ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
28 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 320/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 320/02

Kawża C-113/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – Luxaviation SA vs Ministre de l’Environnement (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Direttiva 2003/87/KE – Multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet – Assenza ta’ kawża ta’ eżenzjoni fil-każ ta’ dispożizzjoni effettiva ta’ kwoti li ma ġewx ċeduti, ħlief forza maġġuri – Impossibbiltà ta’ modulazzjoni tal-ammont tal-multa – Proporzjonalità – Artikoli 20, 41, 47 u Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

2

2020/C 320/03

Kawża C-468/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale per il Veneto – l-Italja) – Region Veneto vs HD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Vetturi storiċi – Trattament fiskali mhux omoġenju ġewwa l-istess Stat Membru – Sitwazzjoni purament interna – Inammissibbiltà manifesta)

3

2020/C 320/04

Kawża C-32/20: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di appello di Napoli – l-Italja) – TJ vs Balga Srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Protezzjoni fil-każ ta’ tkeċċija inġusta – Artikoli 20, 21, 34 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Direttiva 98/59/KE – Tkeċċija kollettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni li għandha tingħata lil ħaddiem vittma ta’ tkeċċija kollettiva inġusta minħabba ksur tal-kriterji ta’ għażla tal-ħaddiema li għandhom jitkeċċew – Assenza ta’ sitwazzjoni ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Inapplikabbiltà tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

3

2020/C 320/05

Kawża C-162/20 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2020 minn WV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-471/18, WV vs SEAE

4

2020/C 320/06

Kawża C-171/20 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2020 minn WV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-43/19, WV vs SEAE

5

2020/C 320/07

Kawża C-172/20 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2020 minn WV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-388/18, WV vs SEAE

5

2020/C 320/08

Kawża C-244/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit-8 ta’ Ġunju 2020 – F.C.I. vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

6

2020/C 320/09

Kawża C-258/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Ġunju 2020 – HV vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

7

2020/C 320/10

Kawża C-267/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de León (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – AB Volvo u DAF TRUCKS N.V. vs RM

8

2020/C 320/11

Kawża C-268/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta (Spanja) fis-16 ta’ Ġunju 2020 – XV vs Cajamar Caja Rural S.C.C.

8

2020/C 320/12

Kawża C-281/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-26 ta’ Ġunju 2020 – Ferimet S.L. vs Administración General del Estado

9

2020/C 320/13

Kawża C-294/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2020 – GE Auto Service Leasing GMBH vs Tribunal Económico Administrativo Central

10

2020/C 320/14

Kawża C-346/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC

10

2020/C 320/15

Kawża C-354/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra L; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

11

2020/C 320/16

Kawża C-359/20 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 minn Talanton AE – Symvouleftiki – Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-195/18, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2020/C 320/17

Kawża C-364/20 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2020 minn Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fl-14 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-282/18, Bernis et vs SRB

13

2020/C 320/18

Kawża C-164/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, sostnut minn: Ir-Repubblika Franċiża

15

2020/C 320/19

Kawża C-165/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, sostnut minn: Ir-Repubblika Franċiża

15

2020/C 320/20

Kawża C-217/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – La Gazza Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

15

2020/C 320/21

Kawża C-218/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Latte Più Srl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

15

2020/C 320/22

Kawża C-219/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Brenta Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

16

2020/C 320/23

Kawża C-283/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Almería – Spanja) – Liliana Beatriz Moya Privitello, Sergio Daniel Martín Durán vs Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito

16

2020/C 320/24

Kawża C-337/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Via Lattea Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

16

2020/C 320/25

Kawża C-338/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Cooperativa Novalat Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

16

2020/C 320/26

Kawża C-339/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Veneto Latte Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

17

2020/C 320/27

Kawża C-534/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ġunju 2020 – Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez vs Office de l'Union européenne pour la propriété intellectuelle, Núcleo de comunicaciones y control SL

17

2020/C 320/28

Kawża C-536/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – XW vs Landesamt für Verbraucherschutz

17

2020/C 320/29

Kawżi magħquda C-694/18 sa C-697/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Económico Administrativo Central – Spanja) – Ente Público Radio Televisión Madrid (C-694/18), Agencia Pública Empresarial de la Radio y Televisión de Andalucía (RTVA) (C-695/18), Radiotelevisión del Principado de Asturias S.A.U. (C-696/18), Ente Público de Radiotelevisión de Castilla La Mancha (C-697/18) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)

17

2020/C 320/30

Kawża C-726/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana – l-Italja) – FW, GY vs U.T.G. – Prefettura di Lucca

18

2020/C 320/31

Kawża C-782/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance Epinal – Franza) – Cofidis vs YP

18

2020/C 320/32

Kawża C-40/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija) – EY vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, li kienet Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

18

2020/C 320/33

Kawża C-305/19: Digriet tal-President tal-Għaxar Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

18

2020/C 320/34

Kawża C-314/19: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – R.C.C. vs M.O.L.

19

2020/C 320/35

Kawża C-438/19: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Frontline Digital GmbH

19

2020/C 320/36

Kawża C-464/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Latte Villafranca Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

19

2020/C 320/37

Kawża C-522/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta – Spanja) – DC vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

19

2020/C 320/38

Kawża C-524/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Nules – Spanja) – Investcapital Ltd vs FE

20

2020/C 320/39

Kawża C-525/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – GF vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

20

2020/C 320/40

Kawża C-685/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankenthal – il-Ġermanja) – OK vs Daimler AG

20

2020/C 320/41

Kawża C-687/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belgju) – Ryanair Ltd vs PJ

20

2020/C 320/42

Kawża C-759/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Gera – il-Ġermanja) – PG vs Volkswagen AG

21

2020/C 320/43

Kawżi Magħquda C-763/19 sa C-765/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Apelacyjny w Krakowie – il-Polonja) – S.P. et, fil-preżenza ta’: Prokurator Regionalny w Krakowie, C. S.A. w P. (C-764/19) vs Syndyk masy upadłości I.T. w O. w upadłości likwidacyjnej, fil-preżenza ta’: Prokurator Regionalny w Krakowie, M.Ś. u I.Ś. (C-765/19) vs R.B.P. Spółka Akcyjna, fil-preżenza ta’: Prokurator Regionalny w Krakowie, Rzecznik Praw Obywatelskich,

21

2020/C 320/44

Kawża C-785/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – Koch Media GmbH vs HC

21

2020/C 320/45

Kawża C-792/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – TUIfly GmbH vs EUflight.de GmbH

21

2020/C 320/46

Kawża C-797/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – B-GmbH vs Finanzamt D

22

2020/C 320/47

Kawża C-805/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – CT vs VINI GmbH

22

2020/C 320/48

Kawża C-814/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court) – ir-Renju Unit) – AC, TM, GM, MM vs ABC Sl, XYZ Plc

22

2020/C 320/49

Kawża C-816/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburgil – Ġermanja) – QF vs Germanwings GmbH

22

2020/C 320/50

Kawża C-861/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 26 de Barcelona – Spanja) – LJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

23

2020/C 320/51

Kawża C-880/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – VZ vs Eurowings GmbH

23

2020/C 320/52

Kawża C-918/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – GDVI Verbraucherhilfe GmbH vs Swiss International Air Lines AG

23

2020/C 320/53

Kawża C-10/20: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Flightright GmbH vs Eurowings GmbH

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 320/54

Kawża T-197/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2020 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard et (QUILAPAYÚN)

24

2020/C 320/55

Kawża T-483/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 – Tecnica Group vs EUIPO – Zeitneu (Forma ta’ żarbun)

24

2020/C 320/56

Kawża T-486/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – H&H vs EUIPO – Giuliani (Swisse)

25

2020/C 320/57

Kawża T-488/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Guerlain vs EUIPO (Forma ta’ lipstick tawwalija, konika u ċilindrika)

26

2020/C 320/58

Kawża T-493/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 – Sfera Joven vs EUIPO – Koc (SFORA WEAR)

27

2020/C 320/59

Kawża T-501/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Makk vs EUIPO – Ubati Luxury Cosmetics (PANTA RHEI)

28

2020/C 320/60

Kawża T-504/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Soapland vs EUIPO – Norma (Manòu)

28

2020/C 320/61

Kawża T-505/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Guo vs EUIPO – Sand Cph (sandriver)

29

2020/C 320/62

Kawża T-509/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Daimler vs Il-Kummissjoni

30

2020/C 320/63

Kawża T-511/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2020 – Zardini vs Il-Kummissjoni

32

2020/C 320/64

Kawża T-513/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Asempre vs Il-Kummissjoni

32


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 320/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 313, 21.9.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 304, 14.9.2020

ĠU C 297, 7.9.2020

ĠU C 287, 31.8.2020

ĠU C 279, 24.8.2020

ĠU C 271, 17.8.2020

ĠU C 262, 10.8.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative – il-Lussemburgu) – Luxaviation SA vs Ministre de l’Environnement

(Kawża C-113/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Direttiva 2003/87/KE - Multa fuq l-eċċess tal-emissjonijiet - Assenza ta’ kawża ta’ eżenzjoni fil-każ ta’ dispożizzjoni effettiva ta’ kwoti li ma ġewx ċeduti, ħlief forza maġġuri - Impossibbiltà ta’ modulazzjoni tal-ammont tal-multa - Proporzjonalità - Artikoli 20, 41, 47 u Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

(2020/C 320/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Luxaviation SA

Konvenut: Ministre de l’Environnement

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 20 u 47, kif ukoll l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li l-multa b’rata fissa prevista fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009, ma tkunx akkumpanjata minn possibbiltà ta’ modulazzjoni mill-qorti nazzjonali.

2)

L-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għas-sitwazzjoni li tikkonsisti f’li jiġi ddeterminat jekk l-Istati Membri għandhomx obbligu, u mhux sempliċi fakultà, li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ notifiki, ta’ tfakkir u ta’ ċediment antiċipat li jippermettu lill-operaturi f’bona fide li jkunu informati perfettament bl-obbligu tagħhom ta’ ċediment u li b’hekk ma jkollhom ebda riskju ta’ multa taħt l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87, kif emendata bid-Direttiva 2009/29.

3)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-impożizzjoni tal-multa prevista fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87, kif emendata bid-Direttiva 2009/29, f’sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet kompetenti ma avżawx lill-operatur qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ ċediment, minkejja li huma kienu għamlu dan, mingħajr ma kienu obbligati jagħmlu dan, is-sena preċedenti.

4)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-kunċett ta’ “każ ta’ forza maġġuri”, fis-sens tal-punt 31 tas-sentenza tas-17 ta’ Ottubru 2013, Billerud Karlsborg u Billerud Skärblacka (C-203/12, EU:C:2013:664), japplikax għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria regionale per il Veneto – l-Italja) – Region Veneto vs HD

(Kawża C-468/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Vetturi storiċi - Trattament fiskali mhux omoġenju ġewwa l-istess Stat Membru - Sitwazzjoni purament interna - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 320/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria regionale per il Veneto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regione Veneto

Konvenut:HD

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria regionale del Veneto (il-Kummissjoni Fiskali Reġjonali tal-Veneto, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-10 ta’ Ġunju 2019, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di appello di Napoli – l-Italja) – TJ vs Balga Srl

(Kawża C-32/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Protezzjoni fil-każ ta’ tkeċċija inġusta - Artikoli 20, 21, 34 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Direttiva 98/59/KE - Tkeċċija kollettiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni li għandha tingħata lil ħaddiem vittma ta’ tkeċċija kollettiva inġusta minħabba ksur tal-kriterji ta’ għażla tal-ħaddiema li għandhom jitkeċċew - Assenza ta’ sitwazzjoni ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Inapplikabbiltà tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni)

(2020/C 320/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di appello di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TJ

Konvenuta: Balga Srl

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta lid-domandi magħmula mill-Corte d’appello di Napoli (il-Qorti tal-Appell ta’ Napoli, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Settembru 2019.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/4


Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2020 minn WV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-471/18, WV vs SEAE

(Kawża C-162/20 P)

(2020/C 320/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tad-29 ta’ Jannar 2020 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-471/18, sa fejn dan ċaħad ir-rikors għal annullament inizjali tal-appellant bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt, u kkundanna lill-appellant għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-konvenut oriġinali għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; u

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq ir-rikors.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iqis li bid-digriet ikkontestat, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ produzzjoni libera tal-prova u l-kunċett ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti u, għaldaqstant, kisret ir-regoli relatati mal-oneru tal-prova, b’mod partikolari fir-rigward tal-provi u tal-indizji prodotti mill-appellant dwar l-allegat ksur tal-Artikoli 1e u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-uniku aggravju invokat mill-appellant huwa wkoll ibbażat fuq ċaħda ta’ ġustizzja, diskriminazzjoni, żnaturament tal-fatti mid-digriet ikkontestat u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali li wasslu għal motivazzjoni mhux eżatta fid-dritt.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/5


Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2020 minn WV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-43/19, WV vs SEAE

(Kawża C-171/20 P)

(2020/C 320/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tad-29 ta’ Jannar 2020 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-43/19, sa fejn dan ċaħad ir-rikors bħala inammissibbli u kkundanna lill-appellant għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-konvenut oriġinali għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; u

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq ir-rikors.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iqis li bid-digriet ikkontestat, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ produzzjoni libera tal-prova u l-kunċett ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti u, għaldaqstant, kisret ir-regoli relatati mal-oneru tal-prova, b’mod partikolari fir-rigward tal-argumenti u tal-indizji prodotti dwar in-natura ġuridika tat-talba għal kumpens imressqa mill-appellant mas-SEAE skont l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-uniku aggravju invokat mill-appellant huwa wkoll ibbażat fuq diskriminazzjoni, żnaturament tal-fatti mid-digriet ikkontestat u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni magħmula mill-ewwel qorti li wasslu għal motivazzjoni mhux eżatta fid-dritt.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/5


Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2020 minn WV mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-388/18, WV vs SEAE

(Kawża C-172/20 P)

(2020/C 320/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: WV (rappreżentant: É. Boigelot, avocat)

Parti oħra fil-proċedura: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tad-29 ta’ Jannar 2020 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-388/18, sa fejn dan ċaħad ir-rikors għal annullament inizjali tal-appellant bħala inammissibbli u kkundanna lill-appellant għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-konvenut oriġinali għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; u

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi fuq ir-rikors.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iqis li bid-digriet ikkontestat, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ produzzjoni libera tal-prova u l-kunċett ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti u, għaldaqstant, kisret ir-regoli relatati mal-oneru tal-prova, b’mod partikolari fir-rigward tal-argumenti u tal-indizji prodotti dwar il-kalkolu tat-terminu li kien disponibbli għall-appellant sabiex jikkontesta d-deċiżjoni tas-SEAE.

L-uniku aggravju invokat mill-appellant huwa wkoll ibbażat fuq diskriminazzjoni, żnaturament tal-fatti mid-digriet ikkontestat u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali li wasslu għal motivazzjoni mhux eżatta fid-dritt.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit-8 ta’ Ġunju 2020 – F.C.I. vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-244/20)

(2020/C 320/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F.C.I.

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 79/7 tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (1), li jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva l-benefiċċji tas-superstiti u l-benefiċċji tal-familja għandu jiġi ddikjarat invalidu – jew meqjus bħala tali – minħabba li jmur kontra prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea bħal dak tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, sanċit bħala valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea kemm fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-ġurisprudenza storika u stabbilita ferm tal-Qorti tal-Ġustizzja?

2)

L-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmat f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (li hija r-riżultat tas-sentenza tat-Tribunal Constitucional [il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja] Nru 40/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, tal-ġurisprudenza nazzjonali li interpretatha u tar-riforma leġiżlattiva li implimentatha), li – fil-prattika u minħabba interpretazzjoni ġeneralment żbaljata tar-rekwiżit ta’ formalizzazzjoni u n-nuqqas ta’ perijodu ta’ adattament sabiex ikun hemm konformità magħha – irrendiet inizjalment impossibbli u suċċessivament eċċessivament diffiċli l-aċċess għall-pensjoni tar-romol li tirriżulta minn relazzjoni ta’ konkubinaġġ irregolata mill-Kodiċi Ċivili ta’ Catalunya?

3)

Prinċipju tant fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea bħal ma huwa dak tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala valur fundamentali fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u l-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, rikonoxxuta bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-bniedem, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (li hija r-riżultat tas-sentenza tat-Tribunal Constitucional [il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja] Nru 40/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, tal-ġurisprudenza nazzjonali li interpretatha u tar-riforma leġiżlattiva li implimentatha), li – fil-prattika u minħabba interpretazzjoni ġeneralment żbaljata tar-rekwiżit ta’ formalizzazzjoni u n-nuqqas ta’ perijodu ta’ adattament sabiex ikun hemm konformità magħha – irrendiet inizjalment impossibbli u suċċessivament eċċessivament diffiċli l-aċċess għall-pensjoni tar-romol li tirriżulta minn relazzjoni ta’ konkubinaġġ irregolata mill-Kodiċi Ċivili ta’ Catalunya, bi preġudizzju għal perċentwali ħafna ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel?

4)

Il-projbizzjoni tal-użu tat-“twelid” jew, alternattivament, tal-“appartenenza għal minorità nazzjonali”, bħala kawżi jew “raġunijiet” ta’ diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-bniedem, għandha tiġi interpretata bħala li tipprekludi miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (li hija r-riżultat tas-sentenza tat-Tribunal Constitucional [il-Qorti Kostituzzjonali, Spanja] Nru 40/2014, tal-11 ta’ Marzu 2014, tal-ġurisprudenza nazzjonali li interpretatha u tar-riforma leġiżlattiva li implimentatha), li – fil-prattika u minħabba interpretazzjoni ġeneralment żbaljata tar-rekwiżit ta’ formalizzazzjoni u n-nuqqas ta’ perijodu ta’ adattament sabiex ikun hemm konformità magħha – irrendiet inizjalment impossibbli u suċċessivament eċċessivament diffiċli l-aċċess għall-pensjoni tar-romol li tirriżulta minn relazzjoni ta’ konkubinaġġ irregolata mill-Kodiċi Ċivili ta’ Catalunya?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 1 de Barcelona (Spanja) fil-11 ta’ Ġunju 2020 – HV vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-258/20)

(2020/C 320/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 1 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HV

Konvenut: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

Domandi preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Artikolu 60(4) tat-texto refundido de la Ley General de la Seguridad Social (it-Test ta’ Riformulazzjoni tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali) approvat mir-Real Decreto Legislativo 8/2015, de 30 de octubre (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 8/2015, tat-30 ta’ Ottubru 2015)), li tistabbilixxi d-dritt għal suppliment għall-pensjoni għan-nisa li kellhom mill-inqas żewġ ulied bijoloġiċi jew adottati u li jibbenefikaw minn pensjoni tal-irtirar kontributorja filwaqt li nisa oħra, li jinsabu f’sitwazzjoni identika u li jiffaċċaw l-istess diffikultajiet sabiex jibqgħu fis-suq tax-xogħol minħabba l-fatt li huma nisa, ma għandhomx dritt għal tali suppliment għall-pensjoni għar-raġuni li jkunu rtiraw volontarjament b’mod antiċipat, liema rtirar huwa suġġett legalment għal rekwiżiti ta’ kontribuzzjoni ogħla minn dawk previsti għal irtirar ordinarju u għal kundizzjonijiet ta’ età identiċi jew simili għal dawk ta’ rtirar ordinarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de León (Spanja) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – AB Volvo u DAF TRUCKS N.V. vs RM

(Kawża C-267/20)

(2020/C 320/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de León

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AB Volvo u DAF TRUCKS N.V.

Konvenuta: RM

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 101 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li tqis li kemm it-terminu għall-eżerċizzju tal-azzjoni ta’ ħames snin stabbilit fl-Artikolu 10 tad-Direttiva, kif ukoll l-Artikolu 17 dwar l-istima ġudizzjarja tad-danni ma humiex retroattivament applikabbli, sa fejn bħala l-punt ta’ riferiment tar-retroattività tiffissa d-data tas-sanzjoni u mhux dik tal-eżerċizzju tal-azzjoni?

2)

L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2014/104/UE (1) u t-terminu “retroattivament” għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 10 tal-istess direttiva huwa applikabbli għal azzjoni bħal dik eżerċitata fil-kawża prinċipali, li, għalkemm tressqet wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva u tal-liġi ta’ traspożizzjoni, tirrigwarda, madankollu, fatti jew sanzjonijiet preċedenti?

3)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 76 tal-Ley de Defensa de la Competencia [il-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Kompetizzjoni], l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2014/104/UE, dwar l-istima ġudizzjarja tad-danni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa regola ta’ natura proċedurali li tapplika għall-kawża prinċipali, jiġifieri għal azzjoni eżerċitata wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni?


(1)  Direttiva 2014/104/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, L 349, p. 1).


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta (Spanja) fis-16 ta’ Ġunju 2020 – XV vs Cajamar Caja Rural S.C.C.

(Kawża C-268/20)

(2020/C 320/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XV

Konvenuta: Cajamar Caja Rural S.C.C.

Domandi preliminari

1)

Sabiex tkun iggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar li t-Tribunal Supremo (Il-Qorti Suprema, Spanja) stabbilixxiet bħala kriterju mhux ekwivoku, fis-sentenzi tagħha Nri 44 sa 49 tat-23 ta’ Jannar 2019, in-natura inġusta, fil-kuntratti ta’ self li jinkludu garanzija ipotekarja konklużi ma’ konsumaturi, ta’ klawżola mhux innegozzjata li tipprevedi li l-ispejjeż relatati mal-ħolqien tat-tranżazzjoni ta’ self ipotekarju għandhom jitħallsu minn min jissellef u qassmet ir-responsabbiltà għad-diversi spejjeż li jinsabu f’din il-klawżola inġusta li n-nullità tagħha ġiet ikkonstatata bejn l-istabbiliment bankarju li daħħal il-klawżola u l-konsumatur li jissellef, sabiex tiġi llimitata r-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa indebitament b’applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali?

Sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u l-osservanza tal-ġurisprudenza tal-Unjoni li timplimentaha, huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 u, b’mod iktar partikolari, mal-Artikolu 6(1) u mal-Artikolu 7(1) ta’ din tal-aħħar il-fatt li t-Tribunal Supremo (Il-Qorti Suprema, Spanja) tagħmel interpretazzjoni inklużiva ta’ klawżola nulla minħabba n-natura inġusta tagħha, meta t-tħassir ta’ din il-klawżola u l-effetti ta’ dan it-tħassir ma jipprekludux iż-żamma fis-seħħ tal-kuntratt ta’ self b’garanzija ipotekarja?

2)

Bl-istess mod, għandu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-Artikolu 394 tal-LEC 2, li jistabbilixxi l-kriterju tal-kundanna oġġettiva għall-ispejjeż, li, fl-ipoteżi fejn klawżola inġusta fil-qasam tal-ispejjeż tiġi annullata iżda l-effetti ta’ dan l-annullament huma llimitati għat-tqassim tal-ispejjeż imsemmija iktar 'il fuq, jinkisru l-prinċipji tan-natura mhux vinkolanti [tal-klawżoli inġusti fil-konfront tal-konsumatur] u tal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jekk jintlaqgħu parzjalment it-talbiet tal-partijiet, u dan jista’ jiġi interpretat bħala li għandu effett dissważiv oppost li jwassal għall-assenza ta’ protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-konsumaturi u tal-utenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-26 ta’ Ġunju 2020 – Ferimet S.L. vs Administración General del Estado

(Kawża C-281/20)

(2020/C 320/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ferimet S.L

Konvenuta: Administración General del Estado

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), flimkien, skont il-każ, ma’ dispożizzjonijiet oħra tagħha, u l-prinċipju ta’ newtralità fiskali li jirriżulta minn din id-direttiva, kif interpretat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jawtorizzawx it-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa minn kummerċant li joħroġ, taħt is-sistema ta’ reverse charge, it-titolu ġustifikattiv (il-fattura) ta’ tranżazzjoni ta’ akkwist ta’ oġġetti li jwettaq billi jinkorpora f’dan it-titolu fornitur fittizju, meta jiġi stabbilit li l-kummerċant inkwistjoni jkun wettaq effettivament l-akkwist u li jkun uża l-materjal akkwistat għall-attività tiegħu jew għall-iskambji kummerċjali tiegħu?

2)

Fil-każ li prattika bħal dik deskritta (u li l-persuna kkonċernata titqies li taf biha) tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva jew frawdolenti għall-finijiet tar-rifjut tat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa, ir-rifjut ta’ dan it-tnaqqis jirrikjedi li tiġi stabbilita debitament l-eżistenza ta’ vantaġġ fiskali inkompatibbli mal-għanijiet tas-sistema tal-VAT?

3)

Fl-aħħar nett, fil-każ li tali prova tkun neċessarja, il-vantaġġ fiskali li jippermetti li jiġi rrifjutat it-tnaqqis, li għandu, skont il-każ, jiġi vverifikat każ b’każ, għandu jirrigwarda esklużivament il-persuna taxxabbli nnifisha (jiġifieri l-akkwirent tal-oġġetti) jew jista’ jirrigwarda eventwalment parteċipanti oħra fit-tranżazzjoni kkunsidrata?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2020 – GE Auto Service Leasing GMBH vs Tribunal Económico Administrativo Central

(Kawża C-294/20)

(2020/C 320/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GE Auto Service Leasing GMBH

Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Central

Domandi preliminari

1)

Huwa ammess li persuna taxxabbli, li wara li tkun intalbet ripetutament mill-amministrazzjoni tat-taxxa biex tistabbilixxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dritt għal rimbors, ma twettaqx dak li huwa mitlub mingħajr ebda ġustifikazzjoni raġonevoli u li, wara li r-rimbors ma jkunx ingħatalha, tipposponi l-produzzjoni ta’ dokumenti sakemm jintlaħaq l-istadju ta’reviżjoni jew ta’ proċedura ġudizzjarja?

2)

Il-fatt li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix l-informazzjoni neċessarja li tissustanzja d-dritt tagħha lill-amministrazzjoni tat-taxxa, meta kellha d-dritt tagħmel dan u meta kien meħtieġ minnha li tagħmel dan, u meta ma għamlitx dan mingħajr raġuni ġġustifikata, u meta għall-kuntrarju din l-informazzjoni tiġi pprovduta volontarjament iktar tard lill-organu ta’ reviżjoni jew lill-organu ġudizzjarju, jista’ jitqies bħala abbuż ta’ dritt?

3)

Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita, sew għaliex ma tkunx ipproduċiet fit-terminu u mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli l-informazzjoni rilevanti sabiex tistabbilixxi d-dritt tagħha għar-rimbors, jew inkella għaliex tkun aġixxiet b’mod abbużiv, titlef id-dritt tagħha għal rimbors ladarba jkun iddekorra t-terminu previst jew mogħti f’dan ir-rigward u l-amministrazzjoni tat-taxxa tkun tat deċiżjoni li tiċħad ir-rimbors?


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2020 – UW vs Ryanair DAC

(Kawża C-346/20)

(2020/C 320/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UW

Konvenuta: Ryanair DAC

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dewmien fit-tul ta’ titjira jista’ jkun “dovut” għal ċirkustanzi eċċezzjonali anki jekk dawn iċ-ċirkustanzi jkunu seħħew matul titjira preċedenti mill-ajruplan skedat il-ġurnata ta’ qabel?

Il-kawża tneħħiet mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Awwissu 2020.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Lulju 2020 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra L; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

(Kawża C-354/20)

(2020/C 320/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: L

Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI (1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u/jew it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu effettivament lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew li huwa maħruġ minn qorti, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru emittenti tal-MAE tkun ġiet emendata wara l-ħruġ ta’ dan il-MAE b’mod li din il-qorti ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għaliex din il-leġiżlazzjoni ma tibqax tiggarantixxi l-indipendenza ta’ din il-qorti?

2)

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludu effettivament lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi MAE meta hija tkun ikkonstatat li jeżisti riskju reali ta’ ksur ta’ dritt fundamentali, fl-Istat Membru emittenti, għal qorti indipendenti għall-persuni kollha akkużati, u għaldaqstant ukoll għall-persuna mitluba, indipendentement mill-qrati ta’ dan l-Istat Membru li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-proċeduri li għalihom ser tkun suġġetta l-persuna mitluba u indipendentement mis-sitwazzjoni personali tal-persuna mitluba, min-natura tal-ksur li bih hija akkużata u mill-kuntest fattwali li fuqu huwa bbażat il-MAE, liema riskju reali huwa marbut mal-fatt li l-qrati tal-Istat Membru emittenti ma għadhomx indipendenti minħabba difetti strutturali u fundamentali?

3)

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jipprekludu effettivament lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni milli teżegwixxi MAE meta hija tkun ikkonstatat li:

jeżisti, fl-Istat Membru emittenti, riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq għall-persuni kollha akkużati, u li huwa marbut ma’ difetti strutturali u fundamentali f’dak li jirrigwarda l-indipendenza tal-poter ġudizzjarju ta’ dan l-Istat Membru,

dawn id-difetti strutturali u fundamentali, għaldaqstant, mhux biss jista’ jkollhom effett negattiv fuq il-qrati ta’ dan l-Istat Membru li għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tal-proċeduri li għalihom ser tkun suġġetta l-persuna mitluba, iżda għandhom effettivament tali effett negattiv, u

jeżistu għaldaqstant raġunijiet serji u fattwali sabiex jiġi preżunt li l-persuna mitluba qiegħda f’riskju reali ta’ ksur tad-dritt fundamentali tagħha għal qorti indipendenti u, għalhekk, ta’ ksur tal-essenza tad-dritt fundamentali tagħha għal smigħ xieraq,

u dan, anki jekk, minbarra dawn id-difetti strutturali u fundamentali, il-persuna mitluba ma tkunx esprimiet tħassib speċifiku u anki jekk is-sitwazzjoni personali tagħha, in-natura tal-ksur li bih hija akkużata u l-kuntest li fuqu huwa bbażat l-MAE ma jagħtux lok għal biża’, minbarra dawn id-difetti strutturali u fundamentali, ta’ eżerċizzju ta’ presssjoni konkreta jew ta’ influwenza fuq il-proċedura kriminali tagħha mill-poter eżekuttiv u/jew leġiżlattiv.


(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/12


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 minn Talanton AE – Symvouleftiki – Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-195/18, Talanton AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-359/20 P)

(2020/C 320/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Talanton AE – Symvouleftiki – Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon (rappreżentanti: K. Damis u M. Angelopoulos, dikigoroi)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-195/18, Talanton AE – Symvouleftiki-Ekpaideftiki Etaireia Dianomon, Parochis Ypiresion Marketing kai Dioikisis Epicheiriseon vs Il-Kummissjoni, fl-intier tagħha,

tilqa’ r-rikors tal-appellanti tas-16 ta’ Marzu 2018,

tiċħad il-kontrotalba tal-konvenuta,

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi – applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt kontenzjuż u ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li skontu l-istituzzjonijiet tal-Unjoni huma meħtieġa jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’terminu raġonevoli.

Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali aċċettat interpretazzjoni żbaljata tal-kontenut tal-prinċipju ta’ terminu raġonevoli u ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-kawża.

Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li kemm it-tul tal-proċedura kif ukoll il-pożizzjoni tal-Kummissjoni matul il-proċedura taw lok min-naħa tagħha għal aspettattivi leġittimi li korrezzjonijiet finanzjarji ma jiġux imposti fuqha.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi – applikazzjoni mhux korretta tal-prinċipju ta’ bona fide, bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar is-subappalt matul l-istħarriġ tal-Kummissjoni.

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat b’mod mhux korrett l-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan, kif ġie interpretat mill-Qorti tal-Kassazzjoni Belġjana.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/13


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2020 minn Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA u Cassandra Holding Company SIA mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fl-14 ta’ Mejju 2020 fil-Kawża T-282/18, Bernis et vs SRB

(Kawża C-364/20 P)

(2020/C 320/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ernests Bernis, Oļegs Fiļs, OF Holding SIA, Cassandra Holding Company SIA (rappreżentant: O.H. Behrends, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali;

tiddikjara ammissibbli r-rikors għal annullament;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors għal annullament;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż tal-appellanti u għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw l-aggravji segwenti.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta bbażat ruħha fuq il-fatt li r-Regolament Nru 806/2014 (1) ma jinkludi ebda dispożizzjoni, fir-rigward ta’ ċirkustanzi bħal dawk f’din il-kawża, għall-istralċ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu. L-appellanti jsostnu li dan l-aspett jikkonċerna l-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati ta’ SRB tat-23 ta’ Frar 2018 u għalhekk il-fondatezza filwaqt li l-ammissibbiltà tiddependi biss mill-mod li bih effettivament aġixxa SRB (u mhux kif kellu jaġixxi).

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset bħala kunsiderazzjoni li ssostni l-konklużjoni ta’ inammissibbiltà tagħha l-fatt li l-qorti Lussemburgiża ċaħdet it-talba ta’ Luxembourg NRA għall-ħall u għall-istralċ ta’ ABLV Luxembourg. Iċ-ċaħda ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni Ewropea minn qorti nazzjonali ma trendix tali deċiżjoni ineżistenti u ma teliminax il-bżonn ta’ annullament mill-qrati Ewropej.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li n-natura volontarja tal-istralċ ta’ ABLV Bank bħala kwistjoni tad-dritt Latvjan tkun rilevanti jekk, kif tikkonferma l-Qorti Ġenerali, l-istralċ kien ordnat mid-deċiżjonijiet ta’ SRB.

Ir-raba’ aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li effett legali dirett suffiċjenti huwa eskluż minħabba l-fatt li l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati tinvolvi l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali. L-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni hija irrilevanti sa fejn l-allegat effett legali huwa rregolat mid-dritt Ewropew.

Il-ħames aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li n-natura tal-implimentazzjoni tal-att speċifikament ġudizzjarja hija rilevanti skont l-Artikolu 263 TFUE.

Is-sitt aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kwalunkwe diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali fil-kuntest tal-implimentazzjoni teskludi l-effett legali dirett.

Is-seba’ aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq fehim skorrett tal-kunċett ta’ “regoli intermedji” kif żviluppat fil-ġurisprudenza.

It-tmien aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali siltet konklużjonijiet żbaljati mis-sempliċi forma tal-atti kkontestati.

Id-disa’ aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tapplika l-Artikolu 263 TFUE fi-dawl tal-gwida speċifika pprovduta fir-Regolament Nru 806/2014 dwar l-istħarriġ tal-atti ta’ SRB.

L-għaxar aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dritt tal-appellanti skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ħolqot lakuna fil-protezzjoni legali.

Il-ħdax-il aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li bħala prekawzjoni d-digriet appellat huwa bbażat fuq distorsjoni manifesta tal-atti kkontestati jekk ġie interpretat fis-sens li l-atti kkontestati ma ordnawx l-istralċ ta’ ABLV Latvia u ta’ ABLV Luxembourg. Dan l-aggravju huwa invokat sempliċement bħala prekawzjoni. L-appellanti ma humiex tal-fehma li hemm bażi sabiex id-digriet appellat jiġi interpretat b’dan il-mod.

It-tnax-il aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-digriet appellat huwa bbażat fuq interpretazzjoni skorretta tal-ġurisprudenza rilevanti, inklużi s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi Trasta Komercbanka et vs BĊE (C-663/17) u Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (C-463/10).

It-tlettax-il aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-digriet appellat ma huwiex suffiċjentement motivat.


(1)  Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014 L 225, p. 1).


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, sostnut minn: Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-164/18) (1)

(2020/C 320/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, sostnut minn: Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-165/18) (1)

(2020/C 320/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – La Gazza Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-217/18) (1)

(2020/C 320/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Latte Più Srl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-218/18) (1)

(2020/C 320/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Brenta Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-219/18) (1)

(2020/C 320/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 240, 09.07.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Almería – Spanja) – Liliana Beatriz Moya Privitello, Sergio Daniel Martín Durán vs Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito

(Kawża C-283/18) (1)

(2020/C 320/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Via Lattea Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-337/18) (1)

(2020/C 320/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Cooperativa Novalat Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-338/18) (1)

(2020/C 320/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Veneto Latte Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-339/18) (1)

(2020/C 320/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 285, 13.8.2018.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Ġunju 2020 – Xabier Uribe-Etxebarría Jiménez vs Office de l'Union européenne pour la propriété intellectuelle, Núcleo de comunicaciones y control SL

(Kawża C-534/18) (1)

(2020/C 320/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 16, 14.01.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – XW vs Landesamt für Verbraucherschutz

(Kawża C-536/18) (1)

(2020/C 320/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/17


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2020 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Económico Administrativo Central – Spanja) – Ente Público Radio Televisión Madrid (C-694/18), Agencia Pública Empresarial de la Radio y Televisión de Andalucía (RTVA) (C-695/18), Radiotelevisión del Principado de Asturias S.A.U. (C-696/18), Ente Público de Radiotelevisión de Castilla La Mancha (C-697/18) vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)

(Kawżi magħquda C-694/18 sa C-697/18) (1)

(2020/C 320/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 72, 25.2.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Toscana – l-Italja) – FW, GY vs U.T.G. – Prefettura di Lucca

(Kawża C-726/18) (1)

(2020/C 320/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 93, 11.03.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance Epinal – Franza) – Cofidis vs YP

(Kawża C-782/18) (1)

(2020/C 320/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija) – EY vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, li kienet Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal

(Kawża C-40/19) (1)

(2020/C 320/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/18


Digriet tal-President tal-Għaxar Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Frar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-305/19) (1)

(2020/C 320/33)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tal-Għaxar Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/19


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – R.C.C. vs M.O.L.

(Kawża C-314/19) (1)

(2020/C 320/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/19


Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände – Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Frontline Digital GmbH

(Kawża C-438/19) (1)

(2020/C 320/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Latte Villafranca Scrl et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Regione Veneto

(Kawża C-464/19) (1)

(2020/C 320/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/19


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 6 de Ceuta – Spanja) – DC vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

(Kawża C-522/19) (1)

(2020/C 320/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 413, 09.12.2019


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 2 de Nules – Spanja) – Investcapital Ltd vs FE

(Kawża C-524/19) (1)

(2020/C 320/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – GF vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-525/19) (1)

(2020/C 320/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 432, 23.12.2019


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Frankenthal – il-Ġermanja) – OK vs Daimler AG

(Kawża C-685/19) (1)

(2020/C 320/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 27.01.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/20


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons – il-Belgju) – Ryanair Ltd vs PJ

(Kawża C-687/19) (1)

(2020/C 320/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Gera – il-Ġermanja) – PG vs Volkswagen AG

(Kawża C-759/19) (1)

(2020/C 320/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.02.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Apelacyjny w Krakowie – il-Polonja) – S.P. et, fil-preżenza ta’: Prokurator Regionalny w Krakowie, C. S.A. w P. (C-764/19) vs Syndyk masy upadłości I.T. w O. w upadłości likwidacyjnej, fil-preżenza ta’: Prokurator Regionalny w Krakowie, M.Ś. u I.Ś. (C-765/19) vs R.B.P. Spółka Akcyjna, fil-preżenza ta’: Prokurator Regionalny w Krakowie, Rzecznik Praw Obywatelskich,

(Kawżi Magħquda C-763/19 sa C-765/19) (1)

(2020/C 320/43)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 54, 17.02.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Saarbrücken – il-Ġermanja) – Koch Media GmbH vs HC

(Kawża C-785/19) (1)

(2020/C 320/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 27.01.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/21


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – TUIfly GmbH vs EUflight.de GmbH

(Kawża C-792/19) (1)

(2020/C 320/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – B-GmbH vs Finanzamt D

(Kawża C-797/19) (1)

(2020/C 320/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg – l-Awstrija) – CT vs VINI GmbH

(Kawża C-805/19) (1)

(2020/C 320/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 77, 09.03.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court) – ir-Renju Unit) – AC, TM, GM, MM vs ABC Sl, XYZ Plc

(Kawża C-814/19) (1)

(2020/C 320/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 10, 13.01.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburgil – Ġermanja) – QF vs Germanwings GmbH

(Kawża C-816/19) (1)

(2020/C 320/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Social no 26 de Barcelona – Spanja) – LJ vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS)

(Kawża C-861/19) (1)

(2020/C 320/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 54, 17.02.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – VZ vs Eurowings GmbH

(Kawża C-880/19) (1)

(2020/C 320/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 87, 16.03.2020


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Hamburg – il-Ġermanja) – GDVI Verbraucherhilfe GmbH vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-918/19) (1)

(2020/C 320/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-10/20) (1)

(2020/C 320/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


Il-Qorti Ġenerali

28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/24


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2020 – JT vs EUIPO – Carrasco Pirard et (QUILAPAYÚN)

(Kawża T-197/20)

(2020/C 320/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: JT (rappreżentant: A. Mena Valenzuela, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo Carrasco Pirard u 7 oħra (Santjago, iċ-Ċilì)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva QUILAPAYÚN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 267 287

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1518/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla jew tirtira d-deċiżjoni kkontestata filwaqt li tilqa’ t-talbiet kollha ta’ din il-parti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-Artikolu 6a(1a) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/24


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 – Tecnica Group vs EUIPO – Zeitneu (Forma ta’ żarbun)

(Kawża T-483/20)

(2020/C 320/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tecnica Group SpA (Giavera del Montello, l-Italja) (rappreżentant: C. Sala, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zeitneu GmbH (Zurich, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali (Forma ta’ żarbun) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 168 441

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 1093/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-prinċipju ta’ res judicata taħt l-Artikoli 123 u 124 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ legalità, ugwaljanza fit-trattament u amministrazzjoni tajba taħt l-Artikoli 123 u 124 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ta’ aspettativi leġittimi taħt l-Artikoli 123 u 124 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/25


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2020 – H&H vs EUIPO – Giuliani (Swisse)

(Kawża T-486/20)

(2020/C 320/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Health and Happiness (H&H) Hong Kong Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: D. Rose, L. Flascher, Solicitors u N. Saunders, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giuliani SpA (Milano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Swisse fil-kuluri aħmar, iswed u abjad –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 252 152

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2185/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 63(2) u 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 146(7) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/26


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2020 – Guerlain vs EUIPO (Forma ta’ lipstick tawwalija, konika u ċilindrika)

(Kawża T-488/20)

(2020/C 320/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Guerlain (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ lipstick tawwalija, konika u ċilindrika) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 958 667

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2292/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti għall-finijet tal-proċedura quddiem l-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/27


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2020 – Sfera Joven vs EUIPO – Koc (SFORA WEAR)

(Kawża T-493/20)

(2020/C 320/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sfera Joven, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andrzej Koc (Kobyłka, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni SFORA WEAR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 853 245

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 fil-Każ R 2030/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, ladarba billi tiċħad l-appell tal-persuna li tressaq l-oppożizzjoni tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni mogħtija fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 2 834 862, li tilqa’ parzjalment it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 853 245 SFORA WEAR (verbali) sabiex tidentifika prodotti speċifiċi fil-klassijiet 18 u 25.

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet opposti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Evalwazzjoni inadegwata tal-provi ta’ użu tat-trade mark li għaliha tressqet l-oppożizzjoni u ksur tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u vjolazzjoni tal-kriterji tal-Klassifikazzjoni previsti mill-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957 (kif rivedut u emendat), u n-Nota ta’ Spjega tiegħu u l-Analiżi tal-imsemmija klassifikazzjoni magħmula mill-WIPO.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/28


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2020 – Makk vs EUIPO – Ubati Luxury Cosmetics (PANTA RHEI)

(Kawża T-501/20)

(2020/C 320/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Makk (Graz, l-Awatrija) (rappreżentant: I. Hödl, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ubati Luxury Cosmetics, SL (Alcobendas, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali PANTA RHEI – ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 393 404

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2337/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil kull intervenjent eventwali għall-ispejjeż sostnuti għal dawn il-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Soapland vs EUIPO – Norma (Manòu)

(Kawża T-504/20)

(2020/C 320/60)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Soapland GmbH & Co. OHG (Andernach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “Manòu” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 704 481

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1504/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Guo vs EUIPO – Sand Cph (sandriver)

(Kawża T-505/20)

(2020/C 320/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xiuling Guo (Shanyang Town, iċ-Ċina) (rappreżentant: L. Le Stanc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sand Cph A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva sandriver – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15856297

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2019/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 60(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ġie kkonstatat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni għall-pubbliku bejn it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea li ġiet qabel Nru 3 105 491 u t-trade mark semi-figurattiva tal-Unjoni Ewropea tar-rikorrent li ġiet wara Nru 15 856 297.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/30


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Daimler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-509/20)

(2020/C 320/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Wimmer, C. Arhold u G. Ollinger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata adottata mill-konvenuta skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill (1), b’mod partikolari skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(5), sa fejn l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni jispeċifika, fil-kolonni D u I rispettivament tat-Tabella 1 u tat-Tabella 2 tal-Anness I, l-emissjonijiet speċifiċi medji taċ-CO2 u l-iffrankar taċ-CO2 mill-ekoinnovazzjonijiet fir-rigward tar-rikorrenti;

tissospendi din il-proċedura sal-għoti ta’ deċiżjoni finali li tagħlaq il-Kawża T-359/19; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors ineżami huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1035 tat-3 ta’ Ġunju 2020 li tikkonferma jew temenda l-kalkolu proviżorju tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 u l-miri ta’ emissjonijiet speċifiċi għall-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għas-sena kalendarja 2018 skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv: ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 442/2009 flimkien mal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158 (3) u mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (4). Permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-konvenuta kisret l-imsemmija dispożizzjonijiet billi, fil-kuntest tal-metodu ta’ ttestjar użat minnha għar-reviżjoni ad hoc, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-prekundizzjonament speċifiku meħtieġ.

Fl-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158, il-Kummissjoni stabbilixxiet metodu ta’ ttestjar speċifiku. Fil-premessa 10 tal-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni tistabbilixxi b’mod impliċitu li dan il-metodu ta’ ttestjar jeħtieġ prekundizzjonament speċifiku.

Mingħajr prekundizzjonament speċifiku ma jistgħux jiġu pprovduti riżultati li huma verifikabbli, li jistgħu jiġu ripetuti u komparabbli, bi ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Barra minn hekk, it-twettiq ta’ proċedura ta’ ttestjar mingħajr prekundizzjonament speċifiku ma jippermettix li jintwerew b’mod realistiku u b’sinjifikat statistiku qawwi l-benefiċċji f’termini ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tat-teknoloġija innovattiva, bi ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Barra minn hekk, mingħajr prekundizzjonament speċifiku ma jkunx hemm riferiment suffiċjenti għall-“proċedura regolatorja tal-ittestjar” taċ-Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid jew tal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) irregolata mir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (5) jew fir-Regolament (UE) 2017/1151 (6). Madankollu, skont is-sens u l-għan tal-proċedura ta’ ttestjar kif ukoll skont il-premessa 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, il-proċedura ta’ ttestjar rilevanti għandha tkun orjentata fuq il-“proċedura regolatorja tal-ittestjar”, b’tali mod li – konformement mal-metodoloġija tal-imsemmija proċedura ta’ ttestjar – kien ukoll meħtieġ prekundizzjonament speċifiku.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

Barra minn hekk, il-konvenuta kisret l-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 meta ddeċidiet li l-ekoinnovazzjonijiet għas-sena 2018 ma kellhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni minkejja li din id-dispożizzjoni tippermetti esklużivament deċiżjoni fis-sens li dawn ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għas-sena sussegwenti biss.

3.

It-tielet motiv: ksur tad-dritt għal smigħ xieraq

Il-konvenuta naqset milli tisma’ lir-rikorrenti konformement mar-rekwiżiti tal-prinċipju ġenerali ta’ rispett tad-drittijiet tad-difiża kif ukoll mar-rekwiżiti tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Barra minn hekk, il-konvenuta naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha konformement mar-rekwiżiti tal-Artikolu 296(2) TFUE u tal-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta tirreferi biss b’mod astratt għal devjazzjonijiet fil-metodu tal-ittestjar. Il-konvenuta ma tindika xejn fir-rigward tal-kwistjoni rilevanti għad-deċiżjoni dwar jekk u sa fejn il-metodu tal-ittestjar jeħtieġx prekundizzjonament speċifiku u dwar jekk tali metodu ta’ ttestjar kienx ġie approvat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/158.


(1)  Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (ĠU 2009, L 140, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 336, p. 60).

(2)  ĠU 2020, L 227, p. 37.

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/158 tat-30 ta’ Jannar 2015 dwar l-approvazzjoni ta’ żewġ alternaturi ta’ effiċjenza għolja Robert Bosch GmbH bħala t-teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2015, L 26, p. 31).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 194, p. 19).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU 2008, L 199, p. 1, rettifika fil-ĠU 2010, L 336, p. 68).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU 2017, L 175, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 56, p. 66).


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/32


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2020 – Zardini vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/20)

(2020/C 320/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Zardini (Marano di Valpollicella, l-Italja) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla dawn id-deċiżjonijiet:

Deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2019, li permezz tagħha r-rikorrent ġie eskluż milli jipparteċipa fl-eżamijiet fl-Assessment Center tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

Deċiżjoni tal-31 ta’ Ottubru 2019, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għal ezami mill-ġdid tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-7 ta’ Mejju 2020, li permezz tagħha ġie miċħud ir-rikors amministrattiv ippreżentat skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Ir-rikorrent jitlob ukoll li l-Kummissjoni għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-456/20, LA vs Il-Kummissjoni, u T-474/20, LD vs Il-Kummissjoni.


28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/32


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – Asempre vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-513/20)

(2020/C 320/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Asociación Profesional de Empresas de Reparto y Manipulado de Correspondencia (Asempre) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Piqueras Ruiz, I. Igartua Arregui u M. Troncoso Ferrer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2020) 3108 final, tal-14 ta’ Mejju 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.50872 (2020/NN) – Kumpens lill-Correos għal obbligu ta’ servizz universali, 2011-2020; y, u b’konsegwenza ta’ dan,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2020) 3108 final, tal-14 ta’ Mejju 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.50872 (2020/NN) – Kumpens lill-Correos għal obbligu ta’ servizz universali, 2011-2020, li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet, fost aspetti oħra, li l-kumpens għal servizz pubbliku lil Correos għall-perijodu 2011-2020 jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali skont l-Artikolu 107(1) TFUE, iżda li hija, madankollu, kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) TFUE.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball meta qieset li parti mill-kumpens mogħti mill-Istat matul il-perijodu analizzat kellha tiġi imputata fuq il-perijodu preċedenti għall-2011; u konkretament għall-perijodu ta’ bejn l-2007 u l-2010. Madankollu, jekk il-Kummissjoni trid issostni li l-intestatura tal-baġit ta’ riferiment hija dik dwar il-provvista ta’ Servizz Pubbliku Universali minn Correos matul is-snin 2008, 2009 jew 2010, u li għaldaqstant għandha titqies bħala għajnuna imputabbli għal tali perijodi, dan kellu jiġi indikat fil-kodiċi baġitarju, bit-tqegħid, fil-bidu tiegħu, tas-snin “2007”, “2008”, “2009” jew “2010”, rispettivament. Madanakollu, dan ma seħħx. Bil-kontra ta’ dan, l-intestaturi ġew identifikati bħala 2011 1701 491N 441 u 2013 1703 491N 442. Dan ifisser li ġew attribwiti għal servizz imwettaq u llikwidat matul dan il-perijodu annwali, u mhux matul perijodu annwali ieħor.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li l-ispiża tan-notifiki amministrattivi matul il-perijodu inkwistjoni ma setgħetx tkun is-suġġett ta’ kumpens mill-Istat, sa fejn dan il-kumpens mill-Istat huwa għajnuna illegali u inkompatibbli li madankollu ma tteħditx inkonsiderazzjoni mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. Il-Kummissjoni, fil-fatt, tadotta kriterju totalment oppost għal dak adottat mill-Comisión Nacional de los Mercados y de la Competencia [il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Swieq u għall-Kompetizzjoni], billi tinkludi l-ispiża tan-notifiki amministrattivi mal-obbligi ta’ servizz universali, u b’konsegwenza ta’ dan, tqis li tista’ tiġi validament ikkumpensata permezz ta’ kontribuzzjonijiet tal-Istat. Issa, billi injorat b’dan il-mod il-pożizzjoni adottata mill-Comisión Nacional de los Mercados y de la Competencia [il-Kummissjoni Nazzjonali għas-Swieq u għall-Kompetizzjoni], inkwantu l-awtorità li tirregola s-settur tal-posta, il-Kummissjoni kisret id-dmir li hija għandha li tirrispetta l-garanziji proċedurali li għandhom jiggwidaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq il-ksur tal-Artikolu 107 TFUE.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li l-Kummissjoni ma kellhiex teskludi mill-kalkolu tal-għajnuna inkwistjoni l-ammonti għal eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli u mit-taxxa fuq l-attivitajiet ekonomiċi.