ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 307

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
16 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 307/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9908 — Bonduelle/Unibel/Sparkling Partners/Végéhub/Yumi) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 307/02

Rata tal-kambju tal-euro — Il-15 ta' Settembru 2020

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 307/03

Informazzjoni li taw l-istati membri dwar l-għeluq tas-sajd

3


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 307/04

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard fi Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9908 — Bonduelle/Unibel/Sparkling Partners/Végéhub/Yumi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 307/01)

Fil-11 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9908. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta' Settembru 2020

(2020/C 307/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1892

JPY

Yen Ġappuniż

125,39

DKK

Krona Daniża

7,4396

GBP

Lira Sterlina

0,92095

SEK

Krona Żvediża

10,4040

CHF

Frank Żvizzeru

1,0768

ISK

Krona Iżlandiża

160,60

NOK

Krona Norveġiża

10,6963

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,827

HUF

Forint Ungeriż

357,68

PLN

Zloty Pollakk

4,4461

RON

Leu Rumen

4,8578

TRY

Lira Turka

8,9023

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6219

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5634

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2164

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7675

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6163

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 400,73

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,5669

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0526

HRK

Kuna Kroata

7,5375

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 653,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,9120

PHP

Peso Filippin

57,509

RUB

Rouble Russu

89,1013

THB

Baht Tajlandiż

37,079

BRL

Real Brażiljan

6,2272

MXN

Peso Messikan

24,9307

INR

Rupi Indjan

87,5205


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

16.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/3


Informazzjoni li taw l-istati membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2020/C 307/03)

F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

14.8.2020

Tul ta’ żmien tal-għeluq

14.8.2020 – 31.12.2020

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SWO/AS05N u kondizzjoni speċjali SWO/*AN05N

Speċi

Pixxispad (Xiphias gladius)

Żona

L-Oċean Atlantiku, fin-Nofsinhar ta’ 5° N

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

---

Numru ta’ referenza

10/TQ123


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/4


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda standard fi Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 307/04)

Din il-komunikazzjoni ġiet ippubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

“NAVARRA”

PDO-ES-A0127-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 9 ta’ Ġunju 2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

L-emendi deskritti f’dan id-dokument mhumiex meqjusa bħala emendi tal-Unjoni skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33, minħabba li dawn ma jinkludux bidla fl-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta; ma fihomx bidla, tħassir jew żieda ta’ kategorija ta’ prodott tad-dwieli, imsemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; ma setgħux potenzjalment jannullaw ir-rabta msemmija fil-punt (a)(i) jew fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; u ma jinvolvux aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

B’mod ġenerali, l-emendi approvati huma ġġustifikati biex jakkomodaw il-bidliet fil-ħtiġijiet tal-produtturi minħabba li t-tekniki u x-xjenza evolvew. Saru wkoll bidliet fix-xejriet tal-konsum, tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Navarra”.

1.   Varjetajiet meħtieġa għall-produzzjoni tal-inbid likur (2.a.d tal-ispeċifikazzjoni)

Fil-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni, tal-anqas 85 % tal-għeneb użat għall-produzzjoni tal-inbejjed likuri għandu jkun tal-varjetà Moscatel de Grano Menudo (Muscat tal-Ħabb Imfarrak). Dan ir-rekwiżit ġie estiż biex jinkludi l-varjetajiet Garnacha Blanca (Grenache Abjad) u Garnacha Tinta (Grenache Aħmar).

L-inbid likur ilu jsir f’Navarre minn żmien żemżem. Il-produzzjoni bla dubju tmur lura għal żmien ir-Rumani u nfirxet flimkien mal-kultura Mediterranja li minnha tagħmel parti. Wara kollox, dawn l-inbejjed likuri jew “inbejjed kostali” kif kienu magħrufin f’reġjuni oħra, dehru fl-istorja fil-pajjiżi kollha tal-vitikultura fil-Baċir tal-Mediterran.

Tradizzjonalment, dawn l-inbejjed isiru bl-għeneb abjad jew aħmar, normalment il-varjetajiet ikkultivati fil-kontinent għal sekli sħaħ bħal Moscatel, Malvasia jew Garnacha, biex nikkwotaw xi ismijiet familjari.

L-ewwel Regoli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Navarra” maħruġin mill-Bord Regolatorju tagħha ġew approvati minn Digriet tal-Ministeru tal-Agrikoltura tal-5 ta’ April 1967, li l-Artikolu 5 tiegħu jgħid li l-“mistelles jistgħu jsiru bl-għeneb tal-varjetajiet Moscatel u Garnacha”. “Mistelle” huwa terminu li jirreferi għal ċerti nbejjed likuri li għalihom il-most xi kultant jiġi ffermentat parzjalment qabel ma jiġi msaħħaħ bl-alkoħol. Dan huwa l-aktar tip komuni ta’ nbid likur li tradizzjonalment isir f’ħafna reġjuni.

L-inbejjed likuri ma dehrux fir-Regoli tal-1975. Dawn ġew introdotti mill-ġdid fir-Regoli tal-2003 u l-2005 iżda għall-varjetà Moscatel de Grano Menudo biss, wara li l-Istazzjon għall-Vitikultura u l-Enoloġija ta’ Navarre (EVENA) ħadem ħafna fis-snin disgħin biex iġibhom lura u jippromwovihom.

Huwa wkoll sinifikanti ħafna li għalkemm l-Ispeċifikazzjoni attwali tiddikjara li l-inbejjed likuri jistgħu jsiru biss mill-għeneb tal-varjetà Moscatel de Grano Menudo, it-taqsima dwar il-prattiki tal-vitikultura tippermetti l-użu ta’ most ikkonċentrat mill-varjetà Garnacha.

Id-deċiżjoni li l-inbejjed likuri ħomor jitħallew isiru mill-varjetà tal-Garnacha nattiva mhijiex ibbażata biss fuq il-ħtieġa li jiġu promossi l-varjetajiet nattivi bħala parti minn strateġija li timmira lejn id-differenzjazzjoni fis-suq kompetittiv ħafna tal-lum; tippermetti wkoll l-espansjoni u t-tlestija tal-portafoll tal-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini. Għalkemm din il-kategorija ta’ nbejjed ma għandhiex sehem kbir ħafna fis-suq, dawn il-prodotti huma prestiġjużi u jgħinu fil-promozzjoni ta’ immaġni ta’ livell għoli.

2.   Emenda fil-karatteristiċi organolettiċi (il-punt 2.b tal-ispeċifikazzjoni; il-punt 4 tad-dokument uniku)

Il-ħtieġa li l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Navarra” jiġu emendati hija bbażata fuq ir-rilevanza tagħhom fil-proċeduri tal-ittestjar tal-inbid u fuq it-turija li l-operaturi kollha li joffru l-prodott jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.

Fil-bidu, l-inbejjed kollha koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Navarra” għandhom jgħaddu minn testijiet organolettiċi. Il-kantini tal-inbid għandhom jiżguraw li l-lottijiet kollha tal-inbid li għandhom jitqiegħdu fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi. Dan jinkludi testijiet fiżikokimiċi u sensorjali. Dawn it-testijiet tal-aħħar normalment jitwettqu internament u essenzjalment jiżguraw li l-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni.

Għalhekk huwa importanti ħafna li dawn il-karatteristiċi jkunu oġġettivi kemm jista’ jkun sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-ittestjar.

Id-deskrizzjonijiet organolettiċi attwali jmorru lura mill-ewwel verżjoni tal-Ispeċifikazzjoni, meta l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kien għadu mhux magħruf. Dawn jinkludu ċerti “liċenzji” litterarji tipiċi tal-kliem tekniku tad-dewqan tal-inbid, li lanqas xejn mhuma oġġettivi (bħal “kumpless” jew “eleganti”, eċċ.). Dawn huma wkoll numerużi ħafna u l-ġbir tagħhom flimkien taħt intestaturi usa’ (pereżempju, l-inbejjed kollha tal-istess kulur li jiġu mmaturati fl-injam) jagħmlu x-xogħol aktar faċli u jippermettu deskrizzjonijiet aktar preċiżi tat-tipi differenti ta’ nbid.

Il-proposta tnaqqas it-tipi ta’ nbejjed minn 12 għal 7 u tissimplifika d-deskrizzjonijiet. Dawn ġew imqabbla mal-bord tad-dewqan involut fiċ-ċertifikazzjoni, li huwa taħt il-kontroll tal-INTIA u inkarigat mit-twettiq ta’ testijiet fuq il-kampjuni kollha li jkunu għaddejjin minn testijiet sensorjali biex tinkiseb jew tinżamm iċ-ċertifikazzjoni taħt id-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Navarra”.

Id-deskrizzjonijiet issa huma aktar preċiżi u jistgħu jitkejlu aħjar (pereżempju, “aċidità medja jew għolja” jew “finitura medja jew twila”). L-enfasi hija fuq l-aktar karatteristiċi komuni li huma assoċjati mar-rabta maż-żona ġeografika u r-rabta kawżali.

3.   Referenza għal varjetajiet awtorizzati ġodda għall-inbid likur (il-punt 2.b tal-ispeċifikazzjoni)

F’konformità mal-emenda tal-punt preċedenti, din it-taqsima għandha tispeċifika li l-varjetajiet Garnacha Tinta u Garnacha Blanca jistgħu jintużaw fil-produzzjoni tal-inbejjed likuri.

4.   Emenda fir-rendimenti massimi (il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni u 5.b tad-dokument uniku)

Il-produzzjoni tal-varjetajiet tal-għeneb abjad żdiedet bi 15 % f’dawn l-aħħar 8 snin. Dan minħabba d-domanda dejjem tikber għall-inbejjed bojod, hekk kif is-suq għalihom kompla jiżdied matul dan iż-żmien. Din iż-żieda fil-produzzjoni se tkompli għall-erba’ staġuni li ġejjin.

Minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni mhux se tkun tista’ tkompli tikber biex tissodisfa d-domanda, peress li l-limiti fuq il-permessi għat-tħawwil ifissru li ma hemm l-ebda pjan biex tiżdied iż-żona rreġistrata, jagħmel sens li r-rendiment tal-produzzjoni jiġi aġġustat kif xieraq. Barra minn hekk, dawn ir-rendimenti mhux se jkunu ta’ detriment għall-kwalità tal-inbejjed li jirriżultaw, kif ġie ppruvat mill-fatt li għal ħafna Denominazzjonijiet ta’ Oriġini ewlenin oħra li jipproduċu l-inbejjed bojod, ir-rendimenti massimi huma ta’ bejn 10 000 u 12 000 kilo għal kull ettaru.

L-emenda għar-rendiment tkun ekwivalenti għal 10 % fil-każ tal-varjetajiet il-ħomor, sabiex jiġi żgurat li r-rendimenti ma jkunx jistgħu jaqbżu l-livelli li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-kwalità tal-għeneb u għalhekk għal dik tal-inbid li jirriżulta.

5.   Tibdil fil-kliem tad-deskrizzjoni tar-rabta biex jiġu inklużi varjetajiet ġodda għall-produzzjoni tal-inbejjed likuri (il-punt 7 tal-ispeċifikazzjoni)

L-emenda dwar l-inbejjed likuri tlestiet billi ġie ċċarat li dawn huma “varjetajiet” li għandhom “karatteristiċi intrinsiċi” li jippermettu l-produzzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ nbejjed. Referenza għall-varjetà Garnacha ġiet miżjuda mar-“rabta kawżali”.

Il-karatteristiċi organolettiċi ġenerali għall-inbejjed likuri magħmula mill-varjetajiet Moscatel, Garnacha Tinta u Garnacha Blanca huma simili ħafna. Minbarra d-differenza fil-kulur, dawn huma nbejjed b’sensazzjoni żejtnija fil-palat, b’densità medja sa għolja u b’aromi definiti sew ta’ għeneb imqadded. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-għeneb imqadded mill-varjetajiet Garnacha Blanca u Garnacha Tinta ilhom jintużaw f’Navarre minn żmien żemżem.

6.   Tibdil fil-kliem tar-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott (il-punt 7.c tal-ispeċifikazzjoni u l-punt 8 tad-dokument uniku)

Kif ġie spjegat qabel, il-varjetajiet Garnacha Blanca u Garnacha Tinta tradizzjonalment intużaw biex isiru l-inbejjed likuri.

Il-Garnacha hija l-varjetà ħamra tradizzjonali ta’ Navarre u, minkejja li ma għadhiex il-varjetà tal-maġġoranza għal raġunijiet ta’ żvilupp storiku fir-reġjun, din għadha t-tieni l-aktar varjetà kkultivata u tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-erja totali tad-dwieli.

L-adegwatezza tagħha biex isiru l-inbejjed likuri — ħafna drabi r-riżultat tal-pjanta li titħalla timmatura aktar milli meħtieġ sabiex iz-zokkor ikun jista’ jakkumula - tinsab fiċ-ċiklu ta’ tkabbir twil tagħha u fil-kapaċità tagħha li tilħaq livelli għoljin ta’ konċentrazzjoni taz-zokkor.

Il-Garnacha Tinta u l-Garnacha Blanca jiffurmaw il-bażi tal-inbejjed likuri tradizzjonali u jikkwalifikaw għat-terminu speċifiku “nbid ħelu naturali” li huwa protett fil-leġiżlazzjoni tal-UE għal diversi Denominazzjonijiet ta’ Oriġini differenti f’pajjiżi bħal Franza, l-Italja, eċċ.

7.   Aġġornament għar-referenzi regolatorji (il-punt 8.a tal-ispeċifikazzjoni)

Ir-referenza għad-Digriet Reġjonali Nru 376/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 tħassret minħabba li din id-dispożizzjoni tħassret.

8.   Delineazzjoni tal-kompetenzi tal-bord regolatorju (il-punt 8 tal-ispeċifikazzjoni)

Ġie speċifikat li kwalunkwe vjeġġ ta’ most, inbid, prodotti tal-għeneb jew prodotti sekondarji tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbid li jkun qiegħed jiċċirkola fiż-żona tal-produzzjoni għandu jkun awtorizzat mill-Bord Regolatorju.

Il-verżjoni preċedenti tal-Ispeċifikazzjoni kienet tgħid li din ir-responsabbiltà kienet assenjata lill-korp ta’ kontroll għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini, iżda l-korp ta’ kontroll jista’ jintervjeni biss fiċ-ċertifikazzjoni, li hija l-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tiegħu. Il-Bord Regolatorju huwa responsabbli għall-monitoraġġ u għat-twettiq ta’ kontrolli amministrattivi fuq vjeġġi tal-inbid koperti mill-formulazzjoni protetta, li hija l-fokus ta’ din it-taqsima.

Il-formolazzjoni tal-kliem il-ġdida tiċċara l-kompetenza li hija bbażata direttament fuq il-Liġi Reġjonali Nru 16/2005, li tiddefinixxi bħala wieħed mill-“iskopijiet tal-Bord Regolatorju” dak li jistabbilixxi l-“garanzija għall-prodotti li huma protetti”.

9.   Tħassir tar-referenza għall-“klassifikazzjoni tal-inbejjed protetti” (il-punt 8.5 tal-ispeċifikazzjoni)

Fil-proċedura attwali taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott, li titwettaq minn entità akkreditata skont l-istandard ISO/IEC 17065, l-inbid ma għadux ikklassifikat. Dan kien il-każ għal ħafna snin taħt il-proċedura stabbilita bħala parti mill-iskema ta’ spezzjoni preċedenti sorveljata mill-Bord Regolatorju.

Skont l-iskema attwali ta’ “awtomonitoraġġ”, il-kantini tal-inbid ma “jikklassifikawx” l-inbejjed tagħhom iżda minflok “japprovawhom”. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni dejjem iwettaq aktar kontrolli bħala parti mill-verifiki fuq l-operaturi.

Għalhekk, dan il-punt għandu jitħassar.

10.   Aġġornament għar-referenzi għal-leġiżlazzjoni marbut ma’ termini tradizzjonali (il-punt 8.10 tal-ispeċifikazzjoni)

Jeħtieġ li jiġu aġġornati r-referenzi għal-leġiżlazzjoni li nbidlet wara l-pubblikazzjoni ta’ diversi Regolamenti tal-UE.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Navarra

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad

Lewn isfar ċar li jagħti fl-isfar dehbi, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ pjanti. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronasali ta’ frott u b’finitura medja sa għolja.

Jekk il-kontenut taz-zokkor residwu jkun ogħla minn 5 g/l, il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit ikun 300 g/l jew anqas.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

Inbid abjad immaturat fl-injam (iffermentat fil-bettija, Crianza, Reserva, Gran Reserva)

Lewn isfar kulur it-tiben li jagħti fl-isfar dehbi, bi sfumaturi fl-ambra, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ njam u/jew pikkanti u/jew affumikati. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronasali ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Jekk il-kontenut taz-zokkor residwu jkun akbar minn 5 g/l, il-kontenut tad-diossidu tal-kubrit ikun 300 g/l jew anqas

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

Inbid abjad magħmul minn għeneb infettat mill-Botrytis

Lewn isfar ċar li jagħti fl-isfar dehbi, bi sfumaturi fl-ambra, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ fjuri u/jew ta’ pjanti. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronasali ta’ frott u b’finitura medja sa għolja.

L-aċidità volatili tiżdied b’1 meq/l għal kull grad ta’ qawwa naturali attwali ta’ aktar minn 10 % fil-volum.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10,5

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

Inbid rożè

Lewn li jagħti fir-roża, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’aromi ta’ frott aħmar u iswed u/jew ta’ frott. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronasali ta’ frott aħmar u iswed u/jew ħelwa u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

Inbid rożè mmaturat fl-injam (iffermentat fil-bettija, Reserva)

Lewn li jagħti fir-roża, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’aromi ta’ frott aħmar u iswed u/jew ta’ njam. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat u għandu aċidità integrata sew, b’aroma retronasali ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

Inbid aħmar

Lewn vjola li jagħti fl-aħmar kulur ir-rubini, limpidu u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ frott u/jew ta’ njam. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat u għandu densità medja, b’aroma retronasali ta’ frott u/jew ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

Inbid aħmar immaturat fl-injam (Roble, Crianza, Reserva jew Gran Reserva)

Lewn vjola fl-aħmar bi sfumaturi ħamranija, ċar u jleqq. Aroma b’intensità medja sa għolja, mingħajr difetti u b’tonalitajiet ta’ njam u/jew pikkanti u/jew affumikati. . Fil-ħalq, huwa bbilanċjat, għandu densità medja sa sħiħa, b’aroma retronasali ta’ njam u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

16,67

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

140

Inbid likur

Bojod: sofor ċari li jagħtu fil-kannella kulur il-kawba, ċari u jleqqu. Ħomor: Vjola fl-aħmar li jagħtu fl-aħmar bi sfumaturi ħamranin, ċari u jleqqu. Aroma b’intensità għolja, mingħajr difetti, b’noti ta’ frott misjur jew imqadded. Fil-ħalq, huwa bbilanċjat, għandu densità medja sa sħiħa, b’aroma retronasali ta’ frott misjur jew imqadded u b’finitura medja sa għolja.

Kwalunkwe limitu analitiku mhux kopert se jkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

190

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

Metodu ta’ kultivazzjoni

Id-densità tat-tħawwil se tkun ta’ mill-anqas 2 400 stokk għal kull ettaru.

Prattika enoloġika essenzjali

Għall-preparazzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP, l-użu ta’ pressi kontinwi jibqa’ pprojbit.

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

L-inbejjed rożè: il-volum massimu awtorizzat ta’ most miksub bil-fsada se jkun ta’ 40 litru għal kull 100 kilogramma għeneb.

Inbejjed ħomor: Għeneb aħmar biss

Inbejjed likuri: Iż-żieda ta’ alkoħol etiliku ta’ ≥96 % vol., jew ta’ taħlita li jkun fiha dan u most, most iffermentat, jew inbid, mill-Moscatel de Grano Menudo jew mill-Garnacha Tinta u Blanca b’livell alkoħoliku naturali ta’ > 12 % vol. Fejn dawn jiġu mmaturati, jistgħu jiżdiedu l-most ikkonċentrat permezz tas-sħana diretta, il-Moscatel de Grano Menudo u/jew il-Garnacha Tinta u/jew Blanca.

b.   Rendimenti massimi

 

Varjetajiet tal-għeneb abjad

 

9 200 kilogramma għeneb għal kull ettaru

 

Varjetajiet tal-għeneb aħmar

 

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

 

Varjetajiet tal-għeneb aħmar

 

56 ettolitru għal kull ettaru

 

Inbid rożè

 

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

 

Inbid rożè

 

8 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

 

Inbid rożè

 

32 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Muniċipalitajiet:

Distrett I: L-ebda

Distrett II: Lumbier, Lónguida, Romanzado u Urraul Bajo u Urraul Alto.

Distrett III: Obanos, Añorbe, Muruzabal, Tiebas -Muruarte de Reta, Adios, Legarda, Uterga, Guirguillano, Puente la Reina, Artazu, Echauri, Ucar, Tirapu, Vidaurreta, Enériz, u Cizur.

Distrett IV: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Genevilla, Cabredo, Marañón, Aras, Bargota, Viana, Aguilar de Codes, Zuñiga, Etayo, Ancín, Salinas de Oro, Lezaún u Abárzuza.

Distrett V: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Petilla de Aragón.

Distrett VI: kollu minbarra Mendavia, San Arian, Azagra, Andosilla u Sartaguda.

Distrett VII: kollu minbarra Cortes, Cabanillas, Fustiñana, Fontellas, Ribaforada u Buñuel.

7.   Varjetà/varjetajiet ewlenin tal-għeneb tal-inbid

 

CABERNET SAUVIGNON

 

CHARDONNAY

 

GARNACHA BLANCA

 

GARNACHA TINTA

 

GRACIANO

 

MACABEO - VIURA

 

MERLOT

 

MOSCATEL DE GRANO MENUDO (MUSCAT TAL-ĦABB IMFARRAK)

 

TEMPRANILLO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“Inbid”

Iż-żona koperta mid-DOP “Navarra” tinsab f’żona ġeografika lejn it-Tramuntana tal-Peniżola Iberika li hija ideali għall-kultivazzjoni tad-dielja. Il-klima hija Mediterranja b’influwenza Atlantika fir-reġjun tal-Majjistral, b’riħ kiesaħ u xott prevalenti madwar iż-żona kollha. Ix-xita medja hija ta’ bejn 400 u 500 mm. Il-ħamrija għandha livelli għoljin ta’ ġebla tal-ġir, livelli medji ta’ kontenut tal-ġebel, u konsistenza ta’ trab ġulġlieni tafli.

Dan l-ambjent ġeografiku jipprovdi nbejjed b’aċidità medja sa għolja, b’sensazzjonijiet organolettiċi ta’ freskezza u togħma bbilanċjata u b’ċerta natura minerali bħala riżultat tat-tipoloġija tal-ħamrija.

“Inbid likur”

L-inbejjed huma essenzjalment prodotti bil-varjetajiet Moscatel de Grano Menudo u Garnacha Tinta u Blanca, li huma nattivi għal Navarre u kkaratterizzati minn kontenut għoli ta’ zokkor, rotondità u sensazzjoni żejtnija fil-palat, b’aromi ta’ għeneb imqadded u bilanċ tajjeb bejn il-ħwawar ħelwin u aċidużi. Din id-densità għolja fit-togħma hija r-riżultat ta’ kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi kkaratterizzati minn klima xotta ħafna, temperaturi għoljin matul il-perjodu ta’ tkabbir, preċipitazzjoni baxxa u nuqqas permanenti tal-ilma.

9.   Kundizzjonijiet oħra essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-karattri tipografiċi użati biex jindikaw l-isem tad-DOP fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jkunu anqas minn 3 mm jew aktar minn 9 mm u jridu jkunu ċari, jinqraw faċilment, ma jkunux jistgħu jitħassru u ma jkunux ħoxnin iżżejjed, u l-indikazzjoni ma tistax tieħu aktar minn nofs il-wisa’ totali tat-tikketta.

Il-logo tad-DOP huwa obbligatorju u ma jistax ikollu dijametru ta’ anqas minn 8 mm jew ta’ aktar minn 11-il mm.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://cutt.ly/tyStMxM


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.