiraw li jiksbu suq intern li jiffunzjona tajjeb bl-aktar mod kosteffiċjenti u sostenibbli. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm ġdid li jiġbor flimkien l-attivitajiet li qabel kienu ffinanzjati taħt dawk il-programmi l-oħra u linji baġitarji oħra rilevanti li jisiltu lezzjonijiet mill-programmi li jeżistu. Jenħtieġ li l-Programm jinkludi wkoll inizjattivi ġodda li għandhom l-għan li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern, iżda jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjoni ma' programmi u azzjonijiet relatati tal-Unjoni. [Em. 5]

(6)

L-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea huma soġġetti għal Programm Statistiku Ewropew separat stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Sabiex tiġi provduta kontinwità tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, il-programm il-ġdid jenħtieġ li jinkludi wkoll l-attivitajiet koperti mill-Programm Statistiku Ewropew eżistenti billi jiġi provdut qafas għall-ġbir tad-data kif ukoll għall-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu korrett, l-applikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Il-Programm il-ġdid jenħtieġ li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-istatistika Ewropea biex tinħareġ statistika Ewropea ta' kwalità għolja, komparabbli u affidabbli, anki dwar l-Ewropa kwistjonijiet bħalma huma l-kummerċ u l-migrazzjoni, sabiex tirfed it-tfassil jintridfu t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-UE b'konformità mal-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). [Em. 6]

(7)

Għalhekk huwa xieraq li jiġi stabbilit Programm il-Programm għas-suq Uniku, biex jissaħħaħ is-suq intern, u jitjieb il-funzjonament tiegħu, fl-oqsma tal-kompetittività u tas-sostenibbiltà għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, u għall-istatistika l-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, il-protezzjoni tal-konsumatur, il-katina tal-provvista tal-ikel u l-istatistika Ewropea (il-“Programm”). Jenħtieġ li l-Programm jiġi stabbilit għal tul ta’ żmien ta’ seba’ snin mill-2021 sal-2027. [Em. 7]

(8)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirfed il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-ħolqien tal-kundizzjonijiet it-tajbin biex jagħti s-setgħa lill-atturi kollha tas-suq intern: lin-negozji, liċ-ċittadini inklużi l-konsumaturi u l-impjegati, lis-soċjetà ċivili u lill-awtoritajiet pubbliċi. Għal dan l-għan, il-Programm jenħtieġ li jimmira li jiżgura l-kompetittività kemm il-kompetittività u s-sostenibbiltà tan-negozji, b'mod partikolari tal-SMEs tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, iżda wkoll li livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jappoġġa l-infurzar tal-protezzjoni tal-konsumatur u r-regoli ta' sikurezza, kif ukoll l-istandards ambjentali u soċjali u jissensibilizza n-negozji u l-individwi billi jipprovdilhom l-għodod ġusti, l-informazzjoni u l-assistenza xierqa, l-għarfien u l-kompetenza biex jagħmlu deċiżjonijiet informati u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni regolatorja u amministrattiva, b'mod partikolari permezz tal-programmi ta' taħriġ, tal-iskambju tal-aħjar prattiki, il-bini ta' bażijiet ta' għarfien u kompetenza, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku strateġiku. Il-Programm jenħtieġ ukoll li jappoġġa l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja li jirfdu l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jinkludi wkoll l-iffissar ta' standards fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u tal-awditjar, li jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-funzjonament tajjeb tas-swieq tal-kapital tal-Unjoni u jtejbu l-protezzjoni tal-investitur. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa t-tfassil tar-regoli u l-iffissar ta' standards ukoll billi jiżgura l-involviment l-aktar wiesa' possibbli tal-partijiet ikkonċernati. L-objettiv tal-Programm jenħtieġ li jkun ukoll li jappoġġa l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tipprovdi għal livell għoli ta' saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari u t-titjib tal-benessri tal-annimali. [Em. 8]

(9)

Suq intern modern li huwa bbażat fuq il-prinċipji tal-ġustizzja, tat-trasparenza u tal-fiduċja reċiproka, jippromwovi l-kompetizzjoni u huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi, għan-negozji u għall-impjegati. L-użu aħjar tas-suq intern għas-servizzi li dejjem jevolvi huwa mistenni li jgħin lin-negozji Ewropej joħolqu l-impjiegi u jespandu lil hinn mill-fruntieri tagħhom, joffru għażla usa' ta' servizzi bi prezzijiet aħjar, filwaqt li jżommu standards għoljin għall-konsumaturi u l-ħaddiema. Biex jiksbu jinkiseb dan, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tneħħija għal monitoraġġ aħjar tal-iżviluppi tas-suq intern, inkluż tal-impatt ta' żvilupp teknoloġiku ġdid, l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakli mhux ġustifikati, diskriminatorji u sproporzjonati li fadal, u jiżgura qafas li l-qafas regolatorju li jista' jakkomoda mudelli ta' negozju innovattivi ġodda, inklużi mudelli ta' ekonomija kollaborattiva u intraprenditorija soċjali, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni soċjali, inkluż għall-imprendituri. [Em. 9]

(10)

L-ostakli regolatorji fuq is-suq intern tneħħew għal ħafna prodotti industrijali permezz ta' mekkaniżmi ta' prevenzjoni, l-adozzjoni ta' regoli komuni u, fejn ma jeżistux dawn it-tipi ta' regoli tal-Unjoni, permezz tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Għal ċerti oqsma F'oqsma fejn ma teżistix teżisti l-ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku jfisser li l-prodotti l-oġġetti li huma kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru jgawdu d-dritt tal-moviment liberu u jistgħu jinbiegħu fi Stat Membru ieħor, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux raġunijiet biex jopponi l-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti, sakemm tali restrizzjoni ma tkunx diskriminatorja, ġustifikata minn objettivi leġittimi ta' interess pubbliku, kif stabbilit fl-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jew rikonoxxuta mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, u proporzjonata mal-għan mixtieq. Iżda meta r-rikonoxximent reċiproku ma jiġix applikat kif xieraq, bħal restrizzjonijiet mhux ġustifikati jew sproporzjonati, il-kumpaniji jsibuha ferm aktar diffiċli biex jaċċessaw is-swieq fi Stati Membri oħra. Minkejja l-livell għoli ta' integrazzjoni tas-suq fil-qasam tal-prodotti tal-oġġetti, dan iwassal biex jintilfu l-opportunitajiet għall-ekonomija b'mod ġenerali. Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru xxx/2018 dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku se tgħin biex tingħata spinta lill-benefiċċji ekonomiċi f'dan il-qasam. Għaldaqstant, Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb l-applikazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-oġġetti, filwaqt li jirrealizza l-potenzjal sħiħ tiegħu u li jnaqqas l-għadd ta' oġġetti illegali u mhux konformi li jidħlu fis-suq, permezz ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ immirati, ta' appoġġ għall-Punti ta' Kuntatt għall-Prodotti u ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet kompetenti għal rikonoxximent reċiproku u bit-tisħiħ tas-sorveljanza tas-suq. [Em. 10]

(11)

L-isfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda huma relatati mat-tibdil rapidu fl-ambjent tar-rivoluzzjoni diġitali, fir-rigward ta' kwistjonijiet bħaċ-ċibersigurtà, il-politika ta' privatezza u l-protezzjoni tad-data, l-Internet tal-Oġġetti jew l-Intelliġenza Artifiċjali u l-istandards etiċi relatati. Jekk issir il-ħsara, ir-regoli stretti dwar is-sikurezza tal-prodotti u r-responsabbiltà ċ-ċarezza fir-rigward tar-responsabbiltà għalihom, kif ukoll ta' infurzar strett tar-regoli, huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons politiku li jippermetti liċ-ċittadini Ewropej, inkluż il-konsumaturi u n-negozji li jibbenefikaw minn regoli bħal dawn. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-adattament rapidu u l-infurzar rapidi aħjar tal-iskema ta' responsabbiltà għall-prodotti tal-Unjoni li trawwem l-innovazzjoni, filwaqt li jiżgura s-sikurezza u s-sigurtà tal-utenti. [Em. 11]

(12)

It-tqegħid fis-suq ta' prodotti li mhumiex konformi mad-dritt tal-Unjoni jqiegħed lil dawk li jikkonformaw fi żvantaġġ irrispettivament minn jekk dawn il-prodotti jitqegħdux fis-suq b'mezzi tradizzjonali jew elettroniċi u jista' jipperikola irrispettivament minn jekk jiġux prodotti fl-Unjoni jew jidħlu fiha minn pajjiżi terzi, iqiegħed liċ-ċittadini u lill-konsumaturi Ewropej f'riskju. Ħafna intraprendituri jinjoraw ir-regoli, L-operaturi ekonomiċi li jbigħu prodotti konformi jiffaċċjaw kompetizzjoni distorta minn dawk li ma jikkonformawx mar-regoli jew minħabba nuqqas ta' għarfien, jew apposta, biex jiksbu vantaġġ kompetittiv. Spiss l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tas-sorveljanza tas-suq ma jkollhomx fondi biżżejjed u jkunu limitati mill-fruntieri nazzjonali, filwaqt li l-intraprendituri jinnegozjaw fil-livell tal-Unjoni jew saħansitra anki dinji. B'mod partikolari, fil-każ tal-kummerċ elettroniku, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibuha ferm diffiċli biex jittraċċaw prodotti mhux konformi li jiġu importati minn pajjiżi terzi u, biex jidentifikaw l-entità responsabbli fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom jew biex iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju jew testijiet tas-sikurezza minħabba n-nuqqas ta' aċċess fiżiku għall-prodotti. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ il-konformità tal-prodotti billi jsaħħaħ is-sorveljanza tas-suq, jipprovdi l-inċentivi t-tajba lill-intraprendituri regoli ċari, trasparenti u komprensivi lill-operaturi ekonomiċi, iqajjem kuxjenza dwar ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, isaħħaħ il-kontrolli tal-konformità, inkluż permezz tal-użu sistematiku tal-kontrolli fuq il-kampjuni ta' prodotti li jirrappreżentaw perċentwali sinifikanti ta' kull tip ta' prodotti mqiegħda fis-suq u xiri simulat li jsir mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif ukoll jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera msaħħa fost l-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-konsolidazzjoni tal-qafas eżistenti għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, iħeġġeġ azzjonijiet konġunti tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tas-sorveljanza tas-suq minn Stati Membri differenti, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jippromwovi l-konverġenza u integrazzjoni aktar mill-qrib tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, b'mod partikolari billi jiżgura li r-rekwiżiti ġodda introdotti mir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jiġu implimentati b'mod strett sabiex jiġi evitat il-bejgħ ta' prodotti mhux konformi liċ-ċittadini Ewropej. Il-programm jenħtieġ li għalhekk isaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni u jikkontribwixxi għal aktar omoġeneità bejn l-Istati Membri, li jibbenefikaw ugwalment mis-Suq Intern f'termini ta' prosperità ekonomika u tkabbir sostenibbli, filwaqt li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom b'mod imfassal apposta. [Em. 12]

(13)

Is-sikurezza tal-prodotti hija tħassib komuni. Il-korpi li jivvalutaw il-konformità jivverifikaw jekk il-prodotti jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-sikurezza qabel jitqiegħdu fis-suq. Għaldaqstant huwa importanti ferm li l-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jkunu affidabbli u kompetenti. L-Unjoni daħħlet sistema ta' akkreditament tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, li tivverifika l-kompetenza, l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) ġie implimentat b'ħafna modi differenti fil-livell nazzjonali. Dawn id-differenzi jikkonċernaw id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni interna fil-livell nazzjonali, il-livell ta' riżorsi finanzjarji allokati ddedikati għas-sorveljanza tas-suq u l-istrateġiji u l-approċċi tas-sorveljanza tas-suq, kif ukoll is-setgħat fir-rigward ta' prodotti mhux konformi u l-livell ta' penali għal ksur, li jirriżultaw fl-infurzar frammentat tal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni. Din il-frammentazzjoni wasslet biex is-sorveljanza tas-suq tkun aktar rigoruża f'xi Stati Membri milli f'oħrajn, li potenzjalment iddgħajjef l-effett deterrenti tal-leġiżlazzjoni, fejn toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi bejn in-negozji f'xi Stati Membri u tirriżulta fi żbilanċi fil-livell ta' sikurezza tal-prodotti fl-Unjoni. Issa l-isfida ewlenija hi li tinżamm is-sistema ta' akkreditament allinjata mal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku u li jkun żgurat li tiġi applikata bl-istess mod strett fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-miżuri biex jiżgura li l-korpi li jivvalutaw il-konformità jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji, speċjalment bl-użu ta' valutazzjoni ta' parti terza bil-għan li jissaħħu l-proċeduri imparzjali u indipendenti u biex tissaħħaħ is-sistema ta' akkreditament Ewropea, b'mod partikolari f'oqsma ġodda tal-politika, billi tiġi appoġġata l-kooperazzjoni l-uniformità tal-kontrolli u tal-penali, kif ukoll il-kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditament msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. [Em. 13]

(14)

L-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku jista' joħloq ċerti kwistjonijiet rigward il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-utenti finali minn prodotti mhux konformi. Barra minn hekk, peress li s-swieq tal-konsumaturi ma għandhomx fruntieri bl-iżvilupp tal-kummerċ online u s-servizzi tal-ivvjaġġar, huwa importanti li jkun żgurat li l-konsumaturi residenti fl-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn protezzjoni adegwata ekwivalenti meta jimportaw oġġetti u servizzi mingħand operaturi ekonomiċi bbażati f'pajjiżi terzi. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jippermetti li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti li jinsabu f'pajjiżi terzi sħab kummerċjali ewlenin tal-Unjoni fejn meħtieġ fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar prodotti mhux konformi, dwar l-iżviluppi xjentifiċi reċenti u t-teknoloġiji ġodda, dwar ir-riskji emerġenti u dwar aspetti oħra relatati ma' attivitajiet tal-kontroll. [Em. 14]

(15)

L-akkwist pubbliku jintuża mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiżguraw valur għall-flejjes pubbliċi minfuqa u biex jikkontribwixxu għal suq intern aktar innovattiv, sostenibbli, inklużiv u kompetittiv, inkluż, fejn dan ikun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni, billi jiġu applikati kriterji oħrajn għajr sempliċement l-aktar prezz baxx jew il-kosteffettività, filwaqt li jitqiesu, fost oħrajn, aspetti kwalitattivi, ambjentali, ta' kummerċ ġust u soċjali u billi tiġi faċilitata d-diviżjoni tal-offerti f'lottijiet għal infrastruttura kbira. Id-DirettivI 2014/23/UE (7), 2014/24/UE (8) u 2014/25/UE (9) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdu l-qafas legali għall-integrazzjoni u l-funzjonament effettiv tas-swieq tal-akkwist pubbliku li jirrappreżentaw 14 % tal-prodott domestiku gross tal-Unjoni, għall-benefiċċju tal-awtoritajiet pubbliċi, tan-negozji kif ukoll taċ-ċittadini, inkluż l-konsumaturi. Ir-regoli tal-akkwist pubbliku implimentati b'mod korrett huma għodda kruċjali biex jissaħħaħ is-suq uniku u biex tingħata spinta lit-tkabbir tal-kumpaniji tal-Unjoni u l-impjiegi tal-Unjoni. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jiżguraw adozzjoni usa’ tal-akkwist pubbliku strateġiku, il-professjonalizzazzjoni ta’ xerrejja pubbliċi, aċċess imtejjeb sabiex jiġi ffaċilitat u mtejjeb l-aċċess għas-swieq tal-akkwist għall-SMEs, u l-intrapriżi mikro, b'mod partikolari permezz ta' servizzi ta' konsulenza u taħriġ, aktar trasparenza, integrità u data mtejba, it-titjib tat-trasformazzjoni diġitali tal-akkwist u l-promozzjoni ta’ akkwist konġunt, permezz tat-tisħiħ tal-approċċ ta’ sħubija mal-Istati Membri, it-titjib tal-ġbir tad-data u tal-analiżi tad-data, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ għodod tal-IT iddedikati, l-appoġġ għall-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajbin, ir-referenzjar tal-istandards Ewropej u internazzjonali, l-għoti ta’ gwida, it-tiftix ta’ ftehimiet kummerċjali ta’ benefiċċju, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali u t-tnedija ta’ proġetti pilota. [Em. 15]

(16)

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u biex jiġu ffaċilitati l-ħajjiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iridu jiġu stabbiliti servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja ċċentrati fuq l-utent, li jkunu dejjem iżjed diġitalment orjentati u aċċessibbli kompletament u l-isforzi tal-amministrazzjoni elettronika u tal-gvern elettroniku jridu jissaħħu aktar filwaqt li jiżguraw protezzjoni tad-data u tal-privatezza xierqa. Dan jimplika li l-amministrazzjonijiet pubbliċi se jkollhom jibdew jaħdmu b'modi ġodda u aktar innovattivi, sabiex iwaqqgħu s-sajlos bejn il-partijiet differenti tal-amministrazzjonijiet tagħhom, u jinvolvu ruħhom fil-ħolqien konġunt ta' dawn is-servizzi pubbliċi maċ-ċittadini u man-negozji. Barra minn hekk, iż-żieda kontinwa u kostanti tal-attivitajiet transfruntiera fis-suq intern tirrikjedi l-provvediment d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata, preċiża u faċli biex tinftiehem dwar id-drittijiet tan-negozji u taċ-ċittadini, iżda wkoll informazzjoni li tispjega l-formalitajiet amministrattivi, kif ukoll li is-simplifikazzjoni tagħhom. Isir ukoll essenzjali li jingħataw pariri legali u għajnuna biex jissolvew problemi li jinqalgħu bejn il-fruntieri. Minbarra dan, huwa meħtieġ li ssir konnessjoni sempliċi u effiċjenti bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali, li tappoġġa l-awtoritajiet pubbliċi fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, kif ukoll li jiġi evalwat kif is-suq intern jaħdem fuq il-post. L-għodod ta' governanza tas-suq intern eżistenti diġà għandhom rwol importanti biex jagħmluha aktar faċli li jintlaħqu dawn l-objettivi. Għal dan il-għan, u sabiex jinżamm il-pass mal-iżviluppi tat-teknoloġija u tas-suq, kif ukoll mal-isfidi regolatorji u tal-infurzar il-ġodda, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-titjib tal-kwalità, il-viżibbiltà u t-trasparenza u tal-affidabbiltà tal-għodod ta' governanza tas-suq intern. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa, fost oħrajn, l-għodod eżistenti ta' governanza tas-suq intern, jiġifieri: il-Portal l-Ewropa Tiegħek li jenħtieġ li jkun is-sinsla tal-Portal Diġitali Uniku li ġej, il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, is-sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Uniku biex titjieb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-kapaċità tan-negozji li jinnegozjaw bejn il-fruntieri. [Em. 16]

(17)

Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjetarju u l-governanza korporattiva, kif ukoll il-liġi kuntrattwali, bl-għan li n-negozju jsir n-negozji, speċjalment l-SMEs, isiru aktar effiċjenti u kompetittiv kompetittivi filwaqt li tingħata protezzjoni lill-partijiet ikkonċernati affettwati mill-operazzjonijiet tal-kumpaniji, u li jkun hemm reazzjoni għall-isfidi ta’ politiki emerġenti. Jenħtieġ ukoll li jiżgura evalwazzjoni, implimentazzjoni u infurzar xierqa tal-acquis rilevanti, jinforma u jassisti lill-partijiet ikkonċernati u jippromwovi l-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa aktar l-inizjattivi tal-Kummissjoni favur qafas legali ċar u adattat għall-ekonomija tad-data u għall-innovazzjoni. Dawk l-inizjattivi huma neċessarji biex tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-liġi kuntrattwali u extra kuntrattwali, b’mod partikolari fir-rigward tar-responsabbiltà u l-etika fil-kuntest tat-teknoloġiji emerġenti, bħal pereżempju l-internet tal-oġġetti, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-istampar 3D. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jiġi stimulat l-iżvilupp tan-negozju mmexxi mid-data, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-privatezza, minħabba li dan se jkun deċiżiv għall-pożizzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni f’kompetizzjoni dinjija. [Em. 17]

(18)

Jenħtieġ li l-Programm jippromwovi wkoll l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni korretti u sħaħ tal-qafas legali tal-Unjoni għall-finanzjament kontra l-ħasil tal-flus u kontra t-terroriżmu mill-Istati Membri u l-iżvilupp ta’ politiki futuri biex jiġu indirizzati sfidi ġodda fil-qasam. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-attivitajiet rilevanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali ta’ interess Ewropew, bħal pereżempju l-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-Kunsill tal-Ewropa.

(19)

L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, l-istabbiltà finanzjarja u l-unjoni tas-swieq tal-kapital inklużi l-finanzi sostenibbli, jiddependu ħafna mill-miżuri ta’ politika li tieħu l-Unjoni bbażati fuq l-evidenza. Biex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fil-monitoraġġ kontinwu tas-swieq finanzjarji u tal-istabbiltà finanzjarja, fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-Istati Membri, fil-valutazzjoni ta’ jekk il-leġiżlazzjoni eżistenti hijiex idonea għall-iskop tagħha u fl-identifikazzjoni tal-oqsma potenzjali ta’ azzjoni fejn jitfaċċaw riskji ġodda, bl-involviment kontinwu tal-partijiet ikkonċernati matul iċ-ċiklu tal-politika. Attivitajiet bħal dawn jiddependu fuq il-produzzjoni ta’ analiżijiet, studji, materjal ta’ taħriġ, stħarriġ, valutazzjonijiet ta’ konformità, evalwazzjonijiet u statistika u huma appoġġati minn sistemi tal-IT u għodod ta’ komunikazzjoni.

(20)

Peress li s-suq intern kif stipulat fl-Artikolu 3 tat-Trattat it-TFUE jinkludi sistema ta' regoli li tiżgura li l-kompetizzjoni ma tkunx imxekkla fis-suq intern, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jappoġġa l-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni, in-netwerks billi jtejjeb u l-kooperazzjoni jsaħħaħ il-kooperazzjoni man-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali u l-qrati kif ukoll jilħaq grupp usa' ta' partijiet ikkonċernati fil-komunikazzjoni u l-ispjegazzjoni tad-drittijiet, l-benefiċċji, inkluż billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali kif ukoll billi jikkomunika u jispjega d-drittijiet, il-benefiċċji u l-obbligi tal-politika dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm jgħin b'mod partikolari lill-Kummissjoni biex ittejjeb l-analiżi u l-valutazzjoni tagħha tal-iżviluppi tas-suq, anke permezz ta' użu estensiv tal-inkjesti settorjali u permezz ta' kondiviżjoni sistematika tar-riżultati u tal-aħjar prattiki fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi għal kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi, ukoll fil-livell internazzjonali, u jagħti lin-negozji, partikolarment lill-SMEs, u lill-konsumaturi l-mezzi li bihom jiksbu l-benefiċċji tas-Suq Uniku. [Em. 18]

(21)

B'mod partikolari l-Programm irid jindirizza l-implikazzjonijiet radikali għall-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-suq intern li jirriżultaw mit-trasformazzjoni kontinwa tal-ekonomija u tal-ambjent tan-negozju, b'mod partikolari permezz tat-tkabbir esponenzjali u l-użu tad-data, waqt li jiġi kkunsidrat l-użu dejjem jikber tal-Intelliġenza Artifiċjali, il-big data u l-algoritmi u ta' għodod oħrajn u l-għarfien espert tal-IT mill-kumpaniji u l-konsulenti tagħhom. Huwa wkoll essenzjali li l-Programm jappoġġa n-netwerks u l-kooperazzjoni l-involviment usa' u aktar profond mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istati Membri, minħabba li l-kompetizzjoni mhux imxekkla u l-funzjonament tas-suq intern jiddependu ferm mill-azzjoni ta' dawn l-entitajiet. Fid-dawl tar-rwol partikolari tal-politika dwar il-kompetizzjoni fil-prevenzjoni tal-ħsara lis-suq intern li tirriżulta mill-imġiba antikompetittiva lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi, kif xieraq. Finalment, it-twessigħ tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni huwa meħtieġ sabiex jippermetti li aktar ċittadini u negozji jiksbu l-benefiċċji sħaħ ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. B'mod partikolari, huwa meħtieġ li jintwerew il-benefiċċji tanġibbli tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni liċ-ċittadini Ewropej permezz tal-involviment ma' gruppi tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati milquta b'mod dirett. Minħabba li għadd ta' inizjattivi fil-Programm huma ġodda u li l-parti tal-kompetizzjoni tal-Programm hija partikolarment affettwata mill-iżviluppi dinamiċi u rapidi fil-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, l-aktar f'dak li jirrigwarda l-iżviluppi diġitali, l-Intelliġenza Artifiċjali, l-algoritmi, il-big data, iċ-ċibersigurtà u t-teknoloġija forensika, li l-pass u d-daqs tagħhom huma diffiċli li jiġu stmati, huwa antiċipat li se tkun meħtieġa flessibbiltà biex jiġu ffaċċjati l-ħtiġijiet li qed jevolvu taħt din il-parti tal-Programm. [Em. 19]

(22)

Huwa importanti ferm li tissaħħaħ il-kompetittività tal-impriżi u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi Ewropej waqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi effettivi u suq intern miftuħ u kompetittiv. L-SMEs huma l-mutur tal-ekonomija Ewropea li jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-Ewropa, jipprovdu żewġ terzi tal-impjiegi u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda ta' kwalità fis-setturi kollha b'dimensjoni reġjonali u lokali, u għalhekk b'koeżjoni soċjali. L-SMEs huma strumentali biex tiġi segwita t-tranżizzjoni tal-enerġija u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Ftehim ta' Pariġi. Il-Programm jenħtieġ għalhekk li jtejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw prodotti u servizzi ta' kwalità għolja u favur l-ambjent u li jappoġġa l-isforzi tagħhom biex iżidu l-effiċjenza fir-riżorsi, f'konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”. B'hekk, il-Programm jikkontribwixxi wkoll biex itejjeb il-kompetittività tal-SMEs tal-Unjoni fis-suq globali. [Em. 20]

(23)

L-SMEs jikkondividu sfidi komuni li ma jaffettwawx ditti akbar bl-istess mod biex jiksbu finanzjament, biex isibu forza tax-xogħol bl-aqwa ħiliet, biex itaffu l-piż amministrattiv, biex jadottaw il-kreattività u l-innovazzjoni, biex jaċċessaw is-swieq u biex irawmu attivitajiet ta' internazzjonalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-Programm jindirizza t-tali fallimenti nuqqasijiet tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. B'mod partikolari, il-programm jenħtieġ li joħloq kundizzjonijiet xierqa biex tiġi introdotta l-innovazzjoni teknoloġika u organizzattiva fil-proċessi ta' produzzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni lil forom speċifiċi ta' SMEs bħal mikrointrapriżi, intrapriżi involuti f'attivitajiet artiġjanali, dawk li jaħdmu għal rashom, professjonijiet liberali u intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni lil intraprendituri potenzjali, ġodda, żgħażagħ u nisa, kif ukoll lil gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħall-anzjani, il-migranti u l-intraprendituri li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli bħall-persuni b'diżabbiltà. [Em. 21]

(23a)

Il-programm jenħtieġ li jappoġġa u jippromwovi kultura tal-innovazzjoni, filwaqt li jiżviluppa ekosistema li tkun kapaċi tiffavorixxi l-ħolqien u t-tkabbir tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro u l-SMEs innovattivi li jkunu kapaċi jappoġġaw l-isfidi ta' ambjent dejjem aktar kompetittiv u mgħaġġel. Il-bidla kbira fil-proċessi tal-innovazzjoni teħtieġ l-iżvilupp ta' mudell ta' innovazzjoni miftuħ biż-żieda tar-riċerka kollaborattiva u tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-proprjetà intellettwali bejn organizzazzjonijiet differenti. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa l-proċess tal-innovazzjoni li jinkorpora mudelli kummerċjali kollaborattivi ġodda ċċentrati fuq l-iżvilupp tan-netwerks u fuq l-integrazzjoni tal-għarfien u tar-riżorsi fi ħdan il-komunitajiet interorganizzattivi. [Em. 22]

(23b)

Il-Programm jenħtieġ li jindirizza dawn in-nuqqasijiet tas-suq b'mod proporzjonat, filwaqt li jagħti attenzjoni speċjali lill-azzjonijiet li huma ta' benefiċċju dirett għall-SMEs u għan-netwerks tal-intrapriżi, u filwaqt li ma jfixkilx il-kompetizzjoni fis-suq intern bla bżonn. [Em. 23]

(24)

Ħafna mill-problemi tal-kompetittività tal-Unjoni jinvolvu diffikultajiet tal-SMEs biex jiksbu l-aċċess għall-finanzi minħabba li jkollhom nuqqas ta' informazzjoni, jitħabtu biex juru l-valur tal-kreditu tagħhom u, ma jkollhomx biżżejjed kollateral jew sempliċement minħabba li jkollhom ftit għarfien dwar mekkaniżmi eżistenti li jappoġġaw l-attivitajiet tagħhom fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew lokali. Sfidi addizzjonali ta' finanzjament jirriżultaw mid-daqs iżgħar tal-intrapriżi mikro u mill-ħtieġa tal-SMEs li jibqgħu kompetittivi billi jinvolvu ruħhom eż. fl-attivitajiet ta' diġitalizzazzjoni, internazzjonalizzazzjoni u innovazzjoni u jtejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom. L-aċċess limitat għall-finanzjament għandu effett negattiv fuq il-ħolqien, it-tkabbir u r-rati ta' sopravivenza tan-negozji, kif ukoll fuq ir-rieda ta' intraprendituri ġodda li jidħlu responsabbli għal kumpaniji vijabbli fil-kuntest ta' suċċessjoni ta' negozju. [Em. 24]

(25)

Sabiex jingħelbu dawn il-fallimenti in-nuqasijiet tas-suq u biex tiġi jiġi żgurat li l-SMEs ikomplu jaqdu r-rwol tagħhom bħala l-pedament tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, u bħala xprunatur għal ekonomija sostenibbli, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jeħtieġu aktar appoġġ permezz ta’ strumenti ta’ dejn u ta’ ekwità li jridu jiġu stabbiliti taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU stabbilit fir-Regolament […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Il-faċilità tal-garanzija għal self stabbilita fir-Regolament skont il-programm COSME stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) uriet li għandha valur miżjud u hija mistennija li tagħti kontribut pożittiv għal mill-inqas 500 000 SME; se jiġi stabbilit suċċessur taħt it-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. Jenħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lil komunikazzjoni aħjar u lill-kampanji pubbliċi sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni għal benefiċjarji potenzjali dwar id-disponibbiltà tal-Programm għall-SMEs. Biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-azzjonijiet tal-Unjoni li jappoġġaw l-SMEs, l-azzjonijiet li huma kompletament jew parzjalment iffinanzjati minn dan il-Programm, inklużi l-intermedjarji, jenħtieġ li jinkorporaw l-emblema Ewropea (il-bandiera) assoċjata ma' sentenza li tirrikonoxxi l-appoġġ riċevut minn dan il-Programm. [Em. 25]

(26)

L-objettivi ta’ politika ta’ dan il-Programm se jiġu indirizzati wkoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU. It-tieqa għall-SMEs tal-Fond InvestEU jenħtieġ li jkollha punt ġenerali ċentrali li jipprovdi informazzjoni dwar il-Programm f'kull Stat Membru, sabiex jiżdiedu l-aċċessibbiltà u s-sensibilizzazzjoni dwar il-fondi għall-SMEs. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern, u jenħtieġ li b'mod ċar joffri addizzjonalità u jtejjeb is-sinerġiji mal-programmi Ewropej l-oħra. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. [Em. 26]

(26a)

L-azzjonijiet appoġġati mill-Fond InvestEU permezz tal-industrija tal-UE jew l-industrija tal-Istati Membri jenħtieġ li ma jidduplikawx il-finanzjamenti privati jew jissostitwixxuhom, u lanqas ma għandhom ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern iżda, b'referenza għall-iskemi ta' garanzija pubbliċi u privati lokali li diġà huma stabbiliti, għandhom jiffavorixxu l-integrazzjoni ma' dawn is-sistemi bil-għan prinċipali li jsaħħu u jżidu l-benefiċċji reali għar-riċevituri finali, li huma l-SMEs fir-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (12), bil-għan li jkun hemm addizzjonalità reali tal-interventi. [Em. 27]

(26b)

Minbarra l-aċċess għall-finanzjament, l-aċċess għall-ħiliet huwa kruċjali wkoll, fosthom il-ħiliet maniġerjali u l-għarfien huma fatturi kritiċi għall-SMEs biex jaċċessaw fondi eżistenti, jinnovaw, jikkompetu u jikbru. Għalhekk, it-twassil ta' strumenti finanzjarji kif previst taħt il-Fond InvestEU jenħtieġ li jkun akkumpanjat mill-iżvilupp ta' skemi xierqa ta' mentoraġġ u ta' kkowċjar u bl-għoti ta' servizzi kummerċjali bbażati fuq l-għarfien. [Em. 28]

(27)

Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ effettiv għall-SMEs tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jipprovdi assistenza li tvarja mit-tħejjija tal-proġetti għall-kummerċjalizzazzjoni u l-aċċess għas-suq, u jħeġġeġ il-ħolqien ta' netwerks tal-intrapriżi. Jenħtieġ li jibni fuq l-għarfien u l-kompetenza esperta uniċi żviluppati fir-rigward tal-SMEs u s-setturi industrijali ekonomiċi u intraprenditorjali u fuq esperjenza twila ta' ħidma ma' partijiet ikkonċernati Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Dan l-appoġġ jenħtieġ li jibni fuq l-esperjenza ta' suċċess tan-Netwerk Enterprise Europe bħala punt uniku ta' servizz biex tittejjeb il-kompetittività tal-SMEs u jiġi żviluppat in-negozju tagħhom fis-Suq Uniku u lil hinn minnu. In-Netwerk qed jippjana li jkompli jagħti servizzi f'isem programmi oħra tal-Unjoni bħall-programm Orizzont 2020, permezz tar-riżorsi finanzjarji ta' dawn il-programmi. Dan għandu jappoġġa wkoll parteċipazzjoni msaħħa tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs fl-iżvilupp tal-inizjattivi ta' Politika tas-Suq Uniku, bħall-akkwist pubbliku, il-proċessi ta' standardizzazzjoni u l-iskemi ta' proprjetà intellettwali. In-Netwerk jenħtieġ li jżid ukoll l-għadd ta' azzjonijiet, filwaqt li jipprovdi pariri aktar immirati lejn l-SMEs, fl-abbozzar tal-proġetti u l-appoġġ għan-netwerking u t-tranżizzjoni teknoloġika u organizzattiva. In-Netwerk jenħtieġ li jtejjeb ukoll il-kooperazzjoni u l-kollegament ma' Ċentri ta' Konsulenza oħra stabbiliti fil-programm Diġitali u l-Fond InvestEU fir-rigward tal-aċċess għall-finanzi. L-azzjonijiet għall-SMEs fin-Netwerk jenħtieġ li jkollhom l-għan ukoll li jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja madwar l-Ewropa, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għal oqsma ta' attivitajiet u partijiet ġeografiċi tal-Unjoni fejn in-Netwerks u l-partijiet ikkonċernati intermedjarji ma jiksbux ir-riżultati mistennija. L-iskema ta' mentoraġġ ta' suċċess għall-intraprendituri ġodda – Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ – jenħtieġ li tibqa' l-għodda biex tgħin lill-intraprendituri ġodda jew aspiranti jiksbu esperjenza ta' negozju u maniġerjali billi tlaqqagħhom ma' intraprenditur tal-esperjenza minn pajjiż ieħor u b'hekk tippermettilhom isaħħu t-talenti intraprenditorjali tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jagħmel ħiltu biex jikber u jestendi l-kopertura ġeografika tiegħu u b'hekk joffri firxa usa' ta' possibilitajiet ta' tqabbil lill-intraprendituri f'komplementarjetà ma inizjattivi oħra tal-Unjoni fejn rilevanti. Sabiex jiżdied il-valur miżjud mill-promozzjoni ta' inizjattivi tal-intraprenditorija, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-intraprendituri tal-intrapriżi mikro u għal dawk li jkunu bbenefikaw l-anqas mill-programm eżistenti, u fejn il-kultura tal-intraprenditorija għadha f'livell bażiku ħafna u tiffaċċja aktar ostakli. Jenħtieġ li jsir kull sforz biex tinkiseb distribuzzjoni tal-fondi ġeografikament u raġonevolment ibbilanċjata. [Em. 29]

(27a)

Jenħtieġ li jsir aktar sforz biex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex tiżdied l-aċċessibbiltà tal-programmi sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż li jiffaċċjaw l-SMEs u l-intrapriżi mikro minħabba l-proċess ta' applikazzjoni kkumplikat u r-rekwiżiti ta' parteċipazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll li jistabbilixxu punt uniku ta' informazzjoni għall-intrapriżi interessati li jużaw fondi tal-Unjoni, li jiffunzjona bħala punt uniku ta' servizz. Il-proċedura ta' evalwazzjoni jenħtieġ li tkun sempliċi u rapida kemm jista' jkun sabiex ikun jista' jsir użu f'waqtu tal-benefiċċji li joffri l-Programm. [Em. 30]

(28)

Ir-raggruppamenti huma għodda strateġika għall-appoġġ tal-kompetittività u t-tkabbir tal-SMEs minħabba li joffru ambjenti tan-negozju favorevoli, iżidu l-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli tal-industrija u tas-servizzi u jsaħħu l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni bil-ħolqien ta' impjiegi. L-Inizjattivi ta’ Raggruppamenti Konġunti jenħtieġ li jiksbu massa kritika biex jitħaffef it-tkabbir tal-SMEs. Permezz tal-konnessjoni ta’ ekosistemi speċjalizzati, ir-raggruppamenti joħolqu opportunitajiet tan-negozju ġodda għall-SMEs u jintegrawhom aħjar fil-ktajjen ta’ valur strateġiċi Ewropej u dinjija. Jenħtieġ li jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ sħubija transnazzjonali u għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet konġunti, appoġġati mill-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti. Jenħtieġ li titħeġġeġ is-sħubija sostenibbli b’finanzjament kontinwu jekk jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni u parteċipazzjoni. L-appoġġ dirett għall-SMEs jenħtieġ li jgħaddi mill-organizzazzjonijiet tar-raggruppamenti għal dan li ġej: l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati, mudelli ta’ negozju ġodda, soluzzjonijiet b’użu baxx ta’ karbonju u użu effiċjenti tar-riżorsi, il-kreattività u t-tfassil, l-aġġornament tal-ħiliet, l-attrazzjoni tat-talent, l-aċċellerazzjoni tal-intraprenditorija u l-internazzjonalizzazzjoni. Atturi ta’ appoġġ għall-SMEs speċjalizzati oħra jenħtieġ li jiġu assoċjati biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni industrijali u l-implimentazzjonijiet ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tkabbir għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u jibni rabtiet maċ-ċentri ta’ innovazzjoni (diġitali) tal-Unjoni u mal-investimenti taħt il-Politika ta’ Koeżjoni u Orizzont Ewropa. Jistgħu wkoll jiġu esplorati s-sinerġiji mal-programm Erasmus. [Em. 31]

(28a)

Il-Programm jista' jikkontribwixxi biex iżid u/jew itejjeb ir-relazzjoni bejn intrapriżi mikro, żgħar u medji ma' Universitajiet, ċentri ta' riċerka u istituzzjonijiet oħra relatati mal-ħolqien u t-tixrid tal-għarfien. Din il-konnessjoni tista' tgħin biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-intrapriżi li jindirizzaw l-isfidi strateġiċi li joħloq l-ambjent internazzjonali l-ġdid. [Em. 32]

(28b)

L-SMEs, minħabba d-daqs iżgħar tagħhom, iħabbtu wiċċhom ma' ostakli speċifiċi għat-tkabbir u għandhom diffikultajiet kbar biex ikabbru u jiżviluppaw xi wħud mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-Unjoni ilha tipprovdi appoġġ biex jiżdiedu l-attivitajiet li jiffukaw fuq l-innovazzjoni fir-riċerka, prinċipalment permezz tal-Istrument għall-SMEs u l-proġett pilota reċenti tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni fi ħdan il-programm Orizzont 2020. Abbażi tal-metodi ta' ħidma u l-esperjenzi tal-Istrument għall-SMEs, il-Programm tas-Suq Uniku jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal attivitajiet ta' espansjoni mill-SMEs li jikkumplimentaw l-EIC il-ġdid bl-enfasi speċifika tiegħu fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja taħt Orizzont Ewropa. L-azzjonijiet ta' espansjoni għall-SMEs taħt dan il-programm għandhom jiffukaw, pereżempju, fuq l-għajnuna permezz tal-kummerċjalizzazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni u l-opportunitajiet immexxija mis-suq. [Em. 33]

(29)

Il-kreattività u l-innovazzjoni, it-trasformazzjoni teknoloġika u organizattiva, is-sostenibbiltà msaħħa f'termini tal-proċessi tal-produzzjoni, b'mod partikolari l-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija, huma kruċjali għall-kompetittività tal-ktajjen tal-valur industrijali tal-Unjoni. Dawn jirrappreżentaw katalizzaturi għall-modernizzazzjoni industrijali tas-setturi tan-negozji u tal-industrija u jikkontribwixxu għat-tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli. Madankollu, l-adozzjoni mill-SMEs għadha lura. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet immirati, in-netwerks u s-sħubiji għall-innovazzjoni mmexxija mill-kreattività tul il-katina tal-valur industrijali. [Em. 34]

(29a)

Jirrikonoxxi li l-Istrument għall-SMEs taħt l-Orizzont 2020 kellu suċċess kbir għall-intraprendituri kemm fl-għotjiet tal-fażi 1 kif ukoll f'dawk tal-fażi 2 biex javvanzaw l-idea kummerċjali ġdida tagħhom u biex jittestjaw u jiżviluppaw prototip. Filwaqt li l-proċess tal-għażla huwa diġà rigoruż ħafna, xorta waħda għadd kbir ta' proġetti tajbin ħafna ma jistgħux jiġu ffinanzjati minħabba riżorsi finanzjarji limitati. L-implimentazzjoni fil-qafas tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) kienet qiegħda taħdem b'mod effiċjenti ħafna. Filwaqt li l-fokus ta' dak il-programm huwa fuq proġetti b'teknoloġija avvanzata, dan il-Programm jenħtieġ li jestendi l-metodoloġija għal kwalunkwe tip ta' SME li qed tespandi. [Em. 35]

(29b)

L-azzjonijiet għall-SMEs jenħtieġ li jiffokaw ukoll fuq is-setturi kkaratterizzati minn potenzjal sinifikanti ta' tkabbir u soċjali u li jkollhom proporzjon għoli ta' SMEs. It-turiżmu huwa settur wieħed tal-Ekonomija tal-Unjoni li jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-PDG tal-Unjoni u primarjament jitmexxa mill-SMEs. L-Unjoni jenħtieġ li tkompli u żżid l-azzjonijiet li jappoġġaw l-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur. [Em. 36]

(30)

L-istandards Ewropej għandhom rwol importanti fis-suq intern. Huma ta' interess vitali għall-kompetittività tal-impriżi, u speċjalment tal-SMEs. Huma wkoll għodda kruċjali biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma ewlenin bħall-enerġija bħat-tranżizzjoni tal-enerġija, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, l-użu u r-riċiklaġġ sostenibbli tar-riżorsi, l-innovazzjoni, is-sikurezza tal-prodotti, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u l-popolazzjoni li qed tixjiħ, u b'hekk jikkontribwixxu għas-soċjetà kollha. Madankollu, l-esperjenza wriet li l-ħeffa u l-puntwalità tal-elaborazzjoni tal-istandards jeħtieġ li jittejbu u jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex jiġu involuti aħjar il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi dawk li jirrappreżentaw lill-konsumaturi. [Em. 37]

(31)

L-attivitajiet Ewropej ta’ standardizzazzjoni huma rregolati mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u implimentati permezz ta’ Sħubija-Pubblika-Privata fit-tul li hija fundamentali biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti f’dak ir-Regolament kif ukoll fil-politiki tal-Unjoni ta’ standardizzazzjoni ġenerali u settorjali.

(32)

Qafas ta' rappurtar finanzjarju komuni li jaħdem sew huwa essenzjali għas-suq intern, għall-funzjonament effikaċi tas-swieq tal-kapital finanzjarji u għall-ħolqien ta' suq integrat għas-servizzi finanzjarji fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq tal-Kapital Kapitali. [Em. 38]

(33)

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-interpretazzjonijiet relatati mill-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet tal-IFRS iridu jiġu inkorporati fid-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu applikati mill-kumpaniji b’titoli elenkati f’suq regolat fl-Unjoni, biss jekk l-IFRS jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dak ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit li l-kontijiet jagħtu “stampa vera u ġusta” kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u jekk iwasslu għall-ġid pubbliku Ewropew. Tali standards internazzjonali tal-kontabbiltà jridu jiġu żviluppati fi proċess trasparenti u demokratikament responsabbli. L-IFRS, għalhekk, għandhom rwol ewlieni fil-funzjonament tas-suq intern u għaldaqstant l-Unjoni għandha interess dirett li tiżgura li l-proċess li permezz tiegħu l-IFRS jiġu żviluppati u approvati jirriżulta fi standards li jkunu konsistenti mar-rekwiżiti tal-qafas ġuridiku tas-suq intern. Għalhekk huwa importanti li jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ finanzjament xierqa għall-Fondazzjoni tal-IFRS.

(34)

B’kont meħud tar-rwol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) li jivvaluta jekk l-IFRS jikkonformawx mar-rekwiżit tal-liġi u l-politika tal-Unjoni dwar il-kumpaniji, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, huwa meħtieġ ukoll li l-Unjoni tiżgura finanzjament stabbli għall-EFRAG u għalhekk tikkontribwixxi għall-finanzjament tiegħu. Ix-xogħol tekniku tal-EFRAG jenħtieġ li jkun iffukat fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi lill-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-IFRS, kif ukoll dwar il-parteċipazzjoni xierqa fil-proċess ta’ żvilupp ta’ tali IFRS, u għandu jiżgura li l-interessi tal-Unjoni jitqiesu b’mod adegwat fil-proċess tal-iffissar ta’ standards internazzjonali. Dawk l-interessi jenħtieġ li jinkludu l-kunċett ta’ “prudenza” u ż-żamma tar-rekwiżit dwar “stampa vera u ġusta” kif stabbilit fid-Direttiva 2013/34/UE, u tal-ġid pubbliku Ewropew kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, filwaqt li jitqies l-impatt tal-IFRS fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-ekonomija. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew bħala parti mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), li jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aqwa prattiki fir-rappurtar korporattiv, bħall-kontabbiltà ambjentali. F’dan il-forum, il-kumpaniji u l-investituri jistgħu jikkondividu l-aħjar prattiki b’mod partikolari fil-qasam tar-rappurtar mhux finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà.

(35)

Fil-qasam tal-awditjar statutorju, il-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) inħoloq fl-2005 mill-Grupp ta’ Monitoraġġ, organizzazzjoni internazzjonali responsabbli mill-monitoraġġ tar-riforma tal-governanza tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC). L-irwol tal-PIOB huwa li jissorvelja l-proċess li jwassal għall-adozzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u attivitajiet oħra ta’ interess pubbliku tal-IFAC. Huwa possibbli li l-ISAs jiġu adottati għall-applikazzjoni tagħhom fl-Unjoni dment li, b’mod partikolari, ikunu ġew żviluppati bi proċess, sorveljanza pubblika u trasparenza dovuti, kif meħtieġ mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Fid-dawl tal-introduzzjoni tal-ISAs fl-Unjoni u r-rwol ewlieni tal-PIOB biex jiġi żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2006/43/KE, huwa importanti li jiġu żgurati arranġamenti xierqa ta’ finanzjament għall-PIOB.

(36)

L-Unjoni tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tqiegħdhom fil-qalba tas-suq intern billi tappoġġa u tikkumplimenta l-politiki tal-Istati Membri b’mod li tiżgura li meta jaġixxu bħala konsumaturi ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b’mod sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern u li, b’hekk, is-sikurezza u l-interessi legali u ekonomiċi tagħhom jiġu protetti sew permezz ta’ azzjonijiet konkreti. L-Unjoni trid tiżgura wkoll li l-liġijiet dwar il-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti jkunu infurzati kif xieraq u b’mod ugwali fuq il-post u li n-negozji jgawdu kundizzjonijiet ekwi b’kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tingħata s-setgħa lill-konsumaturi u jiġu mħeġġa u assistiti biex jagħmlu għażliet sostenibbli u infurmati, u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal ekonomija ċirkolari, sostenibbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi. [Em. 39]

(37)

Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jissensibilizza l-konsumaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet rigward il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-konsumatur u s-sikurezza u li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni l-aktar billi jappoġġa lill-Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC – Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi) li huwa NGO li ilha stabbilita u rikonoxxuta għal żmien twil u li tħares l-interessi tal-konsumaturi b’rabta mal-politiki kollha tal-UE, u lill-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni (ANEC) li tirrappreżenta l-interess tal-konsumaturi b’rabta ma’ kwistjonijiet ta’ standardizzazzjoni. Waqt li jsir dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet ġodda tas-suq rigward il-promozzjoni ta' konsum sostenibbli u b'mod partikolari ta' azzjonijiet li jindirizzaw il-kwistjoni tal-obsolexxenza ppjanata tal-prodotti u l-prevenzjoni ta' vulnerabbiltajiet kif ukoll sfidi maħluqa mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, il-prodotti konnessi, l-Internet tal-Oġġetti, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-użu ta' algoritmi jew l-iżvilupp ta' tendenzi ta' konsum u mudelli ta' negozju ġodda, bħall-ekonomija kollaborattiva u l-intraprenditorija soċjali. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta' informazzjoni rilevanti dwar is-swieq, inklużi azzjonijiet bil-għan li titjieb it-traċċabbiltà tal-prodott matul il-katina ta' provvista, l-istandards ta' kwalità madwar l-Unjoni, u l-indirizz ta' kwistjonijiet dwar il-kwalità doppja tal-prodotti, l-isfidi politiċi, kwistjonijiet u mġiba emerġenti, u l-pubblikazzjoni tat-tabelli ta' valutazzjoni tal-konsumatur tal-Unjoni. [Em. 40]

(38)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, inkluż dawk responsabbli għall-monitoraġġ tas-sikurezza tal-prodotti, li jikkooperaw b’mod partikolari permezz tas-sistema ta’ twissija rapida tal-Unjoni għall-prodotti perikolużi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-infurzar tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti, u n-netwerk ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiż fil-pajjiżi terzi u fl-Unjoni. Il-programm jenħtieġ ukoll li jkollu l-għan li jiżgura aċċess għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha għal riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti u għal riżoluzzjoni ta’ tilwim online ta’ kwalità u għal informazzjoni dwar il-possibilitajiet ta’ il-proċess għall-parteċipazzjoni f'azzjonijiet li jfittxu rimedju, bl-inqas spiża. [Em. 41]

(39)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll in-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi qed li jgħin lill-konsumaturi jiksbu l-benefiċċju tad-drittijiet tal-konsumatur tal-Unjoni meta jixtru oġġetti u servizzi bejn il-fruntieri fis-Suq Intern u fiż-ŻEE, kemm online kif ukoll meta jkunu qed jivvjaġġaw. In-netwerk li jikkonsisti fi 30 ċentru u li ilu ffinanzjat b’mod konġunt mill-programmi tal-Unjoni għall-konsumaturi għal aktar minn 10 snin wera l-valur miżjud tiegħu biex isaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-Suq Intern. Huwa jindirizza t-talbiet ta’ aktar minn 100 000 konsumatur fis-sena u jilħaq miljuni ta’ ċittadini permezz tal-attivitajiet ta’ informazzjoni tiegħu fuq il-ġurnali u online. Huwa wieħed mill-aktar netwerks ta’ assistenza liċ-ċittadini apprezzati tal-Unjoni u ħafna miċ-ċentri tiegħu jospitaw punti ta’ kuntatt għal-liġi dwar is-suq intern bħad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u l-evalwazzjoni tiegħu tenfasizza l-importanza li jkompli jopera. In-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jista' jkun ukoll sors importanti ta' informazzjoni dwar l-isfidi u l-problemi li l-konsumaturi jiffaċċjaw fil-livell lokali, li huma rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-bini u t-tisħiħ ta' sinerġiji bejn ir-rappreżentazzjoni tal-konsumaturi fil-livell lokali u tal-Unjoni sabiex isaħħaħ ir-rappreżentanza tal-konsumaturi. In-netwerk għandu wkoll l-intenzjoni li jiżviluppa arranġamenti ta’ reċiproċità ma’ korpi simili f’pajjiżi terzi. [Em. 42]

(40)

Il-kontroll tal-idoneità tal-liġi tal-Unjoni dwar il-konsumatur u l-kummerċjalizzazzjoni li sar mill-Kummissjoni f’Mejju 2017 wera l-ħtieġa li r-regoli jiġu infurzati aħjar u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju meta l-konsumaturi jġarrbu ħsara minħabba ksur tal-liġijiet dwar il-konsumatur. B’riżultat ta’ dan il-Kummissjoni adottat “Patt ġdid għall-Konsumaturi” f’April 2018 sabiex tiżgura, fost l-oħrajn, trattament ugwali għall-konsumaturi fis-suq intern b’rabta mal-istandards mal-każijiet transfruntiera, bħall-bejgħ ta' prodotti mhux konformi fis-settur tal-vetturi bil-mutur, standards ta' kwalità doppja ta' prodotti jew il-problemi ta' passiġġieri li jitħallew l-art bħala riżultat tal-kanċellazzjoni ta' għadd kbir ta' titjiriet, kapaċitajiet ta’ infurzar aqwa tal-Istati Membri, sikurezza tal-prodotti mtejba, kooperazzjoni internazzjonali msaħħa u possibilitajiet ġodda ta’ rimedju l-aktar permezz ta’ azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati. Il-Programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġa din l-inizjattiva permezz tas-sensibilizzazzjoni u l-bini tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u l-iskambju tal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, in-netwerking u l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq, billi jsaħħaħ fost l-oħrajn il-bażi tal-evidenza dwar il-funzjonament tas-suq intern għall-konsumaturi, is-sistemi tal-IT u l-għodod ta’ komunikazzjoni. [Em. 43]

(41)

Iċ-ċittadini huma partikolarment affettwati mill-funzjonament tas-swieq tas-servizzi finanzjarji.finanzjarji u għalhekk jenħtieġ li jiġu infurmati aktar dwar id-drittijiet, ir-riskji u l-benefiċċji rilevanti. Dawn huma komponent ewlieni tas-suq intern u jirrikjedu qafas solidu għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni li jiżgura mhux biss stabbiltà finanzjarja u ekonomija sostenibbli, iżda jipprovdi wkoll livell għoli ta' ħarsien lill-konsumaturi u lil utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-investituri individwali, dawk li jfaddlu, id-detenturi tal-poloz ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji ta' fondi ta' pensjoni, l-azzjonisti individwali, il-mutwatarji u l-SMEs. Huwa importanti Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi biex titjieb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fit-tfassil ta' politiki għas-settur finanzjarju, anke permezz tal-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' informazzjoni ċara, kompluta u faċli għall-utent dwar il-prodotti kummerċjalizzati fis-swieq finanzjarji. [Em. 44]

(42)

Għaldaqstant il-Programm jenħtieġ li jkompli jappoġġa l-attivitajiet speċifiċi koperti mill-Programm tal-Bini tal-Kapaċità 2017-2020 filwaqt li isaħħaħ jsaħħaħ l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) li kompla l-programm pilota u l-azzjoni preparatorja tas-snin 2012-2017. Dan huwa meħtieġ biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika b’opinjonijiet mill-partijiet ikkonċernati apparti professjonisti tas-settur finanzjarju u jiżgura rappreżentanza aħjar tal-interessi tal-konsumaturi u ta’ utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji. Dan huwa mistenni li jwassal għal politiki aqwa għas-servizzi Il-Programm għandu jiżviluppa b'mod kontinwu l-metodoloġija tiegħu u l-aħjar prattiki dwar kif iżid il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u l-utenti aħħarin tas-servizzi finanzjarji sabiex jidentifika kwistjonijiet rilevanti għat-tfassil tal-politika tal-Unjoni u sabiex jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Dan jenħtieġ li jtejjeb il-politiki dwar is-servizzi finanzjarji, l-aktar bis-saħħa ta’ fehim aqwa mill-pubbliku tal-kwistjonijiet involuti fir-regolamentazzjoni finanzjarja u ta’ litteriżmu finanzjarju msaħħaħ. Ir-riżorsi pubbliċi ta' dan il-Programm jenħtieġ li jiffukaw fuq dak li huwa essenzjali għall-utenti aħħarin u jevitaw kull forma ta' appoġġ finanzjarju dirett jew indirett għall-attivitajiet kummerċjali proposti minn operaturi finanzjarji privati. [Em. 45]

(43)

Bħala parti minn proġett pilota, bejn l-2012 u l-2013, u ta’ azzjoni preparatorja, bejn l-2014 u l-2016, il-Kummissjoni tat għotjiet lil żewġ organizzazzjonijiet wara sejħa annwali miftuħa għal proposti. Iż-żewġ organizzazzjonijiet huma Finance Watch, stabbilita b’għotjiet tal-Unjoni fl-2011 bħala assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ skont il-liġi Belġjana, u Better Finance, li hija l-prodott ta’ riorganizzazzjonijiet u rebranding suċċessivi ta’ federazzjonijiet u azzjonisti Ewropej preeżistenti sa mill-2009. Il-Programm tal-Bini tal-Kapaċità stabbilit taħt ir-Regolament (UE) 2017/826, jidentifika dawn l-istess żewġ organizzazzjonijiet bħala l-uniċi benefiċjarji. Għalhekk huwa meħtieġ li jitkompla l-kofinanzjament ta’ dawn l-organizzazzjonijiet bħala parti mill-Programm. Madankollu, dan il-finanzjament jenħtieġ li jkun soġġett għal rieżami. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitfakkar li fl-eventwalità li l-Programm tal-Bini tal-Kapaċità u l-fondi korrispondenti jiġu estiżi lil hinn mill-2020 u jitfaċċaw benefiċjarji potenzjali oħrajn, is-sejħa għall-applikanti jenħtieġ li tkun miftuħa għal kwalunkwe organizzazzjoni oħra li tissodisfa l-kriterji, u li tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Programm, f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/826. [Em. 46]

(44)

Huwa meħtieġ livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-għalf biex jiġu protetti kemm il-konsumaturi kif ukoll biex is-suq intern ikun jista' jopera b'mod effiċjenti u mingħajr intoppi. Katina tal-provvista agrikola u tal-ikel sikura u sostenibbli hija prerekwiżit għas-soċjetà u għas-suq intern. Kif intwera minn inċidenti reċenti bħal każ tal-bajd ikkontaminat bil-fipronil fl-2017 u l-iskandlu tal-laħam taż-żiemel fl-2013, il-kriżijiet tas-saħħa transfruntiera, bħall-influwenza avjarja jew id-deni Afrikan tal-ħnieżer, u l-biża' dwar l-ikel ifixklu l-funzjonament tas-suq intern billi jillimitaw il-moviment tal-persuni u tal-oġġetti u jfixklu l-produzzjoni. Il-prevenzjoni ta' kriżijiet tas-saħħa transfruntiera u ta' allarmi dwar l-ikel hija ta' importanza kbira. Għalhekk il-Programm jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet konkreti, bħat-twaqqif ta' miżuri ta' emerġenza fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżijiet u avvenimenti imprevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-ħolqien ta' mekkaniżmu għal aċċess dirett għar-riżerva ta' għajnuna f'emerġenza sabiex dawn is-sitwazzjonijiet ta' emerġenza jiġu indirizzati b'mod aktar rapidu, effettiv u effiċjenti. [Em. 47]

(45)

L-objettiv ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-katina alimentari huwa li jikkontribwixxi għal jiggarantixxi livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, li jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali, li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, inkluża l-preservazzjoni tal-bijodiversità, filwaqt li jtejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjonijiet Ewropej tal-ikel u l-għalf, jaqta' l-ħela tal-ikel, iżid l-istandards tal-kwalità tal-prodotti fl-Unjoni kollha, itejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel u tal-għalf u jiffavorixxi l-ħolqien tal-impjiegi. [Em. 48]

(46)

Minħabba n-natura speċifika tal-azzjonijiet li jirrigwardaw livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, iridu jiġu stipulati kriterji ta’ eliġibbiltà speċjali rigward il-provvista ta’ għotjiet u l-użu tal-akkwist pubbliku f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, b’deroga mir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) (ir-“Regolament Finanzjarju”), bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ nonretroattività, l-ispejjeż għall-miżuri ta’ emerġenza, minħabba n-natura urġenti u mhux prevedibbli tagħhom, jenħtieġ li jkunu eliġibbli u jinkludu wkoll l-ispejjeż imġarrba bħala riżultat ta’ okkorrenza suspettata ta’ marda jew organiżmu ta’ ħsara bil-kundizzjoni li sussegwentement din l-okkorrenza tiġi kkonfermata u nnotifikata lill-Kummissjoni. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli jenħtieġ li jsiru mill-Kummissjoni, wara l-firma tal-impenji legali u wara l-valutazzjoni tat-talbiet għall-ħlas ippreżentati mill-Istati Membri. L-ispejjeż jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għall-miżuri ta’ protezzjoni meħuda fil-każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa fl-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz, Stat Membru jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej ta’ ċertu mard tal-annimali u ċerti żoonożi kif ukoll fir-rigward ta’ miżuri ta’ protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħra, meħuda b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni. [Em. 49]

(47)

Fid-dawl tal-fatt li l-katina alimentari qed issir dejjem aktar globalizzata, il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati L-effettività, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti impurtati minn pajjiżi terzi. L-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll uffiċjali huma vitali sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari, kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tal-benessri tal-annimali. Jenħtieġ li jkun disponibbli appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għal tali miżuri ta' kontroll. B’mod partikolari, jenħtieġ li tkun disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali tiddependi wkoll mid-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta’ kontroll ta’ persunal imħarreġ tajjeb li jkollu konoxxenza adegwata tad-dritt tal-Unjoni, l-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom kif ukoll għall-programmi ta’ skambju rilevanti organizzati mill-awtoritajiet kompetenti. [Em. 50]

(48)

Statistika Ewropea ta’ kwalità għolja żviluppata, prodotta u disseminata taħt il-Programm Statistiku Ewropew hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza. L-istatistika Ewropea jenħtieġ li tkun disponibbli fil-waqt u jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni kif rifless fit-TFUE, b’mod partikolari governanza ekonomika msaħħa u integrata, il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, l-iżvilupp sostenibbli, il-politika agrikola, id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa u l-globalizzazzjoni.

(49)

L-istatistika Ewropea hija indispensabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Unjoni u għall-kejl tal-prestazzjoni u tal-impatt tal-inizjattivi tal-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu żgurati l-provvediment u l-iżvilupp kontinwi tal-istatistika Ewropea, li jieħdu approċċ mifrux mal-Unjoni kollha u li jmorru lil hinn minn perspettiva tas-suq intern, sabiex ikopru l-attivitajiet u l-oqsma politiċi kollha tal-Unjoni, inkluż l-għoti tas-setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini sabiex jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(50)

Minħabba l-karattru orizzontali tiegħu, il-Programm Statistiku Ewropew huwa soġġett għal rekwiżiti speċifiċi u b’mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett tal-prinċipji tal-istatistika, il-funzjonament tas-sistema Ewropea tal-Istatistika u l-governanza tagħha, inklużi r-rwol u l-kompiti assenjati lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u lill-Kummissjoni (EUROSTAT), it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-ipprogrammar tal-attivitajiet ta’ statistika.

(51)

Il-Programm ġie sottomess għal eżami minn qabel lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u jenħtieġ li jiġi implimentat billi jiġi żgurat skrutinju parlamentari effettiv. [Em. 51]

(52)

L-Unjoni u l-Istati Membri huma impenjati li jagħtu riżultati biex ikunu fuq quddiem fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Billi jikkontribwixxu biex l-Aġenda 2030 tirnexxi, l-Unjoni u l-Istati Membri se jrawmu Ewropa aktar b'saħħitha, aktar sostenibbli, inklużiva, sikura u prospera. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, inkluż billi jibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, billi għal dak il-għan isir impenn ċar u viżibbli fir-Regolament QFP, u jiġu integrati l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif mitlub mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu u t-30 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP 2021-2027. [Em. 52]

(53)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa l-objettivi relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(54)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm li jrid jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza, fis-sens ta’ [referenza li trid tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (22)], għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(55)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprevedi kooperazzjoni fl-oqsma soġġetti għall-Programm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li qed jipparteċipaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, min-naħa l-oħra. Jenħtieġ li jsir provvediment biex il-Programm jinfetaħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi oħra, inklużi l-pajjiżi tal-viċinat tal-Unjoni u pajjiżi li qed japplikaw għal sħubija fl-Unjoni jew li huma kandidati għaliha jew li qegħdin fil-proċess ta’ adeżjoni. Barra minn hekk fil-qasam tal-istatistika Ewropea l-Programm jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Isvizzera skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika (23).

(56)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv.

(57)

Ir-Regolament Finanzjarju japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi regoli dwar għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku.

(58)

L-azzjonijiet implimentati taħt il-programmi preċedenti u l-linji baġitarji wrew li huma adegwati u jenħtieġ li jinżammu. L-azzjonijiet il-ġodda introdotti taħt dan il-Programm għandhom l-għan li jsaħħu b'mod partikolari s-suq intern li qed jiffunzjona tajjeb. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu definiti biss f'termini ta' kategoriji globali u ġeneriċi sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jilħaq l-objettivi tiegħu. Jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll fil-Programm listi ta'attivitajiet indikattivi li jikkonċernaw l-objettivi speċifiċi fil-qasam tal-kompetittività, il-protezzjoni tal-konsumatur, jew attivitajiet speċifiċi li ġejjin mir-rekwiżiti regolatorji, bħal fil-qasam tal-istandardizzazzjoni, is-sorveljanza tas-suq, ir-regolamentazzjoni tal-katina alimentari u l-Istatistika Ewropea. [Em. 53]

(59)

Huwa wkoll neċessarju li jiġu definiti ċerti kategoriji ta’ entitajiet eliġibbli għall-finanzjament kif ukoll dawk l-entitajiet li jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mingħajr sejħa għal proposti.

(60)

B'kunsiderazzjoni tal-interkonnettività tal-ekonomija dinjija li dejjem qiegħda tiżdied, inkluża l-ekonomija diġitali, il-Programm jenħtieġ li jkompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni, bħal uffiċjali ta' pajjiżi terzi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jew operaturi ekonomiċi f'ċerti attivitajiet. [Em. 54]

(61)

Huwa meħtieġ li jiġu indikati kriterji speċjali rigward ir-regoli ta’ kofinanzjament u l-ispejjeż eliġibbli.

(62)

B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta’ Ottubru 2010 bl-isem “ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (24), u sabiex jiġu previsti l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament, ir-riżorsi jenħtieġ li jiġu kondiviżi ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom objettivi li huma komuni għal diversi strumenti ta’ finanzjament bl-esklużjoni, madankollu, tal-finanzjament doppju.

(63)

Dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ ġenerali li jindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-integrazzjoni tagħhom fis-suq intern, kif ikkonfermat mill-ġdid reċentement fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (25).

(64)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji filwaqt li jevita x-xogħol doppju b’rabta mal-programmi u l-azzjonijiet tal-Unjoni relatati. L-azzjonijiet taħt dan il-Programm jenħtieġ li jikkomplementaw lil dawk tal-Programmi Dwana u Fiscalis stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u r-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) li wkoll għandhom l-għan li jappoġġaw u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern. [Em. 55]

(65)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u, komplementarjetajiet u addizzjonalità fir-rigward tal-appoġġ għall-SMEs u għall-intraprenditorija taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28). Barra minn hekk, it-tieqa għall-SMEs tal-InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29) se ser jiggarantixxi appoġġ għad-dejn u għall-ekwità biex jissaħħu l-aċċess u d-disponibbiltà tal-finanzjament għall-SMEs u għall-intrapriżi mikro. Il-Programm jenħtieġ li jfittex ukoll sinerġiji mal-Programm Spazjali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) fir-rigward tal-inkoraġġiment tal-SMEs biex jibbenefikaw minn innovazzjoni rivoluzzjonarja u soluzzjonijiet oħrajn żviluppati taħt dawk il-programmi. [Em. 56]

(66)

Dan il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) li għandu l-għan li jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni. B’mod partikolari dan jenħtieġ li jikkonċerna l-komplementarjetà mal-azzjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni futur għall-kumpaniji innovattivi, kif ukoll l-appoġġ tas-servizzi għall-SMEs.

(67)

Il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji u komplementarjetajiet fir-rigward tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) li għandhom l-għan li jippromwovi d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-settur pubbliku tal-Unjoni u taż-żieda fiċ-ċibersigurtà. [Em. 57]

(68)

Barra minn hekk, il-Programm, jenħtieġ li jfittex sinerġiji mal-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ulterjuri ta’ żona Ewropea ta’ ġustizzja għall-effettività tas-sistemi nazzjonali tal-ġustizzja, li hija fattur ewlieni li tippermetti ekonomija Ewropea ġusta u kosteffettiva.

(69)

Dan il-Programm jenħtieġ li jippromwovi sinerġiji mal-programm Erasmus stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) fil-qasam tax-xogħol u l-mobbiltà taż-żgħażagħ li huwa essenzjali għas-suq intern li jiffunzjona tajjeb.

(70)

Finalment, l-azzjonijiet dwar il-katina alimentari bħall-miżuri veterinarji u fitosanitarji fil-każ ta’ kriżijiet tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti jistgħu jiġu kkomplementati minn interventi bbażati fis-suq mill-ipprogrammar tal-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37).

(71)

Fejn rilevanti l-azzjonijiet tal-Programm jenħtieġ li jintużaw biex jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u jindirizzaw il-fallimenti in-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, b’mod proporzjonat, mingħajr ma jsir ssir duplikazzjoni jew esklużjoni tal-finanzjament privat u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. [Em. 58]

(72)

Is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jingħataw lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma li jimplimentaw l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ saħħa għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38). [Em. 59]

(73)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li, b'mod partikolari, jitqiesu l-valur miżjud tal-Unjoni, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi l-konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u spejjeż unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 60]

(74)

Biex ikun żgurat monitoraġġ u rappurtar regolari dwar il-progress miksub u dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm, jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-bidu nett qafas xieraq għall-monitoraġġ tal-azzjonijiet u tar-riżultati tal-Programm. Dawn il-monitoraġġ u r-rappurtar jenħtieġ li jkunu bbażati fuq indikaturi, li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet taħt il-Programm skont linji bażiċi definiti minn qabel. [Em. 61]

(75)

Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (39), hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfassal rapport ta' evalwazzjoni interim dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm, dwar ir-riżultati u l-impatti, dwar l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u dwar il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu, kif ukoll rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-impatt aktar fit-tul, ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet, u s-sinerġiji ma' Programmi oħra. [Em. 62]

(75a)

Sabiex jiġu supplimentati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-adozzjoni ta' programm(i) ta' ħidma. [Em. 63]

(76)

Il-lista Lista miftuħa ta’ mard tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għall-finanzjament taħt il-miżuri ta’ emerġenza u għall-finanzjament taħt il-programmi ta’ eradikazzjoni, kontroll u sorveljanza jenħtieġ li tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-mard tal-annimali msemmi fil-Kapitolu 2 tal-Parti I tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40), ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (41) u r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42). [Em. 64]

(77)

Sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati bil-mard minn mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ tal-bhejjem, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżviluppi xjentifiċi jew epidemjoloġiċi ġodda, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tingħata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-emenda tal-lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi. Sabiex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rieżami jew biex jiġu komplementati l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi speċifiċi fejn jitqies meħtieġ u biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, Jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jiġu kkonsultati wkoll. biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 65]

(78)

Skont [referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-deċiżjoni l-ġdida dwar il-Pajjiżi u territorji extra-Ewropej: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (43)], persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għall-finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(79)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (45) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (46) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (47), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet u tal-frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(80)

Għall-azzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament fil-qafas ta' dan il-Programm, bla preġudizzju għal derogi speċifiċi, jenħtieġ li japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi abbażital-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament u, b'mod partikolari, ir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw li jistabbilixxi l-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu jipprevedi t-twettiq ta' verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv. [Em. 66]

(81)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49) jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Istati Membri fil-kuntest ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) jirregola l-ipproċessar tad-data personali mwettaq mill-Kummissjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti irid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment tad-data personali kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament XXX [ir-Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika] u kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-Kummissjoni jrid jikkonforma mar-regoli dwar it-trasferiment ta' data personali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. [Em. 67]

(82)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura transfruntiera tal-kwistjonijiet involuti, iżda pjuttost jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-potenzjal akbar tal-azzjoni tagħha, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(83)

Il-Programm jenħtieġ ukoll li jiżgura aktar viżibbiltà u koerenza tal-azzjonijiet fl-azzjonijiet tas-suq intern tal-Unjoni, tal-kompetittività il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi inkluż l-SMEs u tal-istatistika speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju – u l-istatistika Ewropea lejn quddiem iċ-ċittadini, in-negozji u l-amministrazzjonijiet. [Em. 68]

(84)

Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (51), ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (52), ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53), ir-Regolament (UE) 2017/826, jenħtieġ li jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

(85)

Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bla xkiel u mingħajr interruzzjoni bejn il-programmi fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u tal-SMEs, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, il-protezzjoni tal-konsumatur, tal-klijenti u tal-utenti aħħarin fis-servizzi finanzjarji, it-tfassil ta’ politiki fis-servizzi finanzjarji, il-katina alimentari u l-istatistika Ewropea, stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1287/2013, ir-Regolament (UE) Nru 254/2014, ir-Regolament (UE) 2017/826, ir-Regolament (UE) Nru 258/2014, ir-Regolament (UE) Nru 652/2014, ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 u dan il-Programm, b’mod partikolari rigward il-kontinwazzjoni tal-miżuri pluriennali u l-evalwazzjoni tas-suċċessi tal-programmi preċedenti,. [Em. 69]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għat-titjib tal-funzjonament tas-Suq Uniku għat-tisħiħ tas-suq intern u l-kompetittività t-titjib tal-funzjonament tiegħu fl-oqsma tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi, inkluż speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, l-istandardizzazzjoni, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sorveljanza tas-suq, il-katina tal-provvista tal-ikel u l-qafas għall-finanzjament tal-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea fit-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 (il-“Programm”). [Em. 70]

Jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta’ finanzjament mill-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inkluż dawk fi ħdan il-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mingħand l-istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand l-istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(2)

“Statistika Ewropea” tfisser statistika żviluppata, prodotta u disseminata fil-livell tal-Unjoni u fl-Istati Membri skont ir-Regolament l-Artikolu 3 TUEu r-Regolament (KE) Nru 223/2009; [Em. 71]

(3)

“entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika f’konformità mal-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-“Regolament Finanzjarju”); [Em. 72]

(4)

“intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003;

(4a)

“intrapriża tal-ekonomija soċjali” tfisser intrapriża li l-objettiv ewlieni tagħha jkun li jkollha impatt soċjali minflok ma tagħmel profitt għas-sidien jew għall-azzjonisti tagħha, topera billi tipprovdi oġġetti u servizzi għas-suq u tkun amministrata b'mod miftuħ u responsabbli bl-involviment tal-impjegati, il-konsumaturi u l-partijiet ikkonċernati; [Em. 73]

(4b)

“intrapriża pubblika lokali” tfisser intrapriża lokali żgħira li tipprovdi servizzi pubbliċi, tissodisfa l-kriterji ta' SME u twettaq kompiti importanti għall-komunitajiet lokali; [Em. 74]

(4c)“

netwerks ta' intrapriżi” tfisser grupp ta' intraprendituri li jingħaqdu flimkien sabiex iwettqu proġett kondiviż bl-involviment ta' żewġ SMEs jew aktar li jwettqu attività ekonomika waħda jew aktar b'mod konġunt sabiex iżidu l-kompetittività tagħhom fis-suq. [Em. 75]

(5)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.

Artikolu 3

Objettivi tal-programm

1.   Il-Programm għandu l-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern, u b'mod speċjali li jipproteġi u jagħti s-setgħa liċ-ċittadini, lill-konsumaturi u lin-negozji, b'mod partikolari lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (SMEs), permezz tal-infurzar tad-dritt tal-qafas legali, soċjali u ambjentali tal-Unjoni, l-iffaċilitar tal-aċċess; li jiffaċilita l-aċċess għas-suq u għall-finanzi, jippromwovi, l-iffissar ta' standards, u bil-promozzjoni tas-saħħa u kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji, jiżgura protezzjoni tal-konsumatur uniformi u ta' livell għoli, isaħħaħ is-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni, itejjeb ir-rikonoxximent reċiproku u jippromwovi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u tal-benessri l-benessri tal-annimali; kif ukoll li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni; [Em. 76]

(b)

li jipprovdi jiżviluppa, jipproduċi u jiddissemina statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar l-Ewropa li tirfed it-tfassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki kollha tal-Unjoni, inklużi l-kummerċ u l-migrazzjoni, u jgħin liċ-ċittadini, lil dawk li jfasslu l-politika u lir-regolaturi, l-awtoritajiet superviżorji, in-negozji, l-akkademji, iċ-ċittadini is-soċjetà ċivili u l-midja sabiex jieħdu deċiżjonijiet informati u jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess demokratiku. [Em. 77]

2.   Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jagħmel is-suq intern aktar effettiv billi:

(i)

jiffaċilita l-prevenzjoni u t-tneħħija tal-ostakli u jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi u l-akkwist pubbliku, is-sorveljanza tas-suq kif ukoll fl-oqsma tad-dritt soċjetarju u l-liġi kuntrattwali u extra-kuntrattwali, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-moviment liberu tal-kapital, is-servizzi finanzjarji u l-kompetizzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ għodod ta’ governanza;

(ii)

jappoġġa s-sikurezza tal-prodotti u sorveljanza tas-suq effettiva fl-Unjoni kollha u jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-prodotti, bl-għan li jiżgura li fis-suq tal-Unjoni jitqiegħdu biss prodotti sikuri u konformi li joffru livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur – inklużi dawk li jinbiegħu online – kif ukoll omoġeneità u kapaċità akbar fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq madwar l-Unjoni.

(b)

li jtejjeb jsaħħaħ kemm il-kompetittività kif ukoll is-sostenibbiltà tal-intrapriżi b'enfasi speċjali fuq l-SMEs u li jikseb l-addizzjonalità permezz tal-provvediment ta' miżuri li jipprovdu (objettivi għall-SMEs), b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, billi:

(i)

jipprovdi diversi forom diversi ta' appoġġ lill-SMEs, l-aċċess irawwem it-tkabbir, il-promozzjoni u l-ħolqien ta' SMEs, kif ukoll ta' netwerks ta' intrapriżi, l-iżvilupp ta' ħiliet maniġerjali u t-trawwim ta' miżuri ta' espansjoni li jippermettulhom aċċess aħjar għas-swieq u inkluż l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, għall-proċessi ta' internazzjonalizzazzjoni, kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u s-servizzi tagħhom;

(ii)

irawwem ambjent tan-negozju u qafas favorevoli għall-SMEs, inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-kompetittività tas-setturi, il-modernizzazzjoni jiżgura l-modernizzazzjoni tal-industrija inkluża t-trasformazzjoni diġitali tagħhom, li tikkontribwixxi għal ekonomija reżiljenti u effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi; u l-promozzjoni tal-intraprenditorija;

(iii)

jippromwovi kultura intraprenditorjali u jikkontribwixxi għal taħriġ ta' kwalità għolja għall-persunal tal-SMEs;

(iv)

jippromwovi opportunitajiet kummerċjali ġodda li permezz tagħhom l-SMEs jegħlbu l-bidliet strutturali bis-saħħa ta' miżuri mmirati, u forom innovattivi oħra ta' azzjonijiet bħal akkwiżizzjonijiet mill-ħaddiema li jiffaċilitaw il-ħolqien tax-xogħol u l-kontinwità tan-negozju fit-territorji affettwati minn dawn il-bidliet. [Em. 79]

(c)

li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern permezz ta’ proċessi ta’ standardizzazzjoni li:

(i)

jippermettu l-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea tal-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej u l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha fl-iffissar ta’ standards Ewropej; [Em. 80]

(ii)

jappoġġaw l-iżvilupp ta' standards internazzjonali ta' kwalità għolja ta' rappurtar finanzjarju u ta' awditjar, jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fid-dritt tal-Unjoni u/jew jippromwovi l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-aħjar prattiki fir-rappurtar korporattiv kemm għall-kumpaniji ż-żgħar kif ukoll għall-kumpaniji l-kbar; [Em. 81]

(d)

li jippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u jiżguraw jiżgura livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni tal-konsumatur u sikurezza tal-prodotti billi: [Em. 82]

(i)

jagħti s-setgħa, jassisti u jeduka lill-konsumaturi, lin-negozji u lis-soċjetà ċivili; jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, konsum sostenibbli u sikurezza tal-prodotti b'mod partikolari billi partikolarment għall-aktar konsumaturi vulnerabbli sabiex jissaħħu l-korrettezza, it-trasparenza u l-fiduċja fis-suq uniku; jappoġġa lill-awtoritajiet ta' infurzar kompetenti u lill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur u, kif ukoll lill-azzjonijiet ta' kooperazzjoni;, billi jindirizza, fost l-oħrajn, kwistjonijiet imqajma minn teknoloġiji eżistenti u emerġenti, inklużi azzjonijiet li jkollhom l-għan li jtejbu t-traċċabbiltà tal-prodott tul il-katina tal-provvista, l-istandards ta' kwalità fl-Unjoni kollha, u jindirizza l-kwistjoni tal-kwalità dupliċi tal-prodotti; jissensibilizza lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni u jiżgura li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għar-rimedju għal mekkaniżmi ta' rimedju effiċjenti u; jipprovdi informazzjoni xierqa dwar is-swieq u l-konsumaturi, kif ukoll jippromwovi konsum sostenibbli billi titjieb l-informazzjoni li tingħata lill-konsumaturi dwar il-karatteristiċi speċifiċi u l-impatt ambjentali tal-oġġetti u s-servizzi; [Em. 83]

(ii)

isaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u ta' utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji u tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politiki; jippromwovi fehim aħjar tas-settur finanzjarju u tal-kategoriji differenti ta' prodotti finanzjarji kkummerċjalizzati u jiżgura l-interessi tal-konsumaturi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; [Em. 84]

(e)

li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' saħħa u sikurezza għall-bniedem, għall-annimali u għall-pjanti tul il-katina alimentari tal-provvista tal-ikel u l-għalf u f'oqsma relatati, inkluż billi jiġu pprevenuti u meqruda l-mard u l-organiżmi ta' ħsara, u jappoġġa t-titjib tal-benessri tal-annimali l-pesti, inkluż permezz ta' miżuri ta' emerġenza f'każ ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi fuq skala kbira u avvenimenti imprevedibbli li jaffettwaw is-saħħa tal-pjanti jew tal-annimali, kif ukoll il-produzzjoni jappoġġa titjib fil-benessri tal-annimali u jiżviluppa l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tal-ikel bi prezzijiet għall-but ta' kulħadd, minbarra li jistimula r-riċerka l-innovazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati f'dawk l-oqsma;. [Em. 85]

(f)

li jiżviluppa, jipproduċi, jiddissemina u jikkomunika statistika Ewropea ta’ kwalità għolja f’waqtha, imparzjali b'tempestività, imparzjalità u kosteffiċjenti dwar l-Ewropa kosteffiċjenza, permezz ta’ sħubiji mtejba sħubijiet imtejba fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u mal-partijiet rilevanti u esterni kollha, bl-użu ta’ diversi sorsi ta’ data, metodi avvanzati ta’ analiżi tad-data, sistemi intelliġenti u teknoloġiji diġitali, u jipprovdi diżaggregazzjoni fil-livell nazzjonali u, meta jkun possibbli, fil-livell reġjonali. [Em. 86]

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 4 088 580 0006 563 000 000 fi prezzijiet kurrenti. [Em. 87]

2.   Fl-ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-ammonti indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-objettivi li ġejjin:

(-a)

EUR 394 590 000 għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(i); [Em. 88]

(-aa)

EUR 396 200 000 għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii); [Em. 89]

(a)

EUR 1 000 000 000 3 122 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(b); [Em. 90]

(aa)

EUR 220 510 000 għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(c); [Em. 91]

(b)

EUR 198 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i)3(2)(d); [Em. 92]

(c)

EUR 1 680 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(e);

(d)

EUR 552 000 000 għall-objettiv msemmi fl-Artikolu 3(2)(f);

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għall-assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, rigward b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni u għall-użu ta’ netwerks ta’ teknoloġija tal-informatika li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, u l-użu u l-iżvilupp ta’ għodod ta’ teknoloġija tal-informatika korporattivi. Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà massima tal-Programm għall-finanzjament ta' azzjonijiet koperti mill-objettivi tal-Programm, l-ispejjeż totali tal-appoġġ amministrattiv u tekniku ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-valur tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1. [Em. 93]

4.   Għall-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(2)(e), l-impenji baġitarji li jestendu fuq aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin fi ħlasijiet parzjali annwali.

5.   B’deroga mill-Artikolu 111(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-impenn baġitarju għall-għotja mogħtija għall-miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji taħt l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament wara li tivvaluta t-talbiet għall-ħlas sottomessi mill-Istati Membri.

5a.   Għandu jiġi introdott mekkaniżmu speċifiku li jippermetti l-aċċess dirett tal-katina tal-ikel għar-riżerva tal-Kummissjoni għall-kriżijiet f'każ ta' emerġenzi fuq skala kbira, sabiex ikun żgurat il-finanzjament għall-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(e) [Em. 94]

6.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

Il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)

il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

il-pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(i)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(ii)

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom;

(iii)

ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(iv)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (ii) għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Jista’ jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan l-operazzjonijiet ta’ taħlit.

3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-] Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] (54).

KAPITOLU II

GĦOTJIET

Artikolu 7

Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Azzjonijiet eliġibbli

1.   L-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.   B’mod partikolari l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 għandhom ikunu eliġibbli:

(a)

il-ħolqien tal-kundizzjonijiet tajbin biex l-atturi kollha tas-suq intern, inklużi n-negozji, iċ-ċittadini u l-konsumaturi, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi jingħataw is-setgħa permezz ta' kampanji trasparenti ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, partikolarment fir-rigward tar-regoli applikabbli tal-Unjoni u d-drittijiet tal-konsumaturi u n-negozji, l-iskambju tal-aħjar prattika, il-promozzjoni ta' prattiki tajbin u soluzzjonijiet innovattivi, l-iskambju u d-disseminazzjoni ta' kompetenza esperta u għarfien u l-organizzazzjoni ta' taħriġ għall-promozzjoni tal-litteriżmu diġitali taċ-ċittadini u n-negozji; [Em. 95]

(b)

il-provvista ta' mekkaniżmi għaċ-ċittadini, għall-konsumaturi, għall-utenti aħħarin, għas-soċjetà ċivili, għat-trade unions u għar-rappreżentanti tan-negozju mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li jirrappreżentaw lill-SMEs, biex tingħata kontribuzzjoni lid-diskussjonijiet politiċi, lill-politiki u lill-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod partikolari billi jiġi appoġġat il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni; [Em. 96]

(c)

il-bini ta’ kapaċità u l-iffaċilitar u l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi u, b'mod aktar partikolari, azzjonijiet konġunti li jkollhom l-għan li jsaħħu s-sikurezza tal-prodotti, l-infurzar tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-Unjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti; [Em. 97]

(d)

l-appoġġ għall-infurzar effettiv u l-immodernizzar min-naħa tal-Istati Membri u għall-modernizzazzjoni tal-qafas legali tal-UE u l-adattament rapidu tiegħu għall-ambjent għal ambjent li l-ħin kollu jinbidel, kif ukoll appoġġ biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet imqajma mid-diġitalizzazzjoni, inkluż permezz tal-ġbir u l-analiżijiet ta’ data; studji, evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ politika; l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u proġetti pilota; attivitajiet ta’ komunikazzjoni; l-iżvilupp ta’ għodod tal-IT dedikati li jiżguraw it-trasparenza, il-korrettezza u l-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. [Em. 98]

2a.   L-azzjonijiet li ġejjin, li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(a)(ii), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:

(a)

il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk tal-Unjoni dwar il-Konformità tal-Prodotti;

(b)

l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' għodod tal-IT sabiex isir skambju ta' informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli fil-fruntieri esterni;

(c)

l-appoġġ għall-iżvilupp ta' ttestjar u azzjonijiet konġunti fil-qasam tas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti, inkluż b'rabta ma' prodotti konnessi u prodotti li jinbiegħu online;

(d)

il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-aħjar prattiki u proġetti konġunti bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u korpi rilevanti minn pajjiżi terzi;

(e)

l-appoġġ għal strateġiji ta' sorveljanza tas-suq, ġbir ta' għarfien u intelligence, kapaċitajiet u faċilitajiet ta' ttestjar, evalwazzjonijiet bejn il-pari, programmi ta' taħriġ, assistenza teknika u bini ta' kapaċità għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(f)

il-valutazzjoni tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u l-verifika tal-konformità tal-vetturi bil-mutur min-naħa tal-Kummissjoni. [Em. 99]

3.   L-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

(a)

li jipprovdu forom diversi ta’ appoġġ għall-SMEs; [Em. 100]

(b)

li jiffaċilitaw l-aċċess tal-mikrointrapriżi, tal-SMEs u ta' netwerks ta' intrapriżi għas-swieq, inklużi swieq barra l-Unjoni, jappoġġawhom fl-indirizzar ta' sfidi globali, ambjentali, ekonomiċi u soċjetali u l-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji, jiffaċilitaw l-appoġġ tagħhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jsaħħu t-tmexxija intraprenditorjali u industrijali tal-Unjoni fil-ktajjen tal-valur globali, inkluż in-Netwerk Enterprise Europe; [Em. 101]

(c)

li jindirizzaw l-ostakli tas-swieq, il-piż inaqqsu l-piż amministrattiv u jnaqqsu l-ostakli biex titwaqqaf intrapriża u jinbeda negozju u joħolqu ambjent tan-negozju favorevoli biex jagħtu s-setgħa jippermettu lill-SMEs jibbenefikaw mis-suq intern, inkluż aċċess għall-finanzi, u joffru gwida xierqa, skemi ta' mentoraġġ u coaching, kif ukoll servizzi għan-negozji msejsa fuq l-għarfien; [Em. 102]

(d)

li jiffaċilitaw it-tkabbir tan-negozji l-iżvilupp u t-tkabbir ta' negozji sostenibbli, iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs dwar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp ta' ħiliet id-dritt tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-enerġija, jaġġornaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom, u t-trasformazzjoni jiffaċilitaw mudelli ta' negozju ġodda u katini tal-valur effiċjenti fir-riżorsi li jrawmu trasformazzjoni industrijali, teknoloġika u organizzattiva sostenibbli fis-setturi tal-manifattura u tas-servizzi; [Em. 103]

(e)

li jappoġġaw il-kompetittività jsaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-intrapriżi u ta' setturi sħaħ tal-ekonomija, u li jappoġġaw tal-adozzjoni mill-SMEs tal-innovazzjoni l-adozzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika, organizzattiva u soċjali min-naħa tal-mikrointrapriżi u l-SMEs filwaqt li jtejbu r-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-kollaborazzjoni fil-katina tal-valur permezz tal-konnessjoni strateġika tal-ekosistemi u r-raggruppamenti, inkluż l-inizjattiva tar-raggruppamenti konġunti; [Em. 104]

(f)

li jrawmu ambjent tan-negozju intraprenditorjali u kultura intraprenditorjali, inkluż iwessgħu l-iskema ta' mentoraġġ għall-intraprendituri ġodda u li jappoġġaw lin-negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, is-sostenibbiltà tan-negozju u n-negozji li jkunu jridu jespandu b'attenzjoni partikolari għal intraprendituri potenzjali ġodda (pereżempju ż-żgħażagħ, in-nisa), kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra, bħal gruppi soċjalment żvantaġġati jew vulnerabbli. [Em. 105]

3a.   Fl-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Kummissjoni tista', minbarra l-azzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, tappoġġa l-azzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

taċċelera, tappoġġa u tespandi s-servizzi ta' konsulenza permezz tan-Netwerk Enterprise Europe sabiex tipprovdi servizzi kummerċjali integrati permezz ta' servizz ta' appoġġ fl-għamla ta' one-stop-shop għall-SMEs tal-Unjoni li jkunu qed ifittxu li jesploraw opportunitajiet fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi, u twettaq monitoraġġ biex tara li dawn is-servizzi jkollhom livell komparabbli ta' kwalità fl-Istati Membri kollha;

(b)

tappoġġa l-ħolqien ta' netwerks ta' intrapriżi;

(c)

tappoġġa u tespandi l-programmi ta' mobbiltà għal intraprendituri ġodda ('Erasmus għal Intraprendituri Żgħażagħ') sabiex ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudnijiet intraprenditorjali tagħhom u ttejjeb il-kapaċità teknoloġika u l-maniġment intraprenditorjali tagħhom;

(d)

tappoġġa l-espansjoni tal-SMEs permezz ta' proġetti ta' estensjoni kummerċjali sinifikanti bbażati fuq opportunitajiet immexxija mis-suq (strument għall-espansjoni tal-SMEs);

(e)

tappoġġa attivitajiet speċifiċi għas-settur f'oqsma kkaratterizzati minn proporzjon għoli ta' intrapriżi mikro u SMEs u kontribut kbir għall-PDG tal-Unjoni, bħas-settur tat-turiżmu. [Em. 106]

3b.   L-azzjonijiet imwettqa permezz tan-Netwerk Enterprise Europe msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3a ta' dan l-Artikolu jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn:

(a)

il-faċilitazzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u l-identifikazzjoni ta' sħab kummerċjali fis-suq intern, il-kooperazzjoni kummerċjali transfruntiera fir-R&Ż, is-sħubijiet ta' trasferiment tat-teknoloġija, l-għarfien u l-innovazzjoni;

(b)

l-għoti ta' informazzjoni, gwida u pariri personalizzati dwar id-dritt tal-Unjoni, l-opportunitajiet ta' fondi u finanzjament mill-Unjoni kif ukoll dwar l-inizjattivi tal-Unjoni li jħallu impatt fuq in-negozju, inklużi t-tassazzjoni, id-drittijiet tal-proprjetà, l-obbligi relatati mal-ambjent u mal-enerġija, ix-xogħol u aspetti tas-sigurtà soċjali;

(c)

il-faċilitazzjoni tal-aċċess tal-SMEs għal għarfien espert dwar l-ambjent, il-klima, l-effiċjenza fl-enerġija u l-kompetenza;

(d)

it-tisħiħ tan-netwerk ma' netwerks oħra ta' informazzjoni u konsulenza tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-EURES, iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni tal-Unjoni u ċ-Ċentru ta' Konsulenza InvestEU.

Is-servizzi mogħtija min-Netwerk f'isem programmi oħra tal-Unjoni għandhom ikunu ffinanzjati minn dawk il-programmi.

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-azzjonijiet fin-Netwerk biex ittejjeb partijiet jew elementi tiegħu li ma jkunux konformi mal-istandard minimu sabiex jingħata appoġġ omoġenu lill-intrapriżi mikro u lill-SMEs fl-Unjoni kollha.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu indikaturi u standards minimi bl-għan li jitkejjel l-impatt tan-Netwerk fir-rigward tal-objettivi speċifiċi u l-effikaċja tal-azzjonijiet għall-SMEs.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2).

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tistabbilixxi forom addizzjonali ta' appoġġ għall-SMEs mhux previsti f'dan il-paragrafu.[Em. 107]

4.   L-azzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

5.   L-azzjonijiet li jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet bl-għan li jiżviluppaw, japplikaw, jivvalutaw u jimmonitorjaw l-istandards internazzjonali fl-oqsma tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar u li jissorveljaw il-proċessi tagħhom għall-iffissar ta’ standards u li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

5a.   L-azzjonijiet li ġejjin, li jimplimentaw l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2)(d)(i), għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:

(a)

titjib fis-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni tal-konsumaturi permezz ta' edukazzjoni tul il-ħajja dwar id-drittijiet tal-konsumatur, u l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi biex jiffaċċjaw kwistjonijiet ġodda mqajma mill-iżvilupp teknoloġiku u d-diġitalizzazzjoni, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi ta' konsumaturi vulnerabbli;

(b)

aċċess garantit u faċli għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, soluzzjoni ta' tilwim online u informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju għall-konsumaturi u n-negozjanti kollha;

(c)

appoġġ għal infurzar aktar b'saħħtu tal-liġijiet tal-konsumatur, b'attenzjoni partikolari għal każijiet transfruntiera jew li jinvolvu partijiet terzi, koordinazzjoni u kooperazzjoni effikaċi bejn il-korpi nazzjonali tal-infurzar u kooperazzjoni fl-infurzar ma' pajjiżi terzi;

(d)

it-trawwim ta' konsum sostenibbli billi jiżdied l-għarfien tal-konsumaturi dwar id-durabbiltà u l-impatt ambjentali tal-prodotti, il-karatteristiċi tal-ekodisinn, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur f'dan ir-rigward u l-possibbiltà ta' rimedju f'każ ta' prodotti li ssirilhom ħsara malajr; [Em. 108]

6.   L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness I li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

7.   L-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness II li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

Artikolu 9

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Minbarra l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 7, l-entitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli taħt il-Programm:

(a)

l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)

pajjiż terz assoċjat mal-Programm skont l-Artikolu 5;

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali;

(c)

l-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm eċċezzjonalment huma eliġibbli li jipparteċipaw, sakemm l-azzjoni ssegwi l-objettivi tal-Unjoni u l-attivitajiet barra l-Unjoni jikkontribwixxu għall-effettività tal-interventi mwettqa fit-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplikaw it-Trattati.

3.   L-entitajiet Il-Kummissjoni tista' tippermetti lill-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm jistgħu jipparteċipaw fl-azzjonijiet li ġejjin: [Em. 109]

(a)

l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b);

(b)

l-azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tal-konsumatur li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i).

L-entitajiet li jipparteċipaw fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti a) u b) ma għandhomx ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, speċjalment meta jkun hemm riskju ta' trasferiment ta' teknoloġija innovattiva, ħlief meta jkun essenzjali għall-Programm, b’mod partikolari f’termini ta’ kompetittività u aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni jew f’termini ta’ protezzjoni tal-konsumaturi residenti fl-Unjoni. Dik l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika għall-entitajiet li għandhom skop ta’ qligħ. [Em. 110]

4.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu eliġibbli l-entitajiet speċifikati fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.

5.   Għall-azzjonijiet li jappoġġaw il-protezzjoni tal-konsumatur li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) u relatati man-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, għandhom ikunu eliġibbli l-korpi li ġejjin:

(a)

korp maħtur minn Stat Membru jew pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 5 li huwa mingħajr skop ta’ qligħ magħżul permezz ta’ proċedura trasparenti.

(b)

korp pubbliku.

6.   Pajjiżi terzi, assoċjati jew mhux assoċjati mal-Programm għandhom ikunu eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e):

(a)

miżuri ta’ protezzjoni meħuda fil-każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew tal-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz jew ta’ Stat Membru, ta’ waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III jew organiżmi ta’ ħsara elenkati fil-programm ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 16;

(b)

miżuri ta’ protezzjoni, jew attivitajiet oħra rilevanti, meħuda biex jappoġġaw l-istatus tas-saħħa tal-pjanti fl-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III fejn ikun meħtieġ sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li huma provokati b’dak il-mard tal-annimali li jkollu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni jew il-kummerċ, l-iżvilupp taż-żoonożi li jippreżentaw theddida għall-bniedem, jew l-iżvilupp xjentifiku jew epidemjoloġiku ġdid, kif ukoll il-mard tal-annimal li aktarx jikkostitwixxi theddida ġdida għall-Unjoni.

Ħlief fil-każ tal-mard tal-annimali u l-organiżmi ta’ ħsara li jkollhom impatt sostanzjali fuq l-Unjoni, fil-prinċipju, il-pajjiżi mhux assoċjati jenħtieġ li jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni tagħhom huma stess fl-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

7.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli dawn l-entitajiet ġuridiċi li ġejjin:

(a)

l-istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009;

(b)

għall-azzjonijiet li jappoġġaw lin-netwerks kollaborattivi, korpi oħrajn li joperaw fil-qasam tal-istatistika li mhumiex l-awtoritajiet imsemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu;

(c)

entitajiet li ma jkunux jagħmlu profitt, li jkunu independenti mill-industrija u mill-interessi kummerċjali jew tan-negozju jew interessi kunfliġġenti oħra, u li jkollhom bħala objettivi u attivitajiet prinċipali tagħhom, il-promozzjoni u l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u l-implimentazzjoni ta’ metodi ġodda ta’ produzzjoni ta’ statistika Ewropea li jimmiraw lejn żieda fl-effiċjenza u titjib fil-kwalità, fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 10

Benefiċjarji deżinjati

Dawn l-entitajiet li ġejjin jistgħu jingħataw għotja taħt il-Programm mingħajr sejħa għal proposti:

(a)

għall-azzjonijiet fil-qasam tas-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u fl-Artikolu 11 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha] (55); [Em. 111]

(b)

għall-azzjonijiet fil-qasam tal-akkreditament u s-sorveljanza tas-suq li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)3(2)(a)(i) ta' dan ir-Regolament, il-korp rikonoxxut taħt l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex iwettaq l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008; [Em. 112]

(c)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(d)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG), il-Fondazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju u l-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB);

(e)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i) b’rabta mar-rappreżentazzjoni tal-interess tal-konsumaturi fil-livell tal-Unjoni, il-Bureau Européen des Unions de Consommateurs (BEUC – l-Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi) u l-European Association for the Coordination of Consumer Representation in Standardisation (ANEC – l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzazzjoni) sakemm ma jkollhomx interessi kunfliġġenti u jirrappreżentaw permezz tal-membri tagħhom l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni f’mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Membri.

(f)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(ii), Finance Watch u Better Finance taħt dawn il-kundizzjonijiet, li għandhom jiġu vvalutati kull sena:

(i)

l-entitajiet jibqgħu entitajiet mhux governattivi u mingħajr skop ta’ qligħ, indipendenti mill-industrija, mill-kummerċ jew min-negozju;

(ii)

ma jkollhomx interessi kunfliġġenti u jirrappreżentaw permezz tal-membri tagħhom l-interessi tal-konsumaturi tal-Unjoni u ta’ utenti aħħarin oħrajn fil-qasam tas-servizzi finanzjarji;

(g)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament:

(i)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-entitajiet affiljati tagħhom, l-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentri ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikoli 92, 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (56) u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

(ii)

fil-każ biss tal-azzjonijiet deskritti fl-Artikolu 9(6)(a) u (b) ta’ dan ir-Regolament, il-pajjiżi terzi, assoċjati jew mhux assoċjati mal-Programm;

(h)

għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Fir-rigward tal-punt (e) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tadatta l-lista ta' entitajiet li jistgħu jingħataw għotja fil-qafas tal-Programm, għal azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(d)(i). [Em. 113]

Artikolu 11

Evalwazzjoni u kriterji tal-għotji

Il-kumitat(i) ta’ evalwazzjoni għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) jista’/jistgħu jkun(u) magħmul(in) kollu/kollha jew parzjalment minn esperti esterni. Il-ħidma tal-kumitat(i) ta' evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tat-trasparenza, it-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni. [Em. 114]

Artikolu 12

Ir-regoli tal-kofinanzjament

1.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a)(ii) ta’ dan ir-Regolament b’referenza għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm u b’referenza għall-faċilitajiet ta’ ttestjar tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 20 tal-[Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fuq il-prodotti u għall-infurzar tagħha], il-Programm jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli ta’ azzjoni, sakemm il-prinċipju ta’ kofinanzjament kif definit fir-Regolament Finanzjarju ma jinkisirx. [Em. 115]

2.   Għall-għotjiet mogħtija lill-Bord tas-Sorveljanza tal-Interess Pubbliku (PIOB) li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), jekk il-finanzjament mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti (IFAC) f’sena partikolari jammonta għal aktar minn żewġ terzi tal-finanzjament totali annwali, il-kontribuzzjoni annwali għal dik is-sena għandha tkun limitata għal ammont massimu speċifikat fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16.

3.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, bil-kundizzjoni li l-prinċipju ta’ kofinanzjament kif definit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju ma jinkisirx.

4.   Għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, il-Programm jista’ jiffinanzja sa 95 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-azzjonijiet li jappoġġaw in-netwerks kollaborattivi kif imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 13

Spejjeż eliġibbli

Minbarra l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 186 tar-Regolament Finanzjarju, il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż li ġejjin għandhom japplikaw għall-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) ta’ dan ir-Regolament:

(a)

kif imsemmi fl-Artikolu 193(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli qabel id-data tat-tnedija tal-azzjoni;

(b)

dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu eliġibbli wkoll bħala riżultat tal-miżuri meħuda b’rabta mas-suspett ta’ okkorrenza ta’ marda jew il-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara, bil-kundizzjoni li dik l-okkorrenza jew preżenza tkun sussegwentement ikkonfermata.

L-ispejjeż imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu għandhom ikunu eliġibbli mid-data tan-notifika tal-okkorrenza tal-marda jew il-preżenza tal-organiżmu ta’ ħsara lill-Kummissjoni.

Artikolu 14

Finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-Programm, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni li jagħmel il-kontribuzzjoni għandhom japplikaw lill-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi pro-rata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.   L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni tas-Siġill ta’ Eċċellenza, jew li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kumulattivi u komparattivi:

(a)

ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-Programm;

(b)

jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ kwalità ta’ dik is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) XX [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], jew ir-Regolament (UE) XX [li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali] b'mod partikolari l-objettiv dwar il-Ħiliet Diġitali Avvanzati, bil-kundizzjoni li t-tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-objettivi tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jkun qed jipprovdi l-appoġġ. [Em. 116]

3.   Operazzjoni tista’ tirċievi appoġġ minn programm tal-Unjoni wieħed jew aktar. Fit-tali każijiet, in-nefqa ddikjarata f’talba għall-ħlas ma għandhiex tiġi ddikjarata f’talba għall-ħlas għal programm ieħor.

4.   L-ammont tan-nefqa li għandu jiddaħħal f’talba għall-ħlas jista’ jiġi kkalkulat għal kull programm kkonċernat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokument li jistipula l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

KAPITOLU III

OPERAZZJONIJIET TA’ TAĦLIT

Artikolu 15

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi taħt dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b’konformità mar-[regolament dwar l-InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

KAPITOLU IV

IPPROGRAMMAR, MONITORAĠĠ, IMPLIMENTAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 16

Implimentazzjoni tal- Programm

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programm(i) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-Regolament bl-għan li tadotta l-programm(i) ta' ħidma msemmi(ja) fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu annwali jew pluriennali u għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu l-objettivi li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Għandhom ukoll jistabbilixxu fid-dettall deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv għall-implimentazzjoni. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit. [Em. 117]

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-programmi atti delegati f'konformità mal-Artikolu 20 u tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta programmi ta' ħidma li jimplimentaw skont l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) kif stipulat fl-Anness I, permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). [Em. 118]

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jiġu implimentati l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikoli 14 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

Artikolu 17

Monitoraġġ u rappurtar

1.   L-indikaturi għar-rappurtar dwar il-progress tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-Programm lejn il-kisba fil-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2) huma stabbiliti fl-Anness IV. [Em. 119]

2.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fl-Anness IV fejn jitqies neċessarju u biex tissuplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rappurtar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti fuq l-Istati Membri.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar Mhux aktar tard minn … [erba' snin wara li tibda l-implimentazzjoni tal-Programm], il-Kummissjoni iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni għandha tfassal rapport ta' evalwazzjoni interim tal-Programm dwar il-kisba tal-objettivi tal-azzjonijiet appoġġati minnu, ir-riżultati u l-impatti, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud li jġib għall-Unjoni. [Em. 120]

3.   Fir-rigward tal-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(c)(ii), il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali dwar l-attività tal-Fondazzjoni tal-tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju fir-rigward tal-iżvilupp tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, tal-PIOB u tal-EFRAG. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   F’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika għall-parti tal-evalwazzjonijiet li jirrigwardaw l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f) ta’ dan ir-Regolament, qabel ma dawn jiġu adottati u ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Mhux aktar tard minn erba' [tliet snin fi wara t-tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1,], il-Kummissjoni għandha titwettaq tfassal rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-impatt fit-tul tal-Programm mill-Kummissjoni, dwar ir-riżultati u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet u dwar is-sinerġiji bejn il-programmi ta' ħidma differenti. [Em. 121]

6.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, tippreżenta r-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 5, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet mill-konklużjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u tqegħidhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Jekk ikun xieraq, ir-rapporti għandhom ikunu akkumpanjati minn proposti li jimmodifikaw il-Programm. [Em. 122]

Artikolu 19

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 dwar l-investigazzjonijiet imwettqa mill-(OLAF).

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 123]

3.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat ta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fihafih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun diġà fis-seħħ. [Em. 124]

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti deżinjati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(3b), 9, 10, 16 u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se sejrin joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 125]

Artikolu 21

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (57). Dak il-kumitat għandu jkun minn kumitat skont it-tifsira fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (58). [Em. 126]

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb bi proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi tterminata mingħajr riżultat meta, fil-perjodu ta’ żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew maġġoranza sempliċi ta’ membri tal-kumitat jitolbu hekk.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 22

Informazzjoni, komunikazzjoni u reklamar

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku. [Em. 127]

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet ta' natura sempliċi, sabiex tinsensibilizza lill-konsumaturi, iċ-ċittadini, in-negozji – speċjalment l-SMEs – u l-amministrazzjonijiet pubbliċi dwar ir-riżorsi pprovduti permezz tal-istrumenti finanzjarji ta' dan ir-Regolament, kif ukoll dwar l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi imsemmija msemmija fl-Artikolu 3. [Em. 128]

3.   Il-Kummissjoni (l-EUROSTAT) għandha timplimenta attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu meta dawn jirrigwardaw il-ġbir ta' data u l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea, b’konformità mal-prinċipji dwar l-istatistika kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009. [Em. 129]

Artikolu 23

Tħassir

Ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, (UE) Nru 258/2014, (UE) Nru 652/2014 u (UE) 2017/826 li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont il-programmi preċedenti tiegħu stabbiliti permezz tal-atti elenkati fil-paragrafu 1.

3.   Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(3), sabiex jippermettu l-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 25

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 40.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 259.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2019.

(4)  Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(7)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(8)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(9)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(10)  COM(2018) 439 final

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 – 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

(12)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(16)  Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).

(17)  Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

(18)  Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2017/826 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni biex jappoġġa attivitajiet speċifiċi li jsaħħu l-involviment tal-konsumaturi u utenti aħħarin oħrajn tas-servizzi finanzjarji fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji għall-perjodu 2017-2020 (ĠU L 129, 19.5.2017, p. 17).

(20)  [żieda]Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(22)  Ir-referenza trid tiġi aġġornata: ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1. Il-ftehim huwa disponibbli fuq: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013Q1220(01)

(23)  ĠU L 90, 28.3.2006, p. 2

(24)  COM(2010)0700.

(25)  COM(2017)0623.

(26)  COM(2018)0442.

(27)  COM(2018)0443.

(28)  COM(2018)0372.

(29)  COM(2018)0439.

(30)  COM(2018)0447.

(31)  COM(2018)0435.

(32)  COM(2018)0434.

(33)  COM(2018)0375.

(34)  COM(2018)0367

(35)  COM(2018)0322, Artikolu 10.

(36)  COM(2018)0382.

(37)  COM(2018)0393.

(38)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(39)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(40)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).

(41)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1)

(42)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered. (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).

(43)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(44)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(45)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

(46)  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2).

(47)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(48)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(49)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(50)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(51)  Ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42).

(52)  Ir-Regolament (UE) Nru 258/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ programm tal-Unjoni għas-sostenn ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE (ĠU L 105, 8.4.2014, p. 1).

(53)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

(54)  [żieda]

(55)  COM(2017)0795.

(56)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(57)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 031, 01.02.2002, p. 1).

(58)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

ANNESS I

Azzjonijiet eliġibbli li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e)

L-azzjonijiet li ġejjin – l-aktar implimentati permezz ta’ għotjiet u akkwist – li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament:

1.   Miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji

1.1.

Miżuri ta’ emerġenza veterinarji u fitosanitarji li għandhom jittieħdu bħala riżultat tal-konferma tal-okkorrenza ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew żoonożi elenkati fl-Anness III jew tal-konferma tal-preżenza ta’ organiżmu ta’ ħsara wieħed jew aktar jew ta’ jekk ikun hemm theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti tal-Unjoni.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu implimentati immedjatament u l-applikazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni rilevanti.

1.2.

Fir-rigward tal-emerġenzi fitosanitarji, il-miżuri li ġejjin meħuda mill-Istati Membri kontra l-ewwel tifqigħa ta’ organiżmi ta’ ħsara f’żona partikolari:

(a)

miżuri li jipprevjenu, irażżnu u/jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 130]

(b)

miżuri li jipprevjenu, irażżnu u/jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsara pest , mhux elenkat bħala organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista’ jikkwalifika bħala organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f’dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 131]

(c)

miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara pest , kontra liema jkunu ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-punt (a) ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt  fil-punti (a) u (b) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra minn aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsara il-pest, bir-restrizzjoni tal-moviment liberu tat-trasportaturi fl-Istati Membri tal-madwar, jekk ikun hemm bżonn . [Em. 132]

(ca)

miżuri biex jinqered pest li jitfaċċa f'salt, anki jekk ma jkunx ikkunsidrat pest ta' kwarantina tal-Unjoni iżda r-riżultat ta' avvenimenti klimatiċi estremi jew tibdil fil-klima fi Stat Membru. [Em. 133]

1.3.

Jista’ jiġi provdut ukoll finanzjament mill-Unjoni għall-miżuri li ġejjin:

1.3.1.

Il-miżuri ta’ protezzjoni meħuda f’każ ta’ theddida diretta għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni b’riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju ta’ pajjiż terz, Stat Membru jew PTEE, ta’ waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III kif ukoll il-miżuri ta’ protezzjoni, jew attivitajiet rilevanti oħrajn, meħuda b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni;

1.3.2.

Il-miżuri msemmija f’dan l-Anness imwettqa minn żewġ Stati Membri jew aktar li jikkollaboraw mill-qrib biex jikkontrollaw l-epidemija;

1.3.3.

L-istabbiliment ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi maħsuba għall-kontroll tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III, fejn il-Kummissjoni, fuq talba ta’ Stat Membru, tqis li l-istabbiliment ta’ ħażniet bħal dawn huma meħtieġa f’dak l-Istat Membru;

1.3.4.

L-istabbiliment ta’ ħażniet ta’ prodotti bijoloġiċi jew l-akkwist ta’ dożi ta’ vaċċin jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp f’pajjiż terz jew fi Stat Membru ta’ waħda mill-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati fl-Anness III tista’ tikkostitwixxi theddida għall-Unjoni.

1.3.4a.

Jekk ikun hemm suspett ta' tifqigħa ta' marda tal-annimali u/jew jitfaċċaw organiżmi li jagħmlu l-ħsara, dan ikun jirrikjedi verifiki u monitoraġġ ferm aktar intensivi fl-UE kollha, kemm fit-territorju u kemm fil-fruntieri esterni tagħha; [Em. 134]

1.3.4b.

Miżuri għall-monitoraġġ tad-dehra ta' mard u pesti magħrufa u mhux magħrufa fil-preżent. [Em. 135]

2.   Programmi veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali

2.1.

Programmi veterinarji u fitosanitarji annwali u pluriennali għall-qerda għall-prevenzjoni, il-qerda , il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati fl-Anness III u tal-organiżmi ta’ ħsara tal-pesti tal-pjanti jridu jiġu implimentati f’konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fid-dritt tal-Unjoni rilevanti. [Em. 136]

Il-kundizzjonijiet biex l-azzjonijiet jikkwalifikaw għall-finanzjament għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16.

Il-programmi għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel il-perjodu tal-implimentazzjoni ppjanat.

Wara l-preżentazzjoni ta’ rapporti finanzjarji intermedji mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni tista’, jekk meħtieġ, temenda l-ftehimiet tal-għotjiet fir-rigward tal-perjodu kollu tal-eliġibbiltà.

Dawn il-programmi għandhom jirriflettu r-realtajiet ġodda kkawżati mit-tibdil fil-klima u d-diversità tagħhom fil-livell Ewropew; dawn għandhom jgħinu wkoll biex tiġi evitata l-erożjoni tal-bijodiversità Ewropea. [Em. 137]

2.2.

Jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp ta’ waħda mill-mard tal-annimali jew iż-żoonożi elenkati fl-Anness III x’aktarx li jkunu ta’ theddida għall-istatus tas-saħħa tal-Unjoni u sabiex l-Unjoni titħares mill-introduzzjoni ta’ waħda minn dawn il-mard jew iż-żoonożi jew jekk ikunu meħtieġa miżuri ta’ protezzjoni b’appoġġ għall-istatus tas-saħħa tal-pjanti tal-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programmi nazzjonali tagħhom miżuri li jridu jiġu implimentati fit-territorji ta’ pajjiżi terzi b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi. Fl-istess ċirkostanzi u għall-istess objettiv, il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jingħata direttament lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi.

2.3.

Fir-rigward tal-programmi fitosanitarji, il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jingħata lill-Istati Membri għall-miżuri li ġejjin:

(a)

stħarriġ, tul perjodi speċifiċi ta’ żmien, li mill-inqas jeżamina l-preżenza ta’ kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara ta’ kwarantina fl-Unjoni, u s-sinjali jew is-sintomi ta’ kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara soġġett għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew il-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

stħarriġ, tul perjodu speċifiku ta’ żmien, li mill-inqas jeżamina l-preżenza ta’ kwalunkwe organiżmu ta’ ħsara, għajr l-organiżmi ta’ ħsara msemmija fil-punt (a), li jista’ jirrappreżenta riskju emerġenti għall-Unjoni, u li d-dħul jew it-tixrid ta’ dawk l-organiżmi ta’ ħsara jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-agrikoltura jew il-foresti tal-Unjoni;

(c)

miżuri li jipprevjenu, irażżnu jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 138]

(d)

miżuri li jipprevjenu, irażżnu jew jeqirdu organiżmu ta’ ħsara pest , mhux elenkat bħala organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni, meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u li jista’ jikkwalifika bħala organiżmu ta’ ħsara pest ta’ kwarantina fl-Unjoni skont il-kriterji msemmija f’dak l-Artikolu jew fl-Artikolu 30(1) ta’ dak ir-Regolament; [Em. 139]

(e)

miżuri protettivi addizzjonali meħuda kontra t-tixrid ta' organiżmu ta' ħsara, pest kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, għajr il-miżuri ta' qerda msemmija fil-punt fil-punti  (c)  u ta' dan il-punt u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt (d) ta' dan il-punt, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra minn aktar tixrid ta' dak l-organiżmu ta' ħsara il-pest . [Em. 140]

(f)

miżuri għat-trażżin ta’ organiżmu ta’ ħsara, kontra liema ġew adottati miżuri tat-trażżin tal-Unjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jew l-Artikolu 30(3) ta’ dak ir-Regolament, f’żona infestata li l-organiżmu ta’ ħsara ma jistax jinqered minnha, meta dawk il-miżuri jkunu essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar tixrid ta’ dak l-organiżmu ta’ ħsara.

Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 16 għandu jiddetermina l-lista ta’ organiżmi ta’ ħsara li jridu jiġu koperti taħt dawn il-miżuri.

3.

L-attivitajiet Attivitajiet ta’ appoġġ għat-titjib tal-benessri tal-annimali inklużi miżuri sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards tal-benessri tal-annimali u t-traċċabbiltà anki waqt it-trasport tal-annimali . [Em. 141]

4.

Il-Laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċentri ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea, imsemmija fl-Artikoli 92, 95 u 97 tar-Regolament (UE) 2017/625.

5.

Programmi ta’ kontroll ikkoordinati u ġbir ta’ informazzjoni u data, imsemmija fl-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625.

6.

Attivitajiet għall-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u għall-ġlieda kontra l-frodi alimentari.

7.

Attivitajiet li jappoġġaw produzzjoni u il-produzzjoni agroekoloġika , konsum sostenibbli tal-ikel , li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u lill-bijodiversità, u l-promozzjoni tal-bejgħ dirett u ktajjen tal-provvista qosra . [Em. 142]

8.

Il-bażijiet tad-data Databases s-sistemi kompjuterizzati ta’ ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-leġiżlazzjoni relatata mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u li għandhom valur miżjud mixhud bi prova għall-Unjoni kollha kemm hi ; implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda biex titjieb it-traċċabbiltà tal-prodotti, bħall-kodiċi QR fuq l-imballaġġ tal-prodotti . [Em. 143]

9.

It-taħriġ tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali u partijiet oħrajn involuti fil-ġestjoni u/jew fil-prevenzjoni tal-mard tal-annimali jew tal-organiżmi ta’ ħsara tal-pjanti, kif imsemmija fl-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) 2017/625.

10.

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u tas-sussistenza ta’ kuljum imġarrba mill-esperti tal-Istati Membri b’riżultat tal-ħatra tagħhom mill-Kummissjoni biex jgħinu lill-esperti tagħha kif previst fl-Artikoli 116(4) u 120(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/625.

11.

Xogħol tekniku u xjentifiku, inklużi studji u attivitajiet ta’ koordinazzjoni, meħtieġa biex jissalvagwardaw il-prevenzjoni tad-dehra ta' pesti u mard ġodda u mhux magħrufa u biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni fil-qasam relatat mal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) u l-adattament ta’ din il-leġiżlazzjoni għal żviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali. [Em. 144]

12.

L-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali li joperaw bl-għan li jilħqu l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e) b’appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli relatati ma’ dak l-objettiv.

13.

Il-proġetti organizzati minn Stat Membru wieħed jew aktar bl-għan li tittejjeb, permezz tal-użu ta’ tekniki u protokolli innovattivi, l-implimentazzjoni effiċjenti tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e).

14.

L-appoġġ Appoġġ għall-inizjattivi ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni mill-Unjoni u l-Istati Membri bl-għan li jiġu żgurati produzzjoni u konsum tal-ikel imtejba, konformi u sostenibbli, inkluż l-attivitajiet għall-prevenzjoni fosthom il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel – li tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari – l-frodi l-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi alimentari, fl-implimentazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(e). [Em. 145]

15.

Il-miżuri mwettqa biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u l-benessri tal-annimali, implimentati fuq l-annimali, il-prodotti tal-annimali, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti li jaslu minn pajjiżi terzi fil-fruntiera tal-Unjoni.

(1)  Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4).

ANNESS II

Azzjonijiet eliġibbli li jimplimentaw l-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f)

L-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja, komparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-istatistika Ewropea tippermetti liċ-ċittadini Ewropej jifhmu u jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u fid-dibattitu dwar l-istat preżenti u dak futur tal-Unjoni.

Flimkien mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea, il-Programm jipprovdi l-qafas globali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għall-2021-2027. L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u disseminata skont dak il-qafas u f’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi tal-Prattika tal-Istatistika Ewropea permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib u kkoordinata fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS).

L-istatistika Ewropea żviluppata, prodotta u disseminata taħt dan il-qafas tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni kif stabbilit fit-TFUE u kif rifless ulterjorment fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni.

Fl-implimentazzjoni tal-objettiv speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(f), għandhom jitwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

L-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Globalizzazzjoni u l-Kummerċ

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja li tirfed il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, il-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma u ċ-ċiklu annwali tal-Unjoni tal-monitoraġġ u l-gwida ekonomiċi;

il-provvista, u fejn meħtieġ, it-titjib tal-Indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP);

il-provvista ta’ statistika u gwida metodoloġika dwar it-trattament statistiku tal-istrumenti ta’ investiment u tal-baġit b’appoġġ għall-konverġenza ekonomika, għall-istabbiltà finanzjarja u għall-ħolqien tal-impjiegi;

il-provvista tal-istatistika għall-iskopijiet ta’ riżorsi proprji u r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-persunal tal-UE;

il-kejl aħjar tal-kummerċ fl-oġġetti u fis-servizzi, tal-investiment dirett barrani, tal-ktajjen ta’ valur mondjali u tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq l-ekonomiji tal-Unjoni. [Em. 146]

Is-Suq Uniku, l-Innovazzjoni u t-Tranżizzjoni Diġitali

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja u affidabbli għas-Suq Uniku, il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża u oqsma ewlenin tal-innovazzjoni u r-riċerka;

il-provvista ta’ aktar statistika u statistika aktar fil-ħin dwar l-ekonomija kollaborattiva u l-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq in-negozji u ċ-ċittadini Ewropej.

Id-dimensjoni soċjali tal-Ewropa

il-provvista ta’ statistika ta’ kwalità għolja, tempestiva u affidabbli għall-appoġġ tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u Politika l-Politika tal-Ħiliet tal-Unjoni, inkluż li tinkludi – iżda mhux biss statistika dwar is-suq tax-xogħol, l-impjiegi, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-introjtu, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-faqar, l-inugwaljanza, il-protezzjoni soċjali, ix-xogħol mhux iddikjarat u l-kontijiet satellita fuq il-ħiliet; [Em. 147]

il-provvista ta’ statistika relatata mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà;

it-titjib tal-istatistika dwar il-migrazzjoni b’mod partikolari dwar is-sitwazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti u l-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni u l-livelli ta’ kwalifika tal-applikanti għall-ażil;

l-iżvilupp ta’ programmi modernizzati għaċ-Ċensiment dwar il-Popolazzjoni u l-Abitazzjoni ta’ wara l-2021 u statistika dwar il-popolazzjoni;

il-provvista ta’ projezzjonijiet tal-popolazzjoni u l-aġġornamenti annwali tagħhom.

L-Iżvilupp Sostenibbli, ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent

il-monitoraġġ tal-progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs);

l-iżvilupp ulterjuri tal-istatistika b’appoġġ għall-Istrateġija tal-Enerġija, l-ekonomija ċirkolari u l-istrateġija tal-plastik;

il-provvista ta’ statistika u indikaturi ambjentali ewlenin inkluż dwar l-iskart, l-ilma, il-bijodiversità, il-foresti, l-użu tal-art u l-kopertura tal-art kif ukoll statistika relatata mal-klima u kontijiet ekonomiċi tal-ambjent;

il-provvista ta’ statistika fil-qasam tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri biex tappoġġa l-politiki tal-Unjoni u

l-iżvilupp ta’ indikaturi oħrajn biex jiġu monitorjati l-intermodalità u l-bidla modali lejn mezzi ta’ trasport li jirrispettaw aktar l-ambjent;

il-provvista ta’ data tempestiva u rilevanti għall-ħtiġijiet tal-Politika Agrikola Komuni u tal-politika Komuni tas-Sajd kif ukoll politiki relatati mal-ambjent, is-sigurtà alimentari u l-benessri tal-annimali.

Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali

il-provvista ta’ indikaturi statistiċi tempestivi u komprensivi dwar ir-reġjuni, inkluż ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, il-bliet u ż-żoni rurali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effettività tal-politiki dwar l-iżvilupp territorjali, u għall-evalwazzjoni tal-impatti territorjali tal-politiki settorjali;

l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; u l-iżvilupp ta’ statistika dwar il-pulizija u is-sigurtà;

iż-żieda fl-użu tad-data ġeospazjali u l-integrazzjoni u l-inklużjoni sistematiċi tal-ġestjoni tal-informazzjoni ġeospazjali fil-produzzjoni tal-istatistika.

Komunikazzjoni aħjar tal-istatistika Ewropea u l-promozzjoni tagħha bħala sors affidabbli fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online

il-promozzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea bħala sors affidabbli ta’ evidenza u jiġu ffaċilitati l-verifikaturi tal-fatti, ir-riċerkaturi u l-awtoritajiet pubbliċi biex jużawha fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni online;

ikun aktar faċli għall-utenti biex jaċċessaw u jifhmu l-istatistika, inkluż bil-provvista ta’ viżwalizzazzjonijiet attraenti u interattivi, servizzi aktar speċjalizzati bħal pereżempju data fuq talba u analitika self-service;

l-iżvilupp ulterjuri u l-monitoraġġ tal-qafas tal-assigurazzjoni tal-kwalità għall-istatistika Ewropea, inkluż permezz ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-konformità tal-Istati Membri mal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea;

il-provvista tal-aċċess għall-mikrodata għall-iskopijiet ta’ riċerka filwaqt li jiġu salvagwardjati l-ogħla standards possibbli fil-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità tal-istatistika.

Jinkisbu l-benefiċċji tar-revoluzzjoni tad-data u ċ-ċaqliq lejn statistika intelliġenti fdata

it-tisħiħ tal-użu ta’ sorsi ta’ data diġitali ġodda u l-istabbiliment tal-pedamenti ta’ statistika intelliġenti fdata biex tiġi prodotta statistika ġdida kważi fil-ħin reali permezz ta’ algoritmi fdati;

l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda sabiex tintuża d-data miżmuma privatament permezz tal-adozzjoni tal-komputazzjoni li jippreserva l-privatezza u ta’ metodi ta’ komputazzjoni sikura ta’ diversi partijiet;

il-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni l-aktar avvanzati fil-qasam tal-istatistika uffiċjali, inkluż bl-użu tan-netwerks kollaborattivi u l-provvista ta’ Programmi Ewropej ta’ Taħriġ Statistiku.

Sħubiji u kooperazzjoni statistika estiżi

it-tisħiħ tas-sħubija tal-ESS u tal-kooperazzjoni mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali;

it-trawwim ta’ sħubijiet mad-detenturi tad-data privata u pubblika u mas-settur tat-teknoloġija biex jiġu ffaċilitati l-aċċess għad-data għall-iskopijiet statistiċi, l-integrazzjoni tad-data minn sorsi multipli u l-użu tal-aħħar teknoloġiji;

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni mar-riċerka u l-akkademja, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu ta’ sorsi ġodda ta’ data, l-analitika tad-data u l-promozzjoni tal-litteriżmu statistiku;

il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi għall-benefiċċju tal-istatistika uffiċjali dinjija.

ANNESS III

Lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi

(1)

Il-marda Afrikana taż-żwiemel

(2)

Id-deni Afrikan tal-ħnieżer

(3)

L-antraċe

(4)

L-influwenza avjarja (b’patoġeniċità għolja),

(5)

L-influwenza avjarja (b’patoġeniċità baxxa)

(6)

Il-kampilobatterjożi

(7)

Id-deni klassiku tal-ħnieżer

(8)

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

(9)

Il-plewroplewmonite li tittieħed fil-mogħoż

(10)

Il-glanders

(11)

L-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24),

(12)

L-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis

(13)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda epiżootika tal-emorraġija

(14)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda

(15)

L-infezzjoni bil-Mycoplasma mycoides subsp. mycoides SC (plewropulmonite bovina li tittieħed),

(16)

L-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis)

(17)

L-infezzjoni bil-virus tal-marda Newcastle

(18)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti ż-żgħar

(19)

L-infezzjoni bil-virus tar-rabja

(20)

L-infezzjoni bil-virus tad-deni tal-Wied tar-Rift

(21)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta bovina

(22)

L-infezzjoni bis-servorari tas-Salmonella żoonotika

(23)

L-infestazzjoni bl-Echinococcus spp

(24)

Il-listerjożi

(25)

Il-ġidri tan-nagħag u l-ġidri tal-mogħoż

(26)

L-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli

(27)

It-trikinellożi

(28)

L-enċefalomijelite ekwina tal-Venezwela

(29)

L-E. coli verotossiġeniku

Il-lista ta' mard tal-annimali u żoonożi tkopri:

(a)

il-lista ta' mard imfassla skont il-Kapitolu 2 tal-Parti 1 tar-Regolament (UE) 2016/429;

(b)

is-salmonella, iż-żoonożi u l-aġenti żoonotiċi koperti mir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 u d-Direttiva 2003/99/KE  (1);

(c)

l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli. [Em. 148]


(1)   Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u ta’ l-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31).

ANNESS IV

INDIKATURI

L-objettiv Objettiv

Indikatur

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a) 3(2)(a)(i)

1 -

L-għadd ta’ lmenti u każijiet ġodda ta’ nonkonformità fil-qasam tal-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi, kif ukoll Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku.

2 -

L-Indiċi tar-Restrittività għall-Kummerċ fis-Servizzi.

3 -

L-għadd ta’ żjarat fil-portal l-Ewropa Tiegħek.

4 -

L-għadd ta’ kampanji konġunti ta’ sorveljanza tas-suq.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(a)(ii)

1 -

L-għadd ta' lmenti u każijiet ġodda ta' nonkonformità fil-qasam tal-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi u l-bejgħ online.

2 -

L-għadd ta' kampanji konġunti ta' sorveljanza tas-suq u sikurezza tal-prodotti.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b)

1 -

L-għadd ta’ SMEs li qed jirċievu appoġġ mill-programm u min-Netwerk.

2 -

L-għadd ta’ kumpaniji appoġġati li kkonkludew sħubiji sħubijiet kummerċjali.

2a -

L-għadd ta' imprendituri li jibbenefikaw minn skemi ta' mentoraġġ u mobbiltà.

2b -

It-tnaqqis fl-ispejjeż u l-ħin biex titwaqqaf SME.

2c -

L-għadd ta' netwerks ta' intrapriżi maħluqa meta mqabbel max-xenarju bażi.

2d -

L-għadd ta' Stati Membri li jużaw it-test tal-SME.

2e -

Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri b'one-stop-shop għan-negozji l-ġodda.

2f -

Iż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw u ż-żieda fil-proporzjon ta' SMEs li jesportaw barra l-Unjoni meta mqabbel max-xenarju bażi.

2 g -

Iż-żieda sinifikanti fl-għadd ta' Stati Membri li jimplimentaw soluzzjonijiet intraprenditorjali li għandhom fil-mira tagħhom intraprendituri potenzjali, żgħażagħ, ġodda u nisa, kif ukoll gruppi fil-mira speċifiċi oħra meta mqabbel max-xenarju bażi.

2h -

Iż-żieda fil-proporzjon taċ-ċittadini tal-Unjoni li jixtiequ jkunu impjegati għal rashom meta mqabbel mal-linja bażi.

2i -

Il-prestazzjoni tal-SMEs fir-rigward tas-sostenibbiltà li għandha titkejjel, fost l-oħrajn, miż-żieda fil-proporzjon tal-SMEs fl-Unjoni li jiżviluppaw prodotti u servizzi tal-ekonomija blu u prodotti u servizzi ekoloġiċi  (1a) u mit-titjib tagħhom fl-effiċjenza fir-riżorsi (li jistgħu jinkludu l-enerġija, il-materjal jew l-ilma, ir-riċiklaġġ, eċċ.) meta mqabbel max-xenarju bażi.

*l-indikaturi kollha għandhom jitqabblu mas-sitwazzjoni attwali fl-2018.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(c)

(i)

(ii)

1 -

Il-kondiviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ standards Ewropej bħala standards nazzjonali mill-Istati Membri f’ammont totali ta’ standards Ewropej attivi.

2 -

Il-perċentwal ta’ standards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju u standards ta’ awditjar approvati mill-Unjoni.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(d)

(i)

(ii)

1 -

L-Indiċi tal-kundizzjoni tal-konsumatur. tal-Kundizzjoni tal-Konsumatur .

2 -

L-għadd ta’ dokumenti ta’ pożizzjoni u tweġibiet għall-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji mill-benefiċjarji.

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(e)

1 -

L-għadd ta’ programmi nazzjonali veterinarji u fitosanitarji implimentati b’suċċess.

2 -

L-għadd ta' emerġenzi kkawżati minn pesti riżolti b'suċċess;

3 -

L-għadd ta' emerġenzi kkawżati minn mard riżolti b'suċċess;

L-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(f)

1-

L-impatt tal-istatistika ppubblikata fuq l-internet: l-għadd ta’ referenzi fuq il-web u opinjonijiet pożittivi/negattivi.

[Em. 149]


(1a)   Prodotti u servizzi ekoloġiċi huma dawk b'funzjoni predominanti li jnaqqsu r-riskju ambjentali u jimminimizzaw it-tniġġis u r-r-riżorsi. Prodotti b'karatteristiċi ambjentali (b'ekodisinn, ekotikketta, prodotti b'mod organiku, u b'kontenut riċiklat importanti) huma inklużi wkoll. Sors: Flash Ewrobarometru 342, "SMEs, Resource Efficiency and Green Markets


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/295


P8_TA(2019)0074

VAT: Sistema definittiva għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta' miżuri tekniċi dettaljati għat-tħaddim ta' sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2018)0329 – C8-0317/2018 – 2018/0164(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2020/C 449/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0329),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0317/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0028/2019),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 62/227/KEE  (1) u 67/228/KEE (2), sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3), li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi.

(1)

Meta fl-1967 il-Kunsill adotta s-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 67/227/KEE  (1) u 67/228/KEE (2), sar impenn biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT għat-tassazzjoni ta' kummerċ bejn Stati Membri li topera bl-istess mod daqslikieku fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji tal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (3), li hija attwalment fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji jridu jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi bbażati fil-prinċipju fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini tal-provvista tal-merkanzija jew tas-servizzi. Madankollu, dawk ir-regoli tranżitorji ilhom fis-seħħ għal diversi għexieren ta' snin u wasslu għal sistema ta' VAT kumplessa u tranżitorja suxxettibbli għal frodi tal-VAT transfruntiera intra-Unjoni. Dawk ir-regoli tranżitorji fihom bosta nuqqasijiet, u jwasslu biex is-sistema tal-VAT la tkun kompletament effiċjenti u lanqas kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq uniku veru. Il-vulnerabbiltà tas-sistema tranżitorja tal-VAT saret ovvja biss ftit snin wara l-introduzzjoni tagħha. Minn dak iż-żmien 'l hawn ittieħdu bosta azzjonijiet leġiżlattivi (it-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva, skadenzi iqsar għad-dikjarazzjonijiet rikapitulattivi, reverse charge settorjali) u mhux leġiżlattivi. Madankollu, l-istudji riċenti dwar id-diskrepanza fil-VAT juru li ċ-ċifri tal-VAT mhux miġbura għadhom enormi. Din hija l-ewwel proposta leġiżlattiva mill-introduzzjoni tar-regoli attwali dwar il-VAT fl-1992 li għandha l-għan li tindirizza l-għeruq tal-frodi transfruntiera. Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji”, il-Kummissjoni identifikat il-kumplessità tar-regolamenti kurrenti dwar il-VAT bħala wieħed mill-ostakli maġġuri għat-tlestija tas-suq uniku. Fl-istess ħin, id-diskrepanza fil-VAT, iddefinita bħala d-differenza bejn l-ammont ta' dħul mill-VAT attwalment miġbur u l-ammont teoretiku li huwa mistenni li jinġabar, kienet qed tiżdied, u fl-2015 laħqet EUR 151,5  biljun fl-UE-28. Din turi l-bżonn ta' riforma urġenti u komprensiva tas-sistema tal-VAT li twassal għal sistema definittiva tal-VAT li tiffaċilita u tissimplifika l-kummerċ intra-Unjoni transfruntier u tagħmel is-sistema aktar reżiljenti għall-frodi.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Barra minn hekk, fil-passat il-Kummissjoni, appoġġjata mill-Parlament Ewropew, dejjem irrimarkat li sistema tal-VAT ibbażata fuq it-tassazzjoni fl-oriġini kienet ir-risposta korretta biex is-sistema tal-VAT tal-Unjoni ssir aktar reżistenti għall-frodi, u aktar konformi mal-funzjonament tajjeb tas-suq uniku. L-inizjattiva kurrenti, madankollu, hija bbażata fuq l-approċċ preferut tal-Istati Membri tat-tassazzjoni fid-destinazzjoni bil-għan li l-Istati Membri jkun jista' jkollhom ċerta flessibbiltà fl-iffissar tar-rati tal-VAT.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew (1) u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2), ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa' mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni (3).

(2)

Il-Kunsill, sostnut mill-Parlament Ewropew (1) u mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (2), ikkonferma li sistema bbażata fuq l-oriġini ma setgħetx tintlaħaq, u stieden lill-Kummissjoni biex tkompli b'ħidma teknika fil-fond u bi djalogu wiesa' mal-Istati Membri sabiex teżamina fid-dettall il-modi differenti possibbli biex jiġi implimentat il-prinċipju tad-destinazzjoni (3), sabiex jiġi żgurat li l-provvista tal-oġġetti minn Stat Membru għal ieħor tiġi intaxxata bħallikieku ġew ipprovduti u akkwistati fi Stat Membru wieħed. Il-ħolqien ta' żona unika tal-VAT tal-Unjoni huwa kruċjali biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità għan-negozji, partikolarment l-SMEs li jaħdmu b'mod transfruntier, biex jitnaqqsu r-riskji ta' frodi transfruntiera tal-VAT u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri relatati mal-VAT. Is-sistema definittiva tal-VAT se ssaħħaħ is-suq uniku u toħloq kundizzjonijiet ta' negozju aħjar għall-kummerċ transfruntier. Jenħtieġ li tqis il-bidliet meħtieġa minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni. Din id-Direttiva tistipula l-miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa “elementi fundamentali” kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-proposta tagħha tat-18 ta' Jannar 2018  (3a) . L-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu deċiżjonijiet dwar “l-elementi fundamentali” msemmija qabel sabiex jipproċedu bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT (1), tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta' tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni (2).

(3)

Il-Kummissjoni, fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT (1), tippreżenta l-emendi għas-sistema tal-VAT li jkunu meħtieġa sabiex tiġi żviluppata tali sistema bbażata fuq id-destinazzjoni għall-kummerċ intra-Unjoni permezz tat-tassazzjoni tal-provvisti transfruntieri. Sussegwentement, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-konklużjonijiet ta' dak il-Pjan ta' Azzjoni u indika, fost l-oħrajn, li fil-fehma tiegħu, il-prinċipju ta' tassazzjoni fl-oriġini kif maħsub għas-sistema definittiva tal-VAT jenħtieġ li jiġi sostitwit b’dan il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni (2). Skont l-istimi, dik il-bidla jenħtieġ li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-frodi transfruntiera relatati mal-VAT b'EUR 50 biljun fis-sena.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiggarantixxi t-trasparenza tas-sistema, partikolarment bil-pubblikazzjoni obbligatorja fuq bażi annwali tal-frodi mwettqa f'kull Stat Membru. It-trasparenza hija importanti wkoll sabiex tinftiehem l-iskala tal-frodi, biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali u biex issir pressjoni fuq l-Istati Membri.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew adottati fir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569 – C8-0363/2017 – 2017/0251(CNS)) u dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2018)0020 – C8-0023/2018 – 2018/0005(CNS)) u fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2017)0706 – C8-0441/2017 – 2017/0248(CNS)).

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT.

(13)

Jenħtieġ li r-regola ġenerali għall-provvisti tal-merkanzija, inkluż il-provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija, u għall-provvisti tas-servizzi, tkun li l-fornitur ikun obbligat iħallas il-VAT. Dawk il-prinċipji l-ġodda jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu aħjar il-frodi tal-VAT, speċjalment il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), li huwa stmat li tammonta għal tal-anqas EUR 50 biljun fis-sena.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Sabiex jiġi determinat liema intrapriżi jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji stretti, applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri kollha, u jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u dispożizzjonijiet komuni li jwasslu għal multi u penali għal dawk li ma jikkonformawx magħhom.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-preżentazzjoni ta' aktar linji gwida u tivverifika l-applikazzjoni korretta mill-Istati Membri ta' dawn il-kriterji armonizzati fl-Unjoni kollha.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija.

(15)

Ir-regoli dwar l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu ta' reverse charge għall-merkanzija mobbli jenħtieġ li jiġu riveduti sabiex tiġi żgurata l-koerenza tagħhom mal-introduzzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-persuna obbligata tħallas il-VAT fuq provvisti intra-Unjoni tal-merkanzija. Bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge tista' ma tkunx meħtieġa aktar. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza fi żmien xieraq il-ħtieġa li tirrevoka l-proposta għal applikazzjoni temporanja tal-mekkaniżmu tar-reverse charge.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat annwali tagħhom ikun aktar minn EUR 2 500 000 .

(23)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar tal-VAT għall-intrapriżi kbar, il-frekwenza li biha jippreżentaw id-denunzji tal-VAT skont din l-iskema speċjali jenħtieġ li tiġi riveduta biex jiżdied li l-persuni taxxabbli li jużaw l-iskema jenħtieġ li jippreżentaw id-denunzji tal-VAT kull xahar skont l-iskema meta l-fatturat tal-VAT annwali tagħhom fl-Unjoni jkun aktar minn EUR 2 500 000 .

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Livell għoli ta' nuqqas ta' konformità ma jiġġenerax biss telf ekonomiku għal persuni taxxabbli li jirrispettaw il-leġiżlazzjoni fiskali iżda jhedded ukoll il-koeżjoni u l-koerenza tas-sistema fiskali u joħloq sens ġeneralizzat ta' inġustizzja permezz tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Sistema effiċjenti u li tinftiehem hija essenzjali għall-ġenerazzjoni tad-dħul pubbliku u għas-sjieda kemm miċ-ċittadini kif ukoll mill-kumpaniji.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

L-istatistika turi li l-frodaturi jieħdu vantaġġ mid-dgħufija tas-sistema u jsegwu l-iżvilupp tal-ekonomija kif ukoll it-tkabbir dinamiku tad-domanda għal ċerti provvisti. Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita sistema dinamika biżżejjed biex tlaħħaq mal-prattiki dannużi u biex tnaqqas il-livell kemm tan-nuqqas ta' konformità volontarju (frodi) kif ukoll dak involontarju.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

B'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet tal-SMEs involuti f'kummerċ transfruntier intra-Komunitarju u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt fis-suq uniku, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tistabbilixxi, għan-negozji, portal web tal-Unjoni ta' informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv u aċċessibbli għall-pubbliku. Dan il-portal multilingwi jenħtieġ li jipprovdi aċċess malajr, aġġornat u preċiż għal informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-VAT fl-Istati Membri differenti u, b'mod partikolari, dwar ir-rati tal-VAT korretti għal oġġetti u servizzi differenti fl-Istati Membri differenti, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rata żero. Tali portal jista' jgħin ukoll biex jiġi indirizzat id-distakk attwali fir-rigward tal-VAT.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)

Il-Punt Uniku ta' Servizz huwa l-qalba tas-sistema l-ġdida bbażata fuq id-destinazzjoni li mingħajrha l-kumplessità tas-sistema tal-VAT u l-piż amministrattiv jiżdiedu b'mod sinifikanti. Biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, il-faċilità tal-użu u l-prevenzjoni futura tal-frodi, il-Punti Uniċi ta' Servizz għan-negozji jenħtieġ li joperaw b'sistema transfruntiera u armonizzata tal-IT ibbażata fuq standards komuni u li tippermetti l-irkupru u l-input awtomatiċi ta' data, pereżempju permezz tal-użu ta' formoli standard unifikati.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Minħabba l-introduzzjoni ta' provvista intra-Unjoni ta' merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu “Komunità” jiġi sostitwit ma' “Unjoni” biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.

(28)

Minħabba l-introduzzjoni ta' provvista intra-Unjoni ta' merkanzija bħala kunċett ġdid, huwa xieraq li t-terminu “Komunità” jiġi sostitwit b'“Unjoni” fid-Direttiva kollha biex jiġi żgurat l-użu koerenti u aġġornat tat-terminu.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)

Miżuri leġiżlattivi biex tiġi riformata s-sistema tal-VAT, biex tiġi miġġielda l-frodi tal-VAT u biex titnaqqas id-Diskrepanza tal-VAT jistgħu jirnexxu biss jekk l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri jikkooperaw aktar mill-qrib fi spirtu ta' fiduċja reċiproka, u jiskambjaw informazzjoni rilevanti biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 8

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 8

“Artikolu 8

Jekk il-Kummissjoni tqis li d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Kunsill.”

Jekk il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7 m'għadhomx iġġustifikati, b'mod partikolari rigward kompetizzjoni ġusta jew riżorsi proprji, għandha tippreżenta proposti xierqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.

Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati għall-fini ta' din id-Direttiva .

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

in-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tal-applikant, bħal, iżda mhux limitati għal:

(i)

ħasil tal-flus;

(ii)

evażjoni u frodi tat-taxxa;

(iii)

abbuż tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni;

(iv)

falliment jew insolvenza frawdolenti

(v)

frodi tal-assigurazzjoni jew frodi finanzjarju ieħor;

(vi)

tixħim u/jew korruzzjoni;

(vii)

iċ-ċiberkriminalità;

(viii)

parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;

(ix)

reati fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni;

(x)

involviment dirett jew indirett f'attivitajiet terroristiċi

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli.

(c)

prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant matul l-aħħar tliet snin , li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli. L-applikant jeħtieġlu jkollu fil-pussess tiegħu kont bankarju f'istituzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata fl-għoti tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, aktar linji gwida għall-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni ta' dawk il-kriterji, li għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-ewwel att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Sabiex tinkoraġġixxi l-applikazzjonijiet għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tintroduċi proċedura mfassla apposta għall-Intrapriżi Żgħar u Medji.

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni.

Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni rilevanti kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jipproċessaw l-applikazzjoni mingħajr dewmien u jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kriterji armonizzati fl-Istati Membri kollha dwar l-għoti ta' informazzjoni.

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Meta jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, dik l-informazzjoni għandha ssir disponibbli permezz tas-Sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT. Bidliet f'dak l-istatus għandhom jiġu aġġornati fis-sistema mingħajr dewmien.

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.

5.   Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni li tistipula b'mod ċar ir-raġunijiet għar-rifjut . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell f'perjodu ta' żmien raġonevoli kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, id-deċiżjoni kif ukoll ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' Stati Membri oħra.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr dewmien , rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

6.   Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, fi żmien xahar , rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jkunu taw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jirrevedu dik id-deċiżjoni, mill-inqas kull sentejn, biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet għadhom qed jiġu ssodisfati. Jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx informat lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar kwalunkwe fattur li possibbilment ikun qed jaffettwa l-istatus tal-persuna taxxabbli ċertifikata kif stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni jew tkun ħbietu bi skop, din għandha tkun soġġetta għal sanzjonijiet proporzjonati, effiċjenti u dissważivi, inkluż it-telf tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Persuna taxxabbli li tkun ġiet rifjutata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, jew li tkun infurmat lill-awtorità tat-taxxa, fuq l-inizjattiva tagħha stess, li hi ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, tista' terġa' tapplika għal status ta' persuna taxxabbli ċertifikata, mhux aktar kmieni minn sitt xhur mid-data tar-rifjut jew l-irtirar ta' dak l-istatus, dment li jkunu ssodisfati l-kriterji rilevanti kollha.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.     Sabiex tiżgura standards uniformi għall-monitoraġġ ta' eliġibbiltà kontinwa għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata u l-irtirar tal-istatus tat-taxxa fl-Istati Membri u bejniethom, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida rilevanti.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6c.     Jekk l-applikant ikun ġie miċħud l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat f'konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni matul l-aħħar tliet snin, huwa ma għandux jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha.";

7.   L-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fi Stat Membru wieħed għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri kollha."; Il-mekkaniżmi nazzjonali se jkomplu japplikaw għal tilwim tat-taxxa intern relatat mal-VAT bejn il-kontribwent ikkonċernat u l-awtorità nazzjonali tat-taxxa;

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 56a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

L-Artikolu 145 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(56a)

Fl-Artikolu 145, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom”.

“1.   Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikoli 143 u 144 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom”.

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 59a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

L-Artikolu 150 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(59a)

fl-Artikolu 150, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom”.

“1.   Il-Kummisjoni għandha, fejn hu xieraq, malajr kemm jista' jkun, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti maħsuba biex jiddelimitaw l-iskop tal-eżenzjonijet previsti fl-Artikolu 148 u biex jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom”.

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 68a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 166

Test fis-seħħ

Emenda

 

(68a)

L-Artikolu 166 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 166

Artikolu 166

“Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2.”

“Il-Kummissjoni għandha, fejn hu xieraq, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti li jikkonċernaw arranġamenti komuni għall-applikazzjoni tal-VAT għat-transazzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2.”

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 123a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 293 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test fis-seħħ

Emenda

 

(123a)

Fl-Artikolu 293(1), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:”

“Kull erba' snin li jibdew jgħoddu mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, flimkien, fejn hu xieraq u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali, ma' proposti dwar is-suġġetti li ġejjin:”

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 166a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

L-Artikolu 395 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(166a)

Fl-Artikolu 395, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha”.

“3.   Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha”.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 166b (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

L-Artikolu 396 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

 

(166b)

Fl-Artikolu 396, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha”.

“3.   Fi żmien tliet xhur mill-għotja tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew bi proposta xierqa, jew jekk hi toġġezzjona għad-deroga mitluba, b'komunikazzjoni fejn turi l-oġġezzjonijiet tagħha”.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 169a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 404a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(169a)

Jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej wara l-Artikolu 404:

 

“Artikolu 404a

Fi żmien erba' xhur mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) …/…  (*1)  (+) , il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda ta' din id-Direttiva, fejn hu xieraq [u li jieħu in konsiderazzjoni l-bżonn li tiġi żgurata l-konverġenza fit-tul tar-regolamenti nazzjonali], flimkien ma' proposti.”

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 169b (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 404b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(169b)

Jiddaħħal l-Artikolu ġdid li ġej wara l-Artikolu 404a:

 

“Artikolu 404b

Fi żmien sentejn mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) …/…  (*2)  (+) , il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-effettività tal-iskambju tal-informazzjoni rilevanti bejn l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa tal-Istati Membri, minħabba l-importanza tal-fiduċja reċiproka biex tirnexxi s-sistema definittiva tal-VAT.”

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 173a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 411a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(173 a)

Jiddaħħal l-Artikolu 411a l-ġdid li ġej:

 

“Artikolu 411a

Sal-1 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi Portal Web tal-Unjoni ta' Informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv, multilingwi u aċċessibbli għall-pubbliku, li fih l-intrapriżi u l-konsumaturi jistgħu jiksbu informazzjoni preċiża, malajr u b'mod effikaċi dwar ir-rati tal-VAT – fosthom liema oġġetti jew servizzi jibbenefikaw minn rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet – u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT fl-Istati Membri differenti.”

B'mod komplementari għall-Portal, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' notifika awtomatizzat. Dak il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-kontribwenti jirċievu notifiki awtomatiċi dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali notifiki awtomatiċi għandhom jiġu attivati qabel ma l-bidla ssir applikabbli u mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni."

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 904/2010

Artikolu 34 – paragrafu 49a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

“Artikolu 1a

 

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 904/2010

 

Ir-Regolament (UE) Nru 904/2010 huwa emendat kif ġej:

 

(1)

L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 34

 

Artikolu 34

1.    L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc tal-għażla tagħhom u jistgħu wkoll jiddeċiedu li jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom .

 

1 .     Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Eurofisc bl-appoġġ tekniku u loġistiku meħtieġ. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, li tista' tiġi skambjata fil-Eurofisc, fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 55(2).

2.   L-Istati Membri li jkunu għażlu li jieħdu sehem f’qasam ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iskambju multilaterali ta' informazzjoni mmirata bejn l-Istati Membri parteċipanti kollha .

 

2.   L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fl-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc u għandhom jipparteċipaw b'mod attiv fl-iskambju multilaterali ta' informazzjoni.

3.    L-informazzjoni skambjata għandha tkun kunfidenzjali , kif previst fl-Artikolu 55 .

 

3.    Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc jistgħu, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba , jgħaddu informazzjoni rilevanti dwar l-aktar reati transfruntiera serji fir-rigward tal-VAT lill-Europol u lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (‘OLAF’) .

 

 

3a.     Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc jistgħu jsaqsu lill-Europol u lill-OLAF għal informazzjoni rilevanti. Il-koordinaturi tal-oqsma ta' ħidma tal-Eurofisc għandhom iqiegħdu l-informazzjoni li tasal mingħand il-Europol u l-OLAF għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali ta' kollegament parteċipanti l-oħra tal-Eurofisc; din l-informazzjoni għandha tiġi skambjata b'mezzi elettroniċi.”

 

(2)

Jiżdied l-Artikolu 49a ġdid li ġej:

 

 

“Artikolu 49a

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu sistema komuni tal-ġbir tal-istatistika dwar frodi tal-VAT intra-Komunitarju u nuqqas ta' konformità involontarju u għandhom jippubblikaw kull sena stimi nazzjonali tat-telf tal-VAT minħabba din il-frodi, kif ukoll stimi għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-arranġamenti prattiċi għal din is-sistema statistika. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).”


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ — Struttura u proċeduri għall-applikazzjoni tas-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud [traduzzjoni mhux uffiċjali]. (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

(1)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-0436

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 dwar il-“Green Paper dwar il-futur tal-VAT – Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti” http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN

(3)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT – it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta' Mejju 2012 (ara b'mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf

(1)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ottubru 2011 dwar il-futur tal-VAT (P7_TA(2011)0436) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?type=TA&language=EN&reference=P7-TA-2011-0436

(2)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011 dwar il-“Green Paper dwar il-futur tal-VAT – Lejn sistema tal-VAT aktar sempliċi, aktar soda u aktar effiċjenti” http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:52011AE1168&from=EN

(3)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur tal-VAT – it-3167 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, il-15 ta' Mejju 2012 (ara b'mod partikolari l-punt B 4) http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/130257.pdf

(3a)   Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud, COM(2018)0020, 2018/0005(CNS).

(1)  Pjan ta' azzjoni dwar il-VAT – Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).

(2)  2 Ara: http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/05/25-conclusions-vat-action-plan/

(1)  Pjan ta' azzjoni dwar il-VAT – Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)0148 tas-7 ta' April 2016).

(2)  2 Ara: http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/05/25-conclusions-vat-action-plan/


L-Erbgħa 13 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/316


P8_TA(2019)0084

L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni) (COM(2018)0499 – C8-0313/2018 – 2018/0263(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

(2020/C 449/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0499),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0313/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018 (1)

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0037/2019),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


P8_TC1-COD(2018)0263

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2019/473.)


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/317


P8_TA(2019)0085

Il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa ***I

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019 li tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli għan-negozjati interistituzzjonali abbażi tal-proposta għal deċiżjoni mhux emendatatal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-komputerizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta' oġġetti soġġetti għas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0341 – C8-0215/2018 – 2018/0187(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2020/C 449/40)

 


(1)  Deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 59(4), raba’ subparagrafu, tar-Regoli ta’ Proċedura (A8-0010/2019).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/318


P8_TA(2019)0086

Il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet (COM(2018)0096 – C8-0109/2018 – 2018/0044(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0096),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0109/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0261/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 303, 29.8.2018, p. 2.

(2)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.


P8_TC1-COD(2018)0044

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikulari, l-Artikolu 81(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),

Billi:

(1)

L-Unjoni stabbilixxiet l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Sabiex dan l-ispazju jiġi stabbilit gradwalment, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li għandhom implikazzjonijiet transfruntiera, sal-punt meħtieġ biex is-suq intern jaħdem sew.

(2)

Skont l-Artikolu 81 tat-Trattat, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk immirati sabiex jiżguraw il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet.

(3)

Il-funzjonament tajjeb tas-suq intern jirrikjedi li, sabiex tittejjeb il-prevedibbiltà tar-riżultati tal-litigazzjoni, għandu jkun hemm ċertezza iċ-ċertezza legali dwar il-liġi applikabbli u l-moviment kif ukoll il-moviment liberu u tas-sentenzi u r-rikonoxximent tagħhom - sabiex ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet fl-Istati Membri jagħżlu bħala l-liġi applikabbli l-istess liġi nazzjonali, irrispettivament mill-Istat Membru tal-qorti li fiha tinfetaħ il-kawża. [Em. 1]

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ma tkoprix kwistjonijiet dwar l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. Madankollu, l-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament jirrikjedi li l-Kummissjoni tissottometti quddiem il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar il-kwistjoni tal-effettività ta’ ċessjoni jew surroga ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi u l-prijorità tal-pretensjoni ċeduta jew surrogata fuq id-dritt ta’ persuna oħra, li jenħtieġ li jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposta sabiex jiġi emendat dak ir-Regolament, u l-valutazzjoni tal-impatt tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu introdotti.

(5)

Fit-18 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni adottat Green Paper dwar il-Bini ta’ Unjoni ta’ Swieq Kapitali li kienet tiddikjara li l-kisba ta’ aktar ċertezza legali f’każijiet ta’ trasferiment ta’ pretensjonijiet transfruntiera u l-ordni tal-prijorità ta' dawn it-trasferimenti, b'mod partikolari f'każijiet ta’ insolvenza, huma aspett importanti fl-iżvilupp ta’ suq pan-Ewropew fit-titolizzazzjoni u fl-arranġamenti kollaterali finanzjarji, u anki f'attivitajiet oħrajn bħall-fatturament.

(6)

Fit-30 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bi Pjan ta' Azzjoni dwar il-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali juri li d-differenzi fit-trattament nazzjonali tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet ta’ debitu jikkumplikaw l-użu ta’ dawn l-istrumenti bħala kollateral transfruntier, u kkonkluda li din l-inċertezza legali toħloq frustrazzjoni għal operazzjonijiet finanzjarji ekonomikament sinifikanti, bħat-titolizzazzjonijiet. Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali hemm imħabbar li l-Kummissjoni se tipproponi regoli uniformi biex jiġi determinat b’ċertezza legali liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tapplika rigward l-effetti fuq parti terza fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet.

(7)

Fid-29 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-adegwatezza tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) dwar l-arranġamenti kollaterali finanzjarji fejn iffukat fuq il-kwistjoni dwar jekk din id-Direttiva taħdimx b'mod effettiv u effiċjenti fir-rigward tal-atti formali meħtieġa sabiex il-pretensjonijiet ta’ kreditu jiġu pprovduti bħala kollateral. Ir-rapport ikkonkluda li l-proposta għal regoli uniformi rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet tippermetti d-determinazzjoni b’ċertezza legali ta’ liema liġi nazzjonali jenħtieġ li tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet, u dan jikkontribwixxi għal ċertezza legali akbar f’każijiet ta’ mobilizzazzjoni transfruntiera tal-pretensjonijiet ta’ kreditu bħala kollateral.

(8)

Fid-29 ta’ Settembru 2016, il-Kummissjoni adottat rapport dwar il-kwistjoni tal-effettività ta’ ċessjoni jew surroga ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi, u l-prijorità tal-pretensjoni ċeduta jew surrogata fuq id-dritt ta’ persuna oħra Ir-rapport ikkonkluda li regoli uniformi dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jirregolaw l-effettività taċ-ċessjonijiet fil-konfront ta' partijiet terzi kif ukoll kwistjonijiet ta’ prijorità bejn ċessjonarji f’kompetizzjoni bejniethom jew bejn ċessjonarji u detenturi oħrajn tad-drittijiet itejbu ċ-ċertezza legali u jnaqqsu l-problemi prattiċi u l-ispejjeż ġuridiċi marbuta mal-approċċi differenti attwalment fl-Istati Membri.

(9)

Il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008, u r-Regolamenti (UE) Nru 1215/2012 (7), u (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Jenħtieġ kemm jista' jkun li l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament tevita lakuni regolatorji bejn iż-żewġ strumenti.

(10)

Dan ir-Regolament jimplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Huwa jissodisfa wkoll ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament Ruma I li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika rapport u, jekk ikun xieraq, proposta dwar l-effettività ta’ ċessjoni ta’ pretensjoni fil-konfront ta' partijiet terzi u l-prijorità taċ-ċessjonarju fuq id-dritt ta’ persuna oħra.

(11)

Attwalment fil-livell tal-Unjoni ma ma jeżistux regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jirregolaw teżisti l-ebda ġabra ta' regoli armonizzati dwar l-effetti fuq partijiet terzi (jew proprjetarji) fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet fiċ-ċessjonijiet ta' pretensjonijiet . Dawn ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet huma stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri, iżda huma inkonsisteni inkonsistenti – peress li huma bbażati fuq fatturi ta' konnessjoni differenti sabiex tiġi determinata l-liġi applikabbli - ħafna drabi għalhekk mhumiex ċari, b'mod partikolari f'dawk il-pajjiżi fejn tali regoli mhumiex ċari irregolati minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi separati . F’ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet transfruntiera, l-inkonsistenza tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet twassal għal inċertezza legali dwar liema liġi tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni. In-nuqqas ta’ ċertezza legali joħloq riskju legali fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet transfruntierta li ma jeżistix f’ċessjonijiet domestiċi nazzjonali minħabba li regoli nazzjonali sostantivi differenti jistgħu jiġu applikati skont l-Istat Membru, li l-qrati jew l-awtoritajiet tiegħu jistgħu jiġġudikaw tilwima dwar it-titolu legali fuq il-pretensjonijiet; b'mod impliċitu, l-eżitu ta' kunflitt prijoritarju dwar min hu t-titolari ta' pretensjoni insegwitu ta' ċessjoni transfruntiera se jvarja, skont il-liġi nazzjonali applikata. [Em. 2]

(12)

Jekk iċ-ċessjonarji ma jkunux konxji mir-riskju legali jew jagħżlu li jinjorawh, jistgħu jaffaċċjaw telf finanzjarju mhux mistenni. L-inċertezza dwar min għandu t-titolu fuq il-pretensjonijiet ċeduti fuq bażi transfruntiera jista’ jkollha effetti sekondarji u l-impatt tal-kriżi finanzjarja jista' jiggrava u jittawwal. Jekk iċ-ċessjonarji jiddeċiedu li jimmitigaw ir-riskju legali billi jfittxu parir legali speċifiku, jispiċċaw sabiex iġarrbu kostijiet tat-tranżazzjonijiet ogħla li mhumiex meħtieġa għaċ-ċessjonijiet domestiċi. Jekk iċ-ċessjonarji jiġu skoraġġuti mir-riskju legali u jagħżlu li jevitawh, jistgħu jitilfu opportunitajiet ta’ negozju u l-integrazzjoni tas-suq tista’ titnaqqas. [Em. 3]

(12a)

Dan ir-riskju ġuridiku jista' jkollu effett dissważiv. Iċ-ċessjonarji u ċ-ċedenti jistgħu jagħżlu li jevitawh, u b'hekk ma jiħdux l-opportunitajiet ta' negozju. Dan in-nuqqas ta' ċarezza għalhekk ma jidhirx li huwa konformi mal-objettiv tal-integrazzjoni tas-suq u l-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital imnaqqax fl-Artikoli 63 sa 66 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Em. 4]

(13)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jipprovdi ċertezza legali billi jistabbilixxi regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jiddeterminaw liema liġi nazzjonali tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet , bil-ħsieb li jżid it-tranżazzjonijiet tal-pretensjonijiet transfruntiera, ħalli jinkoraġġixxi l-investiment transfruntier fl-UE u jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpanniji – inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) – u għall-konsumaturi . [Em. 5]

(14)

Pretensjoni tagħti lill-kreditur id-dritt għall-pagament ta' somma flus jew it-twettiq ta’ obbligu mid-debitur. Iċ-ċessjoni ta’ pretensjoni tippermetti lill-kreditur (ċedent) li jittrasferixxi d-dritt tiegħu li jitlob id-dejn fil-konfront ta' debitur fuq persuna oħra (ċessjonarju). Il-liġijiet li jirregolaw ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-kreditur u d-debitur, bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju u bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur jiġu ddeterminati mir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati fir-Regolament Ruma I.

(14a)

Dan ir-regolament mhuwiex intiż sabiex ibiddel id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 fir-rigward tal-effett proprjetarju ta' ċessjoni volontarja bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jew bejn ċ-ċessjonarju u d-debitur. [Em. 6]

(15)

Ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jirregolaw l-effetti proprjetarji taċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet bejn il-partijiet kollha involuti fiċ-ċessjoni (jiġifieri bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju u bejn iċ-ċessjonarju u d-debitur) kif ukoll fir-rigward ta’ partijiet terzi (pereżempju, il-kreditur kreditur taċ-ċedent , bl-esklużjoni tad-debitur ). [Em. 7]

(16)

Il-pretensjonijiet koperti minn dan ir-Regolament huma riċevibbli tan-negozju, pretensjonijiet li jirriżultaw mill-istrumenti finanzjarji kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) u l-flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu. L-istrumenti finanzjarji kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE jinkludu titoli u derivattivi nnegozjati fis-swieq finanzjarji. Filwaqt li t-titoli huma assi, id-derivattivi huma kuntratti li jinkludu kemm drittijiet (jew pretensjonijiet) u kemm obbligi għall-partijiet kontraenti. [Em. 8]

(17)

Dan ir-Regolament jirrigwarda l-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. B’mod partikolari, dan ma jkoprix it-trasferiment tal-kuntratti (bħall-kuntratti ta’ derivattivi), li fihom ikun hemm inklużi kemm id-drittijiet (jew il-pretensjonijiet) u l-obbligi, u n-novazzjoni ta’ kuntratti li jinkludu t-tali drittijiet u obbligi. Billi dan ir-Regolament ma jkoprix it-trasferiment jew in-novazzjoni tal-kuntratti, in-negozjar fl-istrumenti finanzjarji, kif ukoll l-ikklerjar u s-saldu ta’ dawn l-istrumenti, ser ikomplu jiġu regolat mil-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali kif inhu stipulat fir-Regolament Ruma I. Din il-liġi normalment tintgħażel mill-partijiet kontraenti jew tintgħażel permezz ta’ regoli mhux diskrezzjonali applikabbli għas-swieq finanzjarji. [Em. 9]

(18)

Il-kwistjonijiet li huma regolati mid-Direttiva dwar il-Kollateral Finanzjarju 2002/47/KE , id-Direttiva dwar il-Finalità tas- Settlement 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (10), id-Direttiva dwar l-Istralċ 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (11) u r-Regolament dwar ir-Reġistru tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013  (12) jenħtieġ li ma jiġux m'għandhomx jiġu affettwati minn dan ir-Regolament , peress li l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jinsabu f'dan ir-Regolament u dak tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jinsabu f'dawk it-tliet Direttivi ma jirduppjawx lil xulxin . [Em. 10]

(19)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun universali: il-liġi ddeterminata minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru.

(20)

Il-prevedibbiltà hija essenzjali għal partijiet terzi interessati fl-akkwist ta’ titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta. L-applikazzjoni tal-liġi tal-pajjiż fejn iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu rigward l-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet tippermetti lill-partijiet terzi kkonċernati li jkunu jafu faċilment bil-quddiem liema liġi nazzjonali tkun se tirregola d-drittijiet tagħhom. Il-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent jenħtieġ għalhekk li tapplika bħala regola rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika, b’mod partikolari, għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet fil-fatturament, il-kollateralizzazzjoni u, fejn il-partijiet ma jkunux għażlu l-liġi tal-pretensjoni ċeduta, it-titolizzazzjoni.

(21)

Il-liġi magħżula bħala regola biex tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet jenħtieġ li tippermetti d-determinazzjoni tal-liġi applikabbli fejn pretensjonijiet futuri jiġu ċeduti, prattika komuni fejn jiġu ċeduti pretensjonijiet multipli, bħal fil-fatturament. L-applikazzjoni tal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent tippermetti li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet futuri.

(22)

Il-bżonn li jiġi ddeterminat min għandu t-titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta ħafna drabi jirriżulta meta tkun qed tiġi ddefinita l-proprjetà tal-insolvenza meta ċ-ċedent isir insolventi. Għaldaqstant hija mixtieqa koerenza bejn ir-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet f’dan ir-Regolament u dawk stipulati fir-Regolament (UE) 2015/848 dwar il-proċedimenti tal-insolvenza. Il-koerenza jenħtieġ li tintlaħaq bl-applikazzjoni ta' regola tal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, minħabba li l-użu tar-residenza abitwali taċ-ċedent bħala fattur ta’ konnessjoni tikkonċidi maċ-ċentru ta’ interess prinċipali tad-debitur użat bħala fattur ta’ konnessjoni għal finijiet ta’ insolvenza.

(23)

Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2001 dwar iċ-Ċessjoni tar-Riċevibbli fil-Kummerċ Internazzjonali tistipula li l-prijorità tad-dritt ta’ ċessjonarju fir-riċevibbli ċeduti fuq id-dritt ta’ pretendent kompetitur hija rregolata mil-liġi tal-Istat li fih jinsab iċ-ċedent. Il-kompatibbiltà bejn ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kunflitt tal-liġijiet stipulati f’dan ir-Regolament u s-soluzzjoni ffavorita fil-livell nazzjonali mill-Konvenzjoni jenħtieġ li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tat-tilwim internazzjonali.

(24)

Fejn iċ-ċedent jibdel ir-residenza abitwali tiegħu bejn ċessjonijiet multipli tal-istess pretensjoni, il-liġi applikabbli jenħtieġ li tkun il-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent fiż-żmien meta wieħed miċ-ċessjonarji jagħmel iċ-ċessjoni tiegħu effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta' partijiet terzi billi jissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi applikabbli abbażi tar-residenza abitwali taċ-ċedent f’dak iż-żmien.

(25)

F’konformità mal-prattika tas-suq u l-bżonnijiet tal-parteċipanti tas-suq, l-effetti fuq partijiet terzi ta’ ċerti ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet jenħtieġ li, bħala eċċezzjoni, jiġu rregolati mil-liġi tal-pretensjoni ċeduta, jiġifieri, il-liġi li tirregola l-kuntratt inizjali bejn il-kreditur u d-debitur li minnu tirriżulta l-pretensjoni tagħti lok għall-pretensjoni . [Em. 11]

(26)

Il-liġi tal-pretensjoni ċeduta jenħtieġ li tirregola l-effetti fuq partijiet terzi ta’ ċessjoni minn detentur ta’ kont ta’ flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta' kreditu, fejn id-detentur tal-kont ikun il-kreditur/ċedent u l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun id-debitur. Prevedibbiltà akbar tiġi pprovduta lil partijiet terzi, bħall-kredituri taċ-ċedent u ċ-ċessjonarji kompetituri, jekk il-liġi tal-pretensjoni ċeduta tapplika għall-effetti fuq partijiet terzi ta’ dawn iċ-ċessjonijiet minħabba li ġeneralment jiġi preżunt li l-pretensjoni li jkollu detentur ta’ kont fuq il-flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu tkun irregolata mil-liġi tal-pajjiż fejn tinsab l-istituzzjoni ta’ kreditu (u mhux bil-liġi tar-residenza abitwali tad-detentur tal-kont/taċ-ċedent). Din il-liġi normalment tintgħażel fil-kuntratt tal-kont bejn id-detentur tal-kont u l-istituzzjoni ta’ kreditu.

(27)

L-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu wkoll suġġetti għal-liġi li tirregola l-pretensjoni ċeduta, jiġifieri, il-liġi li tirregola l-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni (bħal kuntratt tad-derivattivi). Il-fatt li l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji jiġu soġġetti għal-liġi tal-pretensjoni ċeduta minflok għal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent huwa essenzjali sabiex jinżammu l-istabbiltà u l-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji. Dawn jinżammu minħabba li l-liġi li tirregola l-istrument finanzjarju li minnu tirriżulta l-pretensjoni hija l-liġi magħżula mill-partijiet għall-kuntratt jew il-liġi ddeterminata f’konformità mar-regoli mhux diskrezzjonarji applikabbli għas-swieq finanzjarji.

(28)

Jenħtieġ li fid-determinazzjoni tal-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni tiġi pprovduta l-flessibbiltà, sabiex jiġu ssodisfati l-bżonnijiet tat-titolizzaturi kollha u sabiex tiġi ffaċilitata l-espansjoni tas-suq tat-titolizzazzjoni transfruntier għal operaturi iżgħar. Filwaqt li l-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent jenħtieġ li tapplika bħala r-regola prestabbilita rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni, iċ-ċedent (l-oriġinatur) u ċ-ċessjonarju (l-entità bi skop speċjali) jenħtieġ li jkollhom l-għażla li l-liġi tal-pretensjoni ċeduta tapplika rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet. Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeċiedu li l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet fil-kuntest ta’ titolizzazzjoni għandhom jibqgħu soġġetti għar-regola ġenerali tar-residenza abitwali taċ-ċedent, jew li jagħżlu l-liġi tal-pretensjoni ċeduta fid-dawl tal-istruttura u l-karatteristiċi tat-tranżazzjoni, pereżempju, l-għadd u l-lokazzjoni tal-oriġinaturi u l-għadd ta’ liġijiet li jirregolaw il-pretensjonijiet ċeduti. [Em. 12]

(29)

Kunflitti prijoritarji bejn ċessjonarji tal-istess pretensjoni jistgħu jirriżultaw meta l-effetti fuq partijiet terzi taċ-ċessjoni fiċ-ċessjoni jkunu ġew soġġetti għal-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent f’ċessjoni waħda u għal-liġi tal-pretensjoni ċeduta f’ċessjoni oħra. F’każijiet bħal dawn, il-liġi applikabbli sabiex jiġi riżolt il-kunflitt prijoritarju jenħtieġ li tkun il-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjoni li l-ewwel tkun ġiet effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi skont il-liġi applikabbli tagħha. Jekk iż-żewġ ċessjonijiet tal-pretensjonijiet isiru effettivi fil-konfront ta' partijiet terzi fl-istess ħin, jenħtieġ li tipprevali l-liġi tar-residenza abitwali taċ-ċedent. [Em. 13]

(30)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi nazzjonali magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq il-partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet jenħtieġ li jkun uniformi. Il-liġi nazzjonali magħżula bħala applikabbli jenħtieġ li tirregola b’mod partikolari (i) l-effettività taċ-ċessjoni fil-konfront ta' partijiet terzi, jiġifieri, il-passi u l-proċeduri li jeħtieġ li jittieħdu jiġu segwiti miċ-ċessjonarju sabiex jiżgura li jakkwista t-titolu legali fuq il-pretensjoni ċeduta (pereżempju, ir-reġistrazzjoni ta’ ċessjoni ma’ awtorità jew reġistru pubbliku, jew in-notifika bil-miktub ta’ ċessjoni lid-debitur); u (ii) kwistjonijiet prijoritarji, jiġifieri, kunflitti is-soluzzjoni tal-kunflitti bejn diversi pretendenti dwar min għandu t-titolu fuq il-pretensjoni wara li ssir ċessjoni transfruntiera (pereżempju, bejn żewġ ċessjonarji fejn l-istess ċessjoni tkun ġiet ċeduta darbtejn, jew bejn ċessjonarju u kreditur taċ-ċedent). [Em. 14]

(31)

Fid-dawl tal-karattru universali ta’ dan ir-Regolament, il-liġijiet tal-pajjiżi bi tradizzjonijiet legali differenti jistgħu jintgħażlu bħala l-liġi applikabbli. Fejn, wara ċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, il-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni jiġi ttrasferit, il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjoni, jenħtieġ li tirregola wkoll kunflitt prijoritarju bejn iċ-ċessjonarju tal-pretensjoni u l-benefiċjarju l-ġdid tal-istess pretensjoni wara t-trasferiment tal-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni. Għall-istess raġuni, il-liġi magħżula minn dan ir-Regolament bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjoni jenħtieġ li tapplika wkoll, fejn in-novazzjoni tintuża bħala ekwivalenti funzjonali għat-trasferiment ta’ kuntratt, sabiex jiġi solvut kunflitt prijoritarju bejn ċessjonarju ta’ pretensjoni u l-benefiċjarju l-ġdid tal-pretensjoni ekwivalenti funzjonalment wara n-novazzjoni tal-kuntratt li minnu tirriżulta l-pretensjoni.

(32)

Konsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku jiġġustifikaw li l-qrati tal-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu applikati eċċezzjonijiet ibbażati fuq l-ordni pubbliku u fuq dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti, li jenħtieġ li jiġu interpretati b’mod restrittiv.

(33)

Ir-rispett tal-impenji internazzjonali li jkunu daħlu għalihom l-Istati Membri jfisser li dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stati Membri jkunu parti fil-mument meta dan ir-Regolament jiġi adottat. Sabiex ir-regoli jsiru iktar aċċessibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika lista tal-konvenzjonijiet rilevanti fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

(34)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jara li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 17 u 47 li jirrigwardaw rispettivament id-dritt tal-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust , kif ukoll l-Artikolu 16 li jirrigwarda l-libertà li wieħed ikollu negozju . [Em. 15]

(35)

Ġaladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu għalkollox mill-Istati Membri u jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. L-uniformità mixtieqa tar-regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet marbutin mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet tista’ tintlaħaq biss permezz ta’ Regolament, minħabba li Regolament biss jista’ jiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni konsistenti tar-regoli fil-livell nazzjonali. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

(36)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew suġġetti/suġġett/suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].

(37)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika, f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt kunflitt ta’ liġijiet, għall-effetti fuq il-partijiet fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali oħra apparti l-effetti fuq partijiet terzi tal-pretensjoni ċeduta għad-debituri . [Em. 16]

M'għandux japplika, b'mod partikolari, għal kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi.

1a.     Dan ir-regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-ħarsien tal-konsumaturi. [Em. 17]

2.   Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a)

iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet familjari u relazzjonijiet li huma meqjusin mil-liġi bħala applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet li jkollhom effetti kumparabbli, inklużi obbligi ta’ manteniment;

(b)

iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn reġimi ta' proprjetà matrimonjali, reġimi ta' proprjetà ta' relazzjonijiet meqjusa mil-liġi applikabbli għal dawn ir-relazzjonijiet bħala li għandhom effett komparabbli ma' dak taż-żwieġu tas-suċċessjoni , inklużi s-sħubijiet irreġistrati, it-testmenti s-suċċessjoni ; [Em. 18]

(c)

iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kambjali, ċekkijiet, u noti promettenti u minn strumenti negozjabbli oħra sa fejn l-obbligi li jirriżultaw minn dawn l-istrumenti negozjabbli oħra jirriżultaw min-natura negozjabbli tagħhom;

(d)

iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kwistjonijiet irregolati mil-liġi tal-kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, bħalma huma l-ħolqien, b’reġistrazzjoni jew b'mod ieħor, il-kapaċità ġuridika, l-organizzazzjoni interna jew l-istralċ ta' kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, u r-responsabbiltà personali ta' uffiċjali u membri, bħala tali, għall-obbligi tal-kumpanija jew tal-korp;

(e)

iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriultaw mill-kostituzzjoni ta' trusts u r-relazzjoni bejn il-kostitwenti, il-fiduċjarji u l-benefiċjarji;

(f)

iċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja li jirriżultaw minn operazzjonijiet imwettqa minn organizzazzjonijiet differenti mill-impriżi imsemmijin fl-Artikolu 2(1) u (3) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li jkollhom l-għan li jipprovdu benefiċċji lil persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u li jkunu parti minn impriża jew minn grupp ta' impriżi, jew assoċjati ma' sengħa jew ma' grupp ta' snajja', fil-każ ta' mewt jew ta' sopravvivenza jew fil-każ li l-attività titwaqqaf jew tiġi ridotta, jew f'każ ta' mard relatat max-xogħol, jew mal-inċidenti fuq ix-xogħol.

(fa)

iċ-ċessjoni ta' pretensjonijiet matul proċediment kollettiv skont ir-Regolament (UE) 2015/848. [Em. 19]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,

(a)

“ċedent” tfisser persuna li titrasferixxi d-dritt tagħha li titlob id-dejn fil-konfront ta' debitur fuq persuna oħra;

(b)

“ċessjonarju” tfisser persuna li tikseb id-dritt li titlob id-dejn fil-konfront ta’ debitur mingħand persuna oħra;

(c)

“ċessjoni” tfisser it-trasferiment volontarju tad-dritt li jintalab id-dejn mingħand debitur. Dan jinkludi t-trasferimenti diretti ta’ pretensjonijiet, tas-surrogi kuntrattwali, tat-trasferimenti ta’ pretensjonijiet permezz ta’ garanzija u rahan jew drittijiet ta’ garanzija oħrajn fuq il-pretensjonijiet;

(d)

“pretensjoni” tfisser d-dritt li jintalab dejn ta’ kwalunkwe natura, sew jekk monetarju jew nonmonetarju, u sew jekk jirriżulta minn obbligi kuntrattwali jew mhux kuntrattwali;

(e)

“effetti fuq partijiet terzi” tfisser effetti proprjetarji, jiġifieri, id-dritt taċ-ċessjonarju li jasserixxi t-titolu legali tiegħu fuq pretensjoni ċeduta lilu fil-konfront ta’ ċessjonarji jew benefiċjarji oħrajn tal-istess pretensjoni jew ta’ pretensjoni ekwivalenti funzjonalment, kredituri taċ-ċedent u partijiet terzi oħrajn bl-esklużjoni tad-debitur ; [Em. 20]

(f)

“residenza abitwali” tfisser, għal kumpaniji u korpi oħra, korporattivi jew mhux korporattivi, il-post tal-amministrazzjoni ċentrali; għal persuna fiżika fil-kors tal-eżerċizzju tal-attività tan-negozju tagħha, il-post prinċipali tan-negozju tagħha;

(g)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser impriża kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), inkluż fergħat, skont it-tifsira tal-punt (17) tal-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkollhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom fl-Unjoni, jew f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), barra mill-Unjoni fejn tali fergħat ikunu jinsabu fl-Unjoni.

(h)

“flus” tfisser flus kkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu fi kwalunkwe valuta; [Em. 21]

(i)

“strument finanzjarju” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

KAPITOLU II

REGOLI UNIFORMI

Artikolu 3

Applikazzjoni universali

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata, kemm jekk hi l-liġi ta’ Stat Membru kif ukoll jekk mhix.

Artikolu 4

Liġi applikabbli

1.   Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’dan l-Artikolu, l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet għandhom ikunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent jkollu ikollu r-residenza abitwali tiegħu fid-data tal-fatti tal-konklużjoni tal-kuntratt ta' ċessjoni .

Fejn iċ-ċedent jibdel ir-residenza abitwali tiegħu bejn żewġ ċessjonijiet tal-istess pretensjoni indirizzati lil ċessjonarji differenti, il-prijorità tad-dritt ta’ ċessjonarju fuq id-dritt ta’ ċessjonarju ieħor għandha tiġi regolata mil-liġi dwar ir-residenza abitwali taċ-ċedent fiż-żmien meta ċ-ċessjoni tkun saret effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta’ partijiet terzi oħra skont il-liġi magħżula bħala applikabbli skont l-ewwel subparagrafu.

2.   Il-liġi Minkejja l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-liġi applikabbli għall-pretensjoni ċeduta għandha tirregola l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’:

(a)

flus ikkreditati f’kont f’istituzzjoni ta’ kreditu (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) ;

(b)

pretensjonijiet li jirriżultaw minn strument finanzjarju strumenti finanzjarji .

3.   Iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli għall-pretensjoni ċeduta bħala l-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet fid-dawl ta’ titolizzazzjoni.

L-għażla tal-liġi għandha ssir b’mod ċar fil-kuntratt ta’ ċessjoni jew permezz ta’ ftehim separat. Il-validità sostantiva u formali tal-att li bih saret l-għażla tal-liġi għandha tkun irregolata mil-liġi magħżula.

4.   Kunflitt prijoritarju bejn iċ-ċessjonarji tal-istess pretensjoni fejn l-effetti fuq partijiet terzi ta’ waħda miċ-ċessjonijiet ikunu rregolati mil-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu u l-effetti fuq partijiet terzi f’ċessjonijiet oħrajn li jkunu rregolati mil-liġi tal-pretensjoni ċeduta, għandhom ikunu rregolati mil-liġi applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjoni li tkun saret effettiva għall-ewwel darba fil-konfront ta’ partijiet terzi skont il-liġi applikabbli tagħha. Jekk iż-żewġ ċessjonijiet isiru effettiva fil-konfront ta' partijiet terzi fl-istess ħin, għandha tipprevali l-liġi tal-pajjiż li fih iċ-ċedent ikollu r-residenza abitwali tiegħu. [Em. 22]

Artikolu 5

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi applikabbli

Il-liġi applikabbli rigward l-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni tal-pretensjonijiet skont dan ir-Regolament għandha tirregola b’mod partikolari:

(a)

ir-rekwiżiti sabiex tiġi żgurata l-effettività taċ-ċessjoni fil-konfront ta’ partijiet terzi apparti d-debitur, bħal pereżempju l-formalitajiet ta’ reġistrazzjoni jew pubblikazzjoni;

(b)

il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet ta’ ċessjonarju ieħor tal-istess pretensjoni;

(c)

il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-kredituri taċ-ċedent;

(d)

il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-benefiċjarju ta’ trasferiment ta’ kuntratt fir-rigward tal-istess pretensjoni;

(e)

il-prijorità tad-drittijiet taċ-ċessjonarju fuq id-drittijiet tal-benefiċjarju ta’ novazzjoni ta’ kuntratt fil-konfront ta’ debitur fir-rigward ta’ pretensjoni ekwivalenti.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti

1.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-forum.

2.   Id-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li r-rispett tagħhom ikun meqjus bħala kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, tant li dawn ikunu applikabbli għal kull sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi li b'xi mod ieħor tkun applikabbli għall-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjoni ta’ pretensjonijiet skont dan ir-Regolament.

2a.     Għandu jingħata effett lid-dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti tal-liġi tal-Istat Membru fejn iċ-ċessjoni trid titwettaq, jew twettqet, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet mandatarji prevalenti jagħmlu illegali t-twettiq tal-kuntratt ta' ċessjoni. [Em. 23]

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 7

Ordni pubbliku (ordre public)

L-applikazzjoni ta' dispożizzjoni tal-liġi, ta' kwalunkwe pajjiż, speċifikata minn dan ir-Regolament tista' tiġi miċħuda biss jekk tali applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku (ordre public) tal-forum.

Artikolu 8

Esklużjoni ta’ renvoi

L-applikazzjoni tal-liġi ta' kwalunkwe Stat speċifikata minn dan ir-Regolament tfisser l-applikazzjoni tar-regoli tal-liġi fis-seħħ f'dak l-Istat minbarra r-regoli tad-dritt internazzjonali privat tiegħu.

Artikolu 9

Stati b'aktar minn sistema ġuridika waħda

1.   Meta Stat ikun fih diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, kull unità territorjali għandha titqies bħala Pajjiż, bl-għan li tiġi ddeterminata l-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament.

2.   Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi proprji tagħha fir-rigward tal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet, ma għandux ikun meħtieġ li japplika dan ir-Regolament għal kunflitti fil-liġijiet li jirriżultaw bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.

Artikolu 10

Relazzjoni ma' dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni

Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li, b’rabta ma’ kwistjonijiet partikolari, jistabbilixxu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet tal-pretensjonijiet.

Artikolu 11

Relazzjonijiet mal-konvenzjonijiet internazzjonali eżistenti

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jippreġudika l-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom Stat Membru wieħed jew aktar ikunu partijiet fiż-żmien meta jiġi adottat dan ir-Regolament u li jistabbilixxu regoli dwar il-kunflitt tal-liġijiet relatati mal-effetti fuq partijiet terzi fiċ-ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet.

2.   Madankollu, dan ir-Regolament għandu, bħal bejn l-Istati Membri, jieħu preċedenza fuq konvenzjonijiet konklużi esklussivament bejn żewġ Stati Membri jew aktar, sa fejn dawn il-konvenzjonijiet ikunu jikkonċernaw kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Lista ta' Konvenzjonijiet

1.   Sa [id-data ta’ applikazzjoni], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1). Wara din id-data, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-denunzji kollha ta' dawn il-konvenzjonijiet.

2.   Fi żmien sitt xhur mill-wasla tan-notifiki msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:

(a)

lista tal-konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

id-denunzji msemmiija fil-paragrafu 1.

Artikolu 13

Klawsola ta' rieżami

Sa … [ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun il-każ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat.

Artikolu 14

Applikazzjoni fil-ħin

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċessjonijiet ta’ pretensjonijiet konklużi fi … [data ta’ applikazzjoni] jew wara.

2.   Il-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina jekk id-drittijiet ta’ parti terza fir-rigward ta’ pretensjoni ċeduta wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jieħdux prijorità fuq id-drittijiet ta’ terza persuna oħra akkwistati qabel ma dan ir-Regolament isir applikabbli. Fil-każ ta' pretensjonijiet li jikkompetu ma' xulxin abbażi ta' ċessjonijiet, il-liġi applikabbli skont dan ir-Regolament għandha tiddetermina d-drittijiet taċ-ċessjonarji rispettivi, u dan isir biss fir-rigward ta' ċessjonijiet konklużi wara … [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. [Em. 24]

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika sa … [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 303, 29.8.2018, p. 2.

(2)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 50.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019.

(4)  Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6)

(5)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti ta' kollateral finanzjarju (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 40).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).

(9)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(10)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45).

(11)  Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ tal-istituzzjonijiet tal-kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u (UE) Nru 1193/2011 (ĠU L 122, 3.5.2013, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(15)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(16)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/329


P8_TA(2019)0087

Programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021- 2027 (il-programm Pericles IV) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-“programm Pericles IV”) (COM(2018)0369 – C8-0240/2018 – 2018/0194(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0369),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 133 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0240/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0069/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0194

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għall-perjodu 2021-2027 (il-“‘programm Pericles IV”)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1)

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2)

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Istati Membri intrabtu bl-għan li jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-użu tal-euro bħala munita unika. Dawn il-miżuri jinkludu l-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b’hekk tissaħħaħ jiżguraw l-effettività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata s-sostenibbiltà jiżguraw is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. [Em. 1]

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 (3) jipprevedi skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assistenza reċiproka, u b' hekk jistabbilixxi qafas armonizzat għall-protezzjoni tal-euro. L-effetti ta ' dan ir-Regolament kienu estiżi bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 (4)

(3)

għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom, sabiex jiġi pprovdut livell ta’ protezzjoni ekwivalenti tal-euro madwar l-Unjoni.(3) L-azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-iskambji tal-informazzjoni u tal-persunal, assistenza teknika u xjentifika u taħriġ speċjalizzat jgħinu b’mod sinifikanti biex jipproteġu l-munita unika tal-Unjoni kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata biex b’hekk jintlaħaq livell għoli u ekwivalenti ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, filwaqt li tintwera l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza l-kriminalità organizzata serja. Tali azzjonijiet jgħinu wkoll biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni u r-rabtiet mal-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata. [Em. 2]

(4)

Il-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar jikkontribwixxi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, filwaqt li jżid il-fiduċja tagħhom f'dik il-munita u jtejjeb il-protezzjoni tal-euro, speċjalment permezz tad-disseminazzjoni kontinwa tar-riżultati ta' azzjonijiet appoġġati minn dan dak il-programm. [Em. 3]

(4a)

Il-protezzjoni b'saħħitha tal-euro kontra l-iffalsifikar hija komponent ewlieni ta' ekonomija tal-UE sigura u kompetittiva, u hija marbuta direttament mal-objettiv tal-UE li ttejjeb il-funzjonament effiċjenti tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. [Em. 4]

(5)

L-appoġġ fl-imgħoddi għal dawn l-azzjonijiet, permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE (5) u 2001/924/KE (6), li ġew sussegwentement emendati u estiżi bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2006/75/KE (7), 2006/76/KE (8), 2006/849/KE (9), 2006/850/KE (10) u r-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), għamilha possibbli li jitjiebu l-attivitajiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar. L-għanijiet tal-programm għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-“programm Pericles”) għall-perjodi 2002-2006, 2007-2013 u mill-2014 sal-2017 (12) intlaħqu b’suċċess.

(6)

Kuntrarju għall-proċedura standard, ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt separata tal-Programm. Dan jista' jiġi spjegat parzjalment bil-fatt li fl-2017 il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm, appoġġata minn rapport indipendenti  (13) . Minkejja li r-rapport huwa b'mod ġenerali pożittiv dwar il-Programm, jesprimi tħassib dwar l-għadd limitat ta' awtoritajiet kompetenti li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Programm u dwar il-kwalità tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni użati biex jitkejlu r-riżultati tal-Programm. Fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 u l-evalwazzjoni ex ante tiegħu fil-forma ta' Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta tagħha (COM(2018)0369) , il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-kontinwazzjoni tal- Programm programm Pericles 2020 lil hinn mill-2020 għandha jenħtieġ li tkun appoġġata, minħabba l-valur miżjud tiegħu lill-UE tal-Unjoni tiegħu , l-impatt tiegħu fit-tul u s-sostenibbiltà tal-azzjonijiet tiegħu u l-kontribuzzjoni għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata . [Em. 5]

(7)

Il-parir li kien hemm fl-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu kien li l-azzjonijiet iffinanzjati taħt il-Programm Pericles 2020 jenħtieġ li jitkomplew, filwaqt li jitqiesu l-possibbiltajiet tiġi indirizzata l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet, li tkun inkoraġġuta d-differenzjazzjoni tal-benefiċjarji u l-parteċipazzjoni tal-akbar għadd ta' awtoritajiet kompetenti minn pajjiżi varji fl-attivitajiet tal-Programm , li jitkompla l-iffukar fuq it-theddidiet ta’ falsifikar emerġenti u rikorrenti u li jiġu ssimplifikati l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni. [Em. 6]

(7a)

Ġew identifikati hotspots tal-iffalsifikar f'pajjiżi terzi u l-iffalsifikar tal-euro qed jakkwista dimensjoni internazzjonali li qed tikber; għalhekk, il-bini tal-kapaċità u l-attivitajiet ta' taħriġ li jinvolvu l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jitqiesu essenzjali għall-kisba tal-protezzjoni effettiva tal-munita unika tal-Unjoni u jenħtieġ li jiġu inkoraġġuti aktar fil-kuntest tal-Programm. [Em. 7]

(8)

Għalhekk jenħtieġ li jiġi adottat Programm ġdid għall-perjodu 2021-2027 (il-programm “Pericles IV”). Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Pericles IV ikun konsistenti u komplimentari ma' programmi u azzjonijiet rilevanti oħra. Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet kollha meħtieġa fir-rigward tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għall-protezzjoni tal-euro mal-partijiet prinċipali involuti, partikolarment mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti maħtura mill-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol, fil-kumitat imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, partikolarment fir-rigward tal-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ, bl-iskop li jiġi applikat il-programm Pericles IV. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tuża l-esperjenza vasta tal-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tat-twettiq tat-taħriġ u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iffalsifikar tal-karti tal-flus tal-euro waqt l-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 8]

(9)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabilità ta’ protagonisti finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekondizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv tal-UE.

(10)

Dan ir-Regolament jikkonforma mal-prinċipji tal-valur miżjud u tal-proporzjonalità. Il-programm Pericles IV għandu jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex l-euro jkun protett mill-iffalsifikar, mingħajr ma jiġu mimsusa r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, u b'użu iktar effiċjenti tar-riżorsi minn dak li seta’ jsir fil-livell nazzjonali. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa u ġġustifikata għax tgħin b' mod ċar lill-Istati Membri biex kollettivament jipproteġu l-euro u tinkoraġġixxi l-użu ta’ strutturi komuni tal-Unjoni sabiex tiżdied il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni f'waqtu u komprensiv bejn l-awtoritajiet kompetenti. [Em. 9]

(11)

Jenħtieġ li l-programm Pericles IV jiġi implimentat skont il-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fi … [referenza għar-Regolament QFP wara l-2020 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) …/2018].

(12)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni ssupplementati u emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni ssupplementati u emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' programmi ta' ħidma kif previst fl-Artikolu 10 u indikaturi kif previst fl-Artikolu 12 u fl-Anness . Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta’ ħidma annwali li jistipulaw il-prijoritajiet, it-tqassim tal-baġit u l-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-għotjiet għall-azzjonijiet. Il-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, li fihom iż-żieda fil-kofinanzjament tkun neċessarja sabiex l-Istati Membri jingħataw flessibilità ekonomika ikbar, biex b'hekk ikunu jistgħu jwettqu u jlestu proġetti biex jipproteġu u jissalvagwardjaw l-euro b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkunu parti mill-programmi ta' ħidma annwali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet  (14) . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 10]

(13)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju tal-programm Pericles IV, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza ewlieni, skont it-tifsira ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(14)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (16) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (17), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati ħażin u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jista’ jagħmel prosekuzzjoni ta’ frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni għandha tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-EPPO u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA).

(15)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ valutazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni tal-programm Pericles IV u rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar il-ksib tal-għanijiet tiegħu.

(16)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jenħtieġ li jitħassar.

(17)

Huwa xieraq li tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mingħajr interruzzjoni bejn il-programm Pericles 2020 u l-programm Pericles IV u huwa xieraq li d-durata tal-programm Pericles IV tiġi allinjata ma’ Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) … / … [li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2021-2027]. Għaldaqstant, il-programm Pericles IV jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Ir-Regolament jistabbilixxi l-programm Pericles IV, programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Għanijiet tal-programm

1.   Il-Programm għandu l-għan ġenerali li ġej:

Li jipprevjeni u jiġġieled kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, biex b' hekk tissaħħaħ tiġi ppreservata l-integrità tal-muniti u tal-karti tal-flus tal-euro, u dan isaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini u tan-negożji fil-ġenwinità ta' dawn il-muniti u l-karti tal-flus, u għalhekk isaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni u tiġi żgurata , filwaqt li jiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. [Em. 11]

2.   Il-Programm għandu l-għan speċifiku li ġej:

Li jipproteġi l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar u l-frodi relatata, billi jappoġġa u jissupplimenta l-miżuri meħuda mill-Istati Membri u jassisti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom sabiex jiżviluppaw bejniethom u mal-Kummissjoni kooperazzjoni mill-qrib u regolari u skambju tal-aħjar prattiki, inklużi, fejn xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 3

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun ta’ EUR 7 700 000 (19) (fi prezzijiet attwali). [Em. 12]

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva.

Artikolu 4

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat f’ġestjoni diretta skont [l-aħħar verżjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (20).]

2.   Il-Programm għandu jkun implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, permezz ta’ konsultazzjonijiet regolari fi stadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Programm, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mal-miżuri rilevanti meħuda minn entitajiet kompetenti oħrajn, b’mod partikolari l-Bank Ċentrali Ewropew u l-Europol u tiġi evitata duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-istess miżuri. Għal dan il-għan, meta tkun qed tħejji l-programmi ta' ħidma skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-attivitajiet eżistenti u ppjanati tal-BĊE u tal-Europol kontra l-falsifikazzjoni u l-frodi relatati mal-euro. [Em. 13]

3.   L-appoġġ finanzjarju taħt il-Programm għal azzjonijiet eliġibbli elenkati fl-Artikolu 6 għandu jieħu l-forma jew ta’:

għotjiet ta' flus; jew

ta’ akkwist pubbliku.

Artikolu 5

Azzjonijiet konġunta

1.   L-azzjonijiet taħt il-Programm jistgħu jiġu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u sħab oħrajn li għandhom kompetenza relevanti, bħal:

(a)

il-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

(b)

ic-Ċentri Nazzjonali ta ' Analiżi (NACs) u ċ-Ċentri Nazzjonali ta ' Analiżi tal-Muniti (CNACs);

(c)

iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) u z-zekki;

(d)

l-Europol, l-Eurojust u l-Interpol;

(e)

l-uffiċċji ċentrali nazzjonali kontra l-iffalsifikar, kif previst fl-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Soppressjoni tal-Falsifikazzjoni tal-Muniti iffirmata f' Ġinevra fl-20 ta ' April 1929 (21) u aġenziji oħrajn speċjalizzati fil-prevenzjoni, fid-detezzjoni u fl-infurzar tal-liġi b’konnessjoni mal-iffalsifikar;

(f)

korpi speċjalizzati kkonċernati fil-qasam tat-teknoloġija tad-dupplikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni, stampaturi u inċiżuri;

(g)

korpi oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti minn (a) sa (f) li joffru kompetenza speċifika, inklużi, fejn xieraq, korpi bħal dawn minn pajjiżi terżi u b'mod partikolari minn Stati aderenti u minn pajjiżi kandidati; kif ukoll

(h)

entitajiet privati li żviluppaw u pprovdew evidenza ta ' għarfien tekniku u timijiet li jispeċjalizzaw fid-detezzjoni ta' karti tal-flus u ta’ muniti ffalsifikati.

2.   Fejn l-azzjonijiet eliġibbli jkunu organizzati b’mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BĊE, l-Eurojust, l-Europol jew l-Interpol, l-ispejjeż li jkun hemm għandhom jinqasmu bejniethom. Fi kwalunkwe każ, kull wieħed minnhom għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġi u tal-akkomodazzjoni tal-kelliema mistiedna tiegħu.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 6

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Il-Programm għandu jipprovdi, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-programmi ta ' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

skambju u disseminazzjoni ta ' informazzjoni, partikolarment permezz tal-organizzazzjoni ta' workshops, laqgħat u seminars inklużi taħriġ, apprendistati b’fokus partikolari u skambji tal-persunal tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u azzjonijiet oħra simili. L-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun, fost l-oħrajn, immirat lejn:

l-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-iffalsifikar u l-frodi relatati mal-euro; [Em. 14]

il- metodoloġiji għall-monitoraġġ u l-analiżi tal-impatt ekonomiku u finanzjarju tal-iffalsifikar;

it- tħaddim ta' bażijiet ta’ data u sistemi ta’ twissija bikrija;

l-użu ta' għodda ta' sejbien bl-għajnuna tal-kompjuter; [Em. 15]

il- metodi ta' inkjesta u ta’ investigazzjoni;

assistenza xjentifika, inkluż il-monitoraġġ ta’ żviluppi ġodda;

il- protezzjoni tal-euro barra l-Unjoni;

azzjonijiet ta’ riċerka;

il- forniment ta' kompetenzi speċifiċi operazzjonali;

(b)

assistenza teknika, xjentifika u operazzjonali kif ikun jidher neċessarju bħala parti mill-programm, inklużi b'mod partikolari:

kull miżura xierqa li tistabbilixxi riżorsi għat-tagħlim fuq livell tal-Unjoni, bħal handbook ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bullettini ta' informazzjoni, manwali prattiċi, glossarji u dizzjunarji, bażijiet ta’ data, b'mod speċjali fil-qasam tal-assistenza xjentifika u l-għassa tat-teknoloġija jew applikazzjonijiet tal-kompjuter li joffru appoġġ bħal pereżempju softwer;

studji rilevanti b’dimensjoni multidixxiplinarja u transnazzjonali, inkluża r-riċerka dwar karatteristiċi ta’ sigurtà innovattivi;

l-iżvilupp ta' strumenti u metodi tekniċi ta' appoġġ li jiffaċilitaw l-azzjonijiet ta' detezzjoni fil-livell tal-Unjoni;

appoġġ għall -kooperazzjoni f'operazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas żewġ Stati meta dan l-appoġġ ma jkunx jista' jsir disponibbli minn programmi oħrajn tal-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej; [Em. 16]

(c)

ix-xiri ta’ tagħmir li għandu jintuża minn awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi speċjalizzati kontra l-iffalsifikar għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, b’konformità mal-Artikolu 10(3).

2.   Il-programm għandu jqis aspetti transnazzjonali u multidixxiplinarji tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar billi jimmira lejn il-parteċipazzjoni tal-gruppi li ġejjin:

(a)

l-impjegati tal-aġenziji involuti fid-detezzjoni tal-iffalsifikar u fil-ġlieda kontrih, b’mod partikolari l-korpi tal-pulizija, tad-dwana u amministrazzjonijiet finanzjarji, skont il-funzjoni speċifika tagħhom fil-livell nazzjonali;

(b)

il-persunal tal-intelligence;

(c)

ir-rappreżentanti tal-banek ċentrali nazzjonali, taz-zekki, tal-banek kummerċjali u ta' intermedjarji finanzjarji oħrajn, b' mod partikolari fejn għandhom x' jaqsmu l-obbligi tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(d)

l-uffiċjali ġudizzjarji, l-avukati speċjalizzati u l-membri tal-ġudikatura f'dan il-qasam;

(e)

kull grupp ieħor ta' speċjalisti kkonċernat (bħal pereżempju, kmamar tal-kummerċ u tal-industrija jew strutturi simili li joffru aċċess lill-intrapriżi żgħar u medji, bejjiegħa bl-imnut u kumpaniji responsabbli għat-transitu ta' flus kontanti.

3.   Il-gruppi msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu parteċipanti minn pajjiżi terzi, jekk dan ikun importanti għat-twettiq tal-għanijiet previsti fl-Artikolu 2. [Em. 17]

KAPITOLU III

għotjiet

Artikolu 7

Għotjiet

Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Għall-azzjonijiet implimentati permezz ta’ għotjiet, ix-xiri ta’ tagħmir m’għandux ikun l-uniku komponent tal-ftehim tal-għotja.

Artikolu 8

Rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għotjiet mogħtija skont il-Programm m’għandhiex tkun aktar minn 75 % tal-ispejjeż eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati li huma ddefiniti fil-programmi ta’ ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 10, ir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun iktar minn 90 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Artikolu 9

Entitajiet eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001.

KAPITOLU IV

PROGRAMMAR, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 10

Programmi ta’ ħidma

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz ta’ programmi Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 11, biex tadotta programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 18]

2.   Għall-għotjiet, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju, il-programm ta’ ħidma għandu jispeċifika l-kriterji tal-għażla u tal-għoti essenzjali u r-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament.

Artikolu 11

Eżerċizzju ta’ delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħa ta' setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 10(1) u 12(2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. [Em. 19]

3.   Id-delega ta' setgħa ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 10(1) u 12(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ. [Em. 20]

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 , kif ukoll rappreżentanti mill-BĊE u mill-Europol . [Em. 21]

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Monitoraġġ

1.   L-indikaturi biex jirrappurtaw dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għan speċifiku stabbilit fl-Artikolu 2 huma stipulati fl-Anness għal din il-proposta.

2.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 11, biex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, inkluż permezz ta’ emendi għall-Anness sabiex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ għall-finijiet tal-evalwazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni annwali dwar ir-riżultati tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), filwaqt li tqis l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi stabbiliti fl-Anness ta’ din il-proposta. [Em. 22]

4.   Il-pajjiżi parteċipanti u benefiċjarji oħrajn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun possibbli li jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Programm.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew , lill-Europol, lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew . [Em. 23]

Kapitolu v

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà it-trasparenza u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi inkluż lill-midja u lill-pubbliku. [Em. 24]

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati lill-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 15

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 jitħassar b'effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 16

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, skont ir-Regolament (UE) Nru 331/2014, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 378, 19.10.2018, p. 2.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/924/KE tas-17 ta’ Diċembru 2001 li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi skambju, għajnuna u programm ta’ taħriġ għall-protezzjoni ta'l-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) għall-Istati Membri li għadhom m'addottawx l-euro bħala munita unika (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 55).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/75/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-Euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 40).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/76/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/75/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni (il-programm Pericles) (ĠU L 36, 8.2.2006, p. 42).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/849/KE tat-20 ta’ Novembru 2006 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 28).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/850/KE tal-20 ta’ Novembru 2006 li testendi għall-Istati Membri li mhumiex parteċipanti l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/849/KE li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2001/923/KE li tistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles) (ĠU L 330, 28.11.2006, p. 30).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).

(12)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm Pericles 2020 tas-6.12.2017 (COM(2017)0741).

(13)   SWD(2017)0444 u Ares(2917)3289297 '30/06/2017.

(14)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(15)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1

(16)  ĠU L 292, 15.11.1996, p.2.

(17)  ĠU L 283, 31.10.2017, p.1.

(18)  Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(19)   Ammont indikattiv biss, skont il-QFP ġenerali.

(20)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(21)  Serje ta’ Trattati tal-Lega tan-Nazzjonijiet Nru 2623 (1931), p. 372.

ANNESS

INDIKATURI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu , b'kostijiet u piżijiet amministrattivi minimi, safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin: [Em. 25]

(a)

L-għadd ta’ euro foloz misjuba Stati Membri u pajjiżi terzi, li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom ipparteċipaw fl-attivitajiet taħt il-Programm ; [Em. 26]

(b)

L-għadd ta’ workshops illegali żarmati; kif ukoll parteċipanti u r-rata ta' sodisfazzjon tagħhom kif ukoll kwalunkwe feedback ieħor li setgħu taw dwar l-utilità tal-attivitajiet taħt il-Programm ; [Em. 27]

(c)

Il-feedback tal-parteċipanti fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm L-informazzjoni li tkun waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-għadd ta' euro foloz individwati u l-għadd ta' workshops illegali żarmati b'konsegwenza diretta ta' kooperazzjoni mtejba permezz tal-Programm . [Em. 28]

Id-data u l-informazzjoni dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandhom jinġabru kull sena mill-atturi li ġejjin mill-Kummissjoni u mill-benefiċjarji tal-Programm . [Em. 29]

il-Kummissjoni għandha tiġbor data għan-numru ta’ muniti tal-euro foloz u karti tal-flus;

il-Kummissjoni għandha tiġbor data għall-għadd ta’ workshops tal-iffalsifikar żarmati;

il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-Programm għandhom jiġbru d-data għall-feedback mill-parteċipanti rigward l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Programm


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/340


P8_TA(2019)0088

Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07971/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07972/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0446/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 (2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0053/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C:2017:376.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0089.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/341


P8_TA(2019)0089

Ftehim ta' Kummerċ Ħieles UE-Singapore (riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (07971/2018 – C8-0446/2018 – 2018/0093M(NLE))

(2020/C 449/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07971/2018),

wara li kkunsidra t-test propost għal Ftehim ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Singapore (Singapore), li fil-biċċa l-kbira tiegħu jirrifletti l-ftehim mibdi fl-20 ta' Settembru 2013,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (COM(2018)0194),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207(4), 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0446/2018),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u Singapore li se jiġi ffirmat fid-19 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE, mitluba mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Frar 2016 li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (2),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titlu “Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment”,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2009 li jiġu segwiti negozjati bilaterali tal-FTA ma' stati membri individwali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), l-ewwel wieħed minnhom ikun Singapore,

wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tat-23 ta' April 2007 għal FTA interreġjonali mal-istati membri tal-ASEAN,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-TFUE, b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100, 168 u 207 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 (3) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0048/2019),

A.

billi l-UE u Singapore jikkondividu valuri importanti, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika u impenn qawwi għal kummerċi miftuħ u bbażat fuq ir-regoli u għal sistema kummerċjali multilaterali;

B.

billi dan huwa l-ewwel ftehim kummerċjali bilaterali konkluż bejn l-UE u stat membru tal-ASEAN u pass importanti lejn l-objettiv finali li huwa FTA interreġjonali; billi l-ftehim se jservi wkoll bħala punt ta' riferiment għall-ftehimiet li l-UE qed tinnegozja bħalissa ma' ekonomiji ewlenin oħra tal-ASEAN;

C.

billi fi ħdan ir-reġjun tal-ASEAN, Singapore huwa bil-bosta l-akbar sieħeb tal-UE, u jirrappreżenta ftit anqas minn terz tal-kummerċ f'oġġetti u f'servizzi bejn l-UE u l-ASEAN, u bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-investiment bejn iż-żewġ reġjuni;

D.

billi l-kummerċ bejn l-UE u Singapore jammonta għal aktar minn EUR 50 biljun fis-sena;

E.

billi 90 % tat-tkabbir ekonomiku dinji tal-ġejjieni huwa mbassar li se jiġi ġġenerat barra mill-Ewropa u b'mod partikolari fl-Asja;

F.

billi Singapore huwa parti mill-Ftehim Komprensiv u Progressiv tas-Sħubija Trans-Paċifika (CPTPP) u man-negozjati li għaddejjin dwar is-Sħubija Ekonomika Komprensiva Reġjonali (RCEP);

G.

billi Singapore għandu ekonomija bi dħul għoli b'introjtu nazzjonali gross ta' USD 52 600 per capita mill-2017; billi t-tkabbir ekonomiku tiegħu kien fost l-ogħla fid-dinja, b'medja annwali ta' 7,7 % mill-indipendenza 'l hawn;

H.

billi Singapore jikklassifika fost l-aktar pajjiżi faċli fid-dinja biex jinnegozjaw, huwa wieħed mill-ekonomiji l-aktar kompetittivi fid-dinja u huwa wieħed mill-anqas korrotti fid-dinja kollha;

I.

billi l-manifattura, b'mod partikolari l-elettronika u l-mekkanika preċiża, u s-settur tas-servizzi jibqgħu ż-żewġ pilastri tal-ekonomija ta' valur miżjud għoli ta' Singapore;

J.

billi Singapore huwa attur globali fis-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni;

K.

billi aktar minn 10 000 kumpanija Ewropea għandhom l-uffiċċji reġjonali tagħhom f'Singapore u joperaw f'ambjent ta' sikurezza u ċertezza tad-dritt; billi madwar 50 000 kumpanija Ewropea jesportaw lejn Singapore, li minnhom 83 % huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

L.

billi l-EUSFTA x'aktarx se jkollu effett pożittiv ħafna fuq il-flussi tal-kummerċ u tal-investiment bejn l-UE u Singapore; billi studju tal-2018 imħejji għall-Parlament Ewropew ikkalkula li, matul l-ewwel ħames snin, il-volum tan-negozju bejn l-UE u Singapore se jikber b'10 %;

M.

billi ekonomiji ewlenin oħra bħall-Ġappun, l-Istati Uniti u ċ-Ċina diġà għandhom fis-seħħ FTAs ma' Singapore, biex b'hekk l-Unjoni Ewropea titpoġġa fi żvantaġġ kompetittiv;

N.

billi l-valutazzjoni tal-impatt għall-kummerċ u s-sostenibbiltà dwar l-FTA bejn l-UE u l-ASEAN tal-2009 ikkonkludiet li dan l-FTA bilaterali se jkun ta' benefiċċju reċiproku f'termini ta' introjtu nazzjonali, il-PDG u l-impjiegi; billi ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà u l-kummerċ speċifikament għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u Singapore u għal perjodu aktar reċenti;

O.

billi l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-FTA bejn l-UE u Singapore mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea fl-2013 iddikjarat li l-PDG ta' Singapore jista' jiżdied b'0,94 %, jew EUR 2,7 biljun, u l-PDG tal-UE b'EUR 550 miljun;

1.

Jilqa' l-iffirmar tal-FTA fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018;

2.

Jenfasizza li n-negozjati oriġinarjament ġew konklużi fl-2012 u kienu bbażati fuq id-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill għal FTA bejn l-UE u l-ASEAN adottat f'April 2007; jiddispjaċih dwar id-dewmien fit-tressiq tal-ftehim għal ratifika li kien dovut, fost fatturi oħra, għat-talba tal-Kummissjoni għal opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar jekk il-kwistjonijiet koperti mill-ftehim jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE jew taħt il-kompetenza kondiviża; jilqa' b'sodisfazzjon iċ-ċarezza ġuridika li ġiet ipprovduta mill-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u jqis li dan saħħaħ ir-rwol leġittimu demokratiku tal-Parlament Ewropew u pprovda ċarezza dwar il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tal-politika kummerċjali; jilqa' l-impenn kontinwu ta' Singapore minkejja dan id-dewmien u jitlob id-dħul fis-seħħ rapidu tal-ftehim ladarba jiġi ratifikat mill-Parlament;

3.

Iqis li huwa vitali li l-UE tibqa' fuq quddiem nett ta' sistema kummerċjali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, u jilqa' l-fatt li 10 snin mill-bidu tan-negozjati, l-FTA bejn l-UE u Singapore issa huwa element importanti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jilħqu b'mod attiv sħab globali oħra fit-twettiq kontinwu ta' aġenda ambizzjuża u globali dwar il-kummerċ ġust u miftuħ, filwaqt li jittieħdu tagħlimiet mill-FTA ma' Singapore u jibbażaw fuqu;

4.

Jisħaq fuq l-importanza ekonomika u strateġika ta' dan il-ftehim, peress li Singapore huwa ċentru ewlieni għar-reġjun kollu tal-ASEAN; iqis li dan il-ftehim huwa pass importanti u se jistabbilixxi preċedent għal ftehimiet kummerċjali u ta' investiment ma' Stati Membri oħra tal-ASEAN, u li dan huwa pass 'il quddiem għal ftehim kummerċjali futur interreġjonali; jenfasizza wkoll li dan il-ftehim se jevita li l-esportaturi tal-UE jkunu fi żvantaġġ kompetittiv fir-rigward ta' negozji mill-pajjiżi l-oħra CPTPP u RCEP; jilqa' l-fatt li l-konklużjoni ta' dan il-ftehim, bħala parti mill-aġenda globali tal-UE dwar il-kummerċ ġust u miftuħ, mhux biss twassal għal benefiċċji kbar għall-konsumaturi, iżda wkoll għall-impjegati;

5.

Jinnota li Singapore diġà kien neħħa ħafna mit-tariffi tiegħu fuq prodotti tal-UE u li meta dan il-ftehim jidħol fis-seħħ se jelimina kompletament dawk il-ftit li baqa';

6.

Jilqa' l-fatt li Singapore se jneħħi ċerti miżuri li jistgħu jikkostitwixxu f'ostakoli għall-kummerċ bħal testijiet doppji ta' sikurezza fuq il-karozzi, il-parts tal-karozzi u l-elettronika, b'hekk l-esportazzjoni ta' beni minn negozji tal-UE lejn Singapore se tiġi ssimplifikata;

7.

Jissottolinja li l-ftehim se jipprovdi aċċess aħjar lill-kumpaniji tal-UE għas-suq tas-servizzi ta' Singapore bħal fis-servizzi finanzjarji, tat-telekomunikazzjonijiet, tal-inġinerija, arkitettoniċi, tat-trasport marittimu u tal-posta, u li tali liberalizzazzjoni ssegwi approċċ ta' “lista pożittiva”;

8.

Ifakkar, fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji, li l-ftehim jinkludi klawsola ta' konċessjoni prudenzjali li tippermetti lill-Partijiet jadottaw jew iżommu miżuri għal raġunijiet prudenzjali, u b'mod partikolari li jipproteġu lid-depożitanti u lill-investituri, u li jiżguraw l-integrità u l-istabbiltà tas-sistemi finanzjarji tal-Partijiet;

9.

Jilqa' l-fatt li, fil-21 ta' Ġunju 2017, Singapore ffirma l-Ftehim Multilaterali tal-Awtorità Kompetenti Multilaterali (MCAA) għall-implimentazzjoni tal-istandard globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal finijiet ta' taxxa, u n-notifika tiegħu lill-OECD fit-30 ta' Ġunju 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li jattiva skambji awtomatiċi skont dak il-ftehim mal-Istati Membri kollha tal-UE peress li ma kien hemm l-ebda ftehim bilaterali fis-seħħ dwar l-istess għan; jinnota li Singapore mhuwiex fuq “il-lista s-sewda” u lanqas fuq “il-lista ta' sorveljanza” tal-lista tal-Grupp dwar il-Kodiċi ta' Kondotta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx, għalkemm ġie ikkritikat minn xi NGOs talli offra inċentivi fiskali lill-kumpaniji;

10.

Jenfasizza l-aċċess imtejjeb skont dan il-ftehim għas-suq tal-akkwist pubbliku ta' Singapore meta mqabbel mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA); jenfasizza li l-kriterji soċjali u ambjentali għandhom jitqiesu wkoll fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku; jenfasizza li, kemm fl-UE kif ukoll f'Singapore, l-akkwist pubbliku jrid ikompli jaqdi l-aħjar interessi taċ-ċittadini;

11.

Jilqa' l-fatt li Singapore qabel li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni tal-indikaturi ġeografiċi li se tipproteġi madwar 190 indikazzjoni ġeografika tal-UE, bil-possibbiltà li jiżdiedu aktar fi stadju aktar tard; ifakkar li fl-2016, l-UE esportat EUR 2,2 biljun fi prodotti agroalimentari lejn Singapore, u jinnota li Singapore huwa l-ħames l-akbar suq fl-Asja għal esportazzjonijiet tal-ikel u x-xorb tal-UE, b'hekk joffri opportunitajiet sinifikanti għall-bdiewa u l-produtturi agroalimentari tal-UE; jilqa', għalhekk, l-impenn ta' Singapore f'dan il-ftehim li jżomm żero dazji fuq il-prodotti agroalimentari, u t-twaqqif ta' sistema għaċ-ċertifikazzjoni ta' stabbilimenti tal-UE li jipproduċu l-laħam u li jfittxu li jesportaw lejn Singapore; jiddispjaċih, madankollu, li l-ftehim ma joffrix protezzjoni awtomatika għall-196 indikatur ġeografiku tal-UE inklużi fl-Anness għall-Kapitolu dwar id-Drittijiet ta' Proprjetà Intellettwali, peress li l-indikaturi ġeografiċi kollha – irrispettivament mill-oriġini – jeħtieġ li jiġu eżaminati u ppubblikati (u eventwalment jgħaddu minn perjodu ta' oppożizzjoni), skont il-proċedura ta' reġistrazzjoni f'Singapore, sabiex jiġu protetti; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni dwar l-indikaturi ġeografiċi, li tistabbilixxi r-reġistru tal-indikaturi ġeografiċi ta' Singapore u l-proċedura ta' reġistrazzjoni tal-indikaturi ġeografiċi, se tidħol fis-seħħ wara r-ratifika tal-ftehim mill-Parlament; jistieden lill-awtoritajiet ta' Singapore jibdew jaħdmu immedjatament fuq il-proċedura ta' reġistrazzjoni u jistabbilixxu malajr ir-reġistru u jdaħħluh fis-seħħ mar-ratifika tal-ftehim mill-Parlament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli taħdem b'mod intensiv mal-awtoritajiet ta' Singapore sabiex jiġi żgurat li l-ogħla numru ta' indikaturi ġeografiċi tal-UE jiġi protett f'konformità mat-termini ta' protezzjoni stabbiliti fl-FTA, mingħajr ebda eċċezzjoni jew limitazzjoni (inklużi annessi jew noti f'qiegħ il-paġna);

12.

Jenfasizza li l-ftehim jirrikonoxxi d-dritt tal-Istati Membri fil-livelli kollha biex jiddefinixxu u jipprovdu servizzi pubbliċi, u dan ma jżommx lill-gvernijiet milli jġibu kwalunkwe servizz privatizzat lura fis-settur pubbliku;

13.

Jissottolinja li l-ftehim jissalvagwardja d-dritt tal-UE li żżomm u tapplika l-istandards proprji tagħha għall-prodotti u s-servizzi kollha mibjugħa fl-UE u għaldaqstant l-importazzjonijiet kollha minn Singapore jridu jirrispettaw l-istandards tal-UE; jenfasizza li l-istandards tal-UE m'għandhom qatt jitqiesu bħala ostakli għall-kummerċ u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' dawn l-istandards fuq livell globali; jenfasizza li xejn fil-ftehim ma jipprevjeni l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

14.

Jenfasizza l-importanza ta' politika kummerċjali bbażata fuq il-valuri u responsabbli u l-ħtieġa li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli; jilqa' il-fatt, għalhekk, li ż-żewġ Partijiet impenjaw ruħhom fil-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u tax-xogħol u li b'hekk dan jista' jitqies bħala ftehim kummerċjali progressiv; jinnota li l-ftehim jinkludi wkoll kapitolu dwar l-ostakli mhux tariffarji fil-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli; jirrimarka li l-ftehim bejn l-UE u Singapore jista' jkun strument għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex jaċċellera u jintensifika l-azzjoni u l-investiment meħtieġa għal futur sostenibbli b'livell baxx ta' karbonju; jistieden lill-UE u lil Singapore jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jimplimentaw l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

15.

Ifakkar li l-Partijiet impenjaw ruħhom li jagħmlu sforzi sostnuti biex jirratifikaw u jimplimentaw b'mod effikaċi l-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jieħu nota tal-informazzjoni pprovduta sa issa mill-Gvern ta' Singapore fir-rigward tal-konformità tiegħu ma' tliet konvenzjonijiet tal-ILO fundamentali pendenti, jiġifieri dawk dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, dwar id-Diskriminazzjoni u x-Xogħol Furzat, u jappella lil Singapore jkompli jinvolvi ruħu mal-ILO bil-ħsieb li jsir progress lejn allinjament sħiħ mal-kontenut tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar biex iwettaq ir-ratifika tagħhom f'perjodu raġonevoli;

16.

Jilqa' l-impenn biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-ftehimiet ambjentali multilaterali bħall-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u s-sajd;

17.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni regolatorja hija volontarja u bl-ebda mod ma għandha tillimita d-dritt ta' regolamentazzjoni;

18.

Iħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-benessri tal-annimali u, mill-aktar fis possibbli u wara d-dħul fis-seħħ tal-FTA, jistabbilixxu grupp ta' ħidma konġunt biex jintlaħaq qbil dwar pjan ta' azzjoni li jindirizza s-setturi rilevanti bħall-benessri tal-ħut fl-akkwakultura;

19.

Jenfasizza li l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim huwa kruċjali u jappella għall-istabbiliment rapidu ta' gruppi konsultattivi domestiċi wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim u għal rappreżentanza bbilanċjata tas-soċjetà ċivili fihom; jistieden lill-Kummissjoni talloka biżżejjed fondi li jiffunzjonaw b'mod effikaċi u tipprovdi appoġġ biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni kostruttiva tas-soċjetà ċivili;

20.

Jinnota li l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore jipprevedi l-possibbiltà li l-UE tissospendi l-FTA f'każ ta' ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem minn Singapore;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża tajjeb il-klawsola ta' rieżami ġenerali tal-ftehim mill-aktar fis possibbli sabiex tissaħħaħ l-eżegwibilità tad-dispożizzjonijiet dwar ix-xogħol u dawk ambjentali, inkluż permezz ta' analiżi tal-metodi differenti ta' infurzar ta' mekkaniżmu bbażat fuq sanzjonijiet bħala l-aħħar rimedju;

22.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)  ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.

(2)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 21.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2019)0088.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/346


P8_TA(2019)0090

Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 – C8-0447/2018 – 2018/0095(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07979/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07980/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0447/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Mejju 2017 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 (2) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0054/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C:2017:376.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0091.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/347


P8_TA(2019)0091

Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment UE-Singapore (riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (07979/2018 – C8-0447/2018 – 2018/0095M(NLE))

(2020/C 449/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07979/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore min-naħa l-oħra (07980/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0447/2018),

wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tat-23 ta' April 2007 għal ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Istati Membri u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2009 li jiġu segwiti negozjati bilaterali għal ftehim ta' kummerċ ħieles ma' stati membri individwali tal-ASEAN, l-ewwel wieħed minnhom ikun Singapore,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar il-politika Ewropea futura ta' investiment internazzjonali (1),

wara li kkunsidra l-modifiki tat-12 ta' Settembru 2011 tad-direttivi ta' negozjati inizjali, bl-għan li Kummissjoni tkun awtorizzata tinnegozja dwar l-investiment,

wara li kkunsidra Regolament (UE) Nru 1219/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 li jistabbilixxi arranġamenti transizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Kummerċ għal Kulħadd – Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment” (COM(2015)0497),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017 fil-proċedura 2/15 (4), mitluba mill-Kummissjoni fl-10 ta' Lulju 2015, skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħi tal-4 ta' Ottubru 2018 dwar il-kontribut tal-UE għal Strument Vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b'karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (5),

wara li kkunsidra r-Regoli tal-Kummissjoni tan-NU dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (UNCITRAL) dwar it-Trasparenza f'Arbitraġġ ibbażat fuq Trattat bejn l-Investituri u l-Istat,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-TFUE, b'mod partikolari l-Ħames Parti, it-Titoli I, II u V tiegħu, speċifikament l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 (6) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0049/2019),

A.

billi l-UE u Singapore jikkondividu l-istess valuri fundamentali, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-diversità kulturali u lingwistika u impenn b'saħħtu favur kummerċ ibbażat fuq ir-regoli fi ħdan sistema kummerċjali multilaterali;

B.

billi l-UE hija riċevitur u sors ewlieni ta' investiment dirett barrani madwar id-dinja;

C.

billi Singapore huwa t-tmien l-akbar destinazzjoni tal-investiment dirett barrani tal-UE u jinsab fl-ewwel post fir-reġjun tal-ASEAN;

D.

billi Singapore huwa bil-bosta l-akbar sieħeb tal-UE fir-reġjun, u jirrappreżenta ftit inqas minn terz tal-kummerċ f'merkanzija u servizzi bejn l-UE u l-ASEAN, u bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tal-investimenti kollha bejn iż-żewġ reġjuni. billi aktar minn 10 000 kumpanija Ewropea għandhom l-uffiċċji reġjonali tagħhom f'Singapore u joperaw b'konswetudni f'kuntest ta' sigurtà u ċertezza ġuridika;

E.

billi Singapore huwa l-post ewlieni ta' investiment Ewropew fl-Asja, bi stokkijiet ta' investiment bilaterali li laħqu l-ammont ta' EUR 256 biljun fl-2016;

F.

billi bħalissa hemm aktar minn 3 000 trattat internazzjonali ta' investiment fis-seħħ, u l-Istati Membri tal-UE huma parti għal madwar 1 400 trattat;

G.

billi dan huwa l-ewwel ftehim unikament dwar “il-protezzjoni tal-investiment” konkluż bejn l-UE u pajjiż terz wara diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-arkitettura l-ġdida tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles tal-UE abbażi tal-opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) tas-16 ta' Mejju 2017;

H.

billi fid-dawl tal-approċċ il-ġdid tal-UE dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar tagħha, is-sistema ta' qorti tal-investiment (ICS), fl-2017, Singapore qabel li jirrieżamina d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment innegozjati fl-2014, b'hekk li jinfetaħ mill-ġdid ftehim magħluq;

I.

billi l-ftehim jibni fuq id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment li huma nklużi fil-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada, li ġie rratifikat mill-Parlament fil-15 ta' Frar 2017;

J.

billi fis-6 ta' Settembru 2017, il-Belġju talab għal opinjoni tal-QtĠ-UE dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tas-CETA dwar l-ICS mat-Trattati tal-UE;

K.

billi l-ekonomiji żviluppati b'ġudikaturi li jiffunzjonaw tajjeb iwasslu biex tingħata anqas importanza għal bżonn ta' mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat, għalkemm dawn il-mekkaniżmi jistgħu jiżguraw soluzzjoni aktar rapida tat-tilwim; billi, madankollu, l-istabbiliment ta' qorti ta' investiment multilaterali indipendenti tqawwi l-fiduċja fis-sistema u ċ-ċertezza ġuridika;

L.

billi l-ftehim se jissostitwixxi t-trattati bilaterali fuq l-investiment bejn 13-il Stat Membru tal-UE u Singapore, li ma jinkludux l-approċċ il-ġdid tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar tagħha (ICS);

M.

billi l-partijiet impenjaw ruħhom li jfittxu li jiksbu qorti multilaterali tal-investiment, inizjattiva appoġġata bis-sħiħ mill-Parlament;

N.

billi fl-20 ta' Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-direttivi ta' negozjati li jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-UE, konvenzjoni li tistabbilixxi qorti multilaterali għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar l-investiment. billi dawn id-direttivi ta' negozjati ġew ippubblikati;

O.

billi l-UE kkonkludiet ftehim simili dwar il-protezzjoni tal-investiment mal-Vjetnam, li ġie adottat mill-Kummissjoni fis-17 ta' Ottubru 2018;

1.

Jilqa' l-approċċ il-ġdid tal-UE lejn il-protezzjoni tal-investiment u l-mekkaniżmu ta' infurzar (ICS) tiegħu, li jieħu post kemm tas-soluzzjoni kontroversjali ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS), li tindirizza uħud min-nuqqasijiet tal-proċess, u wkoll tal-proċessi individwali segwiti mill-Istati Membri tal-UE fit-trattati bilaterali fuq l-investiment (BITs);

2.

Jikkunsidra li huwa essenzjali li l-ftehim se jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-investiment, ta' trasparenza u kontabbiltà, filwaqt li jissalvagwardja d-dritt taż-żewġ partijiet li jirregolaw u li jsegwu objettivi leġittimi ta' politika pubblika, bħas-saħħa pubblika u l-protezzjoni tal-ambjent, fil-livelli kollha ta' gvern; jenfasizza li jekk parti waħda tirregola b'tali mod li din taffettwa investiment b'mod negattiv jew tindaħal fl-aspettattivi ta' profitt tal-investitur, dan fih innifsu ma jkunx jirrappreżenta ksur tal-istandards ta' protezzjoni tal-investiment u għalhekk ma jkun jirrikjedi l-ebda kumpens; jenfasizza li l-ftehim, bl-ebda mod ma għandu jillimita l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u tad-drittijiet tat-trade unions;

3.

Jenfasizza li l-ftehim jiggarantixxi li l-investituri tal-UE f'Singapore mhumiex se jiġu diskriminati fil-konfront ta' investituri Singaporjani, u jipproteġihom b'mod xieraq minn esproprjazzjoni illeġittima;

4.

Ifakkar li s-sistema ta' qorti tal-investiment tipprevedi l-istabbiliment ta' Tribunal tal-Investiment tal-Prim'Istanza Permanenti u Tribunal tal-Appell, li l-membri tagħhom jeħtieġ li jkollhom kwalifiki komparabbli għal dawk li għandhom imħallfin tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inkluż għarfien espert fid-dritt internazzjonali pubbliku u mhux biss fid-dritt kummerċjali, u jeħtieġ li jissodisfaw regoli stretti ta' indipendenza, integrità u imġiba etika permezz ta' kodiċi ta' kondotta vinkolanti mfassal biex jipprevjeni kunflitti ta' interess;

5.

Jilqa' l-fatt li r-regoli ta' trasparenza se japplikaw għall-proċedimenti quddiem it-tribunali, id-dokumenti tal-każ se jkunu disponibbli pubblikament u s-seduti ta' smigħ se jsiru fil-pubbliku; jemmen li aktar trasparenza se tgħin biex titnissel il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema; jilqa' barra minn hekk, iċ-ċarezza rigward ir-raġunijiet li għalihom investitur jkun jista' jissottometti talba, li tiżgura trasparenza addizzjonali u l-ekwità tal-proċess;

6.

Jenfasizza li partijiet terzi, bħal pereżempju l-organizzazzjonijiet tax-xogħol u tal-ambjent, ma għandhom l-ebda status ġuridiku quddiem it-tribunali u għalhekk ma jistgħux jipparteċipaw bħala partijiet affettwati biex jinfurzaw l-obbligi tal-investituri, iżda jistgħu jikkontribwixxu għall-proċedimenti tal-ICS permezz ta' osservazzjonijiet amicus curiae; jissottolinja l-fatt li l-qorti tal-investiment għadha tikkostitwixxi sistema distinta għall-investituri barranin biss;

7.

Jenfasizza li m'għandux ikun possibbli li ssir għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni (forum shopping) u li jridu jiġu evitati proċedimenti multipli u paralleli;

8.

Ifakkar li l-ftehim jibni b'mod sinifikanti fuq id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment fis-CETA, peress li huwa jinkorpora d-dispożizzjonijiet dwar obbligi għal ex imħallfin, kodiċi ta' kondotta li jipprevjeni kunflitti ta' interess u Tribunal ta' Appell li jiffunzjona bis-sħiħ fil-mument tal-konklużjoni tiegħu;

9.

Jilqa' l-impenn ta' Singapore għall-istabbiliment ta' qorti multilaterali tal-investiment, qorti internazzjonali pubblika u indipendenti li se tingħata s-setgħa li tisma' każijiet ta' tilwim dwar investimenti bejn investituri u stati, li jkunu aċċettaw il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tat-trattati bilaterali fuq l-investiment, u li l-għan aħħari tagħha jrid ikun li tirriforma u tieħu post ir-reġim żbilanċjat, li jiswa' ħafna flus, u frammentat kurrenti ta' protezzjoni tal-investiment; iqis li l-ftehim huwa pass kruċjali lejn dan l-għan; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq lil pajjiżi terzi bil-għan li tistabbilixxi, malajr kemm jista' jkun, il-qorti multilaterali tal-investiment;

10.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill li jippubblika d-direttivi ta' negozjati tal-20 ta' Marzu 2018 dwar il-qorti multilaterali tal-investiment, u jistieden lill-Kunsill jippubblika d-direttivi ta' negozjati kollha preċedenti u futuri dwar il-ftehimiet ta' kummerċ u investiment immedjatament wara li jiġu adottati, bil-għan li jiżdiedu t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku;

11.

Jenfasizza l-fatt li l-ftehim se jieħu post il-BITs eżistenti bejn 13-il Stat Membru tal-UE u s-Singapore biex b'hekk tingħata koerenza akbar mill-BITs, li huma msejsa fuq dispożizzjonijiet skaduti dwar il-protezzjoni tal-investiment u li jinkludu l-ISDS; jisħaq li l-ftehim se joħloq ukoll drittijiet ġodda għall-pretensjonijiet tal-investituri fil-bqija tal-15-il Stat Membru; jenfasizza li l-qrati nazzjonali funzjonali huma l-għażla primarja biex jissolva t-tilwim tal-investituri, iżda iqis il-ftehim bħala pass importanti lejn ir-riforma tar-regoli globali dwar il-protezzjoni ta' investiment u s-soluzzjoni tat-tilwim;

12.

Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbilitajiet tal-investitur u jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tar-responsabbiltà soċjali korporattiva; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra leġiżlazzjoni simili għal dik dwar il-minerali ta' kunflitt u l-injam, bħal pereżempju fil-każ tal-industrija tal-ħwejjeġ; ifakkar dwar l-importanza tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Impriżi Multinazzjonali u u l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

13.

Jinnota n-nuqqas ta' approċċ globali rigward il-konformità tal-korporazzjonijiet mal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem u ta' disponibbiltà ta' mekkaniżmi ta' rimedju; jinnota l-ħidma li nbdiet fin-NU minn grupp ta' ħidma intergovernattiv miftuħ dwar it-tfassil ta' strument vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b'mod kostruttiv f'din l-inizjattiva;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha biex l-ICS ssir aktar aċċessibbli, partikolarment għall-SMEs u għall-intrapriżi żgħar;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lil Singapore jaqblu dwar sanzjonijiet aktar b'saħħithom fl-eventwalità li membru tat-tribunali ma jikkonformax mal-kodiċi ta' kondotta, u jiżguraw li dawn ikunu fis-seħħ hekk kif dan il-ftehim jidħol fis-seħħ;

16.

Iqis li l-approvazzjoni ta' dan il-ftehim se tagħti lill-UE aktar setgħa biex tinnegozja ftehimiet simili ma' pajjiżi oħrajn tal-ASEAN bl-għan li jiġu stabbiliti regoli simili dwar il-protezzjoni tal-investiment fir-reġjun;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 34.

(2)  ĠU L 351, 20.12.2012, p. 40.

(3)  ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.

(4)  Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Mejju 2017, 2/15, ECLI:EU:C: 2017:376.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2018)0382.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2019)0090.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/351


P8_TA(2019)0092

Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15375/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (08224/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 212 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0026/2019),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0020/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' Singapore.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0093.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/352


P8_TA(2019)0093

Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Singapore (riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika ta' Singapore, min-naħa l-oħra (15375/2018 – C8-0026/2019 – 2018/0403M(NLE))

(2020/C 449/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (15375/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u Singapore, min-naħa l-oħra (08224/2014),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 212, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0026/2019),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore, li ġie ffirmat fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment bejn l-UE u Singapore, li ġew iffirmati fi Brussell fid-19 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni ASEAN-KEE, iffirmat f'Marzu 1980, li jikkostitwixxi l-qafas legali għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ASEAN (1),

wara li kkunsidra t-12-il Summit bejn l-Asja u l-Ewropa (ASEM), li sar fi Brussell fit-18 u d-19 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-10 laqgħa interparlamentari bejn l-UE u Singapore, fit-23 ta' Mejju 2017,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea, ppubblikata mil-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'Ġunju 2016,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-UE fl-Asja tal-Lvant, approvati mill-Kunsill fil-15 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2018 dwar il-kooperazzjoni msaħħa tal-UE fis-sigurtà fl-Asja u mal-Asja,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar il-konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja, li hija bbażata fuq il-kunċett ta' konnettività sostenibbli,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet reċenti tiegħu dwar l-ASEAN, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-ASEAN (2) u tal-15 ta' Jannar 2014 dwar il-futur tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Frar 2019 (4) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0023/2019),

A.

billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u Singapore jmorru lura għexieren ta' snin, u huma mibnija fuq storja twila ta' ħbiberija u rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi mill-qrib; billi s-sħubija bilaterali hija msejsa fuq valuri komuni u impenn lejn dinja paċifika u għanja;

B.

billi ż-żewġ partijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn l-UE u Singapore jaffermaw mill-ġdid ir-rispett tagħhom lejn il-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti internazzjonali applikabbli oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem;

C.

billi Singapore huwa membru fundatur tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN), li ċċelebrat l-40 anniversarju tagħha fl-2017;

D.

billi matul il-Presidenza tiegħu tal-ASEAN fl-2018, bil-motto “Reżiljenti u Innovattivi”, Singapore ospita żewġ Summits tal-ASEAN u ppromwova l-unità, is-sigurtà u l-kooperazzjoni ekonomika tal-ASEAN, u vara inizjattivi bħall-ASEAN Youth Fellowship;

E.

billi Singapore huwa alleat mill-qrib tal-Istati Uniti, li miegħu kkonkluda Ftehim ta' Kummerċ Ħieles fl-2003, u li huwa jqis bħala indispensabbli għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-bilanċ reġjonali fir-reġjun Asja-Paċifiku;

F.

billi Singapore jinsab fid-disa' post fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem tal-2017 tal-Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti;

G.

billi Singapore jinsab fis-sitt post fl-Indiċi tal-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni tal-2017 ta' Transparency International, b'hekk huwa wieħed mill-pajjiżi l-inqas korrotti fid-dinja;

H.

billi l-ewwel Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ UE-ASEAN sar fi Frar 2018;

I.

billi Singapore esperjenza livelli rekord ta' tniġġis tal-arja b'riżultat ta' nirien fil-foresti f'pajjiżi ġirien, l-aktar minħabba l-ħruq intenzjonat bil-għan li l-art titwitta sabiex tintuża għall-kultivazzjoni ta' pjantaġġuni taż-żejt tal-palm u tal-injam;

J.

billi l-Kostituzzjoni ta' Singapore tiggarantixxi d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, li madankollu huma ristretti bil-kbir għal raġunijiet ta' sigurtà, protezzjoni tal-ordni pubbliku, moralità, privileġġ parlamentari, u armonija razzjali u reliġjuża; billi Singapore huwa kklassifikat fil-151 post minn 180 fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018; billi l-liġijiet ta' Singapore dwar id-disprezz, is-sedizzjoni u l-libell huma użati biex jirrestrinġu l-vuċijiet kritiċi fost l-attivisti, il-bloggers u l-midja;

K.

billi Singapore għadu japplika l-piena tal-mewt; billi wara perjodu qasir ta' ebda eżekuzzjoni, l-għadd ta' eżekuzzjonijiet ilu jiżdied sa mill-2014;

L.

billi d-drittijiet tal-komunità LGBTI ta' Singapore huma ristretti bil-kbir; billi relazzjoni sesswali kunsenswali bejn żewġ irġiel hija illegali u ġġorr piena sa sentejn ħabs; billi r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex rikonoxxuti skont id-dritt ta' Singapore;

M.

billi Singapore għadu ma rratifikax żewġ konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, b'mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u l-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni;

Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni UE-Singapore

1.

Jilqa' l-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK), li huwa ta' importanza strateġika u se jipprovdi qafas legali għar-relazzjonijiet bilaterali fit-tul u impenn għat-tisħiħ u t-twessigħ tal-kooperazzjoni fil-fora reġjonali u internazzjonali, u f'oqsma bħall-protezzjoni tal-ambjent, l-istabbiltà internazzjonali, il-ġustizzja, is-sigurtà u l-iżvilupp;

2.

Jenfasizza l-opportunitajiet pprovduti mill-FSK għall-oqsma ġodda ta' kooperazzjoni, bħad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà u nonproliferazzjoni ta' armi nukleari, u għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika f'oqsma bħall-enerġija, l-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tar-riżorsi naturali u t-trasport, b'mod partikolari t-trasport marittimu u bl-ajru;

3.

Jilqa' l-kooperazzjoni fir-rabtiet interpersonali, fis-soċjetà tal-informazzjoni, fl-oqsma awdjoviżivi u tal-midja, fl-edukazzjoni u l-iskambji kulturali, fl-impjiegi u l-affarijiet soċjali, fis-saħħa u fl-istatistika li se jgħinu biex jiġi evalwat il-progress tal-ftehim;

4.

Iqis li l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni, il-ftehim qafas, huwa politikament assoċjat mill-qrib u jikkomplementa l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u l-Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investiment; ifakkar li l-Artikolu 44 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni jippermetti li l-ftehimiet ma jiġux eżegwiti f'każijiet ta' ksur sistematiku u serju ta' elementi essenzjali, inklużi l-prinċipji demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

5.

Jilqa' l-fatt li, fil-21 ta' Ġunju 2017, Singapore ffirma l-Ftehim Multilaterali tal-Awtorità Kompetenti Multilaterali (MCAA) għall-implimentazzjoni tal-istandard globali għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal finijiet ta' taxxa, u n-notifika tiegħu lill-OECD fit-30 ta' Ġunju 2017 dwar l-intenzjoni tiegħu li jattiva skambji awtomatiċi skont dak il-ftehim mal-Istati Membri kollha tal-UE peress li ma kien hemm l-ebda ftehim bilaterali fis-seħħ dwar l-istess għan; iħeġġeġ lill-Partijiet jagħmlu użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa fil-FSK;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

6.

Jafferma mill-ġdid l-impenn u l-involviment meħtieġa fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet soċjali, id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt, u tal-ħidma flimkien f'dan ir-rigward; ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem huma fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi; jistieden lill-awtoritajiet ta' Singapore jiżguraw, f'kull ċirkostanza, ir-rispett tad-dritt internazzjonali, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, f'konformità mal-Karta tan-NU u mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jqis li l-UE għandha tkompli tipprovdi appoġġ lil Singapore għall-inklużjoni soċjali, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u għall-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tar-riforma ġudizzjarja; jilqa' d-dibattitu pubbliku miftuħ dwar ir-reviżjoni tal-liġi li mhijiex infurzata dwar il-kastig ta' relazzjoni kunsenswali bejn persuni tal-istess sess, u jistieden lill-Gvern ta' Singapore jħares bis-sħiħ id-drittijiet tal-komunità LGBTI; jinsisti li l-Gvern ta' Singapore jabolixxi l-liġijiet li jippenalizzaw ir-relazzjonijiet sesswali bejn persuni tal-istess ġeneru; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar kooperazzjoni dwar id-drittijiet tan-nisa, u jħeġġeġ lill-Gvern ta' Singapore jiffaċilita l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa u bbażata fuq l-orjentazzjoni sesswali;

7.

Jappella lill-UE tidħol fi djalogu mal-Gvern ta' Singapore bil-għan li jiġi introdott moratorju immedjat fuq il-piena kapitali bħala pass lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

8.

Jistieden lill-Gvern ta' Singapore jħares il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, peress li dawn huma elementi fundamentali ta' demokrazija li tiffunzjona sew;

9.

Jistieden lill-UE tinvolvi ruħha fi djalogu mal-awtoritajiet ta' Singapore bil-għan li tiġi ffaċilitata r-ratifika min-naħa ta' dan il-pajjiż tal-istrumenti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; jirrikonoxxi li Singapore għadu ma rratifikax il-konvenzjonijiet dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni u dwar id-Diskriminazzjoni, u ddenunzja l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat; jistenna li Singapore jkompli jinvolvi ruħu mal-ILO bil-għan li jagħmel progress lejn allinjament sħiħ mal-kontenut ta' dawn il-konvenzjonijiet, u fl-aħħar mill-aħħar biex iwettaq ir-ratifika tagħhom;

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u Singapore

10.

Jenfasizza li l-konklużjoni tal-FSK jipprovdi impetu qawwi għal involviment akbar bejn l-UE, Singapore u r-reġjun tax-Xlokk tal-Asja b'mod ġenerali;

11.

Jenfasizza l-valur politiku ta' relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment b'saħħithom bejn Singapore u l-UE;

12.

Jissottolinja l-esperjenza partikolari tal-UE fil-bini tal-istituzzjonijiet, fis-suq uniku, fil-konverġenza regolatorja, fil-ġestjoni tal-kriżijiet, fl-assistenza umanitarja u l-għajnuna f'każ ta' diżastru, u fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li l-UE għandha tintensifika d-djalogi politiċi u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet bħad-drittijiet fundamentali u kwistjonijiet ta' tħassib komuni, inkluż l-istat tad-dritt u s-sigurtà u l-protezzjoni tal-libertà ta' espressjoni;

13.

Jilqa' l-fatt li l-FSK jappoġġa l-iskambji interpersonali, bħall-mobbiltà akkademika fl-ambitu tal-Programm Erasmus Mundus, u jiffaċilita l-iżvilupp ulterjuri ta' skambji kulturali sabiex jiżdiedu l-fehim u l-għarfien reċiproku tal-kulturi rispettivi;

14.

Jissottolinja r-rwol tal-Fondazzjoni Asja-Ewropa (ASEF) ibbażata f'Singapore, bħala l-istrument ewlieni għall-iskambji kulturali bejn l-Asja u l-Ewropa; jilqa' r-rwol tagħha fl-inklużjoni tat-tħassib tas-soċjetà ċivili bħala komponent vitali għad-deliberazzjonijiet fl-ASEM;

15.

Jenfasizza li ċ-Ċentru tal-Unjoni Ewropea f'Singapore, li ġie stabbilit fl-2009 bi sħubija mal-Università Nazzjonali ta' Singapore u l-Università Teknoloġika ta' Nanyang, jippromwovi l-għarfien u l-fehim tal-UE u l-politiki tagħha u huwa parti min-netwerk globali ta' Ċentri ta' Eċċellenza tal-UE;

16.

Iħeġġeġ lir-riċerkaturi Singaporjani jwettqu riċerka u proġetti ta' innovazzjoni b'mod konġunt mal-entitajiet tal-UE fl-ambitu tal-inizjattivi ta' riċerka tal-UE bħall-programm Orizzont 2020, u jindirizzaw sfidi globali komuni relatati mat-tibdil fil-klima, l-ambjent, il-bijoteknoloġija, is-saħħa, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-enerġija, ir-riżorsi naturali u s-sikurezza alimentari;

Kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali

17.

Iqis li Singapore huwa sieħeb ewlieni fir-reazzjoni għad-diżastri umanitarji fix-Xlokk tal-Asja, kif ukoll attur importanti għall-istabbiltà politika fir-reġjun kollu;

18.

Jinsab imħasseb dwar it-tibdil fil-klima li se jkollu impatt kbir fuq Singapore u fuq ir-reġjun ASEAN; jilqa' l-kontribut pożittiv ta' Singapore lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; jilqa' r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi minn Singapore fil-21 ta' Settembru 2016, u jistenna li Singapore jilħaq il-miri ppjanati ta' tnaqqis tal-emissjonijiet sal-2030; għandu l-ħsieb li jaħdem flimkien ma' Singapore u mal-ASEAN biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata assistenza lil Singapore u lill-bqija tal-pajjiżi tal-ASEAN sabiex jissaħħu l-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità, b'mod partikolari tal-iskolli tal-qroll, u r-riabilitazzjoni sistematika tal-ekosistemi tal-foresti; jilqa' r-rwol ta' Singapore dwar il-kwistjoni reġjonali tat-tnaqqis tad-deforestazzjoni; iħeġġeġ aktar kooperazzjoni bejn l-UE u Singapore biex jitrażżnu b'mod effikaċi n-nirien fil-foresti u biex jiġu adottati teknoloġiji li huma aktar ekoloġiċi għat-trasport u l-bini;

19.

Jemmen li jista' jkun hemm skop, interess u ħtieġa għall-UE u għall-ASEAN li jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw strateġija konġunta fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari;

20.

Jilqa' l-ħolqien tal-Forum Forum tal-Mexxejja Żgħażagħ UE-ASEAN, li se jippermetti lill-mexxejja żgħażagħ mill-UE u mill-pajjiżi tal-ASEAN jiskambjaw ideat u jibnu relazzjonijiet sabiex jappoġġaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN;

21.

Jisħaq fuq il-fatt li l-FSK se jagħti lill-UE l-opportunità li tikkonsolida l-kontribut tagħha fl-implimentazzjoni tal-objettivi komuni fiż-żona Indo-Paċifika; jappella għal sforzi konġunti msaħħa għal reġjun Indo-Paċifiku liberu u miftuħ;

22.

Jappella għal kooperazzjoni ma' Singapore fl-insegwiment ta' interessi komuni relatati mal-implimentazzjoni tal-politiki ta' konnettività tal-ASEAN u tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' kollaborazzjoni dwar l-Inizjattiva One Belt One Road sabiex issir ħidma lejn l-implimentazzjoni tal-miri u l-kriterji ta' konnettività li ġew maqbula matul is-Summit li sar dan l-aħħar bejn l-UE u ċ-Ċina; itenni l-ħtieġa li tiġi promossa l-governanza multilaterali;

23.

Jenfasizza li Singapore huwa favur il-multilateraliżmu reġjonali fix-Xlokk tal-Asja; jieħu nota tar-rwol ta' Singapore fid-diplomazija interreġjonali u d-djalogi ekonomiċi u istituzzjonali bejn l-UE u l-ASEAN, u jissottolinja l-appoġġ ta' Singapore għall-integrazzjoni reġjonali fix-Xlokk tal-Asja;

24.

Jinnota li Singapore jinsab f'pożizzjoni strateġika; jieħu nota tal-kontribut ta' Singapore lejn is-sigurtà reġjonali u globali; jilqa' s-Summit annwali dwar is-Sigurtà tal-Asja, magħruf ukoll bħala d-Djalogu ta' Shangri-La, li ilu jsir fil-Lukanda ta' Shangri-La f'Singapore mill-2002;

25.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-tensjonijiet dejjem jikbru fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; jistieden lill-ASEAN tħaffef il-konsultazzjonijiet dwar Kodiċi ta' Kondotta għar-riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim u l-kontroversji f'din iż-żona u lill-UE biex tappoġġa dan il-proċess; jinsisti li l-kwistjoni għandha tiġi solvuta skont id-dritt internazzjonali abbażi tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); jinsab kuntent li Singapore, pajjiż mhux rikorrent, ħeġġeġ lill-partijiet jiġġestixxu d-differenzi b'mod paċifiku u skont id-dritt internazzjonali, inkluża l-UNCLOS;

26.

Jappella, flimkien ma' Singapore, għal-libertà ta' navigazzjoni u ta' titjiriet fiż-żona, u jenfasizza li l-UE għandha interess qawwi li tippromwovi l-istabbiltà fix-Xlokk tal-Asja; jenfasizza r-rwol ewlieni tal-Forum Reġjonali tal-ASEAN u tas-Summit tal-Asja tal-Lvant fil-promozzjoni ta' djalogi dwar is-sigurtà bejn is-setgħat reġjonali u extra-reġjonali taċ-Ċina u tal-Istati Uniti;

27.

Jilqa' l-Programm ta' Kapaċità Ċibernetika tal-ASEAN varat fl-inizjattiva ta' Singapore, li għandu l-għan li jassisti lin-nazzjonijiet tal-ASEAN biex jidentifikaw theddidiet ċibernetiċi u jirrispondu għalihom; jifhem li l-ASEAN ma għandha l-ebda normi reċiproċi għall-protezzjoni ċibernetika, li jista' jimpedixxi l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà ċibernetika fir-reġjun; jappella lill-UE tikkondividi l-esperjenzi tagħha dwar kif tindirizza theddidiet ċibernetiċi u ibridi u tappoġġa l-bini ta' kapaċità tal-ASEAN f'dan il-qasam;

28.

Ifaħħar lil Singapore għall-iskjerament ta' truppi u materjal tiegħu biex jappoġġa l-koalizzjoni multinazzjonali fl-Iraq mill-2003 sal-2008 u l-kontribut sussegwenti tiegħu għall-operazzjonijiet kontra l-ISIS fl-Iraq u s-Sirja;

29.

Jirrikonoxxi li Singapore huwa lest li jospita u jiżvolġi r-rwol tiegħu bħala ospitant ta' laqgħat ta' summits organizzati biex jippromwovu l-paċi u l-bini ta' fiduċja fl-Asja u lil hinn minnha;

Qafas istituzzjonali fl-ambitu tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni

30.

Jilqa' l-istabbiliment, fl-ambitu tal-FSK, ta' Kumitat Konġunt magħmul minn rappreżentanti miż-żewġ naħat f'livell għoli xieraq, biex jiżgura l-funzjonament korrett u l-implimentazzjoni korretta tal-ftehim, jistabbilixxi prijoritajiet u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jiġu promossi l-objettivi tal-ftehim;

31.

Jappella sabiex ikun hemm skambji regolari bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Parlament, b'mod li dan tal-aħħar ikun jista' jsegwi l-implimentazzjoni tal-FSK u l-kisba tal-objettivi tiegħu;

o

o o

32.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament ta' Singapore.

(1)  ĠU L 144, 10.6.1980, p. 2.

(2)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 44.

(3)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 75.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2019)0092.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/357


P8_TA(2019)0094

It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (13111/2018 – C8-0473/2018 – 2018/0282(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13111/2018),

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tat-Trasport (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikoli 91 u 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0473/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0022/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tat-trattat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Albanija, tal-Bożnija-Ħerzegovina, tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, tal-Kosovo (2), tal-Montenegro u tar-Repubblika tas-Serbja.

(1)  ĠU L 278, 27.10.2017, p. 3.

(2)  Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hi konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u mal-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/358


P8_TA(2019)0096

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/50)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi

li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. L-Artikolu 175 TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta' dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.

(1)

L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. Dawn ir-reġjuni jibbenefikaw b'mod partikolari mill-politika ta' koeżjoni. L-Artikolu 175 tat-TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta' dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 tat-TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Huwa importanti għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha li l-politika ta' koeżjoni tibqa' l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni, filwaqt li żżomm il-finanzjament tagħha fil-perjodu 2021-2027 tal-anqas fil-livell tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li finanzjament ġdid għal oqsma oħra ta' attività jew programmi tal-Unjoni ma jkunux ta' detriment għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda 430

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”), il-Fond ta' Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni ( Asylum and Migration Fund, “AMIF”), il-Fond għas-Sigurtà Interna ( Internal Security Fund, “ISF”) u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi (“BMVI”), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 TFUE għal dawn il-Fondi kollha (“il-Fondi”), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u  għall-FEMS .

(2)

Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”), il-Fond ta' Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), il-Fond għas-Sigurtà Interna (“ISF”) u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi (“BMVI”), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 tat-TFUE għal dawn il-Fondi kollha (“il-Fondi”), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 tat-TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni , għall-FEMS sa punt speċifiku għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) .

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

(4)

Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta' Adeżjoni tal-1994 sabiex jindirizzaw l-iżvantaġġi speċifiċi tagħhom relatati mal-pożizzjoni ġeografika tagħhom .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE , inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE , jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà tan-NU u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippriżerva , tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) TFUE , u jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 TFUE .

(5)

Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 tat-TFUE , inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE , jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Fondi jiġu implimentati b'mod li jippromwovi d-deistituzzjonalizzazzjoni u l-kura bbażata fil-komunità. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni, jew li jappoġġaw infrastruttura li tkun inaċċessibbli għall-persuni b'diżabbilità . Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippreserva , tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat-TFUE , u jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas u jitqiesu l-impenji maqbula taħt il-Ftehim ta' Pariġi . Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE. Il-faqar huwa wieħed mill-akbar sfidi tal-UE. Għalhekk, il-Fondi jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar. Jenħtieġ li huma jikkontribwixxu wkoll għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta' 25  % tan-nefqa tal-baġit li tapoġġa l-objettivi klimatiċi.

(9)

Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta' 30  % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-objettivi klimatiċi. Il-mekkaniżmi għall-protezzjoni tal-klima jenħtieġ li jkunu parti integrali tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Minħabba l-impatt tal-flussi ta' migrazzjoni minn pajjiżi terzi, il-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għal proċessi ta' integrazzjoni, b'mod partikolari billi tipprovdi appoġġ infrastrutturali lill-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar esposti, li huma aktar involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill (12) (ir-“Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(10)

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (ir-“Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jsir fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, u skont il-korpi maħtura minnhom għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-Fondi għall-benefiċjarji.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 ikompli japplika  (13).

(11)

Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli u jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa temenda u tadatta r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (13).

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta' riforma u tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment pluriennali nazzjonali tagħhom b'appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta' riforma. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma bħala mod kif jiġu enfasizzati u kkoordinati proġetti ta' investimenti ta'prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut, speċjalment mill-Fondi, mill-Funzjoni ta' Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropea u mill-InvestUE.

imħassar

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw kif rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 121(2) TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 148(4) TFUE ( CSRs ) jitqiesu fit-tħejjija ta' dokumenti ta' programmazzjoni. Matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 (“perjodu ta' programmazzjoni”), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b'appoġġ għas-CSRs lill-kumitat ta' monitoraġġ u lill-Kummissjoni b'mod regolari. Matul rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni.

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti adottati skont l-Artikolu 121(2) tat-TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti adottati skont l-Artikolu 148(4) tat-TFUE ( “CSRs” ) fit-tħejjija ta' dokumenti ta' programmazzjoni , meta jkunu konsistenti mal-objettivi tal-programm . Matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 (“perjodu ta' programmazzjoni”), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b'appoġġ għas-CSRs , kif ukoll tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali lill-kumitat ta' monitoraġġ u lill-Kummissjoni b'mod regolari. Matul rieżami ta' nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (14), u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (14), u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, inkluż waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Jeħtieġ li l-Ftehim ta' Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta' Sħubija matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Sabiex jiffaċilitaw il-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta' programmazzjoni, il-Ftehimiet ta' Sħubija jistgħu jiġu inklużi bħala parti minn programm.

(15)

Jeħtieġ li l-Ftehim ta' Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta' Sħubija matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta' programmazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Ftehimiet ta' Sħubija jiġu inklużi bħala parti minn programm.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Jenħtieġ li kull Stat Membru jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestUE għad-dispożizzjoni ta' garanziji baġitarji għall-investimenti f'dak l-Istat Membru.

(16)

Kull Stat Membru jista' jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestEU għad-dispożizzjoni ta' garanziji baġitarji għall-investimenti f'dak l-Istat Membru , skont ċerti kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament .

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta' kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma' objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f'talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta' investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b'mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b'hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta' politika tal-Unjoni.

(17)

Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu inklużiv, mhux diskriminatorju, effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta' kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta' kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma' objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f'talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta' investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b'mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b'hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta' politika tal-Unjoni.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi.

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta' prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jippermetti li l-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti jkunu mmexxija mir-riżultati.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda CSRs rilevanti maħruġa fl-2024. B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżmi ta' nofs it-terminu jiriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027.

(19)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti l-opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda u CSRs rilevanti maħruġa fl-2024 , kif ukoll il-progress mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-isfidi demografiċi jiġu kkunsidrati wkoll . B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżami ta' nofs it-terminu jirriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027.

Emendi 425/rev, 444/rev, 448 u 469

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jenħtieġ li l-mekkaniżmi biex jiżguraw rabta bejn il-politiki ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jkomplu jiġu rfinuti, biex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel proposta lill-Kunsill biex tissospendi l-impenji kollha jew parti minnhom għal wieħed mill-programmi jew aktar tal-Istat Membru kkonċernat meta dak l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.

imħassar

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet debitament ġustifikati, jagħmlu talba għall-flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz ta' kofinanzjament ta' investimenti attivati bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (“Fondi SIE”). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva, meta tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)

Il-proġetti maġġuri jirrappreżentaw sehem sostanzjali mill-infiq tal-Unjoni u ta' spiss huma ta' importanza strateġika fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li operazzjonijiet lil hinn minn ċerti limiti jkomplu jkunu soġġetti għal proċeduri speċifiċi ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament. Il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit fir-rigward tal-kost totali eliġibbli wara li jitqies id-dħul nett mistenni. Biex tkun żgurata ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi definit il-kontenut ta' applikazzjoni ta' proġett maġġuri għal dan il-għan. L-applikazzjoni jenħtieġ li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tingħata garanzija li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fondi ma tirriżultax f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fl-Unjoni. L-Istat Membru jenħtieġ li jippreżenta l-informazzjoni kollha mitluba u jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-proġett maġġuri biex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati (“ITI”), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, “CLLD”) jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika “Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini tagħha” li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali. Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla.

(23)

Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati (“ITI”), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, “CLLD” , magħruf bħala “LEADER” taħt il-FAEŻR ) jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika “Ewropa eqreb taċ-ċittadini tagħha” li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali . L-istess jenħtieġ li japplika għal inizjattivi relatati bħall-Irħula Intelliġenti . Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta' approċċ ta' “Fond Prinċipali”.

(24)

Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u  l-kapaċità amministrattiva u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta' azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta' approċċ ta' “Fond Prinċipali”.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta' rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Din l-assistenza teknika tista' tkun ikkomplementata minn miżuri ta' bini tal-kapaċità mmirati bl-użu ta' metodi ta' rimborż li mhumiex marbuta ma' kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post.

(25)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta' rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Dik l-assistenza teknika tista' tkun ikkomplementata minn miżuri ta' bini tal-kapaċità mmirati , bħall-evalwazzjoni tas-sett ta' ħiliet tar-riżorsi umani, bl-użu ta' metodi ta' rimborż li mhumiex marbuta ma' kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jwaqqaf kumitati ta' monitoraġġ. Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta' implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta' politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru.

(27)

Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jistabbilixxi kumitati ta' monitoraġġ li jikkonsistu wkoll minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali . Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta' implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta' politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (16), jenħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post.

(28)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (16), jeħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post. L-indikaturi għandhom jiġu żviluppati b'mod li jkun sensittiv għall-ġeneru meta jkun possibbli.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku aktar frekwenti dwar id-data kwantitattiva.

(29)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku effettiv u f'waqtu dwar id-data kwantitattiva.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta'programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi.

(30)

Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi. Jenħtieġ li r-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet jiġu pubblikati.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat.

(34)

Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jipproponi l-użu ta' għażla tal-ispejjeż issimplifikati, jista' jikkonsulta lill-kumitat ta' monitoraġġ.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta' investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b'mod partikolari permezz ta' proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta' natura strateġika.

(36)

Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta' investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b'mod partikolari permezz ta' proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta' natura strateġika , kif ukoll mal-proġetti finanzjati taħt Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea .

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

Sabiex ikunu żgurati l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv idumu u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni joqogħdu attenti b'mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b'mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet.

(38)

Sabiex ikunu żgurati l-inklużività, l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv ma jkunux diskriminatorji u jkunu dejjiema u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni joqogħdu attenti b'mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b'mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi. Jenħtieġ li dawn is-sinerġiji jinkisbu permezz ta' mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta' rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni sakemm jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.

(40)

Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b'mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi. Jenħtieġ li din il-koordinazzjoni tal-politika tippromwovi mekkaniżmi li jkunu faċli biex jintużaw u governanza f'diversi livelli. Jenħtieġ li dawk is-sinerġiji jinkisbu permezz ta' mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta' rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni dment li jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw strumenti finanzjarji permezz ta' għoti ta' kuntratt dirett lill-Grupp tal-BEI u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs).

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

B'rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta' implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati.

(44)

B'rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta' implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati. F'dan il-qafas, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, tagħti gwida lill-awdituri, lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u lill-benefiċjarji għall-valutazzjoni tal-konformità mal-għajnuna mill-Istat u l-iżvilupp ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)

Sabiex iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi sistemi ta' indirizzar tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha fl-istadji kollha ta' preparazzjoni u implimentazzjoni tal-programmi, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)

Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti. Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta' sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.

(46)

Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta' implimentazzjoni , inklużi s-sistemi amministrattivi u tal-IT, mill-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti , meta dan ikun possibbli . Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta' sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a)

Sabiex jiġi appoġġat l-użu effettiv tal-Fondi, l-appoġġ tal-BEI jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha fuq talba tagħhom. Dan jista' jkopri l-bini tal-kapaċità, l-appoġġ għall-identifikazzjoni tal-proġett, it-tħejjija u l-implimentazzjoni, kif ukoll pariri dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjattaformi ta' investiment.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)

Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta' ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta' operazzjonijiet implimentati, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti.

(50)

Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta' ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta' operazzjonijiet implimentati, il-kumplessità u l-għadd tal-operazzjonijiet, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti. Il-miżuri ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-Fondi jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b'mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (18), u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95 (19) u Nru 2185/96 (20), l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 (21), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 (22) dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.

(58)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b'mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (18), u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95 (19) u Nru 2185/96 (20), l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 (21), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 (22) dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rapport dettaljat lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa mal-UPPE jenħtieġ li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni nazzjonali fir-rigward ta' każijiet ta' irregolaritajiet li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tar-reġjuni u  ż-żoni fil-livell tal-Unjoni tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru  868 / 2014  (24).

(61)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u  taż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta' klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), kif emendat l-aktar riċentement bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE)  2016 / 2066  (24).

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)

Sabiex tistabilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta' allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta' aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin.

(62)

Sabiex tistabbilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-FEMS u għall-Fond ta' Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta' allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta' aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta' aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)

Il-proġetti tat-trapsort trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE] (25) se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa (“FNE”). B'segiwtu għall-approċċ b'suċċess tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 10 000 000 000 tal-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan.

(63)

Il-proġetti tat-trasport trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE] (25) se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (“FNE”). B'segwitu għall-approċċ b'suċċess tal-perjodu ta' programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 4 000 000 000 tal-Fond ta' Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64)

Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.

(64)

Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta' ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni. Fil-ġejjieni jenħtieġ li ssir aktar riflessjoni dwar l-appoġġ speċifiku li jingħata lil reġjuni u komunitajiet żvantaġġati.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 65a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(65a)

Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni b'introjtu medju, kif deskritt fis-7 rapport ta' koeżjoni  (1a) (tkabbir baxx meta mqabbel mar-reġjuni aktar żviluppati iżda wkoll meta mqabbel mar-reġjuni inqas żviluppati, problema li qed tiġi ffaċċjata b'mod speċjali minn reġjuni b'PDG per capita ta' bejn 90 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27), “ir-reġjuni fi tranżizzjoni” jenħtieġ li jirċievu appoġġ adegwat u jiġu definiti bħala reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 66a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(66a)

Fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bosta reġjuni u Stati Membri se jkunu aktar esposti għall-konsegwenzi ta' dan l-irtirar minn oħrajn, minħabba l-ġeografija, in-natura u/jew il-firxa tar-rabtiet kummerċjali tagħhom. Huwa għalhekk importanti li jiġu identifikati soluzzjonijiet prattiċi għall-appoġġ anke fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi għar-reġjuni kkonċernati u l-Istati Membri ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit ikun seħħ. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni kontinwa, li tinvolvi skambji ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar milquta u tal-Istati Membri.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta' livell xieraq ta' appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f'termini ta' PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-EU- 27.

(67)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta' kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta' livell xieraq ta' appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f'termini ta' PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-UE- 27 , filwaqt li ma jissalvagwardawx trattament inqas favorevoli minħabba tibdil fil-kategorizzazzjoni tagħhom .

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitari , is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti.

(69)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta' kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar is-sħubija sabiex il-kodiċi jiġi adattat għal dan ir-Regolament, l-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitarji , is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70)

Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(70)

Huwa ta' importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti mal-partijiet interessati kollha anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73)

L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta', min-naħa waħda, livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u  r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta' implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE . F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettiv .

(73)

L-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta', min-naħa waħda, livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u  l-isfidi speċifiċi li jiffaċċaw ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta' implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE . F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi .

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”), għall-Fond ta' Koeżjoni, għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), għall-Fond għas-Sigurtà Interna (“ISF”) u għall-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (“BMVI”) (“il-Fondi”);

(a)

regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”), għall-Fond ta' Koeżjoni , għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”) , għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), għall-Fond għas-Sigurtà Interna (“ISF”) u għall-Istrument ta' Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (“BMVI”) (“il-Fondi”);

Emendi 431 u 432

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS.

(b)

dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta' Koeżjoni u għall-FEMS , u għall-FAEŻR kif preskritt fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu .

Emenda 432

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     It-Titolu I, Kapitolu I – Artikolu 2 – paragrafu 4a, il-Kapitolu II – Artikolu 5, it-Titolu III, Kapitolu II – Artikoli 22 sa 28 u t-Titolu IV – Kapitolu III – Artikoli 41 sa 43 għandhom japplikaw għall-miżuri ta' għajnuna ffinanzjati mill-FAEŻR u t-Titolu I – Kapitolu 1 – Artikolu 2 – paragrafi 15 sa 25, kif ukoll it-Titolu V – Kapitolu II – Taqsima II – Artikoli 52 sa 56 għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] u appoġġati taħt il-FAEŻR.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

“rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż” tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikolu  121(2) u mal-Artikolu 148(4) TFUE relatati ma' sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta' investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(1)

“rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż” tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f'konformità mal-Artikoli  121(2) u  (4) u mal-Artikolu 148(4) tat-TFUE relatati ma' sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta' investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f'konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

“kundizzjoni abilitanti” tfisser kundizzjoni konkreta u definita b'mod preċiż li għandha rabta ġenwina ma' impatt dirett fuq il-kisba effettiva u effiċjenti ta' objettiv speċifiku tal-programm;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

“programm” fil-kuntest tal-FAEŻR tfisser il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”);

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 –punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, l-impriża li tirċievi l-għajnuna;

(c)

fil-kuntest ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, il-korp jew l-impriża , skont kif ikun xieraq, li jirċievu l-għajnuna, għajr meta l-għajnuna għal kull impriża tkun ta' inqas minn EUR 200 000 , f'liema każ l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li l-benefiċjarju jkun il-korp li jagħti l-għajnuna , mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013  (1a) , (UE) Nru 1408/2013  (1b) u (UE) Nru 717/2014  (1c);

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

“fond għal proġetti żgħar” tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' volum finanzjarju limitat;

(9)

“fond għal proġetti żgħar” tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti , inklużi proġetti bejn il-persuni, ta' volum finanzjarju limitat;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

“fond speċifiku” tfisser fond, stabbilit minn awtorità ta' ġestjoni jew fond ta' parteċipazzjoni , biex jipprovdi prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali;

(21)

“fond speċifiku” tfisser fond stabbilit minn awtorità ta' ġestjoni jew fond ta' parteċipazzjoni li permezz tiegħu jipprovdu prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)

“l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika” tfisser il-prijoritizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, il-politika u l-investiment tal-enerġija, ta' miżuri li jagħmlu d-domanda u l-provvista tal-enerġija aktar effiċjenti;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

“reżiljenza għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f'konformità mal-gwida mar-regoli nazzjonali, meta disponibbli, jew ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment.

(37)

“reżiljenza għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f'konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment jew mar-regoli mal-gwida nazzjonali, meta disponibbli, li l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika jiġi rispettat u li jintgħażlu dejjem metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi u ta' dekarbonizzazzjoni;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)

“BEI” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarja tal-Bank Ewropew tal-Investiment.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Ewropa aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti;

(a)

Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u tat-tisħiħ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ;

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Ewropa aktar ħadra , b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;

(b)

Ewropa aktar ekoloġika , b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju li għaddejja minn tranżizzjoni għal Ewropa b'ekonomija reżiljenti u mingħajr emissjonijiet tal-karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta' tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, ekonomija ċirkolari, mitigazzjoni u adattament tat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà u l-konnettività reġjonali tal-ICT;

(c)

Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà , inkluża l-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, u l-konnettività reġjonali tal-ICT , kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar ;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

Ewropa aktar soċjali li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(d)

Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta' żvilupp sostenibbli u integrat taż-żoni urbani , rurali kostali u inizjattivi lokali .

(e)

Ewropa eqreb taċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta' żvilupp sostenibbli u integrat tar-reġjuni , iż-żoni l-inizjattivi lokali kollha .

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta' intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta' interventi stabbiliti fl-Anness I.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw reżiljenza għat-tibdil fil-klima għall-operazzjonijiet rilevanti permezz tal-proċess tal-ippjanar u implimentazzjoni sħiħ u għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta' metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta' intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta' ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f'livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta' interventi stabbiliti fl-Anness I.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarità u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli biex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.

4.    F'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u fi qbil mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' governanza f'diversi livelli, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta' Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”).

1.   L-Istati Membri , f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”).

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Madankollu , il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (“FNE”), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta' appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lill-InvestEU (37) u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f'konformità ma' [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2) , il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (“FNE”), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta' appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lill-InvestEU (37) u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f'konformità ma' [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Kummissjoni tista' timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta.

3.   Il-Kummissjoni tista' , bi qbil mal-Istat Membru u r-reġjun ikkonċernati, timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Kull Stat Membru għandu jorganizza sħubija mal-awtoritajiet reġjonali lokali kompetenti . Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lill-imsieħba li ġejjin:

1.    Għall-Ftehim tas-Sħubija u għal kull programm, kull Stat Membru għandu , f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tiegħu, jorganizza sħubija kompluta effettiva . Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lis-sħab li ġejjin:

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-awtoritajiet urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;

(a)

l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-imsieħba ambjentali, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.

(c)

il-korpi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħas-sħab ambjentali , organizzazzjonijiet mhux governattivi , u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-istituzzjonijiet ta' riċerka u l-universitajiet, meta jkun xieraq.

Emendi 78 u 459

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli, l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk l-imsieħba fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija u  l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34.

2.   F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli u waqt li jiġi segwit approċċ minn isfel għal fuq , l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk is-sħab fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija , l-implimentazzjoni l-evalwazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34. F'dak il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jallokaw perċentwali xieraq tar-riżorsi li jiġu mill-Fondi għall-bini tal-kapaċità amministrattiva tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għall-programmi transfruntiera, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (38).

3.   L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f'konformità mar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (38). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 107, fir-rigward tal-emendi għar-Regolament Delegat (UE) Nru 240/2014 sabiex dak ir-Regolament Delegat jiġi adattat għal dan ir-Regolament.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi.

4.   Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sħab fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu .

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Prinċipji orizzontali

 

1.     Fl-implimentazzjoni tal-Fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

 

2.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-integrazzjoni tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu meqjusa u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

 

3.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' ġeneru, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi. B'mod partikolari, matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, għandha titqies l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.

 

4.     L-objettivi tal-Fondi għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan tal-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, kif stabbilit fl-Artikoli 191(1) u (2) tat-TFUE.

 

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, it-tranżizzjoni lejn enerġija soċjalment ġusta, il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għal diżastri, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Huma għandu jkollhom l-għan li jevitaw investimenti relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-karburanti fossili.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta' Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b'mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta' Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b'mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027. Tali Ftehim ta' Sħubija għandu jitħejja f'konformità mal-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta' Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt.

2.   L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta' Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt , u mhux aktar tard mit-30 ta' April 2021 .

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Ftehim ta' Sħubija jista' jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti.

3.   Il-Ftehim ta' Sħubija jista' jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti u mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima .

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-objettivi ta' politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, u meta rilevanti, ġustifikazzjoni għall-użu tal-modalità għat-twettiq InvestEU, filwaqt li jitqiesu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi ;

(a)

l-objettivi ta' politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, filwaqt li jitqiesu u jiġu elenkati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll l-isfidi reġjonali ;

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

sommarju tal-għażliet ta' politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi , inklużi meta rilevanti, bis-saħħa tal-użu ta' InvestEU ;

(i)

sommarju tal-għażliet ta' politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi;

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

koordinazzjoni, delimitazzjoni u  komplementaritajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali;

(ii)

koordinazzjoni, delimitazzjoni u  komplementarjetajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali , b'mod partikolari fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) […] (ir-“Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”) ;

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

komplementaritajiet bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura;

(iii)

komplementarjetajiet u sinerġiji bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura , u, meta jkun xieraq, proġetti ffinanzjati taħt Orizzont Ewropa ;

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b – punt iii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iii a)

l-ilħuq ta' riżultati skont il-miri, il-politiki u l-miżuri taħt il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima;

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta' politika fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika;

(c)

l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta' politika fil-livell nazzjonali u meta jkun xieraq fil-livell reġjonali , filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika;

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

meta rilevanti, it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f'konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta' allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105;

(d)

it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f'konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta' allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105;

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-ammonti li jridu jingħataw f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija tar-reġjuni;

imħassar

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernati biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi.

(g)

sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernat biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi u tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tiegħu .

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

meta jkun xieraq, approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u/jew il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u ż-żoni;

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

strateġija ta' komunikazzjoni u viżibbiltà.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-BEI jista', fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija tal-operazzjonijiet, strumenti finanzjarji u PPPs.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati.

Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta' Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati u l-ħtiġijiet ta' investiment transfruntier fl-Istat Membru kkonċernat .

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta' Sħubija u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha , b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta' Sħubija u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha, għandha tqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll il-miżuri marbuta mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-mod kif jiġu indirizzati .

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru.

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta' Sħubija filwaqt li jqis l-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta' Sħubija filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tagħhom .

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta' Sħubija ma għandux jiġi emendat.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta' Sħubija mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dak il-Ftehim ta' Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta' Sħubija ma għandux jiġi emendat.

Emenda 428

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-Ftehim ta' Sħubija jew fit-talba għal emenda ta' programm, l-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. L-ammont li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond , ħlief f'każijiet debitament ġustifikati . Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jikkostittwixxu trasferimenti tar-riżorsi skont l-Artikolu 21 .

1.    Sa mill-1 ta' Jannar 2023, l-Istati Membri , permezz tal-ftehim tal-awtoritajiet ta' ġestjoni kkonċernati, jistgħu jallokaw, fit-talba għal emenda ta' programm, sa 2 % tal-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta' Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. Sa 3 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond jistgħu jiġu allokati ulterjorment lil InvestEU skont ir-rieżami ta' nofs it-terminu. Tali kontribuzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għal investimenti f'konformità mal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u fl-istess kategorija ta' reġjuni fil-mira mill-Fondi ta' oriġini. Kull meta ammont mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-Fond ta' Koeżjoni jkun ikkontribwit lil InvestEU, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet abilitanti kif deskritt fl-Artikolu 11 fl-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji futuri .

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Għall-Ftehim ta' Sħubija, jistgħu jiġu allokati riżorsi tas-snin kalendarji attwali u tal-futur. Għat-talba għal emenda ta' programm, jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji tal-futur.

imħassar

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment tal-Istat Membru.

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment rispettiv tal-Istat Membru.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni sal-31 ta' Diċembru  2021 , kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fil-Ftehim tas-Sħubija , l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta' programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti.

Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' kontribuzzjoni sal-31 ta' Diċembru  2023 , kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta' programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta' programm għandu jiġi konkluż fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm.

Il-ftehim ta' kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta' programm għandu jiġi konkluż , jew emendat skont il-każ, fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta' proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn programm jew programmi u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm.

5.   Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta' garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa' xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta' kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta' proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn il-programm jew il-programmi oriġinali u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm. F'dan il-każ partikolari, ir-riżorsi ta' snin kalendarji preċedenti jistgħu jiġu modifikati, dment li l-impenji jkunu għadhom ma ġewx implimentati.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji.

7.   Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u  tal-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata mill-kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kull objettiv speċifiku, f'dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom (“kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni”) .

Għal kull objettiv speċifiku, f'dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom (“kundizzjonijiet abilitanti”). Il-kundizzjonijiet abilitanti għandhom japplikaw safejn jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta' programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. Kundizzjoni ta' abilitazzjoni tkun issodisfata meta jkunu ssodisfati l-kriterji kollha relatati. L-Istat Membru għandu jidentifika f'kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni ta' abilitazzjoni tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni.

2.   L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta' programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet abilitanti marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. L-Istat Membru għandu jidentifika f'kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet abilitanti ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni abilitanti tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. Fuq talba ta' Stat Membru, il-BEI jista' jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet ta' azzjonijiet meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti rilevanti.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar.

Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar .

Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien mhux aktar minn xahrejn .

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku ma tistax tkun inkluża fit-talbiet għall-pagament sakemm il-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni ta' abilitazzjoni skont il-paragrafu 4.

In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku tista' tiġi inkluża fit-talbiet għall-pagament qabel ma l-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni abilitanti skont il-paragrafu 4 , mingħajr preġudizzju għas-sospensjoni tar-rimborż innifsu sa meta l-kundizzjoni tiġi ssodisfata .

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rappurtar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni kumplessiva tal-Fondi.

L-Istat Membru , meta jkun xieraq, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rapportar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni komplessiva tal-Fondi.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbilit f'rabta ma' kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta' programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4( c )( vii )] tar-Regolament FSE+.

2.   L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbiliti f'rabta ma' kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta' programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4( 1 )( xi )] tar-Regolament FSE+.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni, l-Istat Membru għandu jagħmel rieżami ta' kull programm, filwaqt li jqis l-elementi li ġejjin:

1.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni, l-Istat Membru u l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jagħmlu rieżami ta' kull programm, filwaqt li jqisu l-elementi li ġejjin:

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024;

(a)

sfidi ġodda identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024 u l-miri identifikati fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, jekk rilevanti ;

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat;

(b)

il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat , inklużi l-istat tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-ħtiġijiet territorjali bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet, kif ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali ;

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

kwalunkwe żvilupp finanzjarju, ekonomiku jew soċjali negattiv maġġuri li jirrikjedi aġġustament tal-programmi, inkluż bħala konsegwenza ta' xokkijiet simetriċi jew asimetriċi fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta' kull programm sal-31 ta' Marzu 2025 f'konformità mal-Artikolu 19(1). L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1.

F'konformità mal-eżitu tar-rieżami, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta' kull programm sal-31 ta' Marzu 2025 f'konformità mal-Artikolu 19(1) jew jiddikjara li ma hu mitlub l-ebda emendar . L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew, kif xieraq, jagħti raġunijiet għaliex ma talabx l-emendar ta' programm .

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-allokazzjonijet tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;

(a)

l-allokazzjonijet inizjali riveduti tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027;

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

l-ammonti li jridu jiġu kontribwiti lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, fejn xieraq;

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2026, tadotta rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tar-rieżami msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emendi 425/rev, 444/rev, 448 u 469

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15 […]

imħassar

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

1.   L-Istati Membri , b'kooperazzjoni mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv uniku ta' politika jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess objettiv ta' politika.

Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta' politika wieħed, għal għadd ta' objettivi ta' politika jew għall-assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta' politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista' tikkorrispondi għall-istess objettiv ta' politika.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

l-inugwaljanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali, ħlief għal programmi appoġġati mill-FEMS;

(i)

id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali kif ukoll l-inugwaljanzi , ħlief għall-programmi appoġġati mill-FEMS;

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta' investiment u  l-komplementarità ma' forom oħra ta' appoġġ;

(ii)

il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta' investiment u  l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma' forom oħra ta' appoġġ;

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

l-isfidi identifikati f'rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u rakkomandazzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni indirizzati lill-Istat Membru ;

(iii)

l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi;

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)

l-isfidi marbuta mal-governanza l-kapaċità amministrattiva ;

(iv)

l-isfidi marbuta mal-kapaċità amministrattiva l-governanza u l-miżuri ta' simplifikazzjoni ;

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt iva (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iva)

approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, fejn rilevanti;

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt via (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(via)

l-isfidi u l-objettivi relatati identifikati fi ħdan il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)

għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-acquis rilevanti tal-Unjoni;

(vii)

għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni u tal-acquis rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqasijiet identifikati;

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u  l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u  l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

(i)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista indikattiva u skeda ta' żmien ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u  l-kontribut mistenni tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u  għall-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq;

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)

l-azzjonijiet li jissalvagwardjaw l-ugwaljanza, l-inklużjoni u n-nondiskriminazzjoni;

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

l-azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru ieħor;

(v)

l-azzjonijiet interreġjonali , transfruntiera u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru wieħed ieħor;

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va)

is-sostenibbiltà tal-investimenti;

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d – punt viia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(viia)

deskrizzjoni ta' kif il-komplementarjetajiet u s-sinerġiji ma' Fondi u strumenti oħra għandhom jiġu segwiti;

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, l-ilħuq tal-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(i)

l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, fejn xieraq l-ilħuq tal-midja soċjali, kif ukoll il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni.

(j)

l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar , il-korp responsabbli għall-funzjoni kontabilistika skont l-Artikolu 70, u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4( c )( vii )] tar-Regolament FSE+.

Il-punti (c) u (d) ta' dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4( 1 )( xi )] tar-Regolament FSE+.

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

mal-programm għandu jiġi anness rapport ambjentali li jkun fih informazzjoni rilevanti dwar l-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2001/42/KE, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss .

6.   Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta' Koeżjoni ppreżentati f'konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2027 .

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta' Sħubija. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta' Sħubija. Fil-valutazzjoni tagħha , il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi , kif ukoll l-isfidi rilevanti identifikati fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-mod kif jiġu indirizzati .

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni tista' tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.

2.   Il-Kummissjoni tista' tagħmel l-osservazzjonijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru.

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom .

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta' dan il-programm mill-Istat Membru.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn ħames xhur wara d-data tal-ewwel preżentazzjoni ta' dan il-programm mill-Istat Membru.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista' tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista' tagħmel il-kummenti fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programm emendat.

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni.

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom .

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta' programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta' programm mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru.

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istat Membru jista' jittrasferixxi ammont sa massimu ta' 5  % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 3  % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta' reġjuni .

Matul il-perjodu ta' programmazzjoni, l-Istat Membru jista' jittrasferixxi ammont sa massimu ta' 7  % tal-allokazzjoni inizjali ta' prijorità u mhux aktar minn 5  % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Huwa u jagħmel dan, l-Istat Membru għandu jirrispetta l-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta' reġjun .

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'tali korrezzjonijiet.

6.   L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali , teknika jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'tali korrezzjonijiet.

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġett għal limitu ta' 10  % ta' appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta' programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.

2.   Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b'mod komplementari u soġġett għal limitu ta' 15  % ta' appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta' programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta' eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni.

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment sa massimu ta' 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi lejn Fond ieħor taħt ġestjoni kondiviża jew lejn kwalunkwe strument taħt ġestjoni diretta jew indiretta .

1.    Għall-fini li jiżguraw il-flessibbiltà, l-Istati Membri jistgħu jitolbu , jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-kumitat ta' monitoraġġ tal-programm, it-trasferiment sa massimu ta' 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, jew il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd .

Emendi 171 u 434

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati f'konformità mar-regoli tal-Fond jew tal-istrument li fih dawn ir-riżorsi jiġu trasferiti u, fil-każ ta' trasferimenti lejn strumenti taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati skont ir-regoli tal-Fond jew l-istrument li għalih jiġu trasferiti r-riżorsi.

Emendi 172, 433 u 434

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f'konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta' liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti.

3.   It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati bil-ħsieb tal-kumplementarjetajiet u l-impatt li jridu jinkisbu, u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f'konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta' liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti.

Emenda 173

Proposta għal regolament

Titolu 3 – kapitolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU Ia – Proġetti maġġuri

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21a

Kontenut

Bħala parti minn programm jew programmi, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw operazzjoni li tinkludi sensiela ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba sabiex hi stess twettaq kompitu indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu għanijiet identifikati b'mod ċar u li għalih l-ispiża totali taqbeż EUR 100 000 000  miljun (il-“proġett maġġuri”). L-istrumenti finanzjarji m'għandhomx jiġu kkunsidrati li huma proġetti maġġuri.

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21b

 

Informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta' proġett maġġuri

 

Qabel ma jiġi approvat proġett maġġuri, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)

dettalji li jikkonċernaw il-korp li se jkun responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett maġġuri u l-kapaċità tiegħu;

 

(b)

deskrizzjoni tal-investiment u l-lokalità tiegħu;

 

(c)

il-kost totali u l-kost totali eliġibbli

 

(d)

l-istudji tal-fattibilità mwettqa, inkluża l-analiżi tal-għażliet, u r-riżultati;

 

(e)

analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjez, inkluża analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju;

 

(f)

analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u r-reżistenza għad-diżastri;

 

(g)

spjegazzjoni dwar kif il-proġett maġġuri jkun konsistenti mal-prijoritajiet rilevanti tal-programm jew il-programmi kkonċernati, u l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' dawk il-prijoritajiet u l-kontribuzzjoni mistennija għall-iżvilupp soċjoekonomiku;

 

(h)

il-pjan ta' finanzjament li juri r-riżorsi finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi l-oħra kollha ta' finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati;

 

(i)

skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett maġġuri u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta' programmazzjoni.

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 21c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21c

 

Deċiżjoni dwar proġett maġġuri

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proġett maġġuri abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b sabiex tiddetermina jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba għall-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni hijiex iġġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b.

 

2.     L-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-kuntratt tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż, jew fil-każ ta' operazzjonijiet implimentati taħt strutturi ta' sħubija pubblika-privata (PPP), fuq l-iffirmar tal-kuntratt tal-PPP bejn il-korp pubbliku u l-korp tas-settur privat, fi żmien tliet snin mid-data tal-approvazzjoni.

 

3.     Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, hija għandha tagħti fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

 

4.     Proġetti maġġuri ppreżentati għal approvazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' proġetti maġġuri fi programm.

 

5.     In-nefqa relatata ma' proġett maġġuri tista' tkun inkluża f'applikazzjoni għal pagament wara l-preżentazzjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata bix-xieraq.

 

(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-Anness V)..

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR skont l-objettiv ta' politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e).

(c)

għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati skont l-objettiv ta' politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e).

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u koordinazzjoni meta l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali jiġu ffinanzjati minn aktar minn Fond wieħed.

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija;

(a)

iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija , inklużi l-interkonnessjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ;

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

deskrizzjoni tal-involviment tal-imsieħba f'konformità mal-Artikolu 6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.

(d)

deskrizzjoni tal-involviment tas-sħab taħt l-Artikolu  6 fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-istrateġiji territorjali għandhom jitfasslu taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban , lokali jew f'livell territorjali ieħor .

2.   L-istrateġiji territorjali għandhom jiġu mħejjija u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet rilevanti fil-livell reġjonali , dak lokali u f'livell pubbliku ieħor. Dokumenti strateġiċi preeżistenti li jikkonċernaw iż-żoni koperti jistgħu jiġu aġġornati u użati għall-istrateġiji territorjali .

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban , lokali jew f'livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.

Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali , lokali jew f'livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta jkunu qed iħejju strateġiji territorjali, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti, sabiex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm rilevanti.

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Fil-każijiet fejn awtorità jew korp fil-livell urban , lokali jew f'livell territorjali ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta' ġestjoni.

4.   Fil-każijiet fejn awtorità jew korp ieħor fil-livell reġjonali , lokali jew f'livell pubbliku ieħor ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta' ġestjoni.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-operazzjonijiet magħżula jistgħu jiġu appoġġati taħt aktar minn prijorità waħda tal-istess programm.

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat (“ITI”).

1.   Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew minn aktar minn wieħed , minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat (“ITI”). Fejn xieraq, kull ITI jista' jiġi kkumplementat b'appoġġ finanzjarju mill-FAEŻR.

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell pubbliku ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet.

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-FEŻR, il-FSE+ u  l-FEMS jistgħu jappoġġaw żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

1.   Il-FEŻR, il-FSE+ , l-FEMS l-FAEŻR, jistgħu jappoġġaw l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità. Fil-kuntest tal-FAEŻR, dan l-iżvilupp għandu jiġi ddeżinjat bħala żvilupp lokali LEADER.

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

immexxi minn gruppi ta' azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom, l-ebda grupp ta' interess waħdu ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

(b)

immexxi minn gruppi ta' azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom l-ebda grupp ta' interess wieħed waħdu , inkluż is-settur pubbliku, ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

ta' appoġġ għal fatturi innovattivi u ta' netwerking fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma' atturi territorjali oħra.

(d)

ta' appoġġ għan-netwerking, għall-approċċi minn isfel għal fuq, għall-accessibbiltà, għall-karatteristiċi innovattivi fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma' atturi territorjali oħra.

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta l-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni.

4.   Meta l-implimentazzjoni ta' strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni. Jista' jiġi speċifikat ukoll it-tip ta' miżuri u operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati minn kull Fond affettwat.

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-objettivi ta' dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati;

(d)

l-objettivi ta' dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati bi tweġiba għall-ħtiġijiet lokali kif identifikati mill-komunità lokali ;

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond u programm ikkonċernat.

(f)

pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond , inkluż, fejn xieraq, il-FAEŻR, kull programm ikkonċernat.

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm jew tal-programmi.

4.   Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta' kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm jew tal-programmi. Il-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali korrispondenti għandhom ikunu garantiti bil-quddiem għall-perjodu kollu.

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jew jagħżlu msieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala msieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment.

2.   L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jkunu inklużivi, u li huma jew jagħżlu sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala sieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment , sabiex jimplimentaw kompiti relatati mal-istrateġija ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità .

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċità ta' atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet;

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet;

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-grupp ta' azzjoni lokali jista' jkun benefiċjarju u jista' jimplimenta operazzjonijiet f'konformità mal-istrateġija.

5.   Il-grupp ta' azzjoni lokali jista' jkun benefiċjarju u jista' jimplimenta operazzjonijiet f'konformità mal-istrateġija, billi jinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan il-grupp ta' azzjoni lokali.

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri:

1.    Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-kumplementarjetajiet u s-sinerġiji, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri:

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-bini ta' kapaċità u l-azzjonijiet ta' tħejjija li jservu ta' appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni fil-futur tal-istrateġiji;

(a)

il-bini tal-kapaċità amministrattiva u l-azzjonijiet ta' tħejjija li jservu ta' appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni futura tal-istrateġiji;

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-animazzjoni tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati, sabiex tingħatalhom l-informazzjoni u sabiex jiġu appoġġati l-benefiċjarji potenzjali fit-tħejjija tagħhom tal-applikazzjonijiet;

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu b'mod partikolari:

 

(a)

assistenza għat-tħejjija u l-valutazzjoni tal-proġetti;

 

(b)

appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u għall-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi;

 

(c)

studji marbuta mar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-Fondi u r-rapport dwar il-koeżjoni;

 

(d)

miżuri relatati mal-analiżi, mal-ġestjoni, mal-monitoraġġ, mal-iskambju tal-informazzjoni u mal-implimentazzjoni tal-Fondi, kif ukoll miżuri relatati mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll u mal-għajnuna teknika u amministrattiva;

 

(e)

evalwazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali, rigward l-operazzjoni kurrenti u futura tal-Fondi;

 

(f)

azzjonijiet għat-tixrid tal-informazzjoni, għas-sostenn tan-networking, għat-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni b'attenzjoni partikolari għar-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, u għas-sensibilizzazzjoni u għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma' pajjiżi terzi;

 

(g)

l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-awditu, il-kontroll u l-evalwazzjoni;

 

(h)

azzjonijiet li jtejbu l-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prattiki ta' evalwazzjoni;

 

(i)

azzjonijiet relatati mal-awditjar;

 

(j)

it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u reġjonali rigward l-ippjanar tal-investiment, il-ħtiġijiet ta' finanzjament, it-tħejjija, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji, pjanijiet ta' azzjoni konġunta u proġetti maġġuri.

 

(k)

it-tixrid ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jsaħħu l-kapaċità tas-sħab rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) u l-organizzazzjonijiet umbrella tagħhom;

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Il-Kummissjoni għandha tiddedika mill-anqas 15 % tar-riżorsi għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex iġġib effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u sinerġiji iktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni meħuda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-estensjoni tal-bażi tal-għarfien dwar ir-riżultati, b'mod partikolari permezz ta' ġbir u tixrid, evalwazzjonijiet u rappurtar aktar effettivi tad-data, u b'mod speċjali billi jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Fondi għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini, u biż-żieda tal-viżibbiltà tal-appoġġ mill-Fondi kif ukoll bis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta' tali appoġġ. Fejn adatt, il-miżuri ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, b'fokus partikolari fuq l-operazzjonijiet, għandhom jitkomplew wara l-għeluq tal-programmi. Dawn il-miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta' programmazzjoni tal-futur preċedenti .

2.   Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta' programmazzjoni preċedenti tal-futur .

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn jiġu sospiżi l-pagamenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri u r-reġjuni li jiffaċċjaw tħassib dwar il-konformità minħabba nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jirċievu assistenza teknika adegwata biex itejbu dik il-kapaċità amministrattiva.

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv ta' dawk il-Fondi.

1.   Fuq l-inizjattiva ta' Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta' programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b'mod effettiv ta' dawk il-Fondi , għall-bini tal-kapaċità tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, kif ukoll biex jiġu żgurati funzjonijiet bħalma huma t-tħejjija, it-taħriġ, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-viżibbiltà u l-komunikazzjoni .

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fl-ambitu ta' kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta' prijorità relatata ma' Fond wieħed biss.

3.   Fl-ambitu ta' kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta' prijorità relatata jew ma' Fond wieħed biss jew ma' għadd ta' Fondi .

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika għandu jkun dan li ġej :

2.    Abbażi ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u filwaqt li jitqies il-pjan finanzjarju tal-programmi, il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika jista' jkun ta' mhux aktar minn :

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni: 2,5 %;

(a)

għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni: 3 %;

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għall-appoġġ tal-FSE+: 4 % u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)( c)(vii ) tar-Regolament FSE+: 5 %;

(b)

għall-appoġġ tal-FSE+: 5  % u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)( xi ) tar-Regolament FSE+: 6 %;

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 6 %.

(d)

għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 7 %.

Emenda 211

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għar-reġjuni ultraperiferiċi, għal (a), (b), (c) il-persentaġġ għandu jkun sa 1 % ogħla.

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' azzjoni teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istat Membru , tal-benefiċjarji u  tal-imsieħba rilevanti, meħtieġa għall-użu l-amministrazzjoni b'mod effettiv tal-Fondi.

Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' assistenza teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-awtoritajiet u s-servizzi pubbliċi , tal-benefiċjarji u  tas-sħab rilevanti meħtieġa għall-amministrazzjoni l-użu effikaċi tal-Fondi.

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu 89.

L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f'konformità mal-Artikolu 89. L-assistenza teknika fil-forma ta' programm speċifiku fakultattiv tista' tiġi implimentata jew permezz ta' finanzjament li mhux marbut mal-kostijiet għall-assistenza teknika jew permezz tar-rimborż tal-kostijiet diretti.

Emenda 214

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm (“kumitat ta' monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.

L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm (“kumitat ta' monitoraġġ”) , wara konsultazzjoni mal-awtorità ta' ġestjoni, fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm.

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

2.   Kull kumitat ta' monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu , filwaqt li jqis il-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa .

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4( c )( vi )] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata.

5.   Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4( 1 )( xi )] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata.

Emenda 217

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tal-imsieħba msemmija fl-Artikolu 6.

L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta' monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6 permezz ta' proċess trasparenti .

Emenda 218

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    Għandhom jipparteċipaw rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

2.    Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jipparteċipaw f'kapaċità ta' monitoraġġ u f'kapaċità konsultattiva. Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-BEI jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f'kapaċità konsultattiva, fejn xieraq.

Emenda 219

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, l-aġenziji deċentralizzati rilevanti għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva.

Emenda 220

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

proposti għal miżuri possibbli ta' simplifikazzjoni għall-benefiċjarji;

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet ikunu trattati ;

(b)

kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati, inkluża wkoll kwalunkwe irregolarità ;

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-progress fil-bini ta' kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi u għall-benefiċjarji, meta rilevanti.

(i)

il-progress fil-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi , għas-sħab u għall-benefiċjarji, meta rilevanti.

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF , mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni;

(b)

ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF , mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni;

Emenda 225

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

bidliet fil-lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 17(3);

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jipproponi lill-awtorità ta' ġestjoni aktar funzjonijiet ta' intervent.

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta' rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta' kull programm.

Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta' rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta' kull programm. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom ikunu involuti kif dovut f'dan il-proċess.

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF , mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f'konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

6.   Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF , mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f'konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

Emenda 229

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31  ta'  Jannar  2022 u l-aħħar waħda sal-31  ta'  Jannar  2030.

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sat-28  ta'  Frar  2022 u l-aħħar waħda sat-28  ta'  Frar  2030.

Emenda 230

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)( c ) (vii) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta' Novembru.

Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)( xi ) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta' Novembru.

Emenda 231

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-għadd ta' operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta' intervent;

(a)

fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena, l-għadd ta' operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta' ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta' intervent;

Emenda 232

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi.

(b)

fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru ta' kull sena biss, il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi.

Emenda 233

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew bil-għan li titjib il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi.

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-inklużività, in-natura nondiskriminatorja, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza , il-viżibbiltà u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi.

Emenda 234

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi evalwazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u l-ħtiġijiet ta' finanzjament taħt l-objettivi ta' politika msemmija fl-Artikolu 4(1), fi ħdan u fost il-programmi b'fokus fuq Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u Ewropa aktar konnessa permezz tat-tisħiħ tal-mobilità, inklużi l-mobilità intelliġenti u sostenibbli u l-konnettività reġjonali tal-ICT. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni fuq is-sit web tagħha u tikkomunika dawk ir-riżultati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda 235

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

imsieħba u korpi rilevanti oħra.

(b)

sħab u korpi rilevanti oħra , inklużi awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, u sħab ekonomiċi u soċjali .

Emenda 236

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar il-programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet , skeda ta' żmien indikattiva għas-sejħiet għall-proposti , l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm.

Emenda 237

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju;

(a)

fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju u isem il-kuntrattur ;

Emenda 240

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jipprovdi fuq il-websajt professjonali jew is-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

(a)

jipprovdi fuq il-websajt professjonali u s-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

Emenda 241

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jesponu plakkek u billboards hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti:

(c)

jesponu b'mod permanenti plakkek u billboards li jkunu viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li jinvolvu investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti:

Emenda 243

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament almenu displej stampat jew elettroniku ta'daqs minimu A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi;

(d)

għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament f'post li jkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku almenu displej stampat jew elettroniku ta' daqs minimu ta'  A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi;

Emenda 244

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

jesponu pubblikament u b'mod permanenti, mill-mument tal-implimentazzjoni fiżika, l-emblema tal-Unjoni b'tali mod li tkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku u skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII;

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)( c)(vii ) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax.

Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)( xi ) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax.

Emenda 246

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri.

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, użu limitat ta' strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri.

Emenda 247

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

rata fissa sa massimu ta' 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a).

(c)

rata fissa sa massimu ta' 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a)  jew 48(2)(c) .

Emenda 248

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-kostijiet tal-impjegatur b'1 720  siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1 720  siegħa, għal persuni li jaħdmu part-time;

(a)

billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegi, bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żidiet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, b'1 720  siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1 720  siegħa, għall-persuni li jaħdmu part-time;

Emenda 249

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

billi niddividu l-kostijiet mensili gross tal-impjiegi dokumentati riċentament bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg.

(b)

billi niddividu l-kostijiet mensili gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegi , bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żiediet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg.

Emenda 250

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta' dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq.

2.   L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta' dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq. Tali appoġġ jista' jkun immirat lejn investimenti f'assi kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli kif ukoll kapital operatorju, f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Emenda 251

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-ammont propost ta' kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta' ingranaġġ mistenni;

(a)

l-ammont propost ta' kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta' ingranaġġ mistenni , akkumpanjat mill-valutazzjonijiet rilevanti ;

Emenda 252

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma' appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta' għotjiet bħala operazzjoni unika ta' strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta' finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta' appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. F'tali każ għandhom japplikaw l-istrumenti finanzjarji applikabbli għal dik l-operazzjoni unika tal-istrument finanzjarju.

5.   Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma' appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta' għotjiet bħala operazzjoni unika ta' strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta' finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta' appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. Fejn l-ammont tal-appoġġ għall-programm fil-forma ta' għotja huwa inqas mill-ammont ta' appoġġ għall-programm fil-forma ta' strument finanzjarju , għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-istrumenti finanzjarji .

Emenda 253

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju.

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta strument finanzjarju jew permezz tal-għoti dirett ta' kuntratt jew inkella permezz tal-għoti indirett ta' kuntratt .

Emenda 254

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità ta' ġestjoni tista' tafda kompiti ta' implimentazzjoni permezz ta' għotja diretta lil:

 

(a)

il-BEI;

 

(b)

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist;

 

(c)

bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika u li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali.

Emenda 255

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-awtorità ta' ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta' reġjun għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament.

7.   L-awtorità ta' ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta' reġjun , jew skont it-tip ta' intervent għall-FAEŻR, għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament.

Emenda 256

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     Ir-rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-użu tal-istrument finanzjarju għall-finijiet maħsuba għandhom ikunu limitati għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u għall-intermedjarji finanzjarji.

Emenda 257

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta' appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentament għall-għeluq tal-istrumenti finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħrajn jew forom oħra ta' appoġġ, sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà.

2.   L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta' appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentement għall-għeluq tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħra jew forom oħra ta' appoġġ għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali; jew , fejn applikabbli, sabiex jiġi kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi għall-istrument finanzjarju liema telf jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk tali telf iseħħ minkejja ġestjoni attiva tat-teżorerija mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji; sa tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà.

Emenda 258

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f'riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista' jintuża għall-trattament differenzjat ta' investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija orjentata lejn is-suq permezz ta' kondiviżjoni xierqa tar-riski u tal-profitti.

1.   Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f'riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista' jintuża għat-trattament differenzjat tal-investituri li joperaw skont il-prinċipju ta' ekonomija orjentata lejn is-suq , jew għal forom oħra ta' appoġġ mill-Unjoni, permezz ta' kondiviżjoni xierqa tar-riskji u tal-profitti filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba .

Emenda 259

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex joħloq inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti minn proċess kompetittiv jew valutazzjoni indipendenti .

2.   Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex jinħolqu inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti jew bi proċess kompetittiv jew b'valutazzjoni ex ante mwettqa f'konformità mal-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament .

Emenda 260

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investiment ulterjuri fir-riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investiment ulterjuri.

1.   Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku jew objettivi speċifiċi u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investimenti ulterjuri , filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba .

Emenda 261

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-iffrankar permezz ta' operazzjonijiet aktar effiċjenti m'għandux jitqies li jikkostitwixxi dħul iġġenerat għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu. B'mod partikolari, l-iffrankar tal-kostijiet li jirriżulta minn miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija m'għandux jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fis-sussidji tal-operat.

Emenda 262

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mill-imsieħeb privat f'każ ta' operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta' Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru  2029 .

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mis-sieħeb privat f'każ ta' operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta' Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta' Diċembru  2030 .

Emenda 263

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Operazzjoni sħiħa jew parti minnha jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.

4.   Operazzjoni sħiħa jew parti minnha taħt il-FEŻR, il-FSE+ jew il-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni taqa' taħt wieħed mill-ħames komponenti tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament KTE”) u tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm.

Emenda 264

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru.

6.   L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta' ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kumpens tal-FEMS għall-kostijiet addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi jew in-nefqa ffinanzjata permezz ta' allokazzjonijiet supplimentari speċifiċi tal-FEŻR u l-FSE + għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda 265

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta' tariffa għal garanzija;

(a)

interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta' sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta' tariffa għal garanzija jew fir-rigward ta' kontribuzzjoni għal strumenti finanzjarji li tirriżulta minn interess negattiv ;

Emenda 266

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), għajr għal operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa inqas minn EUR 5 000 000 .

imħassar

Emenda 267

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) għandha tiġi determinata fuq approċċ ta' kull każ għalih, ħlief għall-operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa ta' inqas minn EUR 5 000 000 , u għall-investimenti u l-infiq mir-riċevituri finali.

Emenda 268

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investimenti jew impjiegi maħluqa minn SMEs.

L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien mogħti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każijiet iġġustifikati kif dovut imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) rigward iż-żamma tal-impjiegi maħluqa minn SMEs.

Emenda 269

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal ebda operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjonijiet tal-programm lil strumenti finanzjarji jew mingħandhom u lanqas għal kwalunkwe operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti.

Emenda 270

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta' ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta' parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53( 3 ), jintgħażlu permezz ta' għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista' jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta' 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f'self, investiment ta' ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija.

Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta' ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Għall-ewwel tnax-il xahar ta' implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, ir-remunerazzjoni ta' bażi għall-kostijiet u t-tariffi ta' ġestjoni għandha tkun eliġibbli. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta' parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53( 2 ), jintgħażlu permezz ta' għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista' jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta' 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f'self, investiment ta' ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija.

Emenda 271

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-limitu mhuwiex applikabbli meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa għal livell ogħla ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni.

Meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa ta' livell ogħla ta' kostijiet u tariffi ta' ġestjoni li għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni .

Emenda 272

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-OLAF.

Emenda 273

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità , l-indipendenza u l-affidabbiltà tas-sistema ta' monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi.

Emenda 274

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiva tal-ilementi rigward il-fondi. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni, għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiv tal-ilmenti rigward il-fondi. Il-kamp ta' applikazzjoni, ir-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw dawk l-arranġamenti għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 64(4a) , għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet.

Emenda 275

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku ta' data skont l-Anness XII.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta' informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta' sistemi ta' skambju elettroniku ta' data li jkunu faċli għall-utenti skont l-Anness XII.

Emenda 276

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar  2023 .

Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta' Jannar  2022 .

Emenda 277

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [ 4(1)(c)(vii) ] tar-Regolament FSE+.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [ 4(1)(xi) ] tar-Regolament FSE+.

Emenda 278

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.   Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta' irregolaritajiet f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

11.   Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta' irregolaritajiet f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet u r-regoli fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda 279

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u li dawn is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal strateġija ta' awditjar u pjan ta' awditjar li għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju.

Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta' ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u li dawk is-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv u effiċjenti matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal għall-Istati Membri strateġija ta' awditjar u pjan ta' awditjar li għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju.

Emenda 280

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa tliet snin kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' frodi.

2.   Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa sentejn kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta' frodi.

Emenda 281

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 12 jum ta' ħidma għall-awditu, għajr f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar.

(a)

il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 15-il  jum tax-xogħol għall-awditu, għajr f'każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar.

Emenda 282

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

(c)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn xahrejn wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Emenda 283

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha tirċievi risposta komplta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu.

(d)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f'mill-inqas f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha tirċievi risposta kompluta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu. It-tweġiba tal-Istat Membru għandha titqies bħala kompluta jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrapportat dwar l-eżistenza ta' dokumentazzjoni pendenti fi żmien xahrejn.

Emenda 284

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d)  bi tliet xhur addizzjonali.

Il-Kummissjoni tista' , f'każijiet debitament iġġustifikati, testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d)  b'xahrejn addizzjonali.

Emenda 285

Proposta għal regolament

Artikolu 64 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Mingħajr ħsara għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 63, il-Kummissjoni għandha tipprevedi sistema ta' indirizzar tal-ilmenti li għandha tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati.

Emenda 286

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika, funzjonalment indipendenti minn dawk li jkunu awditjati .

2.   L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika jew privata , funzjonalment indipendenti mill-Awtorità ta' Ġestjoni u l-korpi jew l-entitajiet li jkunu ġew fdati b'funzjonijiet jew li dawn ikunu ddelegati lilhom .

Emenda 287

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

tirreġista u taħżen id-data neċessarja għal kull operazzjoni f'sistema elettronika għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti.

(e)

tirreġistra u taħżen f'sistemi elettroniċi d-data għal kull operazzjoni neċessarja għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti.

Emenda 288

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE.

Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE.

Emenda 289

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jikkonformaw mal-programm u  tipprovdi kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu;

(a)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jkunu sostenibbli, jikkonformaw mal-programm , kif ukoll mal-istrateġiji territorjali, jipprovdu kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu;

Emenda 290

Proposta għal regolament

Artikolu 67, paragrafu 3, punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;

(c)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw relazzjoni xierqa bejn l-ammont ta' appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi;

Emenda 291

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48) ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49);

(e)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (48) ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta' skrinjar u li l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet alternattivi kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika komprensiva jitqiesu debitament, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (49);

Emenda 292

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

tivverifika li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjonijoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata;

(f)

tiżgura li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta' ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata;

Emenda 293

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

tiżgura r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta' mill-inqas ħames snin.

(j)

tiżgura , qabel jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta' mill-inqas ħames snin , kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” .

Emenda 294

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     L-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi wkoll, f'każijiet debitament ġustifikati, li tikkontribwixxi sa 5 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta' programm taħt il-FEŻR u l-FSE+ għal proġetti speċifiċi fl-Istat Membru eliġibbli taħt Orizzont Ewropa, inklużi dawk magħżula fit-tieni fażi, sakemm dawk il-proġetti speċifiċi jikkontribwixxu għall-objettivi tal-programm f'dak l-Istat Membru.

Emenda 295

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tagħżel operazzjoni ta' importanza strateġika, hija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar din l-operazzjoni.

6.   Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tagħżel operazzjoni ta' importanza strateġika, hija għandha tinforma fi żmien xahar lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar dik l-operazzjoni , inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji .

Emenda 296

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

tiżgura, soġġett għad-disponibbiltà ta' finanzjament , li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu u mhux aktar tard minn 90  jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju;

(b)

tiżgura, għall-prefinanzjament u l-pagamenti interim , li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu għal nefqa verifikata u mhux aktar tard minn 60  jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju;

Emenda 297

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86;

(a)

tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 u tqis l-awditi mwettqa mill-awtorità tal-awditjar, jew li jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha ;

Emenda 298

Proposta għal regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

tfassal il-kontijiet f'konformità mal-Artikolu 92 u  ż-żamma tar-rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f'sistema elettronika;

(b)

tfassal u tippreżenta l-kontijiet, tikkonferma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-korrettezza f'konformità mal-Artikolu 92 u  żżomm rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f'sistema elettronika;

Emenda 299

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     L-awditu għandu jsir b'referenza għall-istandard applikabbli fiż-żmien tal-konvenzjoni tal-operazzjoni awditjata, ħlief meta l-istandards il-ġodda jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarju.

Emenda 300

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.     Is-sejba ta' irregolarità, bħala parti mill-awditu ta' operazzjoni li twassal għal penali finanzjarja, ma tistax twassal għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll jew għal korrezzjonijiet finanzjarji lil hinn min-nefqa koperta mis-sena fiskali tan-nefqa awditjata.

Emenda 301

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-awtorità ta' awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta' awtoritajiet ta' ġestjoni identifikati ġodda u ta' awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika fi żmien disa' xhur wara l-ewwel sena ta' funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista' tkopri wieħed jew aktar mill-programmi.

1.    Wara li tikkonsulta l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta' valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta' awtoritajiet ta' ġestjoni identifikati ġodda u ta' awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika . L-awditu għandu jitwettaq fi żmien disa' xhur wara l-ewwel sena ta' funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista' tkopri wieħed jew aktar mill-programmi. Fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità ta' awditjar tista' tiddetermina limitu għal awditi tal-kontijiet uniċi.

Emenda 302

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar is-sejbiet ta' awditu, għandha tiġi stabbilita proċedura tas-saldu.

Emenda 303

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta' verifiki ta' ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta' verifiki ta' ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti.

Emenda 304

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta' ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti.

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta' ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-pagament, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-ġestjoni fuq il-post.

Emenda 305

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta' kontroll li jappoġġaw it-talba għall-pagament lill-awtorità ta' ġestjoni.

Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjonijiet għal pagament lill-awtorità ta' ġestjoni.

Emenda 306

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti.

3.   L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, fil-livell ta' korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi lill-awtorità tal-awditjar b'rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom sal-aħħar ta' kull sena kalendarja li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness XVII, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li ma twettaqx awditi ulterjuri.

Emenda 307

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi jistgħu jwettqu verifiki jew awditi tal-korpi li jipprovdu biss self sottostanti ġdid fil-każ li sseħħ waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

dokumenti ta' appoġġ, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-reċipjenti finali, li ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;

 

(b)

ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ma jirrappreżentawx rekord veru u preċiż tal-appoġġ provdut.

Emenda 308

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha marbuta ma' operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta' ħames snin mill-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta' ġestjoni lill-benefiċjarju.

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta' prova kollha marbuta ma' operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta' tliet snin mill-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta' ġestjoni lill-benefiċjarju.

Emenda 309

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-perjodu ta' żamma tad-dokumenti jista' jitnaqqas, b'mod proporzjonali għall-profil tar-riskju u d-daqs tal-benefiċjarji, b'deċiżjoni tal-awtorità ta' ġestjoni.

Emenda 310

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b'pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta' fondi, kif ġej:

Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b'pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena, kif ġej:

Emenda 311

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

2022: 0,5 %;

(b)

2022: 0,7 %;

Emenda 312

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

2023: 0,5 %;

(c)

2023: 1 %;

Emenda 313

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

2024: 0,5 %;

(d)

2024: 1,5 %;

Emenda 314

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

2025: 0,5 %;

(e)

2025: 2 %;

Emenda 315

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

2026: 0,5

(f)

2026: 2 %

Emenda 316

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-ammont ta' assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu  31(2) ;

(b)

l-ammont ta' assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu  31 ;

Emenda 317

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

fil-każ tal-għajnuna mill-istat, l-applikazzjoni tal-pagament tista' tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna taħt il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: dawn ikunu soġġetti għal bank jew għal garanzija ekwivalenti, ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari u jkunu koperti minn nefqa mħallsa mill-benefiċjarji u appoġġata minn fatturi b'riċevuta fi żmien 3 snin.

Emenda 318

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu  53(2) , l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta' garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f'kuntratti ta' garanzija, mill-awtorità ta' ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1).

1.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu  53(1) , l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta' garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f'kuntratti ta' garanzija, mill-awtorità ta' ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1).

Emenda 319

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu  53(3) , l-applikazzjonijiet għal pagament li tinkludi nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f'konformità mal-Artikolu  53(2) , l-applikazzjonijiet għal pagament li jinkludu nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 320

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Soġġett għall-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.

1.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni.

Emenda 321

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

Ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;

(a)

ikun hemm evidenza ta' nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi;

Emenda 322

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa f'konformità mal-Artikolu 15(6).

imħassar

Emenda 323

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sas-26  ta' Diċembru tat-tieni sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f'konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sal-31  ta' Diċembru tat-tielet sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026.

Emenda 324

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     L-ammont li għandu jiġi kopert mill-prefinanzjament jew l-applikazzjonijiet ta' pagament sal-limitu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-baġit 2021 għandu jkun ta' 60 % ta' dak l-impenn. Għaxra fil-mija (10 %) tal-impenn tal-baġit tal-2021 għandu jiżdied ma' kull impenn tal-baġit għas-snin 2022 sa 2025 għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu koperti.

imħassar

Emenda 325

Proposta għal regolament

Artikolu 99 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Din il-parti tal-impenji li tkunu għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru  2029 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE , il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1).

3.   Din il-parti tal-impenji li tkun għadha miftuħa fil-31 ta' Diċembru  2030 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE+ , il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1).

Emenda 326

Proposta għal regolament

Artikolu 100 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)

ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni f'waqtha tal-pagament minħabba dewmien fil-livell tal-Unjoni għat-twaqqif tal-qafas legali u amministrattiv għall-fondi għall-perjodu 2017-2027.

Emenda 327

Proposta għal regolament

Artikolu 101 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel mal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 328

Proposta għal regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni “NUTS livell 2”) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru  868/2014 .

1.   Il-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni “NUTS livell 2”) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE)  2016/2066 .

Emenda 329

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu EUR  330 624 388 630 fi prezzijiet tal-2018.

Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu EUR  378 097 000 000 fi prezzijiet tal-2018.

 

(Din l-emenda għandha l-għan li terġa' ddaħħal ammont ekwivalenti għal dak disponibbli għall-perjodu 2014-2020, biż-żidiet meħtieġa, f'konformità mal-pożizzjoni tal-PE dwar il-proposta tal-QFP għall-2021-2027. Se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kalkoli fl-Anness XXII.)

Emenda 330

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta' reġjuni, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII.

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta' reġjuni, flimkien mal-lista ta' reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII. L-allokazzjoni globali minima mill-Fondi, fil-livell nazzjonali, għandha tkun ugwali għal 76 % tal-baġit allokat lil kull Stat Membru jew reġjun matul il-perjodu 2014-2020.

Emenda 429

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjonijiet nazzjonali għall-Istati Membri, il-finanzjament għar-reġjuni, li huma deklassifikati fil-kategorija għall-perjodu 2021-2027, għandhom jinżammu fil-livell tal-allokazzjonijiet għall-2014–2020.

Emenda 331

Proposta għal regolament

Artikolu 103 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Minħabba l-importanza partikolari tal-finanzjament ta' koeżjoni għall-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali, u għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal tali finanzjament ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk fil-perjodu 2014-2020, u għandhom jiżguraw kontinwità massima mal-programmi eżistenti.

(Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali għall-kalkoli fl-Anness XXII.)

Emenda 332

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97.5  % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta' EUR  322 194 388 630 ) u għandhom jiġu allokati kif ġej:

1.   Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97 % tar-riżorsi globali, jiġifieri, total ta' EUR  366 754 000 000 (fi prezzijiet tal-2018). Minn dan l-ammont, EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati lill-Garanzija għat-Tfal mir-riżorsi taħt l-FSE+. Il-pakkett li jibqa' ta' EUR 360 854 000 000 (fi prezzijiet tal-2018) għandu jiġi allokat kif ġej:

Emenda 333

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

61,6  % (jiġifieri, total ta' EUR  198 621 593 157 ) għar-reġjuni anqas żviluppati;

(a)

61,6  % (jiġifieri, total ta' EUR  222 453 894 000 ) għar-reġjuni inqas żviluppati;

Emenda 334

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

14,3  % (jiġifieri, total ta' EUR  45 934 516 595 ) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;

(b)

14,3  % (jiġifieri, total ta' EUR  51 446 129 000 ) għar-reġjuni fi tranżizzjoni;

Emenda 335

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

10,8  % (jiġifieri, total ta' EUR  34 842 689 000 ) għar-reġjuni aktar żviluppati;

(c)

10,8  % (jiġifieri, total ta' EUR  39 023 410 000 ) għar-reġjuni aktar żviluppati;

Emenda 336

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

12,8  % (jiġifieri, total ta' EUR  41 348 556 877 ) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;

(d)

12,8  % (jiġifieri, total ta' EUR  46 309 907 000 ) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni;

Emenda 337

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

0,4  % (jiġifieri, total ta' EUR  1 447 034 001 ) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

(e)

0,4  % (jiġifieri, total ta' EUR  1 620 660 000 ) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

Emenda 338

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont ta' riżorsi disponibbli għall-FSE+ taħt il-mira Investiment għat-tkabbir u  l-impjiegi għandu jkun ta' EUR  88 646 194 590 .

Ir-riżorsi disponibbli għall-FSE+ għandhom jammontaw għal 28,8  % tar-riżorsi taħt il-mira “Investiment għat-tkabbir u  l-impjiegi” (jiġifieri EUR  105 686 000 000 fi prezzijiet tal-2018). Dan ma jinkludix il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali jew il-fergħa tas-Saħħa.

Emenda 339

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont ta' finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE+ għandu jkun ta' EUR  376 928 934 .

L-ammont ta' finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE+ għandu jikkorrispondi għal 0,4  % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu (jiġifieri EUR  424 296 054 fi prezzijiet tal-2018) .

Emenda 340

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta' EUR  10 000 000 000 . Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport billi jitnedew sejħiet speċifiċi f'konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni.

L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta' EUR  4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 . Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta' infrastruttura tat-trasport , filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet tal-infrastruttura ta' investiment tal-Istati Membri u r-reġjuni, billi jitnedew sejħiet speċifiċi f'konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda 341

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tletin fil-mija (30 %) tar-riżorsi trasferiti għall-FNE għandhom ikunu disponibbli immedjatament wara t-trasferiment lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta' Koeżjoni biex jiġu ffinanzjati proġetti tal-infrastruttura tat-trasport f'konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid].

imħassar

Emenda 342

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 4 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni fir-rigward ta' 70 % tar-riżorsi trasferiti għall-FNE .

Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta' Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda 343

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.    Il-EUR 500 000 000 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.

5.    EUR 560 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.

Emenda 344

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.    Il-EUR 175 000 000 tar-riżorsi ESF+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta.

6.    EUR 196 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi FSE+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta.

Emenda 345

Proposta għal regolament

Artikolu 104 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 2,5  % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta' EUR 8 430 000 000 ).

7.   Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 3  % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta' EUR  11 343 000 000 fi prezzijiet tal-2018 ).

Emenda 346

Proposta għal regolament

Artikolu 105 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ta' mhux aktar minn 15 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta' tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;

(a)

ta' mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta' tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta' tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati;

Emenda 347

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

70  % għar-reġjuni anqas żviluppati;

(a)

85  % għar-reġjuni inqas żviluppati;

Emenda 348

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

55 % għar-reġjuni ta' transizzjoni ;

(b)

65 % għar-reġjuni ta' tranżizzjoni ;

Emendi 349 u 447

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

40 % għar-reġjuni aktar żviluppati.

(c)

50 % għar-reġjuni aktar żviluppati.

Emenda 350

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rati ta' kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni l-aktar imbiegħda .

Ir-rati ta' kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni ultraperiferiċi u għall-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi .

Emenda 351

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata ta' kofinanzjament għall-Fond ta' Koeżjoni fil-livell ta' kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 70 % .

Ir-rata ta' kofinanzjament għall-Fond ta' Koeżjoni fil-livell ta' kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % .

Emenda 352

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament ESF+ jista' jistabbilixxi rati ta' kofinanzjament ogħla għal azzjonijiet innovattivi li jappoġġaw skont l-Artikolu [ 14 ] ta' dak ir-Regolament.

Ir-Regolament FSE+ jista' , f'każijiet debitament iġġustifikati, jistabbilixxi rati ta' kofinanzjament ogħla sa massimu ta' 90 % għal prijoritajiet li jappoġġaw azzjonijiet innovattivi skont l-Artikolu [ 13] u l-Artikolu [4(1)(x)] u [(xi) ] ta' dak ir-Regolament , kif ukoll għal programmi li jindirizzaw il-privazzjoni materjali skont l-Artikolu [9], il-qgħad fost iż-żgħażagħ skont l-Artikolu [10], l-appoġġ tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal skont l-Artikolu [10a] u l-kooperazzjoni transnazzjonali skont l-Artikolu [11b] .

Emenda 353

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rata ta' kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 % .

Ir-rata ta' kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % .

Emenda 453

Proposta għal regolament

Artikolu 106 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva meta tkun qed tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt jew il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir b'mod li jkun jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti.

Emenda 354

Proposta għal regolament

Artikolu 107 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta' programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 sabiex temenda u tadatta r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 240/2014, imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 355

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 .

Emenda 356

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli  63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu  89(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu  63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4),l-Artikolu  89(4) u l-Artikolu 107 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda 357

Proposta għal regolament

Artikolu 108 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'[xahrejn] bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 359

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 001 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

001

Investiment f'assi fissi f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

001

Investiment f'assi fissi f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività

Emenda 360

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 002 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

002

Investiment f'assi fissi f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

002

Investiment f'assi fissi f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività

Emenda 361

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 004 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

004

Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

004

Investiment f'assi intanġibbli f'mikrointrapriżi direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività

Emenda 362

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 1 – ringiela 005 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

005

Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni

005

Investiment f'assi intanġibbli f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività

Emenda 363

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 035 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

035

Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)

035

Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar u wqigħ tal-art (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)

Emenda 364

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 043

Test propost mill-Kummissjoni

043

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: it-trattament bijoloġiku mekkaniku, it-trattament termali

0 %

100 %

Emenda

imħassar

Emenda 365

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 056 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

056

Awtostradi u toroq mibnija ġodda – in-netwerk ewlieni TEN-T

056

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija ġodda – in-netwerk ewlieni TEN-T

Emenda 366

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 057 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

057

Awtostradi u toroq mibnija ġodda – in-netwerk komprensiv TEN-T

057

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija ġodda – in-netwerk komprensiv TEN-T

Emenda 367

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 060 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

060

Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk ewlieni TEN-T

060

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk ewlieni TEN-T

Emenda 368

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 061 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

061

Awtostradi u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk komprensiv TEN-T

061

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk komprensiv TEN-T

Emenda 369

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 5 – ringiela 128 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

128

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu relatati

128

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu

Emenda 370

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 1 – Objettiv ta' politika 5 – ringiela 130 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

130

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu

130

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu minbarra s-siti Natura 2000

Emenda 371

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 3 – ringiela 12 – kolonna: Investiment territorjali integrat (ITI)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bliet, rħula u subborgi

Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi

Emenda 372

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 3 – ringiela 16 – kolonna: Investiment territorjali integrat (ITI)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żoni skarsament popolati

Żoni rurali u skarsament popolati

Emenda 373

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 3 – ringiela 22 – kolonna: Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (Community led local development, CLLD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bliet, rħula u subborgi

Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi

Emenda 374

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 3 – ringiela 26 – kolonna: Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (Community led local development, CLLD)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żoni skarsament popolati

Żoni rurali u skarsament popolati

Emenda 375

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 3 – ringiela 32 – kolonna: Tip ieħor ta' għodda territorjali taħt l-Objettiv ta' Politika 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bliet, rħula u subborgi

Bliet, bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi

Emenda 376

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 3 – ringiela 36 – kolonna: Tip ieħor ta' għodda territorjali taħt l-Objettiv ta' Politika 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żoni skarsament popolati

Żoni rurali u skarsament popolati

Emenda 377

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella 4 – ringiela 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17

Attivitajiet ta' akkomodazzjoni u ta' servizzi tal-ikel

17

Attivitajiet ta' turiżmu, ta' akkomodazzjoni u ta' servizzi tal-ikel

Emenda 378

Proposta għal regolament

Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:

Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:

1.

Objettivi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta' monitoraġġ.

1.

Objettivi b'għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta' monitoraġġ , applikabbli fl-objettivi kollha ta' politika

2.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards huma riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi.

2.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards ikunu riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD u inklużi fil-kriterji u l-obbligi tal-għażla tal-proġetti .

 

2a.

Arranġamenti ta' rappurtar lill-kumitat ta' monitoraġġ dwar il-konformità mal-operazzjonijiet appoġġati

Emenda 379

Proposta għal regolament

Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għal konverġenza u koeżjoni reali fl-Unjoni Ewropea.

Arranġamenti fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għaż-żieda ta' konverġenza u koeżjoni soċjali fl-UE, speċjalment il-prinċipji li jipprevjenu kompetizzjoni inġusta fis-suq intern.

Emenda 380

Proposta għal regolament

Anness III – Kundizzjonijiet ta' abilitazzjoni orizzontali – ringiela 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija

Jinsab fis-seħħ qafas biex is-sħab kollha jkollhom rwol sħiħ fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, li jinkludu

 

1.

Arranġamenti biex jiġu żgurati proċeduri trasparenti għall-involviment tas-sħab

 

2.

Arranġament għad-disseminazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni rilevanti għas-sħab biex iħejju u jsegwu l-laqgħat

 

3.

Appoġġ biex tingħata setgħa lis-sħab u tinbena l-kapaċità

Emenda 381

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 2 – kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima u jkun jinkludi:

Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima li jikkonforma mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali għal 1,5  oC, u jkun jinkludi:

1.

L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija

1.

L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija

2.

Deskrizzjoni indikattiva tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju

2.

Deskrizzjoni tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta' finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju

Emenda 382

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 4 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni:

Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni:

2.4

Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskju u r-reżiljenza għad-diżastri

2.4

Il-promozzjoni tal-adattament għal tibdil fil-klima u tibdil strutturali , il-prevenzjoni tar-riskji u r-reżiljenza għad-diżastri

Emenda 383

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 2 – ringiela 7 – kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hemm fis-seħħ qafas ta' azzjoni ta' prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:

Hemm fis-seħħ qafas ta' azzjoni ta' prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:

1.

L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta' azzjoni ta' prijorità għall- 2027- 2021 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.

L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta' azzjoni ta' prijorità għall-2021 -2027 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri inklużi l-miżuri ta' prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta' finanzjament

2.

L-identifikazzjoni tal-miżuri ta' prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta' finanzjament

 

Emenda 384

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2

L-iżvilupp ta' TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti, sikur u intermodali

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 385

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 4 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.

Jirrikjedi li tiġi żgurata koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u, aktar minn hekk, it-tlestija ta' links neqsin u t-tneħħija ta' ostakli fin-netwerk TEN-T, li jfisser ukoll investiment fl-infrastruttura materjali

Emenda 386

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 3.2 – kolonna 4 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat ta' liberalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju

1.

Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat tal-ftuħ tas-swieq tas-servizzi ferrovjarji

Emenda 387

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b'mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pjanijiet ta' dekarbonizzazzjoni nazzjonali

2.

Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b'mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-istrateġiji nazzjonali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet għas-settur tat-trasport

Emenda 388

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

Jinkludi l-investimenti f'faxex tan-Netwerk tat-TEN-T ewlieni, kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi tat-TEN-T

3.

Jinkludi investimenti fil-kurituri tan-netwerk ewlieni TEN-T , kif definit bir-Regolament (UE) Nru 1316/2013, skont il-pjanijiet ta' ħidma rispettivi tat-TEN-T , kif ukoll f'taqsimiet identifikati minn qabel fin-netwerk kollu kemm hu

Emenda 389

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.

Jiżgura għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu

4.

Għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni , jiżgura l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tan-netwerks urbani, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu

Emenda 390

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 3 – punt 2 – kolonna 4 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.

Jippromwovi inizjattivi tat-turiżmu reġjonali u transfruntiera sostenibbli li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' benefiċċju għal kulħadd kemm għat-turisti kif ukoll għall-abitanti, bħall-interkonnessjoni tan-netwerk EuroVelo man-netwerk Ferrovjarju Ewropew TRAN

Emenda 391

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 1 – kolonna 2 – punt FSE

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FSE:

FSE:

4.1.1

It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta' kull min qed ifittex xogħol, inklużi ż-żgħażagħ u l-persuni inattivi, u  tal-promozzjoni ta'dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;

4.1.1

It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta' kull min qed ifittex xogħol, b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u tal-persuni inattivi, u  l-promozzjoni ta' dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;

4.1.2

L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu żgurati l-assistenza u l-appoġġ f'waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol;

4.1.2

L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħiliet u l-bżonnijiet u żgurati l-assistenza u l-appoġġ f'waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol;

Emenda 392

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 2 – kolonna 2 – punt FSE

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FSE

FSE

4.1.3

Il-promozzjoni ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv;

4.1.3

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat tajjeb li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema , l-intrapriżi u l-intraprendituri għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv;

Emenda 393

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 2 – kolonna 4 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta' titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b'miri

2.

Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi , fis-sigurtà soċjali u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta' titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b'miri

Emenda 394

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 3 – kolonna 2 – punt FSE

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FSE:

FSE:

4.2.1

It-titjib tal-kwalità, l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ;

4.2.1

It-titjib tal-kwalità, l-inklużività u l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ , ħalli jappoġġaw il-kisba ta' kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali u ħalli jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-istudju għax-xogħol ;

4.2.2

Il-promozzjoni ta' opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd, inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali

4.2.2

Il-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd , kif ukoll tagħlim informali u mhux formali , inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali

4.2.3

Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu, b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni ta' kwalità u edukazzjoni taħriġ , fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u  għal-livell terzjarju;

4.2.3

Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv, u t-tlestija tagħhom , b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità inklużiv , mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u  sal-livell terzjarju , kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż l-iffaċilitar tal-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd ;

Emenda 395

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 4.2 – kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati u għal servizzi biex l-studenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva

1.

Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi u servizzi ta' segwitu għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati biex l-istudenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva , inklużi approċċi ffukati fuq l-istudenti

Emenda 396

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 4.2 – kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali, parteċipazzjoni u  t-tkomplija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, rilevanti u  inklużiva kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni għolja

2.

Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali għal , parteċipazzjoni fi, tlestija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità , affordabbli , rilevanti , mhux segregati inklużivi kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni terzjarja

Emenda 397

Proposta għal regolament

Anness IV – ringiela 4.2 – kolonna 4: Kriterji ta' twettiq għall-kundizzjoni ta' abilitazzjoni – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u / jew reġjonali relevanti

3.

Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u  fornituri tat-tagħlim mhux formali u informali, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u/jew reġjonali rilevanti

Emenda 398

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FEŻR:

FEŻR:

4.3

żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tal-migranti u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu servizzi ta' akkomodazzjoni u servizzi soċjali

4.3

żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tar-refuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta' miżuri integrati li jinkludu servizzi ta' akkomodazzjoni u servizzi soċjali

Emenda 399

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FSE:

FSE:

4.3.1

Il-promozzjoni tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà;

4.3.1

It-trawwim tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà;

Emenda 400

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 2 – punt 4.3.1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4.3.1a.

Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inklużi dawk l-aktar fil-bżonn u t-tfal

Emenda 401

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 4 – kolonna 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:

Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali u pjan ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:

1.

Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli

1.

Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni vulnerabbli

2.

Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għal introjtu adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti

2.

Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta' appoġġ għal introjtu adegwat, protezzjoni soċjali, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti u r-refuġjati

3.

Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-komunità

3.

Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-familja u l-komunità abbażi ta' strateġija ta' deistituzzjonalizzazzjoni nazzjonali u pjan ta' azzjoni

4.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f'kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti

4.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f'kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti

Emenda 402

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 5 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FSE:

FSE:

4.3.2

Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;

4.3.2

Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom;

Emenda 403

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 6 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

FSE:

FSE:

4.3.4

It-tisħiħ tal-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kura fit-tul

4.3.4

It-tisħiħ tal-aċċess f'waqtu u ugwali għal servizzi ta' kwalità, sostenibbli u għall-but ta' kulħadd; il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta' kura fit-tul

Emenda 404

Proposta għal regolament

Anness IV – Objettiv ta' politika 4 – ringiela 6 – kolonna 4 – punti 2, 3 u 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:

Hemm fis-seħħ qafas ta' politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:

1.

L-immappjar ta' ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa u ta' kura fit-tul, inkluż f'termini ta' persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati

1.

L-immappjar ta' ħtiġijiet ta' kura tas-saħħa u ta' kura fit-tul, inkluż f'termini ta' persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati

2.

Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul

2.

Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u dawk li huma l-itqal biex jintlaħqu

3.

Miżuri għall-promozzjoni ta' servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta' kura fid-djar u  bbażati fil-komunità

3.

Miżuri għall-promozzjoni ta' servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta' kura fid-djar u  dawk ibbażati fil-komunità , u t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal dik ibbażata fuq il-familja u l-komunità

 

3a.

Miżuri li jiżguraw l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali

Emenda 405

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2 – Tabella 1T – Struttura tal-programm

Test propost mill-Kummissjoni

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità spċifika għall-Privazzjoni Materjali

Le

 

FSE+

 

OS 9

Emenda

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar żviluppat

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar żviluppat

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

 

Prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità speċifika għall-Privazzjoni Materjali

Le

 

FSE+

 

OS 9

Emenda 406

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2.1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni relevanti speċifika għall-pajjiż

Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Din hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

Din hija prijorità biex tindirizza b'mod speċifiku l-privazzjoni materjali

Emenda

Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni rilevanti speċifika għall-pajjiż

Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Din hija prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

□ D

in hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

Din hija prijorità biex tindirizza b'mod speċifiku l-privazzjoni materjali

Emenda 407

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.1.

Objettiv speċifiku (54) (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta' appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta' appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta' assistenza teknika

2.1.1.

Objettiv speċifiku (54) (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta' appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta' appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta' assistenza teknika

Emenda 408

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt 2.1.1.2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.1.2

Indikaturi (55)

2.1.1.2

Indikaturi

Emenda 409

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – punt 2.1.1.3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.1.3

Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta' intervent (56) (mhux applikabbli għall-FEMS)

2.1.1.3

Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta' intervent (mhux applikabbli għall-FEMS)

Emenda 410

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2 – paragrafu 3 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet (57)

Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet (57)

Emenda 411

Proposta għal regolament

Anness V – punt 3 – tabella 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Emenda 412

Proposta għal regolament

Anness V – punt 3 – punt 3.2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2

Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali (59)

3.2

Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0043/2019).

(12)  ĠU L […], […], p. […].

(12)  ĠU L […], […], p. […].

(13)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(13)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(14)  [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 final/2 – 2016/0375(COD)]

(14)  [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM(2016)0759 final/2 – 2016/0375(COD)]

(16)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.

(16)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.

(18)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(18)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru  868 / 2014 tat-   8 ta'  Awwissu 2014 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L  241 , 13 . 8 .2014, p. 1).

(23)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016 / 2066 tal- 21  ta'  Novembru 2016 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L  322 , 29 . 11.2016 , p. 1).

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]

(1a)   Is-7 rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, intitolat “Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-7 rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (COM(2017) 0583, 9 ta' Ottubru 2017).

(1a)   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.

(1b)   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.

(1c)   ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45.

(37)  [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].

(37)  [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].

(38)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(38)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta' Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(48)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(49)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

(48)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(49)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

(54)  Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu  4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+.

(54)  Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu  4(1)(xi) tar-Regolament FSE+.

(55)   Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(56)   Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(57)  Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu  4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+

(57)  Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu  4(1)(xi) tar-Regolament FSE+

(59)   Qabel ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, l-approprjazzjonijiet finanzjarji għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/491


P8_TA(2019)0097

Il-programm Ġustizzja ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja (COM(2018)0384 – C8-0235/2018 – 2018/0208(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/51)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-“mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”).

(1)

Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel”. L-Artikolu 3 jispeċifika ulterjorment li l-“mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benesseri tal-popli tagħha” u, fost oħrajn, “hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”. L-Artikolu 8 tat-TFUE jiddikjara wkoll li l-Unjoni, permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, tfittex li telimina l-inugwaljanzi, tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid ulterjorment u artikolati fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a

) B'mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Programm Ġustizzja fl-attivitajiet kollha tiegħu jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, inkluż l-ibbaġitjar skont il-ġeneru, u l-integrazzjoni tal-objettivi tan-nondiskriminazzjoni.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu promossi u infurzati, kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu u diviżjonijiet, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt. Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa' flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill (11). Il-programm Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-“Programm”) se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f'kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (minn hawn 'il quddiem “il-Programm preċedenti”).

(2)

Dawn id-drittijiet u l-valuri jridu jkomplu jiġu żviluppati, protetti u promossi b'mod attiv mill-Unjoni u minn kull Stat Membru fil-politiki kollha tagħhom, b'mod konsistenti, kif ukoll infurzati u kondiviżi fost iċ-ċittadini u l-popli fl-Unjoni u jkunu fil-qalba tas-soċjetajiet tal-Ewropa. Fl-istess waqt, żona Ewropea tal-ġustizzja li tiffunzjona sew u ta' sistemi legali nazzjonali effiċjenti, indipendenti u ta' kwalità, kif ukoll fiduċja reċiproka akbar, huma neċessarji għal suq intern li jiffjorixxi u għall-ħarsien tal-valuri komuni tal-Unjoni. Għalhekk, Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri, ġdid li jinkludi l-programmi Drittijiet u Valuri u Ġustizzja se jkun maħluq fil-baġit tal-Unjoni. Fi żmien fejn is-soċjetajiet Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' estremiżmu, radikaliżmu, polarizzazzjoni u diviżjonijiet , u proċedimenti skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, relatati ma' ksur sistematiku tal-istat tad-dritt, kif ukoll għadhom għaddejjin proċedimenti ta' ksur dwar kwistjonijiet relatati mal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jiġu promossi, imsaħħa u protetti l-ġustizzja, id-drittijiet u l-valuri tal-UE: id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza , inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-istat tad-dritt , peress li d-deterjorament ta' dawk id-drittijiet u l-valuri fi kwalunkwe Stat Membru jista' jkollu effetti detrimentali fuq l-Unjoni kollha kemm hi . Dan se jkollu implikazzjonijiet diretti u profondi għall-ħajja politika, soċjali, kulturali u ekonomika fl-UE. Bħala parti mill-Fond il-ġdid, il-Programm Drittijiet u Valuri se jlaqqa' flimkien il-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 390/2014 tal-Kunsill (11). Il-programm Ġustizzja (minn hawn 'il quddiem il-“Programm”) se jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' żona ta' ġustizzja Ewropea integrata u l-kooperazzjoni transfruntiera, f'kontinwità mal-Programm Ġustizzja 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) (minn hawn 'il quddiem “il-Programm preċedenti”).

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Il-Fond għall-Ġustizzja, d-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu jiffokaw primarjament fuq in-nies u l-entitajiet li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari tal-Unjoni huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, l-inklużività u d-demokrazija. Dan jinkludi soċjetà ċivili vibranti, l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jispeċifika ulterjorment li l-istituzzjonijiet għandhom, permezz ta' mezzi xierqa, jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha ta' l-Unjoni.

(3)

Il-Fond għall-Ġustizzja, id-Drittijiet u l-Valuri u ż-żewġ programmi ta' finanzjament sottostanti tiegħu se jiffokaw fuq il-persuni u l-entitajiet, li jikkontribwixxu biex jagħmlu l-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tagħna ħajjin u vibranti. L-objettiv aħħari huwa li titrawwem u tiġi sostnuta s-soċjetà tagħna bbażata fuq id-drittijiet, l-ugwaljanza, il-ftuħ, l-inklużività u d-demokrazija , b'mod partikolari billi jiġu ffinanzjati attivitajiet li jippromwovu soċjetà ċivili vibranti , żviluppata sew, reżiljenti u msaħħa, li tagħmel possibbli l-parteċipazzjoni demokratika, ċivika u soċjali tal-poplu u  l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tajba tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet fundamentali, li titrawwem id-diversità rikka tas-soċjetà Ewropea, ibbażata wkoll fuq l-istorja u l-memorja komuni tagħna. L-Artikolu 11 tat-Trattat tal-UE jirrikjedi li l-istituzzjonijiet għandhom iżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili u, permezz ta' mezzi xierqa , għandhom jagħtu liċ-ċittadini u lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi l-opportunità li jgħarrfu u jiskambjaw pubblikament l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta' azzjoni kollha tal-Unjoni. Dan huwa partikolarment importanti fid-dawl tal-ispazju dejjem aktar qed jonqos għal soċjetà ċivili indipendenti f'għadd ta' Stati Membri.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Għal dank il-għan, l-Unjoni tista' tadotta miżuri għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità. Ir-rispett għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni bħan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b'mod tajjeb jiġu żgurati fl-iżvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja.

(4)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-ħolqien ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Ir-rispett u l-promozzjoni tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u tad-demokrazija fl-Unjoni huma prerekwiżiti għaż-żamma tad-drittijiet u l-obbligi kollha stabbiliti fit-Trattati, u biex tinbena l-fiduċja tal-poplu fl-Unjoni. Il-mod li bih l-istat tad-dritt jiġi implimentat fl-Istati Membri jaqdi rwol vitali fl-iżgurar tal-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u bejn is-sistemi ġuridiċi tagħhom. Għal dak il-għan, l-Unjoni tista' tadotta miżuri għall-żvilupp ta' kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali u fejn applikabbli, f'materji amministrattivi u għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità , b'enfasi speċjali fuq ir-reati transfruntiera, fiskali, ambjentali, it-terroriżmu u l-ksur tad-drittijiet fundamentali, bħat-traffikar tal-bniedem, u fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi . Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għall-prinċipji u valuri komuni, bħan-nondiskriminazzjoni, is-solidarjetà, it-trattament indaqs fuq il-bażi tar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta, l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u sistema ġudizzjarja indipendenti li tiffunzjona b'mod tajjeb jenħtieġ li jiġu żgurati u jitrawmu fl-iżvilupp ulterjuri ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

L-Artikolu 81 TFUE jipprevedi b'mod espliċitu li l-Unjoni tista' tadotta atti legali għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri. Taħt it-Trattat, tali atti jistgħu jiġu adottati fost l-oħrajn għar-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar bejn l-Istati Membri ta' sentenzi u deċiżjonijiet extraġudizzjarji; in-notifika transfruntiera ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji; il-kompatibbiltà tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat applikabbli fl-Istati Membri li jikkonċernaw il-kunflitt tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni; il-kooperazzjoni fil-kisba tal-provi; l-aċċess effettiv għall-ġustizzja; l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-funzjonament xieraq tal-proċedimenti ċivili, kriminali u amministrattivi, li tista' tinkludi l-fatt li l-proċeduri tal-qrati nazzjonali jsiru aktar kompatibbli; l-iżvilupp ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR); u l-appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Il-finanzjament jenħtieġ li jibqa' wieħed mill-għodod importanti għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-għanijiet.

(5)

Il-finanzjament huwa wieħed mill-għodod l-iktar importanti għall-implimentazzjoni ta' suċċess tal-miri ambizzjużi stabbiliti mit-Trattati. Dawn jenħtieġ li jinkisbu fost l-oħrajn billi jiġi stabbilit programm Ġustizzja flessibbli u effettiv li jenħtieġ li jiffaċilita l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' dawn l-għanijiet , filwaqt li jitqies liema attivitajiet iġibu l-ogħla valur miżjud tal-Unjoni, bl-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, kull meta jkun possibbli .

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Il-programm jenħtieġ li jkollu l-għan li jżid il-flessibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-fondi tiegħu u li jipprovdi l-istess opportunitajiet u kundizzjonijiet ta' finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ġewwa bħal dawk barra l-Unjoni.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f'diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġi żgurat it-tkabbir ekonomiku.

(6)

Għall-istabbiliment gradwali ta' żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għal kulħadd, l-Unjoni għandha tadotta miżuri relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li huwa element ewlieni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi ħdan l-Unjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru 1999. Ir-rikonoxximent reċiproku jeħtieġ livell għoli ta' fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri. Ġew adottati miżuri biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri f'diversi oqsma sabiex jiġi ffaċilitat r-rikonoxximent reċiproku u titrawwem il-fiduċja reċiproka. Qasam tal-ġustizzja li jiffunzjona tajjeb, fejn jiġu eliminati l-ostakoli fil-proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera u l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transfruntiera, huwa wkoll kruċjali biex jiġu żgurati t-tkabbir ekonomiku u iżjed integrazzjoni .

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-ġurisprudenza tagħha  (1a) , l-indipendenza ġudizzjarja tifforma parti mill-essenza tal-dritt fundamentali għal proġett ġust u tirrappreżenta l-bażi għall-fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

L-aċċess għall-ġustizzja jenħtieġ li jinkludi, b'mod partikolari, l-aċċess għal rimedju legali, għal metodi alternattivi ta' soluzzjoni tat-tilwim u għal detenturi ta' uffiċċju pubbliku li huma obbligati bil-liġi li jipprovdu lill-partijiet pariri legali indipendenti u imparzjali.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)

L-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fis-sistemi ġudizzjarji jenħtieġ li titqies bħala għan importanti biex ikompli jiġi żviluppat aktar l-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja. Id-diskriminazzjoni intersezzjonali fis-sistema ġudizzjarja għadha waħda mill-ostakoli ewlenin f'termini tal-aċċess ugwali tan-nisa għall-ġustizzja. Il-programm għalhekk jenħtieġ li jikkontribwixxi b'mod attiv għall-eliminazzjoni ta' kwalunkwe diskriminazzjoni u ostakoli għal minoranzi, persuni b'diżabbiltà, migranti, persuni li jfittxu asil, persuni anzjani, persuni li jgħixu f'żoni remoti jew gruppi vulnerabbli li jistgħu jsibu restrizzjonijiet għal aċċess għall-ġustizzja, u jappoġġa proċeduri u deċiżjonijiet favur il-vittmi u sensittivi għall-ġeneri fis-sistemi ġudizzjarji.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal livell għoli ta' fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.

(7)

Ir-rispett sħiħ u l-promozzjoni tal-istat tad-dritt huma essenzjali għal livell għoli ta' fiduċja reċiproka fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, b'mod partikolari għall-kooperazzjoni ġudizzjarja effettiva f'materji ċivili u kriminali li hija bbażata fuq rikonoxximent reċiproku. L-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri komuni stabbiliti fl-Artikolu 2 TUE, u l-prinċipju ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikoli 19(1) TUE u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali huwa espressjoni konkreta tal-istat tad-dritt. Il-promozzjoni tal-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ għall-isforzi biex jittejbu l-indipendenza, it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont, il-kwalità u l-effiċjenza ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali, issaħħaħ il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Huwa importanti li jiġi mfakkar li l-ġustizzja tfisser l-affermazzjoni tal-istat tad-dritt fis-soċjetà u tiżgura d-dritt li kulħadd ikollu proċess ġust minn qorti indipendenti u imparzjali bil-għan li jitħarsu l-valuri Ewropej.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjali f'materji ċivili u kriminali bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta' professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta' fehim komuni ta' kif l-aħjar jitħares l-istat tad-dritt. Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta' taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta' taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti tranfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja minn Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta' tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli.

(8)

Skont l-Artikoli 81(2)(h) u 82(1)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, l-Unjoni għandha tappoġġja t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bħala għodda biex tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, kriminali u fejn applikabbli materji amministrattivi bbażati fuq il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji. It-taħriġ ta' professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja huwa għodda importanti għall-iżvilupp ta' fehim komuni ta' kif l-aħjar jiġi implimentat u jitħarsu l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali . Jikkontribwixxi għall-bini tal-ispazju Ewropew tal-ġustizzja billi joħloq kultura ġudizzjarja komuni fost il-professjonisti fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li ssir applikazzjoni nondiskriminatorja, korretta u koerenti tad-dritt fl-Unjoni u li jkun hemm fiduċja reċiproka u fehim bejn il-professjonisti tal-ġustizzja fi proċedimenti transfruntiera. L-attivitajiet ta' taħriġ appoġġjati mill-Programm jenħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet b'saħħithom tal-bżonnijiet ta' taħriġ, jużaw metodoloġiji tat-taħriġ bl-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, jinkludu avvenimenti transfruntiera li jiġbru flimkien lill-professjonisti tal-ġustizzja , inkluż dawk li jaħdmu għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' Stati Membri differenti, ikunu magħmulin minn elementi ta' tagħlim u netwerking attivi u jkunu sostenibbli. Jenħtieġ li jinkludi l-korsijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, l-avukati, il-prosekuturi u l-pulizija dwar l-isfidi u l-ostakoli esperjenzati minn persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli inklużi t-tfal, il-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi ta' vjolenza abbażi tas-sess u forom oħra ta' vjolenza interpersonali u l-vittmi tat-traffikar, u dwar kif jiġi żgurat li l-vittmi ta' reati jiġu protetti kif xieraq. Taħriġ bħal dan jenħtieġ li jiġi organizzat bl-involviment dirett ta' tali persuni u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom jew li jappoġġawhom.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Limiti ta' żmien raġonevoli għal proċedimenti jaqdu l-iskop taċ-ċertezza tad-dritt, li hija r-rekwiżit ewlieni għall-istat tad-dritt.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/865 tal-11 ta' Mejju 2017 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta' materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u d-deċiżjoni rispettiva dwar l-asil u n-non-refoulement, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa t-taħriġ tal-ġudikatura u tal-persunal ġudizzjarju bil-ħsieb li ssir sensibilizzazzjoni dwar l-applikazzjoni prattika tal-Konvenzjoni fi ħdan dan il-kamp ta' applikazzjoni, u tiġi promossa, biex il-vittmi tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet jiġu protetti aħjar madwar l-Unjoni.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

It-taħriġ ġudizzjarju jista' jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tal-liġi tal-Unjoni. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, “EJTN”), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (“ERA”), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, “ENCJ”), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (“ACA-Europe”), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea (“RPCSJUE”) u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, “EIPA”), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

(9)

It-taħriġ ġudizzjarju jista' jinvolvi atturi differenti, bħall-awtoritajiet legali, ġudizzjarji u amministrattivi tal-Istati Membri, istituzzjonijiet akkademiċi, entitajiet nazzjonali responsabbli għat-taħriġ ġudizzjarju, organizzazzjonijiet jew netwerks ta' taħriġ fil-livell Ewropew, jew netwerks ta' koordinaturi tal-qorti tad-dritt tal-Unjoni , kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti inkluż dawk li jressqu azzjonijiet rappreżentattivi. Il-korpi u l-entitajiet li jfittxu interess ġenerali Ewropew fil-qasam tat-taħriġ tal-ġudikatura, bħan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (European Judicial Training Network, “EJTN”), l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (“ERA”), in-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (European Network of Councils for the Judiciary, “ENCJ”), l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (“ACA-Europe”), in-Netwerk tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea (“RPCSJUE”) u l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, “EIPA”), jenħtieġ li jkomplu jaqdu r-rwol tagħhom fil-promozzjoni ta' programmi ta' taħriġ b'dimensjoni Ewropea ġenwina għall-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju, u għaldaqstant ikunu jistgħu jingħataw appoġġ finanzjarju adegwat f'konformità mal-proċeduri u l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, u l-professjonisti li jaħdmu mal-vittmi tal-vjolenza kif ukoll istituzzjonijiet akkademiċi speċjalizzati jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal tali programmi ta' taħriġ, u għalhekk jenħtieġ li jiġu assoċjati kull meta jkun rilevanti. Meta jitqies li l-imħallfin nisa huma sottorappreżentati fl-ogħla pożizzjonijiet, l-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonijiet legali nisa oħra jenħtieġ li jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' taħriġ.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

L-Istati Membri jenħtieġ li jinvestu aktar fl-iżvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ ġudizzjarju u fl-edukazzjoni kontinwa għall-imħallfin, peress li tali attivitajiet jiffurmaw il-bażi għal sistema ġudizzjarja effiċjenti, indipendenti u imparzjali.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)

Il-programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-promozzjoni tal-aħjar prattiki bejn il-qrati li jittrattaw speċifikament il-vjolenza sessista u l-iskambju ta' riżorsi komuni u materjali ta' taħriġ dwar il-vjolenza sessista għall-imħallfin, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati, il-pulizija u professjonisti oħra li jiġu f'kuntatt mal-vittmi ta' vjolenza sessista.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji u l-approssimazzjoni neċessarja ta' leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta' drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera u konverġenza akbar fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b'mod effikaċi, għall-benefiċċju ta' kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.

(11)

Il-miżuri skont il-Programm jenħtieġ li jappoġġaw ir-rikonoxximent reċiproku msaħħaħ ta' deċiżjonijiet u sentenzi ġudizzjarji, il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u l-approssimazzjoni neċessarja ta' leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet relevanti kollha, inklużi l-Unitajiet tal-Intelligenza Finanzjarja, u l-protezzjoni ġudizzjarja ta' drittijiet individwali f'materji ċivili u kummerċjali. Il-Programm jenħtieġ ukoll li javvanza l-leġiżlazzjoni proċedurali għal każijiet transfruntiera, inklużi l-proċeduri ta' medjazzjoni, b'enfasi speċjali fuq l-iffaċilitar nondiskriminatorju tal-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, u konverġenza akbar , b'mod partikolari fil-liġi ċivili li jgħinu biex jiġu eliminati l-ostakoli għal proċeduri ġudizzjarji u extraġudizzjarji li jiffunzjonaw tajjeb u b'mod effikaċi, għall-benefiċċju ta' kull parti f'kontroversja ċivili. Fl-aħħar nett, sabiex jiġu appoġġati l-infurzar effettiv u l-applikazzjoni prattika tad-dritt tal-Unjoni fuq kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-funzjonament tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu.

(12)

Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 24 tal-Karta u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jħarsu d-drittijiet tat-tfal fil-kuntest tal-ġustizzja ċivili u kriminali, inkluża l-protezzjoni tat-tfal li jakkumpanjaw lill-ġenituri f'detenzjoni u t-tfal ta' ġenituri li jkunu l-ħabs. Jenħtieġ li jitqies ukoll appoġġ xieraq favur l-attivitajiet ta' taħriġ li l-għan tagħhom huwa li jimplimentaw b'mod xieraq id-Direttiva (UE) 2016/800 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Skont l-Artikolu 3(3) TUE, l-Artikolu 23 tal-Karta u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul), il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa, u jenħtieġ li jintegra l-promozzjoni ta' kwistjonijiet ibbażati fuq il-ġeneru fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu. Sabiex jiżgura u jsaħħaħ l-aċċess tan-nisa u l-bniet għall-ġustizzja f'każijiet ta' vjolenza sessista, l-Istati Membri jenħtieġ li jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul u jadottaw leġiżlazzjoni komprensiva kontra l-vjolenza sessista fl-Unjoni.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament indaqs bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-protezzjoni tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi razzjali jew etniċi, bħar-Rom u jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu, b'mod partikolari billi jsaħħu l-miżuri ta' kontra d-diskriminazzjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta' taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u  juristi oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-ġuristi u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b'mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u  l-ġuristi .

(13)

Il-Programm 2014-2020 ippermetta l-attivitajiet ta' taħriġ fuq id-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari fuq l-iskop u l-applikazzjoni tal-Karta, immirati lejn membri tal-ġudikatura u  professjonisti legali oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni tal-Karta fl-2016, il-Kunsill fakkar fl-importanza tat-tixrid tal-għarfien fuq l-applikazzjoni tal-Karta, inkluż fost dawk li jfasslu l-politika, il-professjonisti legali u d-detenturi tad-dritt infushom, fuq livell nazzjonali kif ukoll tal-Unjoni. Għalhekk, biex id-drittijiet fundamentali jiġu armonizzati b'mod konsistenti, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jiġi estiż għal attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għal awtoritajiet pubbliċi oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u  l-professjonisti legali, u għall-NGOs li jkunu qed iwettqu wkoll dan il-kompitu .

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess għall-ġustizzja. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji u  l-ġuristi , kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi.

(14)

Skont l-Artikolu 67 TFUE, jenħtieġ li l-Unjoni tikkostitwixxi spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali, li għalihom huwa strumentali l-aċċess nondiskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd . Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess effettiv għall-ġustizzja, u bil-għan li titrawwem il-fiduċja reċiproka li hija indispensabbli biex jiffunzjona tajjeb l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, jenħtieġ li ssir estensjoni tal-appoġġ finanzjarju għal attivitajiet ta' awtoritajiet oħrajn għajr l-awtoritajiet ġudizzjarji fil-livell reġjonali u lokali, l-professjonisti legali , kif ukoll ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi dawk li jirrappreżentaw id-drittijiet tal-vittmi tar-reati , li jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi. Sabiex jinkiseb aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, jenħtieġ li jingħata appoġġ, b'mod partikolari, għal attivitajiet li jiffaċilitaw aċċess effettiv u ugwali għall-ġustizzja għal persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli bħal tfal, minoranzi etniċi, persuni LGBTI, persuni b'diżabilitajiet, vittmi ta' vjolenza sessista u ta' forom oħra ta' vjolenza interpersonali, u vittmi ta' traffikar u migranti, irrispettivament mill-istatus ta' residenza tagħhom.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa wkoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu.

(15)

Skont l-Artikoli 8 u 10 TFUE, jenħtieġ li l-Programm jieħu approċċ trażversali biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u jappoġġa l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi tan-nondiskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Jenħtieġ li jitwettqu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari sabiex jiġi evalwat il-mod li bih dawk l-objettivi jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

L-azzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, biex b'hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u konsistenti tad-dritt tal-Unjoni. L-attivitajiet ta' finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku.

(16)

L-azzjonijiet koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja , trawwim tal-indipendenza u l-effiċjenza tas-sistema legali, biex b'hekk tiżdied il-kooperazzjoni u jiżdied in-netwerking transfruntier , li fuqhom hija bbażata l-fiduċja reċiproka bejn il-ġudikaturi tal-Istati Membri u l-kisba tal-applikazzjoni korretta, koerenti u fil-pront tad-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza u lill-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni aħjar tad-diversi strumenti tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-vittmi . L-attivitajiet ta' finanzjament jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu għal fehim komuni tal-valuri tal-Unjoni, l-istat tad-dritt, għarfien aħjar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni, il-kondiviżjoni ta' għarfien u l-aħjar prattiċi fl-użu ta' strumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja mill-partijiet interessati kollha kkonċernati, kif ukoll għal proliferazzjoni u l-promozzjoni ta' soluzzjonijiet diġitali interoperabbli li fuqhom hija bbażata kooperazzjoni transfruntiera bla intoppi u effiċjenti, u jenħtieġ li jipprovdu bażi analitika soda għall-appoġġ tal-iżvilupp, l-infurzar u l-fehim u l-implimentazzjoni xierqa tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni. L-intervent tal-Unjoni jippermetti li dawk l-azzjonijiet isiru b'mod konsistenti madwar l-Unjoni u jwassal għal ekonomiji ta' skala. Barra minn hekk, l-Unjoni tinsab f'pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tindirizza sitwazzjonijiet transfruntiera u tipprovdi pjattaforma Ewropea għal tagħlim reċiproku u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki .

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi kull meta l-liġi tal-Unjoni jkollha applikazzjoni extraterritorjali, biex ittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja u tiffaċilita l-indirizzar tal-isfidi ġudizzjarji u proċedurali b'mod partikolari f'każijiet ta' traffikar tal-bnedmin, u b'rabta mat-tibdil fil-klima u r-responsabbiltà tan-negozju korporattiva.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)

Kif ġie enfasizzat mir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Ġustizzja 2017 tal-Kummissjoni Ewropea, għad hemm disparitajiet sinifikanti fil-bilanċ bejn is-sessi fost il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri, b'mod partikolari, iżda mhux b'mod esklussiv, fir-rigward tal-aspetti li ġejjin: il-proporzjon ta' mħallfin nisa f'livelli ogħla tal-ġudikatura, it-trasparenza fil-ħatriet, ir-rikonċiljazzjoni bejn ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u dawk mhux relatati max-xogħol u l-eżistenza ta' prattiki ta' mentoraġġ. Għalhekk, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet ta' taħriġ li jfittxu li jindirizzaw dawk id-disparitajiet. Tali attivitajiet jistgħu, pereżempju jkunu mfassla apposta għal professjonisti nisa fi ħdan il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri jew, fejn ikun xieraq, jimmiraw kemm lejn il-professjonisti nisa kif ukoll il-professjonisti rġiel, fi sforz biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost il-persunal kollu rilevanti.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)

Is-sistema tal-ġustizzja tal-Unjoni ma tipprovdix ġustizzja xierqa u protezzjoni lin-nisa u lit-tfajliet u, konsegwentement, il-vittmi tal-vjolenza sessista ma jirċevux l-appoġġ meħtieġ. Dan jinkludi wkoll in-nuqqas ta' protezzjoni u appoġġ rigward il-vittmi tat-traffikar sesswali, ir-rifuġjati u l-migranti nisa, il-persuni LGBTIQ u l-persuni b'diżabbiltà.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u jenħtieġ li tieħu kont tal-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm.

(17)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura konsistenza ġenerali, komplementarjetà u sinerġiji mal-ħidma tal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, bħall-EUROJUST, FRA, l-OLAF, EU-LISA u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sabiex tevalwa l-ħidma ta' atturi nazzjonali u internazzjonali oħrajn, fl-oqsma koperti mill-Programm u tirrakkomanda titjib, fejn ikun meħtieġ .

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Jenħtieġ li jiġi żgurat il-valur Ewropew miżjud tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm, il-kumplimentarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma' attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri – u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri – u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (“AMIF”, Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE (13).

(18)

Jenħtieġ li jiġu żgurati l-vijabbiltà, il-viżibbiltà, il-prinċipju ewlieni tal-valur miżjud Ewropew , u l-ġestjoni finanzjarja soda fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha mwettqa fi ħdan il-Programm Ġustizzja , il-komplementarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri, u l-konsistenza tagħhom ma' attivitajiet oħrajn tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u bbażata fuq il-prestazzjoni tal-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun hemm konsistenza, kumplimentarjetà u sinerġiji bejn il-programmi ta' finanzjament li jappoġġaw l-oqsma politiċi b'rabta mill-qrib ma' xulxin, b'mod partikolari l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri – u għalhekk mal-Programm Drittijiet u Valuri – u bejn il-Programm u l-Programm tas-Suq Uniku, Ġestjoni tal-fruntieri u Sigurtà, b'mod partikolari l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (“AMIF”, Asylum, Migration and Integration fund) u l-Fondi għas-Sigurtà Interna, Infrastruttura Strateġika b'mod partikolari l-Programm Ewropa Diġitali, il-Fond Soċjali Ewropew+ , il-Programm Erasmus+, il-Programm Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, u r-Regolament LIFE (13) . L-implimentazzjoni tal-Programm Ġustizzja jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni u tkun ikkumplementata minnhom, rigward il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Il-mekkaniżmi li jiżguraw rabta bejn il-politiki ta' finanzjament tal-Unjoni u l-valuri tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu raffinati aktar, filwaqt li jippermettu lill-Kummissjoni tressaq proposta quddiem il-Kunsill biex ir-riżorsi allokati lil Stat Membru b'ġestjoni kondiviża jiġu ttrasferiti lill-Programm fejn dak l-Istat Membru jkun soġġett għal proċeduri relatati mal-valuri tal-Unjoni. Mekkaniżmu komprensiv tal-Unjoni dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jenħtieġ li jiggarantixxi r-rieżami regolari u ugwali tal-Istati Membri kollha, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-attivazzjoni tal-miżuri relatati ma' nuqqasijiet ġenerali tal-valuri tal-Unjoni fl-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata inversa.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)

Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi possibbli għall-utent, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċessibbiltà tal-programm għall-parteċipanti kollha.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c)

It-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq jenħtieġ li jikkostitwixxi l-prinċipju gwida biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ il-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(20)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ ir-RF il-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jeżiġi li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu tar-riżorsi, ġestjoni finanzjarja soda u użu prudenti tar-riżorsi. B'mod partikolari, ir-regoli li jikkonċernaw il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u transnazzjonali jiġu ffinanzjati permezz ta' għotjiet operattivi pluriennali, għotjiet kaskata, dispożizzjonijiet li jiżguraw proċeduri rapidi u flessibbli għall-ħolqien tal-għotjiet, bħal proċedura ta' applikazzjoni b'żewġ passi, applikazzjonijiet faċli għall-utent u proċeduri ta' rapportar jenħtieġ li jitħaddmu u jiġu msaħħa aktar bħala parti mill-implimentazzjoni ta' dan il-Programm. Il-kriterji ta' kofinanzjament jenħtieġ li jqisu x-xogħol volontarju.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(21)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jintgħażlu skont il-ħila tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati mixtieqa , filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv , id-daqs u l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati rilevanti u tal-benefiċjarji fil-mira, u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi, kostijiet ta' unità u għotjiet kaskata , kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (16) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (17) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (18), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni , id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(22)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (16) , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (17) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (18), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inklużi t-trasparenza kompleta tal-finanzjament u l-proċeduri tal-għażla tal-Programm, il-prevenzjoni , id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jenħtieġ li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jenħtieġ li jinvestiga u jipproċedi kontra r-reati ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). B'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera b'mod sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, l-UPPE u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u li tiżgura li kull parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprovdi għall-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(23)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jieħdu sehem fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta' deċiżjoni skont dan il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta' strumenti legali oħra. Jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika f'dan ir-Regolament li tagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-korpi u lin-netwerks tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'kull Stat Membru, lill-korpi u lin-netwerks responsabbli għall-politiki dwar in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, lill-ombudsmen, lill-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jsaħħu s-sinerġiji u l-kooperazzjoni tagħhom . Jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu inklużi pajjiżi terzi speċjalment kull meta l-involviment tagħhom iħeġġeġ l-ilħuq tal-objettivi tal-programm, filwaqt li jitqies li dan huwa b'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew f'arranġamenti simili.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)

Il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri għandha l-għan li toffri lill-Unjoni l-istrumenti sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tagħha meta d-dgħufijiet fl-istat tad-dritt ixekklu jew jheddu l-ġestjoni finanzjarja soda tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li tikkomplementa l-programm Ġustizzja li r-rwol tiegħu huwa differenti, jiġifieri li jkompli jappoġġa l-iżvilupp ta' Spazju Ewropew ta' Ġustizzja li jkun ibbażat fuq l-istat tad-dritt u l-fiduċja reċiproka, u li jiżgura li l-persuni jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE] (1), persuni u  entitatijiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(25)

Skont [ir-referenza se tiġi aġġornata kif adatt skont deċiżjoni ġdida dwar l-OCTs: l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE] (1), persuni u  entitajiet stabbiliti f'pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Huwa essenzjali li l-Programm jiżgura li tali persuni u entitajiet ikunu infurmati biżżejjed dwar l-eliġibbiltà tagħhom għall-finanzjament.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Abbażi tal-importanza u r-rilevanza tagħhom, dan il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri . Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq , jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

(27)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġi evalwat dan il-Programm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-benefiċjarji tal-Programm . Dawn ir-rekwiżiti, fejn possibbli , jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Dan jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 1 ta' Jannar  2021 – 31 ta' Diċembru  2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

“Ġudikatura u persunal ġudizzjarju” tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati, nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.

1.

“Ġudikatura u persunal ġudizzjarju” tfisser imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti, kif ukoll professjonisti oħra tal-ġustizzja assoċjati mal-ġudikatura, bħalma huma avukati tad-difiża u tal-prosekuzzjoni , nutara, bailiffs jew uffiċjali għall-infurzar, prattikanti fl-insolvenza, medjaturi, interpreti u tradutturi tal-qorti, esperti tal-qorti, persunal tal-ħabs u uffiċjali tal-probazzjoni.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta' żona Ewropea ta' ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, fuq ir-rikonoxximent reċiproku u l-fiduċja reċiproka;

1.   Il-Programm għandu l-objettiv ġenerali li jikkontribwixxi għal aktar żvilupp ta' żona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja bbażata fuq l-istat tad-dritt, inklużi l-indipendenza tal-imħallfin u l-imparzjalità tal-ġustizzja, fuq ir-rikonoxximent reċiproku , il-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni transfruntiera, u b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali ;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin , kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness I :

2.   Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, u li jippromwovi l-istat tad-dritt permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex tittejjeb l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali;

(a)

fi ħdan qafas ta' demokrazija u rispett tad-drittijiet fundamentali, li jiffaċilita u jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kriminali, inkluża l-kooperazzjoni lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni kull meta d-dritt tal-Unjoni jkollu applikazzjonijiet extraterritorjali, li jsaħħaħ l-aċċess għall-ġustizzja għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi u li jippromwovi l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura, anke permezz tal-appoġġ tal-isforzi biex jittejbu l-effikaċja tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali , l-infurzar xieraq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-protezzjoni tal-vittmi ;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju, bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni;

(b)

li jappoġġja u jippromwovi t-taħriġ ġudizzjarju nazzjonali u transnazzjonali, inkluż it-taħriġ dwar it-terminoloġija ġuridika , bil-għan li titrawwem kultura legali u ġudizzjarja u kultura tal-istat tad-dritt komuni , kif ukoll l-implimentazzjoni konsistenti u effettiva tal-istrumenti legali tal-Unjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku u s-salvagwardji proċedurali. Tali taħriġ għandu jkun sensittiv fir-rigward tas-sessi, iqis il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà, ikun orjentat lejn il-vittmi, fejn applikabbli, u jkopri, b'mod partikolari, id-dritt ċivili u kriminali u, fejn applikabbli, id-dritt amministrattiv, id-drittijiet fundamentali kif ukoll il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni ;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

li jiffaċilita l-aċċess effettiv għall-ġustizzja għal kulħadd u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi, permezz tal-promozzjoni ta' proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi ta' reati kif ukoll id-drittijiet proċedurali tas-suspettati u tal-persuni akkużati fi proċedimenti kriminali.

(c)

li jiffaċilita l-aċċess effettiv u mhux diskriminatorju għall-ġustizzja għal kulħadd , b'enfasi fuq l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni, bħar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta, u rimedju effikaċi, inkluż permezz ta' mezzi elettroniċi (ġustizzja elettronika) , permezz tal-promozzjoni ta' proċeduri ċivili u kriminali effikaċi u , fejn applikabbli, proċeduri amministrattivi, u l-promozzjoni u l-appoġġ tad-drittijiet tal-vittmi kollha tal-kriminalità kif ukoll id-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali , filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal u lin-nisa .

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

li jippromwovi l-applikazzjoni prattika ta' riċerka relatata mal-mediċini, li jappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jespandi l-bażi tal-għarfien fil-qasam, u jiżviluppa metodi innovattivi biex jiġu indirizzati l-fenomeni tas-sustanzi psikoattivi ġodda u tat-traffikar tal-bnedmin u tal-merkanzija.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet kollha tiegħu, il-Programm għandu jipprova jappoġġa u jippromwovi, bħala objettiv orizzontali, il-protezzjoni tad-drittijiet ugwali u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, għandu jkun ta' EUR  [305 000 000 ] f'termini ta' prezzijiet attwali .

1.    Fis-sens ta' [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali ġdid] il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba], il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027, li jirrappreżenta r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali, għandu jkun ta' EUR  316 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 356 000 000 fi prezzijiet kurrenti) .

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-baġit allokat għal azzjonijiet marbuta mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi għandu jiġi indikat kull sena;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-Artikolu 62(1)(c) . Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

4.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni konġunta jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament f'kull forma stabbilita fir-Regolament Finanzjarju , primarjament permezz ta' għotjiet għal azzjoni kif ukoll għotjiet operattivi annwali u pluriennali. Dak il-finanzjament għandu jiżgura ġestjoni finanzjarja soda, użu prudenti tal-fondi pubbliċi, livelli aktar baxxi ta' piż amministrattiv għall-operatur tal-Programm u għall-benefiċjarji, kif ukoll aċċessibbiltà tal-fondi tal-Programm għal benefiċjarji potenzjali. Dan jista' juża somom f'daqqa, kostijiet ta' unità, rati fissi, għotjiet kaskata u appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi. Il-kofinanzjament għandu jiġi aċċettat in natura, u jista' jiġi rrinunzjat f'każijiet ta' finanzjament komplementari limitat.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Tip ta' azzjonijiet

Tip ta' azzjonijiet

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament.

L-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' objettiv speċifiku speċifikat fl-Artikolu 3 jistgħu jirċievu finanzjament skont dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament:

 

(1)

is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid tal-informazzjoni biex jitjieb l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni, inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta' standards Ewropej u internazzjonali, b'enfasi speċjali fuq iż-żieda u l-fehim tal-oqsma multidixxiplinari, transdixxiplinari u interdixxiplinari tal-liġi, bħall-kummerċ u d-drittijiet tal-bniedem, u fuq kif jiġi ffaċilitat it-tilwim extraterritorjali;

 

(2)

it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju ta' prattiki tajbin fost il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inklużi l-istat tad-dritt u l-aċċess għall-ġustizzja, u permezz tat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka kif ukoll tal-iskambju tal-aħjar prattiki relatati ma' ġustizzja adattata għat-tfal u l-promozzjoni u l-inkorporazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-sistema ġudizzjarja kollha;

 

(3)

il-korsijiet ta' taħriġ għall-imħallfin, l-avukati, il-prosekuturi u l-pulizija u persuni oħra li jaħdmu fis-sistema ġudizzjarja dwar l-isfidi u l-ostakli esperjenzati minn persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli inklużi t-tfal, il-minoranzi etniċi, il-persuni LGBTI, il-persuni b'diżabbiltà, il-vittmi tal-vjolenza sessista u ta' forom oħra ta' vjolenza interpersonali u l-vittmi tat-traffikar, u dwar kif jiġi żgurat li l-vittmi ta' reati jiġu protetti kif xieraq;

 

(4)

l-attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ biex jittejbu l-għarfien u l-fehim ta' ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja u biex jittejbu l-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni wkoll tal-effetti tad-dritt tal-Unjoni fuq pajjiżi terzi;

 

(5)

l-attivitajiet biex jittejjeb il-funzjonament bla xkiel ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja, inkluż bil-monitoraġġ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri u bir-riċerka dwar kif jiġu eliminati l-ostakli għal aċċess universali, mhux diskriminatorju u effikaċi għall-ġustizzja għal kulħadd;

 

(6)

l-inizjattivi li jindirizzaw id-disparitajiet fil-bilanċ bejn is-sessi fost il-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju tal-Istati Membri permezz ta' taħriġ jew imfassal apposta għall-professjonisti nisa, jew immirat kemm għall-professjonisti nisa kif ukoll għall-professjonisti rġiel, ta' sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet bħall-proporzjon baxx ta' mħallfin nisa f'livelli ogħla tal-ġudikatura jew il-ħtieġa ta' trasparenza u kriterji oġġettivi matul il-proċeduri tal-ħatra;

 

(7)

it-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fid-difiża tal-vittmi ta' reati u fit-tressiq ta azzjonijiet ta' rimedju, biex jittejjeb l-għarfien dwar il-politiki u d-dritt tal-Unjoni, inklużi inter alia l-liġi sostantiva u proċedurali, id-drittijiet fundamentali, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, l-użu tar-rimedju kollettiv u l-ġurisdizzjoni universali, l-użu tal-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni, il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwaġġ ġuridiku u d-dritt komparattiv;

 

(8)

it-taħriġ multidixxiplinari tal-persunal ġudizzjarju u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-qasam tal-liġi dwar il-ħabsijiet, tad-detenzjonijiet u tal-ġestjoni tal-ħabsijiet, sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid tal-aħjar prattiki;

 

(9)

it-taħriġ multidixxiplinari tal-persunal ġudizzjarju u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-qasam tal-ġustizzja għall-minorenni, sabiex titħejja u tiġi promossa l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva (UE) 2016/800 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali;

 

(10)

it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) kif ukoll l-iżvilupp u ż-żamma ta' għodod tal-ġustizzja elettronika biex jittejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà transfruntiera tas-sistemi u l-applikazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data;

 

(11)

l-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta' netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni u l-infurzar effikaċi tad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar id-dritt, l-għanijiet tal-politika u l-istrateġiji tal-Unjoni fl-oqsma tal-programm;

 

(12)

l-appoġġ strutturali għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fl-oqsma koperti mill-Programm, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u t-taħriġ tal-esperti ġuridiċi li jaħdmu għal dawk l-organizzazzjonijiet, kif ukoll għal attivitajiet partikolari ta' tali organizzazzjonijiet, inklużi l-patroċinju legali, l-attivitajiet ta' netwerking, il-litigazzjoni b'rabta ma' ksur tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, il-mobilizzazzjoni u l-edukazzjoni pubblika, u l-għoti ta' servizzi rilevanti;

 

(13)

it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid, it-trasferiment u t-trasparenza tar-riżultati tiegħu u t-trawwim ta' sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta' programmi ta' sostenn/netwerk nazzjonali indipendenti ta' kuntatt;

 

(14)

studji dwar parametri referenzjarji, riċerka, analiżijiet u stħarriġ, evalwazzjonijiet, valutazzjoni tal-impatt, l-elaborazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet , u jiġi evitat l-użu ta' sors doppju ta' Fondi billi jiġu indikati b'mod ċar is-sorsi ta' finanzjament għal kull kategorija ta' nfiq, f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba . [Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ minn diversi programmi tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata].

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

dawn ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti skont il-Programm;

(a)

dawn ikunu ġew ivvalutati kif xieraq f'sejħa għal proposti skont il-Programm;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għotja operattiva tista' tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

3.   Għotja operattiva għandha tingħata mingħajr sejħa għal proposti lin-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju biex tkopri n-nefqa assoċjata mal-programm ta' ħidma permanenti tiegħu.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni . Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 17 .

2.   Il-programm ta' ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat . Dak l-att delegat għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 14 .

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II .

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness . Fejn ikun applikabbli, id-data li tinġabar għall-monitoraġġ u r-rapportar għandha titqassam skont is-sess, l-età u l-kategorija tal-persunal.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-monitoraġġ għandu jipprovdi wkoll mezz ta' valutazzjoni tal-mod li bih l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni jkunu ġew indirizzati fl-azzjonijiet kollha tal-Programm.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u b'mod tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri.

3.   Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data korretta għall-implimentazzjoni u r-riżultati tal-programm ta' monitoraġġ tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u b'mod preċiż u tempestiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonali fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli formati faċli għall-utent u tipprovdi orjentazzjoni u appoġġ, b'mod partikolari għall-applikanti u l-benefiċjarji li jista' ma jkollhomx ir-riżorsi u l-persunal xierqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-rapportar.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod tempestiv sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b'mod tempestiv u dokumentat sew sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u biex jiġu mmonitorjati l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet imwettqa taħt il-Programm u l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. L-evalwazzjonijiet kollha għandhom ikunu sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi u għandhom jinkludu analiżi dettaljata tal-baġit tal-programm iddedikat għall-attivitajiet relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-evalwazzjoni interim u finali tal-Programm għandha tivvaluta, inter alia:

 

(a)

il-perċezzjoni tal-impatt tal-Programm fuq l-aċċess għall-ġustizzja abbażi ta' data kwalitattiva u kwantitattiva miġbura fil-livell Ewropew;

 

(b)

l-għadd u l-kwalità ta' strumenti u għodod żviluppati permezz ta' azzjonijiet iffinanzjati mil-Programm;

 

(c)

il-valur miżjud Ewropew tal-Programm;

 

(d)

il-livell ta' finanzjament b'rabta mar-riżultati miksuba;

 

(e)

l-ostakli amministrattivi, organizzattivi u/jew strutturali potenzjali għall-implimentazzjoni aktar faċli, aktar effettiva u effiċjenti tal-Programm.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Il-grupp ta' esperti kkonsultat għandu jkun ibbilanċjat fir-rigward tas-sessi.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u  proporzjonali lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u  proporzjonata dwar il-valur miżjud Ewropew tal-Programm lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku , u b'hekk juru l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħinu fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-data min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja .

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 , u għandu jkun assistit mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti. Fil-Kumitat għandhom jiġu ssalvagwardjati l-bilanċ bejn is-sessi u r-rappreżentanza xierqa tal-minoranzi u ta' gruppi esklużi oħra.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

imħassar

Attivitajiet tal-programm

 

L-objettivi speċifiċi tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 3(2) se jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ għall-attivitajiet li ġejjin:

 

1.

is-sensibilizzazzjoni, it-tixrid ta' informazzjoni biex jittejjeb l-għarfien ta' politiki tal-Unjoni u tad-dritt tal-Unjoni inklużi l-liġi sostantiva u proċedurali, l-istrumenti ta' koooperazzjoni ġudizzjarja, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u l-liġi komparattiva u ta' standards Ewropej u internazzjonali;

 

2.

it-tagħlim reċiproku permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati biex jittejbu l-għarfien u l-fehim reċiproku tad-dritt ċivili u kriminali u tas-sistemi legali u ġudizzjarji tal-Istati Membri, inkluż l-istat tad-dritt, u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka;

 

3.

l-attivitajiet analitiċi u ta' monitoraġġ  (25) biex jittejbu l-għarfien u l-fehim ta' ostakli potenzjali għall-funzjonament bla xkiel tal-Ispazju Ewropew ta' Ġustizzja u biex itejbu l-implimentazzjoni tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni fl-Istati Membri;

 

4.

it-taħriġ għall-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jittejjeb l-għarfien tal-politiki tal-Unjoni u d-dritt tal-Unjoni inklużi fost l-oħrajn il-liġi sostantiva u proċedurali, l-użu tal-istrumenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tal-UE, il-każistika rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-lingwaġġ legali u tad-dritt komparattiv.

 

5.

l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' għodod tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) kif ukoll tal-ġustizzja elettronika biex jittejbu l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u l-kooperazzjoni tagħhom permezz ta' teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, inkluż l-interoperabbiltà tas-sistemi u l-applikazzjonijiet transfruntiera.

 

6.

l-iżvilupp tal-kapaċità ta' netwerks ewlenin fil-livell Ewropew u ta' netwerks ġudizzjarji Ewropej, inklużi netwerks stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni, biex jiġu promossi u żviluppati aktar l-għanijiet tal-politika u tad-dritt tal-Unjoni, tal-istrateġiji fl-oqsma tal-programm, kif ukoll li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm.

 

7.

it-titjib tal-għarfien tal-programm u t-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati tiegħu u t-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, inkluż bl-istabbiliment u l-appoġġ ta' programmi ta' sostenn/netwerk nazzjonali ta' kuntatt.

 

 

Emenda 76

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness II

Anness

Indikaturi

Indikaturi

Il-programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi. Għal dan il-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin.

Il-Programm se jiġi mmonitorjat fuq il-bażi ta' sett ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi maħsuba biex ikejlu safejn l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm ikunu ntlaħqu u bil-għan li jiġu minimizzati l-piż u l-ispejjeż amministrattivi u li tiġi massimizzata l-effikaċja tas-sistemi tal-ġustizzja . Għal dan il-għan, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet relatati mal-privatezza u l-protezzjoni tad-data, se tinġabar data u, meta jkun applikabbli, tkun diżaggregata skont is-sess, l-età u l-kategorija tal-persunal, fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

Emenda 77

Proposta għal regolament

Anness II – paragrafu 1 – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-numru ta' membri tal-ġudikatura u ta' persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ (inklużi skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta' għotja operattiva tal-EJTN

In-numru ta' membri tal-ġudikatura u ta' persunal ġudizzjarju li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ (inklużi skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, workshops u seminars) iffinanzjati mill-Programm, inkluż permezz ta' għotja operattiva tal-EJTN

 

In-numru ta' persunal u membri tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ

In-numru ta' skambji ta' informazzjoni f'Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)

In-numru ta' skambji ta' informazzjoni f'Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (European Criminal Records Information System, ECRIS)

 

In-numru ta' każijiet u attivitajiet, u l-livell ta' output tal-kooperazzjoni transfruntiera, inkluża l-kooperazzjoni permezz ta' għodod u proċeduri tat-teknoloġija tal-informazzjoni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni

In-numru ta' hits fuq il-portal tal-Ġustizzja elettronika / il-paġni li jindirizzaw il-ħtieġa għal informazzjoni dwar kawżi ċivili transfruntiera

 

L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:

L-għadd ta' nies li ntlaħqu minn:

(i)

it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(i)

it-tagħlim reċiproku u l-iskambju ta' prattiki tajba;

(ii)

sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni

(ii)

sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta' informazzjoni u ta' disseminazzjoni

 

(iia)

attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet immirati lejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

 

(iib)

attivitajiet relatati mal-għoti lill-persuni ta' informazzjoni dwar l-aċċess għall-ġustizzja;

 

(iic)

attivitajiet għall-imħallfin dwar sfidi fil-litigazzjoni u kif għandhom jiġu applikati d-dritt internazzjonali privat u d-dritt tal-Unjoni f'każijiet transfruntieri/multidixxiplinari;

 

(iid)

attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni ffinanzjati mill-Programm.

 

Il-kopertura ġeografika tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm

 

Il-valutazzjoni tal-parteċipanti tal-attivitajiet li ħadu sehem fihom u tas-sostenibbiltà mistennija tagħhom


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitati responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0068/2019).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62)

(11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014 tal-14 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perijodu 2014-2020 (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 3)

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).

(1a)   QĠUE, Awla Manja, 27 ta' Frar 2018, C-64/16, Asociação Sindical dos Juízes Portugueses, ECLI:EU:C:2018:117; QĠUE, Awla Manja, 25 ta' Lulju 2018, C-216/18 PPU, L.M., ECLI:EU:C:2018:586.

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 Test b'relevanza għaż-ŻEE

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).

(15)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(15)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(19)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(25)   Dawn l-attivitajiet jinkludu, pereżempju, il-ġbir tad-data u tal-istatistika; l-iżvilupp ta' metodoloġiji komuni u, fejn xieraq, indikaturi jew punti ta' riferiment; studji, riċerki, analiżi u stħarriġ; evalwazzjonijiet; valutazzjoni tal-impatt; l-elaborazzjoni u pubblikazzjoni ta' gwidi, rapporti u materjal edukattiv.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/530


P8_TA(2019)0099

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: livelli ta 'tqassim ġeografiku

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta' tqassim ġeografiku (C(2018)08872 – 2018/3002(DEA))

(2020/C 449/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)08872),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 28 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 10(6) tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi t-Trattati mhumiex se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar il-ħruġ jew, fin-nuqqas ta' dan, sentejn wara n-notifika, jiġifieri t-30 ta' Marzu 2019, sakemm il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, ma jiddeċidix b'mod unanimu li jestendi dan il-perjodu;

B.

billi r-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani;

C.

billi l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni se jkollu l-konsegwenza li r-Renju Unit isir pajjiż terz, u għalhekk, l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta' pagamenti, kummerċ internazzjonali f'servizzi u investiment dirett barrani għandha tqis lir-Renju Unit bħala pajjiż terz, aktar milli Stat Membru;

D.

billi l-uniċi modifiki li jipprevedi r-Regolament Delegat C(2018)08872 huma li r-Renju Unit jiġi kklassifikat bħala pajjiż terz għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 184/2005;

E.

billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tippermetti għal aktar ċertezza legali u żmien xieraq għall-implimentazzjoni qabel it-30 ta' Marzu 2019;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għall-abbozz ta' Regolament Delegat C(2018)08872;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/531


P8_TA(2019)0100

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: l-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklirjar biex jestendu d-dati differiti tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklirjar għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC (C(2018)09047 – 2018/2998(DEA))

(2020/C 449/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09047),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar in-novazzjoni ta' kuntratti bilaterali mhux soġġetti għal marġnijiet bilaterali sottomessi mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fis-27 ta' Settembru 2018 skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat fih dettalji importanti relatati mal-eżenzjoni mill-obbligu tal-ikklerjar għal tranżazzjonijiet intragrupp ma’ entitajiet ta’ grupp ta’ pajjiżi terzi, fejn ma ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-pajjiż terz li fih hija stabbilita l-entità tal-grupp;

B.

billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta’ dan l-att, peress li l-Kummissjoni għadha ma adottatx tali deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza u l-ewwel data differita ta’ applikazzjoni tal-obbligu tal-ikklerjar kienet it-21 ta’ Diċembru 2018, iżda jemmen ukoll li d-dewmien bla bżonn tal-Kummissjoni fl-adozzjoni ta’ dan l-att sal-19 ta’ Diċembru 2018, filwaqt li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ippubblikat l-abbozz ta’ RTS tagħha sa mill-27 ta’ Settembru 2018;

C.

billi l-Parlament iqis li l-RTS adottati mhumiex “l-istess” bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur (“il-perjodu ta' skrutinju”) biex joġġezzjona għall-RTS; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-ASE mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-RTS adottati jkunu “l-istess”;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/533


P8_TA(2019)0101

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205, ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/592 u r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1178 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data li fiha l-obbligu tal-ikklirjar jidħol fis-seħħ għal ċerti tipi ta' kuntratti (C(2018)09122 – 2018/3004(DEA))

(2020/C 449/54)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09122),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 intitolata “Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Marzu 2019: Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza tal-Kummissjoni” (COM(2018)0890),

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(2) u 82(6) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar in-novazzjoni ta' kuntratti li għalihom l-obbligu tal-ikklirjar għadu ma daħalx fis-seħħ, ippreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fit-8 ta' Novembru 2018, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat fih regoli importanti relatati mat-tranżazzjonijiet konklużi bejn kontroparti stabbilita fir-Renju Unit u kontroparti stabbilita fl-UE-27 u li huwa parti mill-pakkett ta' miżuri ta' kontinġenza f'każ ta' Brexit ta' ebda ftehim;

B.

billi l-Parlament jaqbel dwar l-importanza li l-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fi ħdan l-UE-27;

C.

billi l-Parlament iqis li l-RTS adottati mhumiex “l-istess” bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur (“il-perjodu ta' skrutinju”) biex joġġezzjona għall-RTS; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-ASE mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu “l-istess”;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/535


P8_TA(2019)0102

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: id-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 li jemenda r-Regolament delegat (UE) 2016/2251 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data sa meta l-kontropartijiet jistgħu jkomplu japplikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju tagħhom għal ċerti kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklirjati minn CCP (C(2018)09118 – 2018/3003(DEA))

(2020/C 449/55)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)09118),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018, li fiha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se jqajjem oġġezzjonijiet għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-4 ta' Frar 2019 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2018 intitolata “Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta' Marzu 2019: Implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Kontinġenza tal-Kummissjoni” (COM(2018)0890),

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(5) u 82(6) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (4),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji (RTS) dwar in-novazzjoni ta' kuntratti bilaterali mhux soġġetti għal marġnijiet bilaterali sottomessi mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fis-27 ta' Novembru 2018 skont l-Artikolu 11(15) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat fih regoli importanti relatati mat-tranżazzjonijiet konklużi bejn kontroparti stabbilita fir-Renju Unit u kontroparti stabbilita fl-UE-27 u li huwa parti mill-pakkett ta' miżuri ta' kontinġenza f'każ ta' Brexit ta' ebda ftehim;

B.

billi l-Parlament jaqbel dwar l-importanza li l-awtoritajiet kompetenti u s-swieq finanzjarji jeżentaw ċerti tranżazzjonijiet li jirriżultaw minn novazzjoni, għal perjodu limitat ta' 12-il xahar, jekk il-kontroparti stabbilita fir-Renju Unit tinbidel għal kontroparti fi ħdan l-UE-27;

C.

billi l-Parlament iqis li l-RTS adottati mhumiex “l-istess” bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur (“il-perjodu ta' skrutinju”) biex joġġezzjona għall-RTS; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-ASE mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu “l-istess”;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(4)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/537


P8_TA(2019)0103

Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (COM(2018)0378 – C8-0242/2018 – 2018/0203(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/56)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0378),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0242/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1) ,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0477/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.


P8_TC1-COD(2018)0203

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta’ Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsillli jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (2),

Billi:

(1)

Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u tal-iżvilupp ta' spazju Ewropew ta' ġustizzja ċivili rregolat bil-prinċipju ta' fiduċja reċiproka u r-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi , huwa meħtieġ li tkompli tittejjeb u titħaffef il-kooperazzjoni bejn il-qrati fl-Istati Membri fir-rigward fil-kumpilazzjoni tal-kumpilazzjoni tax-xhieda. [Em. 1]

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 (3) jistabilixxi r-regoli dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali.

(2a)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jenħtieġ li jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fis-sens strett tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, imma wkoll korpi jew awtoritajiet oħra li huma kompetenti skont il-liġi nazzjonali biex jieħdu x-xhieda skont dan ir-Regolament, bħal, pereżempju, awtoritajiet tal-infurzar jew nutara f'ċerti Stati Membri u f'sitwazzjonijiet speċifiċi. [Em. 2]

(2b)

Huwa essenzjali li jkunu disponibbli mezzi effettivi għall-kisba, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni ta' evidenza u li jitqiesu b'mod debitu d-drittijiet tad-difiża u l-ħtieġa għall-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu tat-teknoloġija moderna. [Em. 3]

(3)

Sabiex tiġi żgurata b'mod effikaċi t-trażmissjoni diretta u rapida tat-talbiet u l-komunikazzjonijiet, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna , u f'dan ir-rigward għandu jitqies l-iżvilupp kostanti ta' tali teknoloġija . Għalhekk, bħala regola, il-komunikazzjoni u l-iskambji tad-dokumenti kollha jenħtieġ li jitwettqu permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali. [Em. 4]

(3a)

Is-sistema tal-IT deċentralizzata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema e-CODEX u ġestita mill-eu-LISA. Jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi adegwati għall-eu-LISA biex tkun tista' tiġi introdotta u tinżamm operattiva sistema bħal din, kif ukoll biex tipprovdi appoġġ tekniku f'każ ta' problemi fit-tħaddim tas-sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2019, proposta għal Regolament dwar komunikazzjoni transkonfinali fi proċedimenti ġudizzjarji (e-CODEX). [Em. 5]

(4)

Sabiex jiġi żgurat ir-rikonoxximent reċiproku tax-xhieda diġitali, tali xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m’għandhiex tiġi miċħuda r-rikonoxximent bħala xhieda fi Stati Membri oħra biss minħabba n-natura diġitali tagħha. Dak il-prinċipju għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-determinazzjoni, skont il-liġi nazzjonali, tal-livell ta' kwalità u l-valur tax-xhieda, irrispettivament min-natura diġitali u mhux diġitali tagħha. [Em. 6]

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtoritajiet jiskambjaw informazzjoni taħt sistemi stabbiliti permezz ta’ strumenti oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (4) jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (5), anki fejn dik l-informazzjoni għandha valur evidenzjarju, u b’hekk tħalli l-għażla tal-iktar metodu adattat f’idejn l-awtorità rikjedenti.

(5a)

Il-proċeduri għat-teħid, il-preservazzjoni u l-preżentazzjoni tax-xhieda jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet proċedurali tal-partijiet, kif ukoll il-protezzjoni, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data personali u tal-privatezza, ikun protetti f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. [Em. 7]

(6)

It-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, b’mod partikolari l-vidjokonferenza, li hija mezz importanti u dirett biex tiġi ssimplifikata u aċċellerata l-kumpilazzjoni ta’ xhieda, bħalissa mhux qed tintuża fil-potenzjal sħiħ tagħha. Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema’ persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert, il-qorti għandha tieħu dik ix-xhieda direttament permezz ta’ vidjokonferenza, jekk tkun jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod disponibbli għall-qrati rispettivi, fejn tqis li l-użu ta’din it-teknoloġija hija xierqa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta' tali teknoloġija ma jkunx ikkunsidrat xieraq għall-andament ekwu tal-proċedimenti. Ir-regoli dwar l-użu ta' tali mezzi ta' komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu teknoloġikament newtrali u jkunu kompatibbli ma' soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni futuri. Fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, l-użu ta' tali teknoloġija jenħtieġ li jkun soġġett għall-kunsens tal-persuna li se tinstema'. [Em. 8]

(7)

Sabiex jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni ta' xhieda minn uffiċjali diplomatiċi persunal diplomatiku jew aġenti konsulari, tali persuni jistgħu, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom huma akkreditati , jagħmlu kumpilazzjoni ta' xhieda fil-bini tal-misssjoni diplomatika jew il-konsulat tagħhom, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel billi jisimgħu ċittadini tal-Istat Membru li jirrappreżentaw mingħajr kompulsjoni fil-kuntest ta' proċedimenti għall-proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li jirrappreżentaw , dejjem jekk il-persuna li se tinstema' tikkoopera b'mod volontarju fit-teħid tax-xhieda . [Em. 9]

(7a)

Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u li jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif imnaqqax fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar tad-data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament isir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7) . Id-data personali skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. [Em. 10]

(8)

Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu pjuttost, minħabba l-ħolqien ta' qafas legali simplifikat li jiżgura t-trażmissjoni diretta, effettiva u rapida ta' talbiet u komunikazzjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' xhieda, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan. [Em. 11]

(8a)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċedimenti ġudizzjarji billi jissimplifika u jintegra l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-proċedimenti transkonfinali, filwaqt li fl-istess ħin jgħin inaqqas id-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. Barra minn hekk, aktar ċertezza legali, flimkien ma' proċeduri aktar sempliċi, integrati u diġitalizzati jistgħu jħeġġu lill-individwi u n-negozji biex jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntieri, sabiex b'hekk jagħtu spinta lill-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u għalhekk lill-funzjonament tas-suq intern. [Em. 12]

(9)

F'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew suġġetti/suġġett/suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].

(10)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(11)

Sabiex tiddefinixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata u sabiex jiġu stabbiliti l-istandards u rekwiżiti tekniċi minimi għall-użu tal-vidjokonferenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Tali atti delegati jenħtieġ jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, u jenħtieġ jiżguraw li s-sessjoni ta' vidjokonferenzi tiggarantixxi komunikazzjoni ta' kwalità għolja u interazzjoni f'ħin reali. Barra min hekk, sabiex jiġu aġġornati l-formoli standard fl-Annessi jew biex isiru bidliet tekniċi għal dawk il-formoli, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Annessi. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (8). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. [Em. 13]

(12)

F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi, sabiex tivvaluta l-effetti reali tar-Regolament u l-ħtieġa għal kwalunkwe azzjoni ulterjuri.

(13)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu 4 kif ġej:

“4.   F’dan ir-Regolament, it-terminu ‘qorti’ għandu jfisser kull awtorità ġudizzjarja fi Stat Membru li hija kompetenti , abbażi tal-liġijiet ta' dak l-Istat Membru għat-twettiq tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda skont dan ir-Regolament.”; [Em. 14]

(2)

L-Artikolu 6 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Trasmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

1.   It-talbiet u l-komunikazzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu trażmessi permezz ta' sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi minn infrastruttura ta' komunikazzjoni u li tippermetti l-iskambju transkonfinali sigur u affidabbli ta' informazzjoni, anki f'ħin reali, bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali b'rispett sħiħ dovut għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX. [Em. 15]

2.   Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandu japplika għat-talbiet u komunikazzjonijiet trasmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 16]

3.   Fejn it-talbiet u l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew ikollhom siġill jew firma miktuba bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw ‘siġilli elettroniċi kkwalifikati’ u ‘firem elettroniċi kkwalifikati’, kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 , sakemm ikun żgurat bis-sħiħ li l-persuni involuti jkunu kisbu għarfien ta' tali dokumenti kmieni biżżejjed u b'mod leġittimu . [Em. 17]

3a.     Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissupplimenta dan ir-regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistema tiggarantixxi skambju effettiv, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 18]

4.   Jekk it-trażmissjoni skont il-paragrafu 1 mhix possibbli minħabba tfixkil mhux previst u eċċezzjonali tas-sistema tal-IT deċentralizzata jew fejn tali trasmissjoni mhix possibbli f'każijiet eċċezzjonali oħrajn, it-trażmissjoni għandha ssir bl-iktar mezzi mgħaġġla possibbli, li l-Istat Membru mitlub ikun indika li jista’ jaċċetta huma aċċettabbli .”; [Em. 19]

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73)."

(3)

L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

jitħassar il-paragrafu 2;

(b)

fil-paragrafu 4, it-tielet subparagrafu huwa mibdul b’dan li ġej:

“Fejn fi żmien 30 jum minn meta tintbagħat it-talba, il-qorti rikjedenti ma tkunx irċeviet informazzjoni dwar jekk it-talba ġietx aċċettata, it-talba għandha titqies bħala aċċettata.”;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu 17a kif ġej:

“Artikolu 17a

Kumpilazzjoni diretta ta' xhieda permezz ta’ vidjokonferenza teknoloġija ta' kommunikazzjoni mill-bogħod [Em. 20]

1.   Fejn għandha tiġi kkumpilata xhieda billi tinstema’ persuna domiċiljata fi Stat Membru ieħor bħala xhud, parti jew espert u l-qorti ma titlobx lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda skont l-Artikolu 1(1)(a), il-qorti għandha tagħmel kumpilazzjoni tax-xhieda direttament skont l-Artikolu 17 permezz ta’ vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod , jekk tkun disponibbli għall-qrati rispettivi, fejn tqis li sakemm, minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, l-użu ta’ din it-teknoloġija hija xierqa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ ma jitqiesx xieraq għall-andament ekwu tal-proċedimenti . [Em. 21]

Fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti, l-użu ta' vidjokonferenza jew ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod, għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-persuna li se tinstema'. [Em. 22]

2.   Fejn issir talba għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod , is-smigħ għandu jsir fil-bini ta' qorti. Il-qorti rikjedenti u l-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) jew il-qorti li fil-bini tagħha għandha tinżamm is-seduta għandha taqbel dwar l-arranġamenti prattiċi għall-vidjokonferenza. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mal-istandards tekniċi minimi u r-rekwiżiti għall-użu tal-vidjokonferenza li huma ddefiniti skont il-paragrafu 3a. [Em. 23]

2a.     Kwalunkwe sistema elettronika għall-kumpilazzjoni ta' xhieda għandha tiżgura li s-segretezza professjonali u l-privileġġ professjonali legali huma protetti. [Em. 24]

3.   Fejn ix-xhieda tittieħed bil-vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija ta' komunikazzjoni oħra disponibbli : [Em. 25]

(a)

il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) fl-Istat Membru rikjest jistgħu jassenjaw qorti biex tieħu sehem fit-twettiq tal-kumpilazzjoni tax-xhieda sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-Istat Membru rikjest;

(b)

jekk ikun meħtieġ, fuq talba tal-qorti rikjedenti, il-persuna li se tinstema’ jew l-imħallef fl-Istat Membru rikjest li jipparteċipa fis-seduta, il-korp ċentrali jew l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3) għandhom jiżguraw li l-persuna li se tinstema’ jew l-imħallef ikun assistit minn interpretu kwalifikat . [Em. 26]

3a.     Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 biex tissumplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istandards u r-rekwiżiti minimi għall-użu ta' vidjokonferenza.

Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sessjoni ta' vidjokonferenza tiggarantixxi komunikazzjoni ta' kwalità għolja u interazzjoni f'ħin reali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll, fir-rigward tat-trażmissjoni tal-informazzjoni, livell għoli ta' sigurtà u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 27]

3b.     Il-qorti għandha tinnotifika lill-persuna li se tinstema', il-partijiet, inklużi r-rappreżentanti legali rispettivi tagħhom, bid-data, il-ħin u l-post tas-seduta, u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fiha permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod. Il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom għandhom jiġu pprovduti, mill-qorti rilevanti, bi struzzjonijiet dwar il-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dokumenti jew materjal ieħor matul is-seduta permezz ta' vidjokonferenza jew permezz ta' teknoloġija oħra xierqa ta' komunikazzjoni mill-bogħod.”; [Em. 28]

(5)

jiddaħħal l-Artikolu 17b kif ġej:

“Artikolu 17b

Kumpilazzjoni ta’ xhieda minn uffiċjali diplomatiċi persunal diplomatiku jew aġenti konsulari [Em. 29]

Uffiċjali diplomatiċi Persunal diplomatiku jew aġenti konsulari ta’ Stat Membru jistgħu, fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor u fiż-żona fejn huma akkreditati , jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, jagħmlu kumpilazzjoni ta’ xhieda fil-bini tal-missjoni diplomatika jew il-konsulat tagħhom, mingħajr il-ħtieġa għal talba minn qabel skont l-Artikolu 17(1), billi jisimgħu ċittadini ta’ Stat Membru li jirrappreżentaw mingħajr kompulsjoni fil-kuntest ta’ proċedimenti pendenti fil-qrati tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw. Tali kumpilazzjoni tista' ssir biss bil-kooperazzjoni volontarja tal-persuna li se tinstema'. Il-kumpilazzjoni ta' xhieda għandha ssir bis-superviżjoni tal-qorti rikjedenti, skont il-liġi nazzjonali tagħha .”; [Em. 30]

(6)

it-Taqsima 6 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 18:

“Taqsima 6

Rikonoxximent reċiproku

Artikolu 18a

Xhieda In-natura diġitali tax-xhieda meħuda fi Stat Membru skont il-liġi tiegħu m'għandhiex tiċċaħħad mill-kwalità tintuża bħala raġuni biex tinċaħad il-kwalità ta' xhieda fi Stati Membri oħra biss minħabba n-natura diġitali tagħha. Il-kwistjoni dwar jekk ix-xhieda hijiex ta' natura diġitali jew le m'għandhiex tkun fattur fid-determinazzjoni tal-livell ta' kwalità u l-valur ta' tali xhieda. ”; [Em. 31]

(6a)

it-Taqsima 6 li ġejja tiddaħħal wara l-Artikolu 18:

“Taqsima 6a

L-ipproċessar ta' data personali

Artikolu 18b

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti fil-livell ta' Unjoni għandu jsir skont ir-Regolament (KE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1) . Id-data personali li ma tkunx rilevanti għat-trattament ta' każ speċifiku għandha titħassar minnufih. [Em. 32]

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni naturali fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali tħassir tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).”;"

(7)

fl-Artikolu 19, il-paragrafu 2 qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 li jemenda l-Annessi sabiex taġġorna l-formoli standard jew sabiex tagħmel bidliet tekniċi għal dawn il-formoli.”;

(8)

L-Artikolu 20 qed jinbidel kif ġej:

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3a), fl-Artikolu 17a(3a) u fl-Artikolu 19(2) għandha tingħata llil-Kummissjoni lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu żmien mid-…[ data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ]. [Em. 33]

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 6(3a), fl-Artikolu 17a(3a) u fl-Artikolu 19(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ. [Em. 34]

4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu  6(3a), Artikolu 17a(3a) jew l-Artikolu  19(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 35]

(9)

Jiddaħħal l-Artikolu 22a kif ġej:

“Artikolu 22a

Monitoraġġ

1.   Sa mhux aktar tard minn …[sentejn sena mid-data ta’ dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. [Em. 36]

2.   Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistipula l-mezzi li permezz tagħhom se tinġabar id-data flimkien ma’ xhieda oħra meħtieġa, u l-intervalli li fihom se jsir dan. Huwa għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ xhieda oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data u xhieda oħra meħtieġa lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ.”

(10)

L-Artikolu 23 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Evalwazzjoni

1.   Mhux qabel [ħames snin wara d-data aktar tard minn …[erba' snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew , akkumpanjata, fejn huwa xieraq, minn proposta leġiżlattiva . [Em. 37]

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija tar-Rapport.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn […]

Madankollu, il-punt 2 tal-Artikolu 1 għandu japplika minn … [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU L 338, 23.12.2003, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1).

(6)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(8)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/545


P8_TA(2019)0104

In-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) (COM(2018)0379 – C8-0243/2018 – 2018/0204(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0379),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 81 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0243/2018);

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0001/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56.


P8_TC1-COD(2018)0204

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u l-iżvilupp fil-qasam tal-ġustizzja ċivili fl-Unjoni , hemm il-ħtieġa li jkomplu jiġu mtejba u mħaffa aktar it-trażmissjoni u n-notifika bejn l-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali , filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà u l-protezzjoni fit-trażmissjoni ta' tali dokumenti, billi jiġu salvagwardjati d-drittijiet tad-destinatarju u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali . [Em. 1]

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi regoli dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.

(3)

L-integrazzjoni ġudizzjarja tal-Istati Membri li dejjem qed tiżdied, fejn l-abolizzjoni tal-exequatur (proċedura intermedja) saret regola ġenerali, tefgħet dawl fuq il-limitazzjonijiet tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 1393/2007.

(4)

Sabiex tiġi effettivament żgurata t-trażmissjoni rapida ta’ dokumenti lil Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ notifika hemmhekk, jenħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha xierqa tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni moderna, sakemm dment li jiġu osservati ċerti kundizzjonijiet dwar l-integrità u l-affidabbiltà tad-dokumenti trażmessi u li jiġu żgurati r-rispett għad-drittijiet proċedurali, livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni ta' tali dokumenti u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali . Għal dan il-għan, kull komunikazzjoni u skambju ta’ dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri jenħtieġ li jsiru permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali. [Em. 2]

(4a)

Is-sistema tal-IT deċentralizzata li trid tiġi stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema e-CODEX u ġestita mill-eu-LISA. Jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi adegwati għall-eu-LISA biex tiġi introdotta u tinżamm operattiva sistema bħal din, kif ukoll biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali f'każ ta' problemi fit-tħaddim tas-sistema. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti kemm jista' jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel tmiem l-2019, proposta għal Regolament dwar komunikazzjoni transfruntiera fi proċedimenti ġudizzjarji (e-CODEX). [Em. 3]

(4b)

Meta dokument li jagħti bidu għall-proċedimenti jkun diġà ġie notifikat lill-konvenut u l-konvenut ma jkunx irrifjuta li jaċċetta tali dokument, il-liġi tal-Istat Membru tal-forum jenħtieġ li toffri lill-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor il-possibbiltà li jaħtru rappreżentant għall-fini tan-notifika ta' dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum, dment li l-parti konċernata tkun ġiet debitament infurmata dwar il-konsegwenzi ta' dik l-għażla u aċċettat espliċitament tali għażla. [Em. 4]

(5)

Jenħtieġ li l-aġenzija riċeventi, f’kull ċirkostanza u bl-ebda marġni ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward, tinforma lid-destinatarju bil-miktub u bil-quddiem permezz tal-formola standard li huwa jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument innotifikat jekk jew ma jkunx f’lingwa li jifhem jew fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. Din ir-regola jenħtieġ li tapplika wkoll għal kull notifika sussegwenti ladarba d-destinatarju jkun eżerċita d-dritt ta’ rifjut tiegħu. Id-dritt ta’ rifjut jenħtieġ li japplika wkoll fir-rigward ta’ notifiki minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, notifiki postali jew b'kurrier u notifiki diretti. Għandu Jenħtieġ li jkun possibbli li n-notifika tad-dokument irrifjutat tiġi rrimedjata permezz tan-notifika ta’ traduzzjoni tan-notifika uffiċjali tad-dokument lid-destinatarju tad-dokument. [Em. 5]

(6)

Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali li matulhom ikun hemm il-bżonn ta’ notifika, jenħtieġ li tivverifika jekk dak ir-rifjut kienx ġustifikat. Għal dan il-għan, jenħtieġ li dik il-qorti jew awtorità tqis l-informazzjoni kollha rilevanti fil-fajl jew għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tiddetermina l-veri ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju. Meta tkun qed tivvaluta l-ħiliet lingwistiċi tad-destinatarju, il-qorti tista’ tqis elementi fattwali bħal dokumenti li jkunu nkitbu mid-destinatarju fil-lingwa kkonċernata, jekk il-professjoni tad-destinatarju tinvolvix tali ħiliet lingwistiċi (pereżempju, għalliem jew interpretu), jekk id-destinatarju huwiex ċittadin tal-Istat Membru fejn ikunu qed iseħħu l-proċedimenti ġudizzjarji, jew jekk preċedentement id-destinatarju kienx għamel xi żmien jgħix f’dak l-Istat Membru għal perjodu estiż . Tali valutazzjoni ma għandhiex issir, jekk id-dokument ikun tħejja jew ikun ġie tradott fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. [Em. 6]

(7)

Effiċjenza u ħeffa fi proċedimenti ġudizzjarji transfruntiera jeħtieġu mezzi diretti , imħaffa mħaffa siguri għan-notifika ta’ dokumenti lil persuni fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, Jenħtieġ li jkun possibbli għal persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju jew għal qorti jew awtorità vestita bi proċediment legali li twettaq in-notifika ta’ dokumenti direttament permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-kont tal-utent diġitali ta’ lil destinatarju li jkun domiċiljat fi Stat Membru ieħor. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ Madankollu, din it-tip ta’ notifika elettronika diretta għandhom jiżguraw jenħtieġ li , tkun permessa l-kontijiet tal-utent elettroniċi jintużaw għall-fini tan-notifika ta’ dokumenti biss jekk ikun hemm salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-interessi tad-destinatarji, jew permezz ta’ inklużi standards tekniċi għoljin jew f’forma ta’ u kunsens espliċitu mogħti mid-destinatarju. Meta d-dokumenti jiġu notifikati jew trażmessi elettronikament, trid tkun disponibbli l-possibbiltà li tiġi pprovduta konferma tar-riċevuta ta' tali dokumenti. [Em. 7]

(8)

Il-mezzi Minħabba l-ħtieġa li jittejbu d-dispożizzjonijiet tal-qafas għall-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-Unjoni u jiġu aġġornati l-proċeduri amministrattivi legali pubbliċi sabiex tiżdied l-interoperabbiltà transfruntiera u tiġi ffaċilitata l-interazzjoni maċ-ċittadini, jenħtieġ li jitjiebu l-mezzi diretti li diġà jeżistu għat-trażmissjoni u għan-notifika ta’ dokumenti għandhom jitjiebu sabiex jipprovdu alternattivi rapidi, affidabbli , aktar siguri u ġeneralment aċċessibbli għat-trażmissjoni tradizzjonali permezz tal-aġenziji riċeventi. Għal dan il-għan, il-fornituri tas-servizzi postali għandhom jużaw konferma tar-riċevuta speċifika meta jwettqu notifiki bil-posta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007. Bl-istess mod, jenħtieġ li jkun possibbli għal kull persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju u għall-qrati jew għall-awtoritajiet vestiti bi proċediment legali, li jwettqu n-notifika ta’ dokumenti fit-territorju tal-Istati Membri kollha direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, ta’ uffiċjali jew ta’ persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat. [Em. 8]

(8a)

Meta l-konvenut ma jkunx deher għall-proċedimenti u ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta' notifika jew konsenja, l-imħallef jenħtieġ li xorta waħda jkun jista' jagħti sentenza, soġġett għal ċerti limitazzjonijiet u dment li jkun hemm konformità mad-diversi rekwiżiti għas-salvagwardja tal-interessi tal-konvenut. F'dawk il-każijiet, huwa essenzjali li jiġi żgurat li jsiru l-isforzi kollha raġonevoli biex il-konvenut jiġi infurmat li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih. Għal dak il-għan, il-qorti jenħtieġ li tibgħat messaġġi ta' twissija permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni kollha disponibbli u magħrufa li x'aktarx ikunu aċċessibbli b'mod li jkun esklużiv għad-destinatarju, inkluż, pereżempju, permezz tan-numru tat-telefon ta' dik il-persuna, l-indirizz tal-posta elettronika jew il-kont privat tal-midja soċjali. [Em. 9]

(9)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura r-rispett sħiħ lejn id-drittijiet tad-difiża tad-destinatarji, li jirriżultaw mid-dritt għal smigħ xieraq proċess ġust , kif imfisser fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Bl-istess mod, billi jiggarantixxi aċċess ugwali għall-ġustizzja, ir-Regolament iservi biex jippromwovi n-nondiskriminazzjoni (Artikolu 18 tat-TFUE) filwaqt li jiġi applikat f'konformità mar-regoli eżistenti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza. [Em. 10]

(9a)

Huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament jiġi applikat f'konformità mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u jirrispetta l-protezzjoni tal-privatezza kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar tad-data personali ta' persuni fiżiċi skont dan ir-Regolament isir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Id-data personali mogħtija skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi pproċessata biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. [Em. 11]

(10)

Biex Sabiex jiġu ddefiniti l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta' dokumenti bejn l-aġenziji u l-korpi maħtura mill-Istati Membri, u sabiex jiġu ddeterminati l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-servizzi ta' konsenja elettroniċi rreġistrati kkwalifikati li se jintużaw għall-għan ta' notifika ta' dokumenti permezz ta' mezzi elettroniċi, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-atti delegati jenħtieġ li jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tad-data rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni, il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali u, fir-rigward tan-notifika elettronika ta' dokumenti, aċċess ugwali għal persuni b'diżabilità. Barra minn hekk, biex jiġi ffaċilitat l-adattament mingħajr dewmien tal-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendi għall-Annessi I, II u IV ta’ dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (4). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. [Em. 12]

(11)

F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta dan ir-Regolament abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ arranġamenti speċifiċi ta’ monitoraġġ sabiex tivvaluta l-effetti reali tar-Regolament u l-ħtieġa għal kull azzjoni ulterjuri.

(12)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba l-ħolqien ta’ qafas legali li jiżgura t-trażmissjoni u n-notifika mħaffa u effiċjenti ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji madwar l-Istati Membri, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(12a)

Dan ir-Regolament ifittex li jtejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċeduri ġudizzjarji billi jissemplifika u jintegra l-proċeduri għan-notifika jew il-komunikazzjoni ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fil-livell tal-Unjoni filwaqt li, fl-istess waqt, jgħin biex jitnaqqsu d-dewmien u l-ispejjeż għall-individwi u n-negozji. Barra minn hekk, aktar ċertezza legali flimkien ma' proċeduri aktar sempliċi, simplifikati u diġitalizzati tista' tinkoraġġixxi lill-individwi u lin-negozji jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet transfruntiera u li jwassal biex tingħata spinta lill-kummerċ tal-Unjoni u b'hekk lill-funzjonament tas-suq intern. [Em. 13]

(13)

F’konformità mal-Artikolu 3 u mal-Artikolu 4a(1) tal-protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-[Renju Unit] [u] l-[Irlanda] [innotifikaw/innotifika/innotifikat ix-xewqa tagħhom/tiegħu/tagħha li jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament preżenti] [mhux se jieħdu/jieħu/tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhumiex/mhux/mhix marbutin/marbut/marbuta bih jew soġġetti/soġġett/soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu].

(14)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(15)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għan-notifika ta’:

(a)

dokumenti ġudizzjarji lil persuni domiċiljati fi Stat Membru differenti minn dak fejn iseħħu l-proċedimenti ġudizzjarji;

(b)

dokumenti extraġudizzjarji li jridu jiġu trażmessi minn Stat Membru għal ieħor.

B’mod partikolari ma għandux jinkludi kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi jew ir-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat (acta iure imperii).

2.   Bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3c, dan ir-Regolament ma għandux japplika meta l-indirizz tal-persuna li trid tiġi notifikata bid-dokument ma jkunx magħruf.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għan-notifika ta’ dokument lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru fejn ikunu qed isiru l-proċedimenti irrispettivament mill-post tar-residenza ta’ dik il-parti. [Em. 14]

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘Stat Membru’ tfisser l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka;

(b)

‘l-Istat Membru tal-forum’ tfisser l-Istat Membru fejn isiru l-proċedimenti ġudizzjarji”.;

(2)

fl-Artikolu 2(4), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

il-mezzi disponibbli għalihom biex jirċievu d-dokumenti fil-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(6 4 );”; [Em. 15]

(3)

jiżdiedu l-Artikoli 3a, 3b u 3c li ġejjin:

“Artikolu 3a

Mezzi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw mill-aġenziji mittenti u riċeventi, u l-korpi ċentrali

1.   Dokumenti It-trażmissjoni ta' dokumenti , talbiet, inklużi t-talbiet imfassla bl-użu tal-formoli standard fl-Anness I konfermi, riċevuti, ċertifikati u kull komunikazzjoni li ssir abbażi tal-formoli standard fl-Anness I bejn l-aġenziji mittenti u riċeventi, bejn dawk l-aġenziji u l-korpi ċentrali, jew bejn il-korpi ċentrali tal-Istati Membri differenti għandhom jiġu trażmessi jitwettqu permezz ta’ sistema tal-IT deċentralizzata magħmula minn sistemi tal-IT nazzjonali interkonnessi permezz ta’ infrastruttura ta’ komunikazzjoni li tippermetti l-iskambju transfruntier sigur, affidabbli affidabbli f'ħin reali ta’ informazzjoni bejn is-sistemi tal-IT nazzjonali. Din is-sistema tal-IT deċentralizzata għandha tkun ibbażata fuq e-CODEX u għandha tiġi appoġġata mill-finanzjament tal-Unjoni. [Em. 16]

2.   Il-qafas legali ġenerali għall-użu ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 910/2014 (*1) għandu japplika għad-dokumenti, għat-talbiet, għall-konfermi, għall-irċevuti, għaċ-ċertifikati u għal kull komunikazzjoni trażmessa permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 17]

3.   Meta d-dokumenti, it-talbiet, il-konfermi, l-irċevuti, iċ-ċertifikati u l-komunikazzjoni l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu jew jinkludu siġill jew firma bl-idejn, minflok jistgħu jintużaw ‘siġilli elettroniċi kwalifikati’ u ‘firem elettroniċi kwalifikati’ xierqa kif definit fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , dment li jiġi żgurat li l-persuna li tiġi notifikata dwar id-dokumenti msemmija hawn fuq tkun kisbet għarfien dwar dawn id-dokumenti fi żmien biżżejjed u b'mod legali . [Em. 18]

4.   Jekk minħabba problema ċirkostanzi mhux prevista u previsti jew problema eċċezzjonali fis-sistema tal-IT deċentralizzata ma jkunx possibbli li t-trażmissjoni ssir skont il-paragrafu 1, it-trażmissjoni għandha ssir permezz tal-aktar mezz veloċi alternattiv possibbli , filwaqt li jiġi żgurat l-istess livell għoli ta' effiċjenza, affidabbiltà, sigurtà u protezzjoni tal-privatezza u d-data personali . [Em. 19]

4a.     Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni kollha involuti, u b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza għandhom jiġu osservati u rispettati bis-sħiħ. [Em. 20]

4b.     Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-sistema tal-IT deċentralizzata. Meta tkun qed teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sistema tiggarantixxi skambju effettiv, affidabbli u bla xkiel tal-informazzjoni rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. [Em. 21]

Artikolu 3b

Spejjeż għat-twaqqif tas-sistema tal-IT deċentralizzata

1.   Kull Stat Membru għandu jassumi l-ispejjeż marbuta mal-installazzjoni, mat-tħaddim u mal-manutenzjoni tal-punti ta’ aċċess tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tiegħu b’interkonnessjoni mas-sistemi tal-IT nazzjonali fil-kuntest tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a.

2.   Kull Stat Membru għandu jassumi l-ispejjeż marbuta mat-twaqqif u mal-aġġustament tas-sistemi tal-IT nazzjonali tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż tal-amministrazzjoni, tat-tħaddim u taż-żamma ta’ dawk is-sistemi.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ applikazzjoni għal għotjiet bħala appoġġ għall-attivitajiet imsemmija f’dawk il-paragrafi taħt il-programmi finanzjarji tal-Unjoni.

Artikolu 3c

Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

1.   Fejn Meta l-indirizz tal-persuna li trid tiġi notifikata bid-dokument ġudizzjarju jew extraġudizzjarju fi Stat Membru ieħor ma jkunx magħruf, l-Istati Membri għandhom jipprovdu assistenza , mingħajr dewmien indebitu u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, permezz ta’ mezz wieħed jew aktar minn dawn mill-mezzi li ġejjin: [Em. 22]

(a)

assistenza ġudizzjarja sabiex jiġi determinat l-indirizz tal-persuna li trid tiġi nnotifikata mill-awtoritajiet maħtura wara talba mill-qorti tal-Istat Membru vestita bil-proċedura;

(b)

il-possibbiltà għal persuni minn Stati Membri oħra li jippreżentaw talbiet għal informazzjoni dwar indirizzi direttament fir-reġistri dwar id-domiċilju jew f’bażijiet tad-data oħra pubblikament aċċessibbli inkluż b’mod elettroniku, permezz ta’ formola standard mill-Portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika;

(c)

gwida prattika dettaljata , li tkun aċċessibbli online, dwar il-mekkaniżmi disponibbli għad-determinazzjoni tal-indirizzi ta’ persuni fil-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u bil-għan li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku. [Em. 23]

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-metodu il-metodi ta’ assistenza li l-Istat Membru se jipprovdi fit-territorju tiegħu skont il-paragrafu 1; [Em. 24]

(b)

meta applikabbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu (1)(a) u (b).

(c)

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’kull modifika sussegwenti li ssir f’dik l-informazzjoni.”;

(*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73)."

(4)

L-Artikolu 4 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Trażmissjoni ta’ dokumenti

1.   Id-dokumenti ġudizzjarji għandhom jiġu trażmessi direttament u kemm jista’ jkun malajr bejn l-aġenziji maħtura skont l-Artikolu 2.

2.   Id-dokument li għandu jiġi trażmess għandu jkun akkumpanjat minn talba li timtela bl-użu tal-formola standard li tinsab fl-Anness I. Il-formola għandha timtela fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun se ssir in-notifika, jew f’lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni minbarra dik tiegħu li hija/huma aċċettabbli għalih għall-mili tal-formola.

3.   Id-dokumenti Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-preċiżjoni, l-awtentiċità u l-forma legali dovuta tad-dokumenti. Id-dokumenti li jiġu trażmessi permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a ma għandhomx jiġu miċħuda effett legali u ammissibilità bħala evidenza fi proċeduri proċedimenti legali unikament minħabba li huma f’forma elettronika. Jekk dokumenti tal-karta jiġu konvertiti dokument fiżiku jiġi konvertit f’forma elettronika għall-fini ta’ trażmissjoni permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata, il-kopji elettroniċi il-kopja elettronika jew il-kopji stampati tagħhom il-kopja stampata tiegħu għandu jkollhom jkollha l-istess effett bħad-dokumenti oriġinali , dment li l-liġi nazzjonali tal-Istat membru indirizzat ma jirrikjedix li tali dokument jiġi notifikat fil-verżjoni oriġinali u fiżika. F'dak il-każ, l-aġenzija riċeventi għandha toħroġ verżjoni fiżika tad-dokument irċevut fil-forma elettronika. Meta d-dokumenti jkollhom siġill jew firma magħmula bl-idejn, id-dokument maħruġ għandu jkollu siġill jew firma magħmula bl-idejn. Id-dokument maħruġ mill-aġenzija riċeventi għandu jkollu l-istess effett bħad-dokument oriġinali .”; [Em. 25]

(5)

L-Artikolu 6 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Il-wasla tad-dokumenti għand l-aġenzija riċeventi

1.   Mal-wasla ta’ dokument, għandha tintbagħat konferma tar-riċevuta awtomatika immedjatament lill-aġenzija mittenti permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a. [Em. 26]

2.   Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista’ tiġi ssodisfata abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti trażmessi, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol lill-aġenzija mittenti sabiex tikseb it-tagħrif nieqes jew id-dokumenti neqsin. [Em. 27]

3.   Jekk it-talba għan-notifika tkun għal kollox barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew jekk in-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti trażmessi għandhom jintbagħtu lura, mal-wasla, lill-aġenzija mittenti immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol , flimkien ma’ avviż ta’ restituzzjoni billi tintuża l-formola standard li tinsab fl-Anness I. [Em. 28]

4.   Aġenzija riċeventi li tirċievi dokument għal notifika iżda li ma jkollhiex ġurisdizzjoni territorjali biex tinnotifikah għandha tgħaddih, flimkien mat-talba, immedjatament u fi kwalunkwe każ fi żmien erbat ijiem tax-xogħol permezz tas-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru jekk it-talba tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) u  fl-istess ħin għandha tgħarraf lill-aġenzija mittenti dwar dan permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I. Meta tirċievi d-dokument u t-talba mill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru, is-sistema tal-IT deċentralizzata msemmija fl-Artikolu 3a tibgħat immedjatament konferma awtomatika tar-riċevuta lill-aġenzija mittenti.; [Em. 29]

4a.     Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 3a. Madankollu, f'dawk il-każijiet, l-iskadenzi definiti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, iżda l-operazzjonijiet rilevanti għandhom jitwettqu malajr kemm jista' jkun”.; [Em. 30]

(6)

Jiżdied l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7 a

Obbligu li jinħatar Ħatra ta’ rappreżentant għall-fini ta’ notifika fl-Istat Membru tal-forum [Em. 31]

1.   Fejn Meta il-konvenut ikun diġà ġie nnotifikat bl-att promotur u l-konvenut ma jkunx irrifjuta li jaċċetta tali dokument skont l-Artikolu 8 , il-liġi tal-Istat Membru tal-forum tista’ timponi obbligu fuq il-partijiet għandha toffri lill-partijiet li huma domiċiljati fi Stat Membru ieħor l-għażla li jaħtru rappreżentant għall-fini ta’ notifika ta’ dokumenti lilhom fl-Istat Membru tal-forum. Jekk il-parti kkonċernata tkun ġiet debitament infurmata dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw meta tagħżel li tuża din l-opzjoni u tkun għażlitha espressament, in-notifika tad-dokumenti għandha ssir lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru tal-forum, skont il-liġijiet u l-prattiki tal-Istat Membru tal-proċedimenti. [Em. 32]

2.   Fejn Meta parti tonqos milli tirrispetta l-obbligu li taħtar rappreżentant skont il-paragrafu 1 u ma tkunx esprimiet il-kunsens tagħha li tuża kont tal-utent indirizz elettroniku għan-notifika skont il-punt (b) tal-Artikolu 15a, jista’ jintuża kull mezz ta’ notifika permess taħt il-liġi tal-Istat Membru tal-forum għan-notifika ta’ dokumenti matul il-proċedimenti, sakemm il-parti dment li l-parti kkonċernata tkun ġiet debitament mgħarrfa dwar din il-konsegwenza sakemm issir in-notifika tal-att promotur .”; [Em. 33]

(7)

L-Artikolu 8 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Rifjut ta’ aċċettazzjoni ta’ dokument

1.   L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju, permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness II, li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument li se jiġi nnotifikat jekk ma jkunx miktub, jew akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali f’waħda mil-lingwi li ġejjin jifhem id-destinatarju;

(a)

lingwa li jifhimha d-destinatarju;

jew

(b)

il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn tkun trid issir in-notifika. [Em. 34]

2.   Id-destinatarju jista’ , abbażi ta' raġunijiet motivati, jirrifjuta li jaċċetta d-dokument fil-ħin tan-notifika jew fi żmien ġimgħatejn billi jibgħat lura l-formola standard li tinsab fl-Anness II lill-aġenzija riċeventi. [Em. 35]

3.   Meta l-aġenzija riċeventi tiġi mgħarrfa li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafi 1 u 2, għandha tavża minnufih lill-aġenzija mittenti billi tuża ċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 u tibgħat lura t-talba u d-dokument li tintalab traduzzjoni tiegħu . [Em. 36]

4.   Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafu il-paragrafi  1 u 2, il-qorti jew l-awtorità vestita bil-proċedimenti legali, li matulhom tkun saret in-notifika, mal-ewwel opportunità possibbli għandha tivverifika jekk ir-rifjut kienx ġustifikat. [Em. 37]

5.   In-notifika tad-dokument tista’ tiġi rimedjata permezz ta’ notifika lid-destinatarju, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tad-dokument akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali f’lingwa prevista fil-paragrafu 1. F’dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument flimkien mat-traduzzjoni ma' traduzzjoni uffiċjali jkunu ġew notifikati skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn skont il-liġi ta’ Stat Membru, dokument għandu jiġi nnotifikat matul perjodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali determinata skont l-Artikolu 9(2). [Em. 38]

6.   Il-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom japplikaw għall-mezzi l-oħra ta’ trażmissjoni u ta’ notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji previsti fit-Taqsima 2.

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-aġenti diplomatiċi jew konsulari, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 13, jew l-awtorità jew il-persuna, meta n-notifika ssir skont l-Artikolu 14 jew 15a, għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li jista’ jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li kull dokument irrifjutat irid jintbagħat lura immedjatament lil dawk l-aġenti jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.”; [Em. 39]

(8)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Meta l-formalitajiet dwar in-notifika tad-dokument ikunu tlestew, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ tlestija ta’ dawk il-formalitajiet permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I u jiġi indirizzat lill-aġenzija mittenti.”;

(9)

L-Artikoli 14 u 15 qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Notifika bis-servizzi postali jew b'kurrier [Em. 40]

1.   In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament permezz ta’ servizzi postali jew b'kurrier lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta’ ittra rreġistrata jew b’fajl b’konferma tar-riċevuta. [Em. 41]

2.   Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, in-notifika bil-posta jew b'kurrier għandha ssir billi tintuża l-konferma tar-riċevuta speċifika li tinsab fl-Anness IV. [Em. 42]

3.   Irrispettivament mil-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini, notifika bil-posta jew b'kurrier għandha titqies bħala validament effettwata wkoll, jekk id-dokument ikun ġie kkonsenjat fl-indirizz tad-dar tad-destinatarju lil persuni adulti li jkunu qed jgħixu fl-istess dar bħad-destinatarju jew li huma impjegati hemm mid-destinatarju, u li għandhom il-kapaċità u huma lesti li jaċċettaw id-dokument. [Em. 43]

Artikolu 15

Notifika diretta

1.   In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, ta’ uffiċjali jew ta’ persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat.

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar it-tip ta’ professjonijiet jew persuni kompetenti li huma permessi jwettqu notifiki skont dan l-Artikolu fit-territorju tagħhom. Dik l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli online ”; [Em. 44]

(10)

Jiżdied l-Artikolu 15 a li ġej:

“Artikolu 15 a

Notifika elettronika

1.   In-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji tista’ ssir direttament lil persuni domiċiljati fi Stat Membru ieħor permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-kontijiet tal-utent lill-indirizzi elettroniċi li għalihom id-destinatarju jkollu aċċess, sakemm tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet dment li jkunu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 45]

(a)

id-dokumenti jintbagħtu u jaslu lura bl-użu ta’ servizzi elettroniċi kwalifikati u reġistrati ta’ konsenja fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill , u [Em. 46]

(b)

wara l-bidu ta’ proċedimenti legali, id-destinatarju jkun ta kunsens espliċitu lill-qorti jew lill-awtorità vestita bil-proċedimenti għall-użu ta’ dak il-kont tal-utent l-indirizz elettroniku partikolari għall-finijiet ta’ notifika ta’ dokumenti matul il-proċedimenti legali.”; [Em. 47]

1a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-funzjonament tas-servizzi ta' konsenja elettronika reġistrata kwalifikata li għandhom jintużaw għall-fini ta' notifika ta' dokumenti ġudizzjarji b'mezzi elettroniċi. Meta tkun qiegħda teżerċita dik is-setgħa, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tali servizzi jiggarantixxu trażmissjoni effettiva, affidabbli u bla xkiel tad-dokumenti rilevanti, kif ukoll livell għoli ta' sigurtà fit-trażmissjoni, aċċess ugwali għal persuni b'diżabilità u l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.”; [Em. 48]

(11)

L-Artikoli 17 u 18 qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Emenda tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha s-setgħat li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 biex temenda l-Annessi I, II u IV sabiex taġġorna l-formoli standard jew sabiex tagħmel tibdil tekniku f” dawn il-formoli.

Artikolu 18

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu  3a, l-Artikolu 15a u l-Artikolu  17 għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [ id-data ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. [Em. 49]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17 tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*2).

5.   Mal-adozzjoni ta’ att delegat, il-Kummissjoni għandha tibgħat notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3a, l-Artikolu 15a jew l-Artikolu 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn tliet xhur minn meta jkun ġie notifikat dak l-att lil Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 50]

(*2)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.”;"

(12)

jiżdiedu l-Artikoli 18a u 18b li ġejjin:

“Artikolu 18 a

L-istabbiliment tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-sistema tal-IT deċentralizzata kif imsemmi fl-Artikolu 3a. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18b (2).

Artikolu 18b

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”; [Em. 52]

(13)

L-Artikolu 19 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

1.   Meta att promotur kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-finijiet ta’ notifika skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-konvenut ma jkunx deher, is-sentenza ma għandhiex tinqata’ qabel ma jiġi stabbilit li n-notifika jew il-konsenja kienet saret kmieni biżżejjed u b'mod legali biex tippermetti lill-konvenut jiddefendi ruħu u li: [Em. 53]

(a)

id-dokument ġie nnotifikat b’metodu stabbilit mil-liġi interna tal-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta’ dokumenti f’kawżi domestiċi kontra persuni li jkunu jinsabu fit-territorju tiegħu; jew

(b)

id-dokument ikun effettivament ġie kkonsenjat lill-konvenut jew lir-residenza tiegħu permezz ta’ metodu ieħor previst f’dan ir-Regolament;

2.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, l-imħallef jista’ jaqta’ s-sentenza anki fin-nuqqas ta’ ċertifikat ta’ notifika jew ta’ konsenja, jekk il-kundizzjonijiet segwenti kollha jkunu issodisfati:

(a)

id-dokument ikun ġie trażmess permezz ta’ wieħed mill-metodi previsti f’dan ir-Regolament;

(b)

ikun għadda perjodu ta’ żmien ta’ mhux anqas minn sitt xhur, kif ikkunsidrat xieraq mill-imħallef fil-każ partikolari, mid-data tat-trażmissjoni tad-dokument; [Em. 54]

(c)

ma jkun wasal l-ebda tip ta’ ċertifikat, minkejja l-fatt li jkun sar kull sforz raġonevoli possibbli biex jinkiseb permezz tal-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi tal-Istat Membru indirizzat.

3.   Fejn il-kundizzjonijiet Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ssodisfati, għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex il-konvenut jiġi mgħarraf b’kull mezz ta’ komunikazzjoni disponibbli, fosthom mezzi moderni u remoti ta’ teknoloġiji tal-komunikazzjoni, li l-indirizz jew il-kont tal-utent l-indirizz elettroniku tagħhom ikun magħruf mill-qorti vestita, li jkunu nbdew proċedimenti tal-qorti kontrih. [Em. 55]

4.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-imħallef jista’, f’każ f'każijiet ta’ emerġenza ġustifikati , jordna kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva. [Em. 56]

5.   Meta att promotur kellu jiġi trażmess lil Stat Membru ieħor għall-fini ta’ notifika skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u s-sentenza tkun inqatgħet kontra konvenut li ma jkunx deher għall-proċeduri, l-imħallef għandu jkollu s-setgħa li jeħles lill-konvenut mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell mis-sentenza meta ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-konvenut, mingħajr ma jkollu ħtija, ma jkunx sar jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed u/jew b'mod legali biex jiddefendi ruħu, jew ma jkunx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella; [Em. 57]

(b)

il-konvenut ikun wera li għandu eċċezzjonijiet prima facie xi jressaq kontra l-merti tal-azzjoni.

Applikazzjoni għall-eżoneru tista’ tiġi ppreżentata biss fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.

Tali applikazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata jekk tiġi ppreżentata aktar minn sentejn wara d-data tas-sentenza.

6.   Wara li jiskadi l-perjodu ta’ sentejn mid-data tas-sentenza msemmija fil-paragrafu 2, id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jippermettu eżoneru straordinarju mill-effetti tal-iskadenza taż-żmien għall-appell ma jistgħux jiġi applikati fil-kuntest ta’ kontestazzjoni tar-rikonoxximent u tal-infurzar ta’ dik is-sentenza fi Stat Membru ieħor.

7.   Il-paragrafi 5 u 6 ma għandhomx japplikaw għal sentenzi dwar l-istatus jew il-kapaċità ta’ persuni.”;

(13a)

fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu li ġej qabel il-paragrafu 1:

“-1.     Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jitwettaq f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.”; [Em. 58]

(13b)

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.     L-informazzjoni, inkluża b'mod speċjali d-data personali, trasmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u korpi ċentrali biss għall-għanijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Data personali li mhijiex rilevanti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandha titħassar immedjatament.”; [Em. 59]

(13c)

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.     L-aġenziji mittenti, l-aġenziji riċeventi u l-korpi ċentrali għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni, skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali.”; [Em. 60]

(13d)

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.     Il-paragrafi - 1, 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw il-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trasmessa taħt dan ir-Regolament.”; [Em. 61]

(13e)

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.     Kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni li jitwettaq minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.”; [Em. 62]

(14)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2, 3, 3c, 4, 10, 11, 13, u 15. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk, skont il-liġi tagħhom, dokument irid jiġi notifikat fi żmien perjodu partikolari kif imsemmi fl-Artikoli 8(3) u 9(2).”;

(15)

Jiżdied l-Artikolu 23 a li ġej:

“Artikolu23a

Monitoraġġ

1.   Sa mhux aktar tard minn … [ sentejn [sena mid-data ta’ applikazzjoni ] dħul fis-seħħ] , il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. [Em. 63]

2.   Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom se tinġabar id-data u evidenza oħra meħtieġa, u l-intervalli li fihom se jsir dan. Għandu jispeċifika l-azzjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-data u ta’ evidenza oħra.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bid-data u b’evidenza oħra meħtieġa għall-monitoraġġ.”;

(16)

L-Artikolu 24 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 24

Evalwazzjoni

1.   Mhux qabel [ ħames aktar tard minn … [erba' snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew , meta jkun xieraq, flimkien ma' proposta leġiżlattiva . [Em. 64]

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dan ir-Rapport.”;

(17)

Qed jiżdied Anness IV ġdid, kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika minn …[18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Madankollu:

(a)

il-punt (14) tal-Artikolu 1 għandu japplika minn …[12-il xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu] u

(b)

il-punti (3), (4) u (5) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw minn …[24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 56..

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2019.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79).

(4)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

ANNESS

“ANNESS IV

Konferma ta’ riċevuta għan-notifika bis-servizzi postali skont l-Artikolu 14

KONFERMA TA' RIĊEVUTA

għan-notifika bis-servizzi postali ta’ dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji

L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007

NUMRU TA’ REFERENZA UNIKU TAL-KONSENJA:

Speditur:

Isem:

Destinatarju:

Isem

Isem ir-riċevitur:

Firma tar-riċevitur:

L-IRĊEVUTA GĦANDHA TIĠI RRITORNATA FL-INDIRIZZ LI ĠEJ:

Indirizz tal-konsenja:

DATA TAL-KONSENJA / RITORN TAD-DOKUMENT:

jj xx ssss

Triq:

Nr.

Triq

Nr.

IKKONSENJAT

lil:

IRRITORNAT

minħabba:

Belt:

 

Belt

 

Destinatarju:

Indirizz mhux magħruf:

Kodiċi Postali:

 

Kodiċi Postali

 

Rappreżentant:

Destinatarju mhux magħruf:

Stat:

 

Stat:

 

Persuna adulta li tgħix fl-istess indirizz:

Mhux ikklejmjat:

Aċċettazzjoni miċħuda

Għall-fornitur tas-servizz postali:

Impjegat tad-destinatarju:

Id-destinatarju biddel il-post tar-residenza tiegħu:


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/560


P8_TA(2019)0105

Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward talħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/58)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u l-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru. Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.

(4)

Sabiex jiġi evitat tfixkil serju kawża ta' dan, inkluż fir-rigward tal-ordni pubbliku, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit sett temporanju ta' miżuri li jippermettu lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq liċenzjati fir-Renju Unit iġorru merkanzija bit-triq bejn it-territorju ta' dan tal-aħħar u l-bqija tas-sebgħa u għoxrin Stat Membru jew minn territorju tar-Renju Unit għal territorju tar-Renju Unit bi tranżitu fi Stat Membru wieħed jew aktar . Sabiex jiġi żgurat ekwilibriju ġust bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri li jifdal, jenħtieġ li d-drittijiet mogħtija jkunu soġġetti għall-għoti ta' drittijiet ekwivalenti u għal ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

“trasport bilaterali” tfisser:

(2)

“trasport awtorizzat” tfisser:

 

(a)

vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura li l-postijiet tat-tluq u tal-wasla tagħha jkunu fit-territorju tal-Unjoni u fit-territorju tar-Renju Unit rispettivament , li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

 

(a)

vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn territorju tal-Unjoni għal territorju tar-Renju Unit jew viċe versa , li jgħaddi jew bla ma jgħaddi minn xi Stat Membru wieħed jew aktar jew minn pajjiżi terzi;

 

(b)

vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punt (a) ;

 

(b)

vjaġġ mgħobbi li jsir minn vettura minn territorju tar-Renju Unit għal territorju tar-Renju Unit bi tranżitu f'territorju tal-Unjoni ;

 

 

(ba)

vjaġġ bla tagħbija li huwa involut ma' trasport imsemmi fil-punti (a) u (b);

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

“liċenzja tar-Renju Unit” tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali, inkluż it-trasport bilaterali ;

(5)

“liċenzja tar-Renju Unit” tfisser liċenzja maħruġa mir-Renju Unit għall-finijiet ta' trasport internazzjonali, fir-rigward ta' trasport awtorizzat ;

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt li jitwettaq it-trasport bilaterali

Id-dritt li jitwettaq it-trasport awtorizzat

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   l-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu t-trasport bilaterali .

1.   l-operaturi tat-trasport ta' merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jistgħu, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, iwettqu t-trasport awtorizzat .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   It-trasport bilaterali tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(5):

2.   It-trasport awtorizzat tat-tipi li ġejjin jistgħu jitwettqu minn persuni naturali jew ġuridiċi stabbiliti fir-Renju Unit, mingħajr il-ħtieġa għal liċenzja tar-Renju Unit fis-sens tal-Artikolu 2(5):

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul it-trasport bilaterali skont dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:

Matul it-trasport awtorizzat skont dan ir-Regolament, ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati:

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fejn tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni mhumiex, de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ekwu għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', sabiex terġa' tiġi stabbilita l-ekwivalenza, permezz ta' atti delegati:

2.   Fejn tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni mhumiex, de jure jew de facto, ekwivalenti għal dawk mogħtija lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ekwu għall-operaturi kollha tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', sabiex terġa' tiġi stabbilita l-ekwivalenza, permezz ta' atti delegati:

(a)

tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn ;

(a)

tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) ta' dan ir-Regolament meta l-ebda dritt ekwivalenti ma jingħata lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew meta d-drittijiet mogħtija jkunu minimi ;

(b)

tissospendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; jew

(b)

tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn; jew

(c)

tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa.

(c)

tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa bħal dazji finanzjarji jew restrizzjonijiet operattivi .

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta tiddeċiedi li, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-imsemmija kundizzjonijiet huma sostanzjalment inqas favorevoli minn dawk li jgawdu minnhom l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, il-Kummissjoni tista', sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, permezz ta' atti delegati:

2.   Meta tiddeċiedi li, bħala riżultat ta' kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3, l-imsemmija kundizzjonijiet huma sostanzjalment inqas favorevoli minn dawk li jgawdu minnhom l-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit, il-Kummissjoni tista', sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, permezz ta' atti delegati:

(a)

tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn ;

(a)

tissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) u (2) ta' dan ir-Regolament meta l-ebda dritt ekwivalenti ma jingħata lill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-Unjoni jew meta d-drittijiet mogħtija jkunu minimi ;

(b)

tissospendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; jew

(b)

tistabbilixxi limiti permissibbli tal-kapaċità disponibbli għall-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tar-Renju Unit jew għall-għadd ta' vjaġġi jew għat-tnejn; jew

(c)

tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa.

(c)

tadotta kwalunkwe miżura oħra xierqa bħal dazji finanzjarji jew restrizzjonijiet operattivi .


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0063/2019).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/564


P8_TA(2019)0106

Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0893 – C8-0510/2018 – 2018/0433(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/59)

Emenda 1

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien , mingħajr preġudizzju għan-negozjar possibbli u għad-dħul fis-seħħ ta' ftehim fil-ġejjieni li jkopri l-ftehim dwar il-provvista ta' servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-Renju Unit.

(5)

Sabiex jiġi rifless il-karattru temporanju tiegħu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun limitata għal perjodu qasir ta' żmien. Sa … [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata mandat li tiftaħ negozjati mar-Renju Unit rigward ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru.

Emenda 2

Proposta għal Regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

Sabiex jinżammu livelli ta' konnettività, li jkunu ta' benefiċċju reċiproku, għandhom jiġu previsti arranġamenti kooperattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, bħall-kodiċi kondiviżi, kemm għal trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit kif ukoll għal trasportaturi tal-ajru tal-UE 27 skont il-prinċipju ta' reċiproċità.

Emenda 3

Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(6)

Sabiex jiġi ggarantit livell ġust ta' reċiproċità bejn id-drittijiet mogħtija b'mod unilaterali mill-Unjoni u mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru ta' xulxin, u biex jiġi żgurat li t-trasportaturi tal-Unjoni jkunu jistgħu jikkompetu mat-trasportaturi tar-Renju Unit b'kundizzjonijiet ġusti fil-provvista ta' servizzi tal-ajru , is-setgħa li ta' adozzjoni tal-atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward li tingħata ekwivalenza jew soluzzjoni għas-sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta permezz ta' miżuri xierqa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet  (1a) . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda 4

Proposta għal Regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit ta' sjieda

 

1.     Il-Kummissjoni tista' tagħti eżenzjoni temporanja mir-rekwiżit ta' sjieda stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fuq talba ta' trasportatur tal-ajru, diment li t-trasportatur tal-ajru jikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(a)

ikollu liċenzja operattiva valida f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 fil-jum qabel dak tal-ewwel jum ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 12(2);

 

(b)

ir-Renju Unit jew ċittadini tar-Renju Unit, jew taħlita tat-tnejn, ikollhom sjieda ta' inqas minn 50 % tal-impriża;

 

(c)

l-Istati Membri tal-Unjoni jew ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni, jew taħlita tat-tnejn, ikollhom kontroll effikaċi tal-impriża, kemm direttament kif ukoll indirettament permezz ta' impriża intermedja waħda jew aktar; kif ukoll

 

(d)

jippreżenta pjanijiet kredibbli biex jibdel l-istruttura ta' sjieda tiegħu fl-iqsar żmien possibbli biex jikkonforma mar-rekwiżit ta' sjieda stabbilit fil-punt (f) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

 

2.     L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tingħata għal perjodu li jmurx lil hinn mit-30 ta' Marzu 2020 u din ma tistax tiġġedded.

Emenda 5

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bi skeda u mingħajr skeda għall-passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u għas-servizzi kollha tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;

(c)

iwettqu servizzi internazzjonali tat-trasport bl-ajru bi skeda u mingħajr skeda, inkluż għall-kodiċi kondiviżi, għall-passiġġieri, għal kombinazzjoni ta' passiġġieri u merkanzija u għas-servizzi kollha tal-merkanzija bejn kwalunkwe żewġ punti, fejn wieħed minnhom ikun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u l-ieħor ikun jinsab fit-territorju tal-Unjoni;

Emenda 6

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Soġġett għall-Artikoli 4 u 5, fil-provvista ta' servizzi tat-trasport bl-ajru bi skeda skont dan ir-Regolament, il-kapaċità staġonali totali li trid tiġi pprovduta mit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit għal rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru ma għandhiex taqbeż in-numru totali ta' frekwenzi operati minn dawk it-trasportaturi fuq dawk ir-rotot matul l-istaġuni tax-xitwa u tas-sajf tal-IATA tal-2018 rispettivament.

imħassar

Emenda 7

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de iure jew de facto ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, sabiex twassal l-ekwivalenza u permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tista' :

2.   Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li d-drittijiet mogħtija mir-Renju Unit lit-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mhumiex de jure jew de facto ekwivalenti għal dawk mogħtija lit-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont dan ir-Regolament, jew li dawk id-drittijiet mhumiex disponibbli b'mod ugwali għat-trasportaturi kollha tal-Unjoni, hija għandha s-setgħa li, sabiex twassal l-ekwivalenza, tadotta l-atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11 a biex :

Emenda 8

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

taġġusta l-kapaċità disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

(a)

tipproponi limitu fuq il-kapaċità għar-rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

Emenda 9

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fejn tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawn il-kundizzjonijiet u ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni, sabiex tirrimedja għal dik is-sitwazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tista':

2.   Fejn tiddetermina li, bħala riżultat ta' xi sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dawn il-kundizzjonijiet u ferm inqas favorevoli minn dawk li jgawdu t-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha s-setgħa , sabiex tirrimedja għal dik is-sitwazzjoni , tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 11a, biex:

Emenda 10

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

taġġusta l-kapaċità disponibbli għat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit skont il-limitu stabbilit fl-Artikolu 3(2) u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

(a)

tipproponi limitu fuq il-kapaċità għar-rotot bejn ir-Renju Unit u kull Stat Membru u tirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw l-awtorizzazzjonijiet operattivi tat-trasportaturi tal-ajru tar-Renju Unit, kemm dawk eżistenti u kemm dawk ġodda li jkunu għadhom kemm ingħataw, skont dan;

Emenda 11

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-atti ta' implimentazzjoni skont il-paragrafu  2 jistgħu jiġu adottati biex jirrimedjaw għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

3.   L-atti delegati msemmija fil-paragrafu  2 għandhom b'mod partikolari jfittxu li jirrimedjaw is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Emenda 12

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;

(d)

l-applikazzjoni mir-Renju Unit ta' standards tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri , tal-ħaddiema, tas-sikurezza, tas-sigurtà jew tal-ambjent li jkunu inferjuri għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew, fin-nuqqas ta' dispożizzjonijiet rilevanti fil-liġi tal-Unjoni, ikunu inferjuri għal dawk applikati mill-Istati Membri kollha jew, fi kwalunkwe każ, ikunu inferjuri għall-istandards internazzjonali rilevanti;

Emenda 13

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li jirrifjutaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni operattiva ta' trasportatur tal-ajru tar-Renju Unit skont il-paragrafi 1 u 2 , mingħajr ebda dewmien .

Emenda 14

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit kif ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 15

Proposta għal Regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Kumitat

 

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.

 

Emenda 16

Proposta għal Regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.     Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4 u 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.     Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.     Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.     Att delegat adottat skont l-Artikoli 4 u 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 17

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru bejniethom, jew, skont il-każ, id-data li fiha jiġi applikat b'mod proviżorju; jew

(a)

id-data li fiha jidħol fis-seħħ ftehim komprensiv bejn l-Unjoni u r-Renju Unit li jirregola l-provvista tat-trasport bl-ajru bejniethom, jew, skont il-każ, id-data li fiha jiġi applikat b'mod proviżorju; jew


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0062/2019).

(1a)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/571


P8_TA(2019)0107

Aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/60)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Minbarra ċ-ċertifikati elenkati fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-moduli tat-taħriġ teoriku msemmija fl-Artikolu 5.

3.   Minbarra ċ-ċertifikati elenkati fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament għandu japplika għall-moduli tat-taħriġ msemmija fl-Artikolu 5.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti, ta' partijiet u ta' tagħmir għandhom jibqgħu validi , sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw fl-inġenji tal-ajru jew fuqhom .

Iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li jikkonċernaw l-użu ta' prodotti, ta' partijiet u ta' tagħmir għandhom jibqgħu validi.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riport ta' moduli tat-taħriġ teoriku

Riport ta' moduli tat-taħriġ

Emenda 4

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (1) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, skont il-każ, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f'organizzazzjonijiet tat-taħriġ soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament, daqslikieku saru f'organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

B'deroga mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (1) u mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/20142 (2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-Aġenzija, skont il-każ, għandhom iqisu l-eżamijiet li saru f'organizzazzjonijiet tat-taħriġ soġġetti għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti tar-Renju Unit iżda li għadhom ma wasslux għall-ħruġ tal-liċenzja qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2) ta' dan ir-Regolament, daqslikieku saru f'organizzazzjoni tat-taħriġ soġġetta għal sorveljanza mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli  3 u 4 għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tas-sejbiet u tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikat u li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta' qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-perjodi limitati stipulati mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista' tirtira l-benefiċċju miksub skont l-Artikoli 3 jew 4, skont il-każ.

2.   Fuq it-talba tal-Aġenzija, id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu  3 u  l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu  4, għandhom jipprovdu kopji tar-rapport tal-awditjar, tas-sejbiet u tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva kollha li jkunu rilevanti għaċ-ċertifikat u li jkunu nħarġu matul it-tliet snin ta' qabel it-talba. Fejn tali dokumenti ma jkunux ġew ipprovduti fil-perjodi limitati stipulati mill-Aġenzija fit-talba tagħha, l-Aġenzija tista' tirtira l-benefiċċju miksub skont l-Artikoli 3 jew 4, skont il-każ.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikoli  3 jew 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista' tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

3.   Id-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu  3 jew l-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu  4 ta' dan ir-Regolament għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, li tista' tikkuntrasta mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2018/1139.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għas-sorveljanza tad-detenturi taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu, jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għas-sorveljanza tad-detenturi jew tal-emittenti taċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità kompetenti prevista għall-entitajiet ta' pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2018/1139 u l-atti ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati bis-saħħa tiegħu, jew skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 (1) dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom iċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta' ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta' pajjiż terz.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 (1) dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għandu japplika għall-persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkollhom jew li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħad-detenturi ta' ċertifikati korrispondenti maħruġa għall-persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta' pajjiż terz.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Anness – Taqsima 2 – punt 2.6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2.6 a

Regolament (UE) Nru 1321/2014, Parti-M, Sottoparti H, Punti M.A.801 (b) 2, 3 u (c) (Ċertifikati għar-rilaxx għas-servizz fir-rigward tat-tlestija tal-manutenzjoni).

(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0061/2019).

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol. ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol. ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007. ĠU L 95, 28.3.2014, p. 58.

(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2014 tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007. ĠU L 95, 28.3.2014, p. 58.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/575


P8_TA(2019)0108

GATS: l-aġġustamenti ta' kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 – C8-0509/2018 – 2018/0384(NLE))

(Approvazzjoni)

(2020/C 449/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14020/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehimiet rilevanti skont l-Artikolu XXI tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi mal-Arġentina, l-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina, it-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (it-Taipei Ċiniża), il-Kolumbja, Kuba, l-Ekwador, Hong Kong iċ-Ċina, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, New Zealand, il-Filippini, l-Iżvizzera, u l-Istati Uniti, dwar l-aġġustamenti ta’ kumpens meħtieġa li jirriżultaw mill-adeżjoni taċ-Ċekja, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja mal-Unjoni Ewropea (14020/2018 ADD 1-17),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 207(4), u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0509/2018),

wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0067/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehimiet;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/576


P8_TA(2019)0109

Ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta' miżuri li jmexxu 'l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (COM(2018)0277 – C8-0192/2018 – 2018/0138(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/62)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0277),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa mis-Senat Ċek, il-Bundestag Ġermaniż, il-parlament Irlandiż u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0015/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0138

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-razzjonalizzazzjoni ta’ miżuri li jmexxu ’l quddiem it-twettiq tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi qafas komuni għall-ħolqien ta’ netwerks interoperabbli mill-aktar avvanzati li għandhom struttura ta' żewġ saffi, fl-Unjoni, għas-servizz taċ-ċittadini, għall-iżvilupp tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni . In-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) għandhom struttura ta’ żewġ saffi: in-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività tar-reġjuni ewlieni jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika għall-Unjoni, u n-netwerk komprensiv jiżgura l-konnettività bejn ir-reġjuni kollha tal-Unjoni, filwaqt li n-netwerk ewlieni jikkonsisti mill-elementi tan-netwerk li għandhom l-aktar importanza strateġika. In-netwerk ewlieni jenħtieġ li jservi bħala aċċeleraturi transfruntiera u multimodali għal żona unika Ewropea tat-trasport u tal-mobbiltà . Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiddefinixxi miri tat-tlestija vinkolanti għall-implimentazzjoni biex in-netwerk ewlieni jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 jiffoka fuq konnessjonijiet transfruntieri li jtejbu l-interoperabbiltà bejn il-modi differenti ta' trasport u jikkontribwixxu għall-integrazzjoni multimodali tat-trasport tal-Unjoni, u jenħtieġ li jqis wkoll id-dinamika tal-iżvilupp tas-settur tat-trasport u ta' teknoloġiji ġodda fil-futur. [Em. 1]

(2)

Minkejja l-ħtieġa u l-iskadenzi vinkolanti, mill-esperjenza jidher li ħafna investimenti bil-għan li jitlesta t-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma’ multipliċi proċeduri tal-għoti tal-permessi, proċeduri transfruntieri tal-akkwist u proċeduri oħrajn li huma twal, mhux ċari u kumplessi. Din is-sitwazzjoni xxekkel l-implimentazzjoni fil-ħin tal-proġetti, u ħafna drabi twassal għal dewmien sinifikanti u aktar spejjeż , tagħti lok għal inċertezza għall-promoturi ta' proġetti u investituri privati potenzjali, tista' twassal anki għall-abbandun ta' proġetti f'nofs il-proċess. Fid-dawl ta' dawn il-kundizzjonijiet, it-tlestija Biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u ssir tlestija sinkronizzata tat-TEN-T, hemm bżonn sal-iskadenza stabbilita fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 teħtieġ azzjoni armonizzata fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeċiedu dwar il-pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali tagħhom f'konformità mal-għanijiet tat-TEN-T. [Em. 2]

(2a)

Dan ir-Regolament japplika biss għal proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta' interess komuni, skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013, relatati man-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll li jwessa' l-ambitu għan-netwerk komprensiv. [Em. 3]

(3)

Fl-oqfsa Fis-sistemi legali ta’ ħafna Stati Membri jingħata trattament ta’ prijorità lil ċerti kategoriji ta’ proġetti abbażi tal-importanza strateġika tagħhom għall-ekonomija għall-Unjoni . It-trattament prijoritarju hu kkaratterizzat minn skadenzi iqsar, proċeduri simultanji u/ jew simplifikati, perjodi taż-żmien limitati għat-tlestija tal-proċedura tal-għoti ta' permessi jew għall-appelli filwaqt li jiżgura li jintlaħqu wkoll l-għanijiet ta’ politiki orizzontali oħra. Meta jkun jeżisti qafas jkunu jeżistu regoli dwar it-trattament prijoritarju bħal dan dawn fi ħdan qafas legali nazzjonali, jenħtieġ li dan ikun japplika dawn ikunu japplikaw awtomatikament għall-proġetti tal-Unjoni rikonoxxuti bħala proġetti ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. L-Istati Membri li ma għandhomx tali regoli dwar it-trattament prijoritarju jenħtieġ li jadottawhom. [Em. 4]

(4)

Biex titjieb l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ambjentali u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta l-obbligu li jitwettqu valutazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ambjentali ta’ proġetti tan-netwerk ewlieni jkun joriġina simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħalma huma d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (7), id-Direttivi 2009/147/KE (8), 2000/60/KE (9), 2008/98/KE (10), 2010/75/UE (11), 2012/18/UE (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/42/KE (13), l-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li tkun prevista proċedura konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn id-Direttivi. Barra minn hekk, l-eżami bikri tal-impatti ambjentali u diskussjoni bikrija mal-awtorità kompetenti dwar il-kontenut tal-valutazzjonijiet ambjentali jistgħu jnaqqsu d-dewmien waqt il-fażi tal-permessi u b'mod ġenerali jtejbu l-kwalità tal-valutazzjonijiet. [Em. 5]

(4a)

Meta jitqies l-għadd kbir ta' valutazzjonijiet ambjentali li jirriżultaw mid-diversi Direttivi Ewropej jew mir-regoli nazzjonali, li huma meħtieġa għall-għoti ta' permessi għall-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi proċedura komuni, simplifikata u ċentralizzata li tissodisfa r-rekwiżiti ta' dawn id-Direttivi, sabiex tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti minn dan ir-Regolament immirat lejn ir-razzjonalizzazzjoni akbar tal-miżuri. [Em. 6]

(5)

Il-proġetti tan-netwerk ewlieni jenħtieġ ikunu appoġġati minn proċeduri integrati tal-għoti tal-permessi biex issir ġestjoni ċara tal-proċedura ġenerali possibbli u biex jingħata punt uniku ta’ servizz għall-investituri. L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità kompetenti unika f’konformità mal-oqsfa legali u s-sistemi amministattivi nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw li l-proġetti marbuta man-netwerk ewlieni jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-integrazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi u minn punt ta' kuntatt uniku għall-investituri, biex b'hekk ikun hemm ġestjoni effiċjenti u ċara tal-proċedura ġenerali . Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti unika tista' tiddelega r-responsabbiltajiet, l-obbligi u l-kompiti tagħha lil awtorità oħra fil-livell reġjonali, lokali jew amministrattiv xieraq. [Em. 7]

(6)

Jenħtieġ li bl-istabbiliment ta' awtorità kompetenti unika fil-livell nazzjonali li tintegra l-proċeduri kollha tal-għoti tal-permessi (punt uniku ta' servizz) tonqos il-kumplessità, titjieb l-effiċjenza u  l-koordinazzjoni u tiżdied it-trasparenza u r-rapidità tal-proċeduri u tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet . Jenħtieġ ukoll li titjieb il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri meta xieraq. Il-proċeduri jenħtieġ jippromwovu koperazzjoni reali bejn l-investituri u l-awtorità kompetenti unika, u għalhekk jenħtieġ jippermettu l-ambitu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi waqt il-fażi ta' qabel l-applikazzjoni. Dan l-ambitu jenħtieġ ikun integrat fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni u jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/92/UE, kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE. [Em. 8]

(6a)

Fejn proġetti ta' interess komuni jitqiesu li jkunu proġetti ta' prijorità tal-Unjoni, awtorità kompetenti konġunta miftiehma bejn l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew Stati Membri u pajjiżi terzi tista' tiġi stabbilita, sabiex twettaq id-dmirijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament. [Em. 9]

(7)

Il-proċedura stabbilita b’dan ir-Regolament jenħtieġ tkun mingħajr preġudizzju għat-twettiq tar-rekwiżiti ddefiniti mil-liġi internazzjonali u tal-Unjoni, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

(8)

Minħabba l-urġenza biex jitlesta n-netwerk ewlieni tat-TEN-T  sal-2030 , is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi jenħtieġ tkun akkumpanjata b’limitu taż-żmien li matulu l-awtoritajiet kompetenti responsabbli jenħtieġ jieħdu deċiżjoni komprensiva fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien jenħtieġ jiżgura jistimola trattament aktar effiċjenti tal-proċeduri, u jenħtieġ li fl-ebda ċirkostanza ma jikkomprometti l-istandards għoljin tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, it-traspararenza u l-parteċipazzjoni pubblika. Il-proġetti jenħtieġ jiġu evalwati f'termini tal-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti stabbiliti mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-konformità mal-iskadenzi stipulati f'dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies meta jitwettqu tali evalwazzjonijiet. [Em. 10]

(9)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li l-appelli li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjoni komprensiva jiġu ttrattati bl-iżjed mod effiċjenti possibbli.

(10)

Il-proġetti infrastrutturali transfruntieri tat-TEN-T iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi partikolari fejn tidħol il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi. Jenħtieġ li l-Koordinaturi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 ikollhom is-setgħa li jimmonitorjaw dawn il-proċeduri u jiffaċilitaw is-sinkronizzazzjoni u t-tlestija tagħhom biex tiġi żgurata l-konformità mal-iskadenzi stabbiliti minn dan ir-Regolament . [Em. 11]

(11)

L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri ta’ interess komuni jenħtieġ jitmexxa skont it-Trattat u d-Direttivi 2014/25/UE (14) u/jew 2014/24/UE (15) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Biex tkun żgurata t-tlestija tal-proġetti transfruntieri ta’ interess komuni tan-netwerk ewlieni, jenħtieġ li l-akkwist pubbliku mwettaq minn entità konġunta jkun soġġett għal leġiżlazzjoni nazzjonali unika. B’deroga mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, ir-regoli nazzjonali applikabbli jenħtieġ, fil-prinċipju, ikunu dawk tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Jenħtieġ jibqa’ possibbli li l-leġiżlazzjoni applikabbli tiġi ddefinita fi ftehim intergovernattiv.

(12)

Il-Kummissjoni mhix involuta sistematikament fl-awtorizzazzjoni ta’ proġetti individwali. Iżda xi drabi, ċerti aspetti tat-tħejjija tal-proġetti jkunu suġġetti għal approvazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tkun involuta fil-proċeduri, din se tagħti trattament ta’ prijorità lill-proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni u tiżgura ċertezza lill-promoturi tal-proġetti. F’xi każijiet, jaf ikun hemm bżonn approvazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi ffissati b'dan ir-Regolament, u skont il-Kodiċi tal-Aqwa Prattika għat-tmexxija tal-proċeduri għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex il-proġetti ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T li jikkunsidraw bħala prijorità, jittrattawhom jiġu ttrattati bi skedi taż-żmien aktar prevedibbli skont l-approċċ tal-portafoll tal-każ jew l-ippjanar miftiehem b’mod reċiproku. [Em. 12]

(13)

L-implimentazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T jenħtieġ jiġu appoġġati wkoll mil-linji gwida tal-Kummissjoni li jġibu aktar ċarezza b’rabta mal-implimentazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ proġetti filwaqt li jirrispettaw l-acquis tal-Unjoni. Pereżempju l-Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija (16) jipprevedi din il-gwida biex jagħti aktar ċarezza ħalli jiġu rispettati d-Direttivi dwar l-Għasafar u dwar il-Ħabitats. Jenħtieġ li l-appoġġ dirett relatat mal-akkwist pubbliku jkun disponibbli għall-proġetti ta’ interess komuni biex ikun żgurat li jiġu mnaqqsa kemm jista' jkun l-ispejjeż esterni u jinkiseb l-aqwa valur għall-flus pubbliċi l-aqwa valur għall-flus pubbliċi (17). Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli ċerta assistenza teknika xierqa permezz tal-mekkaniżmi żviluppati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, bil-għan li tingħata għajnuna finanzjarja għall-proġetti ta’ interess komuni tat-TEN-T. [Em. 13]

(14)

Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u, minħabba l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni ta’ dawk l-għanijiet, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(15)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li l-proċeduri amministrattivi li nbdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ma jkunux soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bil-qbil ta' dawk ikkonċernati. [Em. 14]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli għall-proċeduri amministrattivi segwiti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b’rabta mal-awtorizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha ta’ interess komuni tan-netwerk ewlieni tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport , relatati mar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, inklużi l-proġetti magħżula minn qabel elenkati fil-Parti III tal-Anness għar-Regolament li jistabbilixxi l-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” 2021-2027 . [Em. 15]

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, bħala blokk, għal proġetti ta' interess komuni fuq in-netwerk komprensiv tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. [Em. 16]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013. Id-definizzjoni li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew awtoritajiet kompetenti unika ta’ Stat Membru , u fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti konġunta, iżda li ma jinkludux tinkludix il-qrati jew it-tribunali, li jiddeterminaw tiddetermina jekk promotur ta’ proġett għandux jingħata awtorizzazzjoni għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport biex jitlesta proġett mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ appell amministrattiv; [Em. 17]

(b)

“proċeduri tal-għoti tal-permessi” tfisser kull proċedura li għandha tiġi segwita jew kull pass li għandu jittieħed quddiem l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru, skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, qabel ma l-promotur ta' proġett ikun jista' jimplimenta l-proġett u li jibdew mid-data tal-iffirmar tal-aċċettazzjoni tan-notifika tal-fajl mill-awtorità kompetenti unika tal-Istat Membru ; [Em. 18]

(c)

“promotur ta’ proġett” tfisser l-applikant għal awtorizzazzjoni għal proġett privat kwalunkwe persuna fiżika jew persuna ġuridika pubblika jew l-awtorità pubblika li privata li tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibda proġett; [Em. 19]

(d)

“awtorità kompetenti unika” tfisser l-awtorità li l-Istati Membri jaħtru l-Istat Membru jaħtar, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, bħala dik responsabbli biex twettaq id-dmirijiet li joħorġu jirriżultaw minn din id-Direttiva dan ir-Regolament ; [Em. 20]

(e)

“proġett transfruntier ta’ interess komuni” tfisser proġett ta’ interess komuni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 li jkopri sezzjoni transfruntiera kif definit fil-punt (m) tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, li jkun implimentat minn entità konġunta.

(ea)

“Awtorità kompetenti konġunta” tfisser awtorità stabbilita bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew minn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar li tkun inkarigata mill-faċilitazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi relatati ma' proġetti transfruntieri ta' interess komuni. [Em. 21]

KAPITOLU II

L-GĦOTI TAL-PERMESSI

Artikolu 3

“Status prijoritarju” tal-proġetti ta’ interess komuni

1.   Kull proġett ta' interess komuni tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T , inklużi s-sezzjonijiet magħżula minn qabel fil-Parti III tal-Anness għar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, għandu jkun soġġett għal proċedura integrata tal-għoti tal-permessi mmexxija minn awtorità kompetenti unika maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-Artikoli 5 u 6. [Em. 22]

2.   Meta fil-liġi nazzjonali jkun jeżisti status prijoritarju, il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċeduri tal-għoti tal-permessi, meta u bil-mod li dan it-trattament ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tipi korrispondenti ta’ infrastruttura tat-trasport.

3.   Biex ikunu żgurati proċeduri amministrattivi effiċjenti u effikaċi marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawn il-proġetti jingħataw l-aktar trattament rapidu li hu legalment possibbli, inkluż fejn jidħlu l-evalwazjoni tal-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti u r-riżorsi allokati. [Em. 23]

Artikolu 4

L-integrazzjoni tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi

1.   Biex jiġu ssodisfati l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 6 u jonqos il-piż amministrattiv relatat mat-tlestija tal-proġetti ta’ interess komuni, il-proċeduri amministrattivi tal-għoti tal-permessi kollha li jirriżultaw mil-liġi applikabbli, inklużi l-valutazzjonijiet ambjentali rilevanti, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni, għandhom jiġu integrati u jwasslu għal deċiżjoni komprensiva waħda biss , mingħajr preġudizzju għat-trasparenza, il-parteċipazzjoni pubblika u r-rekwiżiti ambjentali u ta' sikurezza fil-liġi tal-Unjoni . [Em. 24]

2.    Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta’ proġetti ta’ interess komuni li għalihom l-obbligu li jsiru valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva 2011/92/UE u liġijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu previsti proċeduri konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2011/92/UE. [Em. 25]

Artikolu 5

Awtorità kompetenti unika għall-għoti tal-permessi

1.   Sa mhux aktar tard minn [OP please insert the date one year of the entry into force of this Regulation] [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u f'kull każ mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 , kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti unika waħda li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċess tal-għoti tal-permessi inkluż meħtieġa għat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva , bi qbil mat-tielet paragrafu ta' dan l-Artikolu . [Em. 26]

2.   Ir-responsabbiltà Fuq inizjattiva tal-awtorità kompetenti unika msemmija fil-paragrafu 1 , ir-responsabbiltajiet, l-obbligi tagħha u/jew il-kompiti relatati magħha , kif imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu , bi qbil mal-Istat Membru, jiġu delegati lil u eżegwiti minn awtorità oħra fil-livell amministrattiv xieraq reġjonali , lokali jitwettqu minnha jew amministrattiv ieħor xieraq, għal kull proġett ta’ interess komuni jew għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni , bl-eċċezzjoni tat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu , skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 27]

(a)

awtorità kompetenti waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett ta’ interess komuni; [Em. 28]

(b)

l-awtorità kompetenti tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċedura li twassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett speċifiku ta’ interess komuni,; u [Em. 29]

(c)

l-awtorità kompetenti tikkoordina t-tressiq tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha. [Em. 30]

L-awtorità kompetenti unika tista’ tibqa’ responsabbli biex tistabbilixxi limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 6.

3.   L-awtorità kompetenti unika għandha tieħu deċiżjoni komprensiva fil-limiti taż-żmien speċifikati fl-Artikolu 6. Din għandha tagħmel dan wara proċeduri konġunti.

Id-deċiżjoni komprensiva maħruġa mill-awtorità kompetenti unika għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja tal-għoti tal-permessi. Mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, meta jkun hemm awtoritajiet oħrajn ikkonċernati mill-proġett, dawn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala kontribut għall-proċedura, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din l-opinjoni għandha titqies mill-awtorità L-awtorità kompetenti unika hija meħtieġa li tqis dawn l-opinjonijiet, b'mod partikolari jekk dawn ikunu jikkonċernaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttivi 2014/52/UEu 92/43/KEE . [Em. 31]

4.   Meta tieħu d-deċiżjoni komprensiva, l-awtorità kompetenti unika għandha tiżgura li jiġu rrispettati r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha kif xieraq abbażi tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli . [Em. 32]

5.   Jekk Meta proġett ta’ interess komuni jkun jeħtieġ li jittieħdu deċiżjonijiet f’żewġ Stati Membri jew aktar, jew fi Stat Membru wieħed jew aktar u f'pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jieħdu kull pass meħtieġ għal koperazzjoni kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, jew jistgħu jistabbilixxu awtorità kompetenti konġunta, mingħajr preġudizzju għall-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6, inkarigata mill-faċilitazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-permessi . Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġijiet tal-Unjoni internazzjonali internazzjonali tal-Unjon applikabbli, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċeduri konġunti, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. [Em. 33]

5a.     Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-Artikolu 6a, l-awtorità kompetenti unika għandha tikkomunika lill-Kummissjoni d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi u d-deċiżjoni komprensiva, kif stabbilit fl-Artikolu 6. [Em. 34]

Artikolu 6

It-tul taż-żmien u l-implimentazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-permessi

1.   Il-proċedura tal-għoti tal-permessi għandha tkun tikkonsisti fil-fażi ta’ qabel l-applikazzjoni u fil-fażi tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni u t-teħid tad-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti unika.

2.   Il-fażi ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi sat-tressiq tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti unika, fil-prinċipju ma għandhiex taqbeż is-sentejn it-18-il xahar . [Em. 35]

3.   Biex titnieda proċedura tal-għoti tal-permessi, il-promotur ta’ proġett għandu jinnotifika bil-miktub lill-awtorità kompetenti unika tal-Istati Membri kkonċernati jew, fejn xieraq, l-awtorità kompetenti konġunta, dwar il-proġett u għandu jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-proġett. Sa mhux aktar tard minn xahrejn xahar wara li tirċievi n-notifika msemmija hawn fuq, l-awtorità kompetenti unika għandha tikkonferma dan taċċettaha , jew jekk tqis li l-proġett mhuwiex matur biżżejjed biex jidħol fil-proċedura tal-għoti tal-permessi, din għandha tirrifjuta n-notifika bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti unika tiddeċiedi li tirrifjuta n-notifika, għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha. Id-data tal-firma tar-rikonoxximent tan-notifika mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. Meta jkun hemm żewġ Stati Membri jew aktar ikkonċernati, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità kompetenti kkonċernata għandha sservi bħala d-data tal-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi. [Em. 36]

4.   Fi żmien tliet xhur xahrejn mill-bidu tal-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtorità kompetenti unika, b’koperazzjoni jew fejn xieraq, l-awtorità kompetenti konġunta, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati, u filwaqt li tqis l-informazzjoni mressqa mill-promotur tal-proġett abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3, għandha tistabbilixxi u tikkomunika deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni lill-promotur tal-proġett, li tkun tinkludi: [Em. 37]

(-a)

l-awtorità kompetenti, fil-livell amministrattiv xieraq, inkarigata, fil-każ ta' delega mill-awtorità kompetenti unika skont l-Artikolu 5(2); [Em. 38]

(a)

l-ambitu materjali u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li jrid iressaq il-promotur tal-proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni għad-deċiżjoni komprensiva;

(b)

skeda tal-proċess tal-għoti tal-permessi li mill-inqas tkun tidentifika dan li ġej:

(i)

id-deċiżjonijiet u , il-permessi, l-opinjonijiet u l-valutazzjonijiet li jridu jinkisbu; [Em. 39]

(ii)

l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku li aktarx ikunu kkonċernati u/jew konsultati ; [Em. 40]

(iii)

l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;

(iv)

it-tappi ewlenin li jridu jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li trid tittieħed , u l-perjodu ta' żmien globali previst ; [Em. 41]

(v)

ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli ta’ riżorsi addizzjonali.

5.   Biex tiżgura li l-fajl tal-applikazzjoni jkun sħiħ u jkollu kwalità xierqa, il-promotur tal-proġett għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità kompetenti unika fuq l-applikazzjoni tiegħu mill-aktar fis possibbli tul il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni. Il-promotur tal-proġett għandu jikkopera għalkollox mal-awtorità kompetenti unika biex jiġu rispettati l-iskadenzi u d-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni kif definit fil-paragrafu 4.

6.   Il-promotur tal-proġett għandu jressaq fajl tal-applikazzjoni abbażi tad-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni fi żmien 21 15-il xahar minn meta tasal id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, id-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni ma għadhiex meqjusa applikabbli, sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix , fuq inizjattiva tagħha stess, li dak il-perjodu jiġi estiż, skont sa massimu ta' sitt xhur , fuq il-bażi ta' talba ġustifikata mill-promotur tal-proġett. [Em. 42]

7.   Sa mhux aktar tard xahrejn mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf bil-miktub dwar il-kompletezza tal-fajl tal-applikazzjoni u tikkomunikaha lill-promotur tal-proġett. Il-fajl tal-applikazzjoni mressaq mill-promotur tal-proġett għandu jitqies sħiħ, sakemm, fi żmien xahrejn mid-data tas-sottomissjoni, l-awtorità kompetenti ma tagħmilx talba dwar l-informazzjoni nieqsa li jrid iressaq il-promotur tal-proġett. Fejn jidħol l-ambitu materjali u l-livell ta’ dettall, dik it-talba għandha tkun limitata għall-elementi identifikati fid-deskrizzjoni dettaljata tal-applikazzjoni. Kull talba addizzjonali għall-informazzjoni għandha toħroġ biss minn ċirkostanzi ġodda eċċezzjonali u mhux previsti u għandha tiġi ġustifikata kif xieraq mill-awtorità kompetenti unika.

8.   L-awtorità kompetenti unika għandha tivvaluta l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni komprensiva u vinkolanti fi żmien sena sitt xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-fajl sħiħ tal-applikazzjoni skont il-paragrafu 7 , sakemm l-awtorità kompetenti unika ma tiddeċidix, fuq inizjattiva tagħha stess, li tesendi dan il-perjodu sa massimu ta' tliet xhur, jekk kif tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha . L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu skadenza aktar bikrija, meta xieraq. [Em. 43]

9.   Il-limiti taż-żmien fid-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-atti legali internazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.

Artikolu 6a

Proċedura tal-għoti tal-permessi u assistenza finanzjarja tal-Unjoni

1.     Skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, l-istatus tal-proġett għandu jitqies fl-evalwazzjoni tal-proġetti skont il-kriterji ta' maturità għall-għażla tal-proġetti stabbiliti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE)…/… [li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa].

2.     Id-dewmien li seħħ fir-rigward tal-istadji u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 6 għandu jikkostitwixxi raġuni għal reviżjoni tal-istatus tal-proġett u r-reviżjoni tal-assistenza finanzjarja riċevuta mill-Unjoni taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif stabbilit fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE)…/… [FNE] u jista' jwassal għal tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-assisteneza finanzjarja. [Em. 44]

Artikolu 7

Koordinazzjoni tal-proċeduri transfruntieri tal-għoti tal-permessi

1.   Għall-proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, jew Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jallinjaw l-iskedi tagħhom u jaqblu fuq skeda konġunta. [Em. 45]

1a.     F'każijiet bħal dawn, sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura tal-għoti tal-permessi, l-awtoritajiet kompetenti uniċi minn żewġ Stati Membri jew aktar jew minn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar jistgħu, bi qbil reċiproku, jistabbilixxu awtorità kompetenti konġunta, kif previst fl-Artikolu 5(5). [Em. 46]

2.   Il-Koordinatur Ewropew imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 għandu jingħata s-setgħa li jsegwi mill-qrib il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-proġetti transfruntieri ta’ interess komuni, kif ukoll li jiffaċilita l-kuntatti u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti involuti , jew jekk ikun il-każ, mal-awtorità kompetenti konġunta .[Em. 47]

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġu rrispettati l-limiti taż-żmien skont dan ir-Regolament, jekk il-limitu taż-żmien għad-deċiżjoni komprensiva ma jiġix osservat, l-awtorità kompetenti unika għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, lill-Koordinatur Ewropew ikkonċernat dwar il-miżuri meħuda jew li jridu jittieħdu biex tiġi konkluża l-proċedura tal-għoti tal-permessi bl-inqas dewmien possibbli. Il-Kummissjoni u, jekk ikun meħtieġ, il-Koordinatur Ewropew jista' jitlob lill-awtorità kompetenti unika biex tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub. [Em. 48]

KAPITOLU III

L-AKKWIST PUBBLIKU

Artikolu 8

L-akkwist pubbliku fil-proġetti transfruntieri ta’ interess komuni

1.   L-akkwist pubbliku fi proġetti transfruntieri ta’ interess komuni għandu jitmexxa skont it-Trattat u d-Direttivi 2014/25/UE u/jew 2014/24/UE.

2.   Jekk il-proċeduri tal-akkwist jitwettqu minn entità konġunta mwaqqfa mill-Istati Membri parteċipanti, dik l-entità għandha tapplika d-dispożizzjonijiet kif ukoll il-kumpaniji sussidjarji tagħha jekk ikun meħtieġ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ wieħed minn dawk l-Istati Membri u, b’deroga minn dawn id-Direttivi, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu d-dispożizzjonijiet stabbiliti skont il-punt (a) tal-Artikolu 57(5) tad-Direttiva 2014/25/UE jew il-punt (a) tal-Artikolu 39(5) tad-Direttiva 2014/24/UE, kif applikabbli, sakemm ma jkunx hemm ftehim bejn l-Istati Membri parteċipanti li jipprovdi mod ieħor. F’kull każ, dan il-ftehim għandu jipprevedi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali unika fil-każ tal-proċeduri għall-proċeduri tal-akkwist imwettqa minn entità konġunta , u jekk ikun meħtieġ il-kumpaniji sussidjarji tagħha, għat-totalità tal-proġett . [Em. 49]

KAPITOLU IV

L-ASSISTENZA TEKNIKA

Artikolu 9

Assistenza teknika

B’talba Fuq talba mill-promotur tal-proġett jew minn Stat Membru, skont il-programmi rilevanti ta’ finanzjament tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali, l-Unjoni għandha tagħmel disponibbli assistenza teknika , konsulenza u assistenza finanzjarja biex jiġi implimentat dan ir-Regolament u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni f'kull stadju tal-proċess . [Em. 50]

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-proċeduri amministrattivi li nbdew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 4, 5, 6 u 7 għandhom japplikaw fi Stat Membru partikolari mid-data li fiha l-awtorità kompetenti unika tkun inħatret minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1).

Il-Kummissjoni se tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali avviż meta dawk id-dispożizzjonijiet isiru applikabbli fi Stat Membru. [Em. 51]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Opinjoni tas-17 ta' Ottubru 2018 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tas-7 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Frar 2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(8)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(9)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(10)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(11)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(12)  Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

(13)  Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/42/UE tal-11 ta’ April 2011 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-flutriafol bħala sustanza attiva u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/934/KE (ĠU L 97, 12.4.2011, p. 42).

(14)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(15)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(16)  COM(2017)0198.

(17)  COM(2017)0573.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/586


P8_TA(2019)0110

L-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Frar 2019 dwar ilproposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva Nru 2009/103/KE tas-16 ta' Settembru 2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (COM(2018)0336 – C8-0211/2018 – 2018/0168(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/63)

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur) hi ta' importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi potenzjali ta' inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta' assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja , konklużi fl-Unjoni. L-assigurazzjoni ta' vetturi b'mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment ħieles ta' persuni u vetturi. Jinħtieġ għaldaqstant li l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkun għan ewlieni tal-azzjoni tal-Unjoni.

(1)

Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur (assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur) hi ta' importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta' assigurazzjoni kif ukoll għal dawk li potenzjalment jistgħu jkunu partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta' assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja fl-Unjoni. L-assigurazzjoni ta' vetturi b'mutur għandha wkoll impatt sinifikanti fuq il-moviment ħieles ta' persuni , merkanzija u vetturi , u b'hekk fuq is-suq intern u ż-żona Schengen . Jenħtieġ għaldaqstant li l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jkunu għan ewlieni tal-azzjoni tal-Unjoni.

 

(Jekk din l-emenda tiġi adottata, għandhom jiġu abbozzati emendi korrispondenti oħra għall-premessi ta' dan l-att emendatorju.)

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), inklużi l-effiċjenza tagħha l-effettività u l-koerenza ma' politiki oħra tal-Unjoni. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni kienet li d-Direttiva 2009/103/KE tiffunzjona tajjeb b'mod ġenerali, u ma teħtieġx emenda f'ħafna aspetti. Madankollu, ġew identifikati erba' oqsma fejn emendi mmirati jkunu xierqa: il-kumpens tal-vittmi ta' inċidenti f'każijiet ta' insolvenza ta' impriża ta' assigurazzjoni, l-ammonti minimi obbligatorji ta' kopertura tal-assigurazzjoni, il-kontrolli tal-assigurazzjoni tal-vetturi mill-Istati Membri, u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi ta' poloz minn impriża ta' assigurazzjoni ġdida.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), inklużi l-effiċjenza, l-effettività u l-koerenza tagħha ma' politiki oħra tal-Unjoni. Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni kienet li d-Direttiva 2009/103/KE tiffunzjona tajjeb b'mod ġenerali, u ma teħtieġx emenda f'ħafna aspetti. Madankollu, ġew identifikati erba' oqsma fejn emendi mmirati jkunu xierqa: il-kumpens tal-partijiet li jkunu sofrew ħsara f'inċidenti f'każijiet ta' insolvenza ta' impriża ta' assigurazzjoni, l-ammonti minimi obbligatorji ta' kopertura tal-assigurazzjoni, l-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi mill-Istati Membri, u l-użu ta' dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi ta' poloz minn impriża ta' assigurazzjoni ġdida. Minbarra dawn l-erba' oqsma, sabiex il-partijiet li jkunu sofrew ħsara jiġu protetti aħjar, jenħtieġ li jiddaħħlu regoli ġodda dwar ir-responsabbiltà f'każ ta' inċident li jinvolvi trejler irmunkat minn vettura motorizzata.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Ċerti vetturi bil-mutur bħar-roti elettriċi u s-segways huma iżgħar u għalhekk huwa inqas probabbli li jikkaġunaw dannu sinifikanti lill-persuni jew lill-proprjetà minn vetturi oħra. Ikun sproporzjonat u ma jibqax validu fil-futur li dawn jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE, billi dan jimponi obbligu ta' kopertura tal-assigurazzjoni għalja u eċċessiva għal dawn il-vetturi. Sitwazzjoni bħal din timmina wkoll l-użu ta' dawn il-vetturi u tiskoraġġixxi l-innovazzjoni, għalkemm m'hemmx biżżejjed evidenza li dawn il-vetturi jistgħu jikkaġunaw inċidenti li jirriżultaw f'partijiet li jkunu sofrew ħsara fuq l-istess skala bħal vetturi oħra, bħall-karozzi jew it-trakkijiet. B'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ir-rekwiżiti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jkopru dawk il-vetturi li għandhom il-potenzjal li jikkaġunaw dannu sinifikanti f'sitwazzjoni transfruntiera. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE jiġi limitat għal dawk il-vetturi li għalihom l-Unjoni tqis li jeħtieġ li jkun hemm rekwiżiti ta' sikurezza u sigurtà qabel ma dawk il-vetturi jitqiegħdu fis-suq, i.e. il-vetturi soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)

Madankollu, huwa importanti li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu fil-livell nazzjonali l-livell xieraq ta' protezzjoni ta' partijiet li potenzjalment isofru ħsara dannu minn vetturi għajr dawk soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jitħallew iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet obbligatorji ġodda li jkopru l-protezzjoni tal-utenti ta' dawn it-tipi oħra ta' vetturi sabiex jipproteġu lil partijiet li potenzjalment isofru ħsara minħabba inċident tat-traffiku. Meta Stat Membru jagħżel li jirrikjedi tali kopertura tal-assigurazzjoni fil-forma ta' assigurazzjoni obbligatorja, jenħtieġ li jqis il-possibbiltà li vettura tista' tintuża f'sitwazzjoni transfruntiera u l-ħtieġa ta' protezzjoni ta' partijiet li potenzjalment isofru ħsara fi Stat Membru ieħor.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)

Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE l-vetturi intiżi esklużivament għall-isports tal-muturi, peress li dawn il-vetturi ġeneralment huma koperti b'forom oħra ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà u mhumiex soġġetti għal assigurazzjoni obbligatorja ta' vetturi bil-mutur meta jintużaw unikament għal kompetizzjoni. Peress li l-użu ta' tali vetturi huwa limitat għal track jew spazju kkontrollat, il-possibbiltà ta' inċident bl-involviment ta' vetturi jew persuni mhux relatati hija limitata wkoll. Madankollu, huwa importanti li l-Istati Membri jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet obbligatorji ġodda biex ikopru vetturi li jieħdu sehem f'avveniment tal-isports tal-muturi.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3d)

Din id-Direttiva tiżgura bilanċ xieraq bejn l-interess pubbliku u l-ispejjeż potenzjali għall-awtoritajiet pubbliċi, l-assiguraturi u d-detenturi tal-poloz, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-miżuri proposti jkunu kosteffettivi.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 3e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3e)

L-użu ta' vettura fit-traffiku jenħtieġ li jinkludi l-użu ta' vettura fiċ-ċirkolazzjoni f'toroq pubbliċi u privati. Dan jista' jinkludi t-toroq privati, il-parkeġġi jew kwalunkwe żona ekwivalenti oħra fuq art privata li tkun aċċessibbli mill-pubbliku. L-użu ta' vettura f'żona magħluqa, fejn ebda aċċess ma jkun possibbli mill-pubbliku ġenerali, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala l-użu ta' vettura fit-traffiku. Madankollu, meta vettura tintuża fit-traffiku fi kwalunkwe ħin u għalhekk tkun soġġetta għal rekwiżit ta' assigurazzjoni obbligatorja, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-vettura tkun koperta minn polza ta' assigurazzjoni li tinkludi l-partijiet li potenzjalment isofru ħsara, matul il-perjodu tal-kuntratt, irrispettivament minn jekk il-vettura tintużax fit-traffiku jew le fil-ħin tal-inċident, ħlief meta l-vettura tintuża f'avveniment tal-isports tal-muturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jillimitaw il-kopertura tal-assigurazzjoni mhux relatata mat-traffiku meta ma jkun hemm ebda obbligu raġonevoli ta' kopertura, bħal fil-każ ta' trattur involut f'inċident li fih il-funzjoni prinċipali tiegħu, dak il-ħin, ma kinitx li jservi bħala mezz ta' trasport iżda li, bħala magna għax-xogħol, jiġġenera l-potenza motriċi meħtieġa biex jiffunzjona.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 3f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3f)

L-użu ta' vettura esklussivament f'sitwazzjonijiet li fihom ma jkunx hemm traffiku jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux kopertura tal-assigurazzjoni għal vetturi li jkunu dereġistrati b'mod permanenti jew temporanju minħabba li ma jistgħux jintużaw bħala mezz ta' trasport, minħabba li, pereżempju, ikunu f'mużew, ikunu qed jiġu restawrati jew ma jkunux intużaw għal perjodu estiż ta' żmien għal raġuni oħra, bħal pereżempju l-użu staġonali.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Jinħtieġ li l-Istati Membri jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fir-rigward ta' vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Żviluppi teknoloġiċi ġodda jippermettu l-verifika tal-assigurazzjoni tal-vetturi mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu u mingħajr ma jixxekkel il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk huwa xieraq li jitħallew isiru dawk il-verifiki dwar tal-assigurazzjoni fuq il-vetturi, jekk ma jiddiskriminawx, jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati, jekk jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' verifiki fuq it-territorju nazzjonali u ma jkunx meħtieġ li titwaqqaf il-vettura.

(4)

L-Istati Membri bħalissa qed jastjenu milli jagħmlu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u fir-rigward ta' vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta' pajjiż terz li jkunu deħlin fit-territorju tagħhom mit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Żviluppi teknoloġiċi ġodda , bħat-teknoloġija li tippermetti r-rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċa, jippermettu l-ispezzjoni diskreta tal-assigurazzjoni tal-vetturi mingħajr ma jkollhom għalfejn jitwaqqfu u mingħajr ma jixxekkel il-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk huwa xieraq li jitħallew isiru dawk l-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni fuq il-vetturi, jekk ma jiddiskriminawx, jekk ikunu meħtieġa u proporzjonati, jekk jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' verifiki fuq it-territorju nazzjonali , li jsiru anke fir-rigward ta' vetturi bbażati fit-territorju tal-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjonijiet, ma jkunx meħtieġ li titwaqqaf il-vettura u jekk isiru b'rispett sħiħ tad-drittijiet, tal-libertajiet u tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata .

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Sabiex sistema bħal din tkun tista' tiffunzjona, jenħtieġ li jkun hemm skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri biex ikunu jistgħu jsiru spezzjonijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur anke jekk vettura tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor. Dan l-iskambju ta' informazzjoni, ibbażat fuq is-sistema eżistenti EUCARIS (is-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan), jenħtieġ li jsir b'mod li ma jkunx diskriminatorju, peress li l-vetturi kollha jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess verifika. L-emendi introdotti minn din id-Direttiva jkollhom impatt limitat fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi peress li din is-sistema ta' skambju diġà teżisti u tintuża biex jiġu indirizzati reati tat-traffiku.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Is-sewqan mhux assigurat, i.e. l-użu ta'vettura bil-mutur mingħajr kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja kontra r-responsabbiltà ċivili hija problema li qed tikber fl-Unjoni. Il-kost li jirriżulta minn dak is-sewqan mhux assigurat ġie stmat li, fl-2011, laħaq it-EUR 870 miljun fi pretensjonijiet għall-Unjoni kollha kemm hi. Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li s-sewqan mhux assigurat jaffettwa b'mod negattiv bosta partijiet ikkonċernati inklużi vittmi ta' inċidenti, assiguraturi, fondi ta' garanzija u detenturi ta' poloz tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

B'konformità ma' dawk il-prinċipji, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jżommux data aktar mill-perjodu meħtieġ biex jiġi vverifikat jekk vettura għandhiex kopertura tal-assigurazzjoni valida. Meta jinstab li vettura tkun koperta, id-data kollha relatata ma' din il-verifika jenħtieġ li titħassar. Meta sistema ta' verifika ma tkunx tista' tiddetermina jekk vettura tkunx assigurata, dik id-data jenħtieġ li tinżamm biss għal perjodu massimu ta' 30 jum jew sakemm tkun ġiet iddeterminata kopertura tal-assigurazzjoni valida tal-vettura, skont liema perjodu jkun l-iqsar. Għal dawk il-vetturi li jkun instab li mhumiex koperti minn kopertura tal-assigurazzjoni valida, huwa raġonevoli li jkun meħtieġ li din id-data tinżamm sakemm jiġi kkompletat kwalunkwe proċess amministrattiv jew ġudizzjarju u l-vettura tkun koperta minn polza ta' assigurazzjoni valida.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Il-protezzjoni effettiva u effiċjenti tal-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku teħtieġ li dawk il-vittmi jirċievu rimborż dejjem għad-danni personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom, irrispettivament minn jekk l-impriża ta' assigurazzjoni tal-parti responsabbli hix solventi jew le. Jinħtieġ li l-Istati Membri għalhekk iwaqqfu jew jaħtru korp li jipprovdi kumpens inizjali għall-partijiet li jkunu ġarrbu dannu li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fuq it-territorju rispettiv tagħhom, u li għandu dritt jirkupra dak il-kumpens mill-korp li twaqqaf jew ġie maħtur għall-istess skop fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet il-polza tal-vettura tal-parti responsabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jiġu introdotti pretensjonijiet paralleli, jinħtieġ li l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku ma jitħallewx jippreżentaw pretensjoni għal kumpens quddiem dak il-korp jekk ikunu diġà ppreżentaw il-pretensjoni tagħhom jew ikunu ħadu miżuri legali kontra l-impriża tal-assigurazzjoni kkonċernata u dik il-pretensjoni għadha qed tiġi kkunsidrata u l-kawża għadha pendenti .

(7)

Il-protezzjoni effettiva u effiċjenti ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċidenti tat-traffiku teħtieġ li dawk il-partijiet li jkunu sofrew ħsara dejjem jirċievu rimborż tal-ammonti dovuti għad-danni personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom, irrispettivament minn jekk l-impriża ta' assigurazzjoni tal-parti responsabbli hix solventi jew le. Jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk iwaqqfu jew jaħtru korp li jipprovdi , mingħajr ebda dewmien, kumpens inizjali , tal-anqas sal-limiti tal-assigurazzjoni obbligatorja msemmija fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/103/KE jew il-limiti ta' garanzija preskritti mill-Istat Membru, jekk ikunu ogħla, għall-partijiet li jkunu sofrew ħsara li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju rispettiv tagħhom, u li għandu dritt jirkupra dak il-kumpens mill-korp li twaqqaf jew ġie maħtur għall-istess skop fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet il-polza tal-vettura tal-parti responsabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat li jiġu introdotti pretensjonijiet paralleli, jenħtieġ li l-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku ma jitħallewx jippreżentaw pretensjoni għal kumpens quddiem dak il-korp jekk ikunu diġà ppreżentaw il-pretensjoni tagħhom u dik il-pretensjoni għadha qed tiġi kkunsidrata.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti ta' detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni li jridu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda ma' impriżi tal-assigurazzjoni jinħtieġ li tiġi vverifikata faċilment sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' din l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti meta' tiġi konkluża polza ġdida tal-assigurazzjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-verifika u l-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti, huwa importanti li l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjoni ta' din l-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti jkunu l-istess madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jqisu d-dikjarazzjonijiet dwar l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti sabiex jiddeterminaw il-primjums tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur jinħtieġ li ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew fuq il-bażi biss tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tad-detentur tal-polza. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw kif l-impriżi tal-assigurazzjoni jitrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti, jinħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom fir-rigward ta' kif jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti meta jikkalkulaw il-primjums.

(8)

L-evidenza dwar pretensjonijiet preċedenti ta' detenturi ta' polza tal-assigurazzjoni li jridu jikkonkludu kuntratti tal-assigurazzjoni ġodda ma' impriżi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li tiġi vverifikata faċilment sabiex tiffaċilita r-rikonoxximent ta' din l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti meta' tiġi konkluża polza ġdida tal-assigurazzjoni. Sabiex tiġi ssimplifikata l-verifika u l-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti, huwa importanti li l-kontenut u l-format tad-dikjarazzjoni ta' din l-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti jkunu l-istess madwar l-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni li jqisu d-dikjarazzjonijiet dwar l-evidenza tal-pretensjonijiet preċedenti sabiex jiddeterminaw il-primjums tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur jenħtieġ li ma jiddiskriminawx fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew fuq il-bażi biss tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tad-detentur tal-polza. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li jittrattaw pretensjoni minn Stat Membru ieħor bħala ugwali għal pretensjoni domestika u japplikaw kwalunkwe skont disponibbli għal klijent potenzjali identiku u dawk l-iskonti li huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi li jadottaw leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sistemi bonus-malus peress li tali sistemi huma nazzjonali min-natura tagħhom, mingħajr ebda element transfruntier, u, għalhekk, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, it-teħid ta' deċiżjonijiet rigward dawk is-sistemi jenħtieġ li jibqa' f'idejn l-Istati Membri. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jivverifikaw kif l-impriżi tal-assigurazzjoni jittrattaw id-dikjarazzjonijiet ta' evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti, jenħtieġ li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom fir-rigward ta' kif jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti meta jikkalkulaw il-primjums.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jinħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut u l-forma tad-dikjarazzjoni tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti. Dawn is-setgħat ta' implimentazzjoni jinħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (20) .

imħassar

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Sabiex jiġi implimentat bis-sħiħ l-użu tad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums, l-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-parteċipazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni f'għodod ta' tqabbil tal-prezzijiet trasparenti.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-ammonti minimi jibqgħu konformi mar-realtà ekonomika li qed tevolvi (u ma jispiċċawx maż-żmien), is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jinħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament ta' dawk l-ammonti minimi ta' kopertura ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili ta' vetturi bil-mutur sabiex tirrifletti r-realtà ekonomika li qed tevolvi , kif ukoll biex tiddefinixxi l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi mwaqqfa biex jipprovdu kumpens jew fdati bil-kompitu li jipprovdi kumpens skont l-Artikolu 10a fir-rigward tal-kumpens . Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(10)

Is-setgħa li jiġu adottati atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-kontenut u l-forma ta' dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti. Sabiex jiġi żgurat li l-ammonti minimi ta' kopertura ta' assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili ta' vetturi bil-mutur jibqgħu konformi mar-realtà ekonomika li qed tevolvi (u ma jispiċċawx maż-żmien), is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament ta' dawk l-ammonti minimi, kif ukoll id-definizzjoni tal-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi mwaqqfa biex jipprovdu kumpens jew fdati bil-kompitu li jipprovdi kumpens skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2009/103/KE fir-rigward tar-rimborż . Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (1a). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Bħala parti mill-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-applikazzjoni tad-Direttiva , fejn tqis in-numru ta' vittmi , l-ammont tal-pretensjonijiet pendenti minħabba dewmien fil-pagamenti wara każijiet ta' insolvenza transfruntiera, il-livell ta' ammonti minimi ta' kopertura fl-Istati Membri, l-ammont ta' pretensjonijiet dovuti għal sewqan mhux assigurat marbut mat-traffiku transfruntier u n-numru ta' lmenti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti

(11)

Bħala parti mill-evalwazzjoni tal-funzjonament tad-Direttiva  2009/103/KE , jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea timmonitorja l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva , fejn tqis in-numru ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara , l-ammont tal-pretensjonijiet pendenti minħabba dewmien fil-pagamenti wara każijiet ta' insolvenza transfruntiera, il-livell ta' ammonti minimi ta' kopertura fl-Istati Membri, l-ammont ta' pretensjonijiet dovuti għal sewqan mhux assigurat marbut mat-traffiku transfruntier u n-numru ta' lmenti fuq id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti . Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li timmonitorja u teżamina mill-ġdid id-Direttiva 2009/103/KE fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż l-użu akbar ta' vetturi awtonomi u semiawtonomi, sabiex tiżgura li tibqa' taqdi l-funzjoni tagħha, li hija li tipproteġi lil partijiet li potenzjalment isofru ħsara minħabba inċidenti li jinvolvu vetturi bil-mutur. Jenħtieġ li tanalizza wkoll is-sistema ta' responsabbiltà ta' vetturi ħfief b'veloċità għolja, u soluzzjoni potenzjali fl-Unjoni kollha ta' sistema bonus-malus.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiżguraw l-istess protezzjoni minima lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni kollha u biex jiżguraw il-protezzjoni tal-vittmi f'każ ta' insolvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħhom, jiġu miksuba aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(12)

Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari biex jiżguraw l-istess protezzjoni minima lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċidenti tat-traffiku fl-Unjoni kollha, biex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom f'każ ta' insolvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u biex jiżguraw trattament ugwali fl-awtentikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta' pretensjonijiet preċedenti mill-assiguraturi għal detenturi ta' poloz potenzjali li jaqsmu l-fruntieri interni tal-Unjoni , ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-effetti tagħhom, jiġu miksuba aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Sabiex jiġi promoss approċċ konsistenti għall-partijiet li jkunu sofrew ħsara minħabba inċidenti fejn vettura bil-mutur tintuża bħala arma biex jitwettaq reat vjolenti jew att terroristiku, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-korp ta' kumpens tagħhom stabbilit jew awtorizzat b'konformità mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/103/KE jittratta l-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw minn tali reat jew att.

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)

Il-kelma “vittma” hija sostitwita b'“parti li tkun sofriet ħsara” u “vittmi” hija sostitwita b'“partijiet li jkunu sofrew ħsara”, fid-Direttiva kollha.

 

(Id-diċitura eżatta finali ta' “parti li tkun sofriet ħsara” trid tiġi ddeterminata każ każ, abbażi tal-ħtiġijiet grammatikali, u l-adozzjoni ta' din l-emenda tirriżulta fil-ħolqien ta' emendi korrispondenti oħra tad-Direttiva emendata.)

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.

“użu ta' vettura” jfisser kwalunkwe użu ta' tali vettura , normalment maħsuba biex isservi bħala mezz ta' trasport , li huwa konformi mal-funzjoni normali ta' dik il-vettura , irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tal-art li fuqha tintuża l-vettura bil-mutur u jekk hix wieqfa jew miexja.

1a.

“użu ta' vettura” tfisser kwalunkwe użu ta' vettura fit-traffiku li jkun konformi mal-funzjoni tal-vettura bħala mezz ta' trasport meta seħħ l-inċident , irrispettivament mill-karatteristiċi tal-vettura u irrispettivament mill-karatteristiċi tal-art li fuqha tintuża l-vettura bil-mutur u jekk hix wieqfa jew miexja;

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 2 – paragrafi 1a u 1b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

“Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal vetturi koperti bir-Regolament (UE) 2018/858  (*) , bir-Regolament (UE) Nru 167/2013  (**) jew bir-Regolament (UE) Nru 168/2013  (***) .

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi intiżi esklussivament għall-użu fil-kuntest ta' parteċipazzjoni f'attività sportiva kompetittiva, jew f'attivitajiet sportivi relatati, f'żona magħluqa.

 

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Fl-Artikolu 3 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkun meħtieġ li vettura jkollha assigurazzjoni skont l-ewwel paragrafu, l-assigurazzjoni tkun ukoll valida u tkopri lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara fil-każ ta' inċidenti li jseħħu:

 

(a)

meta l-vettura tkun fit-traffiku u ma tkunx qed tintuża b'konformità mal-funzjoni primarja tagħha; u

(b)

barra l-użu tal-vettura fit-traffiku.

 

L-Istati Membri jistgħu jadottaw limitazzjonijiet fuq il-kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-użu barra l-użu tal-vettura fit-traffiku kif imsemmi fil-punt (a) tal-ħames paragrafu. Din id-dispożizzjoni għandha tintuża bħala eċċezzjoni u meta jkun meħtieġ biss, meta l-Istati Membri jqisu li tali kopertura tmur lil hinn minn dak li jista' jkun mistenni raġonevolment minn assigurazzjoni ta' vettura bil-mutur. Din id-dispożizzjoni qatt ma tista' tintuża biex jiġu evitati l-prinċipji u r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva.”

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, jistgħu jwettqu dawn il-kontrolli tal-assigurazzjoni sakemm dawk il-kontrolli ma jkunux diskriminatorji, ikunu neċessarji u proporzjonati biex jiksbu l-għan mixtieq, u

Madankollu, jistgħu jwettqu dawn l-ispezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni sakemm dawk l-ispezzjonijiet ma jkunux diskriminatorji, ikunu neċessarji u proporzjonati biex jilħqu l-għan mixtieq, jirrispettaw id-drittijiet, il-libertajiet l-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, u

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' kontrolli fuq it-territorju nazzjonali u ma jirrikjedux li titwaqqaf il-vettura.

(b)

jiffurmaw parti minn sistema ġenerali ta' spezzjonijiet fit-territorju nazzjonali li jitwettqu anke fir-rigward ta' vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju tal-Istat Membru li jwettaq l-ispezzjoni, u ma jirrikjedux li titwaqqaf il-vettura.

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Bil-għan li jitwettqu spezzjonijiet dwar l-assigurazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, Stat Membru għandu jagħti lil Stati Membri oħra aċċess għad-data nazzjonali li ġejja dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi, bis-setgħa li jwettqu tiftix awtomatizzat dwarhom:

 

(a)

data dwar jekk vettura hijiex koperta b'assigurazzjoni obbligatorja;

(b)

data relatata mas-sidien jew mad-detenturi tal-vettura li hija rilevanti għall-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tagħhom soġġetta għall-Artikolu 3.

 

L-aċċess għal dik id-data għandha tingħata permezz tal-punti ta' kuntatt nazzjonali tal-Istati Membri, kif magħżula skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2015/413  (*1) .

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Meta jsir tiftix fl-għamla ta' talba maħruġa, il-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru li jkun qed iwettaq spezzjoni dwar l-assigurazzjoni għandu juża numru ta' reġistrazzjoni sħiħ. Dak it-tiftix għandu jitwettaq f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI  (*2) . L-Istat Membru li jwettaq spezzjoni dwar l-assigurazzjoni għandu juża d-data miksuba sabiex jistabbilixxi jekk vettura hijiex koperta minn assigurazzjoni obbligatorja valida soġġetta għall-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data trażmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dik imsemmija fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software, f'konformità mal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprevedu kemm skambju online f'ħin reali kif ukoll mod ta' skambju bil-lott, li permezz tiegħu jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew tweġibiet f'messaġġ wieħed.

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafi 1a, 1b u 1c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, b'mod partikolari, għandhom jispeċifikaw l-għan eżatt, jirreferu għall-bażi ġuridika rilevanti, jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tas-sigurtà u jirrispettaw il-prinċipji tan-neċessità, tal-proporzjonalità u tal-limitazzjoni tal-iskop, u għandhom jistabbilixxu perjodu proporzjonat ta' żamma tad-data.

 

Id-data personali pproċessata skont dan l-Artikolu ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop tal-immaniġġjar ta' spezzjoni dwar l-assigurazzjoni. Dik id-data għandha titħassar b'mod sħiħ hekk kif ma tibqax meħtieġa għal dak il-għan. Meta spezzjoni dwar l-assigurazzjoni turi li vettura tkun koperta b'assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, il-kontrollur għandu jħassar dik id-data minnufih. Meta spezzjoni ma tkunx tista' tiddetermina jekk vettura hijiex koperta b'assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, id-data għandha tinżamm għal perjodu proporzjonat ta' mhux aktar minn 30 jum jew sal-ħin meħtieġ biex jiġi ddeterminat li l-kopertura tal-assigurazzjoni teżisti, skont liema perjodu jkun l-iqsar.

 

Meta Stat Membru jiddetermina li vettura qed tiċċirkola mingħajr assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, jista' japplika l-penali stabbiliti b'konformità mal-Artikolu 27.

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

għal danni personali: EUR 6 070 000 għal kull inċident, irrispettivament min-numru ta' vittmi , jew EUR 1 220 000 għal kull vittma ;

(a)

għal danni personali: EUR 6 070 000 għal kull inċident, irrispettivament min-numru ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara , jew EUR 1 220 000 għal kull parti li tkun sofriet ħsara ;

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

għal ħsara fuq il-proprjetà, EUR 1 220 000 għall kull pretensjoni , irrispettivament min-numru ta' vittmi .

(b)

għal ħsara fuq il-proprjetà, EUR 1 220 000 għal kull inċident , irrispettivament min-numru ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara .

Amendments 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)

Fl-Artikolu 10, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta' assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew danni persunali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie sodisfatt .

“Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp bil-kompitu li jipprovdi kumpens mill-inqas sal-limiti tal-obbligu ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) jew il-limiti ta' garanzija preskritti mill-Istat Membru, jekk ikunu ogħla, għal ħsara lill-proprjetà jew danni personali kkawżati minn vettura li ma tkunx identifikata jew vettura li għaliha l-obbligu ta' assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 3 ma jkunx ġie ssodisfat, inkluż fir-rigward ta' inċidenti li fihom vettura bil-mutur tintuża bħala arma biex jitwettaq reat vjolenti jew att terroristiku .”

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 10a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

Artikolu 10a

Il-protezzjoni ta' partijiet li ġarrbu danni f'każ ta' insolvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni jew nuqqas ta' kooperazzjoni ta' impriża tal-assigurazzjoni

Il-protezzjoni ta' partijiet li jkunu sofrew ħsara f'każ ta' insolvenza ta' impriża tal-assigurazzjoni

 

-1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-partijiet li jkunu sofrew ħsara jkollhom id-dritt jitolbu kumpens, mill-inqas sal-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) jew il-garanziji ta' limitu preskritti mill-Istat Membru, jekk ikunu ogħla, għal danni personali jew dannu lill-proprjetà kkawżat minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

 

(a)

l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta' falliment; jew

 

(b)

l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċedura ta' stralċ kif definita fl-Artikolu 268(d) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*) .

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jawtorizzaw korp sabiex jikkumpensaw lill-partijiet li ġarrbu l-ħsara , abitwalment residenti fit-territorju tagħhom, mill-inqas fil-limiti tal-obbligu tal-assigurazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) għad-danni personali jew ħsara fuq il-proprjetà, ikkawżati minn vettura assigurata minn impriża tal-assigurazzjoni f'xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1.    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jawtorizza korp sabiex jikkumpensa lill-partijiet li jkunu sofrew ħsara , abitwalment residenti fit-territorju tagħhom, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu - 1.

(a)

l-impriża tal-assigurazzjoni tkun soġġetta għal proċeduri ta' falliment;

 

(b)

l-impriża tal-assigurazzjoni hija soġġetta għal proċedura ta' stralċ kif definit fl-Artikolu 268(d) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (***) ;

 

(c)

l-impriża tal-assigurazzjoni jew ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet tagħha ma pprovdietx tweġiba raġunata għal punti magħmula fit-talba għal kumpens fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-parti li ġarrbet dannu ppreżentat il-pretensjoni tagħha ma' dik l-impriża tal-assigurazzjoni.

 

2.     Il-partijiet li ġarrbu dannu ma jistgħux jippreżentaw pretensjoni lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jekk huma jkunu ppreżentaw pretensjoni direttament jew ħadu azzjoni legali direttament kontra l-impriża tal-assigurazzjoni u tali pretensjoni jew azzjoni għadhom pendenti.

 

3.   Il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta tweġiba għall-pretensjoni fi żmien xahrejn wara d-data ta' meta l-parti li ġarrbet dannu ppreżentat il-pretensjoni tagħha għal kumpens .

3.    Il-parti li tkun sofriet ħsara tista' tapplika għal kumpens direttament mingħand il-korp imsemmi fil-paragrafu 1. Dak il-korp, abbażi tal-informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, għandu jagħti tweġiba motivata lill-parti li tkun sofriet ħsara rigward il-ħlas ta' kwalunkwe kumpens fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-parti li tkun sofriet ħsara tapplika għal kumpens.

 

Meta jkun dovut kumpens, il-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandu fi żmien tliet xhur minn meta jikkomunika t-tweġiba tiegħu, jipprovdi l-kumpens sħiħ lill-parti li tkun sofriet ħsara jew, meta l-kumpens ikun fil-forma ta' pagamenti perjodiċi miftiehma, jibda t-tali pagamenti.

 

Meta parti li tkun sofriet ħsara tkun ippreżentat pretensjoni lil impriża tal-assigurazzjoni jew lir-rappreżentant tal-pretensjonijiet tagħha, li qabel jew waqt pretensjoni tkun saret soġġetta għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu - 1, u dik il-parti li tkun sofriet ħsara tkun għadha ma rċevietx tweġiba motivata minn dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew mir-rappreżentant tal-pretensjonijiet tagħha, il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tkun tista' tippreżenta mill-ġdid il-pretensjoni tagħha għal kumpens lill-korp imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Meta l-parti li tkun ġarrbet dannu tkun residenti fi Stat Membru ieħor li mhuwiex l-Istat Membru fejn hija stabbilita l-impriża tal-assigurazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 , il-korp imsemmi fil-paragrafu 1, li jkun ta kumpens lil dik il-parti li ġarrbet dannu fl-Istat Membru ta' residenza tagħha, għandu jkollu d-dritt li jitlob ir-rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza tal-parti responsabbli hija stabbilita .

4.   Meta l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni b'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru li għalih huwa kompetenti l-korp imsemmi fil-paragrafu 1, dak il-korp għandu jkollu d-dritt li jitlob ir-rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni .

5.   Il-paragrafi minn 1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għal:

5.   Il-paragrafi minn -1 sa 4 huma mingħajr preġudizzju għal:

(a)

id-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux-sussidjarju ;

(a)

id-dritt tal-Istati Membri li jqisu kumpens imħallas mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju ;

(b)

id-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu l-ħlas ta' pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċidenti bejn:

(b)

id-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu l-ħlas ta' pretensjonijiet fir-rigward tal-istess inċidenti bejn:

 

(i)

il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;

 

(i)

il-korp imsemmi fil-paragrafu 1;

 

(ii)

il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;

 

(ii)

il-persuna jew persuni responsabbli għall-inċident;

 

(iii)

impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li ġarrbet id-dannu .

 

(iii)

impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi tas-sigurtà soċjali li jridu jikkumpensaw il-parti li tkun sofriet ħsara .

6.   L-Istati Membri ma jistgħux jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jissoġġetta l-ħlas ta' kumpens għal xi kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u b'mod partikolari mhux għar-rekwiżit li l-parti li tkun ġarrbet ħsara trid tiddetermina li l-parti responsabbli ma tkunx tista' jew tirrifjuta li tħallas.

6.   L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jissoġġetta l-ħlas ta' kumpens għal xi tnaqqis jew xi kundizzjonijiet għajr dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari , l-Istati Membri ma għandhomx jippermettu li l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 jagħmel il-pagament tal-kumpens soġġett għar-rekwiżit li l-parti li tkun sofriet ħsara trid tiddetermina li l-parti responsabbli jew l-impriża tal-assigurazzjoni ma tkunx tista' jew tirrifjuta li tħallas.

7.    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b sabiex tiddefinixxi l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi stabbiliti jew awtorizzati skont l-Artikolu 10a fir-rigward tar-rimborż.

7.    Dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ:

 

(a)

wara li jkun ġie konkluż ftehim bejn il-korpi kollha msemmija fil-paragrafu 1, stabbiliti jew awtorizzati mill-Istati Membri, rigward il-funzjonijiet u l-obbligi tagħhom u l-proċeduri għal rimborż;

 

(b)

minn data li għandha tiġi ffissata mill-Kummissjoni malli tkun aċċertat, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, li l-ftehim imsemmi fil-punt (a) ikun ġie konkluż."

 

7a.     Il-partijiet li jkunu sofrew ħsara msemmija fl-Artikolu 20(1) jistgħu, fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu - 1, japplikaw għal kumpens mill-korp ta' kumpens imsemmi fl-Artikolu 24 fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom.

 

7b.     Il-parti li tkun sofriet ħsara tista' tapplika għal kumpens direttament mingħand il-korp ta' kumpens li, abbażi ta' informazzjoni pprovduta fuq talba tiegħu mill-parti li tkun sofriet ħsara, għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara bi tweġiba motivata fi żmien tliet xhur mid-data meta l-parti li tkun sofriet ħsara tapplika għal kumpens.

 

Malli jirċievi l-pretensjoni, il-korp ta' kumpens għandu jinforma lill-persuni jew lill-korpi li ġejjin li jkun irċieva pretensjoni mill-parti li tkun sofriet ħsara:

 

(a)

l-impriża tal-assigurazzjoni soġġetta għal proċeduri ta' falliment jew stralċ;

 

(b)

l-istralċarju maħtur għal dik l-impriża tal-assigurazzjoni, kif definit fl-Artikolu 268(f) tad-Direttiva 2009/138/KE;

 

(c)

il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident; u

 

(d)

il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE f'każ li dak l-Istat Membru jkun differenti mill-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident.

 

7c.     Malli tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 7b, il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru fejn ikun seħħ l-inċident għandu jinforma lill-korp ta' kumpens fl-Istat Membru ta' residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara dwar jekk il-kumpens mill-korp imsemmi fil-paragrafu 1 għandux jitqies bħala sussidjarju jew mhux sussidjarju. Il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru ta' residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara għandu jqis dik l-informazzjoni meta jipprovdi kumpens.

 

7d.     Il-korp ta' kumpens li jkun ta kumpens lill-parti li tkun sofriet ħsara fl-Istat Membru ta' residenza tagħha għandu jkun intitolat jitlob rimborż tas-somma mħallsa bħala kumpens mill-korp ta' kumpens fl-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE.

 

7e.     Il-korp tal-aħħar għandu jkun surrogat għall-parti li tkun sofriet ħsara fid-drittijiet tagħha kontra l-korp imsemmi fil-paragrafu 1 stabbilit fl-Istat Membru fejn l-impriża tal-assigurazzjoni tkun irċeviet l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/138/KE, sa fejn il-korp ta' kumpens fl-Istat Membru ta' residenza tal-parti li tkun sofriet ħsara jkun ipprovda kumpens għal danni personali jew dannu lil proprjetà.

 

Kull Stat Membru għandu jkun obbligat jirrikonoxxi din is-surroga kif prevista minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.

 

7f.     Il-ftehim bejn il-korpi ta' kumpens, imsemmi fl-Artikolu 24(3), għandu jkun fih dispożizzjonijiet dwar il-funzjonijiet, l-obbligi u l-proċeduri għal rimborż tal-korpi ta' kumpens li jirriżultaw minn dan l-Artikolu.

 

7 g.     Fin-nuqqas tal-ftehim imsemmi fil-punt 9(a) tal-paragrafu 7, jew fin-nuqqas ta' emenda tal-ftehim skont il-paragrafu 7f sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b li tistabbilixxi l-kompiti proċedurali u l-obbligi proċedurali tal-korpi stabbiliti jew awtorizzati skont dan l-Artikolu fir-rigward tar-rimborż, jew li temenda l-ftehim skont l-Artikolu 24(3), jew it-tnejn, jekk ikun meħtieġ.

 

 

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 15

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)

L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu  15

“Artikolu  15

Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

Vettura mibgħuta minn Stat Membru għal ieħor

1.   B'deroga mit-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva  88 / 357 / KEE , fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat l-Istat Membru destinatarju , minnufih mill-aċċettazzjoni ta' kunsinna mix-xerrej għal perjodu ta' tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċċjalment reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

1.   B'deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 13, punt 13 tad-Direttiva  2009 / 138 / KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*), fejn vettura hi mibgħuta minn Stat Membru wieħed għal ieħor, l-Istat Membru fejn ikun jinsab ir-riskju għandu jiġi kkunsidrat li huwa jew l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew , minnufih mill-aċċettazzjoni ta' kunsinna mix-xerrej , l-Istat Membru destinatarju, għal perjodu ta' tletin ġurnata, anke jekk il-vettura ma tkunx ġiet uffiċjalment reġistrata fl-Istat Membru destinatarju.

2.    Fil-każ li l-vettura hi involuta f'inċident matul il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta ma kinitx assigurata, il-korp imsemmi fl-Artikolu 10(1) fl-Istat Membru destinatarju għandu jkun responsabbli għall-kumpens previst fl-Artikolu 9 .

2.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jinnotifikaw liċ-ċentru tal-informazzjoni tal-Istat Membru li fih tkun irreġistrata l-vettura li jkunu ħarġu polza tal-assigurazzjoni għall-użu tal-vettura inkwistjoni .

 

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 15a

Responsabbiltà f'każ ta' inċident li jinvolvi trejler irmunkat minn vettura motorizzata

Fil-każ ta' inċident ikkawżat minn sett ta' vetturi li jikkonsistu minn trejler irmunkat minn vettura motorizzata, il-parti li tkun sofriet ħsara għandha tiġi kkumpensata mill-impriża li tkun assigurat it-trejler, meta:

inħarġu responsabbiltajiet ta' partijiet terzi separati; u

it-trejler jista' jiġi identifikat, iżda l-vettura motorizzata li rmunkatu ma tistax tiġi identifikata.

L-impriża li tikkumpensa lill-parti li tkun sofriet ħsara f'dan il-każ għandu jkollha rikors għall-impriża li assigurat il-vettura tal-irmonk motorizzata jekk dan ikun previst fil-liġi nazzjonali.”

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew il-korpi kif imsemmija fit-tieni subparagrafu, meta jkunu qiegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b'mod diskriminatorju jew iżommu ż-żejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-korpi kif imsemmija fit-tieni subparagrafu, meta jkunu qiegħdin jikkunsidraw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni oħra jew korpi oħra kif imsemmi fit-tieni subparagrafu, ma jittrattawx lid-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni b'mod diskriminatorju jew iżommu ż-żejjed fuq il-primjums tagħhom minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fuq il-bażi tal-Istat Membru ta' residenza preċedenti tagħhom.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta impriża tal-assigurazzjoni tieħu kont tad-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti meta jkunu qed jiġu ddeterminati l-primjums, għandha tqis ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-pretensjonijiet preċedenti maħruġa minn impriżi tal-assigurazzjoni bbażati fi Stati Membri oħra bħala ugwali għal dawk maħruġa minn impriża tal-assigurazzjoni fl-istess Stat Membru u għandhom japplikaw, f'konformità mal-liġi nazzjonali, kwalunkwe rekwiżit statutorju fir-rigward tat-trattament tal-primjums.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom meta jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.

Mingħajr preġudizzju għall-politiki dwar l-ipprezzar tal-impriżi tal-assigurazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jippubblikaw il-politiki tagħhom meta jużaw id-dikjarazzjonijiet tal-evidenza ta' pretensjonijiet preċedenti fil-kalkolu tal-primjums.

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 28 s(2) li jispeċifikaw il-kontenut u l-forma tad-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni subparagrafu . Din id-dikjarazzjoni għandu jkun fiha informazzjoni dwar dan kollu li ġej:

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 b li jistabbilixxu l-kontenut u l-forma tad-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti msemmija fit-tieni paragrafu . Din id-dikjarazzjoni , bħala minimu, għandu jkun fiha informazzjoni dwar dan li ġej:

(a)

l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet id-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti;

(a)

l-identità tal-impriża tal-assigurazzjoni li ħarġet id-dikjarazzjoni ta' pretensjonijiet preċedenti;

(b)

l-identità tad-detentur ta' polza;

(b)

l-identità tad-detentur ta' polza , inklużi d-data tat-twelid, l-indirizz ta' kuntatt u, meta applikabbli, in-numru u d-data tal-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan ;

(c)

il-vettura assigurata;

(c)

il-vettura assigurata u n-Numru ta' Identifikazzjoni tal-Vettura tagħha ;

(d)

il-perjodu tal-kopertura tal-vettura assigurata:

(d)

id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-kopertura tal-assigurazzjoni tal-vettura;

(e)

in-numru u l-valur tal-pretensjonijiet iddikjarati tar-responsabbiltà ċivili matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti.

(e)

in-numru tal-pretensjonijiet iddikjarati tar-responsabbiltà ċivili matul il-perjodu kopert mid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti li fiha d-detentur tal-polza kellu tort, inklużi d-data u n-natura ta' kull pretensjoni, fir-rigward ta' dannu personali jew lil proprjetà, u jekk il-pretensjoni bħalissa tkunx miftuħa jew magħluqa .

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti qabel ma tadotta dawk l-atti delegati u għandha tipprova tilħaq ftehim reċiproku bejn il-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-kontenut u tal-forma tad-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti.

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)     Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 16a

 

Għodda ta' Tqabbil tal-Prezzijiet

 

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess bla ħlas għal mill-inqas għodda indipendenti waħda ta' tqabbil tal-prezzijiet, li tippermettilhom iqabblu u jevalwaw il-prezzijiet u t-tariffi ġenerali bejn il-fornituri tal-assigurazzjoni obbligatorja soġġetta għall-Artikolu 3, abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-konsumaturi.

 

2.     Il-fornituri tal-assigurazzjoni obbligatorja għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti bl-informazzjoni kollha meħtieġa għal tali għodda u għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun eżatta u aġġornata kif meħtieġ biex din l-eżattezza tkun żgurata. Tali għodda tista' tinkludi wkoll opzjonijiet addizzjonali ta' kopertura tal-assigurazzjoni ta' vetturi bil-mutur minbarra l-assigurazzjoni obbligatorja skont l-Artikolu 3.

 

3.     L-għodda ta' tqabbil għandha:

 

(a)

topera b'mod indipendenti mill-fornituri tas-servizzi, u b'hekk tiżgura li l-fornituri tas-servizzi jingħataw trattament ugwali fir-riżultati tat-tfittxija;

 

(b)

tiżvela b'mod ċar is-sidien u l-operaturi tal-għodda ta' tqabbil;

 

(c)

tistabbilixxi kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;

 

(d)

tuża lingwaġġ ċar u mhux ambigwu;

 

(e)

tipprovdi informazzjoni preċiża u aġġornata u tiddikjara l-ħin tal-aħħar aġġornament;

 

(f)

tkun miftuħa għal kwalunkwe fornitur ta' assigurazzjoni obbligatorja li jagħmel l-informazzjoni rilevanti disponibbli, u tinkludi firxa wiesgħa ta' offerti li jkopru parti sinifikanti mis-suq u, meta l-informazzjoni ppreżentata ma tagħtix stampa sħiħa tas-suq, dikjarazzjoni ċara li tgħid hekk, qabel ma jintwerew ir-riżultati;

 

(g)

tipprovdi proċedura effettiva għar-rapportar ta' informazzjoni żbaljata;

 

(h)

tinkludi dikjarazzjoni li l-prezzijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta u mhumiex vinkolanti għall-fornituri tal-assigurazzjoni.

 

4.     L-għodod ta' tqabbil li jissodisfaw ir-rekwiżiti fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 3, fuq talba tal-fornitur tal-għodda, għandhom jiġu ċċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti.

 

5.     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 28b, li jissupplementa din id-Direttiva billi jistabbilixxi l-forma u l-funzjonijiet ta' tali għodda ta' tqabbil u l-kategoriji ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-fornituri tal-assigurazzjoni fid-dawl tan-natura individwalizzata tal-poloz tal-assigurazzjoni.

 

6.     Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u f'konformità mal-Artikolu 27, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu penali, inklużi multi, għal operaturi ta' għodod ta' tqabbil li jqarrqu bil-konsumaturi jew li ma jiżvelawx b'mod ċar is-sjieda tagħhom u jekk jirċevux remunerazzjoni minn xi fornitur tal-assigurazzjoni.”

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 18a

Aċċess għar-rapporti dwar l-inċidenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-dritt tal-parti li tkun sofriet ħsara li tikseb kopja tar-rapport dwar l-inċident mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien raġonevoli. F'konformità mal-liġi nazzjonali, meta Stat Membru ma jitħalliex jippubblika r-rapport sħiħ dwar l-inċident minnufih, għandu jipprovdi lill-parti li tkun sofriet ħsara verżjoni redatta sakemm tkun disponibbli l-verżjoni sħiħa. Kwalunkwe redazzjoni tat-test għandha tkun limitata għal dawk strettament neċessarji u meħtieġa għal konformità mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.”

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) – punt a (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

L-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:

 

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

 

“1a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni jkunu meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha meħtieġa mir-reġistru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, inklużi n-numri ta' reġistrazzjoni kollha koperti b'polza tal-assigurazzjoni maħruġa minn impriża. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll li l-impriżi tal-assigurazzjoni jinfurmaw liċ-ċentru tal-informazzjoni meta polza ma tibqax valida qabel id-data ta' skadenza tal-polza jew inkella ma tibqax tkopri numru rreġistrat ta' vettura.”;

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) – punt b (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 23 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

 

“5a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jinżamm u jiġi aġġornat, u jiġi integrat bis-sħiħ fil-bażijiet ta' data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, u li jkun aċċessibbli għall-punti ta' kuntatt nazzjonali skont id-Direttiva (UE) 2015/413.”;

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid) – punt c (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 23 – paragrafu 6

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6.   L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5 għandu jsir skont il-miżuri nazzjonali meħuda skont id-Direttiva 95/46 / KE .

 

“6.   L-ipproċessar tad-data personali li tirriżulta mill-paragrafi 1 sa 5 a għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016 / 679 .”.

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5d (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)

Jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej:

 

“Artikolu 26a

Korpi ta' Kumpens

1.     L-Istati Membri għandhom jippruvaw jiżguraw li l-korpi ta' kumpens imsemmija fl-Artikoli 10, 10a u 24 jiġu amministrati bħala unità amministrattiva waħda li tkopri l-funzjonijiet kollha tal-korpi ta' kumpens differenti koperti minn din id-Direttiva.

2.     Meta Stat Membru ma jamministrax dawn il-korpi bħala unità amministrattiva waħda, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan il-fatt u r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.”

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5e (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 26b

 

Perjodu ta' limitazzjoni

 

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li perjodu ta' limitazzjoni ta' mill-anqas erba' snin japplika għall-pretensjonijiet skont l-Artikolu 19 u l-Artikolu 20(1) fir-rigward tal-kumpens għal danni personali u danni lil proprjetà li jiġu kkawżati minn inċident tat-triq b'implikazzjonijiet transfruntiera. Il-perjodu ta' limitazzjoni għandu jibda japplika mill-jum li fih ir-rikorrent ikun sar jaf, jew kellu raġunijiet raġonevoli biex isir jaf, bil-portata tal-korriment, tat-telf jew tal-ħsara, bil-kawża tagħhom u bl-identità tal-persuna responsabbli u l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri li din il-persuna għar-responsabbiltà ċivili, jew ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet jew il-korp ta' kumpens li jkun responsabbli li jipprovdi l-kumpens u li kontrih tkun tressqet il-pretensjoni.

 

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-liġi nazzjonali applikabbli għall-pretensjoni tipprevedi perjodu ta' limitazzjoni itwal minn erba' snin, għandu japplika tali perjodu ta' limitazzjoni itwal.

 

3.     L-Istati Membri għandhom li jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata dwar ir-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-limitazzjoni fir-rigward ta' danni kkawżati minn inċidenti tat-traffiku. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sommarju tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni.”

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5f (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5f)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 26c

 

Sospensjoni tal-limitazzjoni

 

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-perjodu ta' limitazzjoni previst fl-Artikolu 26a jiġi sospiż matul il-perjodu bejn it-tressiq tal-pretensjoni mir-rikorrent:

 

(a)

lill-impriża tal-assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentanti responsabbli għall-pretensjonijiet skont l-Artikoli 21 u 22; jew

 

(b)

lill-korp ta' kumpens imsemmi fl-Artikoli 24 u 25, u r-rifjut tal-pretensjoni mill-konvenut.

 

2.     Jekk il-parti li jifdal tal-perjodu ta' limitazzjoni, wara t-tmiem tal-perjodu ta' sospensjoni, tkun anqas minn sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rikorrent ikollu perjodu minimu ta' sitt xhur addizzjonali biex jibda proċedimenti ġudizzjarji.

 

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk, it-tmiem ta' perjodu jinzerta s-Sibt, il-Ħadd jew f'waħda mill-festi pubbliċi tagħhom, il-perjodu għandu jiġi estiż sal-aħħar tal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.”

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 g (ġdid)

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 26d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5 g)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 26d

 

Kalkolu tal-limiti ta' żmien

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limiti ta' żmien kollha previsti f'din id-Direttiva jiġu kkalkolati kif ġej:

 

(a)

il-kalkolu għandu jibda fil-jum wara dak li fih ikun seħħ il-każ rilevanti;

 

(b)

meta perjodu jiġi espress fi snin, għandu jiskadi fis-sena sussegwenti rilevanti fix-xahar li jkollu l-istess isem u fil-jum li jkollu l-istess numru bħax-xahar u l-jum li fihom ikun seħħ il-każ rilevanti. Jekk ix-xahar sussegwenti rilevanti ma jkollux jum bl-istess numru, il-perjodu għandu jiskadi fl-aħħar jum ta' dak ix-xahar;

 

(c)

il-perjodi ma għandhomx jiġu sospiżi matul il-vaganzi tal-qrati.”

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28a

imħassar

Il-proċedura ta' kumitat

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Ewropew għall-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE ****. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill****.

 

2.     Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli  9(2) u 10a(7) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 30 .

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu  9(2) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja] . Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10a(7 g), il-ħames paragrafu tal-Artikolu 16 u l-Artikolu 16a(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva emendatorja].

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28b – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli  9(2) u  10 a( 7 ) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu  9(2) ; l-Artikolu 10a(7 g), il-ħames paragrafu tal-Artikolu 16 l-Artikolu 16 a( 5 ) għandhom jidħlu fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2009/103/KE

Artikolu 28c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28c

Artikolu 28c

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni u rieżami

Mhux aktar tard minn seba' snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, għandha ssir evalwazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward ta':

 

(a)

l-applikazzjoni tagħha fir-rigward tal-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-vetturi awtonomi u semiawtonomi;

 

(b)

l-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha, meta jitqiesu r-riskji ta' inċidenti relatati ma' vetturi bil-mutur differenti, fid-dawl ta' tibdil probabbli fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi ħfief b'veloċità għolja li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' vettura msemmija fl-Artikolu 2(2)(h), (i), (j), (k) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, bħar-roti elettriċi, is-segways jew l-iscooters elettriċi, u jekk huwiex probabbli li s-sistema ta' responsabbiltà li tipprovdi tissodisfa l-ħtiġijiet tal-futur;

 

(c)

it-tħeġġiġ tal-impriżi tal-assigurazzjoni biex jinkludu sistema ta' bonus-malus fil-kuntratti tal-assigurazzjoni tagħhom, inklużi skontijiet permezz ta' “no claims bonus”, fejn il-primjums jiġu influwenzati mid-dikjarazzjoni tal-pretensjonijiet preċedenti tad-detenturi tal-polza.

 

Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bl-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni u, meta jkun xieraq, bi proposta leġiżlattiva.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0035/2019).

(15)  Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

(15)  Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11).

(20)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(1a)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1 .

(*)   Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

(**)   Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

(***)   Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

(*1)   Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9).

(*2)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(*)   Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(***)   Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(*)   Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).”


Il-Ħamis 14 ta’ Frar 2019

23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/619


P8_TA(2019)0118

Mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier (COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/64)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0373),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0228/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0414/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 124.

(2)  ĠU C …


P8_TC1-COD(2018)0198

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi li jiġu deċiżi azzjonijiet speċifiċi barra mill-Fondi li huma s-suġġett tal-ewwel paragrafu ta' dak l-Artikolu, sabiex jinkiseb l-objettiv ta' koeżjoni soċjali u ekonomika previst mit-TFUE. L-iżvilupp armonjuż tat-territorju kollu tal-Unjoni u aktar koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali jimplikaw it-tisħiħ tal-koperazzjoni territorjali. Għal dan il-għan huwa xieraq li jiġu adottati l-miżuri meħtieġa għat-titjib tal-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal azzjonijiet ta' kooperazzjoni territorjali.

(2)

L-Artikolu 174 tat-TFUE jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-fruntiera u jistipula li l-Unjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lil dawn ir-reġjuni, meta tiżviluppa u twettaq azzjonijiet li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Minħabba ż-żieda fin-numru tal-fruntieri territorjali u marittimi, l-Unjoni u l-eqreb ġirien tagħha fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (European Free Trade Association, “EFTA”) għandhom 40 fruntiera interni fuq l-art.

(2a)

Biex tittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini fir-reġjuni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-użu ta' mekkaniżmu li jsolvi l-ostakli legali u amministrattivi jiġu estiżi għal dawk ir-reġjuni transfruntiera kollha tal-Unjoni, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-Unjoni. [Em. 1]

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (4) (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”) il-Kummissjoni tfisser li matul l-aħħar deċennji, il-proċess ta' integrazzjoni Ewropea għen lir-reġjuni tal-fruntiera interni sabiex jittrasformaw minn żoni prinċipalment periferali għal żoni ta' tkabbir u opportunitajiet. It-tlestija tas-Suq Uniku fl-1992 tat spinta lill-produttività tal-Unjoni u naqqset l-ispejjeż permezz tal-abolizzjoni tal-formalitajiet tad-dwana, l-armonizzazzjoni jew ir-rikonoxximent reċiproku ta' regoli tekniċi u prezzijiet aktar baxxi b'riżultat tal-kompetizzjoni; il-kummerċ intra-UE żdied bi 15 % fuq 10 snin; ġie ġġenerat tkabbir addizzjonali u nħolqu madwar 2,5 miljun impjieg aktar.

(4)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntiera tat prova wkoll tal-fatt li għad hemm numru ta' ostakli legali fir-reġjuni tal-fruntiera, speċjalment dawk relatati mas-servizzi tas-saħħa, ir-regolamentazzjoni tax-xogħol, it-taxxi, l-iżvilupp tan-negozju u l-ostakli marbutin ma' differenzi f'kulturi amministrattivi u oqfsa legali nazzjonali. La l-finanzjament tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u lanqas l-appoġġ istituzzjonali għall-kooperazzjoni mir-Raggruppamenti Ewropej tal-Kooperazzjoni Territorjali (REKT) ma huma biżżejjed waħedhom sabiex jindirizzaw is-soluzzjoni għal dawk l-ostakli li jikkostitwixxu ostakli reali għal kooperazzjoni effettiva.

(5)

Sa mill-1990, programmi taħt l-għan tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, magħrufin aħjar bħala “Interreg” (5) appoġġaw programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera tul reġjuni tal-fruntiera tal-Unjoni inklużi dawk mal-pajjiżi tal-EFTA. Iffinanzja eluf ta' proġetti u inizjattivi li għenu biex titjieb l-integrazzjoni Ewropea. Il-kisbiet ewlenin tal-programmi Interreg jinkludu: aktar fiduċja, konnettività ogħla, ambjent imtejjeb, saħħa aħjar u t-tkabbir ekonomiku. Minn proġetti bejn in-nies permezz ta' investimenti u appoġġ fl-infrastruttura sa inizjattivi ta' kooperazzjoni istituzzjonali, Interreg għamel differenza ġenwina fir-reġjuni tal-fruntiera u tat kontribut għat-trasformazzjoni tagħhom. Interreg appoġġa wkoll il-kooperazzjoni fuq ċerti fruntieri marittimi. Madankollu, l-ostakli legali ma humiex kwistjoni daqstant kbira fejn jidħlu r-reġjuni tal-fruntiera marittimi, minħabba l-impossibbiltà fiżika li l-persuni jaqsmu l-fruntiera kuljum jew bosta drabi fil-ġimgħa minħabba xogħol, edukazzjoni u taħriġ, xiri, l-użu ta' faċilitajiet u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew kombinament ta' dawn jew għal interventi ta' emerġenza ta’ malajr.

(6)

L-appoġġ finanzjarju minn Interreg għall-kooperazzjoni transfruntiera ġie kkumplementat mir-REKT, stabbiliti sa mill-2006 bir-Regolament (UE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Madankollu, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2006, ir-REKT ma jistgħux jeżerċitaw setgħat regolatorji biex jissolvew ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier.

(7)

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Reġjuni tal-Fruntieri, il-Kummissjoni rreferiet fost miżuri oħra għal inizjattiva mibdija taħt il-Presidenza tal-Lussemburgu fl-2015: Numru ta' Stati Membri qiegħdin jikkunsidraw il-merti ta' strument ġdid sabiex jissimplifikaw proġetti transfruntiera billi jagħmlu possibbli, fuq bażi volontarja u bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti inkarigati, li r-regoli ta' Stat Membru wieħed jiġu applikati fl-Istat Membru ġar. Dan ikun japplika għal xi proġett individwali jew xi azzjoni limitata fiż-żmien, lokalizzata f’reġjun tal-fruntiera u mibdija minn l-awtoritajiet pubbliċi lokali jew reġjonali.

(8)

Anki jekk diġà jeżisti numru ta' mekkaniżmi effettivi għall-kooperazzjoni transfruntiera f'livell intergovernattiv, reġjonali u lokali f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, dawn ma jkoprux ir-reġjuni kollha tal-fruntiera fl-Unjoni. Sabiex is-sistemi eżistenti jiġu kkomplimentati, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu volontarju biex jirrisolvi l-ostakli legali u amministrattivi fir-reġjuni tal-fruntiera kollha (“il-Mekkaniżmu”) , iżda dan ma jimpedixxix il-ħolqien ta' mekkaniżmi komparabbli alternattivi skont il-bżonnijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali . [Em. 2]

(9)

B'rispett sħiħ għall-istruttura kostituzzjonali u istituzzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-użu tal-Mekkaniżmu jkun huwa volontarju fir-rigward ta' dawk ir-reġjuni tal-fruntiera ta' Stat Membru partikolari fejn jeżisti mekkaniżmu effettiv ieħor jew li jista' jiġi stabbilit mal-Istat Membru ġar. Dan jenħtieġ li jikkonsisti minn żewġ miżuri: l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Impenn Transfruntier Ewropew (“Impenn”) jew l-iffirmar ta’ Dikjarazzjoni Transfruntiera Ewropea (“Dikjarazzjoni”). Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħżlu l-istrument li huma jqisu aktar vantaġġjuż. [Em. 3]

(9a)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-pajjiżi, l-entitajiet jew ir-reġjuni involuti jenħtieġ li jadottaw, bi qbil mal-kompetenzi speċifiċi tagħhom definiti kostituzzjonalment u legalment, is-soluzzjoni legali ad hoc proposta qabel jikkonkludu u jiffirmaw l-Impenn jew jiffirmaw id-Dikjarazzjoni skont dan ir-Regolament. [Em. 4]

(10)

Jenħtieġ li l-Impenn jiskatta b’mod awtonomu, li jfisser li skont il-konklużjoni tal-Impenn ċerti dispożizzjonijiet legali ta' Stat Membru wieħed jiġu applikati fit-territorju tal-Istat Membru ġar. Jenħtieġ li jkun aċċettabbli wkoll li l-Istati Membri jadottaw xi att leġiżlattiv li jippermetti l-konklużjoni ta' Impenn, sabiex jiġi evitat li ssir deroga minn leġiżlazzjoni nazzjonali formalment adottata minn korp leġiżlattiv minn xi awtorità oħra minbarra dak il-korp leġiżlattiv u bi ksur taċ-ċarezza legali u tat-trasparenza jew it-tnejn li huma.

(11)

Id-Dikjarazzjoni xorta tkun tiirrikjedi tirrikjedi proċedura leġiżlattiva fl-Istat Membru. Jenħtieġ li l-awtorità li tikkonkludi d-Dikjarazzjoni tagħmel dikjarazzjoni formali li sa ċerta skadenza tikkawża l-bidu tal-proċedura leġiżlattiva meħtieġa sabiex tiġi emendata l-liġi nazzjonali normalment applikabbli u sabiex tapplika, b'deroga espliċita, il-liġi ta' Stat Membru ġar , sabiex jitneħħew l-ostakli għall-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti transfruntiera . [Em. 5]

(12)

L-ostakli legali jinħassu l-aktar minn persuni li jinteraġixxu fuq il-fruntiera tal-art, bħall-ħaddiema transfruntiera, minħabba li n-nies jaqsmu l-fruntieri kuljum jew kull ġimgħa. Sabiex l-effett ta’ dan ir-Regolament jiġi kkonċentrat fir-reġjuni l-aktar qrib il-fruntiera u bl-ogħla livell ta' integrazzjoni u interazzjoni bejn Stati Membri ġirien, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal reġjuni transfruntiera fi ħdan it-tifsira tat-territorju kopert minn reġjuni territorjali ġirien transfruntiera fuq l-art jew fil-baħar ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS (7). Jenħtieġ li dan ma jżommx lill-Istati Membri milli japplikaw il-Mekkaniżmu wkoll għal fruntieri marittimi u esterni għajr dawk ta' mal-pajjiżi tal-EFTA , fuq bażi volontarja fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati kollha . [Em. 6]

(13)

Sabiex jikkoordina l-kompiti tal-awtoritajiet differenti li f'xi Stati Membri se jinkludu korpi leġiżlattivi nazzjonali u reġjonali, fi ħdan Stat Membru partikolari u bejn dawk ta' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, jenħtieġ li kull Stat Membru li jagħżel il-Mekkaniżmu jkun obbligat li jistabbilixxi punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn applikabbli xieraq , reġjonali, u jiddefinixxi l-kompiti u l-kompetenzi tagħhom matul l-istadji differenti tal-Mekkaniżmu li jkopru l-bidu, il-konklużjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet. [Em. 7]

(14)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni fil-Fruntieri. Jenħtieġ li dak il-punt ta' koordinazzjoni jikkollabora mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali differenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm database dwar l-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(15)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċedura sabiex jiġu konklużi Impenn jew Dikjarazzjoni u jiddeskrivi l-passi differenti fid-dettall; it-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' dokument ta' inizjattiva, analiżi preliminari mill-Istat Membru li għandu japplika d-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru ġar, il-preparazzjoni tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni li għandhom jiġu konklużi u finalment il-proċedura tal-konklużjoni kemm għall-Impenn kif ukoll għad-Dikjarazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-elementi li għandhom jiġu koperti fid-dokument ta’ inizjattiva, l-abbozzi ta’ Impenn u Dikjarazzjoni, l-Impenn u d-Dikjarazzjoni finali jiġu stabbiliti fid-dettall, kif ukoll l-iskadenzi korrispondenti.

(16)

B’mod aktar speċifiku, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiddefinixxi min jista’ jkun inizjatur ta’ proġett konġunt. Billi jenħtieġ li l-Mekkaniżmu jtejjeb l-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti transfruntiera, jenħtieġ li l-ewwel grupp ikun il-korpi ta' inizjazzjoni jew kemm ta' inizjazzjoni kif ukoll implimentazzjoni ta' tali proġett konġunt. Jenħtieġ li t-terminu proġett jinftiehem f'sens wiesa', li jkopri kemm oġġett speċifiku ta' infrastruttura u / jew numru ta' attivitajiet fir-rigward ta' ċertu territorju, jew it-tnejn. It-tieni, jenħtieġ li awtorità lokali jew reġjonali li tinsab f'xi reġjun transfruntier partikolari jew li teżerċita setgħa pubblika f'dak ir-reġjun transfruntier tingħata s-setgħa li tieħu l-inizjattiva li tapplika d-dritt nazzjonali li jikkostitwixxi ostaklu, iżda l-emenda jew id-deroga tagħha tkun barra mill-kompetenza istituzzjonali tagħha. It-tielet, jenħtieġ li korpi li ġew stabbiliti għal kooperazzjoni transfruntiera li jinsabu jew li jkopru mill-inqas parzjalment reġjun transfruntier partikolari, inklużi REKT, jew korpi simili li jorganizzaw żvilupp transfruntiera b'mod strutturat, ikunu inizjaturi. Fl-aħħarnett, jenħtieġ li korpi speċjalizzati f'kooperazzjoni transfruntiera li jistgħu jkunu konxji wkoll ta' soluzzjonijiet effettivi li jinstabu f'postijiet oħrajn fl-Unjoni għal kwistjoni paragunabbli wkoll ikunu jistgħu jibdew inizjattiva. Sabiex tinħoloq sinerġija ta' korpi direttament affettwati mill-ostaklu u dawk esperti fil-kooperazzjoni transfruntiera b'mod ġenerali, il-gruppi kollha jistgħu jinizjalaw il-Mekkaniżmu b'mod konġunt.

(17)

Jenħtieġ li l-attur ewlieni fl-Istati Membri mitluba li jikkonkludu Impenn jew Dikjarazzjoni ikunu l-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera li għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istat Membru tagħhom u mal-kontroparti tagħhom fl-Istat Membru ġar. Jenħtieġ li jkun stabbilit ukoll b'mod ċar li l-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex titnieda proċedura li twassal għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni jew jekk tkunx diġà nstabet soluzzjoni għal ostaklu legali wieħed jew aktar li tista' tiġi applikata. Min-naħa l-oħra jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li l-Istat Membru li d-dispożizzjonijiet legali tiegħu għandhom jiġu applikati fl-Istat Membru l-ieħor jista' jirrifjuta tali applikazzjoni barra mit-territorju tiegħu. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni tkun debitament iġġustifikata u kkomunikata fi żmien xieraq lis-sħab kollha . [Em. 8]

(18)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ Impenji u Dikjarazzjonijiet li għandhom jiġu konklużi u ffirmati.

(19)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' Impenn b'awtoeżekuzzjoni jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-implimetazzjoni ta' proġetti konġunti . Jenħtieġ li dan ikun ifisser jew l-emenda ta' atti amministrattivi legalment vinkolanti li diġà ġew adottati b'mod konformi mad-dritt nazzjonali ġeneralment applikabbli b'mod normali jew, fejn dan ikun għadu ma sarx, l-adozzjoni ta' atti amministrattivi ġodda bbażati fuq il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor fi skadenza miftiehma mas-sħab kollha sabiex ikunu jistgħu jitniedu proġetti konġunti fi żmien xieraq . Jekk diversi awtoritajiet ikunu responsabbli kull waħda għal aspetti differenti ta' xi ostaklu legali kumpless, jenħtieġ li l-Impenn ikun akkumpanjat minn skeda ta' żmien għal kull wieħed minnhom. Jenħtieġ li r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-adozzjoni u t-trażmissjoni ta' dawk l-atti amministrattivi ġodda jew emendati jsegwu l-liġi nazzjonali dwar proċeduri amministrattivi. [Em. 9]

(20)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ Dikjarazzjonijiet tkun tikkonsisti prinċipalment fil-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' proposta leġiżlattiva sabiex temenda l-liġi nazzjonali eżistenti jew tidderoga minnha. Wara l-adozzjoni, jenħtieġ li dawk l-emendi jew derogi jsiru pubbliċi u mbagħad jiġu implimentati wkoll bħall-Impenji permezz tal-emenda u l-adozzjoni ta' atti amministrattivi legalment vinkolanti.

(21)

Fuq il-bażi tal-atti legalment vinkolanti, jenħtieġ li r-rispett tal-obbligi u d-drittijiet tad-destinatarji jiġi ssorveljati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu jekk dik is-sorveljanza għandhiex issir mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-dispożizzjonijiet legali tiegħu minħabba li dawk l-awtoritajiet ikunu jafu aħjar dawk ir-regoli jew jekk dik is-sorveljanza għandhiex issir mill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn dawk id-dispożizzjonijiet se jkunu applikati minħabba li dawk l-awtoritajiet ikunu jafu aħjar il-kumplament tas-sistema legali tal-Istati Membri li jagħmlu l-impenn u l-liġi li tirregola d-destinatarji.

(22)

Jenħtieġ li l-protezzjoni ta' persuni residenti fir-reġjuni transfruntiera direttament jew indirettament affettwati mill-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta' xi Impenn u l-leġiżlazzjoni emendata skont xi Dikjarazzjoni, li jqisu li jkun sarilhom dannu minħabba atti jew ommissjonijiet mill-applikazzjoni, tiġi ċċarata. Kemm fil-każ ta’ Impenji kif ukoll ta’ Dikjarazzjonijiet, il-liġi tal-Istat Membru ġar tkun applikata fl-Istat Membru li jikkommetti kif inkorporata fil-leġiżlazzjoni tiegħu stess u jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni legali tkun f’idejn il-qrati tal-Istati Membri li jikkommettu anki meta l-persuni jkollhom ir-residenza legali tagħhom fl-Istat Membru li jittrasferixxi. Jenħtieġ li l-istess prinċipju japplika għar-rimedju legali kontra l-Istat Membru li l-att amministrattiv tiegħu huwa kkontestat. Madankollu, jenħtieġ li jiġi applikat approċċ differenti għar-rimedju legali kontra l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni. Jekk awtorità mill-Istat Membru li jittrasferixxi tkun aċċettat li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali emendati tal-Istat Membru li jagħmel impenn u tista' taġixxi fir-rigward ta' persuni residenti fiż-żona transfuntiera f'isem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel impenn, iżda f'isimha stess, jenħtieġ li l-qrati kompetenti jkunu dawk tal-Istat Membru fejn dawk il-persuni għandhom ir-residenza legali tagħhom. Min-naħa l-oħra, meta l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi ma tkunx tista taġixxi f'isimha, iżda f'isem l-awtorità kompetent li tagħmel l-impenn, jenħtieġ li l-qrati kompetenti jkunu dawk tal-Istat Membru li jagħmel l-impenn, irrispettivament mir-residenza legali tal-persuna.

(23)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tiegħu u dwar l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tar-regoli ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom.

(24)

Sabiex jiġi stabbilit database skont l-Artikolu 78 7 , jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni sabiex tkun tista’ tistabbilixxi regoli dwar it-tħaddim tiegħu, dwar il-protezzjoni tad-data u l-mudell li għandu jintuża meta l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar l-użu tal-Mekkaniżmu tintbagħat mill-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Jenħtieġ li għal skopijiet prattiċi u ta' koordinazzjoni, il-“Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej” ikun il-kumitat kompetenti għall-proċedura tal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni. [Em. 10]

(25)

Ir-regoli nazzjonali ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema reġjuni tal-fruntiera ta' Stat Membru partikolari huma koperti mill-Impenn jew Dikjarazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni se tkun f'pożizzjoni li tivvaluta jekk, għall-fruntiera li ma tkunx imsemmija, l-Istati Membri ikunx għażel mekkaniżmu differenti. [Em. 11]

(26)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-edukazzjoni (l-Artikolu 14), il-libertà li tintgħażel okkupazzjoni u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), b'mod partikolari l-libertà tat-tiftix ta’ impjieg, li jiġi eżerċitat id-dritt ta' stabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi f'kull Stat Membru, il-libertà ta' impriża (l-Artikolu 16), l-aċċess għas-sigurtà soċjali u assistenza soċjali (l-Artikolu 34), l-aċċess għall-kura tas-saħħa (l-Artikolu 35), u l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (l-Artikolu 36) u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali b'mod konformi mal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 37) . [Em. 12]

(27)

Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni territorjali jinħolqu skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). L-Istati Membri wettqu inizjattivi individwali, bilaterali jew saħansitra multilaterali sabiex isolvu ostakli legali tal-fruntiera. Madankollu, dawk il-mekkaniżmi ma jeżistux fl-Istati Membri kollha jew mhux għall-fruntieri kollha ta' Stat Membru partikolari. L-istrumenti ta' finanzjament (prinċipalment Interreg) u l-istrumenti legali (prinċipalment REKT) ipprovduti fil-livell tal-Unjoni issa ma kinux biżżejjed sabiex jiġu solvuti ostakli legali tal-fruntiera madwar l-Unjoni. L-objettivi tal-azzjoni proposta konsegwentement ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, kemm f'livell ċentrali jew f'livell reġjonali u lokali, iżda pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għaldaqstant, hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mil-leġiżlatur tal-Unjoni.

(28)

kont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. L-użu tal-Mekkaniżmu speċifiku stabbilit b'dan ir-Regolament biex jiġu solvuti l-ostakli legali fir-reġjuni transfruntiera huwa volontarju u bl-ebda mod ma jipprekludi l-użu ta' strumenti komparabbli alternattivi . Jekk Stat Membru jiddeċiedi, rigward fruntiera speċifika proġett konġunt speċifiku ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li jkompli jsolvi ostakli legali f'reġjun transfruntiera speċifiku bil-mekkaniżmi effettivi li jkun stabbilixxa fil-livell nazzjonali jew li jkun stabbilixxa b'mod formali jew b'mod informali, flimkien ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, il-Mekkaniżmu stabbilit skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Bl-istess mod, meta Stat Membru jiddeċiedi, rigward fruntiera speċifika proġett konġunt speċifiku ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, biex jingħaqad ma' mekkaniżmu effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn wieħed mill-Istati Membri ġirien jew aktar, sakemm dak il-mekkaniżmu jippermetti l-adeżjoni, għal darb'oħra , il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Fl-aħħar nett, meta Stat Membru jiddeċiedi flimkien ma' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, li jwaqqaf b'mod formali jew b'mod informali mekkaniżmu effikaċi ġdid biex jiġu solvuti l-ostakli legali li jxekklu l-implimentazzjoni ta' proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera , il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu għal dawk ir-reġjuni transfruntiera, li għalihom l-Istati Membri ma għandhom l-ebda mekkaniżmu effiċjenti sabiex isolvu l-ostakli legali fis-seħħ. [Em. 13]

(28a)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Ma jaffettwax, bi kwalunkwe mod, is-sovranità tal-Istati Membri u ma jikkontradixxix il-kostituzzjonijiet tagħhom. [Em. 14]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu volontarju li jippermetti l-applikazzjoni fi Stat Membru wieħed, fir-rigward ta' reġjun proġett konġunt singolu f'reġjun transfruntier, tad-dispożizzjonijiet legali minn Stat Membru ieħor, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali ta' dak tal-ewwel tkun tikkostitwixxi ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali li jfixkel jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi Proġett konġunt (“il-Mekkaniżmu”). [Em. 15]

2.   Il-mekkaniżmu għandu jikkonsisti f’waħda minn dawn il-miżuri li ġejjin:

(a)

il-konklużjoni ta’ Impenn Ewropew Transfruntier, li jaħdem b’awtoeżekuzzjoni,

(b)

il-konklużjoni ta’ Dikjarazzjoni Ewropea Transfruntiera li tkun teħtieġ proċedura leġiżlattiva fl-Istat Membru.

3.   Dan ir-Regolament jistipula wkoll

(a)

l-organizzazzjoni u l-kompiti tal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera fl-Istati Membri,

(b)

ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Mekkaniżmu,

(c)

il-protezzjoni legali ta' persuni residenti f'reġjun transfruntier jew dawk li jgħixu hemm għal perjodu limitat fir-rigward tal-Mekkaniżmu. [Em. 16]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għal reġjuni trasnfruntiera kif definiti fil-punt (1) tal-Artikolu 3.

2.   Jekk Stat Membru jinkludi diversi entitajiet territorjali b'setgħat leġiżlattivi, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawk l-entitajiet territorjali, inklużi l-awtoritajiet i jew id-dispożizzjonijiet legali tagħhom.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“reġjun transfruntier” tfisser it-territorju kopert minn reġjuni tal-fruntiera fuq l-art jew fil-baħar ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS; [Em. 17]

(2)

“proġett konġunt” tfisser kwalunkwe oġġett ta' infrastruttura b'impatt f'reġjun transfruntier partikolari jew kwalunkwe servizz ta' interess ekonomiku ġenerali pprovdut f'reġjun transfruntier partikolari , irrispettivament minn jekk dan l-impatt jinħassx fiż-żewġ naħat tal-fruntiera jew f'naħa waħda tagħha biss ; [Em. 18]

(3)

“dispożizzjoni legali” tfisser kwalunkwe dispożizzjoni, regola jew prattika amministrattiva legali jew amministrattiva applikabbli għal proġett konġunt, irrispettivament minn jekk ikunux adottati jew implimentati minn korp leġiżlattiv jew eżekuttiv;

(4)

“ostaklu legali” tfisser kwalunkwe dispożizzjoni legali fir-rigward tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-persunal, il-finanzjament jew il-funzjonament ta’ proġett konġunt li jostakola l-potenzjal inerenti ta’ reġjun tal-fruntiera meta jkun hemm interazzjoni minn naħa għal oħra tal-fruntiera;

(5)

“inizjatur” tfisser l-attur li jidentifika l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali u jiskatta l-Mekkaniżmu billi jippreżenta dokument ta’ inizjattiva; [Em. 19]

(6)

“dokument ta' inizjattiva” tfisser id-dokument ippreparat minn inizjatur wieħed jew aktar sabiex jinbeda l-Mekkaniżmu;

(7)

“Stat Membru li jagħmel impenn” tfisser l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu se jiġu applikati dispożizzjonijiet legali waħda jew aktar minn Stat Membru li jittrasferixxi taħt xi Impenn Ewropew Transfruntier (“Impenn”) jew Dikjarazzjoni Ewropea Transfruntiera (“Dikjarazzjoni”) jew fejn, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni legali xierqa fil-qafas legal, tkun se tiġi stabbilita soluzzjoni legali ad hoc;

(8)

“Stat Membru li jittrasferixxi” tfisser l-Istat Membru li d-disposizzjonijiet legali tiegħu jkunu se japplikaw fl-Istat Membru li jagħmel impenn taħt xi Impenn jew Dikjarazzjoni;

(9)

“awtorità kompetenti li tagħmel impenn” tfisser l-awtorità fl-Istat Membru li jagħmel impenn li tkun kompetenti sabiex taċċetta l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi fit-territorju tiegħu taħt xi Impenn partikolari jew, fil-każ ta' Dikjarazzjoni, sabiex timpenja ruħha li tibda l-proċedura meħtieġa għal deroga mid-dispożizzjonijiet legali domestiċi tagħha;

(10)

“awtorità kompetenti li tittrasferixxi” tfisser l-awtorità fl-Istat Membru li jittrasferixxi, kompetenti għall-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet legali li jkunu se jiġu applikati fl-Istati Membru li jagħmel impenn u għall-applikazzjoni tagħhom fit-territorju tagħha stess, jew għat-tnejn li huma;

(11)

“żona ta' applikazzjoni” tfisser iż-żona fl-Istat Membru li jagħmel impenn fejn għandha tapplika d-dispożizzjoni legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi jew soluzzjoni legali ad hoc.

Artikolu 4

L-opzjonijiet tal-Istati Membri biex isolvu ostakli legali

1.   Kull Stat Membru għandu L-Istati Membri jistgħu jew jagħżel il-Mekkaniżmu jagħżlu l-Mekkaniżmu jew inkella jagħżel jagħżlu modi eżistenti oħra sabiex isolvi isolvu ostakli legali li jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera ma’ Stat Membru ġar, wieħed, jew aktar. [Em. 20]

2.   Stat Membru jista' , fir-rigward ta' fruntiera speċifika proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera, ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, jingħaqad ma' mod effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn Stat Membru ġar wieħed jew aktar jew għandu japplika l-Mekkaniżmu fir-rigward tad-Dikjarazzjoni . [Em. 21]

3.   L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw japplikaw il-Mekkaniżmu f'reġjuni transfruntiera fuq fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera għal proġett konġunt f'reġjun transfruntier bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz pajjiżi terzi wieħed jew aktar jew pajjiż jew territorju barrani wieħed jew aktar fuq bażi volontarja lill-partijiet ikkonċernati . [Em. 22]

4.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera

1.   Jekk Kull Stat Membru jagħżel il-Mekkaniżmu, huwa għandu jistabbilixxi għandu jistabbilixxi jew jagħżel Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera, wieħed jew aktar, b’wieħed mill-modi li ġejjin: [Em. 23]

(a)

jinnomina, fil-livell nazzjonali jew reġjonali jew fiż-żewġ livelli, Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera bħala korp separat;

(b)

jistabbilixxi Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera fi ħdan awtorità jew korp eżistenti, fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

(c)

jafda awtorità jew korp xierqa bil-kompiti addizzjonali bħala Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali jew reġjonali.

2.   L-Istati Membri li jikkommettu u l-Istati Membri li jittrasferixxu għandhom jiddeterminaw ukoll:

(a)

jekk ikunx il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jew xi awtorità kompetenti li tagħmel impenn/tittrasferixxi li jistgħu jikkonkludu u jiffirmaw Impenn, u jiddeċiedu d-dritt nazzjonali applikabbli li minnu tkun se ssir deroga mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak l-Impenn; jew

(b)

jekk ikunx il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jew xi awtorità kompetenti li tagħmel impenn/tittrasferixxi li jistgħu jiffirmaw Dikjarazzjojni u jiddikjaraw formalment fiha li l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tkun se tagħmel dak li hu meħtieġ sabiex atti leġiżlattivi jew atti oħra jittieħdu mill-korpi leġiżlattivi kompetenti f'dak l-Istat Membru sa skadenza partikolari.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera maħtura sad-data tal-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Il-kompiti tal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera

1.   Kull Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera għandu jkollu mill-inqas il-kompiti li ġejjin:

(a)

jimplimenta l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 u 11;

(b)

jikkoordina l-preparazzjoni, l-iffirmar, l-implimentazzjoni u s-sorveljanza għall-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru tiegħu;

(c)

jibni u jwettaq manutenzjoni ta' database li tkopri l-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kollha li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru tiegħu;

(d)

jikkollabora, fejn ikunu jeżistu, mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera fl-Istat jew Stati Membri ġirien u mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera f’entitajiet territorjali oħra b'setgħat leġiżlattivi tal-Istat Membru tiegħu jew Stat Membru ieħor; [Em. 24]

(e)

jikkollabora mal-Kummissjoni;

(f)

jagħti l-għajnuna tiegħu lill-Kummissjoni rigward id-database dwar id-Dikjarazzjonijiet u l-Impenji.

2.   Kull Stat Membru jew kull entità territorjali b'setgħat leġiżlattivi f'dak l-Istat Membru tista' tiddeċiedi li tafda l-Punt ta’ Koordinazjoni Transfruntiera rispettiv anki bil-kompiti li ġejjin:

(a)

fejn applikabbli, li jikkonkludi Impenji jew Dikjarazzjonijiet skont l-Artikoli 16(2) u 17(2);

(b)

b'talba minn inizjatur partikolari, jappoġġa lil dak l-inizjatur billi, fost affarijiet oħrajn, jidentifika l-awtorità kompenenti li tagħmel impenn fl-istess Stat Membru jew l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi fi Stat Membru ieħor;

(c)

b'talba minn awtorità kompetenti partikolari li tagħmel impenn li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor mingħajr il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tiegħu stess, iwettaq l-analiżi preliminari ta' dokument ta' inizjattiva; [Em. 25]

(d)

jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet kollha li jikkonċernaw it-territorju tal-Istat Membru tiegħu;

(e)

ifakkar lill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn biex tkun konformi mal-iskadenzi kif stabbiliti f'xi Impenn jew Dikjarazzjoni u jitlob risposta fi skadenza partikolari;

(f)

jinforma lill-awtorità li tissorvelja l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn dwar l-iskadenzi maqbuża kif stabbilit f'xi Impenn jew Dikjarazzjoni.

3.   Jekk mill-inqas wieħed fost ostakli legali oġrajn ikun jikkonċerna kwistjoni ta' kompetenza leġiżlattiva fil-livell nazzjonali, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali għandu jieħu f’idejh il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 17 u jikkoordina mal-Punt jew Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera reġjonali rilevanti fl-istess Stat Membru, sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 14 sa 17 għandhom jiġu afdati f’idejn awtorità kompetenti li tagħmel impenn fil-livell nazzjonali.

4.   Jekk l-ebda wieħed mill-ostakli legali ma jkun jikkonċerna kwistjoni ta' kompetenza leġiżlattiva fil-livell nazzjonali, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti reġjonali għandu jieħu f’idejh il-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 9 sa 17 u jikkoordina mal-Punt jew Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera reġjonali fl-istess Stati Membri, fil-każijiet fejn ikun hemm aktar minn entità territorjali waħda li tkun ikkonċernata mill-proġett konġunt, sakemm l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli minn 14 sa 17 għandhom jiġu fdati f’idejn Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali. Dan il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera reġjonali kompetenti għandu jżomm lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali infurmat dwar kwalunkwe Impenn jew Dikjarazzjoni.

Artikolu 7

Ir-rwol ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-kompiti ta' koordinazzjoni li ġejjin:

(a)

tikkoordina mal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera;

(b)

tippubblika toħloq, tippubblika u żżomm lista bażi ta' data aġġornata tal-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u reġjonali kollha; [Em. 26]

(c)

tistabbilixxi u żżomm databse tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet kollha.

1a.     Il-Kummissjoni għandha tħejji strateġija ta' komunikazzjoni ta' appoġġ bil-għan li:

(a)

tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba;

(b)

tipprovdi informazzjoni prattika u interpretazzjoni tas-suġġett u l-enfasi tematika ta' dan ir-Regolament; u

(c)

tiċċara l-proċedura preċiża għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni. [Em. 27]

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-funzjonament tad-database li ssir referenza għaliha fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-formoli li għandhom jintużaw meta tiġi ppreżentata informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar l-użu tal-Mekkaniżmu minn xi Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 23(2).

KAPITOLU II

Proċedura għall-konklużjoni ta’ Impenn jew għall-iffirmar ta’ Dikjarazzjoni

Artikolu 8

Preparazzjoni u preżentazzjoni tad-dokument ta' inizjattiva

1.   L-inizjatur għandu jidentifika l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali fir-rigward tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-persunal, il-finanzjament jew it-tħaddim ta' proġett konġunt. [Em. 28]

2.   L-inizjatur għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-korp pubbliku jew privat responsabbli għall-inizjazzjoni jew responsabbli kemm għall-inizjazzjoni u għall-implimentazzjoni ta' proġett konġunt;

(b)

l-awtorità jew awtoritajiet lokali jew reġjonali li jinsabu f'reġjun transfruntier partikolari jew li jeżerċitaw setgħa pubblika f'dak ir-reġjun transfruntier;

(c)

korp b'personalità ġuridika jew mingħajrha stabbilit għal kooperazzjoni transfruntiera li jkun jinsab jew ikopri, mill-inqas parzjalment, reġjun transfruntier partikolari, inklużi raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006, l-Ewroreġjuni, l-Euregios u korpi simili;

(d)

organizzazzjoni stabbilita f'isem reġjuni transfruntiera bil-għan li tippromwovi l-interessi ta' territorji transfruntiera u tiffaċilita n-netwerking ta' atturi u l-iskambju ta' esperjenzi, bħall-Assoċjazzjoni ta' Reġjuni mal-Fruntieri Ewropej, il- Mission Opérationnelle Transfrontalière jew is-Servizz tal-Ewropa Ċentrali għall-Inizjattivi Transfruntiera; jew

(e)

għadd ta’ entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) b'mod konġunt.

3.   L-inizjatur għandu jipprepara dokument ta' inizjattiva abbozzat skont l-Artikolu 9.

4.   L-inizjatur għandu jippreżenta d-dokument ta' inizjattiva lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn u jibgħat kopja lill-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi.

Artikolu 9

Kontenut tad-dokument ta' inizjattiva

1.   Id-dokument ta’ inizjattiva għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, tal-ostaklu ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali korrispondenti fl-Istat Membru li jikkommetti jagħmel impenn kif ukoll tar-raġunar għas-soluzzjoni tal-ostaklu ta' wieħed u aktar mill-ostakli legali; [Em. 29]

(b)

lista tad-dispożizzjonijiet legali speċifiċi tal-Istat Membru li jittrasferixxi li jsolvu l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jew, jekk ma tkunx teżisti dispożizzjoni legali xierqa, proposta għal soluzzjoni legali ad hoc; [Em. 30]

(c)

ġustifikazzjoni għaż-żona ta' applikazzjoni;

(d)

it-tul previst jew, fejn iġġustifikat kif dovut, id-dewmien illimitat tagħha;

(e)

lista tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tagħmel impenn;

(f)

lista tal-awtorità jew awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu.

2.   Iż-żona ta' applikazzjoni għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-proġett konġunt.

Artikolu 10

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru jew l-Istati Membri li jikkommetti jagħmlu impenn jew li jittrasferixxu [Em. 31]

1.   Il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva. Huwa għandu jikkollabora mal-awtoritajiet kollha kompetenti li jagħmlu impenn u mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali jew, fejn rilevanti, reġjonali oħra fl-Istat Membru li jikkommetti jagħmel impenn u mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali fl-Istat Membru li jittrasferixxi. [Em. 32]

1a.     Fi żmien tliet xhur wara li jirċievi d-dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat ir-reazzjoni preliminari tiegħu lill-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn. [Em. 33]

2.   Fi żmien tliet sitt xhur wara li jirċievi d-dokument ta’ inizjattiva, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu trasmessi lill-inizjatur bil-miktub: [Em. 34]

(a)

jinforma lill-inizjatur li d-dokument ta' inizjattiva ġie ppreparat skont l-Artikolu 9 u għalhekk huwa ammissibbli;

(b)

jitlob, jekk meħtieġ, li jintbagħat dokument ta' inizjattiva rivedut jew informazzjoni speċifika addizzjonali filwaqt li jiġi spjegat għaliex u f'liema aspett id-dokument ta' inizjattiva ma jkunx meqjus bħala suffiċjenti;

(c)

jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li m'hemm l-ebda ostaklu legali waqt li jistipula r-raġunijiet u jirreferi wkoll għall-mezzi ta' rimedju legali kontra dik id-deċiżjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jagħmle impenn;

(d)

jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsisti jikkonsistu f'wieħed mill-każijiet elenkati fl-Artikolu 12(4) u jiddeskrivi l-impenn tal-awtorità kompetenti li tagħmel impenn, biex tbiddel jew tadatta dak l-ostaklu legali; [Em. 35]

(e)

jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsisti jikkonsistu f'waħda mis-sitwazzjonijiet taħt l-Artikolu 12(4) filwaqt li jispjega r-raġunijiet tiegħu sabiex jirrifjuta li jbiddel jew jadatta dak l-ostaklu legali u jirreferi għall-mezzi ta' rimedju legali kontra dik id-deċiżjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jagħmel impenn; [Em. 36]

(f)

jagħmel impenn favur l-inizjatur biex tinstab soluzzjoni għall-ostaklu jew l-ostakli legali fi żmien sitt xhur, jew billi jiffirma Impenn mal-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi jew mal-awtorità kompetenti li tittrasferixxi, kif maħtura mill-Istat Membru li jittrasferixxi, jew billi jipproponi soluzzjoni legali ad hoc fil-qafas legali tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(fa)

jorjenta mill-ġdid l-inizjatur biex jagħżel mekkaniżmu eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) biex isolvi wieħed jew aktar mill-ostakli legali li qed ifixklu l-implimentazzjoni tal-proġett konġunt jew jittrasmetti direttament d-dokument ta' inizjattiva lill-entità kompetenti fil-qafas tal-mekkaniżmu korrispondenti; [Em. 37]

(fb)

jinforma lill-inizjatur li wieħed jew aktar mill-Istati Membri kkonċernati ddeċidew li ma jsolvux wieħed jew aktar mill-ostakli legali identifikati mill-inizjatur filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub. [Em. 38]

3.   F'każijiet debitament iġġustifikati, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tista' testendi l-iskadenza li ssir referenza għaliha fil-punt (f) tal-paragrafu 2 darba, sa massimu ta' sitt xhur u għandha tinforma lill-inizjatur u lill-Istat Membru li jittrasferixxi dwar dan, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet bil-miktub.

Artikolu 11

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru li jittrasferixxi

Malli jirċievi dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jwettaq ukoll il-kompiti elenkati fl-Artikolu 10(2) u jista' jibgħat ir-reazzjoni preliminari tiegħu lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn. [Em. 39]

Artikolu 12

Segwitu dwar l-analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva

1.   Jekk il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membri li jagħmel impenn jitlob dokument ta' inizjattiva rivedut jew informazzjoni speċifika addizzjonali, huwa għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva rivedut jew l-informazzjoni speċifika addizzjonali jew it-tnejn li huma u, fi żmien tliet sitt xhur minn meta jirċevihom, iwettaq l-azzjonijiet bħallikieku d-dokument ta' inizjattiva ntbagħat l-ewwel darba. [Em. 40]

2.   Jekk il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membri li jagħmel impenn jikkunsidra li d-dokument ta' inizjattiva rivedut għadu mhux ippreparat skont l-Artikolu 10 jew li l-informazzjoni speċifika addizzjonali għadha mhix suffiċjenti, dan għandu jinforma lill-inizjatur bil-miktub, fi żmien tliet sitt xhur minn meta jirċievi d-dokument ta' inizjattiva rivedut, dwar id-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proċedura. Din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata kif xieraq. [Em. 41]

3.   Jekk l-analiżi mill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membru li jagħmel impenn jew mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tikkonkludi li l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali deskritt deskritti fid-dokument ta' inizjattiva huwa bbażat huma bbażati fuq nuqqas ta' ftehim jew interpretazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti, il-proċedura tintemm billi l-inizjatur jiġi infurmat dwar il-valutazzjoni li ma jkun hemm m'hemm l-ebda ostaklu legali. [Em. 42]

4.   Jekk l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsisti jikkonsistu biss f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva tal-Istat Membru li jagħmel impenn jew f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva distinta b'mod ċar minn dispożizzjoni adottata skont proċedura leġiżlattiva u għalhekk tista' tinbidel jew tiġi adattata mingħajr proċedura leġiżlattiva, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn għandha tinforma lill-inizjatur bil-miktub ir-rieda jew ir-rifjut tagħha li tbiddel jew tadatta d-dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva rilevanti fi żmien tmien xhur. [Em. 43]

5.   F'każijiet debitament iġġustifikati, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tista' testendi l-iskadenza li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 4 darba, sa massimu ta' tmien xhur u għandha tinforma lill-inizjatur u lill-Istat Membru li jittrasferixxi dwar dan, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet bil-miktub.

Artikolu 13

Il-preparazzjoni tal-abbozz ta’ Impenn jew Dikjarazzjoni

Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera jew l-awtorità kompetenti li tagħmel impenni tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jfassal abbozz ta’ Impenn jew abbozz ta’ Dikjarazzjoni f’konformità mal-Artikolu 14, fuq il-bażi tad-dokument ta’ inizjattiva.

Artikolu 14

Il-kontenut tal-abbozz ta’ Impenn jew ta’ Dikjarazzjoni

1.   L-abbozz ta’ Impenn għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

id-deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, tal-ostaklu ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali korrispondenti kif ukoll tar-raġunar għal soluzzjoni tal-ostaklu għas-soluzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali; [Em. 44]

(b)

il-lista tad-dispożizzjoni legali speċifika jew id-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu l-ostaklu wieħed jew aktar mill-ostakli legali u li għalhekk m'għandhomx japplikaw għall-proġett konġunt; [Em. 45]

(c)

iż-żona ta’ applikazzjoni;

(d)

it-tul tal-perjodu ta’ applikazzjoni u ġustifikazzjoni għal dak it-tul ta’ żmien;

(e)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jagħmlu l-impenn;

(f)

id-dispożizzjoni legali speċifika tal-Istat Membru li jittrasferixxi li għandha tapplika għall-proġett konġunt;

(g)

il-proposta tar-riżoluzzjoni legali ad hoc, fejn ma tkun teżisti l-ebda dispożizzjoni legali xierqa fil-qafas legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi;

(h)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu;

(i)

l-awtorità jew l-awtoritajiet mill-Istat Membru li jagħmel impenn kompetenti għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ;

(j)

l-awtorità jew l-awtoritajiet mill-Istat Membru li jittrasferixxi li huma proposti li jiġu maħtura b'mod konġunt għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ;

(k)

id-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu;

Id-data tad-dħul fis-seħħ li ssir referenza għaliha fil-punt (k) għandha tkun jew id-data li fiha ż-żewġ Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera, jew iż-żewġ awtoritajiet kompetenti, jkunu ffirmaw jew id-data meta tkun ġiet innotifikata lill-inizjatur

2.   B’żieda mal-elementi elenkati fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ Impenn għandu jinkludi wkoll data tal-applikazzjoni li tista’ tkun

(a)

iffissata għall-istess jum tad-dħul fis-seħħ tiegħu;

(b)

iffissata b’effett retroattiv;

(c)

differita għal data fil-futur.

3.   B’żieda mal-elementi elenkati fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni għandu wkoll jinkludi dikjarazzjoni formali dwar sa liema data jew dati kull awtorità kompetenti li tagħmel impenn jkollha tippreżenta proposta formali lill-korp leġiżlattiv rispettiv għall-emenda tad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali skont dan.

Id-data li ssir referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun aktar tard minn tnax-il xahar wara l-konklużjoni tad-Dikjarazzjoni.

Artikolu 15

Trasmizzjoni tal-abbozzi ta’ Impenn jew ta’ Dikjarazzjoni

1.   Jekk l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tkun ippreparat l-abbozz ta’ Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, hija għandha tittrażmetti dan l-abbozz lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membru li jagħmel impenn:

(a)

fi żmien massimu ta' tliet sitt xhur wara li tkun ittrasmettiet informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 12(1) u (2); [Em. 46]

(b)

fi żmien massimu ta' tmien xhur skont l-Artikolu 12(4) u (5).

2.   Jekk il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istati Membru li jagħmel impenn ikun ipprepara l-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni jew meta jkun irċevihom mill-awtorità kompetenti li tikkommetti huwa għandu jittrażmetti dan l-abbozz lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi fi ħdan il-perjodi li ssir referenza għalihom fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1.

3.   Fiż-żewġ każijiet, għandha wkoll tintbagħat kopja għall-informazzjoni lill-inizjatur.

Artikolu 16

Kompiti tal-Istat Membru li jittrasferixxi fil-konklużjoni u l-iffirmar tal-Impenn jew fl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni

1.   Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jeżamina l-abbozz ta’ Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 15, fi żmien massimu ta’ tliet sitt xhur wara li jirċievi l-abbozz u wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu, jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin: [Em. 47]

(a)

jaqbel mal-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ kopji oriġinali u jibgħat waħda minnhom lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(b)

jaqbel mal-abbozz ta’ Impenn jew mal-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, wara li jkun ikkoreġa jew issupplimenta l-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (f) u (h) tal-Artikolu 14(1), jiffirma żewġ kopji oriġinali tal-abbozz rivedut ta’ Impenn jew l-abbozz rivedut ta’ Dikjarazzjoni u jibgħat waħda lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(c)

jirrifjuta li jiffirma l-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni, u jittrażmetti ġustifikazzjoni dettaljata lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(d)

jirrifjuta li jiffirma l-abbozz ta’ Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni u jibgħat lura abbozz emendat fir-rigward tal-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punti (c), (d) u, fejn rilevanti, (g) tal-Artikolu 14(1), kif ukoll għall-abbozz ta’ Impenn l-informazzjoni li ssir referenza għaliha taħt l-Artikolu 14(2), b’ġustifikazzjoni għall-emendi lill-Punti ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel impenn.

2.   Fi Stati Membri fejn l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tiffirma Impenn jew Dikjarazzjoni, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat, skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, iż-żewġ waħda miż-żewġ kopji oriġinali ffirmati mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi lill-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel l-impenn . [Em. 48]

3.   Jekk l-Istat Membru li jittrasferixxi jaqbel, skont il-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 li jiffirma Impenn jew Dikjarazzjoni, huwa għandu, barra minn hekk, espliċitament jikkonferma jew jirrifjuta li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li huma proposti li jiġu maħtura b’mod konġunt għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni skont il-punt (j) tal-Artikolu 14(1) għandhom jieħu f’idejhom dawk il-kompiti li għandhom jitwettqu fil-qasam ta’ applikazzjoni.

Artikolu 17

Kompiti tal-Istati Membru li jagħmlu impenn fil-konklużjoni u l-iffirmar tal-Impenn jew fl-iffirmar tad-Dikjarazzjoni

1.   Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jeżamina r-risposta mibgħuta mill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi u jwettaq, fi żmien massimu ta' xahar tliet xhur wara li jirċeviha, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew aktar, li għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi: [Em. 49]

(a)

fil-każ tal-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1) , jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ tliet kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma; [Em. 50]

(b)

fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1) , jemenda l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni fl-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta’ Dikjarazzjoni kopert mill-punti (f) u (h) tal-Artikolu 14(1) skont dan, jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ tliet kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma; [Em. 51]

(c)

fil-każ tal-punt (c) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1) , jinforma lill-inizjatur u lill-Kummissjoni, filwaqt li jżid il-ġustifikazzjoni kif stabbilita mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi; [Em. 52]

(d)

fil-każ tal-punt (d) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16(1) , jikkunsidra l-emendi u jew jipproċedi skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew inkella jerġa' jniedi proċedura oħra skont l-Artikolu 9 jipproċedi skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, u jfisser għaliex uħud mill-emendi jew l-emendi kollha ma setgħux jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn. [Em. 53]

2.   Mal-wasla tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, kif iffirmat ukoll mill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti jew l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi fil-każijiet tal-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 jew, meta l-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi jkun irreaġixxa b'mod pożittiv skont it-tieni proċedura tal-punt (d) tal-paragrafu 1, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu: [Em. 54]

(a)

jittrasmetti l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni finali lill-inizjatur;

(b)

jittrasmetti t-tieni kopja oriġinali lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi;

(c)

jibgħat kopja lill-awtoritajiet kompetenti kollha li jikkommettu;

(d)

jibgħat kopja lill-punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE; kif ukoll

(e)

jitlob lis-servizz kompetenti fl-Istat Membru li jikkommetti responsabbli għall-pubblikazzjonijiet uffiċjali sabiex jippubblika l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni.

KAPITOLU III

Implimentazzjoni u monitoraġġ ta’ Impenji u Dikjarazzjonijiet

Artikolu 18

Implimentazzjoni tal-Impenn

1.   L-informazzjoni li ssir referenza għaliha fil-punt (c) tal-Artikolu 17(2) u mibgħuta lill-awtoritajiet ikkonċernati li jikkommettu kollha, għandha tkun akkumpanjata minn skeda ta' żmien, li permezz tagħha kull waħda minn dawk l-awtoritajiet għandha, fejn rilevanti, temenda kwalunkwe att amministrattiv adottat skont il-liġi applikabbli fir-rigward tal-proġett konġunt u tadotta kwalunkwe att amministrattiv meħtieġ sabiex l-Impenn jiġi applikat għall-proġett konġunt sabiex tiġi applikata għalih id-dispożizzjoni legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi jew xi soluzzjoni legali ad hoc.

2.   Kopja tal-iskeda ta' żmien għandha tintbagħat lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

3.   Kwalunkwe att amministrattiv li ssir referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat u notifikat lill-inizjatur, b'mod partikolari lill-korp pubbliku jew privat responsabbli għall-inizjazzjoni jew responsabbli kemm għall-inizjazzjoni kif ukoll għall-implimentazzjoni ta' proġett konġunt, skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal tali atti amministrattivi.

4.   Ladarba l-atti amministrattivi kollha fir-rigward ta' proġett konġunt partikolari jkunu adottati, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jikkommetti għandu jinforma lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi u lill-punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE.

5.   Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jinforma, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu.

Artikolu 19

Implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni

1.   Kull awtorità kompetenti li tagħmel impenn elenkata f'Dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(3) għandha tippreżenta proposta formali lill-korp leġiżlattiv rispettiv sad-data rispettiva stabbilita fid-Dikjarazzjoni ffirmat sabiex temenda d-dispożizzjonijiet legali nazzjonali kif xieraq.

2.   F'każ li d-data rispettiva stabbilita fid-Dikjarazzjoni ma tkunx tista tiġi rrispettata, b'mod partikolari fid-dawl ta’ xi elezzjonijiet li jkunu jmissu għall-korp leġiżlattiv kompetenti, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn għandha tinforma bil-miktub lill-inizjatur kif ukoll lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti kemm tal-Istat Membru li jagħmel impenn kif ukoll tal-Istat Membru li jittrasferixxi.

3.   Ladarba tkun ġiet ippreżentata proposta formali lill-korp leġiżlattiv rispettiv, l-awtorità kompetenti rispettiva li tagħmel impenn għandha taġġorna bil-miktub lill-inizjatur kif ukoll lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti kemm tal-Istat Membru li jagħmel impenn kif ukoll ta’ dak li jittrasferixxi dwar il-monitoraġġ fil-korp leġiżlattiv rispettiv, u dan kull sitt xhur wara d-data ta' preżentazzjoni formali.

4.   Malli jidħol fis-seħħ l-att leġiżlattiv ta' emenda jew il-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal uffiċjali jew iseħħu t-tnejn li huma, kull awtorità kompetenti li tikkommetti għandha temenda kull att amministrattiv adottat skont il-liġi nazzjonali applikabbli fir-rigward tal-proġett konġunt u tadotta kwalunkwe att amministrattiv meħtieġ biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet legali emendati għall-proġett konġunt.

5.   Kwalunkwe att amministrattiv kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jiġi adottat u notifikat lill-inizjatur, b'mod partikolari meta dan l-inizjatur ikun korp pubbliku jew privat responsabbli għall-inizjazzjoni jew responsabbli kemm għall-inizjazzjoni kif ukoll għall-implimentazzjoni ta' proġett konġunt, skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal tali atti amministrattivi.

6.   Ladarba l-atti amministrattivi kollha fir-rigward ta' proġett konġunt partikolari jkunu adottati, il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jinforma lill-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi u lill-punt ta' koordinazzjoni fil-livell tal-UE.

7.   Il-Punt ta’ Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jinforma, fejn rilevanti, lill-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu.

Artikolu 20

Monitoraġġ tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet

1.   Fuq il-bażi tal-atti amministrattivi msemmija fl-Artikoli 18(1) u 19(4), l-Istati Membri li jagħmlu impenn u li jittrasferixxu għandhom jiddeċiedu jekk il-kontroll tal-applikazzjoni ta' Impenn jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali emendata skont Dikjarazzjoni għandux isir mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jittrasferixxi, b'mod partikolari minħabba l-għarfien espert tagħhom dwar id-dispożizzjonijiet legali ttrasferiti, jew mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

2.   Jekk l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali ttrasferiti jkun fdat f'idejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jittrasferixxi, l-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jiddeċiedi, bi ftehim mal-Istati Membri li jittrasferixxu, jekk l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandhomx jaġixxu fir-rigward tad-destinatarji tal-kompiti ta' kontroll fl-interess u f'isem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jagħmel impenn jew fl-interess tagħhom, imma f'isimhom.

KAPITOLU IV

Protezzjoni legali kontra l-applikazzjoni u l-monitorġġ ta’ Impenji u Dikjarazzjonijiet

Artikolu 21

Protezzjoni legali kontra l-applikazzjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni

1.   Kwalunkwe persuna residenti fit-territorju kopert minn Impenn jew Dikjarazzjoni jew, għalkemm mhux residenti f'dak it-territorju, li tkun utent ta' servizz ta' interess ekonomiku ġenerali pprovdut f'dak it-territorju (“persuna residenti fir-reġjun transfruntier”), li tqis li sarilha dannu minħabba l-atti jew l-ommissjonijiet bl-applikazzjoni, skont xi Impenn jew Dikjarazzjoni, ta' dispożizzjoni legali ta' Stat Membru li jittrasferixxi għandha tkun intitolata li tfittex rimedju legali quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

2.   Madankollu, il-qrati kompetenti għal rimedju legali kontra kwalunkwe atti amministrattivi adottati skont l-Artikolu 18(3) u 19(5) għandhom ikunu esklussivament il-qrati tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-att amministrattiv.

3.   Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jċaħħad lill-persuni milli jeżerċitaw id-drittijiet kostituzzjonali nazzjonali tagħhom ta' appell kontra awtoritajiet li jkunu partijiet ta' xi Impenn fir-rigward ta':

(a)

deċiżjonijiet amministrattivi fir-rigward ta' attivitajiet li qed jitwettqu skont xi Impenn;

(b)

aċċess għal servizzi fil-lingwa tagħhom stess; kif ukoll

(c)

aċċess għal informazzjoni.

F'dawn il-każijiet il-qrati kompetenti għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru li d-drittijiet tal-appell jirriżultaw taħt il-kostituzzjoni tagħhom.

Artikolu 22

Protezzjoni legali kontra l-monitoraġġ ta' Impenn jew Dikjarazzjoni

1.   Jekk l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tkun aċċettat li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li jittrasferixxi fil-qasam relevanti u tista' taġixxi f'isimha stess rigward persuni residenti fir-reġjun transfruntier tal-Istat Membru li jagħmel impenn, il-qrati kompetenti għal rimedju legali kontra kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni minn dik l-awtorità għandhom ikunu l-qrati tal-Istat Membru fejn dawk il-persuni għandhom ir-residenza legali tagħhom.

2.   Jekk l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi tkun aċċettat li tissorvelja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali tal-Istat Membru li jagħmel impenn fit-territorju tal-Istat Membru li jagħmel impenn, iżda ma tistax taġixxi f'isimha stess rigward persuni residenti fir-reġjun transfruntiera, il-qrati kompetenti għar-rimedju legali kontra kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni minn dik l-awtorità għandhom ikunu biss il-qrati tal-Istat Membru li jagħmel impenn, inkluż għal persuni li għandhom ir-residenza legali tagħhom fl-Istat Membru li jittrasferixxi.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 23

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment stabbilit permezz tal-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR ġdid]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 24

Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dawk id-dispożizzjonijiet li jkunu adegwati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

2.   Sa …[data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 1.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri.

Artikolu 25

Rappurtar

1.    Sa jj xx ssss [jiġifieri l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + ħames tliet snin], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' indikaturi dwar l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud Ewropew u l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni tiegħu.

2.     Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel referenza partikolari għall-ambitu ġeografiku u tematiku ta' dan ir-Regolament hekk kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 rispettivament.

3.     Qabel jitħejja r-rapport, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni pubblika mad-diversi atturi involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. [Em. 55]

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + sena].

Madankollu, l-Artikolu 24 għandu japplika minn [l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 124.

(2)  ĠU C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.

(4)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534, 20.9.2017).

(5)  Kien hemm ħames perjodi ta' programmazzjoni tal-Interreg wara xulxin: INTERREG I (1990-1993), INTERREG II (1994-1999), INTERREG III (2000-2006), INTERREG IV (2007-2013) u INTERREG V (2014-2020).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/637


P8_TA(2019)0119

Abbozz ta’ Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn Eurojust u l-Georgia (13483/2018 – C8-0484/2018 – 2018/0813(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2020/C 449/65)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13483/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0484/2018),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0065/2019),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/638


P8_TA(2019)0120

Valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (COM(2018)0051 – C8-0024/2018 – 2018/0018(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/66)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0051),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0024/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, il-Bundestag Ġermaniż, is-Senat Franċiż u s-Sejm Pollakk, li sostnew li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0289/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 28.

(2)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi għall-emendi adottati fit-3 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA-PROV(2018)0369).


P8_TC1-COD(2018)0018

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu l-Artikoli  114 u 168(4) tiegħu, [Em. 1]

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-iżvilupp tat-teknoloġiji tas-saħħa huwa mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni fl-Unjoni ewlieni biex jintlaħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa li għandu jiġi żgurat mill-politika tas-saħħa, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha . Jifforma It-teknoloġiji tas-saħħa jikkostitwixxu settur ekonomiku innovattiv li jifformaw parti minn suq globali għal nefqa għall-kura tas-saħħa li tammonta għal 10 % tal-prodott domestiku gross tal-UE. It-teknoloġiji tas-saħħa jinkludu l-prodotti mediċinali, l-apparat mediku u l-proċeduri mediċi, kif ukoll miżuri għall-prevenzjoni, id-dijanjożi jew it-trattament tal-mard. [Em. 2]

(1a)

In-nefqa fuq il-mediċini kienet ta' 1,41 % tal-PDG fl-2014 u din ammontat għal 17,1 % tan-nefqa ġenerali fuq is-saħħa, li minnha hija parti ewlenija. In-nefqa fuq is-saħħa fl-Unjoni tammonta għal 10 % tal-PDG, jiġifieri EUR 1 300 000 miljun fis-sena, li EUR 220 000 miljun minnhom huma nefqa fuq il-prodotti farmaċewtiċi u nefqa ta' EUR 110 000 miljuni fuq apparati mediċi. [Em. 3]

(1b)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2016 u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Marzu 2017 dwar għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini  (4) aċċentwaw li hemm bosta ostakli għall-aċċess għall-mediċina u t-teknoloġiji innovattivi fl-Unjoni, bl-ostakli prinċipali jkunu n-nuqqas ta' trattamenti ġodda għal ċertu mard u l-prezz għoli tal-mediċini li f'bosta każijiet m'għandhomx valur miżjud terapewtiku. [Em. 4]

(1c)

L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini hija bbażata fuq il-prinċipji tas-sikurezza u l-effikaċja. Ġeneralment, l-aġenziji nazzjonali tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa jivvalutaw l-effikaċja komparattiva minħabba li l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni mhumiex akkumpanjati minn studju komparattiv tal-effikaċja. [Em. 5]

(2)

Il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (Health Technology Assessment, HTA) hija proċess ibbażat fuq l-evidenza xjentifika li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw l-effettività relattiva tat-teknoloġiji l-ġodda jew eżistenti. L-HTA tiffoka speċifikament fuq il-valur miżjud terapewtiku ta’ teknoloġija tas-saħħa meta mqabbla ma’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew eżistenti oħrajn. [Em. 6]

(2a)

Kif l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) indikat matul is-67 Assemblea Dinjija tas-Saħħa li saret f'Mejju 2014, l-HTA għandha tkun għodda biex tappoġġja l-kopertura universali tas-saħħa. [Em. 7]

(2b)

L-HTA għandha tkun strumentali fil-promozzjoni tal-innovazzjoni li toffri riżultati aħjar għall-pazjenti u s-soċjetà inġenerali u hija għodda meħtieġa biex tiġi żgurata l-introduzzjoni u l-użu xierqa tat-teknoloġiji tas-saħħa. [Em. 8]

(3)

L-HTA tkopri l-aspetti kliniċi u mhux kliniċi ta’ teknoloġija tas-saħħa. L-azzjonijiet konġunti dwar l-HTA kkofinanzjati mill-UE (EUnetHTA Joint Actions) identifikaw disa’ oqsma li b’referenza għalihom jiġu vvalutati t-teknoloġiji tas-saħħa. Minn dawn id-disa’ oqsma (li jifformaw il-“Mudell Bażi tal-HTA”) , erbgħa huma kliniċi u ħamsa mhux kliniċi. L-erba’ oqsma kliniċi ta’ valutazzjoni jirrigwardaw l-identifikazzjoni ta’ problema tas-saħħa u t-teknoloġija attwali, l-eżami tal-karatteristiċi tekniċi tat-teknoloġija li qiegħda tiġi vvalutata, is-sikurezza relattiva tagħha, u l-effettività klinika relattiva tagħha. Il-ħames oqsma mhux kliniċi ta’ valutazzjoni jirrigwardaw l-ispejjeż u l-evalwazzjoni ekonomika ta’ teknoloġija, l-aspetti etiċi, organizzattivi, soċjali u ġuridiċi. Għalhekk l-oqsma kliniċi huma aktar xierqa għall-valutazzjoni konġunta fil-livell tal-UE fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika tagħhom, filwaqt li l-valutazzjoni tal-oqsma mhux kliniċi għandha tendenza li tkun aktar relatata mill-qrib mal-kuntesti u l-approċċi nazzjonali u reġjonali. [Em. 9]

(3a)

Il-professjonisti tas-saħħa, il-pazjenti u l-istituzzjonijiet tas-saħħa għandhom ikunu jafu jekk huwiex il-każ li teknoloġija tas-saħħa ġdida tirrappreżentax titjib jew le fuq teknoloġiji tas-saħħa eżistenti, f'termini ta' benefiċċji u riskji. Għaldaqstant, il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għandhom l-għan li jidentifikaw il-valur miżjud terapewtiku tat-teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew eżistenti meta mqabbla mat-teknoloġiji tas-saħħa oħra ġodda jew eżistenti, permezz ta' valutazzjoni komparattiva bbażata fuq provi komparattivi mqabbla mal-aħjar intervent attwali ipprovat (“trattament standard”) jew imqabbla mat-trattament attwali l-aktar komuni fejn ma jkun jeżisti ebda trattament standard bħal dan. [Em. 10]

(4)

Ir-riżultati tal-HTA jintużaw biex jiġu infurmati d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji fil-qasam L-HTA hija għodda importanti għall-promozzjoni ta' innovazzjoni ta' kwalità għolja, għat-tmexxija tar-riċerka sabiex din tindirizza l-ħtiġijiet dijanjostiċi, terapewtiċi jew proċedurali mhux sodisfati tas-sistemi tal-kura tas-saħħa kif ukoll sabiex tmexxi l-prijoritajiet kliniċi u soċjali. L-HTA tista' ttejjeb ukoll l-evidenza xjentifika użata biex tinforma t-teħid ta' deċiżjonijiet kliniċi, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, l-aċċess tal-pazjenti għal dawn it-teknoloġiji tas-saħħa u l-kompetittività tas-settur permezz ta' aktar prevedibbiltà u riċerka aktar effiċjenti. L-Istati Membri jużaw ir-riżultati tal-HTA biex iżidu l-evidenza xjentifika li tappoġġja d-deċiżjonijiet meta jintroduċu teknoloġiji tas-saħħa pereżempju, fir-rigward tal-istabbiliment tal-ipprezzar jew il-livelli ta’ rimborż għat-teknoloġiji fis-sistemi tagħhom, jiġifieri biex jappoġġjaw id-deċiżjonijiet dwar kif għandhom jiġu allokati r-riżorsi tas-saħħa. Għalhekk l-HTA tista’ tassisti lill-Istati Membri fil-ħolqien u ż-żamma ta’ sistemi tal-kura tas-saħħa sostenibbli u biex tiġi stimolata l-innovazzjoni li tagħti riżultati aħjar għall-pazjenti. [Em. 11]

(4a)

Il-kooperazzjoni fl-HTA jista' wkoll ikollha rwol fiċ-ċiklu sħiħ tat-teknoloġija tas-saħħa: fl-istadju bikri tal-iżvilupp, permezz ta' “analiżi prospettiva” biex jiġu identifikati t-teknoloġiji li ser ikollhom impatt kbir; fl-istadji bikrija ta' djalogu u ta' konsulenza xjentifika; fi tfassil aħjar tal-istudju biex tiġi żgurata aktar effiċjenza fir-riċerka; u fl-istadji ċentrali tal-valutazzjoni globali, ladarba t-teknoloġija tkun diġà stabbilita. Finalment, l-HTA tista' tgħin fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-iżvestiment meta teknoloġija ma tibqax valida u xierqa meta mqabbla ma' għażliet alternattivi aħjar li jkunu disponibbli. Kollaborazzjoni akbar bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-HTA jenħtieġ li tgħin ukoll biex ittejjeb u tarmonizza l-istandards tal-kura kif ukoll għad-dijanjożi ta' kwalunkwe prattiki tal-iskrinjar ġodda madwar l-Unjoni. [Em. 12]

(4b)

Il-kooperazzjoni fl-HTA tista' tmur lil hinn mill-prodotti farmaċewtiċi u l-apparat mediku. Din tista' tinkludi wkoll interventi bħal dijanjożi komplementari għat-trattamenti, proċeduri kirurġiċi, programmi ta' prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa, għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u proċessi ta' kura integrata. Ir-rekwiżiti għall-valutazzjoni tat-teknoloġiji differenti jvarjaw skont il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, b'hekk għandu jkun hemm approċċ HTA koerenti u xieraq għal dawn it-teknoloġiji differenti. Barra minn hekk, f'oqsma speċifiċi, bħal trattamenti għal mard rari, mediċini pedjatriċi, mediċini ta' preċiżjoni jew terapiji avvanzati, x'aktarx li l-valur miżjud tal-kooperazzjoni tal-UE jkun saħansitra akbar. [Em. 13]

(5)

It-twettiq ta’ valutazzjonijiet paralleli minn bosta Stati Membri u d-diverġenzi bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali dwar il-proċessi u l-metodoloġiji tal-valutazzjoni jistgħu jirriżultaw fil-fatt li l-iżviluppaturi jiffaċċjaw bosta talbiet diverġenti għad-dejta. Jistgħu jirriżultaw ukoll għall-irduppjar u l-varjazzjonijiet fir-riżultati li doppji għad-data li jistgħu jżidu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi li jaġixxu bħala ostakolu għall-moviment ħieles tat-teknoloġiji tas-saħħa kkonċernati u għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. F'xi każijiet ġustifikati fejn jeħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-prijoritajiet tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali u reġjonali, tista' tkun meħtieġa valutazzjoni komplementarja dwar ċerti aspetti. Madankollu, il-valutazzjonijiet li mhumiex rilevanti għad-deċiżjonijiet f'ċerti Stati Membri jistgħu jdewmu l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi u b'hekk l-aċċess tal-pazjenti għal trattamenti innovattivi ta' benefiċċju. [Em. 14]

(6)

Filwaqt li l-Istati L-Istati Membri wettqu xi valutazzjonijiet konġunti fil-qafas tal-azzjonijiet konġunti kofinanzjati mill-UE,. il-produzzjoni tar-riżultati ma kinitx suffiċjenti Dawn il-valutazzjonijiet twettqu fi tliet fażijiet , skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5), u kienet tiddependi fuq il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti fin-nuqqas ta’ mudell sostenibbli ta’ kooperazzjoni. L-użu fil-livell tal-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet konġunti, inklużi l-valutazzjonijiet kliniċi permezz ta' tliet azzjonijiet konġunti, kull waħda minnhom bl-objettivi u l-baġit speċifiku tagħha: EUnetHTA 1, 2010-2012 (EUR 6 miljun); EUnetHTA 2, 2012-2015 (EUR 9,5 miljun); u EUnetHTA 3, imnedija f'Ġunju 2016 u tibqa' għaddejja sal-2020 (EUR 20 miljun). Fid-dawl tat-tul ta' żmien ta' dawn l-azzjonijiet u fl-interess tal-kontinwità , dan ir-Regolament jistabbilixxi mod aktar sostenibbli biex tiġi żgurata t-tkomplija tal-valutazzjonijiet konġunti. tagħhom, baqa’ baxx, u dan ifisser li l-irduppjar tal-valutazzjonijiet tal-istess teknoloġija tas-saħħa mill-awtoritajiet Sal-lum, l-eżiti ewlenin tal-kooperazzjoni jinkludu l-mudell ta' valutazzjoni, il-“Mudell Bażi tal-HTA” li jipprevedi qafas għar-rapporti tal-HTA; bażi tad-data biex jiġu kondiviżi l-proġetti ppjanati, li għadhom għaddejjin jew ippubblikati reċentement li twettqu minn aġenziji individwali (bażi tad-data POP); bażi tad-data l-korpi tal-evidenza għall-ħżin tal-informazzjoni u l-istat li waslet fih il-valutazzjoni tat-teknoloġiji promettenti jew dwar it-talba għal studji addizzjonali li jirriżultaw mill-HTA; u ġabra ta' gwidi metodoloġiċi għodda ta' appoġġ għall-aġenziji tal-HTA fi Stati Membri differenti f’perjodi ta’ żmien identiċi jew simili ma ġiex indirizzat biżżejjed li jinkludu gwidi għall-adattament tar-rapporti minn pajjiż għal ieħor. [Em. 15]

(6a)

Madankollu, fi ħdan l-azzjonijiet konġunti, il-produzzjoni tar-riżultati ma kinitx effiċjenti u, fin-nuqqas ta' mudell sostenibbli ta' kooperazzjoni, kienet tiddependi fuq il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti. L-użu fil-livell tal-Istati Membri tar-riżultati tal-azzjonijiet konġunti, inklużi l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tagħhom, baqa' baxx, u dan irriżulta fl-irduppjar tal-valutazzjonijiet tal-istess teknoloġija tas-saħħa mill-awtoritajiet u l-korpi tal-HTA fi Stati Membri differenti f'perjodi ta' żmien identiċi jew simili ma ġiex indirizzat biżżejjed. [Em. 16]

(7)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru 2014 2014 dwar l-innovazzjoni għall-benefiċċju tal-pazjenti  (6), il-Kunsill irrikonoxxa r-rwol ewlieni tal-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa bħala għodda ta' politika tas-saħħa li tappoġġja għażliet ibbażati fuq l-evidenza, sostenibbli u ġusti għall-kura tas-saħħa talab għat-teknoloġiji tas-saħħa għall-benefiċċju tal-pazjenti. Il-Kunsill appella wkoll lill-Kummissjoni biex tkompli tappoġġa tappoġġja l-kooperazzjoni b’mod b'mod sostenibbli u stieden biex ikun hemm aktar ħidma konġunta dwar l-HTA fost l-Istati Membri u l-ħtieġa li jiġu esplorati opportunitajiet għal kooperazzjoni dwar l-iskambju tal-informazzjoni bejn korpi kompetenti. Barra minn hekk, fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2015 dwar mediċina personalizzata għall-pazjenti, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-metodoloġiji tal-HTA applikabbli għall-mediċina personalizzata u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-bilanċ fis-sistemi farmaċewtiċi fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, offrew aktar evidenza li l-Istati Membri jaraw valur miżjud ċar fil-kooperazzjoni tal-HTA. Ir-rapport konġunt ta' Ottubru 2016 maħruġ mid-DĠ għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika tenna l-appell għal aktar kooperazzjoni Ewropea fl-HTA . [Em. 17]

(8)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex jittejjeb l-aċċess għall-mediċini (7), il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni biex tipproponi leġiżlazzjoni dwar sistema Ewropea għall-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa malajr kemm jista’ jkun u biex tarmonizza kriterji trasparenti tal-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa sabiex jiġi vvalutat il-valur terapewtiku miżjud tal-mediċini u l-effikaċja relattiva tat-teknoloġiji tas-saħħa meta mqabbla mal-aħjar alternattiva disponibbli li tqis il-livell ta' innovazzjoni u l-benefiċċju għall-pazjenti . [Em. 18]

(9)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2015 dwar l-aġġornament tas-suq uniku (8), il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tintroduċi inizjattiva dwar l-HTA biex tiżdied il-koordinazzjoni sabiex jiġu evitati valutazzjonijiet multipli ta’ prodott fi Stati Membri differenti u sabiex jitjieb il-funzjonament tas-Suq Uniku għat-teknoloġiji tas-saħħa.

(10)

Sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-suq intern u jingħata kontribut għal livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, huwa xieraq li jiġu approssimati r-regoli dwar it-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi fil-livell nazzjonali, u l-valutazzjonijiet kliniċi ta’ ċerti teknoloġiji tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni, u li jappoġġaw ukoll il-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri dwar ċerti aspetti tal-HTA. Din l-approssimazzjoni jenħtieġ li tiggarantixxi l-istandards tal-ogħla kwalità u tkun allinjata mal-aħjar prattika disponibbli. Jenħtieġ li din la tistimula konverġenza lejn id-denominatur komuni l-aktar baxx u lanqas ma tisforza lill-korpi tal-HTA b'aktar kompetenzi u standards ogħla biex jaċċettaw rekwiżiti aktar baxxi. Jenħtieġ li minflok twassal għal titjib fil-kapaċità tal-HTA u fil-kwalità fuq livell nazzjonali u dak reġjonali. [Em. 19]

(11)

F’konformità mal-Artikolu 168(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-organizzazzjoni u l-għoti tal-kura tas-saħħa tagħhom. Huwa xieraq li jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni għal dawk l-aspetti tal-HTA li jirrigwardaw il-valutazzjoni klinika ta’ teknoloġija tas-saħħa, . Il-valutazzjoni klinika konġunta prevista minn dan ir-Regolament tikkostitwixxi analiżi xjentifika tal-effetti relattivi tat-teknoloġija tas-saħħa fuq riżultati ta' effikaċja , sikurezza b’mod partikolari, biex jiġi żgurat li l-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ikunu limitati għas-sejbiet relatati mal-effettività komparattiva ta’ teknoloġija tas-saħħa. effikaċja, li komunement jissejħu bħala riżultati kliniċi , meta jiġu evalwati b'rabta mal-indikatur jew indikaturi komparattivi magħżula, li huma l-fatturi kkunsidrati fl-għażla sal-mument u, għall-gruppi jew sottogruppi ta' pazjenti magħżula, b'kont meħud tal-kriterji tal-mudell bażi ta' HTA. Din ser tinkludi l-konsiderazzjoni tal-grad ta' ċertezza dwar l-eżiti relattivi, abbażi tal-evidenza disponibbli. Għalhekk jenħtieġ li r-riżultati ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti bħal dawn ma jaffettwawx id-diskrezzjoni tal-Istati Membri fir-rigward ta’ deċiżjonijiet sussegwenti dwar l-ipprezzar u r-rimborż tat-teknoloġiji tas-saħħa, inkluż l-istabbiliment ta’ kriterji għat-tali pprezzar u rimborż li jista’ jiddependi fuq konsiderazzjonijiet kliniċi u mhux kliniċi, u li jibqa’ unikament kwistjoni ta’ kompetenza nazzjonali. Għalhekk, il-valutazzjoni li kull Stat Membru jagħmel tal-istimi nazzjonali taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 20]

(12)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni wiesgħa tar-regoli armonizzati u titrawwem il-kollaborazzjoni fost l-Istati Membri dwar l-aspetti kliniċi tal-HTA u jiġi permess il-ġbir tal-għarfien espert u r-riżorsi bejn il-korpi tal-HTA biex b'hekk jitnaqqsu l-ħela u l-ineffiċjenzi fil-kura tas-saħħa , huwa xieraq li jiġi mitlub li l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jitwettqu għall-prodotti mediċinali kollha li jkunu għaddejjin mill-proċedura ċentrali ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni prevista skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li jkun fihom sustanza attiva ġdida, u meta dawk il-prodotti mediċinali jiġu sussegwentement awtorizzati għal indikazzjoni terapewtika ġdida. Jenħtieġ ukoll li l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jitwettqu fuq ċertu apparat mediku skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li jinsabu fl-ogħla klassijiet ta’ riskju u li għalihom il-bordijiet ta’ esperti rilevanti jkunu taw l-opinjonijiet jew l-fehmiet tagħhom. Jenħtieġ li ssir għażla tal-apparat mediku għall-valutazzjoni klinika konġunta fuq il-bażi ta’ kriterji speċifiċi , fid-dawl tal-ħtieġa għal aktar evidenza klinika li tikkonċerna dawn it-teknoloġiji tas-saħħa ġodda kollha . [Em. 21]

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti mwettqa fuq it-teknoloġiji tas-saħħa jibqgħu preċiżi u rilevanti , rilevanti, ta' kwalità jiddeterminaw l-aħjar evidenza klinika possibbli f'kull mument , huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tiġi stabbilita proċedura flessibbli u rregolata għall-aġġornament tal-valutazzjonijiet, b’mod b'mod partikolari meta d-dejta jkun hemm evidenza jew data addizzjonali ġdida disponibbli wara l-valutazzjoni inizjali jkollha l-potenzjal li żżid il-preċiżjoni u din l-evidenza jew data addizzjonali ġdida jistgħu jżidu l-evidenza xjentifika u b'hekk titjieb il-kwalità tal-valutazzjoni. [Em. 22]

(14)

Jenħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta’ koordinazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet u l-korpi tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa tal-Istati Membri bir-responsabbiltà u l-għarfien akkreditat li jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunta konġunti u ħidma konġunta oħra fi ħdan il-kuntest ta' dan ir-Regolament . [Em. 23]

(15)

Sabiex jiġi żgurat approċċ immexxi mill-Istati Membri għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw awtoritajiet u korpi nazzjonali jew reġjonali tal-HTA li jinfurmaw it-teħid jagħtu informazzjoni għat-teħid tad-deċiżjonijiet biex iwettqu dawn il-valutazzjonijiet bħala membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet u l-korpi nnominati jiżguraw livell għoli xieraq ta’ rappreżentanza fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u ta’ kompetenza teknika fis-sottogruppi tiegħu, filwaqt li titqies il-ħtieġa il-possibbiltà li jiġi pprovdut jikkontribwixxu għarfien espert dwar l-HTA tal-prodotti mediċinali u l-apparat mediku. L-istruttura organizzazzjonali jenħtieġ li tirrispetta l-mandati distintivi tas-sottogruppi li jwettqu l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. Jenħtieġ li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess. [Em. 24]

(15a)

It-trasparenza u l-għarfien tal-pubbliku dwar il-proċess huma essenzjali. Id-data klinika kollha li tkun qiegħda tiġi evalwata jenħtieġ li għaldaqstant ikollha l-ogħla livell ta' trasparenza u għarfien tal-pubbliku sabiex tinkiseb fiduċja fis-sistema. F'każ li jkun hemm data kunfidenzjali għal raġunijiet kummerċjali, jeħtieġ li l-kunfidenzjalità tiġi definita u ġustifikata b'mod ċar u d-data kunfidenzjali tiġi delimitata u protetta sew. [Em. 25]

(16)

Sabiex il-proċeduri armonizzati jissodisfaw l-għan tagħhom tas-suq intern, jenħtieġ u jiksbu l-mira tagħhom li jżidu l-innovazzjoni u l-kwalità tal-evidenza klinika, l-Istati Membri jiġu obbligati jenħtieġ li jqisu bis-sħiħ ir-riżultati r-riżultati tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u  ma jirrepetuhomx. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom, skont il-ħtiġijiet nazzjonali, id-dritt li jikkomplementaw il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti b'evidenza klinika u analiżi addizzjonali bħala kontrobilanċ għad-differenzi fil-komparaturi jew fil-kuntest nazzjonali speċifiku għat-trattament. Jenħtieġ li tali valutazzjonijiet kliniċi komplementari jkunu debitament ġustifikati u proporzjonati u jenħtieġ li jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta' Koordinazzjoni. Barra minn hekk, li ma jirrepetux dawk il-valutazzjonijiet. il-konformità ma’ dan l-obbligu ma żżommx lill-Istati Membri milli jwettqu valutazzjonijiet mhux kliniċi tal-istess teknoloġija tas-saħħa, jew milli jaslu għal konklużjonijiet dwar il-valur miżjud kliniku tat-teknoloġiji kkonċernati bħala parti mill-proċessi ta’ stima nazzjonali li jistgħu jqisu dejta u kriterji kliniċi u mhux kliniċi speċifika għall-Istat Membru kkonċernat, fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali . Il-konformità lanqas ma żżomm lill-Istati Membri milli jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet jew milli jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess dwar l-ipprezzar jew ir-rimborż. [Em. 26]

(16a)

Sabiex il-valutazzjoni klinika tintuża għall-finijiet tad-deċiżjoni tar-rimborż nazzjonali, jenħtieġ li idealment tikkonċerna l-popolazzjoni li għaliha d-droga ser tkun rimborżata fi Stat Membru partikolari [Em. 27]

(17)

Jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għall-prodotti mediċinali, kemm jista’ jkun jiġi ffissat permezz tar-referenza għall-perjodu ta’ żmien applikabbli għat-tlestija tal-proċedura ċentrali ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004. Jenħtieġ li koordinazzjoni bħal din tiżgura li l-valutazzjonijiet kliniċi jkunu jistgħu jiffaċilitaw effettivament l-aċċess għas-suq u jikkontribwixxu għad-disponibbiltà fil-ħin ta’ teknoloġiji innovattivi għall-pazjenti. Bħala regola, jenħtieġ li l-proċess jitlesta sa meta tiġi ppubblikata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni. [Em. 28]

(17a)

Il-konsultazzjoni xjentifika konġunta, meta tindirizza l-prodotti mediċinali orfni, trid tiżgura li kwalunkwe approċċ ġdid jenħtieġ li ma jirriżultax f'dewmien bla bżonn għall-valutazzjoni tal-prodotti mediċinali orfni meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali u filwaqt li jitqies l-approċċ prammatiku li għadda mill-EUnetHTA. [Em. 29]

(18)

Jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ perjodu ta’ żmien għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti għall-apparat mediku tat-teknoloġiji tas-saħħa jqis il-mogħdija deċentralizzata ħafna tal-aċċess għas-suq għall-apparat mediku il-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 726/2004 d-disponibbiltà ta’ dejta xierqa dwar l-evidenza meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni klinika konġunta. Peress li l-evidenza meħtieġa tista’ ssir disponibbli biss wara li l-apparat għat-tlestija tal-proċedura ċentralizzata għall-awtorizzazzjoni tal-mediċini u l-immarkar ta' konformità CE għal apparat mediku previst fir-Regolament (UE) 2017/745 u l-immarkar ta' konformità CE għal apparat mediku jkun tqiegħed fis-suq dijanjostiku in vitro previst fir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew sabiex ikun jista’ jintgħażel dak l-apparat mediku li se ssirlu tal-Kunsill  (11) . Fil-każijiet kollha, dawn il-valutazzjonijiet għandhom iqisu d-disponibbiltà ta' evidenza xjentifika u data xierqa u suffiċjenti dwar l-evidenza meħtieġa biex titwettaq valutazzjoni klinika konġunta fi żmien xieraq, jenħtieġ li li għandha li ssir qrib kemm jista' jkun possibbli li l-valutazzjonijiet tat-tali apparat jitwettqu wara t-tqegħid fis-suq tal-apparat mediku l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, fil-każ tal-mediċini, u, fi kwalunkwe każ, mingħajr dewmien mhux ġustifikat u żejjed . [Em. 30]

(19)

Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-ħidma konġunta mwettqa skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, tipproduċi riżultati ta’ kwalità għolja u fil-ħin, u mingħajr ma ddewwimx jew tostakola l-immarkar twassal għal dewmien fl-immarkar  CE tal-apparat mediku jew l-aċċess tat-teknoloġiji tas-saħħa għas-suq. Jenħtieġ li din il-ħidma tkunu separata u distinta mill-valutazzjonijiet regolatorji tas-sikurezza, il-kwalità, l-effikaċja jew il-prestazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa mwettqa skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni u ma jkollha l-ebda effett fuq id-deċiżjonijiet meħuda f’konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 31]

(19a)

Il-ħidma tal-HTA, li hija s-suġġett ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun indipendenti u distinta mill-valutazzjonijiet regolatorji tas-sikurezza u l-effikaċja tat-teknoloġiji tas-saħħa mwettqa skont atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li ma tinfluwenzax aspetti oħra li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament adottati f'konformità mal-atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni. [Em. 32]

(19b)

Fil-każ ta' prodotti mediċinali orfni, ir-rapport konġunt jenħtieġ li ma jirrivvalutax il-kriterji tad-denominazzjoni orfni. Madankollu, l-assessuri u l-koassessuri jenħtieġ li jkollhom aċċess sħiħ għad-data użata mill-awtoritajiet responsabbli għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tas-suq ta' prodott mediċinali, kif ukoll il-possibbiltà tal-użu jew tal-ġenerazzjoni ta' data rilevanti addizzjonali bl-iskop li tivvaluta prodott mediċinali fil-kuntest ta' valutazzjoni klinika konġunta. [Em. 33]

(19c)

Ir-Regolament (UE) 2017/745 għall-apparat mediku u r-Regolament (UE) 2017/746 għall-apparat mediku dijanjostiku in vitro jipprevedu l-awtorizzazzjoni ta' dan l-apparat abbażi tal-prinċipji ta' trasparenza u sikurezza u mhux fuq l-effikaċja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda progressiva fil-provvista ta' apparat mediku biex jiġu indirizzati problemi kliniċi tirrappreżenta paradigma ġdida, b'suq ifframmentat ħafna, b'innovazzjoni b'mod partikolari inkrimentali, fejn l-evidenza klinika hija nieqsa u li tirrikjedi kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni akbar bejn il-korpi ta' valutazzjoni. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li nimxu lejn sistema ta' awtorizzazzjoni ċentralizzata li tivvalutahom abbażi tas-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità. Dan huwa wieħed mill-oqsma li fihom l-Istati Membri jitolbu kollaborazzjoni akbar fl-HTA Ewropea tal-ġejjieni. Attwalment 20 Stat Membru flimkien man-Norveġja, għandhom sistemi tal-HTA għall-apparat mediku u 12-il Stat Membru, flimkien man-Norveġja, stabbilew linji gwida u huma involuti fi djalogi inizjali. EUnetHTA kienet qiegħda tevalwa l-effikaċja relattiva tal-kwalità għolja tal-prodotti tas-saħħa abbażi ta' metodoloġija li tista' sservi bħala punt referenzjarju għal dan ir-Regolament. [Em. 34]

(20)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni effettiva tal-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, jenħtieġ li t-tali żviluppaturi, f’każijiet xierqa, jingħataw l-opportunità li jinvolvu ruħhom fil-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti mal-Grupp ta' Koordinazzjoni jew gruppi ta' ħidma stabbiliti għal dan il-għan u magħmula minn professjonisti tal-korpi ta' valutazzjoni nazzjonali jew reġjonali, biex jiksbu gwida dwar l-evidenza u d-dejta li x’aktarx tkun meħtieġa għall-iskopijiet tal-valutazzjoni klinika il-ħtiġijiet kliniċi tar-riċerka kif ukoll l-aktar disinji ta' studju xierqa biex tinkiseb l-aħjar evidenza u effiċjenza possibbli mir-riċerka . Minħabba n-natura preliminari tal-konsultazzjoni, jenħtieġ li kwalunkwe gwida offerta ma tkunx vinkolanti la għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u lanqas għall-awtoritajiet u l-korpi tal-HTA. [Em. 35]

(20a)

Jenħtieġ li l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti jikkonċernaw it-tfassil tal-istudju kliniku u d-determinazzjoni tal-aqwa komparaturi abbażi tal-aqwa prattika medika fl-interess tal-pazjenti. Jenħtieġ li l-proċess jkun wieħed trasparenti. [Em. 36]

(21)

Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet Il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti jaf jeħtieġu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali kummerċjali bejn l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-awtoritajiet u l-korpi tal-HTA. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ informazzjoni bħal din, jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni fil-qafas tal-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-konsultazzjonijiet tiġi żvelata biss lil parti terza wara li jkun ġie konkluż ftehim ta’ kunfidenzjalità. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li kull informazzjoni li tiġi ppubblikata dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti tiġi ppreżentata f’format anonimu bl-editjar ta’ kull informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva. [Em. 37]

(21a)

Il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jeħtieġu kull data klinika u evidenza xjentifika pubblika disponibbli pprovduta mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa. Id-data klinika użata, l-istudji, il-metodoloġija u r-riżultati kliniċi użati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. L-ogħla livell possibbli ta' ftuħ pubbliku tad-data xjentifika u l-valutazzjonijiet ser jippermetti li ssir aktar riċerka bijomedika kif ukoll li jkun hemm fiduċja fis-sistema. Meta d-data kummerċjali sensittiva tiġi kondiviża, il-kunfidenzjalità ta' tali data jenħtieġ li tiġi protetta billi tiġi ppreżentata f'format anonimu bl-editjar ta' rapporti qabel il-pubblikazzjoni li b'hekk jippreserva l-interess pubbliku. [Em. 38]

(21b)

Skont l-Ombudsman Ewropew, meta informazzjoni f'dokument ikollha implikazzjonijiet għas-saħħa tal-individwi (bħal informazzjoni dwar l-effikaċja ta' mediċina), l-interess pubbliku fl-iżvelar ta' dik l-informazzjoni ġeneralment jegħleb kwalunkwe talba ta' sensittività kummerċjali. Jenħtieġ li s-saħħa pubblika dejjem tirbaħ fuq l-interessi kummerċjali. [Em. 39]

(22)

Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli, huwa xieraq li tiġi prevista “analiżi prospettiva”, sabiex jiġu identifikati fi stadju bikri t-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti li x’aktarx ikollhom l-akbar impatt fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika u s-sistemi tal-kura tas-saħħa , kif ukoll biex ir-riċerka titmexxa b'mod strateġiku . Jenħtieġ li analiżi bħal din tiffaċilita l-prijoritizzazzjoni tat-teknoloġiji li se jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta mill-Grupp ta' Koordinazzjoni . [Em. 40]

(23)

Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġa l-kooperazzjoni volontarja dwar l-HTA bejn l-Istati Membri f’oqsma bħal pereżempju l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi tat-tilqim, u l-bini tal-kapaċità tas-sistemi nazzjonali tal-HTA. Jenħtieġ li t-tali kooperazzjoni volontarja tiffaċilita wkoll is-sinerġiji mal-inizjattivi fl-istrateġija tas-suq uniku diġitali f’oqsma tas-saħħa u l-kura rilevanti diġitali u dawk immexxija mid-dejta bil-perspettiva li tiġi pprovduta evidenza addizzjonali ta’ sitwazzjoni reali rilevanti għall-HTA. [Em. 41]

(24)

Sabiex jiġu żgurati l-inklużività u t-trasparenza tal-ħidma konġunta, jenħtieġ li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jinvolvi ruħu u jikkonsulta mal-partijiet interessati u mal-partijiet ikkonċernati. Madankollu, Sabiex tiġi ppreservata l-integrità l-oġġettività, it-trasparenza u l-kwalità tal-ħidma konġunta, jenħtieġ li jiġu żviluppati regoli sabiex jiġu żgurati l-indipendenza , id-disponibbiltà pubblika u l-imparzjalità tal-ħidma konġunta u jiġi żgurat li t-tali konsultazzjoni ma twassal għall-ebda kunflitt ta’ interess. [Em. 42]

(24a)

Jenħtieġ li jiġi żgurat djalogu bejn il-Grupp ta' Koordinazzjoni u l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi tas-saħħa, l-esperti tas-saħħa u l-professjonisti, speċjalment permezz ta' netwerk ta' partijiet ikkonċernati flimkien ma' garanzija ta' indipendenza, trasparenza u imparzjalità tad-deċiżjonijiet meħuda. [Em. 43]

(24b)

Sabiex jiġi żgurat teħid tad-deċiżjonijiet effiċjenti u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-mediċini huwa importanti li jkun hemm kooperazzjoni xierqa bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istadji ewlenin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-mediċini. [Em. 44]

(25)

Sabiex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-ħidma konġunta prevista f’dan ir-Regolament, il-Grupp ta' Koordinazzjoni, magħmul minn awtoritajiet u aġenziji nazzjonali u/jew reġjonali responsabbli mill-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, b'kapaċità, indipendenza u imparzjalità rikonoxxuta, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi qafas ta’ proċedura u ta’ metodoloġija komuni għall-valutazzjonijiet kliniċi, il-proċeduri jiżviluppa l-metodoloġija biex jiġi żgurat livell għoli ta' ħidma konġunta. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni , din il-metodoloġija flimkien ma' qafas proċedurali komuni għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-proċeduri għall-konsultazzjonijiet l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. Fejn xieraq, u f'każijiet ġustifikati, jenħtieġ li jiġu żviluppati regoli distinti għall- prodotti mediċinali u għall-apparat għal apparat mediku. Fl-iżvilupp ta’ dawn ir-regoli, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ir-riżultati jitqiesu r-riżultati tal-ħidma li diġà twettqet fl-EUnetHTA Joint Actions. Jenħtieġ li tqis ukoll fl-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, u b'mod partikolari il-linji gwida metodoloġiċi u l-mudelli għall-preżentazzjoni tal-evidenza, l-inizjattivi dwar l-HTA ffinanzjati permezz tal-programm ta’ riċerka Orizzont 2020, kif ukoll l-inizjattivi reġjonali dwar l-HTA bħal pereżempju l-inizjattivi Beneluxa u d-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta. Jenħtieġ li dawn is-setgħat ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). [Em. 45]

(25a)

Jenħtieġ li l-qafas metodoloġiku, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Ħelsinki, jiggarantixxi evidenza klinika ta' kwalità għolja permezz tal-għażla tal-parametri referenzjarji l-aktar xierqa. Dan għandu jkun ibbażat fuq l-ogħla standards ta' kwalità, l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli, li derivata primarjament minn provi kliniċi aleatorji b'eżitu mhux magħruf, metaanaliżijiet u rieżamijiet sistematiċi; u jenħtieġ li jqis kriterji kliniċi li huma utli, rilevanti, tanġibbli, konkreti u adegwati għas-sitwazzjoni klinika kkonċernata, bi preferenza mogħtija lill-okkorrenzi. Id-dokumentazzjoni li trid tingħata mill-applikant jenħtieġ li tkun relatata mad-data pubblika l-aktar aġġornata. [Em. 46]

(25b)

Kwalunkwe speċifiċitajiet fil-metodoloġija, bħal dawk għat-tilqim, jenħtieġ li jkunu ġustifikati u adattati għal ċirkostanzi speċifiċi ħafna, ikollhom l-istess rigorożità xjentifika u l-istess standards xjentifiċi filwaqt li m'għandhom qatt ikunu għad-detriment tal-kwalità tat-teknoloġiji tas-saħħa jew l-evidenza klinika. [Em. 47]

(25c)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ amministrattiv għall-ħidma konġunta tal-Grupp ta' Koordinazzjoni li, wara l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li jkun dak li jippreżenta r-rapport finali dwar din il-ħidma. [Em. 48]

(26)

Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikun kompletament operattiv u sabiex jiġi adattat mal-iżvilupp tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kontenut tad-dokumenti li jridu jitressqu, ir-rapporti u r-rapporti ta’ sinteżi tal-valutazzjonijiet kliniċi, il-kontenut tad-dokumenti għat-talbiet, u r-rapporti tal-konsultazzjonijiet Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar ir-regoli proċedurali għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti , għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti, u r-regoli għall-għażla tal-partijiet ikkonċernati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (13) . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament jenħtieġ li jkollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 49]

(27)

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm riżorsi biżżejjed disponibbli għall-ħidma konġunta prevista f’dan u appoġġ amministrattiv stabbli previsti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Unjoni tipprovdi tiżgura finanzjament pubbliku stabbli u permanenti fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-ħidma konġunta u l-kooperazzjoni volontarja, u għall-qafas ta’ appoġġ biex tappoġġa dawn l-attivitajiet. Jenħtieġ li l-finanzjament ikopri l-ispejjeż għall-produzzjoni tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jissekondaw esperti nazzjonali lill-Kummissjoni sabiex jappoġġaw is-segretarjat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi sistema ta' imposti għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa li tirrikjedi kemm konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti kif ukoll valutazzjonijiet kliniċi konġunti għar-riċerka dwar il-ħtiġijiet mediċi mhux milħuqa. Fl-ebda każ ma jistgħu dawn l-imposti jintużaw għall-finanzjament ta' ħidma konġunta prevista f'dan ir-Regolament. [Em. 50]

(28)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma konġunta u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-HTA bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi previst l-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-IT li jkun fiha bażijiet tad-dejta xierqa u mezzi sikuri għall-komunikazzjoni , kif ukoll l-informazzjoni kollha dwar il-proċedura, il-metodoloġija, it-taħriġ u l-interessi tal-evalwaturi u l-parteċipanti tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati, ir-rapporti u r-riżultati tal-ħidma konġunta, li jenħtieġ li jkunu pubbliċi . Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tiżgura konnessjoni bejn il-pjattaforma tal-IT u infrastrutturi oħra tad-dejta rilevanti għall-finijiet tal-HTA bħal pereżempju reġistri ta’ dejta ta’ sitwazzjoni reali. [Em. 51]

(28a)

Il-kooperazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' governanza tajba, li jinkludi t-trasparenza, l-oġġettività, l-indipendenza tal-esperjenza u l-ġustizzja tal-proċeduri. Il-fiduċja hija prekundizzjoni għal kooperazzjoni li tirnexxi u tista' tintlaħaq biss permezz ta' impenn reali mill-partijiet ikkonċernati kollha u l-aċċess għall-esperjenza, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u produzzjoni ta' kwalità għolja. [Em. 52]

(28b)

Billi bħalissa m'hemm ebda definizzjoni maqbula dwar x'jista' jitqies bħala innovazzjoni ta' kwalità għolja jew valur miżjud terapewtiku, jenħtieġ li l-Unjoni tadotta definizzjonijiet ta' dawn it-termini bi qbil jew kunsens mal-partijiet kollha. [Em. 53]

(29)

Sabiex jiġu żgurati l-istabbiliment u l-operazzjoni mingħajr xkiel tal-valutazzjonijiet konġunti fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll biex titħares il-kwalità tagħhom, huwa xieraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti espansjoni progressiva tal-għadd ta’ valutazzjonijiet konġunti mwettqa kull sena. L-għadd ta’ valutazzjonijiet li jridu jitwettqu jenħtieġ li jiġi ddeterminat f’kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi disponibbli u l-għadd tal-Istati Membri parteċipanti bil-perspettiva li titlaħaq kapaċità sħiħa sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. L-istabbiliment ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni bħal dan jenħtieġ li jagħti lill-Istati Membri l-opportunità li jallinjaw bis-sħiħ is-sistemi nazzjonali tagħhom mal-qafas għall-ħidma konġunta f’termini tal-allokazzjoni tar-riżorsi, il-ħin u l-prijoritizzazzjoni tal-valutazzjonijiet.

(30)

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u fil-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti ma tkunx obbligatorja għall-Istati Membri. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax l-obbligu tal-Istati Membri li japplikaw regoli armonizzati għall-valutazzjonijiet kliniċi mwettqa fil-livell nazzjonali. M Barra minn hekk, m atul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Istati Membri li mhux qegħdin jipparteċipaw fil-ħidma konġunta jistgħu jiddeċiedu li jipparteċipaw f’kull mument. Sabiex tiġi żgurata organizzazzjoni stabbli u mingħajr xkiel tal-ħidma konġunta u l-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri li diġà jkunu qegħdin jipparteċipaw ma jitħallewx jirtiraw mill-qafas tal-ħidma konġunta. Il-valutazzjonijiet kliniċi li bdew fl-Istati Membri qabel l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jitkomplew, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċidux li jwaqqfuhom. [Em. 54]

(31)

Sabiex jiġi żgurat li l-qafas ta’ appoġġ ikompli jkun effiċjenti u kosteffettiv kemm jista’ jkun, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u dwar il-funzjonament tal-qafas ta’ appoġġ mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni. B’mod partikolari, ir-rapport jista’ jqis jekk hemmx il-ħtieġa li dan il-qafas ta’ appoġġ jiċċaqlaq għal aġenzija tal-Unjoni u li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ ħlas ta’ miżata li permezz tiegħu l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jikkontribwixxu wkoll għall-finanzjament tal-ħidma konġunta Wara l-perjodu ta' tranżizzjoni u qabel is-sistema armonizzata għall-HTA stabbilita fl-ambitu ta' dan ir-Regolament issir obbligatorja , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-proċedura kollha li tkun ġiet introdotta. Ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt għandu jevalwa, fost kriterji oħra, il-progress li sar fir-rigward tal-aċċess tal-pazjenti għal teknoloġiji tas-saħħa ġodda u l-funzjonament tas-suq intern, l-impatt fuq il-kwalità tal-innovazzjoni u fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, kif ukoll l-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-funzjonament tal-qafas ta' appoġġ . [Em. 55]

(32)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas tat -13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tkun appoġġata permezz ta’ programm ta’ monitoraġġ. Jenħtieġ li r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni jiġu wkoll ikkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 56]

(33)

Id-Direttiva 2011/24/UE tipprevedi li l-Unjoni għandha tappoġġa u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni xjentifika bejn l-Istati Membri fi ħdan netwerk volontarju li jorbot flimkien lill-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa nnominati mill-Istati Membri. Peress li dawk il-kwistjonijiet huma regolati minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/24/UE tiġi emendata skont dan.

(34)

Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu approssimati r-regoli tal-Istati Membri dwar it-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi fil-livell nazzjonali u li jiġi stabbilit qafas ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti obbligatorji ta’ ċerti teknoloġiji tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament , ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom , iżda minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jinkiseb dak l-għan, [Em. 57]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1.    B'kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-ħidma li diġà twettqet fl-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, dan ir-Regolament jistabbilixxi: [Em. 58]

(a)

qafas ta’ appoġġ u proċeduri għall-kooperazzjoni dwar il-valutazzjoni klinika tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Unjoni; [Em. 59]

(b)

regoli metodoloġiji komuni għall-valutazzjoni klinika tat-teknoloġiji tas-saħħa. [Em. 60]

2.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-provvista tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika u l-allokazzjoni tar-riżorsi assenjati lilhom. Barra minn hekk, dan ir-Regolament m'għandux jinterferixxi mal-kompetenza esklużiva nazzjonali tal-Istati Membri għad-deċiżjonijiet nazzjonali dwar l-ipprezzar jew ir-rimborż. [Em. 61]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“prodott mediċinali” tfisser prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem kif definit fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(b)

“apparat mediku” tfisser apparat mediku kif definit fir-Regolament (UE) 2017/745;

(ba)

“apparat mediku dijanjostiku in vitro” tfisser apparat mediku dijanjostiku in vitro kif definit fir-Regolament (UE) 2017/746; [Em. 62]

(bb)

“valutazzjoni ta' apparat mediku” tfisser il-valutazzjoni ta' metodu kompost minn aktar minn apparat mediku wieħed jew metodu kompost minn apparat mediku u katina ta' kura ddefinita ta' trattamenti oħra; [Em. 63]

(c)

“teknoloġija tas-saħħa” tfisser teknoloġija tas-saħħa kif definita fid-Direttiva 2011/24/UE;

(d)

“valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa” tfisser proċess ta’ valutazzjoni komparattiva u multidixxiplinarja, fuq il-bażi ta’ oqsma ta’ valutazzjoni kliniċi u mhux kliniċi, li jiġbor u jevalwa l-evidenza disponibbli dwar il-kwistjonijiet kliniċi u mhux kliniċi relatati mal-użu ta’ teknoloġija tas-saħħa;

(e)

“valutazzjoni klinika” “valutazzjoni klinika konġunta” tfisser il-ġbir sistematiku ta' informazzjoni xjentifika u l-evalwazzjoni tal-evidenza xjentifika disponibbli dwar teknoloġija tas-saħħa meta mqabbla ma' teknoloġija komparattiva tagħha u sinteżi ta' dawn il-proċeduri, il-paragun tat-teknoloġija tas-saħħa inkwistjoni ma' teknoloġija tas-saħħa oħra jew teknoloġiji tas-saħħa oħrajn jew proċeduri eżistenti oħrajn fuq il-bażi tal-oqsma kliniċi li ġejjin tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa , li jikkostitwixxu referenza għal indikazzjoni klinika speċifika u, abbażi tal-aħjar evidenza xjentifika klinika disponibbli u l-kriterji kliniċi rilevanti tal-pazjent, filwaqt li jitqiesu l-oqsma kliniċi li ġejjin : id-deskrizzjoni tal-problema tas-saħħa indirizzata mit-teknoloġija tas-saħħa u l-użu attwali ta' teknoloġiji tas-saħħa oħrajn li jindirizzaw dik il-problema tas-saħħa, id-deskrizzjoni u l-karatterizzazzjoni teknika tat-teknoloġija tas-saħħa, l-effettività klinika relattiva, u s-sikurezza relattiva tat-teknoloġiji tas-saħħa; [Em. 64]

(f)

“valutazzjoni mhux klinika” tfisser il-parti ta’ valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fuq il-bażi tal-oqsma mhux kliniċi li ġejjin tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa: l-ispiża u l-evalwazzjoni ekonomika ta’ teknoloġija tas-saħħa, u l-aspetti etiċi, organizzattivi, soċjali u ġuridiċi relatati mal-użu tagħha;

(g)

“valutazzjoni kollaborattiva” tfisser valutazzjoni klinika ta’ apparat mediku mwettqa fil-livell tal-Unjoni minn għadd ta’ awtoritajiet u korpi ta’ valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa interessati li jkunu qegħdin jipparteċipaw fuq bażi volontarja.

(ga)

“stima” tfisser tfassil ta' konklużjonijiet dwar il-valur miżjud tat-teknoloġiji kkonċernati bħala parti mill-proċessi ta' stima nazzjonali li jistgħu jqisu data u kriterji kliniċi u mhux kliniċi fil-kuntest tal-kura nazzjonali; [Em. 65]

(gb)

“riżultati tas-saħħa rilevanti għall-pazjent” tfisser data li tidentifika jew tbassar il-mortalità, il-morbidità, il-kwalità tal-ħajja relatata mas-saħħa u avvenimenti avversi;[Em. 202]

Artikolu 3

Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri dwar il-Valutazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa (il-“Grupp ta’ Koordinazzjoni”) huwa b’dan stabbilit.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali jew reġjonali tagħhom li jkunu responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa fil-livell nazzjonali bħala membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwarhom u dwar kull tibdil sussegwenti. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw aktar minn awtorità jew korp wieħed responsabbli għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa bħala membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u sottogrupp wieħed tiegħu jew aktar. [Em. 66]

3.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jaġixxi b’kunsens, jew, fejn meħtieġ, jivvota permezz tal-maġġoranza sempliċi. Għandu jkun hemm vot wieħed għal kull Stat Membru kwalifikata .

Il-proċeduri mwettqa mill-Grupp ta' Koordinazzjoni għandhom ikunu trasparenti bil-minuti tal-laqgħa u l-voti ddokumentati u jsiru disponibbli pubblikament, inkluż kwalunkwe dissens. [Em. 203]

4.   Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandhom ikunu kopreseduti mill-Kummissjoni , mingħajr id-dritt tal-vot, u minn kopresident elett kull sena mill-membri tal-grupp għal terminu fiss li jrid jiġi stabbilit fir-regoli ta’ proċedura tiegħu fuq bażi ta' rotazzjoni. Il-kopresidenti għandu jkollhom funzjonijiet ta' natura amministrattiva biss . [Em. 68]

5.   Il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni , magħmula minn awtoritajiet jew korpi ta' nazzjonali jew reġjonali responsabbli mill-valutazzjoni, għandhom jaħtru r-rappreżentanti tagħhom fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi fejn li fihom huma membri, fuq bażi ad hoc jew permanenti. u jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tagħhom u b’kull tibdil sussegwenti L-Istati Membri jistgħu jtemmu dawn il-ħatriet meta dan ikun ġustifikat mir-rekwiżiti tal-ħatra. Madankollu, minħabba l-ammont ta' xogħol, il-kompożizzjoni tas-sottogruppi jew ir-rekwiżiti ta' għarfien speċifiku, jista' jkun hemm aktar minn assessur espert wieħed għal kull Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li, għall-fini tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kull Stat Membru jkollu vot wieħed biss. Il-ħatriet għandhom iqisu l-kompetenza meħtieġa sabiex jinkisbu l-objettivi tas-sottogrupp. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill l-Kummissjoni għandhom jiġu informati dwar il-ħatriet kollha u t-tmiem kollu possibbli tal-ħatriet . [Em. 69]

6.   Il-membri Biex tiġi żgurata ħidma ta' kwalità, il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u r-rappreżentanti maħturin tagħhom għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ indipendenza, imparzjalità u kunfidenzjalità għandhom jiġu minn aġenziji nazzjonali jew reġjonali ta' valutazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa jew minn korpi responsabbli għal tali materja .

Il-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, l-esperti u l-evalwaturi b'mod ġenerali, ma għandux ikollhom interessi finanzjarji fi kwalunkwe tip ta' industrija tal-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jew f'kumpanija tal-assigurazzjoni li jistgħu jaffettwaw l-imparzjalità tagħhom. Huma għandhom jimpenjaw ruħhom biex jaġixxu fl-interess pubbliku u b'mod indipendenti, u jagħmlu dikjarazzjoni tal-interessi kull sena. Dawn id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom jiġu rreġistrati fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 u għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.

F'kull laqgħa, il-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni għandhom jiddikjaraw kwalunkwe interess speċifiku li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom fir-rigward tal-punti fl-aġenda. Meta jinħoloq kunflitt ta' interess bħal dan, il-membru tal-Grupp ta' Koordinazzjoni kkonċernat għandu jirtira mil-laqgħa filwaqt li l-punti rilevanti tal-aġenda jkunu qegħdin jiġu indirizzati. Ir-regoli ta' proċedura għall-każijiet ta' kunflitt ta' interess għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-punt (a)(iiia) tal-Artikolu 22(1).

Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar il-proċess u sabiex tiġi promossa l-fiduċja fis-sistema, id-data klinika kollha li tkun qiegħda tiġi evalwata għandu jkollha l-ogħla livell ta' trasparenza u komunikazzjoni pubblika. Meta d-data tkun kunfidenzjali għal raġunijiet kummerċjali, din il-kunfidenzjalità trid tiġi definita u ġustifikata b'mod ċar u d-data kunfidenzjali trid tkun delimitata u protetta sew. [Em. 70]

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista aġġornata tal-membri nnominati tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu u esperti oħra, flimkien mal-kwalifiki u l-materji ta' għarfien tagħhom flimkien mad-dikjarazzjoni annwali tal-interessi tagħhom, fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi aġġornata kull sena mill-Kummissjoni u meta jitqies meħtieġ fid-dawl ta' ċirkostanzi ġodda. Dawn l-aġġornamenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 71]

8.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu:

(a)

jadotta regoli ta’ proċedura għat-tmexxija tal-laqgħat tiegħu u jaġġornahom fejn meħtieġ;

(b)

jikkoordina u japprova l-ħidma tas-sottogruppi tiegħu;

(c)

jiżgura l-kooperazzjoni jikkoopera mal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni biex jiffaċilita l-ġenerazzjoni ta’ evidenza addizzjonali meħtieġa għall-ħidma tiegħu; [Em. 72]

(d)

jiżgura l-involviment xieraq tal-partijiet konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati u l-esperti rilevanti fil-ħidma tiegħu . Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu dokumentati, inklużi d-dikjarazzjonijiet ta' interess disponibbli pubblikament mill-partijiet ikkonċernati kkonsultati u għandhom jiġu inkorporati fir-rapport ta' valutazzjoni konġunta finali ; [Em. 73]

(e)

jistabbilixxi sottogruppi għal dawn li ġejjin:

(i)

il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(ii)

il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iii)

l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti;

(iv)

il-kooperazzjoni volontarja;

(v)

it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma annwali u tar-rapporti annwali, u l-aġġornamenti tar-regoli komuni u tad-dokumenti ta’ ħidma.

9.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti għall-kategoriji li ġejjin tat-teknoloġija tas-saħħa: il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku, u teknoloġiji oħra tas-saħħa.

10.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jistabbilixxi sottogruppi separati għall-kategoriji li ġejjin tat-teknoloġija tas-saħħa: il-prodotti mediċinali, l-apparat mediku, u teknoloġiji oħra tas-saħħa.

10a.     Ir-regoli ta' proċedura tal-Grupp ta' Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu, l-aġendi għal-laqgħat tiegħu, id-deċiżjonijiet adottati kif ukoll id-dettalji tal-voti u l-ispjegazzjonijiet tal-vot, inklużi l-opinjonijiet tal-minoranzi ser ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 74]

Artikolu 4

Programm ta’ Ħidma Annwali u r-Rapport Annwali

1.   Is-sottogrupp innominat skont l-Artikolu 3(8)(e) għandu jħejji programm ta’ ħidma annwali għall-approvazzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena.

2.   Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jistabbilixxi l-ħidma konġunta li trid titwettaq fis-sena kalendarja wara l-approvazzjoni tiegħu, li jkopri:

(a)

l-għadd ippjanat ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti u t-tipi ta’ teknoloġiji tas-saħħa li jridu jiġu vvalutati;

(b)

l-għadd ippjanat ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(c)

il-kooperazzjoni volontarja.

Il-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ser jiġu stabbiliti skont l-importanza tal-impatti tagħhom fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa. [Em. 75]

3.   Fit-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali, is-sottogrupp innominat għandu:

(a)

iqis l-istudju annwali dwar it-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti msemmi fl-Artikolu 18;

(b)

jieħu kont tar-riżorsi disponibbli għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-ħidma konġunta;

(c)

jikkonsulta lill-Kummissjoni u n-netwerk tal-partijiet ikkonċernati, fil-qafas tal-laqgħat annwali stipulati fl-Artikolu 26, dwar l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali u jieħu kont tal-opinjoni tagħha tal-kummenti tagħhom . [Em. 76]

4.   Is-sottogrupp innominat għandu jħejji rapport annwali għall-approvazzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena.

5.   Ir-rapport annwali għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-ħidma konġunta mwettqa fis-sena kalendarja qabel l-approvazzjoni tiegħu.

5a.     Kemm ir-rapport annwali kif ukoll il-programm ta' ħidma annwali għandhom jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 77]

Kapitolu II

Il-Ħidma Konġunta fuq il-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa fil-Livell tal-Unjoni

TAQSIMA 1

IL-VALUTAZZJONIJIET KLINIĊI KONĠUNTI

Artikolu 5

Kamp ta’ Applikazzjoni tal-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jwettaq valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’:

(a)

il-prodotti mediċinali soġġetti għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, inkluż meta tkun saret emenda għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni fuq il-bażi ta’ bidla fl-indikazzjoni jew indikazzjonijiet terapewtiċi li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni oriġinali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti mediċinali awtorizzati skont l-Artikoli 10 u 10a tad-Direttiva 2001/83/KE;

(aa)

prodotti mediċinali oħra mhux soġġetti għall-proċedura ta' awtorizzazzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 726/2004, meta l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun għażel il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ċentralizzata, dment li tkun tinvolvi prodotti mediċinali li jinvolvu innovazzjoni teknika, xjentifika jew terapewtika sinifikanti, jew li l-awtorizzazzjoni tagħha hija fl-interess tas-saħħa pubblika; [Em. 78]

(b)

l-apparat mediku kklassifikat fil-Klassi IIb u III skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2017/745 li għalih il-bordijiet ta’ esperti rilevanti jkunu taw opinjoni xjentifika fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni tal-evalwazzjoni klinika skont l-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament u jitqies bħala innovazzjoni sinifikanti u b'impatt potenzjalment sinifikanti fuq is-sistemi tas-saħħa jew tal-kura tas-saħħa ; [Em. 79]

(c)

l-apparat mediku dijanjostiku in vitro kklassifikat fil-Klassi D skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) 2017/746 li għalih il-bordijiet ta’ esperti rilevanti jkunu taw il-fehmiet tagħhom fil-qafas tal-proċedura skont l-Artikolu 48(6) ta’ dak ir-Regolament u li jitqies bħala innovazzjoni sinifikanti u b'impatt potenzjalment sinifikanti fuq is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa . [Em. 80]

2.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jagħżel l-apparat mediku msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għall-valutazzjoni klinika konġunta fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-ħtieġa medika mhux issodisfata;

(b)

l-impatt potenzjali fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika, jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa;

(c)

id-dimensjoni transfruntiera sinifikanti;

(d)

il-valur miżjud ewlieni fl-Unjoni kollha;

(e)

ir-riżorsi disponibbli;

(ea)

ħtieġa li tiżdied l-evidenza klinika; [Em. 81]

(eb)

fuq talba tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. [Em. 82]

Artikolu 6

Tħejjija tar-Rapporti dwar il-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jagħti bidu għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tat-teknoloġiji tas-saħħa fuq il-bażi tal-programm ta’ ħidma annwali tiegħu billi jinnomina sottogrupp biex jissorvelja t-tħejjija tar-rapport dwr il-valutazzjoni klinika konġunta f’isem il-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

Ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta għandu jkun akkumpanjat minn rapport ta’ sinteżi li jkun jinkludi, tal-inqas, id-data klinika mqabbla mal-punti tat-tmiem, il-komparaturi, il-metodoloġija, l-evidenza klinika użata l-konklużjonijiet dwar l-effikaċja, is-sigurtà u l-effikaċja relattiva u l-limitazzjonijiet tal-valutazzjoni, perspettivi diverġenti, sommarju tal-konsultazzjonijiet imwettqa u l-kummenti li saru. Dawn għandhom jitħejjew skont ir-rekwiżiti f’dan l-Artikolu u r-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikoli 11, 22 u 23 stabbiliti mill-Grupp ta' Koordinazzjoni u jsiru pubbliċi , irrispettivament mill-konklużjonijiet tar-rapport .

Għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 5(1)(a), ir-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta għandu jiġi adottat mill-Grupp ta' Koordinazzjoni fi żmien 80-100 jum sabiex jiżgura l-konformità mal-iskedi taż-żmien għall-ipprezzar u r-rimborż stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE  (15) . [Em. 83]

2.   Is-sottogrupp innominat għandu jitlob lill-iżviluppaturi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa rilevanti jressqu d-dokumentazzjoni jressaq id-dokumentazzjoni disponibbli u aġġornata kollha li jkun fiha l-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza neċessarji l-istudji, inklużi kemm ir-riżultati negattivi kif ukoll dawk pożittivi, li tkun neċessarja għall-valutazzjoni klinika konġunta. Din id-dokumentazzjoni tinkludi d-data disponibbli mit-testijiet kollha li twettqu, kif ukoll mill-istudji kollha li fihom intużat it-teknoloġija, li t-tnejn huma ta' importanza kbira biex jiġi żgurat livell għoli ta' kwalità tal-valutazzjonijiet.

Għall-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 5(1)(a), id-dokumentazzjoni għandha tal-anqas tinkludi:

(a)

il-fajl imressaq;

(b)

indikazzjoni tal-istat tal-awtorizzazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni;

(c)

jekk disponibbli, ir-Rapport Pubbliku Ewropew ta' Valutazzjoni (EPAR), inkluż is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott (SPC); l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tipprovdi lill-Grupp ta' Koordinazzjoni r-rapporti ta' valutazzjoni xjentifika rilevanti li ġew adottati;

(d)

fejn applikabbli, ir-riżultati ta' studji addizzjonali mitluba mill-Grupp ta' Koordinazzjoni u disponibbli għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa;

(e)

fejn applikabbli u jekk disponibbli għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, ir-rapporti tal-HTA diġà disponibbli dwar it-teknoloġija tas-saħħa kkonċernata;

(f)

informazzjoni dwar studji u reġistri ta' studju disponibbli għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.

L-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għandhom ikunu obbligati jressqu d-data kollha mitluba.

L-assessuri jistgħu jaċċessaw ukoll bażijiet ta' data pubbliċi u sorsi ta' informazzjoni klinika, bħar-reġistri tal-pazjenti, il-bażijiet ta' data jew in-Netwerks Ewropej ta' Referenza, fejn jitqies li dan l-aċċess huwa meħtieġ biex tiġi kkomplementata l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur u biex issir valutazzjoni klinika aktar preċiża tat-teknoloġija tas-saħħa. Ir-riproduċibbiltà tal-valutazzjoni timplika li din l-informazzjoni ssir pubblika.

Ir-relazzjoni bejn l-evalwaturi u l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għandha tkun indipendenti u imparzjali. L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jistgħu jiġu kkonsultati iżda ma għandhomx jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess tal-evalwazzjoni. [Em. 84]

2a.     Il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' b'mod ġustifikat iqis, fil-każ ta' mediċina orfni, li ma teżistix raġuni sostantiva jew evidenza addizzjonali li jappoġġjaw analiżi klinika ulterjuri lil hinn mill-valutazzjoni sinifikanti tal-benefiċċji li tkun diġà saret mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. [Em. 85]

3.   Is-sottogrupp innominat għandu jaħtar, minn fost il-membri tiegħu, assessur u koassessur biex imexxu l-valutazzjoni klinika konġunta. L-assessur u l-koassessur għandhom ikunu differenti minn dawk maħtura qabel fl-ambitu tal-Artikolu 13(3) għajr f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali u ġustifikati fejn l-għarfien espert speċifiku meħtieġ ma jkunx disponibbli, u soġġetti għall-approvazzjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni. Il-ħatriet għandhom iqisu l-kompetenza xjentifika meħtieġa għall-valutazzjoni. [Em. 86]

4.   L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi.

5.   Il-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta għandhom ikunu limitati għal dan li ġej jinkludu : [Em. 87]

(a)

analiżi tal-effetti tal-effikaċja u s-sikurezza relattivi tat-teknoloġija tas-saħħa li tkun qiegħda tiġi vvalutata fuq ir-riżultati tas-saħħa f'termini tal-punti tat-tmiem kliniċi rilevanti għall-pazjent għall-entità klinika u l-grupp ta' pazjenti magħżula għall-valutazzjoni , inklużi l-mortalità, il-morbożità u l-kwalità tal-ħajja, u mqabbla ma' trattament komparatur wieħed jew aktar stabbilit mill-Grupp ta' Koordinazzjoni ; [Em. 88]

(b)

il-livell ta’ ċertezza dwar l-effetti relattivi fuq il-bażi tal-evidenza tal-aħjar evidenza klinika disponibbli u mqabbla mal-aħjar terapiji standard. Il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-punti kliniċi tat-tmiem stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-istat tas-saħħa, it-tnaqqis tat-tul tal-marda, iż-żieda fis-sopravivenza, it-tnaqqis tal-effetti sekondarji u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja. Għandha ssir ukoll referenza għad-differenzi speċifiċi għas-subgruppi . [Em. 89]

Il-konklużjonijiet m'għandhomx jinkludu stima.

L-assessur u l-koassessur għandhom jiżguraw li l-għażla ta' gruppi ta' pazjenti rilevanti tkun rappreżentattiva tal-Istati Membri li jieħdu sehem biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet xierqa dwar il-finanzjament ta' dawn it-teknoloġiji mill-baġits nazzjonali tas-saħħa. [Em. 90]

6.   Meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, l-assessur iqis li hija meħtieġa evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni sabiex jitlesta r-rapport, jista’ jitlob lis-sottogrupp innominat jissospendi l-perjodu ta’ żmien stabbilit għat-tħejjija tar-rapport u jitlob evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Wara li jkun ikkonsulta mal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar iż-żmien meħtieġ biex titħejja l-evidenza addizzjonali meħtieġa, it-talba mill-assessur għandha tispeċifika l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li fihom it-tħejjija għandha tiġi sospiża. Meta waqt il-proċess issir disponibbli data klinika ġdida, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernat għandu wkoll jikkomunika din l-informazzjoni l-ġdida b'mod proattiv lill-assessur. [Em. 205]

7.   Il-membri tas-sottogrupp innominat jew il-Grupp ta' Koordinazzjoni, f'perjodu ta' żmien minimu ta' 30 jum ta' xogħol, għandhom jipprovdu l-kummenti tagħhom matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tipprovdi kummenti. [Em. 92]

8.   L-assessur għandu jipprovdi l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni u jistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih l-iżviluppatur jista’ jressaq il-kummenti għall-kummenti tiegħu. [Em. 93]

9.   Is-sottogrupp innominat għandu jiżgura li l-partijiet ikkonċernati, inklużi l-pazjenti u l-esperti Pazjenti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, professjonisti tas-saħħa, NGOs, assoċjazzjonijiet oħrajn ta' żviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa u esperti kliniċi, jingħataw l-opportunità li jipprovdu jistgħu jressqu kummenti matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi u jistabbilixxi perjodu f'perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom stabbilit mis-sottogrupp innominat .

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-partijiet ikkonċernati kkonsultati kollha fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 94]

10.   Wara li jaslu u li jitqiesu l-kummenti provduti skont il-paragrafi 7, 8 u 9, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jiffinalizza l-abbozz tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi, u jagħti dawk ir-rapporti lis-sottogrupp innominat u lill-Kummissjoni biex ikunu jistgħu jagħtu l-kummenti tagħhom. lill-Grupp ta' Koordinazzjoni għall-kummenti tiegħu . Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-kummenti kollha, li għandhom jitwieġbu kif dovut, fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 95]

11.   L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jqis il-kummenti tas-sottogrupp innominat u tal-Kummissjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni u jressaq abbozz finali tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni finali . [Em. 96]

12.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova r-rapport finali dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi, kull fejn possibbli permezz ta’ kunsens jew, fejn meħtieġ, permezz tal-maġġoranza sempliċi kwalifikata tal-Istati Membri.

Il-pożizzjonijiet diverġenti u r-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati dawn il-pożizzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport finali.

Ir-rapport finali għandu jinkludi analiżi tas-sensittività jekk ikun hemm wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

(a)

opinjonijiet differenti dwar l-istudji li jkunu se jiġu esklużi minħabba preġudizzju sever;

(b)

pożizzjonijiet diverġenti jekk l-istudji għandhom jiġu esklużi għaliex ma jirriflettux l-iżvilupp teknoloġiku aġġornat; or

(c)

kontroversji fir-rigward tad-definizzjoni tal-livelli limiti minimi ta' irrilevanza rigward il-punti ta' tmiem rilevanti għall-pazjent.

L-għażla tal-komparatur wieħed jew aktar u l-punti ta' tmiem rilevanti għall-pazjent għandhom jiġu medikament iġġustifikati u ddokumentati fir-rapport finali.

Ir-rapport finali għandu jinkludi wkoll ir-riżultati tal-konsultazzjoni xjentifika konġunta mwettqa skont l-Artikolu 13. Ir-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu ppubblikati ladarba l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jkunu kkompletati. [Em. 206]

13.   L-assessur għandu jiżgura li titneħħa kull informazzjoni ta’ natura kummerċjalment sensittiva mir-rapport r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati jkunu jinkludu l-informazzjoni klinika soġġetta għall-valutazzjoni, il-metodoloġija u l-istudji użati . L-assessur irid jikkonsulta mal-iżviluppatur dwar ir-rapport qabel il-pubblikazzjoni tiegħu. L-iżviluppatur għandu jkollu perjodu ta' 10 ijiem ta' xogħol biex jgħarraf lill-assessur dwar kwalunkwe informazzjoni li hu jikkunsidra bħala kunfidenzjali u jiġġustifika n-natura kummerċjalment sensittiva tagħha. Bħala l-aħħar rimedju, l-assessur u l-koassessur għandhom jiddeċiedu jekk it-talba tal-iżviluppatur għall-kunfidenzjalità tkunx ġustifikata . [Em. 98]

14.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jipprovdi r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni u lill-Kummissjoni , li se jinkludu ż-żewġ rapporti fuq il-pjattaforma tal-IT . [Em. 99]

14a.     Wara li jirċievi r-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta approvata u r-rapport ta' sinteżi, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed jissottometti jista' jgħarraf l-oġġezzjonijiet tiegħu bil-miktub lill-Grupp ta' Koordinazzjoni u l-Kummissjoni fi żmien sebat ijiem ta' xogħol. F'dan il-każ, l-iżviluppatur għandu jipprovdi raġunijiet dettaljati għall-oġġezzjonijiet tiegħu. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jevalwa l-oġġezzjonijiet fi żmien sebat ijiem ta' xogħol u għandu jirrevedi r-rapport, kif meħtieġ.

Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu japprova u jissottometti r-rapport finali ta' valutazzjoni klinika konġunta, ir-rapport ta' sinteżi u dokument ta' spjegazzjoni li jispjega kif l-oġġezzjonijiet tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li ssottomettihom u tal-Kummissjoni kienu ġew indirizzati. [Em. 100]

14b.     Ir-rapport ta' valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta' sinteżi jridu jitlestew fi żmien mhux iqsar minn 80 jum u mhux aktar minn 100 jum, ħlief f'każijiet iġġustifikati fejn, minħabba l-importanza tal-ħtieġa klinika, ikun hemm bżonn li l-proċess jitqassar jew jittardja, rispettivament. [Em. 101]

14c.     F'każ li l-iżviluppatur tat-teknoloġiji li qed jissottometti jirtira, fuq bażi motivata, l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew jekk l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ttemm tali valutazzjoni, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jiġi infurmat sabiex itemm il-proċedura ta' valutazzjoni klinika konġunta. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-raġunijiet għall-irtirar tal-applikazzjoni jew it-tmiem tal-valutazzjoni fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 102]

Artikolu 7

Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati

1.   Meta l-Kummissjoni tqis li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-isem tat-teknoloġija tas-saħħa li kienet is-suġġett ta’ rapport u r-rapport tar-rapport u tar-rapport ta’ sinteżi approvati approvat, irrispettivament jekk ġiex approvat jew le , f’lista ta’ teknoloġiji li tkun saritilhom valutazzjoni klinika konġunta (il-“Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati” jew il-“Lista”) mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tar-rapport u tar-rapport ta’ sinteżi approvati mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni. [Em. 103]

2.   Meta, fi żmien 30 jum mill-wasla tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapport ta’ sinteżi approvati, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapport ta’ sinteżi approvati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali legali proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha u titolbu biex jirrieżamina r-rapport u r-rapport ta’ sinteżi titlob rieżami tal-valutazzjoni, u tagħti r-raġunijiet . [Em. 104]

3.   Is-sottogrupp innominat għandu jqis il-konklużjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 u jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa sabiex iressaq il-kummenti tiegħu sa data ta’ skadenza speċifikata. Is-sottogrupp innominat għandu jirrieżamina r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi filwaqt li jqis il-kummenti pprovduti mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jimmodifika r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi kif xieraq u jressaqhom lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Għandhom japplikaw il-paragrafi 12 u 14 tal-Artikolu 6 mill-Kummissjoni, minn perspettiva proċedurali, qabel ma joħroġ opinjoni finali . [Em. 105]

4.   Wara li jitressqu r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati u mmodifikati, u meta l-Kummissjoni tqis li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati u mmodifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tinkludi l-isem tat-teknoloġija tas-saħħa li kienet is-suġġett tar-rapport u r-rapport ta’ sinteżi fil-Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati. [Em. 106]

5.   Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati u mmodifikati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti f’dan ir-Regolament, hija għandha tirrifjuta li tinkludi l-isem tat-teknoloġija it-teknoloġija tas-saħħa soġġetta għall-valutazzjoni għandha tiġi inkluża fil-Lista , flimkien mar-rapport ta' sinteżi tal-valutazzjoni u l-kummenti tal-Kummissjoni, li kollha għandhom jiġu ppubblikati fuq il-Pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 . Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni b’dan, u tagħti r-raġunijiet tagħha għan-nuqqas ta’ inklużjoni għar-rapport negattiv . L-obbligi stipulati fl-Artikolu 8 ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernata. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni kif xieraq u jinkludi informazzjoni fil-qosor dwar dawk ir-rapporti fir-rapport annwali tiegħu. [Em. 107]

6.   Għal dawk it-teknoloġiji tas-saħħa inklużi fil-Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati, il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapport , fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27, ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapport ta’ sinteżi approvati fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 , kif ukoll il-kummenti tal-partijiet ikkonċernati u r-rapporti intermedjarji, u tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni mill-inqas 10 ijiem ta’ xogħol wara l-inklużjoni tagħhom fil-Lista. [Em. 108]

Artikolu 8

Użu tar-Rapporti dwar il-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti fil-Livell tal-Istati Membri

1.    Għat-teknoloġiji tas-saħħa inklużi fil-Lista ta' Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati jew li għalihom tkun inbdiet valutazzjoni klinika konġunta, l -Istati Membri: [Em. 109]

(a)

ma għandhomx iwettqu valutazzjoni klinika jew proċess ta’ valutazzjoni simili għal teknoloġija tas-saħħa inkluża fil-Lista tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Vvalutati jew li għaliha tkun inbdiet valutazzjoni klinika konġunta għandhom jużaw ir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniki konġunti fil-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa tagħhom fil-livell tal-Istati Membri ; [Em. 110]

(b)

għandhom japplikaw ir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, fil-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa tagħhom ma għandhomx jirrepetu l-valutazzjoni klinika konġunta fil-livell tal-Istati Membri. [Em. 111]

1a.     Ir-rekwiżit stipulat fil-punt (b) tal-paragrafu 1 m'għandux iwaqqaf lill-Istati Membri jew lir-reġjuni milli jħejju valutazzjonijiet dwar il-valur kliniku miżjud tat-teknoloġiji kkonċernati bħala parti mill-proċessi ta' stima nazzjonali jew reġjonali li jistgħu jikkunsidraw data u testijiet kliniċi u mhux kliniċi addizzjonali li jkunu speċifiċi għall-Istat Membru affettwat u li ma kinux inklużi fil-valutazzjoni klinika konġunta u li huma meħtieġa biex jikkompletaw il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa jew il-proċess ġenerali ta' pprezzar u ta' rimborż.

Tali valutazzjonijiet komplementari jistgħu jqabblu t-teknoloġija kkonċernata ma' komparatur li jirrappreżenta l-aħjar standard ta' kura disponibbli u bbażat fuq l-evidenza fl-Istat Membru kkonċernat u li, minkejja t-talba ta' dak l-Istat Membru matul il-fażi ta' definizzjoni tal-ambitu, ma kienx inkluż fil-valutazzjoni klinika konġunta. Huma jistgħu wkoll jivvalutaw it-teknoloġija f'kuntest ta' kura speċifiku għall-Istat Membru kkonċernat, abbażi tal-prattika klinika tiegħu, jew mill-istabbiliment magħżul għar-rimborż.

Kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun ġustifikata, meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq dan l-għan, ma għandhiex tidduplika x-xogħol imwettaq fil-livell tal-Unjoni u ma ddewwimx bla bżonn l-aċċess tal-pazjent għal dawk it-teknoloġiji.

Kwalunkwe miżura bħal din għandha tkun ġustifikata, meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq dan l-għan, ma għandhiex tidduplika x-xogħol imwettaq fil-livell tal-Unjoni u ma ddewwimx bla bżonn l-aċċess tal-pazjent għal dawk it-teknoloġiji. [Em. 112]

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-riżultati ta’ valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa dwar teknoloġija tas-saħħa li kienet soġġetta għal valutazzjoni klinika konġunta fi żmien 30 jum mit-tlestija tagħha. Dik in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn iressqu informazzjoni dwar kif ġew applikati l-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta fil-valutazzjoni globali tat-teknoloġija tas-saħħa. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju ta’ din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 , dwar kif ir-rapport konġunt tal-valutazzjoni klinika tqies fil-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa fil-livell tal-Istati Membri, kif ukoll data klinika u evidenza oħra li tqiesu sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiffaċilita l-iskambju ta' din l-informazzjoni bejn l-Istati Membri . [Em. 113]

Artikolu 9

Aġġornamenti tal-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jwettaq aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti meta:

(a)

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti l-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tiddependi fuq l-issodisfar tar-rekwiżiti addizzjonali ta’ wara l-awtorizzazzjoni;

(b)

ir-rapport inizjali dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa għal aġġornament ladarba l-evidenza evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri tkun disponibbli , sal-iskadenza stipulata f'dak ir-rapport; [Em. 114]

(ba)

fuq talba ta' Stat Membru jew żviluppatur ta'teknoloġija tas-saħħa li jikkunsidra li hemm evidenza klinika ġdida; [Em. 115]

(bb)

ħames snin wara l-valutazzjoni, tkun teżisti evidenza klinika ġdida sinifikanti, jew aktar qabel meta toħroġ evidenza jew data klinika ġdida. [Em. 116]

1a.     Għall-każijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (ba) u (bb) tal-ewwel subparagrafu, l-iżviluppatur tat-teknoloġija għandu jressaq l-informazzjoni addizzjonali. Jekk dan ma kienx il-każ, il-valutazzjoni konġunta preċedenti ma tibqax taqa' taħt il-finijiet tal-Artikolu 8.

Il-bażi tad-dejta EVIDENT għandha tkompli tiġbor l-evidenza klinika li toħroġ mill-użu tat-teknoloġija tas-saħħa fil-ħajja reali, kif ukoll il-monitoraġġ tal-eżiti tas-saħħa. [Em. 117]

2.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jwettaq aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti meta ssir talba għal dan minn membru jew bosta membri tiegħu.

L-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jintalbu meta tiġi ppubblikata jew issir disponibbli informazzjoni ġdida li ma kinitx disponibbli fil-mument tar-rapport konġunt inizjali. Meta jintalab aġġornament tar-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, il-membru li jkun ipproponih jista' jaġġorna r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta u jipproponih għall-adozzjoni minn Stati Membri oħra permezz tar-rikonoxximent reċiproku. Meta jkun qed jaġġorna r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta, l-Istat Membru għandu japplika l-metodi u l-istandards kif stabbilit mill-Grupp ta' Koordinazzjoni.

Meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jaqblu dwar aġġornament, il-każ jiġi riferut lill-Grupp ta' Koordinazzjoni. Il-grupp ta' Koordinazzjoni għandu jiddeċiedi jekk għandux iwettaq aġġornament abbażi tal-informazzjoni l-ġdida.

Meta aġġornament jiġi approvat permezz tar-rikonoxximent reċiproku jew wara d-deċiżjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jiġu kkunsidrat bħala aġġornat. [Em. 118]

3.   L-aġġornamenti għandhom jitwettqu skont ir-regoli ta’ proċedura stabbiliti skont l-Artikolu 11(1)(d).

Artikolu 10

Arranġamenti ta’ Tranżizzjoni għall-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1):

(a)

Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu:

(i)

jibbaża l-għadd annwali ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti ppjanati fuq l-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw u r-riżorsi disponibbli għalih;

(ii)

jagħżel il-prodotti mediċinali msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti bbażati fuq il-kriterji tal-għażla msemmija fl-Artikolu 5(2).

(b)

Il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni mill-Istati Membri li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ma għandhomx:

(i)

jinħatru bħala assessuri jew koassessuri;

(ii)

jikkumentaw dwar l-abbozzi tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta’ sinteżi;

(iii)

jieħdu sehem fil-proċess ta’ approvazzjoni tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapport ta’ sinteżi finali;

(iv)

jieħdu sehem fil-proċess ta’ tħejjija u ta’ approvazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-ħidma annwali dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(v)

ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 8 fir-rigward tat-teknoloġiji tas-saħħa li tkun saritilhom valutazzjoni klinika konġunta.

Artikolu 11

Adozzjoni ta’ Regoli ta’ Proċedura Dettaljati għall-Valutazzjonijiet Kliniċi Konġunti

1.   Il-Kummissjoni għandha , bi qbil ma' dan ir-Regolament, tiżviluppa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għal: [Em. 119]

(a)

it-tressiq ta’ informazzjoni, dejta u evidenza mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa; [Em. 120]

(b)

il-ħatra ta’ assessuri u koassessuri;

(c)

id-determinazzjoni tal-passi dettaljati ta’ proċedura u l-perjodu ta’ żmien tagħhom, u t-tul ta’ żmien globali tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti; [Em. 121]

(d)

l-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(e)

il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-prodotti mediċinali;

(f)

il-kooperazzjoni mal-korpi nnotifikati u l-bordijiet tal-esperti dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-apparat mediku; [Em. 122]

2.   Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

TAQSIMA 2

IL-KONSULTAZZJONIJIET XJENTIFIĊI KONĠUNTI

Artikolu 12

Rikjesti għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

1.   L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa jistgħu jitolbu konsultazzjoni xjentifika konġunta mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni biex jiksbu parir xjentifiku dwar id-dejta u l-evidenza li x’aktarx tkun rikjesta bħala parti minn valutazzjoni klinika konġunta l-aspetti kliniċi għall-aħjar disinn ta' studji xjentifiċi u ta' riċerka biex tinkiseb l-aħjar evidenza xjentifika, tittejjeb il-prevedibbiltà, il-prijoritajiet ta' riċerka jingħaqdu flimkien u tiżdied il-kwalità u l-effikaċja tagħhom, sabiex tinkiseb l-aħjar evidenza . [Em. 123]

L-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa tal-prodotti mediċinali jistgħu jitolbu li l-konsultazzjoni xjentifika konġunta titwettaq b’mod parallel mal-proċess tal-għoti ta’ parir xjentifiku mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini skont l-Artikolu 57(1)(n) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. F’dan il-każ, dawn għandhom jagħmlu din it-talba meta jressqu applikazzjoni għal parir xjentifiku lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

2.   Meta jqis it-talba għall-konsultazzjoni xjentifika konġunta, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jqis il-kriterji li ġejjin:

(a)

il-possibbiltà li t-teknoloġija tas-saħħa li qiegħda tiġi żviluppata se tkun is-suġġett ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 5(1);

(b)

il-ħtieġa medika mhux issodisfata;

(c)

l-impatt potenzjali fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika, jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa;

(d)

id-dimensjoni transfruntiera sinifikanti;

(e)

il-valur miżjud ewlieni fl-Unjoni kollha;

(f)

ir-riżorsi disponibbli;

(fa)

il-prijoritajiet kliniċi tar-riċerka tal-Unjoni. [Em. 124]

3.   Fi żmien 15-il jum wara l-wasla tat-talba, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li jkun qiegħed jagħmel it-talba jekk huwiex se jwettaq il-konsultazzjoni xjentifika konġunta. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jirrifjuta t-talba, huwa għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa b’dan u jispjega r-raġunijiet tiegħu filwaqt li jqis il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2.

Il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti la għandhom jippreġudikaw l-oġġettività u l-indipendenza tal-valutazzjonijiet teknoloġiċi konġunti, u lanqas ir-riżultati jew il-konklużjonijiet tagħhom. L-assessur u l-koassessur maħtura biex iwettquhom skont l-Artikolu 13(3) ma jistgħux ikunu l-istess bħall-assessur u l-koassessur maħtura skont l-Artikolu 6(3) għall-valutazzjoni teknoloġika konġunta.

L-għan u sommarju tal-kontenut tal-konsultazzjonijiet se jiġu ppubblikati fuq il-Pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 125]

Artikolu 13

Tħejjija tar-Rapporti dwar il-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti Proċedura ta' konsultazzjoni xjentifika konġunta [Em. 126]

1.   Wara li jaċċetta talba għal konsultazzjoni xjentifika konġunta skont l-Artikolu 12 u fuq il-bażi tal-programm ta’ ħidma annwali tiegħu, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinnomina sottogrupp biex jissorvelja t-tħejjija tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta f’isem il-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

Ir-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta għandu jitħejja skont ir-rekwiżiti f’dan l-Artikolu u skont ir-regoli ta’ proċedura il-proċedura u d-dokumentazzjoni ppubblikata stabbiliti skont l-Artikoli 16 u 17. [Em. 127]

2.   Is-sottogrupp innominat għandu jitlob lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jressaq id-dokumentazzjoni disponibbli u aġġornata li jkun fiha l-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza l-istadji kollha tal-ipproċessar tal-informazzjoni, id-data u l-istudji neċessarji għall-konsultazzjoni xjentifika konġunta , bħad-data disponibbli mit-testijiet kollha mwettqa u mill-istudji kollha li fihom intużat it-teknoloġija . Jista' jiġi żviluppat perkors magħmul apposta għall-valutazzjoni klinika għall-prodotti mediċinali orfni minħabba n-numru limitat ta' pazjenti rreġistrati fi provi kliniċi u/jew in-nuqqas ta' komparatur. Dik l-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli pubblikament, mat-tlestija tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti.

Is-sottogrupp innominat u l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernat għandu jkollhom laqgħa konġunta bbażata fuq id-dokumentazzjoni deskritta fl-ewwel subparagrafu. [Em. 128]

3.   Is-sottogrupp innominat għandu jaħtar, minn fost il-membri tiegħu, assessur u koassessur biex imexxu l-konsultazzjoni xjentifika konġunta , li għandhom ikunu differenti mill-assessuri u l-koassessuri sussegwentement maħtura skont l-Artikolu 6(3) . Il-ħatriet għandhom iqisu l-kompetenza xjentifika meħtieġa għall-valutazzjoni. [Em. 129]

4.   L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta.

5.   Meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta, l-assessur iqis li hija meħtieġa evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa sabiex jitlesta r-rapport, jista’ jitlob lis-sottogrupp innominat jissospendi il-perjodu ta’ żmien stabbilit għat-tħejjija tar-rapport u jitlob l-evidenza addizzjonali mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Wara li jkun ikkonsulta mal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar iż-żmien meħtieġ biex titħejja l-evidenza addizzjonali meħtieġa, it-talba mill-assessur għandha tispeċifika l-għadd ta’ jiem ta’ xogħol li fihom it-tħejjija għandha tiġi sospiża.

6.   Il-membri tas-sottogrupp innominat għandhom jipprovdu l-kummenti tagħhom matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta.

7.   L-assessur għandu jipprovdi l-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta u jipprovdih lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li qed iressaq id-dokumentazzjoni u għall-kummenti tiegħu, filwaqt li jistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih l-iżviluppatur jista’ jressaq il-kummenti tiegħu għat-tressiq ta' dawk il-kummenti . [Em. 130]

8.   Is-sottogrupp innominat għandu jiżgura li l-partijiet ikkonċernati, inklużi l-pazjenti L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, il-professjonisti tas-saħħa u l-esperti kliniċi, jingħataw l-opportunità li jipprovdu jistgħu jissottomettu kummenti matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta u jistabbilixxi perjodu ta’ żmien li fih jistgħu jressqu l-kummenti tagħhom. [Em. 131]

9.   Wara li jaslu u li jitqiesu l-informazzjoni u l-kummenti provduti skont il-paragrafi 6, 7 u 8, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jiffinalizza l-abbozz tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta u jagħti l-abbozz tar-rapporti lis-sottogrupp innominat biex ikun jista’ jagħti l-kummenti tiegħu. Il-kummenti kollha, li għandhom jiġu ppubblikati u mwieġba meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu ppubblikat fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27, wara l-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni klinika konġunta. Il-kummenti ppubblikati għandhom jinkludu l-kummenti tal-partijiet ikkonċernati u kwalunkwe differenza ta' opinjoni espressa mill-membri tas-sottogrupp matul il-proċedura. [Em. 132]

10.   Meta l-konsultazzjoni xjentifika konġunta titwettaq b’mod parallel mal-parir xjentifiku mogħti mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-assessur għandu jipprova jikkoordina mal-Aġenzija fir-rigward tal-konsistenza tal-konklużjonijiet tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta ma’ dawk tal-parir xjentifiku l-kalendarju . [Em. 133]

11.   L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jqis il-kummenti tal-membri tas-sottogrupp innominat u jressaq l-abbozz finali tar-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni.

12.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova r-rapport finali dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta, fejn possibbli permezz ta’ kunsens jew, fejn meħtieġ, permezz tal-maġġoranza sempliċi kwalifikata tal-Istati Membri, mhux aktar tard minn 100 jum wara li tibda t-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 4. [Em. 207]

Artikolu 14

Rapporti dwar il-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

1.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jikkomunika r-rapport dwar il-konsultazzjoni xjentifika konġunta approvat lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa li jkun qed jagħmel it-talba mill-inqas 10 ijiem ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tiegħu.

2.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jinkludi informazzjoni fil-qosor anonimizzata dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti fir-rapport annwali tiegħu u fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi s-suġġett tal-konsultazzjonijiet u l-kummenti.

Ir-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi għandhom jiġu ppubblikati ladarba l-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jkunu kkompletati. [Em. 135]

3.   L-Istati Membri ma għandhomx iwettqu konsultazzjoni xjentifika jew konsultazzjoni ekwivalenti dwar teknoloġija tas-saħħa tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 5 li għaliha tkun inbdiet konsultazzjoni xjentifika konġunta u meta l-kontenut tat-talba jkun l-istess bħal dak kopert mill-konsultazzjoni xjentifika konġunta , sakemm ma kinux tqiesu data u evidenza klinika addizzjonali u tali data u evidenza jkunu meqjusa meħtieġa. Dawn il-konsultazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni għall-pubblikazzjoni fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 . [Em. 136]

Artikolu 15

Arranġamenti ta’ Tranżizzjoni għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1):

(a)

il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jibbaża l-għadd annwali ta’ konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti ppjanati fuq l-għadd ta’ Stati Membri li jkunu qegħdin jipparteċipaw u r-riżorsi disponibbli għalih;

(b)

il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni mill-Istati Membri li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fil-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti ma għandhomx:

(i)

jinħatru bħala assessuri jew koassessuri;

(ii)

jikkummentaw dwar l-abbozz tar-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iii)

jieħdu sehem fil-proċess ta’ approvazzjoni tar-rapporti finali dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iv)

jieħdu sehem fil-proċess ta’ tħejjija u ta’ approvazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-ħidma annwali dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti.

Artikolu 16

Adozzjoni ta’ Regoli ta’ Proċedura Dettaljati għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli ta’ proċedura għal:

(a)

it-tressiq tat-talbiet mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-involviment tagħhom fit-tħejjija tar-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti; [Em. 137]

(b)

il-ħatra ta’ assessuri u koassessuri;

(c)

id-determinazzjoni tal-passi dettaljati ta’ proċedura u l-perjodu ta’ żmien tagħhom;

(d)

il-konsultazzjoni tal-pazjenti, tal-esperti it-tressiq tal-kummenti minn pazjenti, professjonisti fil-kura tas-saħħa, assoċjazzjonijiet tal-pazjenti, sħab soċjali, organizzazzjonijiet mhux governattivi, esperti kliniċi u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra; [Em. 138]

(e)

il-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti dwar il-prodotti mediċinali meta żviluppatur tat-tekonoloġiji tas-saħħa jitlob il-konsultazzjoni li trid titwettaq b’mod parallel ma’ proċess għall-pariri xjentifiku mill-Aġenzija;

(f)

il-kooperazzjoni mal-bordijiet tal-esperti msemmija fl-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti dwar l-apparat mediku.

2.   Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 17

Dokumentazzjoni u Regoli għall-Għażla tal-Partijiet Ikkonċernati għall-Konsultazzjonijiet Xjentifiċi Konġunti

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 31 l-Artikoli 30 u 32 dwar: [Em. 139]

(a)

il-kontenut il-proċedura ta’: [Em. 140]

(i)

it-talbiet mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(ii)

id-dossiers tal-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza li jridu jitressqu mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għall-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(iii)

ir-rapporti dwar il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti.

(iiia)

l-involviment tal-partijiet ikkonċernati għall-finijiet ta' din it-taqsima, inklużi r-regoli dwar il-kunflitt ta' interess. Id-dikjarazzjonijiet tal-interessi għandhom ikunu disponibbli pubblikament għall-partijiet ikkonċernati u l-esperti kollha kkonsultati. Il-partijiet ikkonċernati u l-esperti b'kunflitt ta' interess m'għandhomx jipparteċipaw fil-proċess. [Em. 141]

(b)

ir-regoli għad-determinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li jridu jiġu kkonsultati għall-finijiet ta’ din it-Taqsima. [Em. 142]

TAQSIMA 3

IT-TEKNOLOĠIJI TAS-SAĦĦA EMERĠENTI

Artikolu 18

Identifikazzjoni tat-Teknoloġiji tas-Saħħa Emerġenti

1.   Kull sena, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jħejji studju dwar it-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti li huma mistennija li jkollhom impatt kbir fuq il-pazjenti, is-saħħa pubblika jew is-sistemi tal-kura tas-saħħa.

2.   Fit-tħejjija ta’ dan l-istudju, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jikkonsulta:

(a)

lill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa;

(b)

lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti u tal-konsumaturi u lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa fil-laqgħa annwali tiegħu ; [Em. 143]

(c)

lill-esperti kliniċi;

(d)

lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini inkluż dwar in-notifika minn qabel tal-prodotti mediċinali qabel l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni;

(e)

lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-Apparat Mediku stabbilit fl-Artikolu 103 tar-Regolament (UE) 2017/745.

2a.     Meta jkun qed iħejji l-istudju, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jiżgura li informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tiġi mħarsa b'mod adegwat. Għal dak il-għan, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jagħti lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-rigward tal-kontenuti tal-istudju u għandu jqis dawk il-kummenti. [Em. 144]

3.   Il-konklużjonijiet tal-istudju għandhom jinġabru fil-qosor fir-rapport annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u għandhom jitqiesu fit-tħejjija tal-programmi tal-ħidma annwali tiegħu.

TAQSIMA 4

IL-KOOPERAZZJONI VOLONTARJA FIL-VALUTAZZJONI TAT-TEKNOLOĠIJA TAS-SAĦĦA

Artikolu 19

Kooperazzjoni Volontarja

1.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-kooperazzjoni kwalunkwe kooperazzjoni ulterjuri u l-iskambju tal-informazzjoni xjentifika bejn l-Istati Membri dwar il-kwistjonijiet li ġejjin : [Em. 145]

(a)

il-valutazzjonijiet mhux kliniċi dwar it-teknoloġiji tas-saħħa;

(b)

il-valutazzjonijiet kollaborattivi dwar l-apparat mediku;

(c)

il-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa ta’ teknoloġiji tas-saħħa għajr il-prodotti mediċinali jew l-apparat mediku;

(d)

il-provvista ta’ evidenza addizzjonali meħtieġa għall-appoġġ tal-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa.

(da)

il-valutazzjonijiet kliniċi tal-prodotti mediċinali u tal-apparat mediku mwettqa mill-Istati Membri; [Em. 146]

(db)

il-miżuri marbuta mal-użu b'kompassjoni fil-prattika klinika, sabiex tittejjeb il-bażi tal-evidenza u jinħoloq reġistru għal dan il-għan; [Em. 147]

(dc)

l-iżvilupp ta' linji gwida tal-aħjar prattiki mediċi bbażati fuq l-evidenza xjentifika; [Em. 148]

(dd)

l-iżvestiment f'teknoloġiji li ma għadhomx validi; [Em. 149]

(de)

l-issikkar tar-regoli dwar il-ġenerazzjoni ta' evidenza klinika u l-monitoraġġ tagħha. [Em. 150]

2.   Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu jintuża biex jiffaċilita l-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) , (c), (db) u (de) tal-paragrafu 1 tista’ titwettaq bl-użu tar-regoli ta’ proċedura stabbiliti skont l-Artikolu 11 u r-regoli komuni stabbiliti skont l-Artikoli 22 u 23. [Em. 151]

4.   Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi inkluża fil-programmi ta’ ħidma annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u r-riżultati tal-kooperazzjoni għandhom jiġu inklużi fir-rapporti annwali tiegħu u fil-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27.

Kapitolu III

Ir-Regoli għall-Valutazzjonijiet Kliniċi

Artikolu 20

Regoli Armonizzati għall-Valutazzjonijiet Kliniċi

1.    Ir-regoli u l-metodoloġija ta’ proċedura komuni stabbiliti skont l-Artikolu 22 u r-rekwiżiti stabbiliti skont l-Artikolu 23 għandhom japplikaw għal:

(a)

il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti mwettqa skont il-Kapitolu II;

(b)

il-valutazzjonijiet kliniċi tal-prodotti mediċinali u tal-apparat mediku mwettqa mill-Istati Membri. [Em. 152]

1a.     Meta jkun relevanti u xieraq, l-Istati Membri għandhom jitħeġġew japplikaw ir- regoli proċedurali u l-metodoloġija komuni msemmija f'dan ir-Regolament għall-valutazzjoni klinika ta' prodotti mediċinali u apparat mediku li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u mwettqa mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali. [Em. 153]

Artikolu 21

Rapporti dwar il-Valutazzjonijiet Kliniċi

1.   Meta valutazzjoni klinika titwettaq minn Stat Membru, dak l-Istati Membri għandu jipprovdi lill-Kummissjoni r-rapport dwar il-valutazzjoni klinika u r-rapport ta’ sinteżi l-aktar tard 30 jum ta’ xogħol wara t-tlestija tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti ta’ sinteżi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-pjattaforma tal-IT msemmija fl-Artikolu 27 u tqiegħed ir-rapport dwar il-valutazzjonijiet kliniċi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-pjattaforma tal-IT.

Artikolu 22

Regoli ta’ Proċedura u Metodoloġija Komuni

1.    B'kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-ħidma li diġà twettqet fl-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, u wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati relevanti kollha, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar: [Em. 154]

(a)

regoli ta’ proċedura għal:

(i)

l-iżgurar li l-awtoritajiet u l-korpi tat-teknoloġiji tas-saħħa l-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni jwettqu l-valutazzjonijiet kliniċi b’mod indipendenti u trasparenti, ħieles minn kunflitti ta’ interess f'konformità mal-Artikolu 3(6) u (7) ; [Em. 155]

(ii)

il-mekkaniżmi għall-interazzjoni bejn il-korpi tat-teknoloġiji tas-saħħa u l-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa matul il-valutazzjonijiet kliniċi , soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-artikoli preċedenti ; [Em. 156]

(iii)

il-konsultazzjoni tal-pazjenti, tal-esperti il-kummenti ta' pazjenti, professjonisti fi-kura tas-saħħa, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, esperti kliniċi u ta' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fil-valutazzjonijiet kliniċi u t-tweġibiet debitament ġustifikati, soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-artikoli preċedenti; [Em. 157]

(iiia)

indirizzar tal-kunflitti ta' interess potenzjali; [Em. 158]

(iiib)

l-iżgurar li l-valutazzjoni tal-apparati mediċi tkun tista' ssir fiż-żmien xieraq wara t-tnedija fis-suq, b'tali mod li jiġi permess l-użu tad-data dwar l-effettività klinika, inkluż d-data ta' sitwazzjoni reali. Iż-żmien xieraq għandu jkun identifikat b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. [Em. 159]

(b)

il-metodoloġiji li jintużaw biex jitfasslu l-kontenut u d-disinn tal-valutazzjonijiet kliniċi mekkaniżmu ta' penali fil-każ ta' ksur tar-rekwiżiti ta' informazzjoni disponibbli li jrid jipprovdi l-iżviluppatur tat-teknoloġija, sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-proċess . [Em. 160]

1a.     Fi żmien [sitt xhur] mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jfassal abbozz tar-regolament ta' implimentazzjoni li jikkonċerna l-metodoloġiji li għandhom jintużaw b'konsistenza biex jitwettqu l-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet kliniċi konġunti, u għandu jistabbilixxi l-kontenut ta' dawk il-valutazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet. Il-metodoloġiji għandhom jiġu żviluppati abbażi tal-mudelli għas-sottomissjoni tal-evidenza u l-linji gwida metodoloġiċi eżistenti tal-EUnetHTA. Fi kwalunkwe każ, il-metodoloġiji għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-metodoloġiji jkunu bbażati fuq standards ta' kwalità għoljin, abbażi tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, derivata, meta jkun fattibbli mil-lat prattiku u ġustifikabbli etikament, prinċipalment minn provi kliniċi randomizzati u double blind, metaanaliżijiet u rieżamijiet sistematiċi;

(b)

il-valutazzjonijiet tal-effettività relattiva tkun ibbażata fuq finalitajiet rilevanti għall-pazjenti, bi kriterji utli, rilevanti, tanġibbli u speċifiċi adattati għas-sitwazzjoni klinika kkonċernata;

(c)

il-metodoloġiji jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-proċeduri l-ġodda u ċerti tipi ta' prodotti mediċinali b'inqas evidenza klinika disponibbli fil-mument tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (bħal prodotti mediċinali orfni jew awtorizzazzjonijiet kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq). Madankollu, kwalunkwe nuqqas ta' evidenza bħal dan ma jimpedixxix il-ġenerazzjoni ta' evidenza addizzjonali li hija meħtieġa li tkun immonitorjata suċċessivament u li tista' tirrikjedi postvalutazzjoni u m'għandux jaffettwa s-sigurtà tal-pazjenti jew il-kwalità xjentifika;

(d)

il-komparaturi jkunu l-komparaturi ta' referenza għall-entità klinika kkonċernata, u jkunu l-aqwa komparatur ta' tip teknoloġiku jew proċedurali u/jew l-aktar wieħed użat komunement;

(e)

għall-prodotti mediċinali, l-iżviluppaturi tat-teknoloġija, għall-fini tal-valutazzjoni klinika tagħhom, ikunu jipprovdu lill-Grupp ta' Koordinazzjoni d-dossier sħiħ f'format eCTD sottomess lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal awtorizzazzjoni ċentralizzata. Dak id-dossier għandu jinkludi r-rapport dwar l-istudju kliniku;

(f)

l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġiji tas-saħħa tkun tirrigwarda d-data l-aktar aġġornata u pubblika. In-nuqqas ta' konformità ma' dak ir-rekwiżit jista' jiskatta mekkaniżmu ta' penali;

(g)

il-provi kliniċi jkunu l-istudji per eċċellenza fil-qasam bijomediku, u b'hekk l-użu ta' tip ieħor ta' studju, pereżempju, studji epidemjoloġiċi, jista' jitwettaq f'każijiet eċċezzjonali u għandu jkun kompletament ġustifikat;

(h)

il-metodi komuni, kif ukoll ir-rekwiżiti tad-data u l-miżuri tal-eżitu jkunu jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-apparati mediċi u l-apparati mediċi dinjajostiċi in vitro;

(i)

fir-rigward tal-vaċċini, il-metodoloġija tkun tqis l-effett tul il-ħajja ta' vaċċin permezz ta' medda ta' żmien xierqa tal-analiżijiet; effetti indiretti bħall-immunità kollettiva; u elementi indipendenti mill-vaċċin bħal, pereżempju, ir-rati ta' kopertura marbuta mal-programmi;

(j)

fejn prattikament fattibbli u etikament ġustifikabbli, l-iżviluppatur tat-teknoloġiji tas-saħħa jwettaq mill-inqas prova klinika randomizzata waħda, li tikkumpara t-teknoloġija tas-saħħa tiegħu f'termini ta' eżiti klinikament rilevanti ma' komparatur attiv li jkun meqjus fost l-aqwa interventi attwali ppruvati fiż-żmien meta titfassal il-prova (it-trattament standard), jew l-iktar intervent komuni meta ma jkun jeżisti l-ebda trattament standard. L-iżviluppatur tat-teknoloġija għandu jipprovdi d-data u r-riżultati tal-provi komparattivi mwettqa fid-dossier tad-dokumentazzjoni mressaq għall-valutazzjoni klinika konġunta.

Fil-każ ta' apparat mediku, il-metodoloġija għandha tiġi adattata għall-karatteristiċi u l-ispeċifiċitajiet tagħha, u għandha tieħu bħala bażi l-metodoloġija diġà żviluppata mill-EUnetHTA.

Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jippreżenta l-abbozz ta' regolament ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

Fi żmien [tliet xhur] minn meta tirċievi l-abbozz ta' miżura, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tapprovahx permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li ma tapprovax abbozz ta' miżura jew li tapprovah parzjalment jew meta tipproponi emendi, hija għandha tibgħat l-abbozz lura lill-Grupp ta' Koordinazzjoni, filwaqt li tispjega r-raġunijiet. Fi żmien [6 ġimgħat], il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' jemenda l-abbozz tal-miżura fuq il-bażi tal-indikazzjonijiet u l-emendi proposti tal-Kummissjoni, u jerġa' jippreżentah lill-Kummissjoni.

Jekk, mal-iskadenza tal-[perjodu ta' 6 ġimgħat], il-Grupp ta' Koordinazzjoni ma jkunx ippreżenta abbozz ta' miżura emendat, jew ikun ippreżenta abbozz ta' miżura li ma jkunx emendat b'mod konsistenti mal-emendi proposti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta r-regolament ta' implimentazzjoni bl-emendi li hi tikkunsidra li jkunu rilevanti, jew tirrifjutah.

F'każ li l-Grupp ta' Koordinazzjoni ma jippreżentax abbozz ta' miżura lill-Kummissjoni fil-limitu ta' żmien skont il-[paragrafu 1], il-Kummissjoni tista' tadotta r-regolament ta' implimentazzjoni mingħajr ma jkun ġie ppreżentat abbozz mill-Grupp ta' Koordinazzjoni. [Em. 208/rev]

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 23

Kontenut tat-Tressiq u Dokumenti tar-Rapporti u Regoli għall-Għażla tal-Partijiet Ikkonċernati

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 31 dwar Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jistabbilixxi, billi jsegwi l-istess proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) : [Em. 162]

(a)

il-kontenut il-format u l-mudelli ta’: [Em. 163]

(i)

id-dossiers tal-informazzjoni, id-dejta u l-evidenza li jridu jitressqu mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa għall-valutazzjonijiet kliniċi;

(ii)

ir-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi;

(iii)

is-sommarju tar-rapporti dwar il-valutazzjonijiet kliniċi;

(b)

ir-regoli għad-determinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati li jridu jiġu kkonsultati għall-finijiet tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II u ta’ dan il-Kapitolu , minkejja l-Artikolu 26 . [Em. 164]

Kapitolu IV

Il-Qafas ta’ Appoġġ

Artikolu 24

Finanzjament mill-Unjoni [Em. 165]

1.   Il-finanzjament tal-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u tas-sottogruppi tiegħu u l-attivitajiet għall-appoġġ ta’ dik il-ħidma li jinvolvu l-kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni, mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, u man-netwerk tal-partijiet ikkonċernati msemmi fl-Artikolu 26 għandu jiġi żgurat mill-Unjoni. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-attivitajiet skont dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16).

2.   Il-finanzjament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-finanzjament għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet u l-korpi tat-teknoloġiji tas-saħħa nnominati tal-Istati Membri b’appoġġ għall-ħidma fuq il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti. L-assessur u l-koassessuri għandhom ikunu intitolati għal indennizz speċjali li jikkumpensahom għall-ħidma tagħhom fuq il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti skont id-dispożizzjonijiet interni tal-Kummissjoni.

2a.     L-Unjoni għandha tiżgura l-finanzjament pubbliku stabbli u permanenti għall-ħidma konġunta dwar l-HTA li għandha titwettaq mingħajr il-finanzjament dirett jew indirett mill-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa. [Em. 166]

2b.     Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi sistema ta' imposti għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa li jitolbu konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti u valutazzjonijiet kliniċi konġunti, li hija għandha tuża biex tiffinanzja r-riċerka dwar il-prijoritajiet kliniċi jew il-ħtiġijiet mediċi mhux koperti. Tali sistema ta' imposti fl-ebda każ ma għandha tintuża biex tiffinanzja attivitajiet skont dan ir-Regolament. [Em. 167]

Artikolu 25

Appoġġ tal-Kummissjoni għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:

(a)

tospita l-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni fil-bini tagħha u tikkopresedihom , bid-dritt li titkellem iżda mingħajr id-dritt tal-vot ; [Em. 168]

(b)

tipprovdi s-segretarjat għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni u tipprovdi appoġġ amministrattiv, xjentifiku u tal-IT; [Em. 169]

(c)

tippubblika fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27 il-programmi ta’ ħidma annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, ir-rapporti annwali, il-minuti fil-qosor tal-laqgħat tiegħu, u r-rapporti u r-rapporti ta’ sinteżi tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti;

(d)

tivverifika li l-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni titwettaq b’mod indipendenti u trasparenti , skont ir-regoli ta' proċedura stabbiliti ; [Em. 170]

(e)

tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar il-ħidma konġunta dwar il-prodotti mediċinali inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali;

(f)

tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-korpi rilevanti fil-livell tal-Unjoni dwar il-ħidma konġunta dwar l-apparat mediku inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali. [Em. 171]

Artikolu 26

Netwerk tal-Partijiet Ikkonċernati

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk tal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet u ta’ għażla ta’ organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati xierqa fuq il-bażi tal-kriterji tal-għażla stabbiliti fis-sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet , bħal-leġittimità, ir-rappreżentanza, it-trasparenza u r-responsabbiltà .

L-organizzazzjonijiet li għandha tiġi indirizzata lilhom is-sejħa miftuħa għandhom ikunu assoċjazzjonijiet ta' pazjenti, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-qasam tas-saħħa, żviluppaturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u professjonisti fil-kura tas-saħħa.

L-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għandhom japplikaw għall-għażla ta' membri tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati.

Il-Parlament Ewropew għandu jkollu żewġ rappreżentanti fin-netwerk tal-partijiet ikkonċernati. [Em. 172]

2.   Il-Kummissjoni se tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati inklużi fin-netwerk tal-partijiet ikkonċernati. Il-partijiet ikkonċernati m'għandux ikollhom kunflitt ta' interess u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom għandhom jiġu ppubblikati fil-pjattaforma tal-IT. [Em. 173]

3.   Il-Kummissjoni għandha tal-inqas darba fis-sena, torganizza laqgħat ad hoc laqgħa bejn in-netwerk tal-partijiet ikkonċernati u l-Grupp ta’ Koordinazzjoni sabiex tippromwovi djalogu kostruttiv. Il-funzjonijiet tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati għandhom jinkludu : [Em. 174]

(a)

taġġorna lill-partijiet ikkonċernati tiskambja informazzjoni dwar il-ħidma tal-grupp ta' Koordinazzjoni u l-proċess ta' valutazzjoni ; [Em. 175]

(b)

tipprevedi skambju ta’ informazzjoni dwar il-ħidma tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. parteċipazzjoni f’seminars jew workshops jew azzjonijiet speċifiċi dwar aspetti partikolari [Em. 176]

(ba)

tappoġġja l-aċċess għall-esperjenzi tal-ħajja reali dwar il-mard u l-ġestjoni tagħhom u l-użu effettiv tat-teknoloġiji tas-saħħa, sabiex jinftiehem aħjar il-valur li l-partijiet ikkonċernati jagħtu lill-evidenza xjentifika pprovduta matul il-proċess ta' valutazzjoni; [Em. 177]

(bb)

tikkontribwixxi għal komunikazzjoni aktar iffukata u effiċjenti mal-partijiet ikkonċernati u bejniethom biex tappoġġja r-rwol tagħhom fl-użu sigur u razzjonali tat-teknoloġiji tas-saħħa; [Em. 178]

(bc)

tiżviluppa lista ta' prijoritajiet għar-riċerka medika. [Em. 179]

(bd)

tfittex input fil-programm ta' ħidma annwali u l-istudju annwali mħejji mill-Grupp ta' Koordinazzjoni. [Em. 180]

L-interessi u d-dokumenti tal-kostituzzjoni tal-partijiet ikkonċernati, kif ukoll sommarju tal-laqgħat annwali u l-attivitajiet possibbli, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 181]

4.   Fuq talba tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pazjenti , lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa u lill-esperti kliniċi nnominati min-netwerk tal-partijiet ikkonċernati biex jattendu l-laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni bħala osservaturi. [Em. 182]

5.   Fuq talba tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, in-netwerk tal-partijiet ikkonċernati għandu jappoġġa lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni fl-identifikazzjoni tal-kompetenzi kliniċi u tal-pazjenti għall-ħidma tas-sottogruppi tiegħu.

Artikolu 27

Pjattaforma tal-IT

1.    Billi tibni fuq il-ħidma li diġà saret mill-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u żżomm pjattaforma tal-IT li jkun fiha informazzjoni dwar: [Em. 183]

(a)

il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ppjanati, għaddejjin u lesti u l-valutazzjonijiet tat-teknoloġiji tas-saħħa tal-Istati Membri;

(b)

il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti;

(c)

l-istudji dwar l-identifikazzjoni tat-teknoloġiji tas-saħħa emerġenti;

(d)

ir-riżultati tal-kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri.

(da)

lista tal-membri tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, is-sottogruppi tiegħu u esperti oħrajn, flimkien mad-dikjarazzjoni tagħhom ta' interessi finanzjarji; [Em. 184]

(db)

l-informazzjoni kollha li l-pubblikazzjoni tagħha hija meħtieġa minn dan ir-Regolament; [Em. 185]

(dc)

ir-rapporti finali tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta' sinteżi f'format faċli għall-utent fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea; [Em. 186]

(dd)

lista tal-organizzazzjonijiet inklużi fin-netwerk tal-partijiet ikkonċernati; [Em. 187]

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura livelli xierqa ta’ aċċess l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni fil-pjattaforma tal-IT għall-korpi tal-Istati Membri, il-membri tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali. [Em. 188]

Artikolu 28

Rapport dwar l-Implimentazzjoni Rapport dwar il-valutazzjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni [Em. 189]

Fl-aħħar tal-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33 u qabel ma s-sistema armonizzata għall-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa stabbilita taħt dan ir-Regolament issir obbligatorja, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kamp tissottometti rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt fuq il-proċedura sħiħa li ġiet introdotta, li għandu jevalwa, fost kriterji oħrajn, il-progress imwettaq fir-rigward tal-aċċess tal-pazjent għal teknoloġiji tas-saħħa ġodda u l-funzjonament tas-suq intern, l-impatt fuq il-kwalità tal-innovazjoni, bħall-iżvilupp ta' prodotti mediċinali innovattivi f'oqsma fejn il-ħtiġijiet mhumiex issodisfati, fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, il-kwalità tal-HTA u l-kapaċità fil-livell nazzjonali u reġjonali, kif ukoll l-adegwatezza tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u dwar il-funzjonament l-funzjonament tal-qafas ta’ appoġġ imsemmi f’dan il-Kapitolu, mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 33(1). [Em. 190]

Kapitolu V

Id-Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 29

Evalwazzjoni u l-Monitoraġġ

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tirrapporta dwar il-konklużjonijiet tiegħu mhux aktar tard minn ħames snin wara l-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 28.

2.   Sa … [sena wara d-data tal-applikazzjoni] l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistabbilixxi l-mezzi li permezz tagħhom, u l-intervalli li fihom, se tinġabar id-dejta u evidenza oħra meħtieġa. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jispeċifika l-azzjoni li trid tittieħed mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u fl-analiżi tad-dejta u ta’ evidenza oħra.

3.   Ir-rapporti annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandhom jintużaw bħala parti mill-programm ta’ monitoraġġ.

Artikolu 30

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 31

Eżerċizzju tad-Delega

1.   Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa għall-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 17 u 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn … [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ].

3.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jirrevokaw id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 17 u 23 fi kwalunkwe ħin. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 17 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu ġew avżati dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 191]

Artikolu 32

Tħejjija tal-Atti ta’ Implimentazzjoni u l-Atti Delegati [Em. 192]

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 11, 16, 17, u 22 u 23 l-aktar tard sad-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 193]

2.   Meta tkun qed tħejji u timplimenta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni u l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis il-karatteristiċi distintivi tal-setturi tal-prodotti mediċinali u l-apparat mediku u għandha tqis il-ħidma diġà mwettqa fil-qafas tal-Azzjonijiet Konġunti tal-EUnetHTA . [Em. 194]

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet ta’ Tranżizzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jdewmu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti msemmija fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu II sa … [3 4 snin wara d-data tal-applikazzjoni] għall-prodotti mediċinali msemmija fil-punti (a) u (aa) tal-Artikolu 5(1), u sa… [7 snin wara d-data tal-applikazzjoni] għall-apparati mediċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) u għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1). [Em. 195]

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jekk għandhom l-intenzjoni li jużaw il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fil-paragrafu 1 mill-inqas sena qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri li jkunu dewmu l-parteċipazzjoni tagħhom skont il-paragrafu 1 jistgħu jibdew jipparteċipaw b’effett mis-sena finanzjarja li jmiss wara li jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel il-bidu ta’ dik is-sena finanzjarja.

Artikolu 34

Klawżola ta’ Salvagwardja

1.   L-Istati Membri jistgħu jwettqu valutazzjoni klinika bl-użu ta’ mezzi oħrajn għajr ir-regoli previsti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(a), kif ukoll raġunijiet relatati mal-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika fl-Istat Membru kkonċernat u sakemm il-miżura tkun iġġustifikata, meħtieġa u proporzjonata fir-rigward tal-kisba ta’ dak l-għan. [Em. 196]

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-Grupp ta' Koordinazzjoni bl-intenzjoni tagħhom li jwettqu valutazzjoni klinika bl-użu ta’ mezzi oħrajn flimkien mal-ġustifikazzjonijiet għal dan. [Em. 197]

2a.     Il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' jivvaluta jekk l-applikazzjoni tissodisfax ir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1, u jista' jressaq is-sejbiet tiegħu lill-Kummissjoni. [Em. 198]

3.   Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tan-notifika prevista fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-valutazzjoni ppjanata wara li tkun ivverifikat jekk tikkonformax mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 u jekk hijiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni sa tmiem il-perjodu ta’ tliet xhur, il-valutazzjoni klinika ppjanata għandha titqies li ġiet approvata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata fuq il-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 27. [Em. 199]

Artikolu 35

Emenda tad-Direttiva 2011/24/UE

1.   L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2011/24/UE jitħassar.

2.   Ir-referenzi għall-Artikolu mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 36

Dħul fis-Seħħ u Data tal-Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandu japplika minn [3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 28.

(2)  ĠU C …

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.

(4)   ĠU C 263, 25.7.2018, p. 4.

(5)   Id-Direttiva 2011/24/UE tad-9 ta' Marzu 2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

(6)  ĠU C 438, 6.12.2014, p. 12.

(7)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini – 2016/2057(INI).

(8)  COM(2015)0550 final p. 19.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

(11)   Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-5 ta' April 2017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(14)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(15)   Id-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta' miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta' assigurazzjoni tas-saħħa ( ĠU L 40, 11.2.1989, p. 8).

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/673


P8_TA(2019)0121

L-istabbiliment ta' qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea (COM(2017)0487 – C8-0309/2017 – 2017/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/67)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0487),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0309/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Marzu 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0198/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea flimkien ma' l-att leġislattiv finali;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 94.

(2)  ĠU C 247, 13.7.2018, p. 28.


P8_TC1-COD(2017)0224

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/452.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Wara t-talba tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea timpenja ruħha li:

taqsam mal-Parlament Ewropew il-formoli standardizzati li l-Kummissjoni Ewropea se tħejji biex tkun faċilitata l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi ta’ rapportar annwali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament hekk kif dawn jiġu ffinalizzati, u

taqsam mal-Parlament Ewropew tali formoli standardizzati kull sena, b’mod parallel ma’ meta tippreżenta r-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/676


P8_TA(2019)0122

L-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni) (COM(2017)0280 – C8-0173/2017 – 2017/0128(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2020/C 449/68)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0280),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0173/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-28 ta’ Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0199/2018),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 81, 2.3.2018, p. 181.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P8_TC1-COD(2017)0128

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta' pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni dwar in-nuqqas ta' ħlas ta' tariffi tat-triq fl-Unjoni (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/520.)


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/678


P8_TA(2019)0123

Ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor (COM(2017)0796 – C8-0005/2018 – 2017/0354(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/69)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0796),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0005/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tat-28 ta’ Novembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0274/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 19.


P8_TC1-COD(2017)0354

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/515.)


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/679


P8_TA(2019)0124

Imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u imposti fuq il-kambju tal-munita ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (COM(2018)0163 – C8-0129/2018 – 2018/0076(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/70)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0163),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0129/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2018/38) tal-31 ta' Awwissu 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0360/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 382, 23.10.2018, p. 7.

(2)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 28.


P8_TC1-COD(2018)0076

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta' ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/518.)


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/680


P8_TA(2019)0125

Regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (COM(2017)0647 – C8-0396/2017 – 2017/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/71)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0647),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0396/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018 (1),

wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0032/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 47.

(2)  ĠU C 387, 25.10.2018, p. 70.


P8_TC1-COD(2017)0288

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) uriet li l-operaturi xi operaturi fis-swieq nazzjonali qed iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli mhux iġġustifikati biex jiżviluppaw it-trasport interurban tal-kowċ għall-benefiċċju tal-passiġġieri . Barra minn hekk, is-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq ma mxewx paripassu mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini li dejjem qed jevolvu, fejn jidħlu d-disponibbiltà u l-kwalità, u l-modi tat-trasport sostenibbli għad għandhom sehem modali żgħir. Minħabba f’hekk, ċerti gruppi ta’ ċittadini qed ikunu żvantaġġati fejn tidħol id-disponibbiltà tas-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri, filwaqt li qed jiġru aktar inċidenti tat-traffiku u qed jiżdiedu l-emissjonijietu l-konġestjonijiet , il-konġestjonijiet u ż-żieda fl-ispejjeż tal-infrastruttura għax qed jiżdiedu l-karozzi fit-toroq. [Em. 1]

(2)

Biex ikun żgurat qafas koerenti għat-trasport interurban tal-passiġġieri b’servizz regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank madwar l-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ japplika għal kull trasport interurban li jsir bis-servizzi regolari. Għalhekk jenħtieġ jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament , iżda jenħtieġ li ma jiġix applikat għaċ-ċentri urbani jew suburbani jew konurbazzjonijiet, u jenħtieġ ikun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5). [Em. 2]

(3)

F’kull Stat Membru jenħtieġ Kull Stat Membru jinħatar jaħtar korp regolatorju indipendenti u imparzjali , bil-kompitu li joħroġ opinjonijiet vinkolanti, biex jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp jista’ jkun responsabbli wkoll għal setturi regolati oħrajn fosthom is-settur ferrovjarju, tal-enerġija u tat-telekomunikazzjoni. [Em. 3]

(4)

Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku jew mogħtija, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 . Għaldaqstant, il-korp regolatorju jenħtieġ ikun jista’ jwettaq analiżi ekonomika oġġettiva u jenħtieġ li jkollu l-awtorità, fejn xieraq, li jipproponi l-miżuri neċessarji biex jiżgura li dan ikun il-każ. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet kummerċjali ta' servizz regolari ma jikkompetux mal-fornituri tat-trasport li jkunu ngħataw drittijiet esklużivi biex jipprovdu ċerti servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq tal-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. [Em. 4]

(5)

Is-servizzi regolari fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jenħtieġ ikunu bil-kundizzjoni li tkun inkisbet liċenzja tal-Komunità , u jenħtieġ li jintuża takografu intelliġenti f'konformità mal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill  (6). Jenħtieġ jiġu ċċarati r-regoli dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-Komunità ħalli l-awtoritajiet tal-infurzar isibuha faċli jwettqu kontrolli effettivi ta’ dawk is-servizzi u jenħtieġ li jiġi żviluppat il-modulu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) biex jintbagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-istazzjonar u l-applikazzjonijiet elettroniċi, biex b'hekk l-ispetturi li jkunu qed iwettqu l-kontrolli mal-ġenb tat-triq ikun jista' jkollhom aċċess dirett f'ħin reali għad-data u l-informazzjoni li tinsab fir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) u fl’IMI, u dan bil-għan li jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet soċjali jiġu tassew imħallsa għax-xufiera tax-xarabank stazzjonati. [Em. 5]

(6)

L-operaturi tas-servizzi regolari jenħtieġ jingħataw drittijiet tal-aċċess għal vendi fl-Unjoni b’mod ġust, ekwu, mhux diskriminatorju u trasparenti ħalli tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. It-tħaddim ta' venda għandu jkun approvat minn awtorità nazzjonali, li għandha tivverifika liema rekwiżiti huma meħtieġa u liema għandhom jiġu ssodisfati. L-appelli kontra xi deċiżjonijiet li jirrifjutaw jew jillimitaw l-aċċess jenħtieġ jitressqu quddiem il-korp regolatorju. L-Istati Membri jistgħu jeskludu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. [Em. 6]

(7)

Filwaqt li tinżamm l-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari, jenħtieġ jiġu adattati ċerti regoli b’rabta mal-proċedura tal-awtorizzazzjoni.

(8)

Għas-servizzi regolari nazzjonali kif ukoll internazzjonali, l-awtorizzazzjoni jenħtieġ tkun soġġetta għal proċedura tal-awtorizzazzjoni. L-awtorizzazzjoni jenħtieġ tingħata, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal rifjut marbuta mal-applikant, jew sakemm is-servizz ma jkunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Jenħtieġ jiddaħħal limitu tad-distanza , determinat mill-Istati Membri, li fl-ebda każ m'għandu jaqbeż distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru, biex ikun żgurat li l-operazzjonijiet kummerċjali tas-servizzi regolari ma jkunux jikkompromettu l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratti eżistenti tas-servizz pubbliku. Jekk xi rotot ikunu diġà moqdija b’aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed, jenħtieġ ikun possibbli li dan il-limitu jiżdied. [Em. 7]

(9)

It-trasportaturi mhux residenti jenħtieġ jitħallew joperaw servizzi regolari nazzjonali bl-istess kundizzjonijiet bħat-trasportaturi residenti , dment li dawn ikunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali . [Em. 8]

(10)

Il-formalitajiet amministrattivi jenħtieġ jitnaqqsu kemm jista’ jkun meta possibbli mingħajr ma jkunu abbandunati l-kontrolli u l-penali li jiggarantixxu l-applikazzjoni korretta u l-infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009. Il-formola tal-vjaġġ toħloq piż amministrattiv bla bżonn u għalhekk jenħtieġ titneħħa. [Em. 9]

(11)

L-eskursjonijiet lokali huma operazzjoni ta’ kabotaġġ awtorizzati u jkopruhom ir-regoli ġenerali dwar il-kabotaġġ. Għalhekk jenħtieġ jitħassar l-Artikolu dwar l-eskursjonijiet lokali. [Em. 10]

(12)

Minħabba l-importanza ta’ infurzar effettiv tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, ir-regoli dwar l-ispezzjonijiet fit-triq u fl-impriżi jenħtieġ jiġu emendati biex jinkludu l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ.

(13)

Sa fejn dan ir-Regolament jarmonizza r-regoli fis-swieq nazzjonali tas-servizzi regolari tat-trasport bil-kowċ u x-xarabank u l-aċċess għall-vendi, l-għanijiet tiegħu, jiġifieri l-promozzjoni tal-mobbiltà interurbana u ż-żieda fis-sehem modali tal-modi tat-trasport sostenibbli tal-passiġġieri, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri. Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa.

(14)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex temenda l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009, u biex tissupplimenta dak ir-Regolament b’regoli li jikkonċernaw il-format taċ-ċertifikati għal operazzjonijiet tat-trasport għall-kont proprju, il-format tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet innifishom, il-proċedura u l-kriterji li jridu jitħaddmu biex jinstab jekk is-servizz propost ikunx jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku, u l-obbligi tar-rappurtar tal-Istati Membri. Hu importanti b’mod partikolari li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess b’mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 11]

(15)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 jenħtieġ jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 hu emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, il-paragarafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi nazzjonali interurbani tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens minn trasportatur mhux residenti kif previst fil-Kapitolu V , u għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 .”; [Em. 12]

(2)

l-Artikolu 2 hu emendat kif ġej:

(a)

il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   ‘servizzi regolari’ tfisser servizzi li jipprovdu l-ġarr ta’ passiġġieri f’intervalli speċifikati matul rotot speċifikati, b’punti ta’ waqfien intermedjarji jew inkella li jrikkbu u jniżżlu l-passiġġieri f’punti ta’ waqfien predeterminati;”;

(b)

il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   ‘operazzjoni ta’ kabotaġġ’ tfisser servizz nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew kumpens fi Stat Membru ospitanti;”; [Em. 83]

(c)

jiżdiedu il-punti 9 sa 11b li ġejjin:

“9.

‘venda’ tfisser faċilità b’superfiċje minima ta’ 600 m2, awtorizzata li tipprovdi post ta’ parkeġġ għall-kowċijiet u x-xarabank biex irikkbu u jniżżlu iniżżlu jew irikkbu l-passiġġieri. [Em. 13]

10.

‘operatur tal-venda’ tfisser kull entità fi Stat Membru responsabbli biex tagħti aċċess għal għall-ġestjoni ta' venda , li tissodisfa r-rekwiżiti ta' kompetenza professjonali u kapaċità finanzjarja. ; [Em. 14]

11.

‘alternattiva vijabbli’ tfisser venda oħra li tkun aċċettabbli ekonomikament għat-trasportatur u tipprovdi infrastruttura u konnettività komparabbli mal-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha, tippermetti lill-passiġġieri jkollhom aċċess għal forom oħra ta' trasport u li tippermettilu jopera s-servizz tal-passiġġieri kkonċernat b'mod simili għall-venda li oriġinarjament saret applikazzjoni għaliha .”; [Em. 15]

11a.

“kuntratt għal servizz pubbliku” tfisser att wieħed jew iktar li jorbtu legalment li jikkonfermaw il-ftehim bejn awtorità kompetenti u operatur ta' servizz pubbliku biex jafdaw lil dak l-operatur ta' servizz pubbliku bil-ġestjoni u l-operat ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri soġġetti għall-obbligi ta' servizz pubbliku; skont il-liġi tal-Istat Membru, il-kuntratt jista' jikkonsisti wkoll f'deċiżjoni adottata mill-awtorità kompetenti li tieħu l-forma ta' att leġiżlattiv jew regolatorju individwali, jew li fiha kondizzjonijiet li taħthom l-awtorità kompetenti nnifisha tipprovdi s-servizzi jew tafda l-forniment ta' dawn is-servizzi lil operatur intern; [Em. 16]

11b.

“rotta alternattiva” tfisser rotta bejn l-istess punt tat-tluq u destinazzjoni meħuda minn servizz regolari eżistenti li tista' tintuża minflok ir-rotta tas-soltu. [Em. 17]

(3)

qabel il-Kapitlu II, jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

Il-korp regolatorju

1.   Kull L-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru għandu jaħtar korp regolatorju nazzjonali uniku pubbliku għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq. Dan il-korp għandu jkun awtorità imparzjali li, mil-lat organizzattiv, funzjonali, ġerarkiku u fit-teħid tad-deċiżjonijiet, tkun distinta legalment , trasparenti u indipendenti minn kull entità pubblika jew privata oħra. Dan għandu jkun indipendenti minn kull awtorità kompetenti involuta fl-għoti ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. [Em. 18]

Il-korp regolatorju jista’ jkun korp eżistenti responsabbli għal setturi servizzi regolati oħra. [Em. 19]

2.   Il-korp regolatorju għas-settur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa mil-lat ta’ riżorsi umani , finanzjarji u riżorsi oħrajn biex iwettaq dmirijietu , b’mod li għandha tkun proporzjonata mal-importanza ta’ dak is-settur fl-Istat Membru kkonċernat. [Em. 20]

2a.     Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa li jimmonitorja s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq domestiku għal servizzi regolari ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq, bil-ħsieb li jipprevjeni d-diskriminazzjoni jew l-abbuż ta' pożizzjoni dominanti fis-suq, fosthom permezz tas-sottokuntrattar; L-opinjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti. [Em. 21]

3.   Il-korp regolatorju għandu jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)

jagħmel analiżijiet ekonomiċi dwar jekk xi servizz ġdid propost ikunx qed jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku;

(b)

jiġbor u jipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-vendi; u bil-għan li jiżgura li l-aċċess għall-vendi għall-operaturi tas-servizzi jkun iggarantit taħt kundizzjonijiet ġusti, ekwi, trasparenti u mhux diskriminatorji; [Em. 22]

(c)

jiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi ; kif ukoll [Em. 23]

(ca)

joħloq reġistru elettroniku aċċessibbli għall-pubbliku, li jelenka s-servizzi regolari nazzjonali u internazzjonali awtorizzati kollha. [Em. 24]

4.   Waqt il-qadi ta’ dmirijietu, il-korp regolatorju jista’ jitlob informazzjoni rilevanti mingħand l-awtoritajiet awtoritajiet kompetenti oħrajn , l-operaturi tal-vendi, l-applikanti għall-awtorizzazzjoni u xi parti terza fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 25]

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-korp regolatorju u mhux itwal minn li m'għandux ikun itwal minn xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, il-korp regolatorju jista’ jestendi l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-informazzjoni sa mhux aktar minn ġimagħtejn. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforza t-talbiet għall-informazzjoni permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 26]

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja immedjata . Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 27]

6.   Id-deċiżjonijiet tal-korp regolatorju għandhom isiru pubbliċi fi żmien ġimagħtejn mill-adozzjoni tagħhom .”; [Em. 28]

(4)

l-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   It-trasport internazzjonali tal-passiġġieri u l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bil-kowċ u x-xarabank għandhom isiru jekk tkun inkisbet liċenzja Komunitarja mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment.”;

(b)

fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex temenda l-Annessi I u II ħalli jkunu adattati għall-progress tekniku.”;

(5)

l-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, jitħassar il-ħames subparagrafu;

(b)

fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format taċ-ċertifikati.”;

(6)

jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5a

L-aċċess għall-vendi

1.   L-operaturi tal-vendi għandhom jagħtu d-dritt tal-aċċess għall-vendi lit-trasportaturi biex joperaw is-servizzi regolari inkluż għal kull faċilità jew servizz pprovduti f’dik il-venda b’kundizzjonijiet ġusti, ekwi, mhux diskriminatorji u trasparenti.

1a.     Meta l-operaturi tal-venda jagħtu aċċess, l-operaturi tax-xarabank u l-kowċ għandhom jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet eżistenti tal-venda. [Em. 29]

2.   L-operaturi tal-vendi għandhom jagħmlu ħilithom biex jilqgħu t-talbiet kollha għall-aċċess biex jiżguraw l-aqwa użu tal-vendi.

It-talbiet għall-aċċess għall-vendi jistgħu jiġu rifjutati biss meta jkun hemm bażi debitament ġustifikata ta’ kunsiderazzjonijiet ta' nuqqas ta’ kapaċità , nuqqas ripetut ta' pagament tat-tariffi, ksur serju u ripetut debitament iddokumentat min-naħa tal-operatur tat-trasport bit-triq, jew dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, dment li dawn ikunu applikati b'mod konsistenti u ma jiddiskriminawx la fil-konfront ta' trasporti partikolari li jfittxu aċċess għal venda, u la fil-konfront tal-mudelli ta' negozju assoċjati tagħhom. Jekk talba tiġi miċħuda, l-operatur tal-vendi għandu jikkomunika wkoll id-deċiżjoni tiegħu lill-awtorità regolatorja. . [Em. 30]

Meta operatur ta’ venda jirrifjuta talba għall-aċċess, dan għandu huwa mħeġġeġ jindika kwalunkwe l-aqwa alternattiva vijabbli li hu konxju minnha . [Em. 31]

3.   L-operaturi tal-vendi għandhom għall-inqas jippubblikaw din l-informazzjoni li ġejja b’żewġ lingwi uffiċjali jew aktar fil-lingwi nazzjonali rispettivi u fl-lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni: [Em. 32]

(a)

lista tas-servizzi kollha pprovduti, u l-prezzijiet ta’ dawk is-servizzi;

(aa)

lista tal-infrastruttura eżistenti kollha u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha tal-venda; [Em. 33]

(b)

ir-regoli dwar l-iskedar tal-allokazzjoni tal-kapaċità;

(c)

l-iskeda u l-allokazzjoni tal-kapaċità attwali.

Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli mingħajr ħlas b’format elettroniku mill-operatur tal-venda u mill-korp regolatorju meta jintalbu, u fuq is-siti web tagħhom, jekk ikollhom.

L-informazzjoni għandha tinżamm aġġornata u tiġi emendata kif meħtieġ.”;

3a.     L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu vendi li huma proprjetà tal-operatur tal-vendi u jintużaw biss minnu għas-servizzi ta' trasport tal-passiġġieri bit-triq li jipprovdi hu stess. Meta jikkunsidraw applikazzjoni għal esklużjoni, il-korpi regolatorji għandhom jieħdu kont tad-disponibbiltà ta' alternattivi vijabbli."; [Em. 34]

(7)

jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 5b

Il-proċedura għall-għoti tal-aċċess għall-vendi

1.   Trasportatur li qed jitlob aċċess għal venda għandu jressaq applikazzjoni lill-operatur tal-venda.

2.   Jekk ma jkunx jista’ jingħata aċċess, kif mitlub fl-applikazzjoni, l-operatur tal-venda għandu jibda konsultazzjonijiet mat-trasportaturi interessati kollha bl-għan li jilqa’ l-applikazzjoni. [Em. 35]

3.   L-operatur tal-venda għandu jieħu deċiżjoni dwar applikazzjoni tal-aċċess għal venda fi żmien xahrejn mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Id-deċiżjonijiet dwar Meta l-aċċess għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom jiġi rrifjutat, l-operatur tal-vendi għandu jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu . [Em. 36]

4.   L-applikanti jistgħu jappellaw kontra d-deċiżjonijiet tal-operaturi tal-vendi. L-appelli għandhom jitressqu quddiem il-korp regolatorju.

5.   Meta l-korp regolatorju jisma’ appell kontra deċiżjoni ta’ operatur ta’ venda, dan għandu jadotta deċiżjoni motivata fi żmien stabbilit u, fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet ġimgħat minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha.

Id-deċiżjoni tal-korp regolatorju dwar l-appell għandha tkun vinkolanti , u soġġetta għad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju . Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforzaha permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 37]

Id-Deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal analiżi ġudizzjarja biss.”;

(8)

l-Artikolu 6 hu emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tinbidel b’dan li ġej:

“L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f’isem it-trasportatur b’format stampat jew elettroniku u ma għandhomx ikunu trasferibbli.”;

(b)

il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tal-awtorizzazzjonijiet.”;

(9)

l-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:

“1.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-servizzi regolari għandhom jitressqu lill-awtorità awtorizzanti b’format stampat jew elettroniku.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tal-applikazzjonijiet.”;

(10)

l-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza inqas minn 100 km f’linja dritta mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru [Em. 38]

1.   L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu u jiġu ttrasportati għal distanzi inqas minn 100 km f’linja dritta definiti minn kull Stat Membru, ta' mhux aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru . L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn, fi żmien ġimagħtejn minn meta dawn l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-applikazzjoni b’talba għall-qbil tagħhom. Fl-istess ħin, l-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat dawn id-dokumenti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra li t-territorji tagħhom jiġu traversati, għall-finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 39]

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jintalab il-qbil tagħhom, għandhom jgħarrfu lill-awtorità awtorizzanti bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur xahrejn . Dan il-limitu taż-żmien għandu jiġi kkalkulat mid-data meta tkun waslet it-talba għal qbil kif turi l-irċevuta. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom, dawn għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom. [Em. 40]

Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkun intalab il-qbil tagħhom ma jweġbux fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu, dawn għandhom jitqiesu li jaqblu.

3.   L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien erba’ tliet xhur mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. [Em. 41]

4.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet oġġettivi marbuta mal-interess pubbliku elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 42]

4a.     F'każ li servizz internazzjonali regolari bix-xarabank u bil-kowċ jikkomprometti l-ekwilibriju ekonomiku ta' kuntratt tas-servizz pubbliku, minħabba raġunijiet eċċezzjonali li ma setgħux jiġu previsti fiż-żmien meta ngħatat l-awtorizzazzjoni u li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tas-sid tal-kuntratt ta' servizz pubbliku, l-Istat Membru jista', bi qbil mal-Kummissjoni, jissospendi jew jirtira l-awtorizzazzjoni għall-għoti tas-servizz, wara li jkun ta avviż minn sitt xhur qabel lit-trasportatur. It-trasportatur għandu jkun jista' jappella tali deċiżjoni. [Em. 43]

5.   Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn minn meta tkun waslet it-tweġiba tagħha.

6.   Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba’ xhur mhux aktar tard minn xahrejn minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. [Em. 44]

7.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.”;

(11)

jiddaħħlu dawn l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 8a

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni Il-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, is-sospensjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri fuq distanza ta’ 100 km jew iżjed f’linja dritta aktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru [Em. 45]

1.   L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. [Em. 46]

2.   L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c) (ca) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 47]

3.   L-awtorità awtorizzanti għandha tibgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha li fit-territorju tagħhom jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri, kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr ma l-passiġġieri jitrikkbu jew jitniżżlu, jitrikkbu jew jitniżżlu l-passiġġieri kopja tal-applikazzjoni, flimkien ma’ kopji ta’ dokumenti rilevanti oħrajn, u l-valutazzjoni tagħha, fi żmien ġimagħtejn minn meta tasal l-applikazzjoni, b'talba biex jesprimu l-qbil tagħhom . L-awtorità awtorizzanti għandha wkoll tibgħat id-dokumenti rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li t-territorji tagħhom jiġu traversati mingħajr passiġġieri jitilgħu jew jinżlu għall-finijiet ta’ informazzjoni. [Em. 48]

3a.     Jekk waħda mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jitilgħu jew jinżlu ma taqbilx mal-awtorizzazzjoni għal waħda mir-raġunijiet stipulati fil-paragrafu 2, l-awtorizzazzjoni ma tistax tingħata, iżda l-kwistjoni tista' tiġi riferuta lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tasal it-tweġiba tagħha. [Em. 49]

3b.     Wara li tikkonsulta lill-Istati Membri li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ma qablux, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur minn meta tkun waslet il-komunikazzjoni mingħand l-awtorità awtorizzanti. Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 30 jum wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri kkonċernati. [Em. 50]

3c.     Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika sakemm l-Istati Membri jaqblu u l-awtorità awtorizzanti tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni. [Em. 51]

Artikolu 8b

Il-proċedura tal-awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali

1.   L-awtorità awtortizzanti għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien mhux aktar tard minn xahrejn mid-data meta t-trasportatur iressaq l-applikazzjoni. Dan jista’ jiġi estiż għal erba’ tliet xhur meta tintalab analiżi skont il-punt (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 52]

2.   L-awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari nazzjonali għandhom jingħataw għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat minħabba xi waħda mir-raġunijiet elenkati fil-punti (a) sa (c) (ca) tal-Artikolu 8c(2) u, jekk is-servizz hu l-ġarr tal-passiġġieri għal distanzi sa, iżda mhux aktar inqas minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 kilometru 100 km f’linja dritta, fil-punt (d) tal-Artikolu 8c(2). [Em. 53]

3.   Id-distanza msemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiżdied għal 120 km jekk is-servizz regolari li se jiddaħħal ikun jaqdi punt tat-tluq u destinazzjoni li diġà huma moqdija b’aktar minn kuntratt tas-servizz pubbliku wieħed. [Em. 54]

Artikolu 8c

Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet awtorizzanti

1.   Bil-proċedura stabbilita fl-Artikoli 8, 8a jew 8b, l-awtorità awtorizzanti għandha tagħti l-awtorizzazzjoni, tagħti l-awtorizzazzjoni b’limitazzjonijiet jew tirrifjuta l-applikazzjoni. L-awtorità awtorizzanti għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti kollha msemmija fl-Artikolu 8(1) bid-deċiżjoni tagħha.

2.   Id-deċiżjonijiet li applikazzjoni ġiet rifjutata jew, li ngħatat awtorizzazzjoni b’limitazzjonijiet , jew li awtorizzazzjoni ġiet sospiża jew rtirata għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet tagħhom u, fejn applikabbli, jieħdu kont tal-analiżi tal-korp regolatorju. L-applikant jew it-trasportatur li jopera s-servizz ikkonċernat għandu jkollhom il-possibilità li jappellaw id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti. . [Em. 55]

L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għajr meta r-rifjut ikun jista’ jiġi ġġustifikat L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tista' tiġi rrifjutata biss minħabba xi waħda minn dawn ir-raġunijiet:

(a)

jekk l-applikant ma jkunx kapaċi jipprovdi s-servizz li hu s-suġġett tal-applikazzjoni bl-apparat disponibbli direttament għalih.

(b)

jekk l-applikant ma jkunx konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport bit-triq u b’mod partikolari mal-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, jew ikun wettaq xi ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni , nazzjonali jew, fejn xieraq, reġjonali dwar it-trasport bit-triq, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli applikabbli għall-vetturi u għar-rekwiżiti tekniċi u l-istandards tal-emissjonijiet kif ukoll għall-perjodi tas-sewqan u l-mistrieħ tax-xufiera; [Em. 57]

(c)

jekk fil-każ ta’ applikazzjoni għal tiġdid ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx hemm konformità mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni;

(ca)

l-applikant talab awtorizzazzjoni għal servizz regolari biex jopera fuq l-istess rotta jew rotta alternattiva, meta awtorità kompetenti tkun tat lil operatur ta' servizz pubbliku d-dritt esklużiv li jipprovdi ċerti servizzi ta' trasport pubbliku tal-passiġġieri minflok it-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku fil-qafas ta' kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Din ir-raġuni għal rifjut hija mingħajr preġudizzju għall-punt (1a) tal-Artikolu 8d) ta' dan ir-Regolament; [Em. 58]

(d)

jekk b’analiżi ekonomika oġġettiva, il-korp regolatorju jistabbilixxi li s-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku. Dik l-analiżi għandha tivvaluta l-karatteristiċi strutturali u ġeografiċi rilevanti tas-suq u n-netwerk konċernat (id-daqs, il-karatteristiċi tad-domanda, il-kumplessità tan-netwerk, l-iżolament tekniku u ġeografiku, u s-servizzi koperti mill-kuntratt), u għandu jitqies ukoll jekk is-servizz il-ġdid iwassalx għal servizzi ta' kwalità aħjar jew għal aktar valur għall-flus. [Em. 59]

L-awtoritajiet awtorizzanti ma għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni sempliċiment għax it-trasportatur li jitlob awtorizzazzjoni ikun qed joffri prezzijiet orħos minn dawk offruti minn trasportaturi bit-triq oħrajnjew għax , sakemm l-awtorità regolatorja jew korpi nazzjonali rilevanti oħra ma jistabbilixxux li l-applikant li jixtieq jidħol fis-suq qed jippjana li joffri servizzi b'valur inferjuri għal dak li normalment jinvolvu għal perjodu ta' żmien estiż, u b'hekk, x'aktarx ixekkel il-kompetizzjoni ġusta. L-awtoritajiet awtorizzanti m'għandhomx jirrifjutaw applikazzjoni esklużivament minħabba ir-rotta inkwistjoni tkun diġà qed issir minn trasportaturi bit-triq oħrajn. [Em. 60]

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk id-deċiżjonijiet tal-awtorità awtorizzanti jkunu soġġetti għal analiżi ġudizzjarja. Dik l-analiżi jaf tħalli effett sospensiv biss meta l-effett immedjat tad-deċiżjoni tal-awtorità awtorizzanti jista’ jikkawża danni irreparabbli jew evidentement eċċessivi għall-appellant. Din id-dispożizzjoni hi mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-qorti li tkun qed tisma’ l-appell kif mogħtija lilha mil-liġi kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8d

Restrizzjonijiet fuq id-dritt tal-aċċess

1.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt tal-aċċess għas-suq nazzjonali u internazzjonali għas-servizzi regolari tax-xarabank u l-kowċ jekk is-servizz regolat propost ikun jittrasporta passiġġieri għal distanzi inqas minn għal mhux iktar minn distanza ta' vjaġġ ta' 100 km f’linja dritta u jekk is-servizz ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta’ xi kuntratt tas-servizz pubbliku , jew għal kwalunkwe distanza jekk iseħħ f'ċentru urban jew suburban jew f'konurbazzjoni, jew jekk jissodisfa l-ħtiġijiet tat-trasport bejnu u bejn iż-żoni tal-madwar, jew jekk l-applikant ma jkunx ikkonforma mad-dispożizzjonijiet dwar it-trasport bit-triq jew dispożizzjonijiet rilevanti oħra tad-dritt nazzjonali, tal-Unjoni jew internazzjonali . [Em. 61]

1a.     Meta awtorità kompetenti tkun tat drittijiet esklużivi lil impriża li twettaq servizz pubbliku skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, il-protezzjoni tad-drittijiet esklużivi għandha tkun relatata biss mal-operazzjoni tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri li jaqdu l-istess rotot jew rotot alternattivi. Dik l-għotja ta' drittijiet esklużivi m'għandhiex tipprekludi l-awtorizzazzjoni ta' servizzi regolari ġodda meta dawk is-servizzi ma jkunux qed jikkompetu mas-servizz ipprovdut fil-kuntratt ta' servizz pubbliku, jew joperaw fuq rotot oħrajn. [Em. 62]

2.   L-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw kuntratt tas-servizz pubbliku jew l-operaturi tas-servizz pubbliku li jkunu qed iwettqu l-kuntratt tas-servizz pubbliku jistgħu jitolbu lill-korp regolatorju biex iwettaq analiżi dwar jekk ikunx kompromess il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt tas-servizz pubbliku.

Il-korp Meta tasal tali talba, il-korp regolatorju għandu jeżamina t-talba u  jista' jiddeċiedi jekk għandhiex issir l-analiżi ekonomika. f'konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 8c(2) sakemm ma jkunx hemm raġunijiet prattiċi eċċezzjonali jew raġunijiet oħra li jiġġustifikaw deċiżjoni biex tali analiżi ma ssirx. Dan għandu jinforma lill-partijiet interessati bid-deċiżjoni tiegħu. [Em. 63]

3.   Meta l-korp regolatorju jagħmel analiżi ekonomika, dan għandu jinforma lill-partijiet interessati kollha bir-riżultati ta’ dik l-analiżi u bil-konklużjonijiet tiegħu fi żmien sitt ġimgħat mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tkun waslet l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju jista’ jikkonkludi li l-awtorizzazzjoni għandha tingħata, għandha tingħata b’xi kundizzjonijiet, jew għandha tiġi rifjutata. [Em. 64]

Il-konklużjonijiet tal-korp regolatorju għandhom ikunu vinkolanti fuq l-awtoritajiet awtorizzanti.

4.   L-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-servizz pubbliku għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-korp regolatorju għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-proċedura u l-kriterji li għandhom jitħaddmu għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu , b'mod partikolari meta twettaq l-analiżi ekonomika .”; [Em. 65]

5a.     L-Istati Membri jistgħu jkomplu jilliberalizzaw is-sistema ta' awtorizzazzjoni għas-servizzi regolari nazzjonali fir-rigward tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni u l-limiti ta' kilometri. [Em. 66]

(12)

fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Artikoli 8, 8a, 8b u 8c għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-applikazzjonijiet għal tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet jew għal tibdil fil-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jiġu operati s-servizzi soġġetti għal awtorizzazzjoni.”;

(13)

it-titolu tal-Kapitolu IV jinbidel b’dan li ġej:

“IS-SERVIZZI REGOLARI SPEĊJALI LI HUMA EŻENTATI MILL-AWTORIZZAZZJONI”

(13a)

Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a.     Stat Membru jista' jiddeċiedi li jitlob lil trasportatur mhux residenti jissodisfa l-kundizzjonijiet b'rabta mar-rekwiżit tal-istabbiliment, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1) , fl-Istat Membru ospitanti wara li tingħata awtorizzazzjoni għal servizz regolari nazzjonali lil dan it-trasportatur u qabel it-trasportatur jibda jopera s-servizz rilevanti. Tali deċiżjonijiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati; Id-deċiżjoni għandha tqis id-dimensjoni u t-tul ta' żmien tal-attività tat-trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti. Jekk l-Istat Membru ospitanti jistabbilixxi li t-trasportatur mhux residenti ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' stabbiliment, dan jista' jirtira l-awtorizzazzjonijiet rilevanti mogħtija lilu għal servizzi regolari nazzjonali jew jissospendihom sakemm jiġi ssodisfat ir-rekwiżit.”

(*1)   Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).”; [Em. 67]"

(14)

fl-Artikolu 12, jitħassru l-paragrafi 1 sa 5;

(15)

jitħassar l-Artikolu 13; [Em. 68]

(16)

l-Artikolu 15 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 15

L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ awtorizzati

L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għandhom jiġu awtorizzati għal dawn is-servizzi:

(a)

is-servizzi regolari speċjali mwettqa b’mod temporanju, diment li jkunu koperti b’kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur;

(b)

is-servizzi okkażjonali mwettqa b’mod temporanju; [Em. 69]

(c)

is-servizzi regolari mwettqa skont dan ir-Regolament minn trasportatur mhux residenti fl-Istat Membru ospitanti fil-kors ta' kull servizz internazzjonali regolari b'konformità ma' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport li jaqdu l-ħtiġijiet taċ-ċentru urban jew konurban, jew ħtiġijiet tat-trasport ta' dawn tal-aħħar u l-inħawi tal-madwar. L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ m'għandhomx isiru indipendentement minn dak is-servizz internazzjonali .”; [Em. 70]

(16a)

fl-Artikolu 16(1), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   It-twettiq tal-operazzjonijiet ta' kabotaġġ għandhom ikunu soġġetti, kemm-il darba ma jkunx provdut mod ieħor fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u  (*2) għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(*2)   Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).”; [Em. 72]"

(17)

jitħassar l-Artikolu 17; [Em. 73]

(17a)

l-Artikolu 17 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 17

Dokumenti ta' kontroll għall-operazzjonijiet ta' kabotaġġ

1.   L-operazzjonijiet ta' kabotaġġ fil-forma ta' servizzi okkażjonali għandhom jitwettqu taħt ilkopertura il-kopertura ta' formola tal-vjaġġ kif imsemmi fl-Artikolu 12 bil-miktub jew f'format diġitali, li għandha tinżamm fil-vettura u tiġi ppreżentata fuq talba ta' kwalunkwe uffiċjal spettur awtorizzat li jispezzjona.

2.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-formola tal-vjaġġ:

(a)

il-punti tat-tluq u l-wasla tas-servizz;

(b)

id-data tat-tluq u d-data li fiha jintemm is-servizz.

3.   Il-formoli tal-vjaġġ għandhom jiġu provduti f'kotba kif imsemmi fl-Artikolu 12 ċertifikati minn awtorità jew il-korp kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun hemm l-istabbiliment.

4.   Fil-każ ta' servizzi regolari speċjali, il-kuntratt konkluż bejn it-trasportatur u l-organizzatur tat-trasport, jew kull kopja ċertifikata awtentika tiegħu, għandha sservi bħala dokument ta' kontroll. Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha tintmela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

Madankollu, formola tal-vjaġġ għandha timtela bħala dikjarazzjoni ta' kull xahar.

5.   Il-formoli tal-vjaġġ użati għandhom jiġu ritornati lill-awtorità jew lill-korp kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment b'mod konformi ma' proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dik l-awtorità jew korp. Waqt il-kontrolli, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-maniġer tat-trasport jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li tista' tipprovdi id-dokumenti mitluba. ”. [Em. 74]

(18)

fl-Artikolu 19(2), l-ewwel sentenza tinbidel b’dan li ġej:

“2.   It-trasportaturi li joperaw kabotaġġ jew trasport internazzjonali tal-passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet qed isiru sew, b’mod partikolari fejn jidħlu l-perjodu tas-sewqan u l-mistrieħ”.

(19)

l-Artikolu 20 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 20

L-assistenza reċiproka

1.   L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom jaqsmu l-informazzjoni bejniethom permezz tal-punti nazzjonali ta’ kuntatt stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

2.   Il-korpi regolatorji għandhom jikkoperaw meta jkunu qed iwettqu analiżi ekonomika dwar jekk is-servizzi regolari proposti jkunx jikkompromettu xi kuntratt tas-servizz pubbliku għall-operazzjoni internazzjonali tas-servizzi tat-trasport pubbliku. L-awtorità awtorizzanti għandha tikkonsulta lill-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li jiġu traversati bis-servizz regolari internazzjonali kkonċernat u, meta xieraq, għandha titlob mingħandhom kull informazzjoni meħtieġa qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha.”;

(20)

l-Artikolu 26 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 26

L-eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn … [data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) tista’ tiġi revokata kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(2), 5(5), 6(4), 7(2), 8d(5) u 28(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie notifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”;

(21)

l-Artikolu 28 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 28

Ir-rappurtar

1.   Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar […the first January following the entry into force of this Regulation l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ] , l-awtoritajiet kompetenti tal- Istatil-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari maħruġa matul is-sena ta’ qabel u t-total ta’ awtorizzazzjonijiet għal servizzi regolari validi fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Din l-informazzjoni għandha tingħata b’mod separat għal kull pajjiż tad-destinazzjoni tas-servizz regolari. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni wkoll bid-data dwar l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, fil-forma ta’ servizz regolari speċjali u servizzi okkażjonali, imwettqa matul is-sena ta’ qabel mit-trasportaturi residenti. [Em. 75]

2.   Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar [… l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament the first January following the entry into force of this Regulation ], l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jipprovdu statistika lill-Kummissjoni dwar l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ fil-forma ta’ servizzi regolari kif jissemma fil-punt (c) tal-Artikolu 15 matul is-sena ta’ qabel.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex tistabbilixxi l-format tat-tabella li trid tintuża biex jintbagħtu l-istatistika msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u d-data li trid tingħata.

4.   Kull sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, u fl-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar [… l-ewwel ta' Jannar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament the first January following the entry into force of this Regulation ], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-għadd ta’ trasportaturi li għandhom liċenzja Komunitarja mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u l-għadd ta’ kopji ċċertifikati li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi li jiċċirkolaw f’dak il-jum.

5.   Sa mhux aktar tard minn … [ please insert the date calculated 5 years after date of application of this Regulation [5 snin mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt dan ir-Regolament ikkontribwixxa għal funzjonament aħjar tas-suq tas-sistema tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq , b'mod partikolari għall-passiġġieri, il-forza tax-xogħol tax-xarabank u tal-kowċ u l-ambjent .”. [Em. 76]

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn [XX]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 47.

(2)  ĠU C 387, 25.10.2018, p. 70.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar tagħmir ta’ reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti leġiżlazzjonijiet soċjali relatati mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


23.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 449/694


P8_TA(2019)0126

Direttiva emendatorja 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adattament tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija [kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/XXX/UE] u r-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, [Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] minħabba l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0744 – C8-0482/2018 – 2018/0385(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2020/C 449/72)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0744),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 192(1) u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0482/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-30 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0014/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0385

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Direttiva li temenda 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u r-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/504.)