ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 398/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10000 — PreZero International/SUEZ Nordic) ( 1 ) |
|
2020/C 398/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9673 — Columbia Threadneedle Investments/Brittany Ferries/Condor) ( 1 ) |
|
2020/C 398/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9559 — Telefónica/Prosegur/Prosegur Alarmas España) ( 1 ) |
|
2020/C 398/04 |
||
2020/C 398/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9790 — Blackstone/KP1) ( 1 ) |
|
2020/C 398/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9967 — Kolhberg/Mubadala/Partners Group/Pioneer UK Midco 1) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
il–Kunsill |
|
2020/C 398/07 |
||
2020/C 398/08 |
||
2020/C 398/09 |
||
2020/C 398/10 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 398/11 |
|
Rettifika |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10000 — PreZero International/SUEZ Nordic)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/01)
Fit 17 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M10000. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9673 — Columbia Threadneedle Investments/Brittany Ferries/Condor)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/02)
Fit 17 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9673. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9559 — Telefónica/Prosegur/Prosegur Alarmas España)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/03)
Fit 19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9559. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/4 |
Bidu ta’ proċeduri
(Każ M.9730 — FCA/PSA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/04)
Fil- 17 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.
Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.9730 — FCA/PSA, fl-indirizz li ġej:
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni, |
Reġistru ta’ l-Amalgamazzjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussell |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/5 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9790 — Blackstone/KP1)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/05)
Fit 27 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9790. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/6 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9967 — Kolhberg/Mubadala/Partners Group/Pioneer UK Midco 1)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/06)
Fit 29 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9967. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/7 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1748, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1744 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
(2020/C 398/07)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1748 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1744 (4) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jaġġorna l-informazzjoni dwar żewġ persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq. Ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-persuni kkonċernati jinsabu fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà ta' rikors lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat jew Stati Membri rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi.
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel il-15 ta' Jannar 2021, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.
(2) ĠU L 393, 23.11.2020, p. 19.
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/9 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
(2020/C 398/08)
L-attenzjoni tas-suġġetti tad-data qed tinġibed għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1748 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1744 (5) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu RELEX.1.C li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1748, u r-Regolament (UE) 2019/796, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2020/1744.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbiliti fid-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 u fir-Regolament (UE) 2019/796.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża skont kif ikun meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin mill-mument li s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm idumu l-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13.
(3) ĠU L 393, 23.11.2020, p. 19.
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/10 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(2020/C 398/09)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.
Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-awtoritajiet Tuneżini li ser jiġu kkunsidrati fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b'dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel it-30 ta' Novembru 2020, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/11 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
(2020/C 398/10)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Viktor Ivanovych Ratushniak li jidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Il-Kunsill irċieva informazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni li ser titqies fil-qafas tar-rieżami annwali tal-miżuri restrittivi. Il-persuna msemmija hawn fuq hi b'dan infurmata li tista' tibgħat talba lill-Kunsill biex tikseb l-elementi li l-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu fir-rigward tad-deżinjazzjoni tagħha, qabel it-30 ta' Novembru 2020, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX .1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
F'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata tinġibed għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista ta' persuni ddeżinjati fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u r-Regolament (UE) Nru 208/2014.
Il-Kummissjoni Ewropea
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta' Novembru 2020
(2020/C 398/11)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1863 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,18 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4489 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89393 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,2168 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0811 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
161,30 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6613 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,340 |
HUF |
Forint Ungeriż |
359,50 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4639 |
RON |
Leu Rumen |
4,8735 |
TRY |
Lira Turka |
9,0470 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6227 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5484 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1972 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7086 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5934 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 323,26 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,2192 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7916 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5665 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 840,24 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8549 |
PHP |
Peso Filippin |
57,206 |
RUB |
Rouble Russu |
90,2622 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,922 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,3347 |
MXN |
Peso Messikan |
23,8656 |
INR |
Rupi Indjan |
87,9410 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 9964 — Eurofiber Nederland/Vattenfall Wärme Berlin/Vattenfall Bitstream Infrastructure)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/12)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Eurofiber Nederland B.V. (“Eurofiber”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Antin Infrastructure Partners, |
— |
Vattenfall Wärme Berlin (“VWB”, il-Ġermanja), parti mill-grupp ta’ impriżi Vattenfall, |
— |
Vattenfall Bitstream Infrastructure GmbH (“VBIG”, il-Ġermanja), bħalissa parti minn VWB. |
Eurofiber u VWB jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ VBIG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’impriża maħluqa ġdida.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Eurofiber: tipprovdi infrastruttura diġitali bl-użu tan-netwerks tal-fibra ottika u taċ-ċentri tad-data tagħha stess; |
— |
VWB: tippossjedi u topera impjanti tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fir-reġjun ta’ Berlin; |
— |
VBIG: se tibni netwerk tal-fibra ottika fiż-żona ta’ Berlin biex tipprovdi aċċess għan-network lil fornituri ta’ servizzi bl-internet kif ukoll servizzi ta’ network u ta’ konnettività lill-klijenti kummerċjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9964 — Eurofiber Nederland/Vattenfall Wärme Berlin/Vattenfall Bitstream Infrastructure
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, faks jew bil-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizzi tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Feks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
DG Competition |
Reġistru tal-Fużjonijiet |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/15 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9936 — IMABARI SHIPBUILDING/JFE/IHI/JAPAN MARINE UNITED CORPORATION)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/13)
1.
Fil-11 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Imabari Shipbuilding Co., Ltd (“Imabari Shipbuilding”, il-Ġappun), |
— |
Japan Marine United Corporation (“JMU”, il-Ġappun), ikkontrollata bi sħab minn JFE Holdings, Inc. (“JFE”, il-Ġappun) u IHI Corporation (“IHI”, il-Ġappun). |
Imabari Shipbuilding takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JMU.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Imabari Shipbuilding: l-iżvilupp, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u t-tiswija ta’ firxa wiesgħa ta’ bastimenti kummerċjali, inklużi bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa, bastimenti tal-containers, bastimenti tal-karozzi, bastimenti tal-LNG, tankers u laneċ; |
— |
JMU: l-iżvilupp, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ bastimenti kummerċjali u militari, inklużi bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa, bastimenti tal-containers, bastimenti tal-karozzi, bastimenti tal-LNG, tankers, laneċ u bastimenti ta’ appoġġ lil hinn mill-kosta; |
— |
JFE: kumpanija azzjonarja b’interessi fl-azzar, l-inġinerija u l-kummerċ ta’ materja prima, makkinarju, elettronika, proprjetà immobbli u ikel; kif ukoll |
— |
IHI: manifattur tal-industrija tqila b’attivitajiet (i) f’riżorsi, enerġija u ambjent, (ii) f’infrastruttura soċjali u faċilitajiet offshore, (iii) f’sistemi industrijali u makkinarju għal skopijiet ġenerali, u (iv) f’magni tal-ajruplani, spazju u difiża. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9936 — IMABARI SHIPBUILDING/JFE/IHI/JAPAN MARINE UNITED CORPORATION
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-Għaqdiet”).
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10005 — CPPIB/Sixth Street/Clara)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/14)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada), |
— |
Sixth Street Partners (l-Istati Uniti tal-Amerka) |
CPPIB u Sixth Street Partners jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV) (“Clara”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
CPPIB hija organizzazzjoni ta’ ġestjoni ta’ investiment professjonali bbażata fil-Kanada, |
— |
Sixth Street Partners hija ditta ta’ investiment globali li tħaddem tmien pjattaformi diversifikati ta’ investiment kollaborattiv fit-tkabbir b’investiment f’kontigwi (adjacencies), self dirett, strateġiji pubbliċi fundamentali, infrastruttura, sitwazzjonijiet speċjali, agrikoltura u kreditu likwidu, b’uffiċċji fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit, il-Lussemburgu, iċ-Ċina u l-Awstralja; |
— |
Clara hija konsolidatur kummerċjali ta’ skemi tal-pensjoni ta’ benefiċċju definit fir-Renju Unit. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10005 — CPPIB/Sixth Street/Clara
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/18 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9829 — Aon/Willis Towers Watson)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/15)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Aon plc (l-Irlanda, “Aon”), |
— |
Willis Towers Watson Public Limited Company (l-Irlanda, “WTW”). |
Aon takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ WTW kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Aon hija ditta globali tas-servizzi professjonali attiva f’ħames segmenti tan-negozju: (i) soluzzjonijiet ta’ riskju kummerċjali, (ii) soluzzjonijiet ta’ riassikurazzjoni, (iii) soluzzjonijiet għall-irtirar, (iv) soluzzjonijiet tas-saħħa u (v) servizzi ta’ data u servizzi analitiċi. |
— |
WTW hija wkoll ditta globali tas-servizzi professjonali attiva f’erba’ segmenti tan-negozju: (i) il-kapital uman u l-benefiċċji, (ii) ir-riskju u s-senserija korporattiva, (iii) l-investiment, ir-riskju u r-riassikurazzjoni, u (iv) it-twassil u l-amministrazzjoni tal-benefiċċji. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9829 — Aon/Willis Towers Watson
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9973 — SK Capital Partners/Venator Materials)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/16)
1.
Fis-16 ta’ Novembru 2020 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
SK Capital Partners, LP (“SKCP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Venator Materials PLC (“Venator”, ir-Renju Unit). |
SKCP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ Venator kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
SKCP: ditta ta’ investiment privat iffukata fuq is-setturi tal-materjali, il-kimiċi u l-farmaċewtiċi ta’ speċjalità, |
— |
Venator: produttur tad-diossidu tat-titanju għall-użu f’diversi applikazzjonijiet finali u hija attiva wkoll fil-produzzjoni ta’ addittivi tal-prestazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9973 — SK Capital Partners/Venator Materials
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/20 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10032 – Goldman Sachs Group/Insight Venture Management/InhabitIQ Parent)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/17)
1.
Fis-16 Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
Insight Venture Management , LLC (“Insight”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
InhabitIQ Parent, LLC (“InhabitIQ”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
Goldman Sachs takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ InhabitIQ kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Goldman Sachs: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. Hija tipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ titoli u ta’ investiment madwar id-dinja għal bażi sostanzjali u diversifikata ta’ klijenti, |
— |
Insight: kapital ta’ riskju globali u ekwità privata. Hija tispeċjalizza f’investimenti f’ekwità ta’ tkabbir, akkwiżizzjoni, kapital għal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet. Insight primarjament tinvesti fis-settur tat-teknoloġija, billi tiffoka fuq it-teknoloġija li tħares lejn il-konsumatur, u infrastruttura tas-software bbażata fuq is-software bħala servizz (software as a service, SaaS), |
— |
InhabitIQ: fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ software għall-ġestjoni tal-proprjetà għall-managers tal-proprjetà ta’ kull daqs fis-swieq finali residenzjali, tal-btajjel u kummerċjali. Il-kumpanija tipprovdi sett komprensiv ta’ soluzzjonijiet ta’ software integrat biex tittratta l-flussi kollha tal-klijenti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10032 - Goldman Sachs Group/Insight Venture Management/InhabitIQ Parent
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/21 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 398/18)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA/INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Münchener Bier”
Nru tal-UE: PGI-DE-0516-AM04 – 25 ta’ Lulju 2019
DOP IĠP (X)
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem: Verein Münchener Brauereien e.V.
Indirizz: Oskar-von-Miller-Ring 1, 80333 Munich, Germany
Tel.: +49 244184770
Faks: +49 244184780
E-mail: Manfred.newrzella@muenchener-bier.de
Interess leġittimu:
L-applikant hu l-istess bħall-applikant oriġinali. Hija assoċjazzjoni ta’ produtturi u proċessuri tal-prodott inkwistjoni.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☐ |
Isem tal-prodott |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☐ |
Żona ġeografika |
☐ |
Prova tal-oriġini |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
☒ |
Rabta maż-żona ġeografika |
☐ |
Tikkettar |
☐ |
Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati) |
4. Tip ta’ emenda/i
☒ |
Emenda għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Emenda għal Speċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew ta’ IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emendi
(b) Deskrizzjoni
(1) |
Punt 3.2 Speċifikazzjoni – Dokument Uniku |
Qiegħed jintalab li t-tip u l-kelma “Diät-Pils”, flimkien mad-deskrizzjoni sħiħa li ġejja, jitħassru mit-tipi ta’ birra speċifikati.
i) |
Test oriġinali: “Diät-Pils Gravità oriġinali f’%: 8,5-9,3 Qawwa alkoħolika f’%: 4,3-4,9 Lewn (unitajiet EBC): 5,0-6,5 Unitajiet Ewropej tal-Imrar: 26,0-30,0 Baxxa fil-karboidrati, xi ftit morra, togħma xotta.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: L-ebda test! |
iii) |
Raġunijiet: Is-Sittax-il Regolament Emendatorju (16. ÄndV) tal-1 ta’ Ottubru 2010 (BGBl. I p. 1306) irrevoka t-Taqsima 12 tar-Regolament Ġermaniż dwar l-ikel tad-dieta (Verordnung über diätetische Lebensmittel, DiätV). Skont it-Taqsima 28(4) ta’ dak ir-Regolament, l-ikel tad-dieta għad-dijabetiċi f’konformità mal-verżjoni tar-Regolament fis-seħħ sat-8 ta’ Ottubru 2010 jista’ jiġi kkumerċjalizzat sad-9 ta’ Ottubru 2012. Wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-ikel tad-dieta għad-dijabetiċi li mhuwiex konformi mar-Regolament jista’ jinbiegħ sad-data ta’ skadenza tiegħu. Minħabba li l-perjodi ta’ tranżizzjoni ilhom li għaddew għal xi żmien, prodott elenkat bħala “Diät-Pils” (“Pils tad-dieta”) ma għadux kummerċjabbli u għandu jitneħħa mill-ispeċifikazzjoni. |
(2) |
Punt 3.2 Speċifikazzjoni – Dokument Uniku |
Qed jintalab li t-tip u l-kelma “ICE-Bier”, flimkien mad-deskrizzjoni sħiħa li ġejja, jitħassru mit-tipi ta’ birra speċifikati.
i) |
Test oriġinali: “ICE-Bier Gravità oriġinali f’%: 11,2 Qawwa alkoħolika f’%: 4,9 Lewn (unitajiet EBC): 6,5 Unitajiet Ewropej tal-Imrar: 20,0 Armonjuża, matura, mimlija.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: L-ebda test! |
iii) |
Raġunijiet: It-tip ta’ birra “ICE-Bier” ilha ma tiġi prodotta għal diversi snin. Għal raġunijiet ta’ żamma tat-tradizzjoni, din it-tip hi mħassra mill-ispeċifikazzjoni. |
(3) |
Punt 3.2 Speċifikazzjoni – Dokument Uniku |
Hu mitlub li t-tip u l-kelma “Oktoberfestbier”, flimkien mad-deskrizzjoni sħiħa li ġejja, jitħassru mit-tipi ta’ birra speċifikati.
i) |
Test oriġinali: “Oktoberfestbier Gravità oriġinali f’%: 13,6-14,0 Qawwa alkoħolika f’%: 5,3-6,6 Lewn (unitajiet EBC): 6,0-28,0 Unitajiet Ewropej tal-Imrar: 16,0-28,0 Ċara, dehbija, ta’ kulur ambra jew skura, li tvarja minn b’togħma mimlija, ħafifa, mingħajr bżieżaq jew aromatika fix-xgħir għal sa ftit bil-ħops bi mrar ħafif ħafna jew b’togħma qawwija u ftit ħelwa.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: L-ebda test! |
iii) |
Raġunijiet: “Oktoberfestbier” innifisu mhuwiex protett, l-IĠP “Münchener Bier” biss. Sadanittant, l-applikant ippreżenta applikazzjoni għal “Octoberfestbier” biex jirċievi indikazzjoni ġeografika protetta separata. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ applikazzjoni għal IĠP separata għal “Octoberfestbier”, il-Kummissjoni Ewropea kkunsidrat li l-inklużjoni ta’ “Octoberfestbier” fil-listi ta’ birer koperti mill-IĠP “Münchener Bier” tmur kontra r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Sabiex “Octoberfestbier” tiġi rreġistrata bħala IĠP separata, ma tistax tibqa’ tiġi inkluża taħt “Münchener Bier”. |
(4) |
Punt 3.2 Speċifikazzjoni – Dokument Uniku |
Hu mitlub li t-test li ġej ii) jiddaħħal fl-aħħar ta’ dak il-punt, wara s-sommarju tat-tipi ta’ birer speċifikati skont il-lista tat-tipi ta’ birer (jiġifieri wara t-taqsima “Nähr-/Malzbier”):
i) |
Test oriġinali: L-ebda test! |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: “Il-valuri speċifikati huma soġġetti għat-tolleranzi stabbiliti bil-liġi u rikonoxxuti mill-awtoritajiet rilevanti tal-monitoraġġ tal-ikel fil-Bavarja. It-tolleranzi jridu jitqiesu wkoll matul l-analiżi tal-valuri speċifikati.” |
ii-2) |
It-test ta’ sostituzzjoni ġie miżjud biss mal-ispeċifikazzjoni u mhux mad-Dokument Uniku “Ħarsa Ġenerali: Tolleranzi analitiċi u legali
|
iii) |
Raġunijiet: L-awtoritajiet għall-investigazzjoni jaċċettaw b’mod żbaljat it-tolleranzi tal-kejl u l-flutwazzjonijiet stabbiliti bil-liġi u rikonoxxuti mill-awtoritajiet rilevanti tal-monitoraġġ tal-ikel fil-Bavarja jekk biss jiġu indikati jew imsemmija fl-ispeċifikazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni Ewropea kienet tal-opinjoni b’mod ċar li fi kwalunkwe każ, dawn it-tolleranzi japplikaw u għandhom jitħarsu. Għalhekk ma għandhomx jiġu elenkati fid-“Dokument Uniku” iżda għandhom jingħataw fl-ispeċifikazzjoni għall-finijiet ta’ kjarifika. Jekk l-awtoritajiet iqisu li r-referenza għat-tolleranzi tal-kejl hija fi kwalunkwe mod meħtieġa, dawn għandhom jiġu inklużi. |
(5) |
Punt 3.3 Dokument Uniku |
Qiegħed jintalab li t-test attwali jiġi sostitwit bit-test li ġej ii).
i) |
Test oriġinali: “L-ingredjenti għandhom ikunu x-xgħir, il-ħops, il-ħmira u l-ilma. L-ilma jrid jiġi minn saffi terzjarji tal-pjanura taż-żrar fil-limiti tal-belt ta’ Munich.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: “Il-produzzjoni ssir skont il-Liġi ta’ Munich dwar il-Purità tal-Birra (“Münchener Reinheitsgebot”) tal-1487 fil-forma tat-Taqsima 9 tal-Att Provviżorju Ġermaniż dwar il-Birra (“Vorläufiges Biergesetz”). L-ingredjenti għandhom ikunu x-xgħir, il-ħops, il-ħmira u l-ilma. Barra minn hekk, l-ilma jrid jinkiseb minn bjar fondi li jkunu ta' proprjetà privata u li jkunu jinsabu fil-limiti tal-belt ta’ Munich u li l-ilma jaslilhom minn akwifer li jkun jikkonsisti fi blat ramli Terzjarju tal-Molasse u depożiti konglomerati. Fil-preżent dawn il-bjar profondi għandhom fond ta’ bejn wieħed u ieħor 140 m sa 250 m skont il-post. L-ilma muniċipali ta’ Munich ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.” |
iii) |
Raġunijiet: |
Il-limitazzjoni ta’ dan għall-iktar ingredjent prominenti ma tidhirx xierqa u tmur kontra l-intenzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Barra minn hekk, l-awtoritajiet u r-rappreżentanti tal-UE ħeġġew lill-applikanti biex jelenkaw l-ingredjenti kollha. Il-Kummissjoni Ewropea ħeġġet ukoll lill-applikanti biex jintegraw dan it-test taħt il-punt 3.3 minflok jiddikjaraw dan taħt il-punt 3.2 kif mitlub oriġinarjament.
Barra minn hekk, id-divrenzjar minn birreriji oħrajn f’termini tal-materja prima “ilma” għandu jkun aktar ċar, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilma muniċipali ta’ Munich użat minn birreriji oħrajn, li jiġi minn diversi reġjuni barra minn Munich.
e) Metodu ta’ produzzjoni
Speċifikazzjoni
Hu mitlub li t-tielet sentenza ta’ dan il-punt tiġi sostitwita b’sentenza differenti u li jiżdiedu żewġ sentenzi ġodda warajha.
i) |
Test oriġinali: “L-ilma użat mill-birreriji ta’ Munich jiġi mill-pjanura ta’ żrar mill-bjar fondi tal-belt ta’ Munich, li l-biċċa l-kbira tagħhom huma fondi daqs is-saffi li jmorru lura għall-perjodu terz.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: “Barra minn hekk, l-ilma jrid jinkiseb minn bjar fondi li jkunu ta' proprjetà privata u li jkunu jinsabu fil-limiti tal-belt ta’ Munich u li l-ilma jaslilhom minn akwifer li jkun jikkonsisti fi blat ramli Terzjarju tal-Molasse u depożiti konglomerati. Fil-preżent dawn il-bjar profondi għandhom fond ta’ bejn wieħed u ieħor 140 m sa 250 m skont il-post. L-ilma muniċipali ta’ Munich ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.” |
iii) |
Raġunijiet: Il-kjarifika fir-rigward tal-materja prima “ilma” għandha tiġi applikata b’mod konsistenti tul id-dokument kollu. |
f) Rabta maż-żona ġeografika
(1) |
Is-sottointestatura 2 tad-Dokument Uniku. “L-ispeċifiċità tal-prodott”, it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza |
Huwa mitlub li l-aħħar nofs tal-ewwel sentenza u t-tieni sentenza jinbidlu u li tiżdied it-tielet sentenza ġdida wara dawn.
i) |
Test oriġinali: “... iżda b’mod partikolari wkoll fuq il-fatt, li l-birreriji ta’ Munich jiksbu l-ilma għall-fermentazzjoni tal-birra mill-bjar fondi tagħhom tal-pjanura taż-żrar ta’ Munich. Dawn il-bjar fondi jilħqu fond ta’ 250 m tas-saffi tal-perjodu terz.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: “...b’mod partikolari dwar il-fatt li l-birreriji ta’ Munich jiksbu l-ilma tal-birra tagħhom mill-bjar fondi tagħhom stess li jinsabu fil-limiti tal-belt u l-ilma jaslilhom minn akwifer li jikkonsisti fi blat ramli terzjarju tal-Molasse u depożiti konglomerati. Fil-preżent dawn il-bjar profondi għandhom fond ta’ bejn wieħed u ieħor 140 m sa 250 m skont il-post. L-ilma muniċipali ta’ Munich ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.” |
iii) |
Raġunijiet: Il-kjarifika fir-rigward tal-materja prima “ilma” għandha tiġi applikata b’mod konsistenti tul id-dokument kollu. |
(2) |
Speċifikazzjoni – Dokument Uniku, sottointestatura 3. “Rabta kawżali”, l-għaxar paragrafu (sentenza waħda twila) Qiegħed jintalab li żewġ kelmiet f’dan il-paragrafu/sentenza jiġu sostitwiti b’kelma differenti.
Jekk it-terminu “Octoberfest” jitħassar, ma hemmx bżonn ta’ ġustifikazzjonijiet relatati ma’ din il-birra jew li jirreferu għall-kontenut tagħha. It-test għandu jiġi aġġustat f’dan ir-rigward għal raġunijiet ta’ ċarezza. |
(3) |
Speċifikazzjoni – Dokument Uniku, sottointestatura 3. “Rabta kawżali”, it-tnax-il paragrafu |
Qiegħed jintalab li dan il-paragrafu jitħassar.
i) |
Test oriġinali: “L-Oktoberfest, li tant jiġi imitat iżda qatt verament b'suċċess, ġie organizzat għall-ewwel darba fis-sena 1810, u oriġina minn tiġrijiet taż-żwiemel. Sadanittant jeżistu ’l fuq minn 2 000 Oktoberfest mad-dinja kollha. L-Oktoberfest u l-birra tiegħu, l-“Oktoberfestbier”, li tista’ tiġi prodotta biss fil-birreriji ta’ Munich, taw kontribut globali lill-fama tajba tal-birra ta’ Munich. Aktar minn sitt miljun ruħ iżuru Munich fuq medja fis-sena għall-Oktoberfest biex jixorbu l-birra magħrufa globalment. L-Oktoberfest, bil-birra tiegħu, jippreżenta l-punt ta’ kulminazzjoni tal-birra ta’ Munich. Il-qorti reġjonali ta’ Munich kienet saħansitra ddeċidiet li l-Oktoberfest huwa “l-festa tal-“Münchner Bier”.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: |
L-ebda test!
iii) |
Raġunijiet: |
Jekk it-terminu “Octoberfest” jitħassar, ma hemmx bżonn ta’ ġustifikazzjonijiet relatati ma’ din il-birra jew li jirreferu għall-kontenut tagħha. It-test għandu jiġi aġġustat f’dan ir-rigward għal raġunijiet ta’ ċarezza.
(4) |
Speċifikazzjoni – Dokument Uniku, sottointestatura 3. “Rabta kawżali”, il-21 paragrafu, it-tieni sentenza |
Qiegħed jintalab li jitħassru 12 il-kelma fit-tieni sentenza.
i) |
Test oriġinali: “L-esportazzjonijiet li għadhom jiżdiedu matul dawn l-aħħar 30 sena, speċjalment tal-birra magħrufa tal-Oktoberfest, li l-birreriji ta’ Munich biss jistgħu jsejħulha hekk, jitkellmu ċar f’dan ir-rigward.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: “Iċ-ċifri tal-esportazzjoni li ilhom jiżdiedu tul dawn l-aħħar 30 sena jitkellmu waħedhom.” |
iii) |
Raġunijiet: |
Jekk it-terminu “Octoberfest” jitħassar, ma hemmx bżonn ta’ ġustifikazzjonijiet relatati ma’ din il-birra jew li jirreferu għall-kontenut tagħha. It-test għandu jiġi aġġustat f’dan ir-rigward għal raġunijiet ta’ ċarezza.
(5) |
Speċifikazzjoni – Dokument Uniku, sottointestatura 3. “Rabta kawżali”, il-21 paragrafu, it-tielet u r-raba’ sentenza |
Qiegħed jintalab li dawn is-sentenzi jitħassru.
i) |
Test oriġinali: “L-Oktoberfest, bħala l-festa tal-birra ta’ Munich, hija magħrufa mad-dinja kollha. Il-kostum tradizzjonali tagħha u l-parata tas-suldati, il-ftuħ u r-rapportar ta’ kuljum mit-tined tal-Oktoberfest iżidu sew il-fama tal-birra ta’ Munich.” |
ii) |
Test ta’ sostituzzjoni: |
L-ebda test!
iii) |
Raġunijiet: |
Jekk it-terminu “Octoberfest” jitħassar, ma hemmx bżonn ta’ ġustifikazzjonijiet relatati ma’ din il-birra jew li jirreferu għall-kontenut tagħha. It-test għandu jiġi aġġustat f’dan ir-rigward għal raġunijiet ta’ ċarezza.
DOKUMENT UNIKU
“Münchener Bier”
Nru tal-UE: PGI-DE-0516-AM04 – 25 ta’ Lulju 2019
DOP IĠP (X)
1. Isem (Ismijiet)
“Münchener Bier”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Ġermanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.1. – Birer
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Helles |
|
Gravità oriġinali f’%: |
11,4-11,9 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
4,7-5,4 |
Lewn (unitajiet EBC): |
5,0-8,5 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
14,0-25,0 |
Safra ċara, ċara, għandha palat tajjeb, pura, mingħajr bżieżaq, ħafifa għal bi ftit ħops li tieħu gost biha, ftit fragranti għal aromatikament friska bi ftit imrar li tieħu gost bih u li jiddependi fuq il-proċess tal-birra.
Export Hell |
|
Gravità oriġinali f’%: |
12,5-12,8 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
5,5-6,0 |
Lewn (unitajiet EBC): |
5,5-7,5 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
15,0-26,0 |
Safra ċara, iffermentata sewwa, b’togħma qawwija, li tvarja minn togħma moderata, rikka u mingħajr bżieżaq sa qawwija, bi ftit ħops u bi mrar delikat.
Export Dunkel |
|
Gravità oriġinali f’%: |
12,5-13,7 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
5,0-5,9 |
Lewn (unitajiet EBC): |
42.0≤60.0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
15,0-24,0 |
B’togħma mimlija, lixxa, b’aroma ta’ xgħir sa togħma qawwija, bix-xgħir ta’ Munich kultant dominanti.
Pils |
|
Gravità oriġinali f’%: |
11,5-12,5 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
4,9-5,8 |
Lewn (unitajiet EBC): |
5,5-7,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
30,0-38,0 |
Ftit qarsa, delikata, fina, bl-imrar tal-ħops, bi ħjiliet ta’ ħops sa aromatika bil-ħops, ħafifa, eleganti, morra.
Weißbier mingħajr alkoħol |
|
Gravità oriġinali f’%: |
3,5-8,0 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
<0,5 |
Lewn (unitajiet EBC): |
8,0-21,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
7,0-19,0 |
Weißbier tipika: qawwija, ħelwa, b’palat sħiħ, ċara fil-kulur, dehebija sa kulur ambra, tidher ftit imsaħħba bil-ħmira għal imsaħħba b’mod naturali sa msaħħba bil-ħmira, bi ftit ħops għal verament ftit morra.
Leichtes Weißbier |
|
Gravità oriġinali f’%: |
7,7-8,4 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
2,8-3,2 |
Lewn (unitajiet EBC): |
11,0-13,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
13,0-15,0 |
Rifreskanti, pikkanti, qawwija, mhux ċara bil-ħmira, togħma tipika ta’ Weißbier iffermentata fil-wiċċ.
Kristall Weizen |
|
Gravità oriġinali f’%: |
11,5-12,4 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
4,9-5,5 |
Lewn (unitajiet EBC): |
7,5-12,5 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
12,0-16,0 |
Pikkanti, qawwija ħafna, iffiltrata sewwa tant li tidher trasparenti, ċara, morra, bi ħjiel ta’ fermentazzjoni fil-wiċċ, tipikament iffermentata fil-wiċċ.
Hefeweizen Hell |
|
Gravità oriġinali f’%: |
11,4-12,6 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
4.5-5.5 |
Lewn (unitajiet EBC): |
11.0-20.0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
12,0-20,0 |
Iffermentata sewwa, imsaħħba b’mod naturali, ta’ karattru tipiku ffermentat fil-wiċċ, qawwija, rifreskanti, pikkanti, qarsa, f’xi każijiet bil-ħmira, aroma ta’ Weißbier.
Hefeweizen Dunkel |
|
Gravità oriġinali f’%: |
11,6-12,4 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
4,5-5,3 |
Lewn (unitajiet EBC): |
29,0-45,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
13,0-16,0 |
Mhux ċara b’mod naturali, b’togħma mimlija, karattru/togħma ta’ xgħir, bi ħjiel/karattru ta’ fermentazzjoni fil-wiċċ.
Märzen |
|
Gravità oriġinali f’%: |
13,2-14,0 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
5,3-6,2 |
Lewn (unitajiet EBC): |
8,0-32,5 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
21,0-25,0 |
Qawwija ħafna, b’palat sħiħ, ħafifa, b’aroma “altbayerisch” (“Bavarjana antika”) għal aroma tax-xgħir, bi mrar ħafif ħafna.
Bockbier |
|
Gravità oriġinali f’%: |
16,2-17,3 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
6,2-8,1 |
Lewn (unitajiet EBC): |
7,5-40,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
18,0-32,5 |
Iffermentata ħafna, tvarja minn magħquda, rikka, b’palat sħiħ u pjaċevoli, mingħajr bżieżaq, aromatika għal bi ftit togħma ta’ ħops, ftit qarsa għal togħma kbira ta’ ħops u f’xi każijiet b’karatteristiċi ta’ frott.
Doppelbock |
|
Gravità oriġinali f’%: |
18,2-18,7 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
7,2-7,7 |
Lewn (unitajiet EBC): |
44,0-75,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
18,0-28,0 |
Qawwija, b’saħħitha, fragranti, togħma mimlija, togħma ta’ xgħir.
Birra mingħajr alkoħol |
|
Gravità oriġinali f’%: |
1,0-8,0 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
<0,5 |
Lewn (unitajiet EBC): |
4,0-13,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
13,0-29,0 |
Birra tipilament xotta għal ħelwa: friska, rikka, ħafifa għal b’palat sħiħ, ċara, tlellex, ċara fil-kulur sa isfar dehbi, ftit fragranti sa fragranti, b’aroma ħafifa ta’ ħops għal b’aroma ta’ ħops.
Leichtbier |
|
Gravità oriġinali f’%: |
7,5-7,7 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
2,7-3,2 |
Lewn (unitajiet EBC): |
5,5-7,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
24,0-26,5 |
Togħma xi ftit morra, fina.
Schwarz-Bier |
|
Gravità oriġinali f’%: |
11,3 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
4,8 |
Lewn (unitajiet EBC): |
70,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
17,0 |
Aroma delikatament fragranti, tax-xgħir.
Nähr-/Malzbier |
|
Gravità oriġinali f’%: |
12,3-12,7 |
Qawwa alkoħolika f’% tal-volum: |
0,0-1,2 |
Lewn (unitajiet EBC): |
65,0-90,0 |
Unitajiet Ewropej tal-Imrar: |
8,0-15,0 |
B’ammont baxx ta’ alkoħol, b’fermentazzjoni ħafifa ħafna, togħma ta’ xgħir, fragranti, bi ħjiel delikat ta’ ħops.
Il-valuri speċifikati huma soġġetti għat-tolleranzi stabbiliti bil-liġi u rikonoxxuti mill-awtoritajiet rilevanti tal-monitoraġġ tal-ikel fil-Bavarja. It-tolleranzi jridu jitqiesu wkoll matul l-analiżi tal-valuri speċifikati.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-produzzjoni ssir skont il-Liġi ta’ Munich dwar il-Purità tal-Birra (“Münchener Reinheitsgebot”) tal-1487 fil-forma tat-Taqsima 9 tal-Att Provviżorju Ġermaniż dwar il-Birra (“Vorläufiges Bioergesetz”).
L-ingredjenti għandhom ikunu x-xgħir, il-ħops, il-ħmira u l-ilma. Barra minn hekk, l-ilma jrid jinkiseb minn bjar fondi li jkunu ta’ proprjetà privata u li jkunu jinsabu fil-limiti tal-belt ta’ Munich u li jiksbu l-ilma minn akwifer li jkun jikkonsisti fi blat ramli Terzjarju tal-Molasse u depożiti konglomerati. Fil-preżent dawn il-bjar fondi għandhom fond ta’ bejn wieħed u ieħor 140 m sa 250 m skont il-post. L-ilma muniċipali ta’ Munich ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess kollu tal-produzzjoni għall-Münchener Bier għandu jsir fil-limiti tal-belt ta’ Munich.
Dan jibda mit-tħin u mill-immaxxjar tax-xgħir u jispiċċa bil-ħżin, fejn il-birra żagħżugħa tipproduċi d-diossidu tal-karbonju b’mod naturali u timmatura sakemm tilħaq it-togħma matura tagħha.
Dan jgħodd ukoll għall-proċess kollu tal-produzzjoni tal-“Münchner Biere” mhux alkoħolika li hija ffermentata fil-wiċċ u fil-qiegħ. Madankollu, skont it-tip ta’ produzzjoni, id-distillazzjoni f’vakwu u l-evaporazzjoni, jew it-tlestija preferuta tal-istadju ta’ fermentazzjoni huma wkoll parti minn dan il-proċess.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċetera
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikkettar tal-birra huwa bbażat fuq l-isem tal-prodott “Münchener Bier” jew “Münchner Bier”, flimkien ma’ waħda mit-tipi ta’ birer elenkati taħt il-punt 3.2.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Il-limiti tal-belt ta’ Munich.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
L-isem “Münchener Bier” ilu jintuża għal sekli twal mill-birreriji ta’ Munich, mingħajr ebda oġġezzjoni minn partijiet terzi. L-evidenza tat-tradizzjoni twila tinkludi l-fatt li l-pagamenti bi flus u l-pagamenti mhux bi flus magħmula mill-birrara ta’ Munich tmur lura għall-1280, kif tniżżel fir-reġistru tal-proprjetà tad-Duka Ludwig der Strenge (ara “München und sein Bier” minn Heckhorn/Wiehr, Munich 1989, jew it-teżi tad-dottorat ta’ Dr. Karin Hackel-Stehr – bħal fil-każ tal-punt 4 hawn fuq – kif ukoll “Die “prewen” Münchens” minn Sedlmayr/Grohsmann, Nuremburg 1969, li siltiet minnhom huma annessi. Ara wkoll “125 Jahre Verein Münchener Brauereien e.V.” minn Dr Christine Rädlinger, pubblikazzjoni kommemorattiva 1996).
Munich għandha wkoll tradizzjoni twila ta’ birer mhux alkoħoliċi. Ġie rrapportat f’paġna 1928 tal-ħarġa tas-17 ta’ Awwissu 1898 tal-“Allgemeinen Brauer- und Hopfen-Zeitung” li l-birra mhux alkoħolika kienet qed tiġi prodotta fil-Bavarja. Il-paġna 1590 tal-edizzjoni tad-9 ta’ Lulju 1898 tal-istess ġurnal, tirreferi għal birra mhux alkoħolika fi Munich. Dan il-passaġġ jirrakkonta dwar applikazzjoni li saret mis-Sur Karl Michel, is-sid tal-Munich Praktische Brauerschule, li xtaq ibiegħ birra mhux alkoħolika (ara wkoll paġna 105 tal-“Münchner Brauindustrie 1871-1945”, minn Christian Schäder). Minkejja li din l-applikazzjoni dak iż-żmien ġiet miċħuda, il-birra mhux alkoħolika ma sparixxietx minn Munich, b’mod speċjali hekk kif in-nuqqas ta’ materja prima, kif inhu magħruf, tat bidu għall-produzzjoni ta’ birer b’kontenut baxx ta’ alkoħol fi żminijiet ta’ bżonn waqt u wara ż-żewġ Gwerer Dinjija. Fi kwalunkwe każ, il-birreriji ta’ Munich komplew bil-produzzjoni kontinwata tagħhom ta’ birra mhux alkoħolika u ta’ Weißbier mhux alkoħolika sa mill-1986.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
Il-konsumaturi jassoċjaw reputazzjoni speċjali u aspettattivi tal-ogħla kwalità mal-birra prodotta fi Munich.
Din il-kwalità hija bbażata mhux biss fuq il-konformità mal-Liġi ta’ Munich dwar il-Purità tal-Birra tal-1487, li għaddiet 29 sena qabel il-Liġi tal-Bavarja dwar il-Purità tal-Birra tal-1516, iżda b’mod partikolari wkoll fuq il-fatt li l-birreriji ta’ Munich jiksbu l-ilma għall-fermentazzjoni tal-birra tagħhom mill-bjar fondi tagħhom li jinsabu fi ħdan il-limiti tal-belt u li l-ilma jaslilhom minn akwifer li jikkonsisti f’depożiti ta’ blat ramli Terzjarju tal-Molasse u depożiti konglomerati. Fil-preżent dawn il-bjar profondi għandhom fond ta’ bejn wieħed u ieħor 140 m sa 250 m skont il-post. L-ilma muniċipali ta’ Munich ma jissodisfax dawn il-kundizzjonijiet.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħrajn tal-prodott
Ir-rabta b’saħħitha tal-popolazzjoni mal-“Münchener Bier” u r-reputazzjoni marbuta magħha tirriżulta, fiż-żona ta’ Munich, minn tradizzjoni twila tal-produzzjoni tal-birra fi Munich u mill-assoċjazzjonijiet storiċi. Bħala riżultat tat-tkabbir b’saħħtu tagħha, il-“Münchener Bier” l-ewwel kisbet fama fuq livell lokali, imbagħad fuq livell reġjonali, wara fuq livell nazzjonali u finalment fuq livell internazzjonali.
Il-birra minn dejjem kienet popolari fi Munich. Sa mis-sena 815, il-manuskritt “Kozrah” fl-istorja “Historia Frisingensis” jirrakkonta kif il-Knisja ta’ San Ġwann ta’ Oberföhring ġiet mislufa lid-Djaknu Huwetzi li min-naħa tiegħu dan intalab iħallas lill-Kapitlu permezz ta’ karettun birra bħala titolu (taxxa) annwali.
Is-“Salbuch der Stadt München” tal-1280 jikkonferma li anki dak iż-żmien kienu jinħarġu “liċenzji għall-produzzjoni tal-birra” liċ-ċittadini ta’ Munich.
Fis-sena 1372, id-Duka Stiefnu II irriforma l-privileġġ tal-produzzjoni tal-birra fi Munich u stabbilixxa l-ewwel kostituzzjoni dwar il-produzzjoni tal-birra, li stabbilixxiet id-dritt li l-persuni komuni jipproduċu l-“Greußing” (li jidher li kienet tip ta’ birra bi gravità baxxa) “jekk ikunu jixtiequ li jagħmlu dan”. Tajjeb li wieħed jinnota li dan id-dritt, meta mogħti lil xi individwu, seta’ jinbiegħ jew mgħoddi b’suċċessjoni.
Fis-sekli 14 u 15, kwantità innumerabbli ta’ sustanzi, li wħud minnhom kienu velenużi, kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti mal-birra b’tali mod li jtawlu l-perjodu tal-ħżin tax-xarba. Għal din ir-raġuni, madwar l-1453, l-Uffiċċju Muniċipali tal-Belt ta’ Munich ħareġ Statut dwar il-Birra, li fih stipula li l-birra u l-Greußing għandhom jitgħallew u jsiru “biss mix-xgħir, mill-ħops u mill-ilma u xejn aktar”. Dawn kienu l-oriġini tal-ewwel “liġi dwar il-purità”.
Imbagħad, nhar it-30 ta’ Novembru 1487, fi Munich, id-Duka Albert IV tal-Bavarja ppubblika verżjoni kemxejn modifikata tal-Istatut dwar il-Birra bħala l-Liġi ta’ Munich dwar il-Purità. Minn dak in-nhar ‘il quddiem setgħet tiġi servuta biss birra mgħollija mill-ħops, mix-xgħir u mill-ilma. Ladarba din il-liġi ġiet promulgata, sar mandatorju wkoll li l-birra tkun soġġetta għal proċess ta’ spezzjoni simili għall-kontroll ta’ kwalità tal-lum. Għalhekk, lejn l-aħħar tas-seklu 15, għall-ewwel darba, beda jiġi eżaminat l-ikel għall-kwalità. Il-Liġi ta’ Munich dwar il-Purità , li hi l-pedament tas-suċċess u r-reputazzjoni tal-“Münchener Bier”, tiżgura li tiġi prodotta biss birra ta’ kwalità għolja.
Fl-1493, id-Duka George der Reiche stabbilixxa liġi dwar il-purità simili għall-Bavarja t’Isfel. Fis-sena 1516, wara l-mewt tiegħu u l-Gwerra tas-Suċċessjoni ta’ Landshut, id-Duki Bavarjani Wilhelm IV u Louis X, ulied id-Duka Albertu IV, ħarġu l-“Liġi ta’ Munich dwar il-Purità” f’forma kważi identika għal-Liġi tal-Bavarja dwar il-Purità. Din il-liġi ġiet emendata diversi drabi qabel ma saret l-Att Ġermaniż dwar it-Taxxa fuq il-Birra tal-1906 u l-Att Provviżorju dwar il-Birra attwali. Il-Liġi ta’ Munich dwar il-Purità għadha tapplika sal-lum.
Il-fama tal-“Münchner Bier” kompliet tikber aktar u aktar matul is-sekli. Għalhekk, fis-seklu 16, pereżempju, din saret aktar famuża bis-saħħa tas-sewwieqa tal-karozzini u l-vaguni li setgħu jżommu ż-żwiemel tagħhom fil-birreriji. Eventwalment, kien hemm birrerija waħda għal kull 250 abitant.
Tabilħaqq, iċ-ċittadini ta’ Munich tant iħossu rabta mal-birra tagħhom li kienu saħansitra lesti li joħorġu jiddefenduha fit-toroq. Pereżempju, fl-1844 qamet gwerra fuq il-birra, meta l-prezz tal-birra tela’ f’daqqa minn 6 kreuzer għal 6,5 kreuzer. F’Mejju tal-1995, madwar 25 000 persuna pprotestaw kontra deċiżjoni tal-qorti, li obbligat lill-"beer gardens" ta’ Munich jagħlqu fid-9:30 pm.
Ovvjament, dawk il-"beer gardens", il-festivals tal-birra u r-ristoranti tal-belt kollha taw sehemhom biex tiġi stabbilita r-reputazzjoni ta’ “Münchner Bier” fil-partijiet kollha tad-dinja.
Fil-każ tal-"beer gardens" ġenwini tal-belt, hu dritt famuż u tradizzjoni maħbuba ħafna min-nies ta’ Munich, li jieħdu magħhom l-ikel tagħhom fil-"beer garden" jew – kif kienu jgħidu n-nies qabel – fil-kantina tal-birra.
Mid-djar pubbliċi tal-belt, wieħed kemm għandu bżonn isemmi biss “Hofbräuhaus”, li hi magħrufa mad-dinja kollha. Huwa ovvju li kemm il-kanzunetta “In München steht ein Hofbräuhaus …”, kif ukoll il-pub innifsu, għamlu l-“Münchner Bier” famuża madwar id-dinja kollha.
Minbarra din l-istorja, l-innovazzjonijiet tekniċi wkoll kabbru l-profil tal-birra ta’ Munich.
Fis-seklu 19, il-birrara ta’ Munich bdew jipproduċu l-birra fi djar u f’kantini tas-silġ ġenwini. Ir-rekwiżiti tekniċi involuti għal dan kollu kienu tant kumplessi, li l-“Königliche Baugewerkeschule” (l-Iskola Rjali tas-Snajja’ tal-Bini) bdiet toffri korsijijet fid-disinn tal-kantina tal-birra.
Fl-1873, Carl von Linde żviluppa l-ewwel magna tat-tkessiħ fid-dinja għall-Birrerija Spaten fi Munich. Kien importanti l-fatt li issa l-birra setgħet tinħadem kontinwament b’mod indipendenti mill-klima u t-temperatura ta’ barra fl-istess kwalità u f’ammonti mixtieqa.
Madwar is-sena 1900, il-Birrerija Hacker fi Munich, kellha saħansitra stivi refriġerati ibbażati fuq is-sistema ta’ Linde installati fuq żewġ vapuri Olandiżi li kienet tużahom biex tesporta l-“Münchener Bier” u l-fama tagħha barra mill-pajjiż.
Barra minn hekk, sa mis-seklu 19 kull birrerija ta’ Munich kellha l-flotta tagħha ta’ mhux aktar minn 90 vagun tat-tkessiħ li kienu jużaw il-linji tal-ferroviji biex iwasslu l-prodotti tagħhom f’żoni tal-bejgħ aktar ‘il bogħod. Dawn il-vaguni tat-tkessiħ, li servew fl-istess ħin bħala mezz ta’ pubbliċità għall-birreriji, jistgħu jintużaw fil-partijiet kollha tan-network ferrovjarju Ewropew, li f’dak iż-żmien kien għaddej minn espansjoni maġġuri. Ferm aktar importanti mill-effett tar-reklamar kienet il-preżervazzjoni tal-kwalità li l-vaguni ppermettew. F’termini ta’ ħajja tal-ħażna tal-birra, dan kien pass kbir ‘il quddiem. Il-“Münchner Bier” ta’ kwalità għolja ġiet esportata u setgħet titgawda barra l-pajjiż, u għal darb’oħra dan żied ir-reputazzjoni tax-xarba. Iċ-ċifri tal-esportazzjoni, li f’dak iż-żmien kienu qed jiżdiedu b’mod kostanti, huma xhieda tal-fama tal-“Münchener Bier”.
Sabiex ikunu jistgħu jiġġeneraw temperatura kostanti sabiex jassiguraw standards ta’ produzzjoni għoljin b’mod konsistenti, fis-seklu 19, ħafna mill-birreriji ta’ Munich introduċew il-magni li jaħdmu bil-fwar għall-produzzjoni tal-enerġija. Sabiex jissolvew il-kwistjonijiet tas-sikurezza u l-problemi tekniċi li rriżultaw, twaqqfet id-‘Dampfkessel-Revisionsverein’ (Assoċjazzjoni tal-Ispezzjoni tal-Bojler) bl-involviment tal-birreriji ta’ Munich. Din l-assoċjazzjoni illum saret “Technischer Überwachungsverein” (Assoċjazzjoni ta’ spezzjoni teknika), li hija magħrufa madwar id-dinja. L-għarfien fis-sikurezza tal-birreriji ta’ Munich kompla jsaħħaħ il-fama tal-birreriji ta’ Munich u l-birra li huma pproduċew.
Fis-seklu 19, l-iżvilupp ta’ metodi xjentifiċi kien akkumpanjat bl-istabbiliment ta’ dipartimenti għat-teknoloġija tal-produzzjoni tal-birra f’kulleġġi tal-agrikultura, universitajiet u istituti edukattivi u ta’ riċerka privati. Żvilupp sinifikanti ieħor kien it-tnedija ta’ pubblikazzjonijiet speċjalisti dwar il-produzzjoni tal-birra. Iċ-ċentru ta’ dan l-iżvilupp kienet Munich, li minn dan l-istadju ’il quddiem hi deskritta bħala belt Universitarja “tal-birra” (tal-produzzjoni tal-birra). Sal-ġurnata tal-lum, il-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Produzzjoni tal-Birra tat-Technische Universität München-Weihenstephan u l-Istitut Doemens, huma l-istituzzjonijiet ewlenin għall-birrara u għall-inġiniera tal-produzzjoni tal-birra, li wara jmorru jaħdmu mad-dinja kollha.
Kif intqal diġà, f’dawn l-aħħar 550 sena kompliet tikber il-fama u r-reputazzjoni tal-“Münchener Bier” fil-Ġermanja u fl-Istati tal-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifri tal-esportazzjoni kibru tul dawn l-aħħar 30 sena. L-isponsorizzazzjoni fl-isports, pereżempju tat-tim nazzjonali Ġermaniż tal-ġiri bl-islitta (bobsleigh) jew fl-arena “Olympiahalle” wassal l-isem tal-“Münchener Bier” mad-dinja kollha permezz tax-xandiriet televiżivi. Fl-aħħar deċennji, ir-radju, it-televixin u b’mod speċjali l-internet introduċew aktar u aktar nies minn madwar id-dinja għall-“Münchener Bier”, xarba li tiġi diskussa b’entużjażmu fil-forums fuq l-internet u fil-klabbs tal-ammiraturi. Il-paġni tal-internet tal-birreriji ta’ Munich jirċievu regolarment kuntatti b’mistoqsijiet minn madwar id-dinja kollha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)Nru 668/2014)
Markenblatt (Ġurnal tat-Trademark), Volum 7 tal-15 ta’ Frar 2019, Parti 7a-bb, paġna 3197.https://register.dpma.de/DPMAregister/geo/detail.pdfdownload/41737
Rettifika
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/32 |
Rettifika tan-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 352 I tat-22 ta’ Ottubru 2020 )
(2020/C 398/19)
F’paġna 1, taħt il-punt 1. Ilment, il-paragrafu 1 għandu jinqara kif ġej:“L-ilment tressaq fis-7 ta’ Settembru 2020 minn sitt produtturi tal-Unjoni (“l-ilmentaturi”), li jirrappreżentaw aktar minn 50 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-foil tal-aluminju għall-modifikazzjoni. ”