ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
il–Kunsill |
|
2020/C 400/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 400/02 |
||
2020/C 400/03 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2020/C 400/04 |
||
|
L-Ombudsman Ewropew |
|
2020/C 400/05 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2020/C 400/06 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
24.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/1 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar ir-rwol tal-UE fit-tisħiħ tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa
(2020/C 400/01)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
1. |
JIRRIKONOXXU li l-pandemija tal-COVID-19, u l-konsegwenzi tagħha soċjali, ekonomiċi u fuq is-saħħa, komplew jissottolinjaw il-ħtieġa, fost l-oħrajn, għal kooperazzjoni multilaterali globali b'saħħitha, għal kapaċitajiet globali b'saħħithom fil-qasam tas-saħħa u għal rispons globali għall-isfidi fil-qasam tas-saħħa. Abbażi tal-mandat tagħha, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) taqdi rwol ċentrali bħala l-awtorità li tmexxi u tikkoordina l-indirizzar tal-isfidi globali tas-saħħa, inkluż it-tħejjija u r-rispons għal tifqigħat, u l-prevenzjoni u d-detezzjoni tagħhom. |
2. |
JIRRIKONOXXU r-rwol moqdi mid-WHO bħala segretarjat taċ-ċentru ta' koordinazzjoni tal-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 (ACT). |
3. |
IKOMPLU JIRRIKONOXXU, li, filwaqt li d-WHO għandha mandat wiesa', l-aħħar pandemiji wrew li l-aspettattivi tal-komunità internazzjonali, filwaqt li jvarjaw skont il-kuntesti nazzjonali, ġeneralment jegħlbu l-kapaċitajiet attwali tad-WHO u l-abbiltà tagħha li tappoġġa lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' sistemi tas-saħħa b'saħħithom u reżiljenti li jipprovdu servizzi ta' kwalità għolja lil dawk fil-bżonn, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura, inkluż matul il-pandemiji. |
4. |
JENFASIZZAW ir-rwol tad-WHO fl-għoti ta' appoġġ, inkluż appoġġ tekniku u ta' emerġenza, lill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli. |
5. |
IFAKKRU li r-rieżamijiet u l-evalwazzjonijiet wara l-epidemija tas-Sindromu Respiratorju Akut Gravi (SARS-CoV), il-pandemiji tal-influwenza H1N1 u t-tifqigħa tal-Ebola fl-Afrika tal-Punent enfasizzaw nuqqasijiet fil-kapaċità globali ta' tħejjija għat-tifqigħat u r-rispons għalihom, u għamlu bosta rakkomandazzjonijiet speċifiċi biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet. Sa ċertu punt, dawk ir-rakkomandazzjonijiet irriżultaw f'azzjonijiet ta' min ifaħħarhom, bħar-reviżjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) fl-2005 u l-istabbiliment tal-Programm tad-WHO dwar l-Emerġenzi tas-Saħħa u l-Kumitat Indipendenti ta' Sorveljanza u Konsulenza għall-Programm tad-WHO dwar l-Emerġenzi tas-Saħħa (IOAC) wara t-tifqigħa tal-Ebola msemmija hawn fuq. |
6. |
JIEĦDU NOTA tal-isfidi, fost l-oħrajn, f'termini ta' trasparenza, sinerġiji, finanzjament u responsabbiltà li d-WHO tiffaċċja fis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, u tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rieżamijiet u l-evalwazzjonijiet imwettqa f'dawn l-aħħar snin, kif ukoll ir-rieżamijiet u l-evalwazzjonijiet li għaddejjin bil-ħsieb li jiġu identifikati soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi. JIEĦDU NOTA WKOLL tal-isforzi li għaddejjin biex l-organizzazzjoni tiġi ttrasformata permezz tal-''Aġenda ta' Trasformazzjoni tad-WHO'' u l-''miri ta' biljun triplu'' fit-13-il-Programm Ġenerali ta' Ħidma tad-WHO. |
7. |
IFAKKRU fir-rwol ta' koordinazzjoni u ta' tmexxija tal-UE u l-Istati Membri tagħha fit-tnedija u n-negozjar tar-riżoluzzjoni WHA73.1 tad-WHO, tad-19 ta' Mejju 2020, dwar ir-rispons għall-COVID-19. |
8. |
JESPRIMU l-appoġġ tagħhom għall-proċess ta' evalwazzjoni mibdi mid-WHO, JILQGĦU l-istabbiliment tal-Panel Indipendenti għat-Tħejjija u r-Rispons għall-Pandemiji (''IPPR'') u JENFASIZZAW il-ħtieġa għall-imparzjalità, l-indipendenza u l-komprensività tiegħu, kif ukoll li l-ħidma tiegħu tkun tal-ogħla kwalità possibbli. |
9. |
JILQGĦU t-tlaqqigħ mid-WHO ta' Kumitat ta' Reviżjoni dwar il-Funzjonament tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (Kumitat ta' Reviżjoni tal-IHR), u l-kollaborazzjoni tiegħu mal-IOAC, l-IPPR u korpi rilevanti oħra, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza li din il-ħidma tkun komplementari u allinjata mal-inizjattivi eżistenti u li għaddejjin bħalissa. IFAKKRU fir-riżoluzzjoni adottata mill-146 Bord Eżekuttiv (EB146.R10) bit-titolu “It-Tisħiħ tat-Tħejjija għall-Emerġenzi tas-Saħħa: l-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (2005)” U JINNOTAW ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta' Monitoraġġ tat-Tħejjija Globali dwar it-tisħiħ tat-tħejjija u r-rispons globali. |
10. |
JENFASIZZAW, f'dan il-kuntest ta' riforma, l-importanza tal-approċċ Saħħa Waħda għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta' emerġenzi tas-saħħa, u jinkoraġġixxu riflessjoni dwar l-ankraġġ istituzzjonali u organizzattiv tal-approċċ Saħħa Waħda fil-livell globali. |
ABBAŻI TA' DAN, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL,
11. |
HUMA IMPENJATI li jiżguraw li l-UE u l-Istati Membri tagħha, abbażi tal-impenn tagħhom għall-multilateraliżmu, ikomplu jassumu rwol ta' tmexxija fis-saħħa globali, u HUMA DETERMINATI li jiżguraw rwol proattiv, ta' koordinazzjoni u ta' tmexxija fi proċess inklużiv immirat lejn it-tisħiħ tas-sigurtà tas-saħħa globali u d-WHO, b'mod partikolari l-kapaċità ta' din tal-aħħar fit-tħejjija u r-rispons f'emerġenzi tas-saħħa u li jeżaminaw l-eżiti futuri mill-IPPR, mill-Kumitat ta' Reviżjoni tal-IHR u mill-IOAC bil-għan li dawn jissarfu f'azzjonijiet kif ukoll biex jiġu appoġġati l-Istati Membri tad-WHO permezz tat-tisħiħ ta' sistemi tas-saħħa nazzjonali u ta' politiki tas-saħħa pubblika. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jkun hemm djalogu kostanti u b'saħħtu mal-Istati Membri tad-WHO. |
12. |
JIKKONKLUDU, filwaqt li jirrikonoxxu kuntesti nazzjonali differenti, li hemm il-ħtieġa li tiġi indirizzata d-disparità bejn l-aspettattivi tal-Istati Membri tad-WHO fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-kapaċitajiet tagħha u SER IKOMPLU JIMPENJAW RUĦHOM mal-Istati Membri l-oħra tad-WHO fil-korpi governattivi tal-organizzazzjoni biex jippromwovi azzjonijiet xierqa dwar l-aħjar triq 'il quddiem. |
13. |
JIRRIKONOXXU li l-indirizzar tal-isfidi li attwalment qed tiffaċċa d-WHO, fost l-oħrajn, f'termini ta' trasparenza, sinerġiji, finanzjament prevedibbli u sostenibbli, u responsabbiltà, kif ukoll dawk relatati mar-rispons tagħha għall-pandemija attwali u d-disparità bejn l-aspettattivi tal-Istati Membri tad-WHO u l-kapaċitajiet tal-organizzazzjoni, jenħtieġ li jitwettaq bħala prijorità fil-korpi governattivi tagħha. |
14. |
JINKORAĠĠIXXU lill-atturi rilevanti kollha, inkluż atturi oħra tas-saħħa globali u atturi mhux statali biex b'mod konġunt isaħħu l-kapaċità tad-WHO fil-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons, filwaqt li fl-istess ħin JISĦQU FUQ l-importanza li jkomplu jissaħħu s-sħubiji kif ukoll l-indipendenza, il-ħidma normattiva, il-kapaċità teknika, ir-responsabbiltà, l-effiċjenza, l-effettività u t-trasparenza tal-organizzazzjoni. |
15. |
JISĦQU FUQ il-fatt li Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) imsaħħaħ jista' jaqdi rwol kruċjali f'tifqigħat futuri u li jenħtieġ li tkompli tiġi esplorata kooperazzjoni aktar b'saħħitha bejn l-ECDC u d-WHO. |
16. |
JENFASIZZAW l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-IHR u JISĦQU FUQ li, mingħajr preġudizzju għar-rapporti finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-mekkaniżmi ta' rieżami u evalwazzjoni li għaddejjin, is-suġġerimenti għal miżuri li ġejjin, fost l-oħrajn, fir-rigward tar-reviżjoni tal-IHR, jistgħu jiġu previsti u jistgħu jikkontribwixxu għall-ħidma tal-IPPR, l-IOAC, il-Bord ta' Monitoraġġ tat-Tħejjija Globali (GPMB) u l-Kumitat ta' Reviżjoni tal-IHR. Dawn il-miżuri jinkludu:
|
17. |
JISSOTTOLINJAW li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw bis-sħiħ ir-rwol ta' tmexxija u ta' koordinazzjoni tad-WHO fis-saħħa globali u għaldaqstant ser jippromwovu l-implimentazzjoni f'waqtha tal-miżuri ta' riforma meħtieġa tad-WHO abbażi tar-riflessjonijiet dwar il-punti msemmija hawn fuq kif ukoll ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti bil-għan li tissaħħaħ l-organizzazzjoni, fit-tliet livelli tagħha, u biex jiġi żgurat segwitu mill-korpi governattivi tad-WHO. |
Il-Kummissjoni Ewropea
24.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-23 ta' Novembru 2020
(2020/C 400/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1901 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,47 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4472 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,88888 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,2145 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0806 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
161,10 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6903 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,311 |
HUF |
Forint Ungeriż |
360,21 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4735 |
RON |
Leu Rumen |
4,8740 |
TRY |
Lira Turka |
9,2636 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6233 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5530 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2257 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7082 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5955 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 323,33 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,2466 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8178 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5615 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 844,67 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8681 |
PHP |
Peso Filippin |
57,339 |
RUB |
Rouble Russu |
90,3507 |
THB |
Baht Tajlandiż |
36,048 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,3795 |
MXN |
Peso Messikan |
23,7978 |
INR |
Rupi Indjan |
88,1040 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
24.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/5 |
KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI
Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72
(2020/C 400/03)
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Ottubru 2020
Perjodu ta' applikazzjoni: Jannar, Frar, Marzu 2021
ottubru-20 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
HRK |
HUF |
PLN |
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
27,2131 |
7,44238 |
7,57465 |
362,529 |
4,54144 |
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,9141 |
3,80529 |
3,87291 |
185,361 |
2,32204 |
1 CZK = |
0,0367470 |
0,0718697 |
1 |
0,273485 |
0,278345 |
13,3218 |
0,166884 |
1 DKK = |
0,134366 |
0,262792 |
3,65651 |
1 |
1,01777 |
48,7114 |
0,610213 |
1 HRK = |
0,132019 |
0,258204 |
3,59266 |
0,982538 |
1 |
47,8608 |
0,599558 |
1 HUF = |
0,00275840 |
0,00539488 |
0,0750648 |
0,020529 |
0,0208939 |
1 |
0,0125271 |
1 PLN = |
0,220195 |
0,430657 |
5,99219 |
1,63877 |
1,66790 |
79,8269 |
1 |
1 RON = |
0,205139 |
0,401211 |
5,58248 |
1,52672 |
1,55386 |
74,3688 |
0,931626 |
1 SEK = |
0,096184 |
0,188117 |
2,61747 |
0,715839 |
0,728561 |
34,8695 |
0,436814 |
1 GBP = |
1,10204 |
2,15536 |
29,9899 |
8,20177 |
8,3475 |
399,520 |
5,00483 |
1 NOK = |
0,091558 |
0,179070 |
2,49159 |
0,681413 |
0,693523 |
33,1926 |
0,415807 |
1 ISK = |
0,00611060 |
0,0119511 |
0,166289 |
0,0454774 |
0,0462856 |
2,21527 |
0,027751 |
1 CHF = |
0,931178 |
1,82120 |
25,3403 |
6,93017 |
7,05334 |
337,579 |
4,22888 |
Source: ECB
ottubru-20 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
1 EUR = |
4,87474 |
10,39672 |
0,907411 |
10,92198 |
163,650 |
1,07391 |
1 BGN = |
2,49245 |
5,31584 |
0,463959 |
5,58441 |
83,6742 |
0,549089 |
1 CZK = |
0,179132 |
0,382048 |
0,033345 |
0,401350 |
6,01364 |
0,0394629 |
1 DKK = |
0,654998 |
1,39696 |
0,121925 |
1,46754 |
21,9889 |
0,144297 |
1 HRK = |
0,643560 |
1,37257 |
0,1197959 |
1,44191 |
21,6050 |
0,141777 |
1 HUF = |
0,0134465 |
0,0286783 |
0,00250301 |
0,0301272 |
0,451413 |
0,00296227 |
1 PLN = |
1,073392 |
2,28930 |
0,199807 |
2,40496 |
36,0349 |
0,236469 |
1 RON = |
1 |
2,13277 |
0,186146 |
2,24053 |
33,5710 |
0,220301 |
1 SEK = |
0,468873 |
1 |
0,0872786 |
1,05052 |
15,7405 |
0,103293 |
1 GBP = |
5,37214 |
11,4576 |
1 |
12,0364 |
180,348 |
1,18349 |
1 NOK = |
0,446324 |
0,951908 |
0,0830812 |
1 |
14,9835 |
0,098325 |
1 ISK = |
0,029788 |
0,063530 |
0,00554483 |
0,0667399 |
1 |
0,00656223 |
1 CHF = |
4,53925 |
9,68119 |
0,844961 |
10,17030 |
152,387 |
1 |
Source: ECB
Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal- Islanda.
reference: ottubru-20 |
1 EUR in national currency |
1 unit of N.C. in EUR |
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
CZK |
27,2131 |
0,0367470 |
DKK |
7,44238 |
0,134366 |
HRK |
7,57465 |
0,132019 |
HUF |
362,529 |
0,00275840 |
PLN |
4,54144 |
0,220195 |
RON |
4,87474 |
0,205139 |
SEK |
10,39672 |
0,096184 |
GBP |
0,907411 |
1,10204 |
NOK |
10,92198 |
0,091558 |
ISK |
163,650 |
0,00611060 |
CHF |
1,07391 |
0,931178 |
Source: ECB
Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
|
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.
Il-Qorti tal-Awdituri
24.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/7 |
Rapport Speċjali 24/2020
“Il-kontroll tal-fużjonijiet fl-UE u l-proċedimenti tal-antitrust tal-Kummissjoni: jeħtieġ li tiżdied is-sorveljanza tas-swieq”
(2020/C 400/04)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali 24/2020 “Il -kontroll tal-fużjonijiet fl-UE u l-proċedimenti tal-antitrust tal-Kummissjoni: jeħtieġ li tiżdied is-sorveljanza tas-swieq” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
L-Ombudsman Ewropew
24.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/8 |
Rapport Annwali 2019
(2020/C 400/05)
Fil-5 ta’ Mejju 2020, l-Ombudsman Ewropew bagħtet ir-Rapport Annwali tagħha għas-sena 2019 lill-President tal-Parlament Ewropew.
Ir-Rapport Annwali huwa disponibbli fuq is-sit uffiċjali tal-internet tal-Ombudsman Ewropew, bl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni: http://www.ombudsman.europa.eu/mt/activities/annualreports.faces
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
24.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 400/9 |
Tagħrif li taw l-istati membri rigward l-għeluq tas-sajd
(2020/C 400/06)
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
1 ta’ Ottubru 2020 |
Tul ta’ żmien |
Mill-1 ta’ Ottubru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 |
Stat Membru |
Il-Belġju |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
ANF/*8ABDE (kondizzjoni speċjali għall-ANF/07.) |
Speċi |
Petriċa (Lophiidae) |
Żona |
8a, 8b, 8d u 8e |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
--- |
Numru ta’ referenza |
21/TQ123 |