ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 252

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
31 ta' Lulju 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 252/01

Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà I dwar it-Trasport bit-Triq – Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

1


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/1


Il-Pakkett dwar il-Mobbiltà I dwar it-Trasport bit-Triq – Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

(2020/C 252/01)

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-adozzjoni tal-pilastru soċjali u tal-pilastru tas-suq tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà I mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Lulju 2020 (1).

It-titjib soċjali f’din il-proposta huwa sinifikanti. Madankollu, il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-qbil li ntlaħaq mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew jinkludi elementi li mhumiex konformi mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-approvazzjoni tal-Kunsill Ewropew għall-objettiv li l-UE tilħaq stat ta’ newtralità klimatika sal-2050. Dawn huma r-ritorn obbligatorju tal-vettura lill-Istat Membru ta’ stabbiliment kull tmien ġimgħat u r-restrizzjonijiet imposti fuq l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Dawn il-miżuri ma kinux parti mill-proposti tal-Kummissjoni adottati fil-31 ta’ Mejju 2017 u ma kinux is-suġġett ta’ valutazzjoni tal-impatt. L-obbligu tar-ritorn tat-trakk se jwassal għal ineffiċjenzi fis-sistema tat-trasport u għal żieda fl-emissjonijiet, fit-tniġġis u fil-konġestjoni bla bżonn, filwaqt li r-restrizzjonijiet fuq it-trasport ikkombinat inaqqsu l-effikaċja tiegħu biex jappoġġa l-operazzjonijiet tat-trasport multimodali tal-merkanzija.

Il-Kummissjoni issa se tivvaluta mill-qrib l-impatt ta’ dawn iż-żewġ aspetti fuq il-klima, l-ambjent u l-funzjonament tas-suq uniku. Il-Kummissjoni se tagħmel dan fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku u tal-miżuri għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u l-protezzjoni tal-ambjent, filwaqt li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku.

Jekk ikun meħtieġ, wara l-valutazzjoni tal-impatt il-Kummissjoni se teżerċita d-dritt tagħha li tressaq proposta leġiżlattiva mmirata qabel ma ż-żewġ dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2020/1054 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 fir-rigward tar-rekwiżiti minimi dwar ħinijiet tas-sewqan kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi minimi u l-perjodi ta’ mistrieħ ta’ kuljum u fil-ġimgħa u r-Regolament (UE) Nru 165/2014 fir-rigward tal-pożizzjonament permezz tat-takografi (ĠU L 249, 31.7.2020, p 1.).

Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 249, 31.7.2020, p 17.).

Id-Direttiva (UE) 2020/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li tistabbilixxi regoli speċifiċi fir-rigward tad-Direttiva 96/71/KE u d-Direttiva 2014/67/UE għall-istazzjonament ta’ xufiera fis-settur tat-trasport bit-triq u li temenda d-Direttiva 2006/22/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-infurzar u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 249, 31.7.2020, p 49.).