|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 362/01 |
Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni (Il-Każ M.9748 — KKR/Dentix Health Corporation) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 362/02 |
||
|
2020/C 362/03 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 362/04 |
Sejħa għall-proposti Appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni b’rabta mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 362/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9911 — Voith/PCSH/TSA) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 362/06 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/1 |
Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9748 — KKR/Dentix Health Corporation)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 362/01)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004
Fi 4 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Fi 14 ta’ Frar 2020, il-parti notifikanti infurmat lill-Kummissjoni li hija rtirat l-avviż tagħha.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-27 ta' Ottubru 2020
(2020/C 362/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1832 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,74 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4406 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,90718 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,3060 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0732 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
165,30 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,8398 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,337 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
365,41 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5842 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8765 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,6466 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6585 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5589 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1699 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7639 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6078 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 332,89 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,0620 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9345 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5745 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 344,17 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9274 |
|
PHP |
Peso Filippin |
57,157 |
|
RUB |
Rouble Russu |
90,5710 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,940 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,6711 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,6622 |
|
INR |
Rupi Indjan |
87,1635 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/3 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 362/03)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
|
C(2020) 7104 |
Il-21 ta’ Ottubru 2020 |
Trijossidu tal-kromu Nru KE 215-607-8, Nru CAS 1333-82-0 |
ThyssenKrupp Rasselstein GmbH Koblenzer Str. 141, 56626 Andernach, il-Ġermanja. |
REACH/20/15/0 |
Passivazzjoni tal-azzar bil-pjanċa stanjata |
Seba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
|
REACH/20/15/1 |
Kisi elettrolitiku tal-azzar bil-kromu |
Il-31 ta’ Diċembru 2028 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/4 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI
“Appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni b’rabta mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE”
(2020/C 362/04)
Werrej
|
1. |
INTRODUZZJONI — Sfond | 6 |
|
2. |
Objettiv(i) — Tema/i — Prijoritajiet | 4 |
|
3. |
Skeda | 8 |
|
4. |
Baġit disponibbli | 6 |
|
5. |
Rekwiżiti ta’ Ammissibbiltà | 6 |
|
6. |
Kriterji ta’ Eliġibbiltà | 6 |
|
6.1. |
Applikanti eliġibbli | 8 |
|
6.2. |
Attivitajiet eliġibbli | 9 |
|
6.3. |
Perjodu ta’ implimentazzjoni | 9 |
|
7. |
Kriterji tal-Esklużjoni | 10 |
|
7.1. |
Esklużjoni | 10 |
|
7.2. |
Miżuri ta’ rimedju | 11 |
|
7.3. |
Proposti li ma jintlaqgħux għas-sejħa għall-proposti | 11 |
|
7.4. |
Dokumenti ta’ sostenn | 11 |
|
8. |
Kriterji tal-għażla | 12 |
|
8.1. |
Kapaċità finanzjarja | 12 |
|
8.2. |
Kapaċità operazzjonali | 12 |
|
9. |
Kriterji għall-għoti | 13 |
|
10. |
Impenji legali | 14 |
|
11. |
Dispożizzjonijiet finanzjarji | 14 |
|
11.1. |
Forom tal-għotja | 14 |
|
11.2. |
Kostijiet eliġibbli | 14 |
|
11.3. |
Kostijiet ineliġibbli | 16 |
|
11.4. |
Baġit ibbilanċjat | 17 |
|
11.5. |
Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja | 17 |
|
11.6. |
Arranġamenti ta’ rrappurtar u ta’ pagament | 18 |
|
11.7. |
Kundizzjonijiet finanzjarji oħra | 18 |
|
12. |
Pubbliċità | 19 |
|
12.1. |
Mill-benefiċjarji | 19 |
|
12.2. |
Mill-Kummissjoni | 20 |
|
13. |
Proċessar ta’ data personali | 20 |
|
14. |
Proċedura għall-preżentazzjoni tal-proposti | 21 |
1. INTRODUZZJONI — SFOND
Din hija sejħa għall-proposti għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 58 (1) (f) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 mill-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-2020 kif imħabbra mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 305 tas-27.1.2020 (1).
L-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea għas-snin li ġejjin tinkludi deċiżjonijiet ta’ importanza ewlenija għall-futur tal-UE: bħalissa għaddej dibattitu wiesa’ dwar il-prijoritajiet li għandha tiffoka fuqhom l-UE. B’mod parallel, dalwaqt se jiġi adottat qafas finanzjarju pluriennali ġdid li jkopri l-perjodu ta’ wara l-2020 u se jiġu stabbiliti programmi u mekkaniżmi ta’ finanzjament ġodda sabiex jimplimentawhom.
F’dan il-kuntest, huwa importanti li d-deċiżjonijiet futuri dwar il-prijoritajiet għall-UE jqisu b’mod adegwat il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni (2) għat-twettiq tal-prijoritajiet tal-UE u l-potenzjal tagħha li tgħin biex l-UE terġa’ tingħaqad maċ-ċittadini tagħha.
Il-Politika ta’ Koeżjoni tipprovdi investimenti fir-reġjuni kollha fl-UE sabiex tappoġġa l-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività tan-negozji, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini fil-276 reġjun tal-UE. Dawn l-investimenti — li jirrappreżentaw terz tal-baġit totali tal-UE — jgħinu biex jintlaħqu l-prijoritajiet politiċi tal-UE. Huma jirrappreżentaw l-aktar prova tanġibbli u konkreta tal-impatt tal-UE fil-ħajja ta’ kuljum ta’ miljuni ta’ ċittadini.
Madankollu, iċ-ċittadini għadhom mhumiex konxji biżżejjed tar-riżultati tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-impatti tagħhom fuq ħajjithom. Sabiex ikun jista’ jsir dibattitu infurmat dwar il-prijoritajiet futuri għall-UE u tiġi żgurata aktar trasparenza dwar kif qed jintużaw il-fondi tal-UE u b’liema riżultati, iċ-ċittadini jenħtieġ li jkollhom għarfien u sensibilizzazzjoni aħjar tal-investiment fil-pajjiżi, fir-reġjuni u fl-ibliet tagħhom.
Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE enfasizzaw kemm-il darba l-ħtieġa li tiżdied il-viżibbiltà tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, kif muri mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (3) dwar “It-tqarrib tal-Politika ta’ Koeżjoni lejn iċ-ċittadini”, mir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew (4) dwar “Iż-żieda fl-involviment tas-sħab u l-viżibilità fil-prestazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” u mill-proposti mill-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni konġunta (5) dwar il-Politika ta’ Koeżjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea.
Fi ħdan il-qafas legali attwali li jirregola l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE (6), din is-sejħa għall-proposti għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ informazzjoni u kontenut marbuta mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, filwaqt li tirrispetta l-indipendenza editorjali sħiħa tal-atturi involuti.
2. OBJETTIV(I) — TEMA/I — PRIJORITAJIET
B’din is-sejħa għall-proposti, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tagħżel il-benefiċjarji potenzjali għall-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ miżuri ta’ informazzjoni (7) kofinanzjati mill-UE. L-għan ewlieni huwa li jingħata appoġġ għall-produzzjoni u għat-tixrid ta’ informazzjoni u kontenut marbuta mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE (8), inkluż fost l-oħrajn il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (9) u l-pjan ta’ rkupru għall-Ewropa (10), filwaqt li tiġi rrispettata l-indipendenza editorjali sħiħa tal-atturi involuti.
Il-kontenut eżatt tal-miżuri ta’ informazzjoni proposti se jiddependi fuq l-għażla editorjali tal-applikanti. L-indipendenza editorjali se tkun garantita permezz ta’ karta ta’ indipendenza li se tkun parti mill-ftehim iffirmat bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-benefiċjarji tal-għotjiet.
L-objettivi speċifiċi għal din is-sejħa għall-proposti huma li:
|
— |
Jiġi promoss u jitrawwem fehim aħjar tar-rwol tal-Politika ta’ Koeżjoni fl-appoġġ tar-reġjuni kollha tal-UE; |
|
— |
Tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar proġetti ffinanzjati mill-UE — b’mod partikolari permezz tal-Politika ta’ Koeżjoni — u l-impatt tagħhom fuq il-ħajja taċ-ċittadini; |
|
— |
Tinxtered l-informazzjoni u jiġi mħeġġeġ djalogu miftuħ dwar il-Politika ta’ Koeżjoni, ir-riżultati tagħha, ir-rwol tagħha fit-twettiq tal-prijoritajiet politiċi u dwar il-futur tagħha; |
|
— |
Tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni ċivika fi kwistjonijiet marbutin mal-Politika ta’ Koeżjoni u titrawwem il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-futur ta’ din il-politika. |
Il-proposti għandhom juru u jivvalutaw ir-rwol tal-Politika ta’ Koeżjoni fit-twettiq tal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Ewropea u fl-indirizzar tal-isfidi kurrenti u futuri għall-UE, l-Istati Membri tagħha, ir-reġjuni tagħha u l-livell lokali. B’mod aktar speċifiku, dawn jenħtieġ li jkunu marbuta mal-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni biex:
|
— |
jiżdiedu l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment fil-livell reġjonali u nazzjonali, u titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini; |
|
— |
jgħinu biex jitwettqu l-prijoritajiet ewlenin tal-UE u tal-Istati Membri, li minbarra l-ħolqien tal-impjiegi u tat-tkabbir, jinkludu fost l-oħrajn l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent, it-tisħiħ tar-riċerka u l-innovazzjoni; |
|
— |
isaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE, filwaqt li jitnaqqsu d-diskrepanzi fil-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE u bejniethom; |
|
— |
jgħinu lir-reġjuni jisfruttaw il-globalizzazzjoni billi jsibu l-qasam partikolari tagħhom fl-ekonomija dinjija; |
|
— |
jirrinfurzaw il-proġett Ewropew, minħabba li l-Politika ta’ Koeżjoni taqdi direttament liċ-ċittadini. |
Ir-riżultati u l-outputs mistennija huma dawn li ġejjin:
|
— |
Li tiżdied il-kopertura tal-midja dwar il-Politika ta’ Koeżjoni, b’mod partikolari fil-livell reġjonali; |
|
— |
Li jiżdied l-għarfien tan-nies dwar ir-riżultati tal-Politika ta’ Koeżjoni u tal-impatti tagħhom fuq ħajjithom; |
|
— |
Li jinkisbu outputs u riżultati konkreti mmirati lejn sensibilizzazzjoni wiesgħa matul id-durata tal-miżura — eż. xandir fuq it-TV u r-radju, kopertura online jew stampata, tip ieħor ta’ miżuri ta’ informazzjoni u tixrid — filwaqt li jitqies il-multilingwiżmu; |
|
— |
Li tiġi stabbilita kollaborazzjoni effiċjenti u effettiva bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-benefiċjarji tal-għotjiet. |
L-udjenza fil-mira tal-miżuri ta’ informazzjoni li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ din is-sejħa hija l-pubbliku ġenerali u/jew il-partijiet interessati relatati. B’mod aktar speċifiku:
|
— |
Għall-pubbliku ġenerali: l-objettiv huwa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riżultati tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-impatt tagħhom fuq il-ħajja taċ-ċittadini għall-Ewropej li mhumiex konxji mill-UE u mill-azzjoni tal-UE fir-reġjun tagħhom. L-informazzjoni għandha tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ fehim akbar tal-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa u jitnaqqsu d-disparitajiet bejn l-Istati Membri u r-reġjuni. |
|
— |
Għall-partijiet interessati: l-objettiv huwa li jkun hemm involviment mal-partijiet ikkonċernati (inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, il-benefiċjarji, in-negozji, l-akkademiċi) biex jiġi kkomunikat aktar l-impatt tal-Politika ta’ Koeżjoni fuq ir-reġjuni tagħhom u biex jikkontribwixxi għad-diskussjoni dwar il-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni u, b’mod aktar ġenerali, dwar il-futur tal-Ewropa. |
3. SKEDA
|
|
Passi |
Data u ħin jew perjodu indikattiv |
|
(a) |
Pubblikazzjoni tas-sejħa |
13.10.2020 |
|
(b) |
Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet |
12.1.2021 |
|
(c) |
Perjodu ta’ evalwazzjoni |
Frar sa April 2021 |
|
(d) |
Informazzjoni lill-applikanti |
Mejju 2021 |
|
(e) |
Iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja |
Ġunju sa Awwissu 2021 |
4. BAĠIT DISPONIBBLI
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa għall-proposti huwa stmat li jlaħħaq EUR 5 000 000.
L-ammont massimu tal-għotja se jkun ta’ EUR 300 000.
Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
5. REKWIŻITI TA’ AMMISSIBBILTÀ
Sabiex ikunu ammissibbli, l-applikazzjonijiet iridu:
|
— |
jintbagħtu mhux aktar tard mill-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 3; |
|
— |
jiġu ppreżentati bil-miktub (ara t-Taqsima 14), billi tintuża l-formola tal-applikazzjoni disponibbli fuq https://ec.europa.eu/regional_policy/en/newsroom/funding-opportunities/calls-for-proposal/; u |
|
— |
abbozzati f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. |
In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti jwassal biex l-applikazzjoni tiġi miċħuda.
6. KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ
6.1. Applikanti eliġibbli
Il-proposti jistgħu jiġu ppreżentati minn kwalunkwe wieħed mill-applikanti li ġejjin (11):
|
— |
organizzazzjonijiet tal-midja/aġenziji tal-aħbarijiet (it-televiżjoni, ir-radju, l-istampa, il-midja online, midja ġdida, taħlita ta’ midja differenti); |
|
— |
organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ; |
|
— |
universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi; |
|
— |
ċentri ta’ riċerka u gruppi ta’ riflessjoni; |
|
— |
assoċjazzjonijiet ta’ interess Ewropew; |
|
— |
entitajiet privati; |
|
— |
awtoritajiet pubbliċi (12) (nazzjonali, reġjonali u lokali), bl-eċċezzjoni tal-awtoritajiet inkarigati mill-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni f’konformità mal-Artikolu 123 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013. |
Il-persuni fiżiċi kif ukoll l-entitajiet stabbiliti għall-iskop uniku tal-implimentazzjoni tal-proġetti f’din is-sejħa għall-proposti mhumiex eliġibbli.
L-applikanti li pparteċipaw fis-sejħiet imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fl-2017, 2018 u 2019 (is-Sejħa għall-proposti 2017CE16BAT063, 2018CE16BAT042, u 2019CE16BAT117 rispettivament, għal “Appoġġ għall-miżuri ta’ informazzjoni b’rabta mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE”) huma eliġibbli minkejja l-eżitu tal-applikazzjonijiet preċedenti tagħhom.
Kun af li wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit (13) fl-1 ta’ Frar 2020 u b’mod partikolari l-Artikoli 127(6), 137 u 138, ir-referenzi għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jridu jinftiehmu li jinkludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fir-Renju Unit. Ir-residenti u l-entitajiet tar-Renju Unit huma għalhekk eliġibbli biex jipparteċipaw taħt din is-sejħa.
Pajjiż ta’ stabbiliment
Huma eliġibbli biss applikazzjonijiet minn entitajiet legali stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
|
— |
L-Istati Membri tal-UE; |
Dokumenti ta’ sostenn
Għall-valutazzjoni tal-eliġibbiltà tal-applikanti, qed jintalbu d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:
|
— |
entità privata: silta mill-Ġurnal Uffiċjali, kopja tal-istatut ta’ assoċjazzjoni, silta mir-reġistru kummerċjali jew ta’ assoċjazzjoni, ċertifikat ta’ responsabbiltà għall-ħlas tal-VAT (jekk, bħal f’xi pajjiżi, in-numru tar-reġistru kummerċjali u n-numru tal-VAT ikunu identiċi, ikun meħtieġ wieħed biss minn dawn id-dokumenti); |
|
— |
entità pubblika: kopja tar-riżoluzzjoni, tad-deċiżjoni jew ta’ dokument uffiċjali ieħor li jistabbilixxi lill-entità regolata bil-liġi pubblika; |
|
— |
persuni fiżiċi: fotokopja tal-karta tal-identità u/jew tal-passaport; iċ-ċertifikat tar-responsabbiltà għall-VAT, jekk applikabbli (eż. xi persuni li jaħdmu għal rashom) |
|
— |
entitajiet mingħajr personalità ġuridika: dokumenti li jipprovdu evidenza li r-rappreżentant tagħhom ikollu l-kapaċità li jissodisfa l-obbligi ġuridiċi f’isimhom. |
Qed tinġibed l-attenzjoni li, matul il-proċedura, l-applikanti jistgħu jintalbu jirreġistraw u jipprovdu Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Parteċipant (PIC, numru b’9 ċifri), li jservi bħala l-identifikatur uniku tal-organizzazzjoni tagħhom fir-Reġistru tal-Parteċipanti. L-applikanti jirċievu struzzjonijiet dwar kif joħolqu PIC fi żmien xieraq.
Mal-komunikazzjoni tal-PIC tal-applikant, is-Servizzi ta’ Validazzjoni tal-UE (Servizzi ta’ Validazzjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka) jikkuntattjaw lill-applikant (permezz tas-sistema ta’ messaġġi inkorporata fir-Reġistru tal-Parteċipanti) u jitolbu lil dan tal-aħħar jipprovdi d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa biex jagħtu prova tal-eżistenza u l-istatus legali tal-organizzazzjoni. Id-dettalji u l-istruzzjonijiet kollha neċessarji jiġu pprovduti permezz ta’ din in-notifika separata.
6.2. Attivitajiet eliġibbli
L-attivitajiet eliġibbli għandhom ikunu dawk meħtieġa biex titwettaq il-miżura ta’ informazzjoni u joħorġu l-outputs/ir-riżultati maħsuba skont l-objettivi, it-temi u l-udjenza fil-mira kif elenkati taħt it-Taqsima 2 ta’ din is-sejħa għall-proposti.
|
A. |
Il-miżuri għandhom jiġu implimentati fl-UE fil-livell lokali, reġjonali, multireġjonali, nazzjonali, jew fil-livell ta’ diversi Stati Membri. |
|
B. |
Il-proposti għandhom jinkludu attività u għodda waħda jew diversi li jkollhom karattru innovattiv bil-għan li jintlaħqu l-objettivi, jiġu koperti t-temi u tintlaħaq l-udjenza fil-mira. |
|
C. |
Il-miżuri meħtieġa bil-liġi jew skont il-kuntratti speċifiċi ta’ servizz pubbliku (fil-każ ta’ entitajiet pubbliċi) mhumiex eliġibbli. |
6.3. Perjodu ta’ implimentazzjoni
L-applikanti huma mistiedna jissottomettu proposti għal proġetti b’durata massima ta’ 12-il xahar.
7. KRITERJI TAL-ESKLUŻJONI
7.1. Esklużjoni
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jeskludi lil applikant milli jipparteċipa fi proċeduri ta’ sejħa għall-proposti meta:
|
(a) |
l-applikant ikun fallut, soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew ta’ likwidazzjoni, l-assi tiegħu jkunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun jinsab f’arranġament mal-kredituri, l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jkunu ġew sospiżi, jew ikun jinsab f’xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili prevista skont il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali jew tal-UE; |
|
(b) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun qed jikser l-obbligi tiegħu marbuta mal-ħlas tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’konformità mal-liġi applikabbli; |
|
(c) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun ħati ta’ mġiba professjonali gravi billi jkun kiser il-liġijiet jew ir-regolamenti jew l-istandards etiċi applikabbli tal-professjoni tal-applikant, jew billi jkun indika intenzjoni ħażina jew negliġenza gravi, inkluż, b’mod partikulari, kwalunkwe wieħed mill-eżempji li ġejjin:
|
|
(d) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali li l-applikant ikun ħati ta’ kwalunkwe wieħed mill-eżempji li ġejjin:
|
|
(e) |
l-applikant ikun wera nuqqasijiet sinifikanti fil-konformità mal-obbligi ewlenin tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, ftehim tal-għotja jew deċiżjoni tal-għotja ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, li jkunu wasslu għal terminazzjoni bikrija jew għall-applikazzjoni ta’ danni likwidati jew penali kuntrattwali oħra, jew li jkun ġie skopert wara li jkunu saru verifiki, awditjar jew investigazzjonijiet minn uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, mill-OLAF jew mill-Qorti tal-Awdituri; |
|
(f) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun wettaq irregolarità fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95; |
|
(g) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li l-applikant ikun ħoloq entità f’ġuriżdizzjoni differenti bil-ħsieb li jiġu evitati obbligi fiskali, soċjali jew kwalunkwe obbligu legali ieħor ta’ applikazzjoni obbligatorja fil-ġuriżdizzjoni tal-uffiċċju rreġistrat, tal-amministrazzjoni ċentrali jew tal-post prinċipali tan-negozju; |
|
(h) |
ikun ġie stabbilit b’sentenza finali jew b’deċiżjoni amministrattiva finali li entità tkun inħolqot bil-ħsieb imsemmi fil-punt (g); |
|
(i) |
għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti minn (c) sa (h) hawn fuq, l-applikant ikun soġġett għal:
|
7.2. Miżuri ta’ rimedju
Jekk applikant jiddikjara waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati hawn fuq (ara t-Taqsima 7.1), dan irid jindika l-miżuri li jkun ħa biex jirrimedja għas-sitwazzjoni ta’ esklużjoni, u b’hekk juri l-affidabbiltà tiegħu. Dan jista’ jinkludi, pereżempju, miżuri tekniċi, ta’ organizzazzjoni jew tal-persunal li jikkoreġu l-imġiba u jipprevjenu aktar okkorrenzi, kumpens għal dannu jew ħlas ta’ multi jew ta’ kwalunkwe taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali. L-evidenza dokumentarja rilevanti li turi l-miżuri ta’ rimedju meħuda trid tiġi pprovduta fl-anness tad-dikjarazzjoni. Dan ma japplikax għas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tat-Taqsima 7.1.
7.3. Proposti li ma jintlaqgħux għas-sejħa għall-proposti
L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni ma għandux jagħti għotja lil applikant li:
|
(a) |
ikun f’sitwazzjoni ta’ esklużjoni stabbilita f’konformità mat-Taqsima 7.1; jew |
|
(b) |
ikun irrappreżenta b’mod ħażin l-informazzjoni meħtieġa bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura jew ikun naqas milli jipprovdi din l-informazzjoni; jew |
|
(c) |
fl-imgħoddi kien involut fit-tħejjija tad-dokumenti użati fil-proċedura tal-għoti meta dan ikun jinvolvi ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, inkluż distorsjoni tal-kompetizzjoni li ma tistax tiġi rimedjata b’xi mod ieħor. |
L-istess kriterji ta’ esklużjoni japplikaw għall-entitajiet affiljati.
Jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi (esklużjoni) fuq l-applikanti, jew l-entitajiet affiljati fejn applikabbli, jekk xi waħda mid-dikjarazzjonijiet jew l-informazzjoni pprovduta bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni f’din il-proċedura tkun falza.
7.4. Dokumenti ta’ sostenn
L-applikanti u l-entitajiet affiljati jridu jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom li tiċċertifika li ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 136(1) u fl-Artikolu 141 tar-Regolament Finanzjarju (14), billi jimlew il-formola rilevanti mehmuża mal-formola tal-applikazzjoni li takkumpanja s-sejħa għall-proposti u li hija disponibbli fuq https://ec.europa.eu/regional_policy/en/newsroom/funding-opportunities/calls-for-proposal/
Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat b’wieħed mill-modi li ġejjin:
Għall-għotjiet lil benefiċjarju wieħed:
|
(i) |
l-applikant jiffirma dikjarazzjoni f’ismu u f’isem l-entitajiet affiljati tiegħu; JEW |
|
(ii) |
l-applikant u l-entitajiet affiljati tiegħu kollha jiffirmaw dikjarazzjoni separata f’isimhom. |
Għall-għotjiet lil diversi benefiċjarji:
|
(i) |
il-koordinatur ta’ konsorzju jiffirma dikjarazzjoni f’isem l-applikanti kollha u l-entitajiet affiljati tagħhom; JEW |
|
(ii) |
kull applikant fil-konsorzju jiffirma dikjarazzjoni f’ismu u f’isem l-entitajiet affiljati tiegħu; JEW |
|
(iii) |
kull applikant fil-konsorzju u l-entitajiet affiljati kollha jiffirmaw dikjarazzjoni separata f’isimhom. |
8. KRITERJI TAL-GĦAŻLA
8.1. Kapaċità finanzjarja
L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament biex iżommu l-attività tagħhom tul id-durata tal-għotja u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha. Il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti se tiġi vvalutata abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin li jridu jiġu ppreżentati flimkien mal-applikazzjoni:
|
— |
dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, u |
JEW
|
— |
ir-rapport tal-introjtu kif ukoll il-karta tal-bilanċ għall-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ikunu ngħalqu l-kontijiet; |
|
— |
għal entitajiet ġodda li għadhom kemm inħolqu: il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jaf jieħu post id-dokumenti msemmija hawn fuq; |
JEW
|
— |
it-tabella prevista fil-formola tal-applikazzjoni, kompluta biċ-ċifri statutorji tal-kontabbiltà rilevanti, sabiex jiġu kkalkulati l-proporzjonijiet kif deskritt fil-formola. |
Abbażi tad-dokumenti ppreżentati, jekk il-Kummissjoni tqis li l-kapaċità finanzjarja tkun dgħajfa, hija tista’:
|
— |
titlob aktar informazzjoni; |
|
— |
tiddeċiedi li ma tagħtix prefinanzjament; |
|
— |
tiddeċiedi li tagħti prefinanzjament f’pagamenti parzjali; |
|
— |
tiddeċiedi li tagħti prefinanzjament kopert minn garanzija bankarja (ara t-Taqsima 11.6.2 hawn taħt); |
|
— |
fejn applikabbli, titlob l-obbligazzjoni finanzjarja in solidum tal-kobenefiċjarji kollha. |
Jekk l-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni Responsabbli jqis li l-kapaċità finanzjarja ma tkunx biżżejjed, huwa jiċħad l-applikazzjoni.
8.2. Kapaċità operazzjonali
L-applikanti jrid ikollhom il-kompetenzi professjonali kif ukoll il-kwalifiki xierqa meħtieġa biex ilestu l-azzjoni proposta. F’dan ir-rigward, l-applikanti jridu jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom, u d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:
|
— |
lista ta’ proġetti/attivitajiet preċedenti mwettqa u relatati mas-sejħa jew lista ta’ attivitajiet li twettqu fl-aħħar sentejn (massimu ta’ 4 proġetti/attivitajiet). |
Jistgħu jintalbu dokumenti ta’ sostenn addizzjonali biex tiġi kkonfermata l-kapaċità operazzjonali.
9. KRITERJI GĦALL-GĦOTI
L-applikazzjonijiet/proġetti eliġibbli jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
|
Kriterji |
Elementi li jridu jiġu kkunsidrati |
Ponderazzjoni (punti) |
||||||||||
|
1. |
Ir-rilevanza tal-miżura u l-kontribut għall-objettivi tas-sejħa għall-proposti |
|
30 punt; (livell limitu minimu ta’ 50 %) |
||||||||||
|
2. |
Sensibilizzazzjoni u effettività tal-miżura |
|
40 punt; (livell limitu minimu ta’ 50 %) |
||||||||||
|
3. |
L-effiċjenza tal-miżura |
|
20 punt; (livell limitu minimu ta’ 50 %) |
||||||||||
|
4. |
L-organizzazzjoni tat-tim tal-proġett u l-kwalità tal-ġestjoni tal-proġett |
|
10 punti; (livell limitu minimu ta’ 50 %) |
Se jingħata massimu ta’ 100 punt għall-kwalità tal-proposta. Il-punteġġ globali minimu meħtieġ huwa 60 punt minn 100, filwaqt li punteġġ minimu ta’ 50 % huwa meħtieġ għal kull kriterju. Il-proposti li jissodisfaw il-livelli limiti ta’ kwalità msemmija hawn fuq biss se jitpoġġew fuq il-lista ta’ klassifika. Li jintlaħaq il-livell limitu ma jimplikax awtomatikament li tingħata l-għotja.
10. IMPENJI LEGALI
Fil-każ ta’ għotja mogħtija mill-Kummissjoni, jintbagħat ftehim tal-għotja lill-applikant, imfassal fil-munita euro u li jiddeskrivi l-kundizzjonijiet u l-livell ta’ finanzjament, flimkien mal-informazzjoni dwar il-proċedura għall-formalizzazzjoni tal-ftehim tal-partijiet.
L-ewwel, il-benefiċjarju jew il-koordinatur irid jiffirma żewġ kopji tal-ftehim oriġinali f’isem il-konsorzju qabel ma jibgħathom lura minnufih lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tkun l-aħħar li tiffirmahom.
L-applikanti jifhmu li s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal għotja timplika l-aċċettazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali mehmuża ma’ din is-sejħa għall-proposti. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali jorbtu lill-benefiċjarju li lilu tingħata l-għotja u għandhom jikkostitwixxu anness għad-deċiżjoni tal-għotja.
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
11.1. Forom tal-għotja
11.1.1. Rimborż tal-kostijiet imġarrba realment
L-għotja tiġi ddefinita bl-applikazzjoni ta’ rata massima ta’ kofinanzjament ta’ 80 % għall-kostijiet eliġibbli mġarrba realment u ddikjarati mill-benefiċjarju u mill-entitajiet affiljati tiegħu.
Għad-dettalji dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet, irreferi għat-Taqsima 11.2.
11.1.2. Rimborż tal-kostijiet eliġibbli ddikjarati abbażi ta’ rata fissa
L-għotja tiġi ddefinita bl-applikazzjoni ta’ rata massima ta’ kofinanzjament ta’ 80 % għall-kostijiet eliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarju u mill-entitajiet affiljati tiegħu abbażi ta’:
|
(a) |
rata fissa ta’ 7 % tal-kostijiet diretti eliġibbli (“rimborż ta’ kostijiet b’rata fissa”) għall-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin: kostijiet indiretti. Ir-rata fissa titħallas wara l-aċċettazzjoni tal-kostijiet li għalihom trid tiġi applikata r-rata fissa. |
11.2. Kostijiet eliġibbli
Il-kostijiet eliġibbli għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
— |
ikunu mġarrba mill-benefiċjarju. |
|
— |
jiġġarrbu matul id-durata tal-azzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kostijiet marbuta mar-rapporti finali u maċ-ċertifikati tal-awditjar;
|
|
— |
ikunu indikati fl-estimu tal-baġit tal-azzjoni; |
|
— |
ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-azzjoni li tkun is-suġġett tal-għotja; |
|
— |
ikunu identifikabbli u verifikabbli, u b’mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords kontabilistiċi tal-benefiċjarju u kkalkolati skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli tal-pajjiż fejn ikun stabbilit il-benefiċjarju u skont il-prattika kontabilistika komuni tal-kostijiet tal-benefiċjarju; |
|
— |
ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli; |
|
— |
ikunu raġonevoli, iġġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza. |
Il-proċeduri interni ta’ kontabbiltà u ta’ awditjar tal-benefiċjarju jridu jippermettu r-rikonċiljazzjoni diretta tal-kostijiet u tad-dħul iddikjarati fir-rigward tal-azzjoni/proġett mad-dikjarazzjonijiet kontabilistiċi u mad-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti.
L-istess kriterji japplikaw għall-kostijiet li jiġġarrbu mill-entitajiet affiljati.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu diretti jew indiretti.
11.2.1. Kostijiet diretti eliġibbli
Il-kostijiet diretti eliġibbli għall-azzjoni huma dawk il-kostijiet li:
filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti hawn fuq, ikunu identifikabbli bħala kostijiet speċifiċi marbuta direttament mat-twettiq tal-azzjoni u li għaldaqstant jistgħu jiġu assenjati direttament lilha, bħal pereżempju:
|
(a) |
il-kostijiet tal-persunal li jaħdem b’kuntratt ta’ impjieg mal-benefiċjarju jew b’att ta’ ħatra ekwivalenti u li jkun assenjat għall-azzjoni, sakemm dawn il-kostijiet ikunu konformi mal-politika normali tal-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni. Dawn il-kostijiet jinkludu s-salarji reali flimkien mal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u kostijiet statutorji oħra inklużi fir-remunerazzjoni. Jistgħu jinkludu wkoll remunerazzjonijiet addizzjonali, inklużi l-pagamenti abbażi ta’ kuntratti supplimentari, tkun xi tkun in-natura ta’ dawk il-kuntratti, bil-kundizzjoni li dawn jitħallsu b’mod konsistenti kull meta jkun meħtieġ l-istess tip ta’ xogħol jew għarfien espert, ikun xi jkun is-sors ta’ finanzjament li jintuża; Il-kostijiet tal-persuni fiżiċi li jaħdmu b’kuntratt mal-benefiċjarju li mhuwiex kuntratt ta’ impjieg jew li huma ssekondati bi ħlas minn parti terza lill-benefiċjarju jistgħu jiġu inklużi wkoll f’dawn il-kostijiet tal-persunal, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-metodi rakkomandati biex jiġu kkalkolati l-kostijiet diretti tal-persunal huma pprovduti fl-Appendiċi. |
|
(b) |
il-kostijiet tal-ivvjaġġar u l-indennizzi tas-sussistenza relatati, dment li dawn il-kostijiet ikunu konformi mal-prattiki tas-soltu tal-benefiċjarju dwar l-ivvjaġġar; |
|
(c) |
il-kostijiet tad-deprezzament tat-tagħmir jew ta’ assi oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fid-dikjarazzjonijiet kontabilistiċi tal-benefiċjarju, dment li l-assi:
Il-kostijiet tal-kiri jew tal-kiri fit-tul ta’ tagħmir jew ta’ assi oħra huma eliġibbli wkoll, dment li dawn il-kostijiet ma jeċċedux il-kostijiet tad-deprezzament tat-tagħmir jew ta’ assi simili u dment li jeskludu kwalunkwe tariffa ta’ finanzjament; Biex jiġu ddeterminati l-kostijiet eliġibbli jistgħu jitqiesu biss dak il-porzjon tal-kostijiet tad-deprezzament, tal-kiri jew tal-kiri fit-tul tat-tagħmir li jikkorrispondi għall-perjodu ta’ implimentazzjoni u r-rata tal-użu reali għall-finijiet tal-azzjoni. Bħala eċċezzjoni, il-kost totali tax-xiri tat-tagħmir jista’ jkun eliġibbli skont il-Kundizzjonijiet Speċjali jekk dan ikun iġġustifikat min-natura tal-azzjoni u fil-kuntest tal-użu tat-tagħmir jew tal-assi; |
|
(d) |
il-kostijiet tal-oġġetti ta’ konsum u ta’ provvisti, dment li dawn:
|
|
(e) |
il-kostijiet li jirriżultaw direttament mir-rekwiżiti imposti mill-Ftehim (it-tixrid ta’ informazzjoni, l-evalwazzjoni speċifika tal-azzjoni, l-awditjar, it-traduzzjonijiet, ir-riproduzzjoni), inklużi l-kostijiet tal-garanziji finanzjarji mitluba, dment li s-servizzi korrispondenti jinxtraw f’konformità mar-regoli dwar il-kuntratti ta’ implementazzjoni stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja; |
|
(f) |
il-kostijiet li jirriżultaw minn sottokuntratti, dment li l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar is-sottokuntrattar kif stipulati fil-ftehim tal-għotja jiġu ssodisfati; |
|
(g) |
il-kostijiet ta’ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi, dment li l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim tal-għotja jkunu ssodisfati; |
|
(h) |
id-dazji, it-taxxi u l-imposti mħallsa mill-benefiċjarju, b’mod partikulari t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), dment li dawn ikunu inklużi fil-kostijiet diretti eliġibbli, u sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-ftehim ta’ għotja. |
11.2.2. Kostijiet indiretti eliġibbli (kostijiet ġenerali)
Il-kostijiet indiretti huma kostijiet li ma jkunux marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjoni u għaldaqstant ma jistgħux jiġu attribwiti direttament għaliha.
Ammont b’rata fissa ta’ 7 % tal-kostijiet diretti totali eliġibbli tal-azzjoni huwa eliġibbli bħala kostijiet indiretti, li jirrappreżenta l-kostijiet amministrattivi ġenerali tal-benefiċjarju li jistgħu jitqiesu bħala debitabbli fuq l-azzjoni/il-proġett.
Il-kostijiet indiretti jaf ma jinkludux il-kostijiet li jiddaħħlu f’intestatura oħra tal-baġit.
L-applikanti tajjeb li jinnotaw il-fatt li jekk qed jirċievu għotja operattiva ffinanzjata mill-baġit tal-UE jew tal-Euratom, dawn ma jistgħux jiddikjaraw kostijiet indiretti għall-perjodu/i kopert(i) mill-għotja operattiva, sakemm ma jkunux jistgħu juru li l-għotja operattiva ma tkopri l-ebda kost tal-azzjoni.
Sabiex dan jintwera, fil-prinċipju, jenħtieġ li l-benefiċjarju:
|
a. |
juża l-kontabbiltà analitika tal-kostijiet li tippermetti li jiġu sseparati l-kostijiet kollha (inkluż il-kostijiet ġenerali) li jistgħu jiġu attribwiti lill-għotja operattiva u lill-għotja għall-azzjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-benefiċjarju juża kodiċijiet kontabilistiċi u koeffiċjenti ta' distribuzzjoni affidabbli biex jiġi żgurat li l-allokazzjoni tal-kostijiet issir b’mod ġust, oġġettiv u realistiku. |
|
b. |
jirreġistra b’mod separat:
|
Jekk l-għotja operattiva tkopri l-attività annwali kollha u l-baġit tas-soltu tal-benefiċjarju, dan tal-aħħar ma jkun intitolat li jirċievi l-ebda kost indirett skont l-għotja għall-azzjoni.
11.3. Kostijiet ineliġibbli
L-entrati li ġejjin ma jitqisux bħala kostijiet eliġibbli:
|
a) |
id-dħul minn kapital u d-dividendi mħallsa minn benefiċjarju; |
|
b) |
id-dejn u l-imposti tas-servizzi fuq id-dejn; |
|
c) |
il-provvedimenti għat-telf jew għad-djun; |
|
d) |
l-imgħax dovut; |
|
e) |
id-djun dubjużi; |
|
f) |
it-telf mill-kambju; |
|
g) |
il-kostijiet tat-trasferimenti mill-Kummissjoni imposti mill-bank ta’ benefiċjarju; |
|
h) |
il-kostijiet iddikjarati mill-benefiċjarju skont azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni. Dawn l-għotjiet jinkludu għotjiet mogħtija minn Stat Membru u ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni u għotjiet mogħtija minn korpi oħra li mhumiex il-Kummissjoni għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-benefiċjarji li jirċievu għotja operattiva ffinanzjata mill-baġit tal-UE jew tal-Euratom ma jistgħux jiddikjaraw kostijiet indiretti għall-perjodu/i kopert/i mill-għotja operattiva, sakemm ma jkunux jistgħu juru li l-għotja operattiva ma tkopri l-ebda kost tal-azzjoni. |
|
i) |
il-kontribuzzjonijiet in natura minn partijiet terzi; |
|
j) |
in-nefqa eċċessiva jew bl-addoċċ; |
|
k) |
il-VAT deduċibbli. Il-VAT (15) ma tkunx eliġibbli meta l-attivitajiet li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-għotja jkunu attivitajiet intaxxati/attivitajiet eżentati bid-dritt tat-tnaqqis jew attivitajiet li jkunu involuti fihom korpi regolati bil-liġi pubblika li jaġixxu bħala awtorità pubblika ta’ Stat Membru (jiġifieri attivitajiet li jirriżultaw mill-eżerċizzju tas-setgħat sovrani jew il-prerogattivi eżerċitati mill-Istati Membri taħt ir-reġim legali speċjali applikabbli għalihom f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (16): pereżempju l-pulizija, il-ġustizzja, id-definizzjoni u l-infurzar tal-ordni pubbliku, eċċ.). |
11.4. Baġit ibbilanċjat
Il-baġit stmat tal-azzjoni irid jinhemeż mal-formola tal-applikazzjoni. Dan irid ikollu d-dħul u n-nefqa bbilanċjati.
Il-baġit irid jitfassal f’euro.
Jenħtieġ li l-applikanti li mhux se jġarrbu l-kostijiet f’euro jużaw ir-rata tal-kambju ppubblikata fis-sit web tal-Infor-euro disponibbli fuq:
http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm
L-applikant irid jiżgura li r-riżorsi li huma meħtieġa biex titwettaq l-azzjoni jistgħu ma jkunux ipprovduti għalkollox fl-għotja finanzjarja mill-UE.
Il-kofinanzjament tal-azzjoni jista’ jieħu l-forma ta’:
|
— |
ir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju, |
|
— |
l-introjtu ġġenerat mill-azzjoni jew mill-programm ta’ ħidma, |
|
— |
kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand partijiet terzi. |
11.5. Kalkolu tal-ammont finali tal-għotja
L-ammont finali tal-għotja jiġi kkalkulat mill-Kummissjoni meta jsir il-pagament tal-bilanċ. Il-kalkolu jinvolvi dawn il-passi:
Pass 1 — Applikazzjoni tar-rata ta’ rimborż għall-kostijiet eliġibbli u żieda tar-rata fissa
L-ammont taħt il-Pass 1 jinkiseb bl-applikazzjoni tar-rata ta’ rimborż speċifikata fit-Taqsima 11.1.1 għall-kostijiet eliġibbli realment imġarrba u aċċettati mill-Kummissjoni, inklużi l-kostijiet iddikjarati fil-forma ta’ rati fissi li r-rata ta’ kofinanzjament tapplika għalihom f’konformità mat-Taqsima 11.1.2.
Pass 2 — Limitu għall-ammont massimu tal-għotja
L-ammont totali li jitħallas lill-benefiċjarji mill-Kummissjoni ma jista’ fl-ebda ċirkustanza jaqbeż l-ammont massimu tal-għotja kif indikat fil-ftehim tal-għotja. Jekk l-ammont miksub skont il-Pass 1 ikun ogħla minn dan l-ammont massimu, l-ammont finali tal-għotja jkun limitat għal dan tal-aħħar.
Jekk il-ħidma tal-voluntiera tiġi ddikjarata bħala parti mill-kostijiet eliġibbli diretti, l-ammont finali tal-għotja jkun limitat għall-ammont tal-kostijiet eliġibbli totali approvati mill-Kummissjoni li minnu jitnaqqas l-ammont tal-ħidma tal-voluntiera approvat mill-Kummissjoni.
Pass 3 — Tnaqqis minħabba r-regola li tipprojbixxi l-profitt
“Profitt” tfisser is-surplus tad-dħul fuq il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni, fejn id-dħul huwa l-ammont miksub wara l-Passi 1 u 2 flimkien mad-dħul iġġenerat mill-azzjoni għall-benefiċjarji u l-entitajiet affiljati għajr l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ.
Il-kontribuzzjonijiet in natura u finanzjarji minn partijiet terzi mhumiex meqjusa bħala dħul.
Il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni huma l-kostijiet eliġibbli totali kkonsolidati u approvati mill-Kummissjoni. Id-dħul iġġenerat mill-azzjoni huwa d-dħul ikkonsolidat stabbilit, iġġenerat jew ikkonfermat għal benefiċjarji u entitajiet affiljati għajr l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fid-data li fiha ssir it-talba għall-pagament tal-bilanċ.
Jekk ikun hemm profitt, dan jitnaqqas b’mod proporzjonat mar-rata finali ta’ rimborż tal-kostijiet eliġibbli reali tal-azzjoni approvata mill-Kummissjoni.
Pass 4 — Tnaqqis minħabba implimentazzjoni mhux xierqa jew ksur ta’ obbligi oħra
Jekk l-azzjoni ma tkunx ġiet implimentata sew (jiġifieri jekk ma tkunx ġiet implimentata jew tkun ġiet implimentata b’mod ħażin, parzjalment jew tard), jew jekk ikun inkiser xi obbligu ieħor skont il-Ftehim, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont massimu tal-għotja.
L-ammont tat-tnaqqis ikun proporzjonat skont kemm l-azzjoni tkun ġiet implimentata b’mod mhux xieraq jew skont il-gravità tal-ksur.
11.6. Arranġamenti ta’ rrappurtar u ta’ pagament
11.6.1. Arranġamenti ta’ pagament
Il-benefiċjarju jista’ jitlob il-pagamenti li ġejjin dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja (pereżempju l-iskadenzi tal-pagamenti, il-limiti massimi, eċċ.). It-talbiet għall-pagament għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti pprovduti hawn taħt u deskritti fil-ftehim tal-għotja:
|
Talba għall-pagament |
Dokumenti ta’ akkumpanjament |
||||||
|
Pagament ta’ prefinanzjament li jikkorrispondi għal 40 % tal-ammont massimu tal-għotja |
garanzija finanzjarja (ara t-Taqsima 11.6.2) |
||||||
|
Pagament interim wieħed: Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-ammont dovut bħala pagament interim, ir-rata ta’ rimborż li għandha tiġi applikata għall-kostijiet eliġibbli approvati mill-Kummissjoni għandha tkun ta’ 80 %. Il-pagament interim ma għandux jaqbeż l-40 % tal-ammont massimu tal-għotja. L-ammont totali tal-pagamenti ta’ prefinanzjament u tal-pagamenti interim ma għandux jaqbeż 80 % tal-ammont massimu tal-għotja. |
|
||||||
|
Pagament tal-bilanċ Il-Kummissjoni se tistabbilixxi l-ammont ta’ dan il-pagament abbażi tal-kalkolu tal-ammont finali tal-għotja (ara t-Taqsima 11.5 ta’ hawn fuq). Jekk it-total tal-pagamenti ta’ qabel ikun ogħla mill-ammont finali tal-għotja, il-benefiċjarju jkun meħtieġ jirrimborża l-ammont żejjed li jkun tħallas mill-Kummissjoni permezz ta’ ordni ta’ rkupru. |
|
F’każ ta’ kapaċità finanzjarja dgħajfa, tapplika t-Taqsima 8.1 ta’ hawn fuq.
11.6.2. Garanzija ta’ prefinanzjament
Tista’ tintalab garanzija ta’ prefinanzjament sal-istess ammont bħall-prefinanzjament sabiex jiġu limitati r-riskji finanzjarji marbuta mal-pagament ta’ prefinanzjament.
Il-garanzija finanzjarja, fil-munita euro, għandha tingħata minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata stabbilita f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE. Meta l-benefiċjarju jkun stabbilit f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tista’ taqbel li bank jew istituzzjoni finanzjarja stabbilit(a) f’dak il-pajjiż terz jistgħu jipprovdu l-garanzija jekk hija tqis li l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja joffri/toffri sigurtà u karatteristiċi ekwivalenti għal dawk offruti minn bank jew istituzzjoni finanzjarja stabbilit(a) fi Stat Membru. Ammonti li jkunu marbutin f’kontijiet il-bank ma għandhomx jiġu aċċettati bħala garanziji finanzjarji.
Il-garanzija tista’ tiġi sostitwita bi:
|
— |
garanzija in solidum minn parti terza jew, |
|
— |
garanzija konġunta tal-benefiċjarji ta’ azzjoni li jkunu partijiet għall-istess ftehim ta’ għotja. |
Il-garanzija għandha tiġi rilaxxata hekk kif il-prefinanzjament jiġi approvat gradwalment kontra pagamenti interim jew il-pagament tal-bilanċ, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ta’ għotja.
Bħala alternattiva għat-talba ta’ garanzija fuq il-prefinanzjament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li taqsam il-pagament tal-prefinanzjament f’diversi pagamenti parzjali.
11.7. Kundizzjonijiet finanzjarji oħra
a) Għotja mhux kumulattiva
Azzjoni tista’ tirċievi biss għotja waħda mill-baġit tal-UE.
b) Nonretroattività
L-ebda għotja ma tingħata retrospettivament għal azzjonijiet diġà kompluti.
Għotja tista’ tingħata għal azzjoni li tkun diġà nbdiet biss meta l-applikant ikun jista’ juri fl-applikazzjoni għall-għotja li jeħtieġlu jibda l-azzjoni qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim tal-għotja.
F’dawn il-każijiet, il-kostijiet eliġibbli għal finanzjament jaf ma jkunux iġġarrbu qabel id-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja.
c) Kuntratti/sottokuntrattar ta’ implimentazzjoni
Jekk l-implimentazzjoni tal-azzjoni tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist (kuntratti ta’ implimentazzjoni), il-benefiċjarju jista’ jagħti l-kuntratt f’konformità mal-prattiki tax-xiri tas-soltu tiegħu sakemm il-kuntratt jingħata lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew lill-offerta li toffri l-orħos prezz (kif xieraq), u jiġu evitati kunflitti ta’ interess.
Il-benefiċjarju huwa mistenni li jiddokumenta b’mod ċar il-proċedura tal-offerti u li jżomm id-dokumentazzjoni f’każ li jkun hemm bżonn ta’ awditjar.
L-entitajiet li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/24/UE (17) jew entitajiet kontraenti skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/25/UE (18) jridu jikkonformaw mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar l-akkwist pubbliku.
Il-benefiċjarji jistgħu jissottokuntrattaw il-kompiti li jiffurmaw parti mill-azzjoni. Jekk jagħmlu dan, huma jridu jiżguraw li, minbarra l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-aqwa valur għall-flus u n-nuqqas ta’ kunflitti ta’ interess, ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
a) |
is-sottokuntrattar ma jkoprix kompiti ewlenin tal-azzjoni; |
|
b) |
ir-rikors għas-sottokuntrattar ikun iġġustifikat minħabba n-natura tal-azzjoni u dak li jkun meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha; |
|
c) |
il-kostijiet stmati tas-sottokuntrattar ikunu identifikabbli b’mod ċar fl-istima tal-baġit; |
|
d) |
kwalunkwe rikors għas-sottokuntrattar, jekk ma jkunx previst fid-deskrizzjoni tal-azzjoni, jiġi kkomunikat mill-benefiċjarju u approvat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ tagħti l-approvazzjoni:
|
|
e) |
il-benefiċjarji jiżguraw li ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-benefiċjarji, elenkati fil-ftehim tal-għotja (pereżempju l-viżibbiltà, il-kunfidenzjalità, eċċ.), ikunu applikabbli wkoll għas-sottokuntratturi. |
d) Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi
L-applikazzjonijiet ma jistgħux jipprevedu l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi.
12. PUBBLIĊITÀ
12.1. Mill-benefiċjarji
Il-benefiċjarji jridu jirrikonoxxu b’mod ċar il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-pubblikazzjonijiet kollha jew fl-ambitu tal-attivitajiet li għalihom tintuża l-għotja.
F’dan ir-rigward, il-benefiċjarji huma meħtieġa jagħtu prominenza lill-isem u lill-emblema tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-pubblikazzjonijiet, il-posters, il-programmi u prodotti oħra tagħhom kif ukoll matul attivitajiet relatati (konferenzi jew seminars, u aktar.) imwettqa taħt il-proġett kofinanzjat.
Biex jagħmlu dan, huma jridu jużaw:
|
— |
id-dispożizzjoni li tispeċifika: “B’appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea” |
|
— |
L-emblema hija disponibbli fuq https://europa.eu/european-union/about-eu/symbols/flag_mt |
|
— |
id-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li ġejjin: Għall-pubblikazzjonijiet stampati jew f’format elettroniku: “Din il-pubblikazzjoni ġiet prodotta bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tagħha huwa r-responsabbiltà unika ta’ <isem l-awtur/sieħeb> u mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjonijiet tal-Unjoni Ewropea” Għas-siti web u l-kontijiet tal-midja soċjali: “Dan <is-sit web/il-kont> inħoloq u huwa miżmum bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tagħha huwa r-responsabbiltà unika ta’ <isem l-awtur/sieħeb> u mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjonijiet tal-Unjoni Ewropea” Għall-vidjows u materjal awdjoviżiv ieħor: “Dan il-<vidjow/film/programm/reġistrazzjoni> ġie prodott bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tiegħu huwa r-responsabbiltà unika ta’ <isem l-awtur/sieħeb > u mhux neċessarjament jirrifletti l-opinjonijiet tal-Unjoni Ewropea”. |
Jekk dan ir-rekwiżit ma jiġix issodisfat għalkollox, l-għotja finanzjarja tal-benefiċjarju tista’ titnaqqas skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar l-għotja finanzjarja.
Minbarra l-obbligi ta’ hawn fuq, il-benefiċjarji huma mistiedna biex (b’mod fakultattiv) jaġġornaw mappa fuq is-sit web ta’ Inforegio (billi jissottomettu entrata b’eżempji tal-azzjonijiet tagħhom).
12.2. Mill-Kummissjoni
Bl-eċċezzjoni ta’ boroż ta’ studju mħallsa lil persuni fiżiċi u appoġġ dirett ieħor imħallas lill-persuni fiżiċi l-aktar fil-bżonn, l-informazzjoni kollha marbuta mal-għotjiet mogħtija matul sena finanzjarja għandha tiġi ppubblikata fuq sit tal-internet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja li fiha jkunu ngħataw l-għotjiet.
Il-Kummissjoni se tippubblika l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
isem il-benefiċjarju; |
|
— |
l-indirizz tal-benefiċjarju meta dan tal-aħħar ikun persuna ġuridika, ir-reġjun meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika, kif iddefinit fil-livell NUTS 2 (19) jekk ikun domiċiljat fl-UE jew l-ekwivalenti jekk ikun domiċiljat barra mill-UE; |
|
— |
is-suġġett tal-għotja; |
|
— |
l-ammont mogħti. |
Fuq talba motivata u sostanzjata kif xieraq mill-benefiċjarju, il-pubblikazzjoni ma għandhiex issir jekk dan l-iżvelar iqiegħed f’riskju d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi kkonċernati, kif inhuma protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jew inkella jikkawża ħsara lill-interessi kummerċjali tal-benefiċjarji.
13. PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
It-tweġiba għal kwalunkwe sejħa għall-proposti tinvolvi r-reġistrazzjoni u l-ipproċessar ta’ data personali (bħall-isem, l-indirizz u s-CV). Din id-data tiġi pproċessata skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data. Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-mistoqsijiet u kwalunkwe data personali mitluba li jkun hemm bżonn għall-evalwazzjoni tal-applikazzjoni f’konformità mas-sejħa għall-proposti jiġu pproċessati biss għal dan l-għan mid-DĠ REGIO — Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja.
Id-data personali tista’ tiġi rreġistrata fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni mill-Kummissjoni, f’każ li l-benefiċjarju jkun f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 136 u 141 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (20). Għal aktar informazzjoni ara l-Istqarrija ta’ Privatezza fuq:
https://ec.europa.eu/info/data-protection-public-procurement-procedures_mt.
14. PROĊEDURA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAL-PROPOSTI
Il-proposti jridu jiġu ppreżentati sal-iskadenza stabbilita fit-Taqsima 3.
Ma hi permessa l-ebda modifika fl-applikazzjoni ladarba tgħaddi l-iskadenza għall-preżentazzjoni. Madankollu, jekk ikun hemm bżonn li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li jiġu kkoreġuti xi żbalji klerikali, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja lill-applikant matul il-proċess ta’ evalwazzjoni.
L-applikanti jiġu infurmati bil-miktub bir-riżultati tal-proċess tal-għażla.
L-applikanti huma mitluba jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom permezz ta’ email f’format pdf fl-indirizz elettroniku li ġej:
REGIO-CALL-FOR-MEDIA@ec.europa.eu
Id-data u l-ħin tal-wasla tal-email bl-applikazzjoni mehmuża jikkostitwixxu l-evidenza tas-sottomissjoni.
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-posta jew bil-faks ma jiġux aċċettati.
Kuntatti
Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa tista’ tiġi indirizzata lil REGIO-CONTRACTS@ec.europa.eu. Sabiex jiġi żgurat it-trattament effiċjenti ta’ kwalunkwe mistoqsija, inti ġentilment mitlub tindika b’mod ċar ir-referenza ta’ din is-sejħa għall-proposti fis-suġġett jew fit-test tal-email.
It-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jiġu ppreżentati jiġu ppubblikati fil-lista tal-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet fuq https://ec.europa.eu/regional_policy/en/newsroom/funding-opportunities/calls-for-proposal/ biex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-applikanti potenzjali kollha. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu mill-applikanti fl-indirizz ta’ hawn fuq sa mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti.
Annessi:
|
— |
Formola tal-applikazzjoni |
|
— |
Lista ta’ kontroll tad-dokumenti li jridu jiġu pprovduti |
|
— |
Mudell tal-ftehim ta’ għotja |
(1) https://ec.europa.eu/regional_policy/sources/tender/pdf/official/2020_financing_decision_ta.pdf
(2) http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/what/investment-policy/
(3) http://www.consilium.europa.eu/en/meetings/gac/2017/04/25/
(4) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A8-2017-0201+0+DOC+XML+V0//MT&language=mt
(5) http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/informing/events/3005-pamhagen/20170523_joint_communication_actions.pdf
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (b’mod partikolari l-Artikoli 115-117 tiegħu u l-Anness XII) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(7) Għall-finijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti, “miżura ta’ informazzjoni” hija sett ta’ attivitajiet ta’ informazzjoni li huma indipendenti u koerenti marbutin mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE.
(8) Permezz ta’ din is-sejħa għall-proposti, il-Kummissjoni Ewropea qed tappoġġa miżuri ta’ informazzjoni relatati mal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, li titwettaq permezz ta’ tliet fondi prinċipali: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE). F’dan is-sens, proġett li jindirizza l-impatt ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn it-tliet Fondi f’reġjun huwa eliġibbli.
(9) https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal/actions-being-taken-eu/just-transition-mechanism/just-transition-funding-sources_mt
(10) https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/health/coronavirus-response/recovery-plan-europe_mt
(11) Din il-lista mhijiex eżawrjenti.
(12) Korpi rregolati bil-liġi pubblika jew korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku.
(13) Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(14) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p.1).
(15) L-Artikolu 186 (4) (c) tar-Regolament Finanzjarju
(16) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(17) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(18) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(19) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 tal-1 ta’ Frar 2007 li jemenda l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).
(20) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32018R1046
Appendiċi
Kundizzjonijiet speċifiċi għall-kostijiet diretti tal-persunal
1. Kalkolu
Il-modi kif jiġu kkalkolati l-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal stipulati fil-punti (a) u (b) hawn taħt huma rakkomandati u aċċettati bħala li joffru aċċertament għall-kostijiet iddikjarati li jkunu reali.
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta metodu differenti għall-kalkolu tal-kostijiet tal-persunal użat mill-benefiċjarju, jekk hija tqis li dan joffri livell xieraq ta’ aċċertament tal-kostijiet iddikjarati li jkunu reali.
a) għall-persuni li jaħdmu esklużivament fuq l-azzjoni:
{ir-rata ta’ kull xahar għall-persuna
immultiplikata
bl-għadd ta’ xhur realment maħduma fuq l-azzjoni}
Ix-xhur iddikjarati għal dawn il-persuni ma jistgħu jiġu ddikjarati għall-ebda għotja oħra tal-UE jew tal-Euratom.
Ir-rata ta’ kull xahar hija kkalkulata kif ġej:
{il-kostijiet annwali tal-persunal għall-persuna
diviżi bi 12}
billi jintużaw il-kostijiet tal-persunal għal kull sena finanzjarja sħiħa koperta mill-perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat.
Jekk sena finanzjarja ma tingħalaqx fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar, il-benefiċjarji jridu jużaw ir-rata ta’ kull xahar tal-aħħar sena finanzjarja magħluqa disponibbli;
b) għall-persuni li jaħdmu part time fuq l-azzjoni
|
(i) |
Jekk il-persuna tkun assenjata għall-azzjoni fuq pro rata fissa tal-ħin tax-xogħol tagħha: {ir-rata ta’ kull xahar tal-persuna mmultiplikata bil-pro rata assenjata għall-azzjoni immultiplikata bl-għadd ta’ xhur realment maħduma fuq l-azzjoni} Il-ħin tax-xogħol pro rata ddikjarat għal dawn il-persuni ma jista’ jiġi ddikjarat għall-ebda għotja oħra tal-UE jew tal-Euratom. Ir-rata ta’ kull xahar hija kkalkulata bħal hawn fuq. |
|
(ii) |
F’każijiet oħra: {ir-rata ta’ kull siegħa għall-persuna mmultiplikata bl-għadd ta’ sigħat reali maħduma fuq l-azzjoni} jew {ir-rata ta’ kuljum għall-persuna mmultiplikata bl-għadd ta’ ġranet reali maħduma fuq l-azzjoni} (aġġustati ’l fuq jew ’l isfel għall-eqreb nofstanhar) L-għadd ta’ sigħat/jiem reali ddikjarati għal persuna jrid ikun identifikabbli u verifikabbli. L-għadd totali ta’ sigħat/jiem iddikjarati f’għotjiet tal-UE jew tal-Euratom, għal persuna għal sena, ma jistax ikun ogħla mis-sigħat/jiem produttivi annwali użati għall-kalkoli tar-rata fis-siegħa/ta’ kuljum. Għaldaqstant, l-għadd massimu ta’ sigħat/jiem li jistgħu jiġu ddikjarati għall-għotja huwa: {l-għadd ta’ sigħat/jiem produttivi annwali għas-sena (ara hawn isfel) li minnhom jitnaqqas l-għadd totali ta’ sigħat u jiem iddikjarati mill-benefiċjarju, għal dik il-persuna għal dik is-sena, għal għotjiet oħrajn tal-UE jew tal-Euratom}. Ir-“rata fis-siegħa/ta’ kuljum” hija kkalkulata kif ġej: {il-kostijiet annwali tal-persunal għall-persuna diviżi bl-għadd ta’ sigħat/jiem produttivi annwali individwali} bl-użu tal-kostijiet tal-persunal u l-għadd ta’ sigħat/jiem produttivi annwali għal kull sena finanzjarja sħiħa koperta mill-perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat. Jekk sena finanzjarja ma tingħalaqx fit-tmiem tal-perjodu ta’ rappurtar, il-benefiċjarji jridu jużaw ir-rata fis-siegħa/ta’ kuljum tal-aħħar sena finanzjarja magħluqa disponibbli. L-“għadd ta’ sigħat/jiem produttivi annwali individwali” huwa l-għadd totali ta’ sigħat/jiem reali maħduma mill-persuna fis-sena. Dan ma jistax jinkludi btajjel u assenzi oħra (bħal-liv minħabba mard, il-liv tal-maternità, il-liv speċjali, eċċ.). Madankollu, jista’ jinkludi s-sahra u l-ħin li wieħed iqatta’ f’laqgħat, f’taħriġ u f’attivitajiet simili oħra. |
2. Dokumentazzjoni li tappoġġa l-kostijiet tal-persunal iddikjarati bħala kostijiet reali
Għall-persuni li jaħdmu esklużivament fuq l-azzjoni, meta l-kostijiet diretti tal-persunal jiġu kkalkulati skont il-punt (a), ma hemm l-ebda bżonn li jinżamm reġistru tal-ħinijiet, jekk il-benefiċjarju jiffirma dikjarazzjoni li tikkonferma li l-persuni kkonċernati ħadmu esklużivament fuq l-azzjoni.
Għall-persuni assenjati għall-azzjoni fuq pro rata fissa tal-ħin tax-xogħol tagħhom, meta l-kostijiet diretti tal-persunal jiġu kkalulati skont il-punt (b)(i), ma hemm l-ebda bżonn li jinżamm reġistru tal-ħinijiet, jekk il-benefiċjarju jiffirma dikjarazzjoni li l-persuni kkonċernati jkunu effettivament ħadmu bil-pro rata fissa fuq l-azzjoni.
Għall-persuni li jaħdmu part time fuq l-azzjoni, meta l-kostijiet diretti tal-persunal jiġu kkalkulati skont il-punt (b)(ii), il-benefiċjarji jridu jżommu reġistru tal-ħinijiet għall-għadd ta’ sigħat/jiem iddikjarati. Ir-reġistru tal-ħinijiet irid ikun bil-miktub u approvat mill-persuni li jaħdmu fuq l-azzjoni u s-superviżuri tagħhom, mill-anqas darba fix-xahar.
Fin-nuqqas ta’ reġistru tal-ħinijiet affidabbli tas-sigħat maħduma fuq l-azzjoni, il-Kummissjoni tista’ taċċetta prova alternattiva li tappoġġa l-għadd ta’ sigħat/jiem iddikjarati, jekk tqis li din toffri livell adegwat ta’ aċċertament.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/24 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9911 — Voith/PCSH/TSA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 362/05)
1.
Fis-16 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Voith Austria GmbH (“Voith”, l-Awstrija), Teil der Voith GmbH & Co. KGaA (“Voith-Gruppe”, il-Ġermanja). |
|
— |
PCS Holding AG (“PCSH”, l-Isvizzera). |
|
— |
Traktionssysteme Austria GmbH (“TSA”, l-Awstrija). |
Voith u PCSH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TSA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Il-grupp Voith huwa attiv fl-oqsma li ġejjin: manifattura u bejgħ ta’ magni li jagħmlu l-karta, stallazzjonijiet li jipproduċu enerġija idroelettrika, teknoloġija tat-trażmissjoni u tal-kontroll għal vetturi kummerċjali u karozzi tal-linja, makkinarju agrikolu u tal-kostruzzjoni, materjal fuq ir-roti, applikazzjonijiet għat-tbaħħir u industrijali inkluż għal diversi setturi tal-industrija bħall-industrija tal-kimiċi u l-industrija petrokimika, l-industrija taż-żejt u tal-gass u l-industrija tal-minjieri u l-azzar. The grupp Voith huwa wkoll attive fis-setturi tal-awotmazzjoni u l-IT għall-inġinerija mekkanika u tal-impjanti. |
|
— |
PCSH, permezz tal-kumpanija li fihom għandha l-ishma, hija attiva fil-materjali bir-roti u f’vetturi bi skop speċjali għall-muniċipalitajiet u l-agrikoltura. |
|
— |
TSA timmanifattura, b’mod partikolari, mutur ta’ propulsjoni elettrika u ġeneraturi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9911 — Voith/PCSH/TSA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
28.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/26 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 362/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI DWAR L-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
PROSECCO
PDO-IT-A0516-AM07
Data tal-komunikazzjoni: 14.8.2020
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. “Prosecco” DOP — Spumante Rosè — Fil-kategorija VS u VSQ
Jiddaħħal l-ispumanti rożè sabiex fl-isem tiġi introdotta l-produzzjoni ta’ nbid spumanti magħmul mill-varjetajiet Glera B. u Pinot Nero vinifikat bl-aħmar.
Dan it-tip ta’ prodott kien diġà mifrux fit-territorju kkonċernat, anki jekk kien jiġi prodott taħt isem ta’ kategorija differenti tal-prodott.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1,2,4,5,8 u 9 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4,5,8 u 9 tad-Dokument Uniku.
2. “Prosecco” DOP — Spumante Rosè — Varjetajiet ta’ dwieli
L-inbid spumanti rożè huwa magħmul mill-varjetajiet ta’ dwieli li ġejjin: Glera B. mill-inqas 85%, massimu ta’ 90%; Pinot Nero, vinifikat bl-aħmar, mill-inqas 10% massimu ta’ 15%. Din il-kompożizzjoni tippermetti li jinkiseb il-kulur “rosé”.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. “Prosecco” DOP — Spumante Rożè — Rendiment tal-inbid għal kull ettaru u qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum
Ir-rendiment massimu tal-għeneb tal-varjetà Pinot Nero ġie stabbilit għal 13.500 kg/ha biex jippermetti konċentrazzjoni akbar ta’ sustanza li tagħti l-kulur u stabbiltà akbar tagħha.
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ġiet stabbilita għal 9 % vol.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4, 5b tad-Dokument Uniku.
4. “Prosecco” DOP — Spumante rożè — Produzzjoni tal-inbid
Dan l-inbid għandu jiġi prodott esklussivament permezz ta’ fermentazzjoni naturali permezz ta’ awtoklava b’perjodu ta’ pproċessar ta’ mill-inqas 60 jum. Dan il-metodu ta’ produzzjoni jippermetti li l-ħmira tirrilaxxa komposti bħal mannoproteini li jwettqu azzjoni protettiva tas-sustanza li tagħti l-kulur (kumplessi antoċjanini-tannini b’piż molekulari baxx) fir-rigward tal-ossidazzjoni tad-diossidu tal-kubrit, u jkabbar il-kumplessità olfattiva u tat-togħma.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
5. “Prosecco” DOP — Spumante Rożè — Prattiki enoloġiċi
Fil-lottijiet tal-prodott destinati għall-preparazzjoni tal-inbid spumanti rożè u l-inbid spumanti ta’ kwalità rożè, jistgħu jiżdiedu prodotti miksubin mill-vinifikazzjoni tal-għeneb Pinot nero (bil-vinifikazzjoni fl-aħmar), fi kwantità minima ta’ 10 % u mhux ogħla minn 15 %, bil-kundizzjoni li l-vinja li minnha jiġi l-għeneb Glera B. użati fil-vinifikazzjoni, tkun ġiet ikkultivata b’varjetajiet puri jew inkella li l-preżenza tal-għeneb Pinot nero, flimkien ma’ dawk permessi għal din il-prattika, ma taqbiżx il-15 %. Din il-prattika enoloġika hija simili għal dik diġà prevista għall-inbejjed spumanti diġà preżenti u f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u kif ukoll it-taqsima 5a tad-Dokument Uniku.
6. “Prosecco” DOP — Spumante Rożè — Karatteristiċi mal-konsum
Minħabba l-introduzzjoni tal-inbid spumanti rożè, huma indikati l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u organolettiċi.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif ukoll it-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku.
7. “Prosecco” DOP — Spumante Rożè — tikkettar bit-terminu "Millesimato"
Fuq it-tikketta ta’ prodott bħal dan, huwa obbligatorju li jiġi indikat it-terminu "millesimato", segwit mis-sena tal-produzzjoni tal-għeneb f’konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KE) Nru 2019/33.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kif ukoll it-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku.
8. “Prosecco” DOP — Spumante Rożè — Rilaxx għall-konsum
Il-prodotti għandhom jiġu rilaxxati għall-konsum mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-ħsad sabiex jippermettu rfinar akbar tal-prodott.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem il-prodott
“Prosecco”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tal-inbid
|
1. |
Inbid |
|
4. |
Inbid spumanti |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
6. |
Inbid spumanti ta’ kwalità tat-tip aromatiku |
|
8. |
Inbid frizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid (tal-inbejjed)
“Prosecco” — inbid
Kulur: isfar lewn it-tiben;
Riħa: fina, karatteristika, tipika tal-għeneb użat;
Togħma: minn xotta għal ftit ħelwa, rinfreskanti u karatteristika;
Qawwa alkoħolika totali minima bil-volum: 10,5 % tal-volum;
Estratt mingħajr zokkor minimu: 14 g/l.
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
4,5 fi grammi kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
|
|
Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
“Prosecco” Spumante — inbid spumanti, inbid spumanti ta’ kwalità u nbid spumanti ta’ kwalità tat-tip aromatiku
Kulur: isfar lewn it-tiben ftit jew wisq qawwi, jgħajjat, bir-ragħwa persistenti;
Riħa: fina, karatteristika, tipika tal-għeneb użat;
Togħma: minn brut nature għal demi-sec, rinfreskanti u karatteristika;
Qawwa alkoħolika totali minima bil-volum: 11 % tal-volum;
Estratt mingħajr zokkor minimu: 14 g/l.
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
4,5 fi grammi kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
|
|
Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
“Prosecco” — inbid spumanti
Kulur: isfar lewn it-tiben ftit jew wisq qawwi, jgħajjat, bil-bżieżaq evidenti;
Riħa: fina, karatteristika, tipika tal-għeneb użat;
Togħma: minn xotta għal ftit ħelwa, rinfreskanti u karatteristika;
Qawwa alkoħolika totali minima bil-volum: 10,5 % tal-volum;
Estratt mingħajr zokkor minimu: 14 g/l.
Fit-tipoloġija frizzanti prodotti tradizzjonalment permezz tal-fermentazzjoni fil-flixkun, il-karatteristiċi organolettiċi fil-punt tal-konsum jistgħu jvarjaw:
Kulur: preżenza possibbli ta’ tleqqija;
Riħa: pjaċevoli u karatteristika bi ħjiel possibbli tal-qoxra tal-ħobż u l-ħmira;
Togħma: xott, frizzanti, tal-frott bi ħjiel possibbli tal-qoxra tal-ħobż u l-ħmira.
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
4 grammi kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
|
|
Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Prosecco — Spumante Rożè — Inbid spumanti, inbid spumanti ta’ kwalità
Kulur: lewn roża ftit jew wisq qawwi, jgħajjat, bir-ragħwa persistenti;
Riħa: fina, karatteristika, tipika tal-għeneb użat;
Togħma: minn brut nature sa extra dry, rinfreskanti u karatteristika;
Qawwa alkoħolika totali minima bil-volum: 11 % tal-volum;
Estratt mingħajr zokkor minimu: 14 g/l.
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
4,5 |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
|
|
Total massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Il-prattika enoloġika għal-lottijiet tal-prodott destinati għall-preparazzjoni tal-inbid spumanti, l-inbid spumanti ta’ kwalità, anki tat-tip rożè
Prattika enoloġika speċifika
Fil-lottijiet tal-prodott destinati għall-preparazzjoni tal-inbid spumanti u l-inbid spumanti ta’ kwalità huwa permess li jiżdiedu prodotti miksubin mill-vinifikazzjoni tal-għeneb Chardonnay, Pinot bianco, Pinot grigio u Pinot nero (bil-vinifikazzjoni fl-abjad), waħedhom jew flimkien, fi kwantità mhux ogħla minn 15 %, bil-kundizzjoni li l-vinja, li minnha jiġi l-għeneb Glera użat fil-vinifikazzjoni, tiġi kkultivata b’varjetajiet puri jew inkella l-preżenza ta’ għeneb ta’ varjetà minuri, flimkien ma’ dawk permessi għal din il-prattika, ma għandhiex taqbeż il-15 %.
Fil-lottijiet tal-prodott destinati għall-preparazzjoni tal-inbid spumanti rożè u l-inbid spumanti ta’ kwalità rożè, jistgħu jiżdiedu prodotti miksubin mill-vinifikazzjoni tal-għeneb Pinot nero (bil-vinifikazzjoni fl-aħmar), fi kwantità minima ta’ 10 % u mhux ogħla minn 15 %, bil-kundizzjoni li l-vinja li minnha jiġi l-għeneb Glera użati fil-vinifikazzjoni, tkun ġiet ikkultivata b’varjetajiet puri jew inkella li l-preżenza tal-għeneb Pinot nero, flimkien ma’ dawk permessi għal din il-prattika, ma taqbiżx il-15 %.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
|
“Prosecco” |
|
|
18 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
|
“Prosecco” |
|
|
135 ettolitru għal kull ettaru |
|
|
“Prosecco” — spumante Rożè (varjetà Glera) |
|
|
18 000 kg għeneb għal kull ettaru |
|
|
“Prosecco” — spumante Rożè (varjetà Glera) |
|
|
135 ettolitru għal kull ettaru |
|
|
“Prosecco” — spumante Rożè (varjetà Pinot nero) |
|
|
13 500 kg għeneb għal kull ettaru |
|
|
“Prosecco” — spumante Rożè (varjetà Pinot nero) |
|
|
101,25 ettolitru għal kull ettaru |
6. Żona ġeografika ddefinita
L-għeneb destinati għall-produzzjoni tal-inbid bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata “Prosecco” jridu jiġu prodotti fiż-żona li tinkludi l-provinċji ta’: Belluno, Gorizia, Padova, Pordenone, Treviso, Trieste, Udine, Venezia u Vicenza.
7. Il-varjetà/varjetajiet prinċipali tal-għeneb tal-inbid
Glera B. — Serprino
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
“Prosecco” DOP — Il-kategoriji kollha ta’ nbid
Fatturi naturali rilevanti għar-rabta
Iż-żona areali tad-Denominazzjoni “Prosecco”, li tinsab fil-parti tal-Grigal tal-Italja, hija pjuttost ċatta b’xi żoni bl-għoljiet. Il-klima ta’ din iż-żona tal-Veneto u l-Friuli hija moderata: fit-Tramuntana ż-żona muntanjuża tal-Alpi sservi bħala lqugħ kontra l-kurrenti kesħin mit-Tramuntana, u fin-Nofsinhar il-baħar Adrijatiku huwa l-mogħdija prinċipali li permezz tagħha jasal ir-riħ tax-Xlokk, li jipprovdi biżżejjed preċipitazzjoni speċjalment fix-xhur tas-sajf, itaffi t-temperaturi u jipprovdi l-ammont ta’ l-ilma li hemm bżonn biex id-dielja tarmi r-rimjiet u tgħaqqad l-għenieqed.
Fl-aħħar tas-sajf, kif jonqsu s-sigħat ta’ xemx u bil-prevalenza ta’ rjieħ xotti tal-bora mil-Lvant, iseħħu flutwazzjonijiet sinifikanti bejn it-temperaturi ta’ binhar u billejl, u jkun hemm ukoll preżenza abbundanti ta’ sustanzi aromatiċi fl-għeneb, proprju fil-fażi aħħarija tal-maturazzjoni.
Iż-żona ta’ produzzjoni hija rikka b’minerali u mikroelementi; il-ħamrija hija l-aktar ta’ oriġini alluvjali u għandha tiswira dominanti taflija-xaħxija, bi preżenza abbundanti ta’ skeletru li ġej mill-erożjoni tad-dolomiti u mid-depożiti fluvjali, li jippermetti skular tajjeb tal-art.
Fatturi storiċi u umani
L-ewwel dokumenti li fihom jissemma l-inbid “Prosecco” jmorru lura sal-aħħar tas-seklu sbatax u jiddeskrivu nbid abjad, delikat, li joriġina mill-karst ta’ Trieste u b’mod partikolari fit-territorju ta’ “Prosecco”.
Wara dan, il-produzzjoni ta’ dan l-inbid iċċaqilqet u żviluppat l-aktar fiż-żona tal-għoljiet tal-Veneto u l-Friuli.
Is-suċċess tal-“Prosecco” huwa dovut l-aktar għall-kapaċità tal-operaturi li jiżviluppaw, sa mill-ewwel snin tas-seklu għoxrin, tekniki adatti ta’ kultivazzjoni għat-tkabbir tal-varjetà Glera, li hija b’saħħitha ħafna, sabiex jillimitaw it-tagħbija ta’ produzzjoni fuq kull pjanta u jippermettu l-maturazzjoni korretta tal-għeneb u jinżamm il-potenzjal aromatiku tal-għeneb, kif ukoll tekniki adatti ta’ pproċessar tal-inbid, permezz ta’ fermentazzjoni mill-ġdid naturali, l-ewwel fil-flixkun, imbagħad fl-awtoklava.
F’dan l-aħħar seklu, fiż-żona ta’ produzzjoni ġie żviluppat network ta’ professjonisti ta’ livell għoli tekniku u xjentifiku li għandu l-għan li jipperfezzjona l-metodu ta’ produzzjoni tal-“Prosecco” li jippermetti li jiġu enfasizzati l-karatteristiki li l-konsumaturi nazzjonali u internazzjonali japprezzaw. Fattur determinanti kien il-kapaċità tal-operaturi li jesperimentaw u jtejbu t-teknoloġiji tal-vinifikazzjoni u tal-ipproċessar tal-inbid spumanti anki permezz tal-użu tal-għeneb iswed vinifikat fl-aħmar, li jippermettu li jiggarantixxu l-kwalitajiet distintivi tad-denominazzjoni anki għal spumanti rożè.
Ir-rabta kawżali bejn l-ambjent ġeografiku u l-ispeċifiċitajiet tal-prodotti
Il-klima moderata, bil-preżenza ta’ xita u r-riħ sħun tax-Xlokk matul is-sajf, tiddetermina l-iżvilupp korrett tad-dwieli matul il-fażi veġetattiva.
Il-flutwazzjonijiet fit-temperaturi bejn binhar u billejl u l-irjieħ prevalentament xotti tal-bora fil-fażi finali tal-maturazzjoni tal-għeneb, jivvaforixxu l-persistenza ta’ sustanzi “aċidużi” kif ukoll il-produzzjonji ta’ kwantità sinfikanti ta’ prekursuri aromatiċi li jiddefinixxu l-irwejjaħ tipiċi floreali u tal-frott tal-inbid “Prosecco”.
Il-ħamrija alluvjali, b’tiswira taflija-xaħxija, hija pjuttost fertili u tippermetti li jinkisbu produzzjonijiet bi kwantitajiet ottimali, filwaqt li tivvaforixxi akkumulazzjoni moderata ta’ zokkor u tipprovdi l-minerali u l-mikroelementi meħtieġa biex tinkiseb kompożizzjoni kimika u sensorjali tal-għeneb bilanċjata, li tippermetti li jinkiseb inbid bażi għall-inbid frizzanti u għall-inbid spumanti mhux eċċessivament alkoħoliċi u bi profil sensorjali/tat-togħma rinfreskanti, xott u tal-frott, li huwa karatteristika tal-“Prosecco”.
It-tipoloġija tal-għeneb prodott u tal-Glera b’mod partikolari, hija karatterizzata minn akkumulazzjoni moderata ta’ zokkor u preżenza tajba ta’ aċidità u sostanzi aromatiċi, li jippermettu li jinkiseb inbid bażi, b’kontenut baxx ta’ alkoħol u li huwa pjaċevolment aromatiku.
L-inbid “Prosecco”, fil-verżjonijiet spumanti u frizzanti, huwa tipikament xott, bi profil sensorjali b’kulur isfar lewn it-tiben, jgħajjat, jew roża ċar fil-każ tat-tip spumanti rożè, b’perlage fin, ibbilanċjat bil-preżenza persistenti tar-ragħwa.
Ir-riħa tal-inbid hija karatterizzata minn noti notevoli ta’ floreali (fjuri bojod, u għall-verżjoni spumanti rożè anki fjuri ħomor) u tal-frott (tuffieħ, lanġas, frott eżotiku u taċ-ċitru, fil-verżjoni spumanti rożè anki aroma ta’ frawli u lampun) li jesprimu eleganza u finezza. It-togħma hija bilanċjata bejn il-komponenti taz-zokkor u l-aċidità, li flimkien mat-togħma bnina jagħtu palat rinfreskanti, ħafif u vivaċi.
Sabiex jissaħħu l-karatteristiċi ta’ dan l-inbid partikolari fil-verżjoni spumanti jintuża l-metodu “Martinotti” li jipprevedi l-fermentazzjoni mill-ġdid naturali tal-inbid bażi f’reċipjenti kbar jew awtoklavi.
Il-“Prosecco” b’hekk jesprimi aħjar il-potenzjal tiegħu aromatiku u pjaċevoli, it-tipiċità u l-freskezza.
Ta’ min isemmi l-produzzjoni, għalkemm limitata, tal-inbid “Prosecco” mhux frizzanti, li għandu profil sensorjali simili għat-tipoloġiji preċedenti, imma li għandu riħa ta’ frott u togħma iktar bnina u palat iktar qawwi.
Bħala tali l-inbejjed tad-DOP “Prosecco” huma rikonoxxuti minn konsumaturi nazzjonali u internazzjonali.
9. Kunsiderazzjonijiet oħra essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)
“Prosecco” DOP
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Deroga għall-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-operazzjonijiet tal-ipproċessar tat-tipoloġiji kollha ta’ nbid, skont id-deroga msemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament UE 2019/33, jistgħu jitwettqu wkoll fit-territorju amministrattiv tal-komuni tal-provinċja ta’ Verona li jikkonfinaw maż-żona tal-produzzjoni ddefinita, imma huma limitati għall-għeneb li jiġi mill-vinji li kienu qed jitħaddmu fit-30 ta’ Novembru 2011. Barra dan, b’awtorizzazzjonijiet individwali maħruġa mill-Ministeru, dawn l-operazzjonijiet jistgħu jitwettqu anke fil-provinċji l-oħra li jikkonfinaw maż-żona ta’ produzzjoni ddefinita.
Barra dan, il-proċess tal-produzzjoni tar-ragħwa tal-inbid bażi għall-kategoriji “frizzanti” u “spumanti” b’awtorizzazzjonijiet individwali maħruġa mill-Ministeru, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni lis-sitwazzjonijiet tradizzjonali tal-produzzjoni, jistgħu jitwettqu, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament UE 2019/33, anki lil hinn mill-viċinanzi immedjati taż-żona ġeografika ddefinita.
“Prosecco” DOP — Unità ġeografika miżjuda
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Fid-denominazzjoni tal-“Prosecco”, it-tikketta tista’ tinkludu r-referenza “provincia di Treviso” jew “Treviso” jew “provincia di Trieste” jew “Trieste” jew “Pokrajina Trst” jew “Trst”, dejjem jekk il-lottijiet ikunu magħmulin esklussivament minn għeneb miġbur minn vinji li jinsabu fil-provinċji rilevanti u l-ipproċessar tagħhom u l-imballaġġ tal-prodott isiru fl-istess provinċja tal-produzzjoni tal-għeneb kif previst mill-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 2019/33 u l-Artikolu 120(1)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2015.
“Prosecco” DOP
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Id-dispożizzjonijiet dwar l-ibbottiljar fiż-żona demarkata huma stabbiliti, u koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (l-Artikolu 4(2) tar-Regolament UE 2019/33). B’konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija, l-ibbottiljar irid isir fiż-żona ġeografika demarkata sabiex tinżamm il-kwalità, ir-reputazzjoni tad-DOP “Prosecco”, u jiġu ggarantiti l-oriġini u l-effikaċja tal-kontrolli relatati. Tabilħaqq, il-kwalità u l-karatteristiċi partikolari tal-inbid “Prosecco”, konnessi maż-żona ġeografika ta’ oriġini, kif ukoll ir-reputazzjoni tad-denominazzjoni, huma żgurati aħjar permezz tal-ibbottiljar fiż-żona, billi l-applikazzjoni u r-rispett tar-regoli tekniċi kollha rigward it-trasport u l-ibbottiljar jistgħu jiġu fdati lill-azjendi taż-żona, li għandhom il-konjizzjoni u l-għarfien meħtieġ u l-interess li jżommu r-reputazzjoni li jkunu kisbu. Barra minn hekk, dan l-obbligu jiggarantixxi lill-operaturi tal-produzzjoni tal-inbid sistema effiċjenti ta’ kontrolli fil-fażi tal-ibbottiljar min-naħa tal-korpi kompetenti, u jiġu evitati r-riskji potenzjali li jista’ jinvolvi t-trasport barra miż-żona. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni hija ta’ benefiċċju għal dawn l-operaturi li huma konxji u responsabbli mis-salvagwardja tal-livell ta’ kwalità u tar-reputazzjoni tad-denominazzjoni.
“Prosecco” DOP — Spumante rożè
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:
Rekwiżiti addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Għal dan it-tip ta’ għeneb, huwa obbligatorju li tiġi ttikkettata s-sena tal-produzzjoni tal-għeneb skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/15890