ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 293

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
4 ta' Settembru 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 293/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9912 — Genstar/TA/Brinker) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 293/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-3 ta' Settembru 2020

2

2020/C 293/03

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 293/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9909 — ISTA International/Aareal Bank/Objego) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 293/05

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

6


 

Rettifika

 

Rettifika tal-Pubblikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel ( ĠU C 336, 7.10.2019 )

16


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9912 — Genstar/TA/Brinker)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 293/01)

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9912. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta' Settembru 2020

(2020/C 293/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1813

JPY

Yen Ġappuniż

125,85

DKK

Krona Daniża

7,4401

GBP

Lira Sterlina

0,89135

SEK

Krona Żvediża

10,3393

CHF

Frank Żvizzeru

1,0776

ISK

Krona Iżlandiża

164,50

NOK

Krona Norveġiża

10,5315

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,368

HUF

Forint Ungeriż

358,05

PLN

Zloty Pollakk

4,4269

RON

Leu Rumen

4,8473

TRY

Lira Turka

8,7907

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6219

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5491

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1555

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7579

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6131

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 406,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,8058

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0802

HRK

Kuna Kroata

7,5355

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 536,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,8994

PHP

Peso Filippin

57,389

RUB

Rouble Russu

88,9825

THB

Baht Tajlandiż

37,140

BRL

Real Brażiljan

6,3424

MXN

Peso Messikan

25,7175

INR

Rupi Indjan

86,8615


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


4.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/3


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 293/03)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni  (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu tar-rieżami

Raġunijiet tad-Deċiżjoni

C(2020) 5826 final

It-28 ta’ Awwissu 2020

Dikromat tas-sodju

Numru tal-KE: 234-190-3, numru tal-CAS: 7789-12-0, 10588-01-9

Società Chimica Bussi S.p.A.

Piazzale Elettrochimica 1, 65022 Bussi sul Tirino, Italy.

REACH/20/16/0

Addittiv li jrażżan ir-reazzjonijiet parassitiċi u l-evoluzzjoni tal-ossiġenu, il-kapaċità mewwieta tal-pH u l-protezzjoni kontra l-korrużjoni tal-katodu fil-manifattura elettrolitika tal-klorit tas-sodju

12-il sena mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9909 — ISTA International/Aareal Bank/Objego)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 293/04)

1.   

Fis-26 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ISTA International GmbH (“ISTA International”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn CK Hutchison Holdings Limited u CK Assets Holdings Limited (it-tnejn f’Ħong Kong/il-Gżejjer Kajman),

Aareal Bank AG (“Aareal Bank”, il-Ġermanja),

Objego GmbH, (“Objego”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn ISTA International.

ISTA International u Aaereal Bank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Objego.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ISTA International: kejl separat u servizzi relatati fil-Ġermanja, Franza u d-Danimarka,

Aareal Bank: finanzjament tal-proprjetà immobbli u servizzi relatati, kif ukoll soluzzjonijiet ta’ software għal impriżi tal-proprjetà immobbli;

Objego: l-iżvilupp u t-tħaddim ta’ pjattaforma diġitali li tipprovdi u tirranġa servizzi fis-setturi tal-proprjetà immobbli u tal-enerġija u setturi ta’ servizzi relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9909 — ISTA International/Aareal Bank/Objego

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

4.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 293/05)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI MHUX MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“TEPERTŐS POGÁCSA”

Nru tal-UE: TSG-HU-00060-AM02 – 13.10.2018

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem il-grupp: Magyar Pékek Fejedelmi Rendje

Indirizz:

Komárom

Dunapart u. 1.

2900

MAGYARORSZÁG/L-UNGERIJA

Telefon: +36 302593014

Posta elettronika: nardaianita@gmail.com

L-applikazzjoni għal emenda ġiet ippreżentata mill-grupp ta’ produtturi li applika għar-reġistrazzjoni fl-UE tat-“Tepertős pogácsa” u tinkludi xi wħud mill-produtturi tat-“Tepertős pogácsa”.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Ungerija

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Metodu ta’ produzzjoni

Oħrajn: Punt 3.2

4.   Tip ta’ emenda/I

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta' STG irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i:

5.1.   Il-punt 3.2 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.2 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

Qabel: L-aġġettiv “tepertős” fid-denominazzjoni jiddeskrivi t-“tepertő” (il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi), li huwa dak li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon, li, wara li jitqatta’ f’biċċiet żgħar, jipprovdi, f’forma kremuża, l-ingredjent bażiku karatteristiku tal-“prodott moħmi tond tal-ikel” (pogácsa).

Emenda: L-aġġettiv “tepertős” fl-isem tal-prodott jiddeskrivi t-“tepertő” (il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi), li huwa dak li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon, li wara li jitqatta’ f’biċċiet żgħar, jipprovdi, fil-forma ta’ qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew ta’ krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda, l-ingredjent bażiku karatteristiku tal-prodott moħmi tond tal-ikel (pogácsa). Il-varjetà li nsibu llum, forma ta’ ċilindru, saret popolari fl-Ungerija fl-aħħar tal-Medjuevu. Dan il-kejk tond qisu ħobża, magħmul b’diversi tipi ta’ għaġina, kien l-aktar oġġett tal-ikel popolari fil-kċina tar-raħħala tal-Ungerija u l-popolarità tiegħu ma naqset qatt minn dakinhar ’l hawn.

Raġuni: Il-prodotti li fihom il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, li hija prodott sekondarju tal-qali tax-xaħam tal-bacon, dehru fis-suq bil-kelma “tepertő”. L-emenda tagħmel id-definizzjoni aktar ċara.

5.2.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.5 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

Il-parti tad-deskrizzjoni tal-“Tepertős pogácsa” dwar id-daqs u l-piż:

Qabel:

dijametru: 3-5 cm

piż: 25-50 g

Emenda:

dijametru: 3-10 cm

piż: 25-100 g

Raġuni: Kien hemm bidla fid-drawwiet tal-konsumaturi u tal-produtturi: hemm domanda kbira għat‐“Tepertős pogácsa” li huma akbar fid-daqs, u għalhekk żdiedu kemm fid-daqs kif ukoll fil-piż.

5.3.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.5 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

Il-kontenut tax-xaħam tal-prodott meta mqabbel mal-piż tad-dqiq:

Qabel: Il-prodott fih bejn 20 u 30 % ta’ xaħam meta mqabbel mal-piż tal-materja niexfa u bejn 25 u 40 % ta’ qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi meta mqabbel mal-piż tad-dqiq.

Emenda: Il-prodott fih tal-anqas 30 % ta’ xaħam meta mqabbel mal-piż tad-dqiq, li tal-anqas 25 % minnu fih il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi.

Raġuni: Il-kontenut tax-xaħam tal-prodott finali ġie speċifikat meta mqabbel mal-piż tad-dqiq (l-ingredjent ewlieni) aktar milli mal-piż tal-materja niexfa (il-prodott finali). Din l-emenda ma tibdilx l-ammont ta’ xaħam fil-prodott finali, u hija biss il-bażi li magħha huwa relatat il-perċentwal. Il-bidla tippermetti li x-xaħam jiġi kkalkulat b’mod aktar preċiż, abbażi tal-ingredjent, jiġifieri d-dqiq, aktar milli l-kontenut tal-materja niexfa tal-prodott finali. Il-vantaġġ ta’ dan il-metodu ta’ kalkolu huwa li jkun aktar faċli li jiġi applikat u vverifikat f’termini tekniċi. Minħabba li r-rabta hija bbażata fuq il-perċentwal tal-ingredjent ewlieni, il-perċentwal massimu ta’ xaħam m’għadux irid jiġi speċifikat, li jagħmilha aktar faċli biex tiġi vverifikata l-Ispeċifikazzjoni.

5.4.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.5 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

L-għamla tal-prodott fit-tabella bit-titolu “Karatteristiċi organolettiċi”:

Qabel: “Tonda u ċilindrika minn kull naħa”

Emenda: Imqassra għal “Tonda u ċilindrika”.

Raġuni: Il-prodott jista’ jsir kemxejn deformat waqt li jkun qiegħed jogħla u jinħema.

5.5.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.5 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

Il-kontenut tax-xaħam tal-prodott finali kkalkulat meta mqabbel mal-piż tal-materja niexfa, fis-sottotaqsima “Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi”:

Qabel: 20-30 % (m/m)

Emenda: tal-inqas 20 % (m/m)

Raġuni: Ir-rekwiżit minimu ta’ 20 % ta’ kontenut tax-xaħam tal-prodott finali ikkalkulat meta mqabbel mal-piż tal-materja niexfa jikkorrispondi għall-minimu ta’ 30 % ta’ kontenut tax-xaħam ikkalkulat meta mqabbel mal-piż tad-dqiq, kif speċifikat fil-punt 5.3 tal-emenda. M’hemm l-ebda ħtieġa li jiġi speċifikat kwalunkwe limitu massimu, peress li l-kwantità ta’ ingredjenti użati biex isir il-prodott diġà jiddetermina l-kontenut tax-xaħam tal-prodott finali.

5.6.   Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-aħħar paragrafu tal-punt 1.7 tal-Ispeċifikazzjoni attwali)

Qabel: Minħabba l-kontenut tax-xaħam ta’ bejn 20 u 30 % tiegħu, miksub mill-użu tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u tax-xaħam, it-“Tepertős pogácsa” għandu valur nutrittiv ogħla, jinxef iktar bil-mod u jżomm iktar tajjeb minn prodotti oħrajn tal-istess kategorija.

Emenda: Minħabba l-kontenut tax-xaħam ta’ mhux anqas minn 20 %, miksub mill-użu tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u tax-xaħam, it-“Tepertős pogácsa” għandu valur nutrittiv għoli, jinxef bil-mod u jżomm tajjeb.

Raġuni: Minħabba li l-kontenut tax-xaħam inbidel għal tal-anqas 20 % (ara r-raġuni taħt il-punt 5.5), il-formulazzjoni ġiet iċċarata u tħassret l-informazzjoni mhux rilevanti.

5.7.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.9 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

It-tabella fit-taqsima “Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tal-karattru speċifiku” ġiet emendata kif ġej:

Qabel: Kontenut ta’ xaħam – Rekwiżit minimu: 20-30 %

Emenda: Kontenut ta’ xaħam – Rekwiżit minimu: 20 %

Raġuni: L-Ispeċifikazzjoni u r-rekwiżiti għall-verifika tal-karattru speċifiku għandhom ikunu allinjati.

5.8.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.9 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

It-tabella fit-taqsima “Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tal-karattru speċifiku” ġiet emendata kif ġej fil-kolonna “Metodu ta’ verifika u frekwenza”:

Qabel: (rigward il-kontenut ta’ xaħam) F’konformità mad-deskrizzjoni tal-prodott mogħtija fil-punt 3.5, f’laboratorju darba kull sitt xhur.

Emenda: F’konformità mal-Ispeċifikazzjoni.

Raġuni: Abbażi tal-kwantità u l-kwalità tal-ingredjenti msemmija fid-dokumentazzjoni ta’ segwitu u fil-lista ta’ materjali, il-kontenut tax-xaħam tal-prodott jista’ jiġi ddeterminat billi jiġi kkalkulat, minflok permezz ta’ testijiet tal-laboratorju għaljin.

5.9.   Il-punt 4.1 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.9 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

It-tabella fit-taqsima “Rekwiżiti minimi u proċeduri għall-verifika tal-karattru speċifiku” ġiet emendata kif ġej fir-ringieli “Qarquċa mill-ġilda tal-majjal mixwi (jew il-krema tagħha)” u “ingredjenti”:

Qabel: Abbażi tad-dokumentazzjoni tal-prodott jew tal-iskeda tal-prodott skont il-lottijiet.

Emenda: Abbażi tal-fajl tal-prodott.

Raġuni: It-terminu usa’ “fajl tal-prodott” għandu jintuża, għaliex id-dulċiera jużaw rekord ta’ proporzjonijiet materjali, filwaqt li l-furnara jużaw folja tal-prodott. Dawn huma magħrufa kollettivament bħala “fajl tal-prodott”.

5.10.   Il-punt 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.6 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

“Materja prima”:

Qabel: Kienet inkluża biss il-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi.

Emenda: Il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi żdiedu mal-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda.

Għall-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi:

Jintużaw biss il-qarquċiet friski mingħajr ġilda, li huma magħmulin mill-biċċiet moqlija tax-xaħam li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam.

Raġuni: Għandha titqies il-firxa ta’ prattiki użati mill-produtturi biex jissodisfaw id-domanda tal-konsumaturi, minħabba li l-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi biss jistgħu jintużaw biex jiġi prodott dan il-prodott tal-ħami mingħajr ma jiġu affettwati l-karatteristiċi tal-prodott.

5.11.   Il-punt 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni (il-punt 1.6 tal-Ispeċifikazzjoni attwali):

Dan li ġej żdied mat-taqsima “Materja prima” dwar il-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi:

Qabel:

Qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi mingħajr il-ġilda: 70 sa 75 % mill-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija magħmula mill-biċċiet tax-xaħam li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam;

Xaħam: 25 sa 30 % mill-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija magħmula mix-xaħam li jkun hemm waqt li jkun qed jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam;

Emenda:

Qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi mingħajr il-ġilda: 70 sa 75 % mill-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija magħmula mill-biċċiet tax-xaħam li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam;

Xaħam: 25 sa 30 % mill-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija magħmula mix-xaħam li jkun hemm waqt li jkun qed jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam;

Rekwiżit importanti hu li ma għandhomx jiżdiedu addittivi, preservattivi, qarquċiet mit-tessut xaħmi ta’ annimali oħra, xaħam magħmul mill-ħxejjex jew marġerina, sabiex tkun ippreparata l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi; jintużaw biss il-qarquċiet friski mingħajr ġilda.

Raġuni: Sabiex l-Ispeċifikazzjoni tkun aktar preċiża teknikament.

5.12.   Fit-taqsima “Il-produzzjoni tal-varjetà tat-“TEPERTŐS POGÁCSA” magħmula bl-għaġina tat-torti:

Qabel: L-ewwel fażi: il-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

Emenda: L-ewwel fażi hija l-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u tal-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda.

Raġuni: Sabiex l-Ispeċifikazzjoni tkun aktar preċiża teknikament.

5.13.   L-ewwel sentenza tad-deskrizzjoni tal-ewwel fażi

Qabel: Il-qarquċiet friski mingħajr ġilda jkunu ċċattjati b’lembuba...

Emenda: Waqt il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi, il-qarquċiet friski mingħajr ġilda jkunu ċċattjati b’lembuba...

Raġuni: Żdiedu l-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi biex l-Ispeċifikazzjoni tkun aktar preċiża teknikament.

5.14.   Ir-raba’ sentenza tad-deskrizzjoni tal-ewwel fażi

Qabel: Il-krema u x-xaħam jitħawdu b’mgħarfa tal-injam jew b’magna li tħawwad l-ingredjenti.

Emenda: Waqt il-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u x-xaħam jitħawdu b’mgħarfa tal-injam jew b’magna li tħawwad l-ingredjenti.

Raġuni: Sabiex l-Ispeċifikazzjoni tkun aktar preċiża teknikament.

5.15.   Il-ħames sentenza tal-ewwel fażi fil-punt 1.6 tal-Ispeċifikazzjoni oriġinali

Qabel: Rekwiżit importanti hu li ma għandhomx jiżdiedu addittivi, preżervattivi, qarquċiet tal-wiżż, xaħam magħmul mill-ħxejjex jew marġerina sabiex tkun ippreparata l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi; jintużaw biss il-qarquċiet friski mingħajr ġilda.

Emenda: Rekwiżit importanti hu li ma għandhomx jiżdiedu addittivi, preservattivi, qarquċiet mit-tessut xaħmi ta’ annimali oħra, xaħam magħmul mill-ħxejjex jew marġerina, sabiex tkun ippreparata l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi; jintużaw biss il-qarquċiet friski mingħajr ġilda.

Raġuni: Ġie ċċarat li ma jistgħux jintużaw il-qarquċiet magħmulin mix-xaħam ta’ annimali oħra, u mhux biss mill-qarquċiet tal-wiżż.

Barra minn hekk, is-sentenza emendata tressqet fit-taqsima “Materja prima” fil-punt 4.2 tal-Ispeċifikazzjoni attwali, minħabba li din fiha informazzjoni rilevanti li tapplika kemm għat-“tepertős pogácsa” magħmulin bl-għaġina tat-torti kif ukoll għal dawk magħmulin bl-għaġina sfiljurata.

5.16.   Is-sitt sentenza tad-deskrizzjoni tal-ewwel fażi

Qabel: Il-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi prodotta b’mod industrijali wkoll għandha tissodisfa r-rekwiżiti marbutin mal-produzzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi.

Emenda: Kull min juża l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi prodotta b’mod industrijali għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.

Raġuni: Inbidlet biss il-formulazzjoni tas-sentenza; it-tifsira tibqa’ l-istess.

5.17.   It-tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina, l-ewwel sentenza:

Qabel: Sabiex it-taħlita tkun omoġenja, għandhom jiżdiedu bejn 250 u 400 gramma ta’ krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi ma’ kull kilo dqiq tal-qamħ.

Emenda: Sabiex it-taħlita tkun omoġenja, għandhom jiżdiedu tal-anqas 300 g qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda ma’ kull kilo dqiq tal-qamħ.

Raġuni: Minħabba li t-togħma tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija aktar distintiva, il-valur minimu kellu jiżdied, u mhuwa meħtieġ l-ebda valur massimu.

5.18.   It-tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina, it-tielet sentenza:

Qabel: 2,5 % melħ, 0,001 % bżar mitħun, u biżżejjed krema biex tinkiseb għaġina relattivament iebsa,

Emenda: mhux aktar minn 3,5 % melħ, 0,5 % bżar mitħun u biżżejjed krema u/jew ilma biex tinkiseb għaġina relattivament iebsa,

Raġuni: Qabel, il-kwantità ta’ melħ u bżar kienet baxxa ħafna. Din kellha tiżdied minħabba t-togħma distintiva. Barra minn hekk, il-kliem “u/jew ilma” għandhom jiżdiedu wara “krema”, minħabba li xi kultant, l-ilma jista’ jkun li jkollu jintuża flimkien mal-krema, sabiex tiġi aġġustata l-ħxuna tal-għaġina.

5.19.   Is-sentenza li ġejja tat-tieni fażi:

Qabel: Il-qtugh ġeneralment isir b’għodda għall-qtugħ tal-għaġina li jkollha dijametru ta’ bejn 3 u 6 cm,

Emenda: Il-qtugh ġeneralment isir b’għodda għall-qtugħ tal-għaġina li jkollha dijametru ta’ 10 cm,

Raġuni: Il-limitu massimu kellu jinbidel minħabba bidliet fid-drawwiet tal-konsumaturi u tal-produtturi.

5.20.   L-aħħar paragrafu tat-tieni fażi:

Qabel: Il-ftajjar jitħallew jogħlew għal bejn 50 u 55 minuta fit-turtiera, imbagħad jinħmew għal bejn 12 u 15‐il minuta f’forn jaħraq f’temperatura ta’ bejn 220 u 240 C. U mbagħad ikunu saru.

Emenda: Il-ftajjar jitħallew jogħlew għal bejn 50 u 55 minuta fit-turtiera, imbagħad jinħmew f’forn jaħraq f’temperatura ta’ bejn 220 u 240 °C u mbagħad ikunu saru. Il-ħin tal-ħami huwa ta’ bejn 8 u 18-il minuta, skont il-piż tal-prodott u l-qawwa tal-forn.

Raġuni: Il-ħinijiet tal-ħami huma standard. Il-ħin tal-ħami għandu jiġi stabbilit skont il-piż tal-prodott u l-karatteristiċi tekniċi tal-forn.

5.21.   Fit-taqsima “Il-produzzjoni tal-varjetà “TEPERTŐS POGÁCSA” magħmula bl-għaġina sfiljurata”:

Qabel: L-ewwel fażi: il-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

Il-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija simili għal dik użata għall-varjetà magħmula bl-għaġina tat-torti. L-unika differenza hija li, minbarra x-xaħam u l-qarquċa tal-majjal mingħajr il-ġilda, għal din il-varjetà jiżdiedu wkoll il-melħ (madwar 1,5 % skont il-piż tad-dqiq) u l-bżar mitħun fin ħafna (madwar 0,001 % skont il-piż tad-dqiq).

Emenda: L-ewwel fażi: il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

Il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u tal-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda hija simili għal dik użata għall-varjetà magħmula bl-għaġina tat-torti. L-unika differenza hija li, minbarra x-xaħam u l-qarquċa tal-majjal mingħajr il-ġilda, għal din il-varjetà jiżdiedu wkoll il-melħ (madwar 3,5 % skont il-piż tad-dqiq) u l-bżar mitħun fin ħafna (madwar 0,5 % skont il-piż tad-dqiq).

Raġuni: F’konformità mat-taqsimiet preċedenti, il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi ġew miżjuda mal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, u l-ammont ta’ melħ u bżar użat żdied.

5.22.   It-tielet sentenza tat-“tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina”

Qabel: u biżżejjed krema biex tinkiseb għaġina li ma tkunx iebsa żżejjed, li ma titfarrakx u li tkun tista’ tinħadem faċilment. Għal din il-varjetà, huwa importanti li l-ingredjenti u l-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda jinżammu f’temperatura baxxa sabiex dawn il-qarquċiet ikkapuljati jew din il-krema jkunu jistgħu jisseparaw is-saffi tal-għaġina meta tkun qed tiġi ppreparata l-għaġina sfiljurata.

Emenda: u biżżejjed krema u/jew ilma biex tinkiseb għaġina li ma tkunx iebsa żżejjed, li ma titfarrakx u li tkun tista’ tinħadem faċilment. Għal din il-varjetà, huwa importanti li l-ingredjenti u l-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda jinżammu f’temperatura baxxa sabiex dawn il-qarquċiet ikkapuljati jew din il-krema jkunu jistgħu jisseparaw is-saffi tal-għaġina meta tkun qed tiġi ppreparata l-għaġina sfiljurata.

Raġuni: Il-kliem “u/jew ilma” għandhom jiżdiedu ma’ “krema”, minħabba li xi kultant, l-ilma jista’ jkun li jkollu jintuża flimkien mal-krema, sabiex tiġi aġġustata l-ħxuna tal-għaġina. Barra minn hekk, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-kliem “qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi” żdiedu ma’ “krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda”.

5.23.   Ir-raba’ paragrafu tat-“tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina”

Qabel: permezz ta’ għodda għall-qtugħ tal-għaġina b’dijametru ta’ bejn 3 u 6 cm

Emenda: permezz ta’ għodda għall-qtugħ tal-għaġina b’dijametru ta’ bejn 3 u 10 cm

Raġuni: Il-limitu massimu kellu jinbidel minħabba bidliet fid-drawwiet tal-konsumaturi u tal-produtturi.

5.24.   L-aħħar paragrafu tat-“tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina”

Qabel: il-ftajjar jitpoġġew fit-turtiera tal-ħami u jitħalla spazju omoġenju bejniethom; huma jitħallew jogħlew għal bejn 40 u 45 minuta u mbagħad jinħmew għal bejn 8 u 10 minuti f’forn jaħraq f’temperatura ta’ bejn 220 u 240 C. U mbagħad ikunu saru.

Emenda: il-ftajjar jitpoġġew fit-turtiera tal-ħami u jitħalla spazju omoġenju bejniethom; huma jitħallew jogħlew għal bejn 40 u 45 minuta, imbagħad jinħmew f’forn jaħraq f’temperatura ta’ bejn 220 u 240 °C u mbagħad ikunu saru. Il-ħin tal-ħami huwa ta’ bejn 8 u 18-il minuta, skont il-piż tal-prodott u l-qawwa tal-forn.

Raġuni: Il-ħinijiet tal-ħami huma standard. Il-ħin tal-ħami għandu jiġi stabbilit skont il-piż tal-prodott u l-karatteristiċi tekniċi tal-forn.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“TEPERTŐS POGÁCSA”

Nru tal-UE: TSG-HU-00060-AM02 – 13.10.2018

“L-Ungerija”

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat

“Tepertős pogácsa”

Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, it-tikketta tista’ tinkludi l-informazzjoni li ġejja: “magyar hagyományok szerint előállított” (prodott skont it-tradizzjonijiet Ungeriżi). Din l-informazzjoni għandha tkun tradotta wkoll fil-lingwi uffiċjali l-oħrajn.

2.   Tip ta’ prodott [bħal fl-anness xi]

Klassi 2.24: prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Il-prodott:

jirriżulta minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel;

huwa manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

It-“Tepertős pogácsa” huwa prodott moħmi tal-ikel tond, f’għamla ta’ ċilindru u mħawwar bil-melħ u l-bżar. Dan ikun fih il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda, ix-xaħam tal-majjal u l-ħmira biex jogħla, u l-konsistenza tiegħu tista’ tkun tal-għaġina tat-torti (omlós) jew tal-għaġina sfiljurata (leveles). Il-wiċċ tiegħu huwa kannella ħamrani u huwa mmarkat kaxxi kaxxi. Il-karattru speċifiku tat-“Tepertős pogácsa” ġej mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, li hija l-biċċiet li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam. Dan il-prodott għandu togħma tal-prodotti moqlija użati fil-qarquċiet tal-ġilda tal-majjal mixwi u huwa pjaċevolment mielaħ u jtiegħem ftit il-bżar.

3.2.   Jekk l-isem:

kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku;

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

L-aġġettiv “tepertős” fl-isem tal-prodott jiddeskrivi t-“tepertő” (il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi), li huwa dak li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon, li wara li jitqatta’ f’biċċiet żgħar, jipprovdi, fil-forma ta’ qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew ta’ krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda, l-ingredjent bażiku karatteristiku tal-prodott moħmi tond tal-ikel (pogácsa). Il-varjetà li nsibu llum, forma ta’ ċilindru, saret popolari fl-Ungerija fl-aħħar tal-Medjuevu. Dan il-kejk tond qisu ħobża, magħmul b’diversi tipi ta’ għaġina, kien l-aktar oġġett tal-ikel popolari fil-kċina tar-raħħala tal-Ungerija u l-popolarità tiegħu ma naqset qatt minn dakinhar ’l hawn.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

It‐“Tepertős pogácsa” huwa prodott moħmi tal-ikel tond, f’għamla ta’ ċilindru u mħawwar bil-melħ u l-bżar, b’dijametru ta’ bejn 3 u 10 cm u piż ta’ bejn 25 u 100 g. Dan ikun fih il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda, ix-xaħam tal-majjal u l-ħmira biex jogħla, u l-konsistenza tiegħu tista’ tkun tal-għaġina tat-torti (omlós) jew tal-għaġina sfiljurata (leveles). Il-wiċċ tiegħu huwa kannella ħamrani u huwa mmarkat kaxxi kaxxi. Minn taħt huwa ċatt u ta’ lewn kannella ħamrani. Ġo fih, il-prodott ikollu biċċiet tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi mqassmin b’mod omoġenju. Il-varjetà magħmula bl-għaġina tat-torti tista’ tinqasam f’biċċiet, filwaqt li dik magħmula bl-għaġina sfiljurata hija iktar maħlula u jkun fiha ħafna saffi. Dan il-prodott għandu togħma tal-prodotti moqlija użati fil-qarquċiet tal-ġilda tal-majjal mixwi u huwa pjaċevolment mielaħ u jtiegħem ftit il-bżar. Il-prodott fih tal-anqas 30 % ta’ xaħam meta mqabbel mal-piż tad-dqiq, li tal-anqas 25 % minnu fih il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi. Mill-inqas 60 % tal-kontenut tax-xaħam ġej mill-qarquċiet tal-ġilda tal-majjal mixwi.

Karatterisiċi organolettiċi

 

Il-varjetà tat-“Tepertős pogácsa” magħmula bl-għaġina tat-torti

Il-varjetà tat-“Tepertős pogácsa” magħmula bl-għaġina sfiljurata

Forma

Tonda u ċilindrika.

Tonda u ċilindrika, iżda tista’ tkun immejla xi ftit lejn naħa jew oħra.

Qoxra

Il-wiċċ ikun ileqq, kannella ħamrani u mmarkat kaxxi kaxxi fil-fond. Il-ġenb għandu kulur ir-ramel u matt u l-qiegħ huwa kannella ħamrani u matt.

Konsistenza interna

Konsistenza tal-għaġina tat-torti iżda li ma titfarrakx. Il-biċċiet tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi huma mqassma b’mod omoġenju u għandhom kulur kannella ċar ħafna.

Konsistenza tal-għaġina sfiljurata, magħmula minn saffi differenti li bejniethom ikunu jidhru l-biċċiet tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, u li għandhom kulur kannella ċar ħafna.

Togħma

Togħma karatteristika tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, pjaċevolment mielħa u bi ftit bżar.

Palat

Palat karatteristiku tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u tax-xaħam; aroma ta’ bżar.

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi

Kontenut tax-xaħam: il-kontenut tax-xaħam tal-prodott finali meta mqabbel mal-piż tal-materja niexfa huwa ta’ tal-anqas 20 % (m/m)

Kontenut tal-melħ: il-kontenut tal-melħ tal-prodott finali meta mqabbel mal-piż tal-materja niexfa huwa ta’ mhux iktar minn 4 % (m/m)

Il-karattru speċifiku tal-prodott huwa bbażat fuq dan li ġej:

il-materja prima li hija l-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u x-xaħam,

it-teknika speċjali użata għall-preparazzjoni tal-għaġina,

il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi.

Il-materja prima, li hija l-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, tagħti lill-prodott in-natura tiegħu.

Il-karattru speċifiku tat-“Tepertős pogácsa” ġej mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, li hija l-biċċiet li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam. Il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi fiha bejn 12 u 13 % proteina u bejn 82 u 84 % xaħam, u 60 % tal-kontenut tax-xaħam tal-prodott ikun ġej minnha.

It-teknika speċjali tal-preparazzjoni tal-għaġina

Il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi li tintuża għall-varjetà magħmula bl-għaġina tat-torti tagħmilha possibbli wkoll li l-għaġina tiġi ppreparata pemezz ta’ teknika speċjali ta’ tiwi li tagħtiha l-konsistenza sfiljurata tagħha; barra minn hekk, il-kontenut għoli tax-xaħam jirrikjedi l-preparazzjoni speċjali tal-għaġina f’temperaturi kesħin ta’ bejn 24-26 °C.

Il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi

Minħabba l-kontenut tax-xaħam ta’ mhux anqas minn 20 %, miksub mill-użu tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u tax-xaħam, it-“Tepertős pogácsa” għandu valur nutrittiv għoli, jinxef bil-mod u jżomm tajjeb.

Rekwiżiti minimi għall-verifika tal-karattru speċifiku

Karattru speċifiku:

Rekwiżiti minimi:

Metodu ta’ verifika u frekwenza:

kontenut ta’ xaħam

tal-anqas 20 % (tal-materja niexfa) – jista’ jintuża biss ix-xaħam tal-majjal

F’konformità mal-Ispeċifikazzjoni.

Qarquċa mill-ġilda tal-majjal mixwi (jew il-krema tagħha)

għandha tintuża l-qarċuċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

għandha tintuża l-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi mingħajr il-ġilda

Abbażi tal-fajl tal-prodott.

ingredjenti

f’konformità mal-Ispeċifikazzjoni (qarċuċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, xaħam, dqiq tal-qamħ, bajd, isfar tal-bajd, ħalib, ħmira, inbid abjad jew ħall, krema u/jew ilma u bżar u melħ)

Abbażi tal-fajl tal-prodott.

karatteristiċi organolettiċi tal-prodott (kontenut, togħma u aroma)

konsistenza ta’ għaġina tat-torti jew ta’ għaġina sfiljurata

togħma u aroma karatteristiċi tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u bi ftit bżar

Test organolettiku kull xift.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li jridu jsegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti li jintużaw, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

MATERJA PRIMA:

qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

Għall-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi:

Jintużaw biss il-qarquċiet friski mingħajr ġilda, li huma magħmulin mill-biċċiet moqlija tax-xaħam li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam.

Għall-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi:

Qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi mingħajr il-ġilda: 70 sa 75 % mill-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija magħmula mill-biċċiet tax-xaħam li jibqa’ wara li jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam;

Xaħam: 25 sa 30 % mill-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi hija magħmula mix-xaħam li jkun hemm waqt li jkun qed jinqela x-xaħam tal-bacon li jkollu ftit jew xejn laħam;

Rekwiżit importanti hu li ma għandhomx jiżdiedu addittivi, preservattivi, qarquċiet mit-tessut xaħmi ta’ annimali oħra, xaħam magħmul mill-ħxejjex jew marġerina, sabiex tkun ippreparata l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi; jintużaw biss il-qarquċiet friski mingħajr ġilda.

Preparazzjoni tal-għaġina:

dqiq tal-qamħ jew dqiq tal-ispelt, bajd, isfar tal-bajd, ħalib, ħmira, inbid abjad jew ħall, krema u/jew ilma, melħ u bżar.

L-użu ta’ kwalunkwe tip ta’ addittiv tal-ikel biex jiġi ppreparat it-“Tepertős pogácsa” huwa pprojbit (pereżempju l-aġenti li jgħollu jew il-preżervattivi).

Metodu ta’ produzzjoni

Skont il-metodu ta’ produzzjoni użat għall-għaġina, it-“Tepertős pogácsa” jista’ jkollhom konsistenza tal-għaġina sfiljurata jew tal-għaġina tat-torti.

Il-produzzjoni tal-varjetà tat-“TEPERTŐS POGÁCSA” magħmula bl-għaġina tat-torti

L-ewwel fażi: il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

Waqt il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi, il-qarquċiet friski mingħajr ġilda jiġu ċċattjati b’lembuba sakemm ma jibqax biċċiet kbar jew mhux fini u sakemm il-biċċiet moqlija jitqassmu b’mod omoġenju. Dawn jistgħu wkoll jitqattgħu bil-magna tal-ikkapuljat. F’dan il-każ, għandu jintuża l-apparat bl-iżgħar toqob.

Waqt il-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u x-xaħam jitħawdu b’mgħarfa tal-injam jew b’magna li tħawwad l-ingredjenti.

Kull min juża l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi prodotta b’mod industrijali għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni.

It-tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina

Sabiex it-taħlita tkun omoġenja, għandhom jiżdiedu tal-anqas 300 g qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda ma’ kull kilo dqiq tal-qamħ. Il-krema magħmula mill-qarquċiet għandha tgħatti d-dqiq. Dan huwa essenzjali biex tinkiseb il-konsistenza tal-varjetà tal-għaġina tat-torti. L-ingredjenti kollha, jiġifieri d-dqiq imħallat mal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew mal-krema tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u, ma’ kull kilo dqiq, 5 % tal-ħmira attivata fil-ħalib, bajda waħda, isfar ta’ bajda, 0,02 % ta’ inbid abjad jew ħall, mhux aktar minn 3,5 % melħ, 0,5 % bżar mitħun, u biżżejjed krema biex tinkiseb għaġina relattivament iebsa, jintgħaġnu flimkien. It-taħlita tkompli tingħaġen sakemm l-għaġina tagħqad flimkien. Il-konsistenza meħtieġa tal-għaġina tat-torti ma tinkisibx jekk l-għaġina tintgħaġen iżżejjed.

Minħabba l-kontenut għoli ta’ xaħam tal-prodott, l-għaġina għandha ssir b’ingredjenti kesħin u għandha titħalla toqgħod f’post kiesaħ sakemm it-temperatura interna tagħha tilħaq is-26 °C. In-natura tal-prodott tippermetti wkoll li l-għaġina titħalla fil-friġġ f’temperatura ta’ bejn + 5 u + 8 °C għal tal-anqas tliet sigħat.

Wara, l-għaġina li tkun kesħet u għoliet tinfetaħ f’saff għoli daqs saba’ u l-wiċċ jiġi mmarkat fil-fond b’ħafna linji perpendikulari. Dan jista’ jsir permezz ta’ skieken miġbura flimkien, li jkunu mbegħdin 3 mm minn xulxin. Il-qtugh ġeneralment isir b’għodda għall-qtugħ tal-għaġina li jkollha dijametru ta’ bejn 3 u 10 cm, u wieħed għandu jara li l-forom ikunu omoġenji u li dawn jibqgħu kemm jista’ jkun ċilindriċi. Il-forma finali tintlaħaq billi l-għaġina tinfetaħ bil-pala tal-id. L-għadd ta’ ftajjar neċessarji biex timtela turtiera tal-forn jitpoġġew ħdejn xulxin fuq injama u jinksew, permezz ta’ pinzell tal-kċina, b’bajda mħabbta mingħajr ma din titħalla ċċarċar mal-ġnub tal-forom ċilindriċi. Meta l-bajda fuq wiċċ il-ftajjar tkun nixfet xi ftit, il-ftajjar jitpoġġew fit-turtiera u jitħalla spazju omoġenju bejniethom. Il-biċċiet tal-għaġina li jkun għad baqa’ jistgħu jingħaġnu flimkien mhux aktar minn darbtejn oħra bl-inqas tqandil possibbli u jistgħu jintużaw iktar tard wara li l-għaġina titħalla tistrieħ.

Il-ftajjar jitħallew jogħlew għal bejn 50 u 55 minuta fit-turtiera, imbagħad jinħmew f’forn jaħraq f’temperatura ta’ bejn 220 u 240 °C u mbagħad ikunu saru. Il-ħin tal-ħami huwa ta’ bejn 8 u 18-il minuta, skont il-piż tal-prodott u l-qawwa tal-forn.

Il-ftajjar jinbiegħu mhux ippakkjati (waħda waħda) jew ippakkjati minn qabel.

Il-produzzjoni tal-varjetà “TEPERTŐS POGÁCSA” magħmula bl-għaġina sfiljurata:

L-ewwel fażi: il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi

Il-preparazzjoni tal-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi u tal-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda hija simili għal dik użata għall-varjetà magħmula bl-għaġina tat-torti. L-unika differenza hija li, minbarra x-xaħam u l-qarquċa tal-majjal mingħajr il-ġilda, għal din il-varjetà jiżdiedu wkoll il-melħ (madwar 2,5 % skont il-piż tad-dqiq) u l-bżar mitħun fin ħafna (madwar 0,5 % skont il-piż tad-dqiq). Il-melħ jiżdied f’dan l-istadju minħabba li jekk l-ammont ta’ melħ neċessarju għat-togħma mielħa karatteristika tal-ftajjar jiżdied biss waqt il-preparazzjoni tal-għaġina, l-għaġina tinqasam u ma tkunx tista’ tinkiseb il-konsistenza sfiljurata tagħha.

F’dan il-każ, mill-kwantità ta’ xaħam indikata għall-preparazzjoni tal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, 50 %, jiġifieri nofs, għandu jiżdied mal-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi u n-nofs l-ieħor għandu jitħalla għal mal-għaġina.

It-tieni fażi: preparazzjoni tal-għaġina

L-hekk imsejħa għaġina bażika hija ppreparata bid-dqiq, bix-xaħam li jkun twarrab meta kienet qed tiġi ppreparata l-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi, bil-melħ (madwar 1 % skont il-piż tad-dqiq) u, ma’ kull kilo dqiq, 5 % tal-ħmira attivata fil-ħalib, 0,02 % inbid abjad jew ħall, possibbilment bajda waħda, isfar ta’ bajda u biżżejjed krema u/jew ilma biex tinkiseb għaġina li ma tkunx iebsa żżejjed, li ma titfarrakx u li tkun tista’ tinħadem faċilment.

Għal din il-varjetà, huwa importanti li l-ingredjenti u l-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa ta’ din il-ġilda jinżammu f’temperatura baxxa sabiex dawn il-qarquċiet ikkapuljati jew din il-krema jkunu jistgħu jisseparaw is-saffi tal-għaġina meta tkun qed tiġi ppreparata l-għaġina sfiljurata. Ix-xaħam bejn is-saffi rqaq tal-għaġina kiesħa jinħall waqt il-ħami u jevita li s-saffi tal-għaġina jeħlu ma’ xulxin. Sadanittant, l-ilma li jkun hemm fl-għaġina u fix-xaħam jinbidel fi fwar li jrattab is-saffi tal-għaġina u jisseparahom minn ma’ xulxin, hekk li l-prodott li jkun qed jinħema jinqasam f’saffi.

Il-konsistenza sfiljurata tal-prodott tista’ tinkiseb b’żewġ modi:

a)

Il-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi jiddellku b’mod uniformi fuq l-għaġina miftuħa rqiqa, imbagħad l-għaġina titrembel minn tarf wieħed. Dan ir-romblu jitħalla joqgħod għal bejn 15 u 30 minuta, imbagħad jinfetaħ għal darb’oħra f’saff irqiq u jitrembel f’direzzjoni perpendikulari meta mqabbel mat-trembil preċedenti. Jekk ma jseħħx dan it-tidwir, il-ftajjar jiġu irregolari meta jinħmew.

b)

L-għaġina bażika li tkun tħalliet toqgħod tinfetaħ f’saff irqiq u l-qarquċiet ikkapuljati tal-ġilda tal-majjal mixwi jew il-krema magħmula mill-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi jiddellku fuq il-wiċċ kull darba li tintewa l-għaġina. F’dan il-każ l-għaġina ma titrembilx, iżda tintewa (tal-anqas tliet darbiet).

Qabel il-ftuħ tal-aħħar, l-għaġina titħalla toqgħod għal tal-anqas 15-il minuta, imbagħad tinfetaħ sa ma tiġi ħoxna daqs saba’ (bejn 1 u 2 cm); il-wiċċ tagħha jiġi mmarkat fil-fond b’ħafna linji perpendikulari u tinqata’ permezz ta’ għodda għall-qtugħ tal-għaġina b’dijametru ta’ bejn 3 u 10 cm. L-għadd ta’ ftajjar neċessarji biex timtela turtiera tal-forn jitpoġġew ħdejn xulxin fuq injama u jinksew, permezz ta’ pinzell tal-kċina, b’bajda mħabbta mingħajr ma din titħalla ċċarċar mal-ġnub tal-forom ċilindriċi.

Meta l-bajda fuq wiċċ il-ftajjar tkun nixfet xi ftit, il-ftajjar jitpoġġew fit-turtiera tal-ħami u jitħalla spazju omoġenju bejniethom; huma jitħallew jogħlew għal bejn 40 u 45 minuta, imbagħad jinħmew f’forn jaħraq f’temperatura ta’ bejn 220 u 240 °C u mbagħad ikunu saru. Il-ħin tal-ħami huwa ta’ bejn 8 u 18-il minuta, skont il-piż tal-prodott u l-qawwa tal-forn.

Il-ftajjar jinbiegħu mhux ippakkjati (waħda waħda) jew ippakkjati minn qabel.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-kelma “pogácsa” (ftira żgħira) intużat għall-ewwel darba madwar l-1395, u oriġinarjament kienet tfisser kejk tond qisu ħobża moħmi fl-irmied u l-faħam. Fl-istejjer tradizzjonali Ungeriżi, dan il-prodott sar magħruf bħala “hamuban sült pogácsa” (ftira żgħira moħmija fl-irmied). Sa tmiem is-seklu 17, il-kelma użata għall-kejk tond qisu ħobża li kien jittiekel bħall-ħobż, kien ftira-ħobża jew ħobża forma ta’ ftira. Il-varjetà li nsibu llum, li hija iżgħar u forma ta’ ċilindru u mmarkata kaxxi kaxxi, saret popolari fl-Ungerija fl-aħħar tal-Medjuevu. Dan il-kejk tond qisu ħobża, magħmul b’diversi tipi ta’ għaġina, kien l-aktar oġġett tal-ikel popolari fil-kċina tar-raħħala tal-Ungerija u l-popolarità tiegħu ma naqset qatt minn dakinhar ’l hawn.

Żewġ kundizzjonijiet ippermettew l-iżvilupp tat-“Tepertős pogácsa”: l-ewwel, il-qali tax-xaħam mill-bacon saret attività komuni u, it-tieni, il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi saret oġġett tal-ikel ta’ kuljum. Skont deskrizzjoni ta’ familja nobbli mill-klassi tan-nofs fir-reġjun ta’ Somogy li tmur lura sa mill-1770, il-bacon moqli u l-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi saru parti mill-kċina tan-nobbiltà mis-seklu 18 ‘il quddiem. Dan huwa ppruvat mill-inventarji tal-wirt tal-familji nobbli, li juru li l-btieti żgħar għax-xaħam bdew jidhru fil-Pjanura l-Kbira mis-seklu 18 ‘il quddiem (Cegléd 1850-1900, ippubblikat mit-Cegléd Kossuth Múzeum, 1988, pp. 28, 30 Szűcs). Probabbilment id-drawwiet tal-qali tal-bacon u tal-konsum tax-xaħam saru parti mit-tradizzjoni popolari ta’ kif ir-raħħala kienu jippreparaw il-majjal f’nofs is-seklu 19, għaliex mill-1850 ‘il quddiem il-btieti tax-xaħam dehru fir-reġistri tal-irħula taż-żona li tinsab bejn id-Danubju u Tisza.

Skont id-data etnografika orali ta’ tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, il-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi kienet tintuża fid-djar tar-raħħala tar-reġjun ċentrali ta’ Tisza biex isir is-sapun, u mbagħad bil-mod il-mod din bdiet tittiekel. Wara li jinqatel il-majjal, il-ftajjar kienu jinħmew b’qarquċiet friski tal-ġilda tal-majjal mixwi, li ġeneralment kienu jkunu żgħar u mingħajr ġilda. Xogħlijiet ikkonsolidati importanti li saru fit-tletinijiet fil-qasam tal-etnografija jirreferu għal ftajjar magħmula b’għaġina li tkun għoliet jew le, abbażi tad-dqiq mill-qamħ u diġà miżjuda b’ingredjenti oħra, fost oħrajn bil-qarquċa (Bátky Zs.: “Táplálkozás” (Ikel) fi: A magyarság néprajza (L-etnografija tal-Ungeriżi), Budapest, 1933, p. 100) u għalhekk wieħed jista’ jsostni li ż-żieda tal-qarquċa tal-ġilda tal-majjal mixwi mill-bacon moqli mal-għaġina li tkun għoliet saret drawwa komuni fil-bidu tas-seklu 20.

Illum il-ġurnata, it-“Tepertős pogácsa” sar parti importanti mill-ikel ta’ kuljum u dan il-prodott jisserva wara s-sopop (tal-laħam jew tal-fażola) u jiġi offrut lill-mistednin waqt il-laqgħat u l-konferenzi. Jiġi offrut ukoll lil parteċipanti ta’ laqgħat jew konferenzi u huwa platt preferut fid-djar, speċjalment waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-familja (tiġijiet, magħmudijiet) jew festi (il-Milied, l-Għid); ħafna drabi jisserva wkoll bħala tnaqqir għal mal-inbid fl-agrituriżmu [Hagyományok Ízek Régiók, (Tradizzjonijiet Reġjonali tat-Togħmiet), vol. I, p. 145-147, 2001].

Diversi kotba tar-riċetti wrew ir-reputazzjoni ta’ dan il-prodott mill-1880 sal-lum, fosthom Dobos C. József: Magyar-Franczia szakácskönyv (Ktieb tat-tisjir Ungeriż u Franċiż) pp. 784-785, 1881; Rozsnyai Károly: Legújabb nagy házi cukrászat (Il-ħelu domestiku ta’ dan l-aħħar) p. 350, 1905; Kincses Váncza receptkönyv (Il-ktieb tar-riċetti ta’ Kincses Váncza) p. 21, 1920; Az Új idők második receptkönyve (It-tieni volum tal-ktieb tat-riċetti taż-żminijiet tal‐lum), p. 182, 1934; Hajdú Ernőné: Jaj, mit főzzek? (X’se nsajjar?), p. 73, 1941; Rudnay János: A magyar cukrászat remekei (Il-kapulavuri tal-ħelu Ungeriż), p. 89, 1973.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


Rettifika

4.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 293/16


Rettifika tal-Pubblikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 336 tas-7 ta’ Ottubru 2019 )

(2020/C 293/06)

Fil-paġna 8, il-punt 3.2, it-Taqsima Karatteristiċi mikrobijoloġiċi,

minflok:

“Capnophialophorapinophila u Triposporiumpinophilum”,

aqra:

“Capnophialophora pinophila u Triposporium pinophilum” .