ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 295/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9572 — BMW/Daimler/Ford/Porsche/Hyundai/Kia/IONITY) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 295/02 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2020/C 295/03 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2020/C 295/04 |
|
V Avviżi |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 295/05 |
||
2020/C 295/06 |
||
2020/C 295/07 |
||
2020/C 295/08 |
||
2020/C 295/09 |
||
2020/C 295/10 |
||
2020/C 295/11 |
||
2020/C 295/12 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9572 — BMW/Daimler/Ford/Porsche/Hyundai/Kia/IONITY)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 295/01)
Fl-1 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9572. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta' Settembru 2020
(2020/C 295/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1842 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
125,79 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4403 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,89325 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,3688 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0793 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
164,70 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,5768 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,435 |
HUF |
Forint Ungeriż |
359,60 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4514 |
RON |
Leu Rumen |
4,8528 |
TRY |
Lira Turka |
8,8215 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6291 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5508 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,1780 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7640 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6158 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 409,07 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,6278 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,1006 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5390 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 453,41 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9138 |
PHP |
Peso Filippin |
57,530 |
RUB |
Rouble Russu |
88,9730 |
THB |
Baht Tajlandiż |
37,172 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,2775 |
MXN |
Peso Messikan |
25,5275 |
INR |
Rupi Indjan |
86,6780 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/3 |
Rapport Speċjali Nru 16/2020
Is-Semestru Ewropew — ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi jindirizzaw problemi importanti iżda jeħtieġu implimentazzjoni aħjar
(2020/C 295/03)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 16/2020. “Is-Semestru Ewropew — ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi jindirizzaw problemi importanti iżda jeħtieġu implimentazzjoni aħjar” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/4 |
TAGĦRIF LI TAW L-ISTATI MEMBRI DWAR L-GĦELUQ TAS-SAJD
(2020/C 295/04)
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
18.8.2020 |
Tul ta’ żmien tal-għeluq |
18.8.2020 – 31.12.2020 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew grupp ta’ stokkijiet |
COD/1N2AB. |
Speċi |
Bakkaljaw (Gadus morhua) |
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
--- |
Numru ta’ referenza |
11/TQ123 |
V Avviżi
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/5 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fi Speċifikazzjoni ta’ Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 295/05)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“MUNSTER”/“MUNSTER-GÉROMÉ”
Nru tal-UE: PDO-FR-0125-AM03 – 7.8.2019
DOP (X) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem: Syndicat Interprofessionnel du Fromage Munster ou Munster-Géromé
Indirizz: 1, place de la Gare – BP 40007 - 68 001 Colmar Cedex, France
Tel.: +33 0389202089 / Faks: +33 0389202120
Posta elettronika: sifmunster@calixo.fr
Kompożizzjoni: Il-grupp huwa magħmul minn produtturi tal-ħalib, produtturi azjendali, proċessuri u raffinaturi tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”. Għaldaqstant, għandu d-dritt leġittimu jipproponi l-applikazzjoni għal emenda.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. L-intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
☒ |
Isem il-prodott |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
☒ |
Żona ġeografika |
☒ |
Prova tal-oriġini |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
☒ |
Rabta |
☒ |
Tikkettar |
☒ |
Oħrajn: dettalji tal-istruttura ta’ spezzjoni u tal-grupp applikant, rekwiżiti nazzjonali. |
4. Tip ta’ emenda/i
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew ekwivalenti), li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
5.1. Isem-il prodott
Il-kliem Petit “Munster” u Petit “Munster-Géromé” tħassru. Id-denominazzjoni tkopri ġobniet ta’ daqsijiet differenti li għandhom karatteristiċi komuni, u għaldaqstant id-distinzjoni “żgħir” m’għadhiex titqies bħala rilevanti.
5.2. Deskrizzjoni tal-prodott
Is-sentenza:
“Il-Munster huwa ġobon artab […]”
ġiet issostitwita bis-sentenza:
“Il-‘Munster’ jew il-‘Munster-Géromé’ huwa ġobon artab bil-qoxra maħsula, magħmul mill-ħalib tal-baqra”.
Id-dehra tal-prodott hija deskritta f’aktar dettall billi jintqal li “Munster” jew “Munster-Géromé” għandu “qoxra maħsula”, li hija marbuta mal-iżvilupp ta’ Brevibaterum linens li hija karatteristika tal-ġobniet magħrufa bħala “bil-qoxra maħsula”.
Din is-sentenza ġiet miżjuda wkoll fid-Dokument Uniku minflok is-sentenza “Ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra artab, bil-qoxra maħsula [...]” tas-sommarju.
Ġew miżjuda s-sentenzi li ġejjin:
“Il-kontenut ta’ xaħam li fih huwa ta’ mill-inqas 20 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon. Il-kontenut xott li fih huwa ta’ mill-inqas 44 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon. ”
L-ammont ta’ xaħam huwa espress bħala grammi għal kull 100 gramma ta’ ġobon. Bl-istess mod, l-ammont ta’ kontenut xott huwa espress bħala grammi ta’kontenut xott għal kull 100 g ta’ ġobon.
Din is-sentenza ġiet miżjuda wkoll fid-Dokument Uniku minflok is-sentenza “minimu ta’ 45 % xaħam” tas-sommarju.
Il-paragrafu:
“f’forma ċilindrika ta’ 13 sa 19-il cm, b’għoli ta’ 2,4 sa 8 cm u b’piż minimu ta’ 450 gramma. Hemm ukoll Denominazzjoni ta’ Oriġini “Petit-Munster” jew “Petit-Munster-Géromé” għall-ġobniet ta’ daqs iżgħar b’dijametru ta’ 7 sa 12-il cm, b’għoli ta’ 2 sa 6 ċentimetri u b’piż minimu ta’ 120 gramma”.
ġie ssostitwit bil-paragrafu:
“Għandu l-għamla ta’ ċilindru ċatt jew oħxon, bi tliet kategoriji ta’ daqs:
Kategorija ta’ daqs |
Dijametru intern tal-forma |
Għoli massimu tal-ġobon |
Piż tal-ġobon |
1: minn 120 sa 340 g |
7,5 cm sa 8 cm |
4 cm |
120 g sa 170 g |
10 cm sa 11-il cm |
4 cm |
200 g sa 280 g |
|
11 sa 12-il cm |
4 cm |
280 sa 340 g |
|
2: 450 sa 1 000 g |
14-il cm sa 16-il cm |
4 cm |
450 g sa 600 g |
16,5-il cm sa 19-il cm |
4 cm |
700 g sa 1 000 g |
|
3: minn 1 000 sa 1 750 g |
16,5-il cm sa 19-il cm |
7 cm |
1 000 g sa 1750 g |
Il-prodott ġie deskritt bħala “ċilindru ċatt jew oħxon”, skont iż-żewġ daqsijiet ta’ ħxuna eżistenti, minflok il-kelmiet “forma ċilindrika” li kienu vagi.
Sabiex l-ispezzjonijiet ikunu aktar konkreti, id-dijametru tal-ġobniet issa huwa ddeterminat skont id-dimensjonijiet interni tal-forom. Fil-fatt, l-ispezzjoni tad-dijametru tal-ġobniet ma kinitx tkun preċiża proprju minħabba d-deformazzjoni tal-ġobniet. Għall-istess raġuni, l-għoli tal-ġobniet issa huwa limitat b’livell massimu. B’maturazzjoni twila, il-ġobon jista’ jikkollassa, u b’hekk dan il-kejl jitlef is-sens kollu tiegħu.
Barra minn hekk, il-piż huwa limitat minn firxa u mhux aktar b’minimu biss.
Dan il-paragrafu ġie miżjud ukoll fid-Dokument Uniku minflok is-sentenza “f’forma ċilindrika b’dijametru ta’ 13 sa 19-il cm, b’għoli ta’ 2,4 sa 8 cm, u b’piż minimu ta’ 450 gramma li jeżisti wkoll f’daqs iżgħar (b’dijametru ta’ 7 sa 12-il cm u b’piż ta’ 120 gramma)”.
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Il-qoxra hija rqiqa u bi ftit xaħam, għandha kulur li jvarja minn avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar, li huwa dovut l-aktar għall-batterji ħomor (inkluż il-Brevibacterium linens).
Il-qalba għandha kulur avorju li jagħti fil-kannella ċar, u jista’ jkollha xi ftit toqob żgħar, iżda mhux wisq.
Fl-aħħar tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, tifforma l-qalba. Din il-qalba tkun xi ftit jew wisq misjura, skont il-maturazzjoni u l-għoli tal-ġobon.
Ir-riħa hija qawwija u kemxejn simili għal dik tal-ammonju. Il-qalba għandha togħma kemxejn mielħa, il-konsistenza tagħha hija fina, ratba u tinħall fil-ħalq. It-togħma tagħha hija ħelwa bi ħjiel ta’ ħalib, ħaxix (ħuxlief, frott matur, ġewż), injam, jew b’noti ħfief ta’ ħmira.
Fil-qalba tiegħu, il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” jista’ jkollu l-karwija (carum carvi L.). F’dan il-każ, iżomm l-istess karatteristiċi tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”, b’togħma addizzjonali ta’ karwija. ”
Ġew miżjuda deskritturi tal-prodott (id-dehra tal-qoxra u tal-qalba, il-kriterji mikrobijoloġiċi, il-kriterji organolettiċi) biex jippermettu identifikazzjoni aħjar tal-prodott. Barra minn hekk, ġie speċifikat li l-qalba tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé” jista’ jkun fiha l-kemmun. Din il-prattika ta’ taħwir tal-qalba tifforma parti mill-użanzi lokali.
Dawn il-paragrafi ġew miżjuda wkoll fid-Dokument Uniku minflok il-kliem li jiddeskrivi l-qoxra: “b’dehra oranġjo” fis-sommarju.
5.3. Żona ġeografika
Fir-rigward tal-intestatura dwar “iż-żona ġeografika”:
Ġiet miżjuda l-lista tal-muniċipalitajiet fiż-żona ġeografika ddefinita sabiex tiġi ffaċilitata l-ispezzjoni. Din il-lista tinkludi l-muniċipalitajiet kollha fiż-żona ġeografika li fihom jistgħu jsiru l-istadji kollha tal-metodu ta’ produzzjoni (produzzjoni tal-ħalib, manifattura u maturazzjoni tal-ġobniet). Barra minn hekk, ġew miżjuda referenzi għad-data tal-kodiċi ġeografiku uffiċjali fis-seħħ u għall-mapep disponibbli fil-kunsilli lokali sabiex il-lista tkun preċiża u mhux ambigwa.
Din il-lista ġiet miżjuda wkoll fil-punt 4 tad-Dokument Uniku.
5.4. Prova tal-oriġini
Ġew miżjuda l-obbligi ta’ rappurtar tal-operaturi. Dawn l-emendi huma marbuta ma’ żviluppi fil-liġijiet u fir-regolamenti nazzjonali. B’mod partikolari, huma previsti:
— |
identifikazzjoni tal-operaturi għall-awtorizzazzjoni li tirrikonoxxi l-kapaċità tagħhom li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni, |
— |
id-dikjarazzjonijiet meħtieġa għall-għarfien u l-monitoraġġ tal-produzzjoni (kwantitajiet manifatturati, bejgħ b’offerti miftuħa lir-raffinaturi, xiri b’offerti miftuħa mir-raffinaturi, kwantitajiet degradati, kwantitajiet ikkummerċjalizzati) |
— |
l-obbligi li jinżammu rekords u dokumenti relatati mat-traċċabbiltà, għall-produtturi tal-ħalib, il-kolletturi, il-manifatturi tal-ġobon u r-raffinaturi |
— |
Fl-aħħar nett, ġie miżjud paragrafu dwar l-ispezzjoni li ssir fuq il-karatteristiċi tal-prodotti maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati bid-denominazzjoni ta’ oriġini: “Il-‘Munster’ jew il-‘Munster-Géromé’ huma soġġetti għat-teħid ta’ kampjuni. Il-kampjuni meħuda jsirilhom eżami viżiv, tattili, organolettiku u analitiku. Il-ġobniet ippakkjati jintgħażlu mill-operatur malajr kemm jista’ jkun wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tagħhom għall-eżami organolettiku u analitiku. ” |
5.5. Metodu ta’ produzzjoni
Fl-Ispeċifikazzjoni ġew miżjuda paragrafi dwar il-bhejjem u l-għalf sabiex jiġu rreġistrati l-prattiki tradizzjonali.
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Definizzjonijiet:
— |
Il-baqar tal-ħalib, sew jekk qed ireddgħu u sew jekk mhumiex, huma baqar tal-ħalib nisa li jkunu welldu mill-inqas darba. |
— |
L-erħiet huma annimali li l-età tagħhom tkun bejn il-ftim u l-ewwel twellid. |
— |
Il-merħla tal-ħalib għandha tinftiehem f’din l-Ispeċifikazzjoni bħala l-baqar tal-ħalib u l-erħiet tal-ħalib kollha fl-azjenda. |
— |
Razzjon bażiku: il-foraġġ kollu maħsub biex ikopri l-ħtiġijiet tal-annimali qabel il-provvista ta’ għalf ikkonċentrat. |
— |
Razzjon totali: il-foraġġ kollu fir-razzjon bażiku u l-għalf ikkonċentrat. ” |
Dawn id-definizzjonijiet jiċċaraw id-dispożizzjonijiet sussegwenti u jiżguraw li l-ispezzjoni tkun konkreta.
Razez
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Il-ħalib użat fil-manifattura tal-‘Munster’ jew tal-‘Munster-Géromé’ għandu jiġi biss mill-baqar tar-razza ta’ Vosges, Simmental, Prim’Holstein, Montbéliarde jew ikun ġej minn taħlita ta’ dawn ir-razez. F’dan il-każ, għandhom jiġu aċċettati biss il-baqar li missierhom ikun barri ta’ razza pura minn waħda mill-erba’ razez iddefiniti hawn fuq. ”
Dawn ir-razez huma l-aktar adatti għall-produzzjoni tal-ħalib għall-“Munster” jew għall-“Munster ‘Géromé’”.
Għalf tal-baqar tal-ħalib
Fir-rigward tar-razzjon bażiku, ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
Il-foraġġ jirrappreżenta mill-inqas 70 % tal-materja niexfa tar-razzjon totali tal-merħla tal-ħalib. Huma meqjusa bħala foraġġ, ikun xi jkun il-metodu ta’ konservazzjoni tagħhom, dawn li ġejjin:
— |
il-ħaxix tal-mergħat naturali, temporanji jew artifiċjali, li jirgħu fuqu l-baqar, imqassam frisk, maħżun f’silos, f’balel, jew inkella mnixxef; |
— |
il-qamħirrum jew il-qaraboċċ, imqassam frisk, maħżun f’silos jew inkella mnixxef; |
— |
il-pitravi għall-għalf; |
— |
iċ-ċereali, imqassma friski jew maħżun f’silos; |
— |
it-tiben taċ-ċereali, l-għelejjel li fihom il-proteini; |
— |
il-koprodotti agrikoli li fihom kontenut xott ta’ inqas minn 60 %: it-tilqit taċ-ċereali,il-polpa tal-pitravi. |
l-għalf kollu li jista’ jaffettwa ħażin it-togħma tal-ħalib huwa eskluż minn din il-lista, jiġifieri: il-pjanti kruċiferi (kaboċċi, kolza, mustarda, ġdur, nevew), il-kurrat u l-weraq tal-pitravi. It-trattament tat-tiben bl-ammonja huwa pprojbit.
Il-pitravi tal-għalf jitqassmu nodfa u b’saħħithom.
Bħala medja annwali, ir-razzjon bażiku tal-merħla tal-ħalib (f’materja niexfa) jiġi prodott :mill-inqas 95 % fiż-żona ġeografika, u mill-inqas 70 % fl-azjenda.
F’xi forma jew oħra, il-ħaxix (f’materja niexfa) għall-baqar tal-ħalib jirrappreżenta:mill-inqas 40 % tar-razzjon bażiku bħala medja annwali, u mill-inqas 25 % tar-razzjon bażiku f’kull jum tas-sena.
Kull baqra tal-ħalib għandha superfiċje minima ta’ 1 000 metru kwadru ta’ mergħa. Dawn jirgħu għal minimu ta’ 150 jum fis-sena. ”
Ġew miżjuda l-perċentwal minimu ta’ foraġġ fir-razzjon totali u n-natura tiegħu. Billi tradizzjonalment l-azjendi japprezzaw il-koprodotti tagħhom stess tal-għelejjel ewlenin (ċereali) u dawk taż-żona ġeografika, ġiet miżjuda dispożizzjoni dwar l-oriġini tar-razzjon bażiku (fil-livell taż-żona ġeografika u tal-azjenda). Is-sistema lokali tal-għalf tal-baqar tiffavorixxi lill-ħaxix, u dan jippermetti li jiġi speċifikat li l-ħaxix jirrappreżenta perċentwal minimu tar-razzjon bażiku, iżda wkoll li tiġi ddefinita superfiċje minima għal kull baqra tal-ħalib u tul ta’ żmien minimu ta’ ragħa fis-sena.
Fir-rigward tal-għalf frisk, ġie miżjud il-paragrafu li ġej: “Il-foraġġ għandu jittieħed fl-azjenda agrikola meta jkun għadu frisk u ma għandux jiġi msaħħan qabel ma jingħata lill-baqar tal-ħalib. ”
Il-metodi ta’ distribuzzjoni ġew miżjuda biex tiġi żgurata l-kwalità ta’ dan it-tip ta’ foraġġ.
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin ġew miżjuda fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku:
“Mill-inqas 95 % tal-materja niexfa fir-razzjon bażiku tal-merħla tal-ħalib jkun ġej miż-żona ġeografika, li mill-inqas 70 % minnha jkun ġej mill-azjenda stess, u l-foraġġ (razzjon bażiku) jirrappreżenta mill-inqas 70 % ta’ materja niexfa fir-razzjon totali tal-merħla tal-ħalib. Madankollu, ma tistax tiġi ggarantita l-oriġini tal-materja prima li minnha jkun magħmul l-għalf addizzjonali. Għaldaqstant, mill-inqas 67 % tal-materja niexfa fir-razzjon totali jkun ġej miż-żona ġeografika. Il-ħaxix (f’materja niexfa) għall-merħla tal-ħalib jirrappreżenta mill-inqas 40 % tar-razzjon bażiku bħala medja annwali u mill-inqas 25 % tar-razzjon bażiku f’kull jum tas-sena. Is-superfiċje minima ta’ mergħa hija ta’ 1 000 metru kwadru għal perjodu minimu ta’ 150 jum fis-sena.”
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej dwar ir-razzjon supplimentari:
“Il-konċentrati għandhom jammontaw għal massimu ta’ 1,8 tunnellati ta’ materja niexfa għal kull baqra fis-sena.
Il-konċentrati ma għandux ikun fihom frakass tal-fdal tal-annimali jew frakass tal-fdal tal-ħut.
Il-konċentrati jikkonsistu minn:
— |
Ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati minnhom, |
— |
Żrieragħ jew frott żejtnija, u prodotti derivati minnhom, |
— |
Żrieragħ tal-legumi u prodotti derivati minnhom, |
— |
Polpa tal-pitravi, ippressata jew imnixxfa, melassata jew le, |
— |
Melassa tal-pitravi, |
— |
Prodotti tal-ħalib u prodotti derivati minnhom |
— |
Minerali u prodotti derivati minnhom, |
— |
Addittivi, inklużi vitamini. ” |
Il-provvista ta’ għalf ikkonċentrat hija limitat biex jiġi żgurat il-post tal-foraġġ fid-dieta tal-baqar tal-ħalib u b’hekk tissaħħaħ ir-rabta maż-żona ġeografika. Il-lista ta’ għalf supplimentari awtorizzat hija miżjuda għall-finijiet ta’ spezzjoni.
Il-paragrafu li ġej ġie miżjud fil-punt 3.3 tad-Dokument Uniku.
“Il-konċentrati għandhom jammontaw għal massimu ta’ 1,8 tunnellati ta’ materja niexfa għal kull baqra fis-sena.
Il-konċentrati jikkonsistu minn:
— |
Ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati minnhom, |
— |
Żrieragħ jew frott żejtnija, u prodotti derivati minnhom, |
— |
Żrieragħ tal-legumi u prodotti derivati minnhom, |
— |
Polpa tal-pitravi, ippressata jew imnixxfa, melassata jew le, |
— |
Melassa tal-pitravi, |
— |
Prodotti tal-ħalib u prodotti derivati minnhom |
— |
Minerali u prodotti derivati minnhom, |
— |
Addittivi, inklużi vitamini. ” |
Fir-rigward tal-ipproċessar fl-azjenda agrikola, ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Meta jiġi miżjud bit-tames, il-ħalib jitħalla jsir għal massimu ta’ 26 siegħa. Meta l-ħalib ma jkunx miżjud bit-tames immedjatament wara l-ħlib, dan għandu jinħażen f’temperatura minima ta’ 10 °C għal mill-inqas 10 sigħat qabel jiġi miżjud bit-tames. ”
Fir-rigward tal-ħalib miġbur, ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“— |
Jekk il-ħalib jiġi pproċessat nej, il-ħalib għandu jinġabar kuljum. |
— |
Jekk il-ħalib ikun ippasturizzat, il-ħalib għandu jinġabar f’intervalli ta’ mhux aktar minn 48 siegħa. |
— |
Jekk il-ħalib jiġi pproċessat nej, dan għandu jiġi miżjud bit-tames fi żmien 36 siegħa minn meta jinħatt minn fuq it-trakk. |
— |
Jekk il-ħalib ikun ippasturizzat, dan għandu jiġi miżjud bit-tames fi żmien massimu ta’ 48 siegħa wara li jinħatt minn fuq it-trakk. ” |
L-aqwa kundizzjonijiet għall-preservazzjoni u l-iskadenza għall-użu tal-ħalib ġew stabbiliti kemm għall-azjenda agrikola kif ukoll għall-ħalib miġbur, sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-materja prima.
Din it-taqsima hija ssupplimentata biex tikkaratterizza aħjar ir-rotta teknoloġika tal-“Munster” jew tal-“Munster Géromé”. Din għandha l-għan li tiċċara l-prattiki li juru l-għarfien espert tal-operaturi, filwaqt li tirregola l-valuri fil-mira sabiex jiġu żgurati l-karatteristiċi tal-prodott.
Trattamenti u addittivi awtorizzati
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Il-ħalib jista’ jiġi:
— |
standardizzat fil-kontenut ta’ xaħam, |
— |
ippasturizzat f’temperatura massima ta’ 73 °C, għal mhux aktar minn 40 sekonda, jew bi kwalunkwe trattament bis-sħana ekwivalenti ieħor. Jekk il-ħalib jinħażen sakemm jintuża, jista’ jitwettaq ipproċessar bis-sħana (massimu ta’ 66 °C, għal mhux aktar minn 40 sekonda). |
Kwalunkwe trattament fiżiku ieħor (mikrofiltrazzjoni, ultrafiltrazzjoni, eċċ.) huwa pprojbit.
Il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” huwa magħmul esklussivament minn ħalib nej.
Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew għajnuniet għall-ipproċessar jew addittivi awtorizzati fil-ħalib u matul il-produzzjoni huma:
— |
it-tames (li ġej mill-abomasum tal-għoġol), |
— |
il-kulturi ta’ batterji, ħmira u moffa li ma jagħmlux ħsara, |
— |
il-klorur tal-kalċju, |
— |
il-melħ, |
— |
il-Carum carvi L. magħrufa wkoll bħala karwija (carvi) jew karwija sewda jew karwija (cumin des prés) jew anke aniżi tal-Vosges. |
Il-preservazzjoni tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk f’temperatura taħt iż-żero hija pprojbita.
Il-preservazzjoni tal-ġobon li għadu ma mmaturax f’atmosfera modifikata hija pprojbita. ”
It-trattamenti awtorizzati għall-ħalib użat (standardizzazzjoni, trattament bis-sħana) ġew miżjuda biex titneħħa kull prattika oħra tal-ipproċessar tal-ħalib. Il-ħalib jista’ jiġi ppasturizzat darba biss, issupplimentata, jekk ikun hemm bżonn, permezz ta’ pproċessar bis-sħana sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-ħalib.
L-ingredjenti u l-għajnuniet għall-ipproċessar awtorizzati huma elenkati sabiex jikkonformaw mat-tekniki tradizzjonali tal-manifattura.
Ġie miżjud ukoll li l-metodi ta’ preservazzjoni tal-materja prima u tal-prodotti li jkunu qed jiġu mmanifatturati f’temperatura taħt iż-żero jew f’atmosfera modifikata huma pprojbiti, sabiex jiġu ggarantiti l-karatteristiċi tal-“Munster” jew tal-“Munster Géromé”.
Żieda tat-tames
Is-sentenza:
“Il-Munster huwa magħmul esklussivament mill-ħalib tal-baqar miżjud bit-tames”
ġiet issostitwita bi:
“Il-ħalib jiġi miżjud bit-tames f’temperatura massima ta’ 38 °C. Il-ħin biex jagħqad huwa ta’ bejn 7 u 20 minuta”.
Il-valuri fil-mira waqt iż-żieda tat-tames ġew miżjuda peress li jiddeskrivu r-rotta teknoloġika karatteristika tal-“Munster” jew tal-“Munster Géromé”.
It-tqattigħ, it-tneħħija tal-lattożju
Is-sentenza:
“Il-baqta li tirriżulta titfarrak b’mod fin ħafna”
ġiet issostitwita bis-sentenza:
“Il-baqta titqatta’ b’tali mod li d-daqs tal-frak ikun bejn dak ta’ ġellewża u dak ta’ ġewża”.
Dan iwassal biex il-baqta tiġi kkaratterizzata aħjar u biex l-ispezzjoni tkun aktar konkreta.
Ġie miżjud li, għal dan l-istadju, it-tneħħija tal-lattożju hija pprojbita.
Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:
“Iż-żieda taż-żrieragħ tal-karwija għandha ssir qabel jew matul il-proċess tal-iffurmar. Il-kwantità inkorporata għandha tikkorrispondi għal perċentwal ta’ bejn 0,5 u 1,5 % ikkalkulat fuq il-piż tal-prodott lest. ”
Il-proċeduri taż-żieda tal-karwija huma deskritti sabiex jiġu rregolati l-prattiki tal-operaturi.
L-iffurmar, it-tqattir, it-tmelliħ
Ġie miżjud li l-baqta ma tiġix magħġuna sabiex jitqiesu l-prattiki tal-operaturi.
Is-sentenza:
“Imbagħad jitpoġġa f’forom ċilindriċi fuq il-mejda tat-tqattir. ”
ġiet issostitwit bi
“Il-baqta titpoġġa f’forom ċilindriċi. It-tqattir tal-baqta jsir mingħajr ippressar. Il-ħin tat-tqattir qabel it-tmelliħ huwa ta’ mill-inqas 15-il siegħa.”
Il-fatt li jiġi indikat li t-tqattir isir mingħajr ippressar huwa aktar importanti mill-fatt li jiġi indikat li dan qed isir fuq il-mejda tat-tqattir. Id-diversi valuri fil-mira ġew miżjuda peress li jiddeskrivu r-rotta teknoloġika li hija karattersitika tal-“Munster” jew tal-“Munster Géromé”.
Is-sentenza li ġejja:
“Dan jitqalleb diversi drabi biex jitħaffef it-tqattir tar-residwu tax-xorrox. “Imbagħad dan jitneħħa mill-forma [...]”
ġiet issostitwita bi:
“Il-ġobniet friski jitqallbu mill-inqas darba matul il-proċess ta’ tqattir, qabel ma jitneħħew mill-forom.”
L-għadd ta’ drabi li jitqallbu jvarja skont il-kategorija tad-daqs.
Is-sentenza li ġejja:
“[Il-ġobon huwa] mmellaħ u mnixxef f’kamra apposta u mbagħad jitpoġġa fil-kantina tal-maturazzjoni.
ġiet issostitwita bi:
“Il-ġobniet jiġu mmelħa”.
Id-deskrizzjoni tal-postijiet fejn isiru l-operazzjonijiet tħassret peress li din ma taffettwax il-karatteristiċi tal-ġobon u mhijiex punt ta’ spezzjoni.
Monitoraġġ tan-natura lattika
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Wara l-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, il-ġobon ikollu qalba tal-ħalib. Fl-azjenda tal-ħalib, ħamest ijiem wara li jiġu miżjuda bit-tames, il-ġobniet ikollhom pH ta’ bejn 4,5 u 4,9 fil-qalba. ”
In-natura lattika, li hija dovuta għall-baqta aċidifikata, hija karatteristika importanti tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé” li għandha tiġi mmonitorjata.
Maturazzjoni
Ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Il-preservazzjoni tal-ġobniet f’atmosfera modifikata matul il-maturazzjoni hija pprojbita.”
Il-maturazzjoni hija maqsuma f’żewġ fażijiet mit-tmelliħ: il-fażi tal-ħmira, il-fażi tal-proċess tat-tixrib”
Il-kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni li ġejjin ġew miżjuda skont il-prattiki attwali:
F’dak li għandu x’jaqsam mat-temperatura tal-maturazzjoni u mal-umdità, il-paragrafu li ġej:
“Il-maturazzjoni tirrikjedi atmosfera speċifika (11 sa 15-il °C u 95 % ta’ umdità relattiva), li tiffavorixxi l-iżvilupp tal-flora karatteristika ta’ kull kantina, magħmula l-aktar minn batterji ħomor u ħmira, li jagħtu d-dehra ta’ lewn isfar li jagħti fl-oranġjo li hija tipika tal-Munster.” ”
ġie ssostitwit bi:
“Il-maturazzjoni tirrikjedi atmosfera speċifika ta’ minimu ta’ 90 % umdità relattiva, li tiffavorixxi l-iżvilupp tal-flora karatteristika ta’ kull kantina, magħmula l-aktar minn fermenti ħomor u ħmira li jagħtu d-dehra ta’ avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar li hija tipika tal-Munster.
Matul il-fażi tal-ħmira, it-temperatura tkun ta’ 16-il °C jew aktar.
Matul il-fażi tal-proċess tat-tixrib, it-temperatura tal-kantina tal-maturazzjoni tkun ta’ bejn 10 °C u 16-il °C.”
Kull fażi tal-maturazzjoni hija deskritta b’temperatura speċifika u huwa ddefinit livell ta' umdità. Il-maturazzjoni tirrikjedi atmosfera speċifika li tiffavorixxi l-iżvilupp tal-flora karatteristika ta’ kull kantina, magħmula l-aktar minn fermenti ħomor u ħmira li jagħtu d-dehra ta’ avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar li hija tipika tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”.
F’dak li għandu x’jaqsam mal-attenzjoni li għandha tingħata fil-fażi tal-maturazzjoni, ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
Il-paragrafu:
“il-ġobniet jinħaslu (jiġu llixxati u jingħorku) u jitqallbu kull jumejn jew tlett ijiem b’soluzzjoni mielħa fit-temperatura tal-kantina”
ġie ssostitwit minn:
“Fuq kull wiċċ u fil-ġenb tiegħu, il-ġobon frisk jgħaddi minn:
— |
mill-inqas 2 proċessi tat-tixrib (ilma mielaħ jew le u inokulat jew le b’fermenti tal-wiċċ, li jinkludu, fost l-oħrajn, il-Brevibacterium linens) li jinkludu mill-inqas proċess wieħed fejn jingħorku b'azzjoni mekkanika (bl-idejn jew bil-magni) għall-kategorija 1, |
— |
mill-inqas 3 proċessi tat-tixrib (ilma mielaħ jew le u inokulat jew le b’fermenti tal-wiċċ, li jinkludu, fost l-oħrajn, il-Brevibacterium linens) li jinkludu mill-inqas żewġ proċessi fejn jingħorku b'azzjoni mekkanika (bl-idejn jew bil-magni) għall-kategoriji 2 u 3. |
Il-kulur avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar tal-qoxra huwa dovut l-aktar għall-fermenti ħomor (inkluż il-Brevibacterium linens). Kull użu ta’ sustanza kuluranti għandu jkun ipprojbit. ”
Dawn id-dispożizzjonijiet jikkorrispondu għall-prattiki li jużaw l-operaturi għall-kura tal-ġobniet waqt il-fażi tal-maturazzjoni. L-għadd minimu ta’ trattamenti jiżgura l-iżvilupp omoġenju tal-fermenti u b’hekk jinkiseb il-kulur karatteristiku tal-ġobon.
Fir-rigward tal-istruttura ta’ support waqt il-maturazzjoni, ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:
“Meta jintuża l-injam matul il-proċess ta’ maturazzjoni u dan ikun imiss mal-prodott, l-injam ikun taż-żnuber jew tal-prinjol. ”
It-tip ta’ njam li jista’ jiġi f’kuntatt mal-ġobon huwa ddefinit sabiex jiġu rregolati l-prattiki relatati ma’ dan il-materjal tradizzjonali.
Fir-rigward tat-tul ta’ żmien ta’ maturazzjoni, is-sentenza li ġejja:
“Il-ġobniet jitħallew jimmaturaw għal mill-inqas wieħed u għoxrin jum fil-każ tal-Munster u għal mill-inqas erbatax-il jum fil-każ tal-Petit Munster”
ġiet issostitwita bi:
“Il-maturazzjoni tal-‘Munster’ jew tal-‘Munster-Géromé’ ddum mill-inqas:
— |
sal-21 jum għall-kategoriji 2 u 3; |
— |
u sal-14-il jum għall-kategorija 1. |
Dawn il-perjodi jingħaddu mill-ġurnata tal-manifattura, li hija ddefinita bħala d-data li fiha jiġi miżjud it-tames.
Il-perjodi ta’ maturazzjoni huma speċifikati skont il-kategoriji tal-intestatura dwar id-deskrizzjoni tal-prodott. Barra minn hekk, żdied li l-perjodu ta’ maturazzjoni jibda jingħadd mid-data li fiha jiżdied it-tames u mhux mid-data tal-manifattura, li hija aktar preċiża, bl-għan li l-ispezzjonijiet ikunu aktar konkreti.
Fid-Dokument Uniku, is-sentenza li ġejja:
“Il-ġobniet jitħallew jimmaturaw għal mill-inqas wieħed u għoxrin jum fil-każ tal-Munster u għal mill-inqas erbatax-il jum fil-każ tal-Petit-Munster. ”
ġiet issostitwita bi:
“Il-perjodu ta’ maturazzjoni huwa ta’ mill-inqas 14-il jum jew 21 jum mid-data li fiha jiżdied it-tames, skont id-daqs. ”
Fir-rigward tal-ippakkjar tal-ġobniet, ġie miżjud il-paragrafu li ġej:
“Sabiex jiġi evitat li l-qoxra tal-ġobniet tinxef jew tiżviluppa moffa mhux mixtieqa tat-tip blu fuq is-superfiċje tagħhom, il-ġobniet jiġu ppakkjati individwalment hekk kif joħorġu mill-kantina tal-maturazzjoni fi tmiem il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni.
Madankollu, l-ippakkjar qabel it-tmiem tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, għandu jkun awtorizzat mhux qabel:
— |
it-18-il jum wara li jiżdied it-tames għall-kategoriji 2 u 3; |
— |
il-11-il jum wara li jiżdied it-tames għall-kategorija 1. |
F’dan il-każ, il-ġobniet ippakkjati jkomplu jitħallew jimmaturaw fl-istess kundizzjonijiet bħall-ġobniet mhux ippakkjati. ”
L-ippakkjar tal-ġobniet għandu jsir fiż-żona ġeografika. Fil-fatt, l-ippakkjar tal-ġobniet għandu jsir hekk kif jinħarġu mill-kantina tal-maturazzjoni. Peress li l-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” huwa ġobon artab bil-qoxra maħsula, il-qoxra tiegħu tkun umda u tinxef malajr ħafna. Barra minn hekk, peress li l-fażi tal-maturazzjoni ssir fil-kantina permezz ta’ diversi proċessi tat-tixrib, ikun jista’ jiġi kkontrollat l-iżvilupp ta’ flora speċifika fil-wiċċ tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”, l-aktar tal-fermenti ħomor. Fil-miftuħ, barra mill-kantina u mingħajr il-kura relatata, il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” toħroġlu moffa mhux mixtieqa fuq il-wiċċ tiegħu. Il-preżenza ta’ moffa, kif ukoll id-dehra ta’ “qoxra niexfa”, huma rikonoxxuti bħala difetti għall-“Munster” jew il-“Munster-Géromé”. Għalhekk, l-ippakkjar tal-ġobniet hekk kif jinħarġu mill-kantina tal-maturazzjoni huwa essenzjali biex tiġi protetta l-qoxra u b’hekk jiġu ppreservati l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”.
Din id-dispożizzjoni żdiedet mal-punt 3.5 tad-Dokument Uniku.
5.6. Rabta maż-żona ġeografika
L-intestatura dwar ir-“Rabta maż-żona ġeografika”, inkitbet kollha mill-ġdid biex toħroġ b’mod aktar ċar l-evidenza tar-rabta bejn il-“Munster” jew il-“Munster géromé” u ż-żona ġeografika tiegħu, mingħajr ma ġiet emendata s-sustanza tar-rabta. Din l-evidenza tenfasizza, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib li jippermettu l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat adattat għall-produzzjoni tal-ġobon, li għalih huwa meħtieġ għarfien espert speċifiku, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni. Il-punt “Speċifiċità taż-żona ġeografika” ikopri l-fatturi naturali taż-żona ġeografika kif ukoll il-fatturi umani, billi jiġbor fil-qosor l-aspett storiku u jenfasizza l-għarfien espert speċifiku. Il-punt “Speċifiċità tal-prodott” jenfasizza ċerti elementi introdotti fid-deskrizzjoni tal-prodott. Fl-aħħar nett, il-punt “Rabta kawżali” jispjega l-interazzjonijiet bejn il-fatturi naturali u dawk umani, u l-prodott.
Din l-emenda saret ukoll fil-punt 5 tad-Dokument Uniku.
5.7. Tikkettar
Il-paragrafu li ġej:
“Minbarra l-isem tad-Denominazzjoni, it-tikketta għandha tinkludi l-logo INAO, li jkun fih l-isem tad-Denominazzjoni, il-kliem ‘Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata’ u l-akronimu INAO. Il-kliem ‘Fabrication fermière’ (Produzzjoni fl-azjenda agrikola) jew ‘Fromage fermier’ (Ġobon tal-azjenda agrikola) għandhom jintużaw għall-produtturi azjendali li jipproċessaw il-ħalib prodott fl-azjenda agrikola tagħhom. ”
ġie ssostitwit bi:
“Minbarra l-kliem obbligatorju previst mir-regolamenti relatati mat-tikkettar u mal-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketta tal-ġobniet li jibbenefikaw mid-denominazzjoni ta’ oriġini “Munster” jew “Munster Géromé” għandu jkollha l-isem irreġistrat tal-prodott, f’ittri li huma tal-anqas żewġ terzi tad-daqs tal-akbar ittri fuq it-tikketta u s-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.”
L-intestatura dwar it-tikkettar ġiet aġġornata biex tqis l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik Ewropea.
Barra minn hekk, l-isem ta’ trade mark ma għandux jiġi enfasizzat iżżejjed għad-detriment tal-isem tad-denominazzjoni u għalhekk ġie stabbilit id-daqs tat-tipa.
Dawn l-emendi saru wkoll fid-Dokument Uniku.
Ġiet miżjuda l-frażi li ġejja:
“Il-kliem ‘magħmul minn ħalib li ġej minn merħliet li huma magħmulin minn mill-inqas x % ta’ baqar tar-razza ta’ Vosges’, jew kull referenza għar-razza ta’ Vosges fuq it-tikketta u r-reklamar tal-ġobniet, jistgħu jintużaw biss jekk mill-inqas x % tal-baqar fil-merħla, jew ta’ kull merħla, li minnha ġej il-ħalib, ikunu ta’ dik ir-razza. Dan il-perċentwal irid ikun ogħla minn 70 %. ”
Dan il-kliem jindika lill-konsumatur li l-ħalib użat għall-produzzjoni ġie minn aktar minn 70 % tal-baqar tar-razza ta’ Vosges.
Din is-sentenza żdiedet ukoll fid-Dokument Uniku.
5.8. Oħrajn
L-indirizz tas-servizz kompetenti tal-Istat Membru ġie aġġornat.
Ġew aġġornati l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp.
Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-referenzi għall-istrutturi ta’ spezzjoni:
Ġew aġġornati l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-istrutturi uffiċjali. Din l-intestatura ssemmi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni kompetenti Franċiżi: Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) u Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF). Ġie miżjud ukoll li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-INAO u fuq il-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.
Fir-rigward tal-intestatura dwar ir-rekwiżiti nazzjonali, żdiedet tabella bil-punti ewlenin li għandhom jiġu spezzjonati u l-metodu ta’ evalwazzjoni tagħhom.
DOKUMENT UNIKU
“MUNSTER”/“MUNSTER-GÉROMÉ”
Nru tal-UE: PDO-FR-0125-AM03 – 7.8.2019
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem/Ismijiet
“Munster”/“Munster-Géromé”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. ġobniet
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” huwa ġobon artab bil-qoxra maħsula, magħmul mill-ħalib tal-baqra.
Il-perjodu ta’ maturazzjoni huwa ta’ mill-inqas 14-il jum jew 21 jum mid-data li fih jiżdied it-tames, skont id-daqs.
Il-ġobon għandu l-għamla ta’ ċilindru ċatt jew oħxon, bi tliet kategoriji ta’ daqs:
Kategorija ta’ daqs |
Dijametru intern tal-forma |
Għoli massimu tal-ġobon |
Piż tal-ġobon |
1: minn 120 sa 340 g |
7,5 cm sa 8 cm |
4 cm |
120 g sa 170 g |
10 cm sa 11-il cm |
4 cm |
200 g sa 280 g |
|
11 sa 12-il cm |
4 cm |
280 sa 340 g |
|
2: 450 sa 1 000 g |
14-il cm sa 16-il cm |
4 cm |
450 g sa 600 g |
16,5-il cm sa 19-il cm |
4 cm |
700 g sa 1 000 g |
|
3: minn 1 000 sa 1750 g |
16,5-il cm sa 19-il cm |
7 cm |
1 000 g sa 1750 g |
Il-qoxra hija rqiqa u bi ftit xaħam, għandha kulur li jvarja minn avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar, li huwa dovut l-aktar għall-fermenti ħomor (inkluż il-Brevibacterium linens). Il-qalba għandha kulur avorju li jagħti fil-kannella ċar, u jista’ jkollha xi ftit toqob żgħar, iżda mhux wisq.
Fl-aħħar tal-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, tifforma l-qalba. Din il-qalba tkun xi ftit jew wisq misjura, skont il-maturazzjoni u l-għoli tal-ġobon.
Ir-riħa hija qawwija u kemxejn simili għal dik tal-ammonju. Il-qalba għandha togħma kemxejn mielħa, il-konsistenza tagħha hija fina, ratba u tinħall fil-ħalq. It-togħma tagħha hija ħelwa bi ħjiel ta’ ħalib, ħaxix (ħuxlief, frott matur, ġewż), injam, jew b’noti ħfief ta’ ħmira.
Il-kontenut ta’ xaħam li fih huwa ta’ mill-inqas 20 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon. Il-kontenut xott li fih huwa ta’ mill-inqas 44 gramma għal kull 100 gramma ta’ ġobon.
Fil-qalba tiegħu, il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” jista’ jkollu l-karwija (carum carvi L.). F’dan il-każ, huwa jżomm l-istess karatteristiċi tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”, b’togħma addizzjonali ta’ karwija.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Mill-inqas 95 % tal-materja niexfa fir-razzjon bażiku tal-merħla tal-ħalib ikun ġej miż-żona ġeografika, li mill-inqas 70 % minnha jkun ġej mill-azjenda stess, u l-foraġġ (razzjon bażiku) jirrappreżenta minimu ta’ 70 % fil-materja niexfa tar-razzjon totali tal-merħla tal-ħalib. Madankollu, ma tistax tiġi ggarantita l-oriġini tal-materja prima li minnha jkun magħmul l-għalf supplimentari. Għaldaqstant, mill-inqas 67 % tal-materja niexfa fir-razzjon totali jkun ġej miż-żona ġeografika.
Il-ħaxix (f’materja niexfa) għall-baqar tal-ħalib jirrappreżenta mill-inqas 40 % tar-razzjon bażiku bħala medja annwali u mill-inqas 25 % tar-razzjon bażiku f’kull jum tas-sena.
Is-superfiċje minima ta’ ragħa hija ta’ 1000 metru kwadru għal perjodu minimu ta’ 150 jum fis-sena.
Il-konċentrati għandhom jammontaw għal massimu ta’ 1,8 tunnellati ta’ materja niexfa għal kull baqra fis-sena. Dawn jikkonsistu minn:
— |
Ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati minnhom, |
— |
Żrieragħ jew frott żejtnija, u prodotti derivati minnhom, |
— |
Żrieragħ tal-legumi u prodotti derivati minnhom, |
— |
Polpa tal-pitravi, ippressata jew imnixxfa, melassata jew le, |
— |
Melassa tal-pitravi, |
— |
Prodotti tal-ħalib u prodotti derivati minnhom |
— |
Minerali u prodotti derivati minnhom, |
— |
Addittivi, inklużi vitamini. |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
—
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik l-ippakkjar, eċċ.
Il-ġobniet jiġu ppakkjati individwalment hekk kif joħorġu mill-kantina tal-maturazzjoni fi tmiem il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni.
L-ippakkjar jista’ jsir 3 ijiem qabel il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni. Dawn il-ġobniet jitħallew jimmaturaw fl-istess kundizzjonijiet bħall-ġobniet mhux ippakkjati.
L-ippakkjar tal-ġobniet għandu jsir fiż-żona ġeografika. Fil-fatt, l-ippakkjar tal-ġobniet għandu jsir hekk kif jinħarġu mill-kantina tal-maturazzjoni. Peress li l-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” huwa ġobon artab bil-qoxra maħsula, il-qoxra tiegħu hija umda u tinxef malajr ħafna. Barra minn hekk, peress li l-fażi tal-maturazzjoni ssir fil-kantina permezz ta’ diversi proċessi tat-tixrib, ikun jista’ jiġi kkontrollat l-iżvilupp ta’ flora speċifika fil-wiċċ tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”, l-aktar tal-fermenti ħomor. Fil-miftuħ, barra mill-kantina u mingħajr il-kura relatata, il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” toħroġlu moffa mhux mixtieqa fuq il-wiċċ tiegħu. Il-preżenza ta’ moffa, kif ukoll id-dehra ta’ “qoxra niexfa”, huma rikonoxxuti bħala difetti għall-“Munster” jew il-“Munster-Géromé”. Għalhekk, l-ippakkjar tal-ġobniet hekk kif jinħarġu mill-kantina tal-maturazzjoni huwa essenzjali biex tiġi protetta l-qoxra u b’hekk jiġu ppreservati l-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé”.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Minbarra l-kliem obbligatorju previst mir-regolamenti relatati mat-tikkettar u mal-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketta tal-ġobniet li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Munster” jew “Munster Géromé” għandu jkollha l-isem irreġistrat tal-prodott, f’ittri li huma tal-anqas żewġ terzi tad-daqs tal-akbar ittri fuq it-tikketta u s-simbolu tad-DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.
Il-kliem “magħmul minn ħalib li ġej minn merħliet li huma magħmulin minn mill-inqas x % ta’ baqar tar-razza ta’ Vosges”, jew kull referenza għar-razza ta’ Vosges fuq it-tikketta u r-reklamar tal-ġobniet, jistgħu jintużaw biss jekk mill-inqas x % tal-baqar fil-merħla, jew ta’ kull merħla, li minnha ġej il-ħalib, ikunu ta’ dik ir-razza. Dan il-perċentwal irid ikun ogħla minn 70 %.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Id-département ta’ Meurthe-et-Moselle:
il-muniċipalitajiet ta’: Amenoncourt, Ancerviller, Angomont, Autrepierre, Avricourt, Baccarat, Badonviller, Barbas, Bertrambois, Bertrichamps, Bionville, Blamont, Blemerey, Bremenil, Buriville, Chazelles-Sur-Albe, Cirey-Sur-Vezouze, Deneuvre, Domevre-Sur-Vezouze, Domjevin, Embermenil, Fenneviller, Fremenil, Fremonville, Gogney, Gondrexon, Halloville, Harbouey, Herbeviller, Igney, Lachapelle, Leintrey, Merviller, Migneville, Montigny, Montreux, Neufmaisons, Neuviller-Les-Badonviller, Nonhigny, Ogeviller, Parux, Petitmont, Pettonville, Pexonne, Pierre-Percee, Raon-Les-Leau, Reclonville, Reherrey, Reillon, Remoncourt, Repaix, Saint-Martin, Saint-Maurice-Aux-Forges, Sainte-Pole, Saint-Sauveur, Tanconville, Thiaville-Sur-Meurthe, Vacqueville, Val-Et-Chatillon, Vaucourt, Vaxainville, Veho, Veney, Verdenal, Xousse.
Id-département ta’ Moselle:
Il-cantons ta’ Phalsbourg u ta’ Sarrebourg: il-muniċipalitajiet kollha;
Il-muniċipalitajiet ta’: Albestroff, Bassing, Benestroff, Bermering, Bidestroff, Blanche-Eglise, Bourdonnay, Bourgaltroff, Cutting, Dieuze, Domnom-Les-Dieuze, Donnelay, Francaltroff, Gelucourt, Givrycourt, Guebestroff, Gueblange-Les-Dieuze, Guebling, Guinzeling, Honskirch, Insming, Insviller, Juvelize, Lagarde, Lening, Lhor, Lidrezing, Lindre-Basse, Lindre-Haute, Lostroff, Loudrefing, Maizieres-Les-Vic, Marimont-Les-Benestroff, Molring, Montdidier, Mulcey, Munster, Nebing, Neufvillage, Ommeray, Rening, Rodalbe, Rorbach-Les-Dieuze, Saint-Medard, Tarquimpol, Torcheville, Vahl-Les-Benestroff, Val-De-Bride, Vergaville, Vibersviller, Virming, Vittersbourg, Zarbeling, Zommange.
Id-département ta’ Bas-Rhin:
Il-cantons ta’ Mutzig u ta’ Saverne: il-muniċipalitajiet kollha;
Il-canton ta’ Bouxwiller: parti mill-muniċipalità ta’ Wingersheim Les Quatre Bans (it-territorju ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Gingheim biss) u l-muniċipalitajiet kollha minbarra Dingsheim, Dossenheim-Kochersberg, Fessenheim-Le-Bas, Furdenheim, Griesheim-Sur-Souffel, Handschuheim, Hurtigheim, Ittenheim, Pfulgriesheim, Quatzenheim, Rohr, Stutzheim-Offenheim, Truchtersheim, Waltenheim-Sur-Zorn, Wiwersheim;
Il-canton ta’ Molsheim: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Altorf, Dachstein, Duppigheim, Duttlenheim, Ernolsheim-Bruche, Griesheim-Pres-Molsheim, Innenheim
Il-canton ta’ Obernai: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Krautergersheim, Meistratzheim, Niedernai, Stotzheim, Valff, Zellwiller;
Il-muniċipalitajiet ta’: Bischholtz, Bitschhoffen, Cleebourg, Dauendorf, Dieffenbach-Les-Woerth, Dossenheim-Sur-Zinsel, Drachenbronn-Birlenbach, Engwiller, Erckartswiller, Eschbourg, Forstheim, Froeschwiller, Frohmuhl, Goersdorf, Gumbrechtshoffen, Gundershoffen, Gunstett, Hegeney, Hinsbourg, Huttendorf, Ingwiller, Keffenach, Kindwiller, Kutzenhausen, La Petite-Pierre, Lampertsloch, Laubach, Lichtenberg, Lobsann, Memmelshoffen, Menchhoffen, Merkwiller-Pechelbronn, Mietesheim, Morsbronn-Les-Bains, Morschwiller, Mulhausen, Neuwiller-Les-Saverne, Niedermodern, Niedersoultzbach, Oberbronn, Oberdorf-Spachbach, Petersbach, Pfalzweyer, Preuschdorf, Puberg, Reipertswiller, Riedseltz, Rosteig, Rothbach, Schillersdorf, Soultz-Sous-Forets, Sparsbach, Struth, Tieffenbach, Uhlwiller, Uhrwiller, Uttenhoffen, Val De Moder, Woerth, Weinbourg, Weiterswiller, Wimmenau, Wingen-Sur-Moder, Zinswiller, Zittersheim.
Id-département ta’ Haut Rhin:
Il-cantons ta’ Masevaux u ta’ Altkirch: il-muniċipalitajiet kollha;
Il-canton ta’ Cernay: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Cernay, Uffholtz, Wattwiller;
Il-canton ta’ Guebwiller: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Issenheim, Merxheim, Raedersheim;
Il-canton ta’ Sainte-Marie-aux-Mines: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Guemar; Illhaeusern;
Il-canton ta’ Wintzenheim: il-muniċipalitajiet kollha minbarra Gundolsheim, Herrlisheim-Pres-Colmar;
Il-muniċipalitajiet ta’: Colmar, Berrwiller, Bruebach, Brunstatt-Didenheim, Flaxlanden, Galfingue, Heimsbrunn, Ingersheim, Knoeringue, Michelbach-Le-Bas, Morschwiller-Le-Bas, Mulhouse, Ranspach-Le-Bas, Ranspach-Le-Haut, Saint-Louis, Zillisheim.
Id-département ta’ Haute Saône:
il-muniċipalitajiet ta’: Aillevillers-Et-Lyaumont, Alaincourt, Amage, Ambievillers, Amont-Et-Effreney, La Basse-Vaivre, Belfahy, Betoncourt-Saint-Pancras, Beulotte-Saint-Laurent, Bouligney, Bourbevelle, Bousseraucourt, Breuchotte, La Bruyere, Corravillers, Corre, Cuve, Dampvalley-Saint-Pancras, Demangevelle, Esmoulieres, Faucogney-Et-La-Mer, Les Fessey, Fleurey-Les-Saint-Loup, Fontenois-La-Ville, Fougerolles, Haut-Du-Them-Chateau-Lambert, Hurecourt, Jonvelle, La Longine, Mailleroncourt-Saint-Pancras, La Montagne, Montcourt, Montdore, Passavant-La-Rochere, Plancher-Les-Mines, Pont-Du-Bois, La Proiseliere-Et-Langle, Raddon-Et-Chapendu, La Rosiere, Saint-Bresson, Sainte-Marie-En-Chanois, Selles, Servance-Miellin, Ternuay-Melay-Et-Saint-Hilaire, La Vaivre, Vauvillers, La Voivre, Vougecourt.
Id-département ta’ Vosges:
Il-muniċipalitajiet kollha minbarra: Ainvelle, Ameuvelle, Aroffe, Autreville, Avranville, Blevaincourt, Brechainville, Chatillon-Sur-Saone, Chermisey, Damblain, Fignevelle, Fouchecourt, Frain, Freville, Godoncourt, Grand, Grignoncourt, Harmonville, Isches, Lamarche, Les Thons, Liffol-Le-Grand, Lironcourt, Marey, Martigny-Les-Bains, Martinvelle, Midrevaux, Mont-Les-Lamarche, Morizecourt, Pargny-Sous-Mureau, Regnevelle, Robecourt, Romain-Aux-Bois, Rozieres-Sur-Mouzon, Saint-Julien, Senaide, Seraumont, Serecourt, Serocourt, Sionne, Soncourt, Tignecourt, Tollaincourt, Trampot, Vicherey, Villotte, Villouxel.
Id-département ta’ Territoire de Belfort:
Il-muniċipalitajiet kollha minbarra: Beaucourt, Courcelles, Croix, Feche-L’eglise, Joncherey, Lebetain, Mezire, Montbouton, Saint-Dizier-L’eveque, Villars-Le-Sec.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” huwa ġobon artab bil-qoxra maħsula, magħmul mill-ħalib tal-baqar imrobbija f’żona miżgħuda bil-mergħat. Il-klima għenet biex missirijietna jiksbu għarfien espert dwar il-maturazzjoni tal-baqta aċidifikata f’kundizzjonijiet umdi, li tippermetti l-iżvilupp tal-fermenti ħomor li jagħtu lill-ġobon il-kulur tiegħu u r-riħa qawwija tiegħu li tikkuntrasta mal-qalba ratba tiegħu.
Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata minn żona muntanjuża ta’ għoli medju u minn għoljiet (li jiffurmaw il-katina ta’ muntanji tal-Vosges li fiha jinsabu partijiet mid-départements kollha li jagħmlu parti miż-żona), u minn pjanura fil-parti tal-Punent tagħha. Fil-muntanji tal-Vosges hemm bosta għejun ewlenin tal-ilma, li l-ilma tagħhom ġej mix-xita, mill-ilma li jiskula għall-ilma tal-pjan u mill-ilma tax-xeba’, li jsaqqu ż-żona kollha u jsawru l-pajsaġġ tagħha.
Il-klima hija kkaratterizzata minn ammont kbir ta’ xita, peress li l-muntanji tal-Vosges iservu bħala diga għas-sħab li jkun ġej mill-Punent li jikkondensa fil-għoli u jitbattal fuq l-għoljiet u l-muntanji. Din il-klima tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ mergħat. Għaldaqstant il-ħaxix jinsab kullimkien, mill-qċaċet tal-Vosges, fejn tista’ tiġi żviluppata biss ragħa fil-għoli, saż-żoni għerjin kif ukoll f’żoni tal-art “iebsa”, li diffiċli jinħartu. F’dawn il-mergħat, ġeneralment tikber l-Umbelliferae: il-karwija jew il-karwija sewda (Carum carvi L.), li xi kultant tissejjaħ l-aniżi tal-Vosges.
Il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” beda jsir meta bdew jistabbilixxu ruħhom l-abbaziji fil-muntanji tal-Vosges fis-sekli 7 u 8. Huwa l-“Monasterium confluentis”, li ta ismu lill-belt ta’ Munster li tinsab fuq in-naħa tal-Lvant ta’ din il-katina ta’ muntanji. Filwaqt li fis-sajf, il-merħliet tal-baqar tal-ħalib kienu jitilgħu jirgħu fil-mergħat tal-muntanji, dawk li jrabbu l-bhejjem kienu jinżlu jqattgħu x-xitwa fil-widien li jinsabu fuq in-naħa tal-Punent.
Il-kwantitajiet ta’ ġobon prodotti żdiedu ħafna, u mis-seklu 16 ’il quddiem, il-bdiewa bdew ibigħu l-ġobniet lill-muniċipalitajiet tal-vinji ta’ Alsace, lill-pjanura u lill-bliet il-kbar fil-qrib.
Il-fatt li l-ġobon jiġi prodott f’żewġ postijiet, madwar Munster fil-każ ta’ Alsace u madwar Gérardmer fil-każ ta’ Lorraine, jispjega ż-żewġ ismijiet tal-ġobon li jirriflettu l-isem tal-postijiet: Munster u Géromé.
Iż-żona ġeografika għaddiet minn ħafna gwerer li għamlu r-reġjun żona ta’ migrazzjoni, b’popolazzjonijiet spostati li ġabu magħhom attivitajiet u għarfien espert li xerrdu l-produzzjoni ta’ dan il-ġobon fil-pjanura. Għalkemm din il-katina ta’ muntanji hija n-nieqa tar-razza tal-Vosges, li hija razza adattata għall-ambjent, razez oħra ġew introdotti biex jieħdu post il-merħliet li nqerdu: is-Simmental li ġejja mill-Iżvizzera, li hija ġara, il-Montbéliarde, il-Française Frisonne Pie Noire, li mbagħad bdiet tissejjaħ “Prim’Holstein”.
L-għarfien espert dwar it-trobbija ta’ dawn il-baqar tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni ta’ dan il-ġobon baqa’ jeżisti sal-lum. It-teknoloġija tal-produzzjoni tal-ġobon hija bbażata fuq baqta aċidifikata. L-għarfien espert dwar il-maturazzjoni f’kundizzjonijiet umdi jinvolvi l-ħasil tal-qoxra wara l-ewwel fażi tal-ħmira, li fiha titneħħa l-aċidità mill-baqta. Ir-raffinatur jadatta l-atmosfera tal-kantina tal-maturazzjoni u l-kura skont l-iżvilupp tal-ġobniet. Anke llum il-ġurnata, il-produtturi jinkorporaw iż-żrieragħ tal-karwija fil-baqta (Carum carvi L.).
Il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” huwa ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqra, b’baqta aċidifikata u huwa artab, bil-qoxra maħsula li għandha kulur li jvarja minn avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar.
Dan juri kuntrast ċar bejn ir-riħa qawwija u kemxejn simili għal dik tal-ammonju tiegħu u t-togħma ħelwa tal-qalba tiegħu bi ħjiel ta’ ħalib, ħaxix (ħuxlief, frott matur, ġewż), injam jew b’noti ħfief ta’ ħmira. Il-“Munster” jew il-“Munster-Géromé” jiġi f’daqsijiet differenti: ġobniet ċatti ta’ daqs iżgħar, u ta’ daqs akbar, ċatti jew ħoxnin, b’perjodu ta’ maturazzjoni relatati li jvarjaw minn 14-il jum sa 21 jum.
Il-produzzjoni tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé” kibret grazzi għall-użu tar-riżorsi disponibbli tal-ħaxix mill-baqar tal-ħalib. Billi l-ħalib miksub huwa relattivament fqir, it-teknoloġija tal-produzzjoni tal-ġobon daret lejn baqta aċidifikata.
Il-kundizzjonijiet tal-ambjent ġeografiku kkaratterizzati minn livell għoli ta’ umdità marbut max-xita kif ukoll mal-preżenza ta’ diversi għejun kkontribwew għall-ħolqien ta’ għarfien espert dwar il-maturazzjoni f’kundizzjonijiet umdi, il-ħasil li jiffavorixxi l-iżvilupp tal-fermenti ħomor (l-aktar il-Brevibacterum linens), li jagħtu lill-qoxra tal-“Munster” jew tal-“Munster-Géromé” il-kulur tagħha li jvarja minn avorju li jagħti fl-oranġjo għal oranġjo li jagħti fl-aħmar u li jippermettu l-iżvilupp tal-aromi karatteristiċi tad-denominazzjoni.
Minħabba n-natura tal-baqta aċidifikata, dawn il-ġobniet rotob ma jgawdux minn perjodu twil ħafna ta’ preservazzjoni. Din is-sitwazzjoni kontradittorja bejn żona tal-produzzjoni kkaratterizzata mill-iżolament u prodott lest li t-trasport ma jagħmillux tajjeb, wasslet lill-produtturi biex ivarjaw id-daqsijiet, b’daqsijiet żgħar li jeħtieġu maturazzjoni qasira għall-konsum lokali, u b’daqsijiet akbar b’ħajja itwal, li ppermettew lir-raffinaturi jixtru ġobniet mhux immaturati li jkunu ġew prodotti f’żoni xi kultant remoti, u jimmaturawhom kemm jista’ jkun viċin il-postijiet ta’ konsum. Fl-aħħar nett, minħabba d-disponibbiltà tagħhom fil-mergħat tal-Vosges, iż-żrieragħ tal-karwija ġew inkorporati fil-baqta għal parti mill-produzzjoni, u din l-użanza għadha tiġi pprattikata sal-lum.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-4e2c987c-80c8-4071-a5c9-dda91955e185
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/19 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Tirol”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0230-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Tirol
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Tirol” tista’ tintuża għall-inbid u għall-inbid frizzanti ta’ kwalità; madankollu, fil-prattika hija ma tintużax għal dan tal-aħħar. “Tirol” jiġi prodott primarjament bħala “Qualitätswein”; il-karatteristiċi analitiċi huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
“Tirol” jiġi prodott ukoll b’distinzjonijiet oħrajn (eż. “Kabinett”, “Spätlese”, “Eiswein”); il-karatteristiċi analitiċi korrispondenti huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Minħabba l-għadd kbir ta’ vinji fuq skala żgħira, mhuwiex possibbli li jiġi definit sett wieħed ta’ kwalitajiet organolettiċi għall-inbejjed.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Tirol”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritt fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini “Tirol” tinkludi l-provinċja kollha tat-Tirol fl-Awstrija.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Zweigelt — Rotburger |
|
Grüner Veltliner — Weißgipfler |
|
Zweigelt — Blauer Zweigelt |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Għadd żgħir ta’ azjendi individwali jipproduċu l-inbid f’postijiet li huma favorevoli f’termini ta’ klima. B’riżultat ta’ dan, mhuwiex possibbli li tingħata deskrizzjoni ġenerali tal-kundizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija. L-istruttura tal-produzzjoni fir-reġjun tal-inbid tat-Tirol hija għalhekk ikkaratterizzata wkoll esklussivament minn negozji tal-vitikultura mmexxija mill-familji, li jipproċessaw biss l-għeneb mill-produzzjoni tagħhom stess u jbigħu direttament mill-azjendi agrikoli tagħhom. Sabiex jinkiseb għeneb misjur u tajjeb għas-saħħa waqt il-ħsad, jenħtieġ li l-varjetajiet u s-salvaġġ ikkultivati jkollhom proprjetajiet xierqa għall-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi. Ir-rekwiżiti huma r-reżistenza tal-pjanti għall-kundizzjonijiet tax-xitwa, il-ħruġ tard tal-fjuri u r-reżistenza għolja għal mard fungali u taħsir. Minħabba l-għadd kbir ta’ vinji fuq skala żgħira, mhuwiex possibbli li jiġi definit sett wieħed ta’ kwalitajiet organolettiċi għall-inbejjed. Madankollu, il-klima ħarxa, b’differenzi sinifikanti fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl, tiżgura li l-inbejjed ikollhom struttura aċiduża tajba.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
|
Qafas ġuridiku: |
|
Leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: |
|
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata |
|
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: |
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Tirol” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Din ir-regola ma tapplikax għal “Sekt”, “Qualitätsschaumwein” jew “Hauersekt”. Sabiex jinkiseb numru ta’ kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Tirol” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal analiżi (ara l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Fit-test sensorjali, l-inbejjed jiġu ttestjati minn bord tad-dewqan uffiċjali. Bord tad-dewqan uffiċjali jikkonsisti f’sitt assaġġaturi u president tal-bord tad-dewqan. Il-kampjuni jitqiegħdu quddiem l-assaġġaturi b’mod anonimu. Il-formola tat-test tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni, bħad-denominazzjoni tradizzjonali (“Qualitätswein”, “Kabinett”, “Spätlese”, “Auslese”, eċċ.), il-varjetà u s-sena. L-assaġġaturi jużaw l-esperjenza tagħhom u jistabbilixxu nbejjed ta’ referenza biex jiġġudikaw jekk l-inbejjed ippreżentati lilhom humiex tipiċi f’termini ta’ varjetà, sena u denominazzjoni tradizzjonali u jekk jistgħux jiġi kkumerċjalizzat (ħielsa minn imperfezzjonijiet). Il-mistoqsija tad-dewqan titwieġeb iva jew le. Jekk il-ġudizzju jkun negattiv, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jridu jingħataw bil-miktub. Il-kampjun jissodisfa r-rekwiżiti sensorjali jekk il-maġġoranza tal-assaġġaturi jkunu ġġudikawh b’mod pożittiv. Jekk l-opinjoni tal-ewwel bord tad-dewqan tinqasam b’mod indaqs fuq kampjun partikolari, il-kampjun jiġi ppreżentat lil bord ieħor. Jekk l-opinjoni tinqasam b’mod indaqs darbtejn, ir-riżultat globali tat-test ikun negattiv.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/22 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/07)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Oberösterreich”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0223-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Oberösterreich
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Oberösterreich” tista’ tintuża għall-inbid u għall-inbid frizzanti ta’ kwalità; madankollu, hija ma tintużax fil-prattika għal dan tal-aħħar. “Oberösterreich” jiġi prodott primarjament bħala “Qualitätswein”; l-aktar karatteristiċi analitiċi importanti huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Oberösterreich”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini “Oberösterreich” tinkludi l-provinċja kollha tal-Awstrija ta’ Fuq fl-Awstrija.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Roter Veltliner |
|
St. Laurent |
|
Zweigelt - Rotburger |
|
Blauburger |
|
Rathay |
|
Jubiläumsrebe |
|
Blauer Burgunder - Blauburgunder |
|
Grüner Veltliner - Weißgipfler |
|
Goldburger |
|
Grauer Burgunder - Ruländer |
|
Bouvier |
|
Muskateller - Roter Muskateller |
|
Neuburger |
|
Frühroter Veltliner - Malvasier |
|
Weißer Burgunder - Klevner |
|
Blaufränkisch - Frankovka |
|
Furmint |
|
Rotgipfler |
|
Roesler |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Għadd żgħir ta’ azjendi individwali jipproduċu l-inbid f’postijiet li huma favorevoli f’termini ta’ klima. Il-ħamrija f’dawn il-postijiet favorevoli tikkonsisti f’Tegel (terminu lokali għal tafal griż u ramli), tafal, ramel u żrar. Is-sodod tal-qroll antiki magħmula minn franka “Leitha” jaqbżu ’l barra mill-ħamrija f’xi postijiet. Il-ħamrija hija ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod b’togħma ta’ frott, b'mod partikolari minħabba l-kapaċità tajba tagħha li żżomm l-ilma.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Oberösterreich” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Din ir-regola ma tapplikax għal “Sekt”, “Qualitätsschaumwein” jew “Hauersekt”. Sabiex jinkiseb numru ta’ kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Oberösterreich” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal testijiet analitiċi u organolettiċi (ara l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott).
LINK GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/25 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/08)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Wagram”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0233-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Wagram
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Wagram” tista’ tintuża għall-inbid u għall-inbid frizzanti ta’ kwalità; madankollu, l-użu tagħha f’inbid frizzanti ta’ kwalità huwa biss ta’ importanza limitata ħafna. “Wagram” jiġi prodott primarjament bħala “Qualitätswein”; il-karatteristiċi analitiċi huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. “Wagram” jiġi prodott ukoll b’distinzjonijiet oħrajn (eż. “Kabinett”, “Spätlese”, “Eiswein”). Madwar 75 % tal-inbid prodott fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Wagram huwa nbid abjad. Il-varjetajiet ewlenin użati huma Grüner Veltliner għall-inbejjed bojod u Zweigelt għall-inbejjed ħomor. Ta’ min isemmi wkoll il-Frühroter Veltliner, varjetà tipika taż-żona. F’termini tal-kwalitajiet organolettiċi tagħhom, l-inbejjed jistgħu jiġu deskritti bħala rikki u pikkanti.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Wagram”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Wagram” tinkludi d-distrett politiku ta’ Tulln (ħlief għall-muniċipalità ta’ Sitzenberg-Reidling), il-muniċipalità ta’ Stetteldorf am Wagram u d-distrett ġudizzjarju ta’ Klosterneuburg fl-Awstrija ta’ Isfel.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Zweigelt - Rotburger |
|
Grüner Veltliner - Weißgipfler |
|
Zweigelt - Blauer Zweigelt |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Wagram huwa maqsum f’żewġ żoni differenti. L-ewwel waħda hija Wagram innifisha: medda art kbira lejn it-Tramuntana tad-Danubju u l-Lvant tal-wied ta’ Kamp, li testendi għal madwar 30 km fid-direzzjoni tal-Lvant. F’din iż-żona, id-dwieli jikbru f’ħamrija “loess” ħoxna biex jipproduċu nbejjed b’palat qawwi u pikkanti. Iż-żona l-oħra, li tinsab fiż-żona ta’ Klosterneuburg fil-Majjistral ta’ Vjenna, għandha ħamrija b’kontenut akbar ta’ ġibs li tipproduċi nbejjed vivaċi u b’togħma ta’ frott.
Il-klima hija kkaratterizzata mill-influwenza tad-Danubju u mill-prossimità tar-reġjun Pannonjan. L-iljieli huma pjuttost kesħin, u dan jgħin fl-iżvilupp tat-togħmiet. Madwar 75 % tal-inbid prodott fir-reġjun tal-vitikultura ta’ Wagram huwa nbid abjad. Il-varjetajiet ewlenin użati huma Grüner Veltliner għall-inbejjed bojod u Zweigelt għall-inbejjed ħomor. Ta’ min isemmi wkoll il-Frühroter Veltliner, varjetà tipika taż-żona. F’termini tal-kwalitajiet organolettiċi tagħhom, l-inbejjed jistgħu jiġu deskritti bħala rikki u pikkanti. Is-saff oħxon tal-loess fuq il-Wagram huwa perfett għall-produzzjoni ta’ nbejjed Grüner Veltliner qawwija u pikkanti. Il-ħamrija b’kontenut akbar ta’ ġibs fiż-żona madwar Klosterneuburg tipproduċi nbejjed vivaċi u b’togħma ta’ frott.
Barra minn hekk, in-natura tan-negozji tal-vitikultura mmexxija b’mod predominanti mill-familji tfisser li l-istil tradizzjonali tal-vinifikazzjoni jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, li jżid mal-karattru distintiv tal-inbejjed Wagram.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Wagram” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Din ir-regola ma tapplikax għal “Sekt”, “Qualitätsschaumwein” jew “Hauersekt”. Sabiex jinkiseb numru ta’ kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Wagram” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal analiżi (ara l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Fit-test sensorjali, l-inbejjed jiġu ttestjati minn bord tad-dewqan uffiċjali. Bord tad-dewqan uffiċjali jikkonsisti f’sitt assaġġaturi u president tal-bord tad-dewqan. Il-kampjuni jitqiegħdu quddiem l-assaġġaturi b’mod anonimu. Il-formola tat-test tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni, bħad-denominazzjoni tradizzjonali (“Qualitätswein”, “Kabinett”, “Spätlese”, “Auslese”, eċċ.), il-varjetà u s-sena. L-assaġġaturi jużaw l-esperjenza tagħhom u jistabbilixxu nbejjed ta’ referenza biex jiġġudikaw jekk l-inbejjed ippreżentati lilhom humiex tipiċi f’termini ta’ varjetà, sena u denominazzjoni tradizzjonali u jekk jistgħux jiġu kkumerċjalizzati (ħielsa minn imperfezzjonijiet). Il-mistoqsija tad-dewqan titwieġeb iva jew le. Jekk il-ġudizzju jkun negattiv, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jridu jingħataw bil-miktub. Il-kampjun jissodisfa r-rekwiżiti sensorjali jekk il-maġġoranza tal-assaġġaturi jkunu ġġudikawh b’mod pożittiv. Jekk l-opinjoni tal-ewwel bord tad-dewqan tinqasam b’mod indaqs fuq kampjun partikolari, il-kampjun jiġi ppreżentat lil bord ieħor. Jekk l-opinjoni tinqasam b’mod indaqs darbtejn, ir-riżultat globali tat-test ikun negattiv.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/28 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/09)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Salzburg”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0224-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Salzburg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Salzburg” tista’ tintuża għall-inbid u għall-inbid frizzanti ta’ kwalità; madankollu, hija ma tintużax fil-prattika għal dan tal-aħħar.
“Salzburg” jiġi prodott primarjament bħala “Qualitätswein”; il-karatteristiċi analitiċi huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
“Salzburg” jiġi prodott ukoll b’distinzjonijiet oħrajn (eż. “Kabinett”, “Spätlese”, “Eiswein”); il-karatteristiċi analitiċi korrispondenti huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Minħabba l-għadd kbir ta’ vinji fuq skala żgħira, mhuwiex possibbli li jiġi definit sett wieħed ta’ kwalitajiet organolettiċi għall-inbejjed. Madankollu, il-klima ħarxa, b’differenzi sinifikanti fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl, tiżgura li l-inbejjed ikollhom struttura aċiduża tajba.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Salzburg”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini “Salzburg” tinkludi l-provinċja kollha ta’ Salzburg fl-Awstrija.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Roter Veltliner |
|
St. Laurent |
|
Müller-Thurgau - Rivaner |
|
Rathay |
|
Sylvaner - Grüner Sylvaner |
|
Jubiläumsrebe |
|
Blauer Burgunder - Blauburgunder |
|
Blauer Portugieser |
|
Chardonnay - Morillon |
|
Goldburger |
|
Grauer Burgunder - Ruländer |
|
Merlot |
|
Weißer Riesling - Rheinriesling |
|
Sauvignon Blanc |
|
Muskateller - Roter Muskateller |
|
Syrah - Shiraz |
|
Neuburger |
|
4 |
|
Frühroter Veltliner - Malvasier |
|
Traminer - Gelber Traminer |
|
Blaufränkisch - Frankovka |
|
Zierfandler - Spätrot |
|
Cabernet Sauvignon |
|
Zweigelt - Rotburger |
|
Welschriesling |
|
Cabernet Franc |
|
Blauburger |
|
Grüner Veltliner - Weißgipfler |
|
Scheurebe - Sämling 88 |
|
Bouvier |
|
Muskat-Ottonel |
|
Weißer Burgunder - Klevner |
|
Furmint |
|
Rotgipfler |
|
Roesler |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Għadd żgħir ta’ azjendi individwali jipproduċu l-inbid f’postijiet li huma favorevoli f’termini ta’ klima. B’riżultat ta’ dan, mhuwiex possibbli li tingħata deskrizzjoni ġenerali tal-kundizzjonijiet tal-klima u tal-ħamrija. L-istruttura tal-produzzjoni fir-reġjun tal-inbid ta’ Salzburg hija għalhekk ikkaratterizzata wkoll esklussivament minn negozji tal-vitikultura mmexxija mill-familji, li jipproċessaw biss l-għeneb mill-produzzjoni tagħhom stess u jbigħu direttament mill-azjendi agrikoli tagħhom. Sabiex jinkiseb għeneb misjur u tajjeb għas-saħħa waqt il-ħsad, jenħtieġ li l-varjetajiet u s-salvaġġ ikkultivati jkollhom proprjetajiet xierqa għall-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi. Ir-rekwiżiti huma r-reżistenza tal-pjanti għall-kundizzjonijiet tax-xitwa, il-ħruġ tard tal-fjuri u r-reżistenza għolja għal mard fungali u taħsir. Minħabba l-għadd kbir ta’ vinji fuq skala żgħira, mhuwiex possibbli li jiġi definit sett wieħed ta’ kwalitajiet organolettiċi għall-inbejjed. Madankollu, il-klima ħarxa, b’differenzi sinifikanti fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl, tiżgura li l-inbejjed ikollhom struttura aċiduża tajba.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Salzburg” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Din ir-regola ma tapplikax għal “Sekt”, “Qualitätsschaumwein” jew “Hauersekt”. Sabiex jinkiseb numru ta’ kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Salzburg” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal analiżi (ara l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott). Fit-test sensorjali, l-inbejjed jiġu ttestjati minn bord tad-dewqan uffiċjali. Bord tad-dewqan uffiċjali jikkonsisti f’sitt assaġġaturi u president tal-bord tad-dewqan. Il-kampjuni jitqiegħdu quddiem l-assaġġaturi b’mod anonimu. Il-formola tat-test tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni, bħad-denominazzjoni tradizzjonali (“Qualitätswein”, “Kabinett”, “Spätlese”, “Auslese”, eċċ.), il-varjetà u s-sena. L-assaġġaturi jużaw l-esperjenza tagħhom u jistabbilixxu nbejjed ta’ referenza biex jiġġudikaw jekk l-inbejjed ippreżentati lilhom humiex tipiċi f’termini ta’ varjetà, sena u denominazzjoni tradizzjonali u jekk jistgħux jiġi kkumerċjalizzat (ħielsa minn imperfezzjonijiet). Il-mistoqsija tad-dewqan titwieġeb iva jew le. Jekk il-ġudizzju jkun negattiv, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jridu jingħataw bil-miktub. Il-kampjun jissodisfa r-rekwiżiti sensorjali jekk il-maġġoranza tal-assaġġaturi jkunu ġġudikawh b’mod pożittiv. Jekk l-opinjoni tal-ewwel bord tad-dewqan tinqasam b’mod indaqs fuq kampjun partikolari, il-kampjun jiġi ppreżentat lil bord ieħor. Jekk l-opinjoni tinqasam b’mod indaqs darbtejn, ir-riżultat globali tat-test ikun negattiv.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/31 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/10)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Traisental”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0210-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Traisental
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Traisental” tista’ tintuża biss għal inbejjed miksuba mill-varjetajiet Grüner Veltliner jew Riesling. Il-kwalitajiet organolettiċi dominanti tal-inbejjed jistgħu jiġu deskritti bħala togħma ta’ frott u fuq bażi minerali. Karatteristiċi organolettiċi oħrajn huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għal inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Traisental”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini “Traisental” tinkludi l-belt tal-Awstrija ta’ Isfel ta’ St. Pölten, id-distrett politiku ta’ St. Pölten u l-muniċipalità ta’ Sitzenberg-Reidling fl-Awstrija ta’ Isfel.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Weißer Riesling — Rheinriesling |
|
Grüner Veltliner — Weißgipfler |
|
Weißer Riesling — Riesling |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Il-Bohemian Massif, bil-granit u l-ħamrija “gneiss” tagħha, tifforma s-substrat fit-Traisental. L-influwenza tal-Baċir Pannonjan u l-klima kontinentali huma deċiżivi fir-rigward tat-temp. Id-Danubju jgħin biex jirregola t-temperatura fil-parti tat-Tramuntana taż-żona tal-vitikultura.
L-istruttura tal-produzzjoni fir-reġjun tal-inbid Traisental hija kkaratterizzata minn negozji tal-vitikultura mmexxija mill-familji, li prinċipalment jipproċessaw l-għeneb mill-produzzjoni stess u, f’ħafna każijiet, ibigħu wkoll direttament mill-azjendi agrikoli tagħhom. Kważi terz tal-ħsad fit-Traisental jinkiseb minn kooperattiva reġjonali tal-vinifikazzjoni. Hemm rabta qawwija bejn il-livell għoli tat-turiżmu u l-industrija tal-inbid. Il-karatteristiċi tipiċi tal-inbid huma dawn li ġejjin:
Grüner Veltliner: togħma ta’ frott, togħma delikata ta’ ħwawar.
Riesling: fragranti, eleganti, fuq bażi minerali.
L-inbejjed tar-riżerva għandhom stil qawwi u aromi varjetali qawwija. Xi kultant, dawn l-inbejjed ikollhom ukoll sfumaturi delikati tal-botrytis u tal-injam. Il-granit niexef u l-ħamrija “gneiss” jipproduċu nbejjed bi profil distintiv, palat qawwi u mineralità delikata. Il-mineralità tagħti lill-inbejjed struttura aċiduża vivaċi u persistenza. L-influwenza sħuna tal-klima Pannonjana u l-arja kiesħa mill-għoljiet tal-Alpi jwasslu għal jiem sħan u ljieli kesħin, li jagħtu lill-inbejjed finezza ta’ ħwawar.
Barra minn hekk, in-natura tan-negozji tal-vitikultura mmexxija b’mod predominanti mill-familji tfisser li l-istil tradizzjonali tal-vinifikazzjoni jgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra, li jżid mal-karattru distintiv tal-inbejjed Traisental.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
Qafas ġuridiku:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Traisental” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Sabiex jinkiseb numru ta’ kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Traisental” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal testijiet analitiċi u organolettiċi (ara l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott).
Fit-test sensorjali, l-inbejjed jiġu ttestjati minn bord tad-dewqan uffiċjali. Bord tad-dewqan uffiċjali jikkonsisti f’sitt assaġġaturi u president tal-bord tad-dewqan. Il-kampjuni jitqiegħdu quddiem l-assaġġaturi b’mod anonimu. Il-formola tat-test tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni, bħad-denominazzjoni tradizzjonali u s-sena. L-assaġġaturi jużaw l-esperjenza tagħhom u jistabbilixxu nbejjed ta’ referenza biex jiġġudikaw jekk l-inbejjed ippreżentati lilhom jistgħux jiġi kkumerċjalizzat (ħielsa minn imperfezzjonijiet) u humiex tipiċi tal-inbejjed Traisental.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/34 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Kamptal”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0209-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Kamptal
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Kamptal” tista’ tintuża biss għal inbejjed miksuba mill-varjetajiet Grüner Veltliner jew Riesling. Il-kwalitajiet organolettiċi dominanti tal-inbejjed jistgħu jiġu deskritti bħala togħma ta’ frott u fuq bażi minerali. Karatteristiċi organolettiċi oħrajn huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Kamptal”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritt fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini “Kamptal” tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Etsdorf-Haitzendorf, Hadersdorf-Kammern, Langenlois, Lengenfeld, Schönberg am Kamp u Straß im Straßertale fl-Awstrija ta’ Isfel.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Weißer Riesling - Rheinriesling
Grüner Veltliner - Weißgipfler
Weißer Riesling - Riesling
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Il-ħamrija fil-Kamptal tmur lura għall-perjodu Permjan, 270 miljun sena ilu. Il-formazzjonijiet tat-territorju jikkonsistu f’ħamrija “loess”, ta’ żrar u tas-sodda tal-blat b’xi elementi vulkaniċi.
Il-klima fil-Kamptal hija influwenzata, minn naħa waħda, mill-klima Pannonjana sħuna u, min-naħa l-oħra, mill-kurrenti kesħin mill-Waldviertel. Il-preċipitazzjoni hija bejn 550 u 600 mm fis-sena. It-temperatura medja annwali hija ogħla minn 9°C. Fil-widien, jistgħu jkunu mistennija ġlati tard sa nofs Mejju. Il-karatteristiċi tipiċi tal-inbid huma dawn li ġejjin:
Grüner Veltliner: togħma ta’ frott, togħma delikata ta’ ħwawar.
Riesling: fragranti, eleganti, fuq bażi minerali.
L-inbejjed tar-riżerva għandhom stil qawwi u aromi varjetali qawwija. Xi kultant, dawn l-inbejjed ikollhom ukoll sfumaturi delikati tal-botrytis u tal-injam. L-art imtarrġa wieqfa, fejn ma jista’ jakkumula l-ebda saff ta’ ħamrija “loess”, tipproduċi nbejjed Riesling qawwija, persistenti u fuq bażi minerali. L-art imtarrġa usa’ b’ħamrija taflija u “loess” hija ideali għall-produzzjoni ta’ nbejjed Grüner Veltliner qawwija u b’togħma ta’ frott. Il-jiem sħan, influwenzati mill-klima Pannonjana, u l-iljieli kesħin, jagħtu lill-inbejjed ammont kbir ta’ finezza aromatika u aċidità vivaċi.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
|
Qafas ġuridiku: |
|
Leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: |
|
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata |
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Kamptal” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Sabiex jinkiseb numru ta’ kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Kamptal” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal testijiet analitiċi u organolettiċi (ara l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott).
Fit-test sensorjali, l-inbejjed jiġu ttestjati minn bord tad-dewqan uffiċjali. Bord tad-dewqan uffiċjali jikkonsisti f’sitt assaġġaturi u president tal-bord tad-dewqan. Il-kampjuni jitqiegħdu quddiem l-assaġġaturi b’mod anonimu. Il-formola tat-test tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni, bħad-denominazzjoni tradizzjonali u s-sena. L-assaġġaturi jużaw l-esperjenza tagħhom u jistabbilixxu nbejjed ta’ referenza biex jiġġudikaw jekk l-inbejjed ippreżentati lilhom jistgħux jiġi kkumerċjalizzat (ħielsa minn imperfezzjonijiet) u humiex tipiċi tal-inbejjed Weinviertel.
Id-dewqan tal-inbejjed mill-bord għall-finijiet tal-għoti ta’ numru ta’ kontroll tal-kwalità għal inbid bid-denominazzjoni tal-bejgħ “Kamptal DAC” irid isir fil-fergħa ta’ Krems tal-Uffiċċju Federali tal-Vitikultura. Mill-inqas erba’ assaġġaturi jridu jikkonfermaw li r-rekwiżiti ta’ Kremstal [sic] DAC huma ssodisfati. Jekk l-opinjoni tinqasam b’mod indaqs, id-dewqan ma għandux jiġi ripetut.
LINK GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html
7.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/37 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 295/12)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Niederösterreich”
Numru ta’ referenza: PDO-AT-A0221-AM01
Data tal-komunikazzjoni: 21.2.2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
Deskrizzjoni u raġunijiet
Billi r-reġistru tal-vinji issa huwa ġestit taħt is-sistema ta’ amministrazzjoni u kontroll integrata, ir-rendiment massimu għal kull ettaru jrid jiġi aġġustat.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Niederösterreich
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
1. |
Inbid |
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Id-denominazzjoni tal-oriġini “Niederösterreich” tista’ tintuża għall-inbid u għall-inbid frizzanti ta’ kwalità/Sekt. “Niederösterreich” jiġi prodott prinċipalment bħala “Qualitätswein”, f’liema każ il-meraq tal-għeneb irid ikollu piż minimu tal-most ta’ 15° Klosterneuburger Mostwaage (= 9,5 % vol.). Il-qawwa alkoħolika proprja minima trid tkun ta’ 9 % vol. u l-aċidità minima trid tkun ta’ 4 g/l. Karatteristiċi analitiċi ulterjuri huma stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
“Niederösterreich” jiġi prodott ukoll b’distinzjonijiet oħrajn (eż. “Kabinett”, “Spätlese”, “Eiswein”). It-tipi differenti ta’ ħamrija jfissru li jistgħu jiġu prodotti firxa wiesgħa ta’ nbejjed, minn inbid Grüner Veltliner frisk u b’togħma li tixbah il-bżar, li huwa tipiku tar-reġjun, għal inbejjed bojod qawwija u rikki li jiġu mmaturati fi btieti tal-injam u nbejjed ħomor b’togħma ta’ frott.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
Aċidità totali minima |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Il-prattiki enoloġiċi kollha awtorizzati għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta skont ir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935 huma permessi għad-denominazzjoni tal-oriġini “Niederösterreich”, ħlief għat-trattament bis-sorbat tal-potassju u bid-dikarbonat tad-dimetil. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed hija possibbli f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935. Il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu jiddeċiedi dwar l-aċidifikazzjoni possibbli skont il-kundizzjonijiet klimatiċi matul l-istaġun tat-tkabbir. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għall-aċidifikazzjoni possibbli huma rregolati mir-Regolamenti (UE) 2019/934 u (UE) 2019/935.
Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi (inkluż l-arrikkiment) huma derivati mill-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali magħżul u deskritti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
b. Rendimenti massimi
10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika demarkata tad-denominazzjoni tal-oriġini “Niederösterreich” tinkludi l-provinċja kollha tal-Awstrija ta’ Isfel fl-Awstrija.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
Zweigelt - Rotburger |
|
Grüner Veltliner - Weißgipfler |
|
Zweigelt - Blauer Zweigelt |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Fil-parti tal-Lvant tal-viċinat ta’ Kremstal, ix-xaqlibiet weqfin tas-sodda tal-blat tat-tranżizzjoni ta’ Wachau f’art imtarrġa b’ħamrija “loess”, li tinstab ukoll fit-Traisental, fil-Kamptal u fuq il-Wagram. Il-ħamrija vulkanika tista’ tinstab ukoll fil-Kamptal. It-temp huwa influwenzat mill-klima sħuna Pannonjana fil-Lvant u minn kurrenti kesħin mill-Waldviertel.
L-istruttura tal-produzzjoni fir-reġjun tal-inbid tal-Awstrija ta’ Isfel hija kkaratterizzata minn negozji tal-vitikultura mmexxija mill-familji, li prinċipalment jipproċessaw l-għeneb mill-produzzjoni tagħhom stess u, f’ħafna każijiet, ibigħu wkoll direttament mill-azjendi agrikoli tagħhom. Hemm rabta qawwija bejn il-livell għoli tat-turiżmu u l-industrija tal-inbid. Għadd żgħir ta’ impriżi kbar (fabbriki tal-inbid u kooperattivi tal-vitikultura) jissupplimentaw l-azjendi mmexxija mill-familji. Kważi 80 % tal-inbid prodott fir-reġjun tal-vitikultura tal-Awstrija ta’ Isfel huwa nbid abjad. Jiġi prodott ukoll l-inbid aħmar, prinċipalment fil-parti tal-Awstrija ta’ Isfel influwenzata mill-klima Pannonjana, lejn in-Nofsinhar u l-Lvant ta’ Vjenna. L-inbejjed Zweigelt b’togħma ta’ frott u l-inbejjed Blaufränkisch b’togħma ta’ ħwawar huma predominanti. L-inbejjed bojod ivarjaw minn inbejjed friski u b’togħma ta’ frott, bħall-Grüner Veltliner b’togħma karatteristika ta’ bżar, għal inbejjed qawwija u rikki li jiġu mmaturati fi btieti tal-injam/barriques tradizzjonali. Il-ħamrija tas-sodda tal-blat mikula bil-kundizzjonijiet tat-temp u l-ħamrija vulkanika jipproduċu nbejjed fuq bażi minerali u b’togħma ta’ ħwawar, filwaqt li d-depożiti tal-ħamrija “loess” fuq l-art imtarrġa jwasslu għal tip ta’ nbid aktar qawwi u ta’ kwalità tajba ħafna. Il-klima Pannonjana sħuna, u l-arja friska mill-Waldviertel, li jwasslu għal iljieli kesħin, jikkawżaw differenza fit-temperatura bejn il-ġurnata u l-lejl, li tagħti lill-inbejjed struttura aċiduża qawwija.
9. Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħrajn)
|
Qafas ġuridiku: |
|
Leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri: |
|
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata |
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
Skont l-Att tal-Awstrija dwar l-Inbid, inbid bid-denominazzjoni tal-oriġini “Niederösterreich” jista’ jiġi kkumerċjalizzat biss jekk ikollu numru uffiċjali tal-kontroll tal-kwalità [Staatliche Prüfnummer]. Din ir-regola ma tapplikax għal “Sekt” jew “Qualitätsschaumwein”. Sabiex jinkiseb numru tal-kontroll tal-kwalità, kampjun ta’ kull inbid li għandu jiġi kkumerċjalizzat bid-denominazzjoni tal-oriġini “Niederösterreich” (kontroll sistematiku) irid ikun soġġett għal testijiet analitiċi u organolettiċi. Fit-test sensorjali, l-inbejjed jiġu ttestjati minn bord tad-dewqan uffiċjali. Bord tad-dewqan uffiċjali jikkonsisti f’sitt assaġġaturi u president tal-bord tad-dewqan. Il-kampjuni jitqiegħdu quddiem l-assaġġaturi b’mod anonimu. Il-formola tat-test tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni, bħad-denominazzjoni tradizzjonali (“Qualitätswein”, “Spätlese”, eċċ.), il-varjetà u s-sena. L-assaġġaturi jużaw l-esperjenza tagħhom u jistabbilixxu nbejjed ta’ referenza biex jiġġudikaw jekk l-inbejjed ippreżentati lilhom humiex tipiċi f’termini ta’ varjetà, sena u denominazzjoni tradizzjonali u jekk jistgħux jiġi kkumerċjalizzat (ħielsa minn imperfezzjonijiet). Il-mistoqsija tad-dewqan titwieġeb iva jew le. Jekk il-ġudizzju jkun negattiv, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda jridu jingħataw bil-miktub. Il-kampjun jissodisfa r-rekwiżiti sensorjali jekk il-maġġoranza tal-assaġġaturi jkunu ġġudikawh b’mod pożittiv. Jekk l-opinjoni tal-ewwel bord tad-dewqan tinqasam b’mod indaqs fuq kampjun partikolari, il-kampjun jiġi ppreżentat lil bord ieħor. Jekk l-opinjoni tinqasam b’mod indaqs darbtejn, ir-riżultat globali tat-test ikun negattiv.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.bmlrt.gv.at/land/produktion-maerkte/pflanzliche-produktion/wein/Weinherkunft.html