ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
13 ta' Awwissu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 265/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-12 ta' Awwissu 2020

1

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2020/C 265/02

Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 265/03

Notifika ta’ Bidu Proċedura ta’ eżami tal-Unjoni wara lment dwar ostakli għall-kummerċ, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2015/1843, applikati mill-Istati Uniti tal-Messiku u li jikkonsistu f’miżuri li jaffettwaw l-importazzjoni tat-Tequila

3

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 265/04

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

5


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta' Awwissu 2020

(2020/C 265/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1771

JPY

Yen Ġappuniż

125,92

DKK

Krona Daniża

7,4472

GBP

Lira Sterlina

0,90475

SEK

Krona Żvediża

10,2513

CHF

Frank Żvizzeru

1,0755

ISK

Krona Iżlandiża

161,10

NOK

Krona Norveġiża

10,5463

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,117

HUF

Forint Ungeriż

345,15

PLN

Zloty Pollakk

4,4033

RON

Leu Rumen

4,8356

TRY

Lira Turka

8,6074

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6514

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5644

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,1236

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7997

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6166

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 393,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

20,5097

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1758

HRK

Kuna Kroata

7,4885

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 374,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,9362

PHP

Peso Filippin

57,631

RUB

Rouble Russu

86,3013

THB

Baht Tajlandiż

36,620

BRL

Real Brażiljan

6,3782

MXN

Peso Messikan

26,3381

INR

Rupi Indjan

88,0510


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

13.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/2


Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet

(2020/C 265/02)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

Is-27 ta’ April 2020

Nru tal-Każ

85071

Nru tad-Deċiżjoni

043/20/COL

Stat tal-EFTA

In-Norveġja

Titlu

L-iskema ta’ għotja tal-COVID-19 għall-ekosistema ta’ negozji ġodda

Bażi ġuridika

L-ittra għal assenjament addizzjonali għall-baġit tal-2020 mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd bid-data tal-5 ta’ April 2020, u l-Linji gwida għal għotjiet lil Ambjenti ta’ Innovazzjoni (MNOK 50) bid-data tat-23 ta’ April 2020.

Tip ta’ miżura

Skema

Objettiv

Li jkun hemm aċċess għal-likwidità għal impriżi tal-ekosistema ta’ negozji ġodda li jaffaċċjaw nuqqas f’daqqa ta’ likwidità minħabba l-impatt tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-ekonomija, permezz ta’ għotjiet diretti.

Forma tal-għajnuna

Għotjiet

Baġit

Stima ta’ NOK 50 miljun

Tul

27.4.2020 sal-31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Is-settur tan-negozji ġodda

Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Innovation Norway

Akersgata 13

0104 Oslo

IN-NORVEĠJA

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/3


NOTIFIKA TA’ BIDU

Proċedura ta’ eżami tal-Unjoni wara lment dwar ostakli għall-kummerċ, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2015/1843, applikati mill-Istati Uniti tal-Messiku u li jikkonsistu f’miżuri li jaffettwaw l-importazzjoni tat-“Tequila”

(2020/C 265/03)

Fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet ilment mingħand assoċjazzjoni tal-industrija dwar ostakolu għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea tat-“Tequila” mill-Messiku, li ġie ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1843 (1).

1.   Prodotti kkonċernati

Il-prodott milqut mill-miżura Messikana huwa l-ispirtu “Tequila”.

2.   Pajjiż ikkonċernat

L-Istati Uniti tal-Messiku.

3.   Sommarju tal-Ilment

L-ilment jistipula li fis-7 ta’ Frar 2020 il-Consejo Regulador del Tequila (CRT) tal-Messiku ħabbar li ma kienx se jagħti aktar ċertifikati ta’ esportazzjoni lil Tequilas del Señor, kumpanija li tipproduċi u tesporta t-“Tequila” għand France Boissons, impriża affiljata ta’ Heineken NV. L-ilmentatur isostni li r-raġunijiet għar-rifjut huma l-affermazzjoni mis-CRT li l-birra Desperados ta’ Heineken - birra miżjuda bit-togħma tat-“Tequila” - tikser l-istandard tekniku Messikan applikabbli għall-użu tal-Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) “Tequila”.

Is-CRT huwa assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi tal-produtturi tat-“Tequila” tal-Messiku li ngħatat ċerti setgħat mill-Gvern Messikan, inkluż mandat mill-Instituto Mexicano de la Propiedad Industrial biex tħares l-IĠ “Tequila” kontra l-frodi u l-abbuż madwar id-dinja. Is-CRT għandu wkoll il-kompitu li joħroġ iċ-ċertifikati ta’ esportazzjoni lill-produtturi tat-“Tequila” wara li jiżgura li kull konsenja ta’ “Tequila” tkun ġiet prodotta skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati. Bħala korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, is-CRT huwa taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Messiku permezz tal-aġenzija regolatorja tiegħu Dirección General de Normas (DGN).

L-ilment jallega li r-rifjut mill-Messiku li joħroġ ċertifikat ta’ esportazzjoni għat-“Tequila” destinata għall-Unjoni Ewropea huwa inkonsistenti mal-Artikolu XI tal-GATT tal-1994 u mal-Ftehim dwar l-Ispirti bejn l-UE u l-Messiku tal-1997 (2).

4.   Proċedura

Il-Kummissjoni se twettaq investigazzjoni biex teżamina l-ilment. Il-partijiet interessati jistgħu jibagħtu informazzjoni bil-miktub dwar kwistjonijiet speċifiċi li ssemmew fl-ilment jew jipprovdu evidenza ta’ sostenn.

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2015/1843, il-partijiet interessati jistgħu jiflu l-informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni, ħlief għad-dokumenti interni u għall-informazzjoni kunfidenzjali, dment li l-informazzjoni tkun rilevanti għall-interessi tagħhom u li tintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. L-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk id-divulgazzjoni tagħha jista’ jkollha effetti negattivi sinifikanti fuq il-fornitur jew fuq is-sors ta’ din l-informazzjoni’ Barra minn hekk, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jiġu infurmati dwar il-fatti prinċipali u l-konsiderazzjonijiet li jirriżultaw mill-investigazzjoni.

Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lil kwalunkwe parti interessata.

Ħames xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni, f’każijiet kumplessi wara seba’ xhur, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-eżiti tal-proċedura ta’ eżami lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2015/1843.

Kull informazzjoni u kull talba għal smigħ għandha tintbagħat bil-miktub lil:

European Commission

Directorate-General for Trade

TRADE.F.3 –Legal aspects of trade and sustainable development and investment

CHAR 6/135

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

E-mail: trade-tbr@ec.europa.eu

5.   L-Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu skont id-Deċiżjoni 2019/339 (3) l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi bħala medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni u janalizza t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti kif ukoll it-talbiet għal smigħ minn partijiet terzi.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web: https://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

6.   Il-limiti ta’ żmien

Kull persuna oħra, minbarra l-kwerelant u r-rappreżentanti tal-Messiku, li tixtieq titqies bħala parti interessata, għandha titolob dan l-istatus bil-miktub mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 45 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, u għandha tispeċifika l-għaliex hija għandha titqies bħala interessata fil-proċedimenti. Kwalunkwe talba minn parti interessata għal seduta ta’ smigħ jenħtieġ li tasal għand il-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien u għandha tispeċifika l-għaliex din il-parti hija primarjament ikkonċernata mir-riżultat tal-proċedura. Talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta jenħtieġ li ssir kmieni kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-okkorrenza tal-każ li fuqu tkun ibbażata t-talba. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir bil-miktub u għandha tiddikjara l-kwistjonijiet li għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-Uffiċjal tas-Seduta, inkluża spjegazzjoni dwar kif id-drittijiet tad-difiża tal-applikant huma affettwati.

7.   Il-Protezzjoni tad-Data

Kull data personali miġbura f’din il-proċedura ta’ eżami se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 (4).


(1)  Ir-Regolament (UE) 2015/1843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-proċeduri tal-Unjoni fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiżgura l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, b’mod partikolari dawk stabbiliti taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU L 272, 16.10.2015, p. 1).

(2)  Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ ismijiet għal xorb spirituż (ĠU L152, 11.6.1997, p. 16).

(3)  Id-Deċiżjoni 2019/339 tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2019 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti kummerċjali (ĠU L 60, 28.2.2019, p. 20).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill‐istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/5


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2020/C 265/04)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

NOTIFIKA TA’ EMENDA STANDARD GĦAD-DOKUMENT UNIKU

“DUNÁNTÚLI/DUNÁNTÚL”

PGI-HU-A1351-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 13-05-2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żieda fir-rendiment massimu għal kull ettaru għal 160 hl/ha

(a)

L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata V. Rendiment massimu

(b)

L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid – Rendiment massimu

(c)

Raġuni Il-programm ta’ ristrutturar ta’ dawn l-aħħar snin biddel b’mod sinifikanti l-istruttura tal-vinji fiż-żona tal-produzzjoni. Il-produtturi issa għandhom vinji għad-dispożizzjoni tagħhom fejn id-dwieli jistgħu jiġu mħarrġa b’mod aktar effiċjenti u l-għeneb jista’ jiġi prodott bl-istess livell ta’ kwalità bħal qabel iżda b’rendimenti ogħla. Il-prodotti tal-inbid li jistħoqqilhom ir-reputazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Dunántúl” jistgħu jiġu prodotti wkoll f’dawn il-livelli ta’ rendiment.

2.   Varjetajiet ġodda ta’ għeneb permessi (Aletta, Generosa)

(a)

L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:

VI. Varjetajiet tal-għeneb permessi

(b)

L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata:

Varjetà (varjetajiet) ewlenija tal-għeneb

(c)

Raġuni Għadd ta’ varjetajiet ġodda u qodma ġew introdotti bħala riżultat tax-xogħol ta’ tnissil tad-dwieli Ungeriżi matul l-aħħar 50 sena, u diversi għexieren ta’ snin ta’ esperjenza ta’ tkabbir tagħhom urew l-adegwatezza tagħhom għat-tkabbir ta’ għeneb ta’ kwalità fiż-żona ġeografika demarkata. Minn dawn il-varjetajiet, Aletta u Generosa huma sinifikanti ħafna, billi l-prodotti tal-għeneb magħmulin minnhom isaħħu r-reputazzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika “Dunántúl”.

3.   Estensjoni taż-żona demarkata biex tinkludi t-transdanubia kollha u l-partijiet ta’ budapest u tal-kontea ta’ pest li jinsabu fuq ix-xatt tax-xellug tal-kanal prinċipali tad-danubju

(a)

L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Raġuni Iż-żona tal-produzzjoni għall-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika “Dunántúl” tiġbor fiha s-sottoreġjuni Transdanubjani tal-inbid, iżda minħabba d-demarkazzjoni bbażata fuq il-kontej, il-partijiet tal-kontea ta’ Pest u ta’ Budapest li jinsabu fuq ix-xatt tax-xellug tad-Danubju, li huma komponenti importanti tas-sottoreġjun tal-inbid ta’ Etyek-Budai, sfortunatament ġew esklużi miż-żona tal-produzzjoni.

Il-muniċipalitajiet ikkonċernati jiffurmaw unità ġeografika waħda maż-żona tal-produzzjoni attwali, u għalhekk prodotti tal-inbid ta’ karattru simili għal dawk prodotti fiż-żona tal-produzzjoni attwali jistgħu wkoll jiġu prodotti hemmhekk.

Iż-żoni koperti mill-estensjoni huma parti integrali minn Transdanubia, b’tali mod li l-konsumaturi jqisu l-inbejjed prodotti hemmhekk bħala nbejjed “Dunántúli”.

4.   Emenda rigward il-produzzjoni tal-prodott barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata (teknika)

(a)

L-intestatura tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwata:

VIII. Kundizzjonijiet ulterjuri

(b)

L-intestatura tad-Dokument Uniku affettwata:

Kundizzjonijiet ulterjuri

(c)

Raġuni Minħabba li ż-żona demarkata ġiet estiża, huwa meħtieġ li ssir emenda teknika li tikkonsisti fit-tneħħija tal-insedjamenti li saru parti miż-żona tal-produzzjoni miż-żona fejn isir l-inbid barra miż-żona tal-produzzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem il-prodott

Dunántúli

Dunántúl

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Abjad

Inbejjed ħfief, li jvarjaw fil-kulur minn isfar ħadrani għal isfar dehbi, b’aroma ta’ intensità medja u aċidi żviluppati sew.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima u t-total massimu ta’ diossidu tal-kubrithuma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (mEq/l)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l)

 

Aħmar

Kulur krimżi għal rubin, b’aroma ta’ frott, b’kontenut medju ta’ tannini u aċidi armonjużi żviluppati sew.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima u t-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (mEq/l)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l)

 

Rożè

Kulur roża lewn is-salamun għal aħmar ċar, b’aroma ta’ intensità medja u aċidi żviluppati sew.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima u t-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (% tal-volum)

9

Aċidità totali minima

4 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (mEq/l)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (mg/l)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Regoli tat-taħriġ tad-dwieli

Prattika tat-taħriġ tad-dwieli

Fil-każ ta’ vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: taħriġ umbrella, Moser, Sylvos, b’zokk wieħed baxx, medju-għoli u għoli, Guyot, forma ta’ purtiera waħda, bil-kuruna, gobelet u lyre.

Densità tat-tħawwil: min. 3 300 dielja għal kull ettaru.

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, kwalunkwe metodu ta’ taħriġ u densità tat-tħawwil awtorizzati qabel, sakemm tissokta l-produzzjoni fil-vinja.

Kontenut minimu ta’ zokkor fl-għeneb, espress bħala qawwa alkoħolika potenzjali u bħala grad ta’ most Ungeriż

Prattika tat-taħriġ tad-dwieli

Abjad, rożè, aħmar: 8 % vol. (13,4 °grad ta’ most Ungeriż)

Metodu u data tal-ħsad

Prattika tat-taħriġ tad-dwieli

Metodu tal-ħsad: jiġi permess ħsad mekkaniku u manwali

L-iffissar tad-data tal-ħsad: kull sena, l-ewwel data tal-ħsad hija l-1 ta’ Awwissu.

Prattiki enoloġiċi mhux permessi:

Prattika enoloġika speċifika

1.

Għall-inbid “Dunántúli”, l-għeneb jiġi pproċessat bl-użu ta’ metodi ġenerali tal-ipproċessar. Mill-prattiki enoloġiċi elenkati fit-tabella fl-Anness I.A għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009, dawk speċifikati fir-ringieli 14 u 32 mhumiex permessi għall-użu.

b.   Rendimenti massimi

Inbid

160 hl/ha

Inbid – ħsad manwali

22 700 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbid – ħsad mekkaniku

21 700 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żoni elenkati bħala Klassi I jew II fil-katast tal-vinji li jinsabu f’Budapest u fil-kontej ta’ Baranya u ta’ Pest fuq ix-xatt tal-lemin tal-kanal prinċipali tad-Danubju, u fil-kontej ta’ Fejér, Győr-Moson-Sopron, Komárom-Esztergom, Somogy, Tolna, Vas, Veszprém u Zala.

7.   Varjetà (varjetajiet) ewlenija tal-għeneb

Aletta

Alibernet

Alicante boushet

Bacchus

Bianca

Blauburger

Blauer Frühburgunder

Blauer Silvaner

Budai - Budai zöld

Budai - Zöld budai

Budai - Zöldfehér

Budai - Zöldszőlő

Bíbor kadarka

Cabernet franc - Cabernet

Cabernet franc - Carbonet

Cabernet franc - Carmenet

Cabernet franc - Gros cabernet

Cabernet franc - Gros vidur

Cabernet franc - Kaberne fran

Cabernet sauvignon

Chardonnay - Chardonnay blanc

Chardonnay - Kereklevelű

Chardonnay - Morillon blanc

Chardonnay - Ronci bilé

Chasselas - Chrupka belia

Chasselas - Fehér fábiánszőlő

Chasselas - Fehér gyöngyszőlő

Chasselas - Fendant blanc

Chasselas - Saszla belaja

Chasselas - Weisser Gutedel

Csabagyöngye - Pearl of Csaba

Csabagyöngye - Perla czabanska

Csabagyöngye - Perla di Csaba

Csabagyöngye - Perle di Csaba

Csabagyöngye - Perle von Csaba

Csabagyöngye - Vengerskii muskatnii rannüj

Csabagyöngye - Zsemcsug szaba

Cserszegi fűszeres

Csomorika - Csomor

Csomorika - |Gyüdi fehér

Csomorika - Szederkényi fehér

Csókaszőlő

Domina

Dornfelder

Ezerfürtű

Ezerjó - Kolmreifler

Ezerjó - Korponai

Ezerjó - Szadocsina

Ezerjó - Tausendachtgute

Ezerjó - Tausendgute

Ezerjó - Trummertraube

Furmint - Furmint bianco

Furmint - Moslavac bijeli

Furmint - Mosler

Furmint - Posipel

Furmint - Som

Furmint - Szigeti

Furmint - Zapfner

Generosa

Hamburgi muskotály - Miszket hamburgszki

Hamburgi muskotály - Moscato d’Amburgo

Hamburgi muskotály - Muscat de Hambourg

Hamburgi muskotály - Muscat de Hamburg

Hamburgi muskotály - Muszkat gamburgszkij

Hárslevelű - Feuilles de tilleul

Hárslevelű - Garszleveljü

Hárslevelű - Lindeblättrige

Hárslevelű - Lipovina

Irsai Olivér - Irsai

Irsai Olivér - Muskat Olivér

Irsai Olivér - Zolotis

Irsai Olivér - Zolotisztüj rannüj

Juhfark - Fehérboros

Juhfark - Lämmerschwantz

Juhfark - Mohácsi

Juhfark - Tarpai

Kadarka - Csetereska

Kadarka - Fekete budai

Kadarka - Gamza

Kadarka - Jenei fekete

Kadarka - Kadar

Kadarka - Kadarka negra

Kadarka - Negru moale

Kadarka - Szkadarka

Kadarka - Törökszőlő

Karát

Királyleányka - Dánosi leányka

Királyleányka - Erdei sárga

Királyleányka - Feteasca regale

Királyleányka - Galbena de ardeal

Királyleányka - Königliche Mädchentraube

Királyleányka - Königstochter

Királyleányka - Little princess

Korai piros veltelini - Crvena babovina

Korai piros veltelini - Eper szőlő

Korai piros veltelini - Frühroter Velteliner

Korai piros veltelini - Malvasia rossa

Korai piros veltelini - Piros malvazia

Korai piros veltelini - Velteliner rouge précoce

Korai piros veltelini - Veltlinske cervené skoré

Korona

Kék bakator

Kékfrankos - Blauer lemberger

Kékfrankos - Blauer limberger

Kékfrankos - Blaufränkisch

Kékfrankos - Limberger

Kékfrankos - Moravka

Kéknyelű - Blaustängler

Kékoportó - Blauer portugieser

Kékoportó - Modry portugal

Kékoportó - Portugais bleu

Kékoportó - Portugalske modré

Kékoportó - Portugizer

Kövidinka - a Dinka crvena

Kövidinka - a Dinka mala

Kövidinka - a Dinka rossa

Kövidinka - a Kamena dinka

Kövidinka - a Ruzsica

Kövidinka - Steinschiller

Kövérszőlő - Grasa

Kövérszőlő - Grasa de cotnari

Leányka - Dievcenske hrozno

Leányka - Feteasca alba

Leányka - Leányszőlő

Leányka - Mädchentraube

Menoire

Merlot

Nektár

Nero

Olasz rizling - Grasevina

Olasz rizling - Nemes rizling

Olasz rizling - Olaszrizling

Olasz rizling - Riesling italien

Olasz rizling - Risling vlassky

Olasz rizling - Taljanska grasevina

Olasz rizling - Welschrieslig

Ottonel muskotály - Miszket otonel

Ottonel muskotály - Muscat ottonel

Ottonel muskotály - Muskat ottonel

Pinot blanc - Fehér burgundi

Pinot blanc - Pinot beluj

Pinot blanc - Pinot bianco

Pinot blanc - Weissburgunder

Pinot noir - Blauer Burgunder

Pinot noir - Kisburgundi kék

Pinot noir - Kék burgundi

Pinot noir - Kék rulandi

Pinot noir - Pignula

Pinot noir - Pino csernüj

Pinot noir - Pinot cernii

Pinot noir - Pino nero

Pinot noir - Pino tinto

Pinot noir - Rulandski modre

Pinot noir - Savagnin noir

Pinot noir - Spätburgunder

Pintes

Piros bakator - Bakar rózsa

Piros bakator - Bakator rouge

Piros bakator - Bakatortraube

Piros veltelini - Nagyságos

Piros veltelíni - Fleischtraube

Piros veltelíni - Somszőlő

Piros veltelini - Velteliner rouge

Piros veltelíni - Veltlinské cervené

Piros veltelíni - Veltlinszki rozovij

Pátria

Pölöskei muskotály

Rajnai rizling - Johannisberger

Rajnai rizling - Rheinriesling

Rajnai rizling - Rhine riesling

Rajnai rizling - Riesling

Rajnai rizling - Riesling blanc

Rajnai rizling - Weisser Riesling

Rizlingszilváni - Müller Thurgau

Rizlingszilváni - Müller Thurgau bijeli

Rizlingszilváni - Müller Thurgau blanc

Rizlingszilváni - Rivaner

Rizlingszilváni - Rizvanac

Rozália

Rubintos

Rózsakő

Sagrantino

Sauvignon - Sauvignon bianco

Sauvignon - Sauvignon bijeli

Sauvignon - Sauvignon blanc

Sauvignon - Sovinjon

Semillon - Petit semillon

Semillon - Semillon bianco

Semillon - Semillon blanc

Semillon - Semillon weisser

Syrah - Blauer Syrah

Syrah - Marsanne noir

Syrah - Serine noir

Syrah - Shiraz

Syrah - Sirac

Szürkebarát - Auvergans gris

Szürkebarát - Grauburgunder

Szürkebarát - Graumönch

Sszürkebarát - Pinot grigio

Szürkebarát - Pinot gris

Szürkebarát - Ruländer

Sárfehér

Sárga muskotály - Moscato bianco

Sárga muskotály - Muscat blanc

Sárga muskotály - Muscat bélüj

Sárga muskotály - Muscat de Frontignan

Sárga muskotály - Muscat de Lunel

Sárga muskotály - Muscat Lunel

Sárga muskotály - Muscat sylvaner

Sárga muskotály - Muscat zlty

Sárga muskotály - Muskat weisser

Sárga muskotály - Weiler

Sárga muskotály - Weisser

Tannat

Tramini - Gewürtztraminer

Tramini - Roter traminer

Tramini - Savagnin rose

Tramini - Tramin cervené

Tramini - Traminer

Tramini - Traminer rosso

Turán

Viktória gyöngye

Viognier

Vulcanus

Zalagyöngye

Zefír

Zengő

Zenit

Zeus

Zweigelt - Blauer Zweigeltrebe

Zweigelt - Rotburger

Zweigelt - Zweigeltrebe

Zöld szagos - Decsi szagos

Zöld szagos - Zöld muskotály

Zöld szilváni - Grüner Sylvaner

Zöld szilváni - Silvanec zeleni

Zöld szilváni - Sylvánske zelené

Zöld veltelíni - Grüner muskateller

Zöld veltelíni - Grüner veltliner

Zöld veltelíni - Veltlinské zelené

Zöld veltelíni - Zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“Inbid - Deskrizzjoni taż-żona demarkata”

Iż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Dunántúl” tinkludi r-reġjun Transdanubjan tal-Ungerija. Żewġ fatturi jżidu l-karattru sub-Mediterranju mal-klima kontinentali tar-reġjun: il-flussi tal-arja li jġibu l-arja friska u niedja tal-għoljiet u tal-oċean mill-Punent, u l-flussi tal-arja min-Nofsinhar li jġibu arja niexfa u sħuna mill-Baħar Mediterran lejn it-Transdanubia. Is-sjuf huma aktar umdi u inqas sħan milli fir-reġjuni tal-Mediterran, filwaqt li l-ħarifa tkun aktar xemxija u xotta minn f’reġjuni oħra bi klima kontinentali.

It-temperatura medja annwali hija ta’ 9-11 °C, u jkun hemm madwar 1 900 siegħa ta’ xemx fis-sena. Ix-xita tvarja bejn 600 u 800 mm fis-sena. It-Transdanubia għandha art bl-għoljiet u hija maqsuma minn meded ta’ muntanji medji għoljin. Bħala riżultat ta’ dawn il-karatteristiċi, hemm nixxigħat jew xmajjar u, f’xi każijiet, lagi viċin il-biċċa l-kbira tal-insedjamenti. Il-ħamrija taż-żona tal-produzzjoni demarkata ta’ Dunántúl hija ħamrija kannella tal-foresta tat-tip Ramann bl-illuvjazzjoni tat-tafal.

“Inbid - Deskrizzjoni tal-inbejjed”

Irrispettivament mit-tip, l-inbejjed kollha “Dunántúli” huma kkaratterizzati minn aromi diskreti, medji u minn aċidi żviluppati sew u freskezza ħafifa, kif ilhom għal sekli sħaħ, u fuq dan hija mibnija r-reputazzjoni tagħhom. It-tradizzjoni tal-vitikultura tista’ probabbilment tiġi traċċata lura għaċ-Ċelti fiż-żminijiet ta’ qabel ir-Rumani. Il-provinċja Rumana ta’ Pannonia, li tikkorrispondi għal dik li issa tissejjaħ it-Transdanubia, kellha kultura tal-inbid tant żviluppata tajjeb u kienet tipproduċi nbid ta’ kwalità tant eċċellenti li l-Imperatur Domitian ipprojbixxa t-tkabbir tal-għeneb fir-reġjun minħabba li l-inbejjed li kien jipproduċi kienu jħabbtuha mal-inbejjed Taljani. L-Imperatur Probus neħħa l-projbizzjoni, u dan immarka l-bidu ta’ perjodu ta’ żvilupp mgħaġġel għall-inbejjed Pannonjani, jiġifieri l-inbejjed ta’ Dunántúl tal-lum.

Il-vitikultura kienet importanti wkoll għall-ewwel kolonizzaturi Ungeriżi fit-Transdanubia u kienet sors ta’ dħul għall-abitanti lokali: l-inbid kien prodott importanti għall-esportazzjoni mibjugħ fi kwantitajiet kbar lil pajjiżi ġirien.

Il-popolazzjoni tar-reġjun naqset matul il-konkwista tal-Ottomani, iżda l-immigranti Serbi li waslu introduċew numru ta’ varjetajiet ta’ għeneb ġodda, bil-Kadarka tkun l-aktar magħrufa minn dawn.

Il-produzzjoni tal-għeneb għall-inbid aħmar, inklużi l-varjetajiet bħall-Kékoportó, ġiet introdotta fit-Transdanubia mill-Ġermaniżi etniċi li waslu f’numri kbar fl-insedjamenti tat-tkabbir tal-għeneb tar-reġjun wara li t-Torok ġew imkeċċija. Mit-tmiem tal-ħakma Ottomana sal-bidu tal-epidemija tal-fillosera, kien hemm domanda għall-inbejjed tad-Dunántúl mill-provinċji kollha tal-Imperu Habsburg.

Il-perjodu ta’ rikostruzzjoni wara l-epidemija tal-fillosera ra ż-żieda ta’ varjetajiet bħal Olasz rizling u Szürkebarát, li huma tipiċi tar-reġjun, u ta’ varjetajiet internazzjonali bħal chardonnay, li jrendu kwalità għolja u jadattaw sew għall-kundizzjonijiet tat-tkabbir lokali.

Matul l-aħħar sittin sena, il-firxa ta’ varjetajiet prodotti ġiet imkabbra biż-żieda ta’ numru ta’ varjetajiet ġodda, li issa huma marbuta mill-qrib mat-Transdanubia. Dawn jinkludu varjetajiet aromatiċi, bħal Irsai Olivér, Cserszegi fűszeres u Sauvignon, li saru inseparabbli mit-Transdanubia, kif ukoll varjetajiet tal-għeneb għall-inbid aħmar bħal Merlot, Cabernet sauvignon, u Cabernet franc.

Minħabba r-riformi strutturali wara l-bidla fir-reġim fl-Ungerija, il-miġja ta’ aktar varjetajiet aromatiċi ġodda u sforzi intensivi ta’ kummerċjalizzazzjoni, l-inbid “Dunántúli” sar wieħed mill-inbejjed Ungeriżi l-aktar imfittxija sas-seklu 21. Jinbiegħ fis-suq domestiku u fis-swieq barranin, li bħalissa l-aktar importanti fosthom huma l-pajjiżi Nordiċi (l-Iżvezja u l-Finlandja) u l-pajjiżi Visegrád.

“Inbid - Preżentazzjoni u dimostrazzjoni tar-rabta kawżali”

Il-flussi tal-arja mill-punent li jinfluwenzaw il-klima ta’ Transdanubia jiżguraw li x-xita tkun biżżejjed anke fil-perjodu tas-sajf, u għalhekk in-numru ta’ jiem niexfa huwa baxx meta mqabbel ma’ reġjuni kontinentali oħra fuq l-istess latitudni. Bis-saħħa tal-kapaċità taż-żamma tal-ilma tal-ħamrija kannella tal-foresta, id-dwieli għandhom provvista ta’ ilma adegwata anke fis-sħana tas-sajf.

In-nies li jgħixu fiż-żona tal-produzzjoni ta’ Dunántúli ġeneralment iħawlu l-varjetajiet tal-għeneb b’maturazzjoni medja-tard (eż. Kadarka, Kékoportó) u tard (eż. Olaszrizling, Kékfrankos, Szürkebarát), li huma tipiċi ta’ Transdanubia, fuq il-ġnub tal-għoljiet u tal-muntanji b’esponiment għan-Nofsinhar, ix-Xlokk jew il-Lbiċ. Ir-raġġi tax-xemx riflessi lura mill-wiċċ tan-nixxigħat, ix-xmajjar u l-lagi f’riġlejn l-għoljiet jgħinu lill-għeneb jimmatura fil-ħarifa twila xemxija attribwibbli għall-antiċikluni Mediterranji. Minħabba dan, l-inbejjed “Dunántúli” għandhom aċidi maturi żviluppati sew, u l-inbejjed rożè u ħomor għandhom tannini qishom ħarir u eleganti u huma rikki fit-togħma.

Huma t-togħmiet rikki tal-inbejjed flimkien mal-ħiliet kummerċjali tal-produtturi tal-inbid li bnew ir-reputazzjoni tal-inbejjed “Dunántúli” fis-swieq domestiċi u internazzjonali. Ir-rikonoxximent tal-kwalità tal-inbejjed “Dunántúli” huwa ppruvat mill-fatt li, matul l-aħħar 19-il sena, 13-il produttur tal-inbid minn Transdanubia rebħu l-premju “Produttur tal-Inbid tas-Sena”, l-aktar premju tal-inbid prestiġjuż tal-Ungerija li ġie ppreżentat kull sena mill-1991.

Is-suċċess tal-inbejjed “Dunántúli” fis-suq huwa muri mill-fatt li kważi tliet kwarti tal-inbejjed ta’ IĠP “Dunántúli” jinbiegħu fis-26 Stat Membru l-ieħor tal-UE. L-inbejjed bl-indikazzjoni “Dunántúli” jammontaw għal kważi 10 % tal-esportazzjonijiet totali tal-inbid Ungeriż.

9.   Kundizzjonijiet ulterjuri essenzjali (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Speċifikazzjonijiet dwar l-indikazzjoni tal-kategorija tal-protezzjoni tal-oriġini

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Regoli dwar l-indikazzjonijiet

L-espressjoni oltalom alatt álló földrajzi jelzés [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] tista’ tiġi sostitwita bl-espressjoni tradizzjonali tájbor [inbid tal-pajjiż].

L-espressjoni Transdanubia tista’ tiġi inkluża wkoll fl-istess kamp viżiv bħall-espressjoni Dunántúl oltalom alatt álló földrajzi jelzés [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Dunántúl”].

Regoli dwar l-espressjonijiet li jistgħu jiġu indikati

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-espressjonijiet li jistgħu jiġu indikati

Abjad:

Vendemmja verġni jew első szüret

Muskotály [Muscat]

Cuvée jew Küvé

Szűretlen [mhux iffiltrat]

Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid]

barrique, jew barrique-ban erjesztett (iffermentat fil-btieti) jew ...hordóban erjesztett [iffermentat fil-krietel] jew ...Barrique-ban érlelt [immaturat fil-btieti] jew ...hordóban érlelt [immaturat fil-krietel]

Rosé:

Vendemmja verġni jew első szüret

Cuvée jew Küvé

Szűretlen [mhux iffiltrat]

Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid]

Aħmar:

Siller

Vendemmja verġni jew első szüret

Cuvée jew Küvé

Szűretlen [mhux iffiltrat]

Primőr [primeur] jew Újbor [inbid ġdid]

barrique, jew barrique-ban erjesztett (iffermentat fil-btieti) jew ...hordóban erjesztett [iffermentat fil-krietel] jew ...Barrique-ban érlelt [immaturat fil-btieti] jew ...hordóban érlelt [immaturat fil-krietel]

Regoli dwar l-użu tal-espressjoni muskotály

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-espressjoni muskotály, li l-użu tagħha huwa ristrett, tista’ tidher fuq inbejjed bil-kompożizzjoni varjetali li ġejja:

(i)

mill-inqas 85 % (eskluża l-kwantità ta’ prodotti użati għat-taħlil) - Csabagyöngye, Hamburgi muskotály, Mátrai muskotály, Cserszegi fűszeres, Irsai Olivér, Nektár, Ottonel muskotály, Pölöskei muskotály, Sárga muskotály u Zefír;

(ii)

mill-inqas 15 % - Bacchus, Piros Bakator, Bianca, Blauer Silvaner, Budai, Chardonnay, Chasselas, Csomorika, Ezerfürtű, Ezerjó, Furmint, Generosa, Hárslevelű, Juhfark, Karát, Kéknyelű, Királyleányka, Korai piros veltelíni, Korona, Kövérszőlő, Kövidinka, Leányka, Olasz rizling, Pátria, Pinot blanc, Pintes, Piros veltelíni, Rajnai rizling, Rizlingszilváni, Rozália, Rózsakő, Sárfehér, Sauvignon, Semillon, Szürkebarát, Tramini, Viktória gyöngye, Vulcanus, Zala gyöngye, Zengő, Zenit, Zeus, Zöld veltelíni, Zöld szagos, Zöld szilváni u Viognier

Produzzjoni barra miż-żona tal-produzzjoni demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni oħra:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

Il-Kontea ta’ Bács-Kiskun:

Akasztó, Apostag, Ágasegyháza, Baja, Ballószög, Balotaszállás, Bácsalmás, Bácsszőlős, Bátmonostor, Bócsa, Borota, Bugac, Császártöltés, Csátalja, Csávoly, Csengőd, Csikéria, Csólyospálos, Dávod, Dunapataj, Dunavecse, Dusnok, Érsekcsanád, Érsekhalma, Felsőlajos, Fülöpháza, Fülöpjakab, Fülöpszállás, Hajós, Harkakötöny, Harta, Helvécia, Imrehegy, Izsák, Jakabszállás, Jánoshalma, Jászszentlászló, Kaskantyú, Kecel, Kecskemét, Kelebia, Kéleshalom, Kerekegyháza, Kiskőrös, Kiskunfélegyháza, Kiskunhalas, Kiskunmajsa, Kisszállás, Kunbaja, Kunbaracs, Kunfehértó, Kunszállás, Kunszentmiklós, Ladánybene, Lajosmizse, Lakitelek, Mélykút, Móricgát, Nagybaracska, Nemesnádudvar, Nyárlőrinc, Orgovány, Páhi, Pirtó, Rém, Solt, Soltszentimre, Soltvadkert, Sükösd, Szabadszállás, Szank, Szentkirály, Tabdi, Tázlár, Tiszaalpár, Tiszakécske, Tiszazug, Tompa, Vaskút u Zsana.

u

Il-Kontea ta’ Pest

Abony, Albertirsa, Budapest-Rákosliget, Cegléd, Ceglédbercel, Csemő, Dány, Dömsöd, Gomba, Hernád, Inárcs, Kakucs, Kerepes, Kisnémedi, Kocsér, Kóka, Mogyoród, Monor, Monori erdő, Nagykőrös, Nyársapát, Ócsa, Őrbottyán, Örkény, Pilis, Ráckeve, Szada, Szigetcsép, Szigetszentmárton, Szigetújfalu, Tápiószele, Tápiószentmárton, Tóalmás, Tököl, Újlengyel, Vác, Vácegres, Vácrátót u Veresegyház,

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://boraszat.kormany.hu/admin/download/4/e8/92000/Dunantul%20OFJ_%20standard_v3.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.