|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku |
|
|
2020/C 217/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 217/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9316 — Peab/YIT’s paving and mineral aggregates business) ( 1 ) |
|
|
2020/C 217/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9601 — Czech Media Invest/Rockaway/Brasinex Bohemia) ( 1 ) |
|
|
2020/C 217/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9450 — PPG/TIL/JV) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2020/C 217/05 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 217/06 |
||
|
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
|
2020/C 217/07 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 217/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9736 — Lone Star/BASF construction chemicals (EB) Business) ( 1 ) |
|
|
2020/C 217/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9803 — SAZKA Group/OPAP) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2020/C 217/10 |
||
|
2020/C 217/11 |
||
|
2020/C 217/12 |
||
|
2020/C 217/13 |
Avviż ta’ Informazzjoni — Konsultazzjoni Pubblika Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Ġappun |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tat-2 ta’ Ġunju 2020
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BĊE/2020/9)
(2020/C 217/01)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/448/KE u 2006/49/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 134(4) tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li tiġi kkumplimentata r-reċiproċità obbligatorja meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stipulat fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4) għand l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Ġunju 2016, skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2016/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5), ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 ġiet emendata sabiex tirrakkomanda r-reċiproċità tar-riżerva dwar ir-riskju sistemiku ta’ 1 fil-mija applikata mill-Eesti Pank skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Estonja. |
|
(4) |
B’risposta għad-deċiżjoni tal-Eesti Pank tas-6 ta’ April 2020 biex jitnaqqas il-livell tar-riżerva dwar ir-riskju sistemiku għal 0 fil-mija, b’effett mill-1 ta’ Mejju 2020, il-Bord Ġenerali tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) iddeċieda li jeskludi l-miżura Estonjana mil-lista ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali li huma rrakkomandati li jiġu rreċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDI
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
|
1. |
Fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija ssostitwita b’dan li ġej:
|
|
2. |
L-Anness huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Ġunju 2020.
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(1) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
(2) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.
(4) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2016/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-24 ta’ Ġunju 2016 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 290, 10.8.2016, p. 1).
ANNESS
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
Il-Finlandja
Livell minimu ta’ 15 % speċifikament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-piż tar-riskju medju fuq self iggarantit minn ipoteka fuq unitajiet domestiċi fil-Finlandja applikabbli għal istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jintuża l-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (IRB) (minn hawn ’il quddiem ‘istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB’) skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Finlandiża, applikata b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tikkonsisti minn livell minimu ta’ 15 fil-mija speċifikament għal istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-piż tar-riskju medju ta’ 15 fil-mija għal istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB, fil-livell ta’ portafoll, għal self ipotekarju residenzjali ggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja. |
II. Reċiprokazzjoni
|
2. |
B’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati li jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u li japplikawha għall-portafolji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB ta’ self ipotekarju fil-livell tal-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ minn friegħi domestiċi awtorizzati li jinsabu fil-Finlandja. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
3. |
Huwa rrakkomandat ukoll li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Finlandiża u japplikawha għall-portafollji tal-istituti ta’ kreditu IRB ta’ self ipotekarju fil-livell tal-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja, maħruġ direttament b’mod transkonfinali minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, tapplika l-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
4. |
Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-effett l-aktar ekwivalenti għall-miżura fuq msemmija għar-reċiprokazzjoni, inkluża l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti fi żmien erba’ xhur. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
5. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta’ materjalità ta’ skopertura ta’ EUR 1 biljun lis-suq tas-self ipotekarju residenzjali fil-FInlandja sabiex tiggwida l-applikazzjoni potezjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti. |
|
6. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB individwali b’portafolji mhux materjali ta’ self ipotekarju fil-livell tal-konsumatur iggarantit minn unitajiet domestiċi fil-Finlandja li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 1 biljun. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li jirreċiprokaw fejn istituzzjoni ta’ kreditu IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 1 biljun. |
|
7. |
Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB awtorizzati fi Stati Membri kkonċernati oħrajn b’friegħi li jinsabu fil-Finlandja jew li jipprovdu servizzi finanzjarji direttament fil-Finlandja li għandhom skoperturi ta’ EUR 1 biljun jew aktar għas-suq ipotekarju Finlandiż, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx kif stipulat fit-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li jirreċiprokaw fejn istituzzjoni ta’ kreditu IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 1 biljun. |
Il-Belġju
Suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantit minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u applikat b’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Is-suppliment huwa magħmul minn żewġ komponenti:
|
(a) |
suppliment fiss ta’ piż għar-riskju ta’ 5 punti perċentwali; u |
|
(b) |
suppliment għall-piż tar-riskju proporzjonat li jikkonsisti minn 33 fil-mija tal-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju; |
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Belġjana, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Belġju li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’suppliment għall-piż tar-riskju għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju, li huwa magħmul minn żewġ komponenti:
|
II. Reċiprokazzjoni
|
2. |
Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għal friegħi li jinsabu fil-Belġju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB fiż-żmien speċifikat fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
3. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB li għandu skoperturi diretti fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Belġju. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fil-Belġju mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
4. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma hijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni msemmija hawn fuq, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
5. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 2 biljun biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. |
|
6. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament bl-użu tal-Approċċ IRB li jkollhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn unitajiet domestiċi fil-Belġju li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Belġjana għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun. |
|
7. |
Fejn m’hemm l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fl-Istati Membri kkonċernati ma’ friegħi li jinsabu fil-Belġju jew li għandhom skoperturi diretti għall-bejgħ fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-Belġju, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi ta’ EUR 2 biljun jew iktar lil suq tal-proprjetà immobbli residenzjali Belġjan, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Belġjana. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat li jirreċiprokaw il-miżura Belġjana meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ EUR 2 biljun. |
|
8. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun huwa l-massimu rakkomandat tal-livell limitu. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
Franza
Tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira pprovdut fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet sistemikament importanti globali (G-SIIs) u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħrajn (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Franċiża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq il-G-SIIs u l-O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom (mhux f’livell subkonsolidat), tikkonsisti fi tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira għal 5 fil-mija tal-kapital eliġibbli tagħhom, applikabbli għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza. |
|
2. |
Korporazzjoni mhux finanzjarja hija ddefinita bħala persuna fiżika jew ġuridika taħt id-dritt privat li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, u li, fil-livell tagħha u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, tappartjeni għas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif iddefinit fil-punt 2.45 tal-Anness A għar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). |
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
|
3. |
Il-miżura tapplika għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u għal skoperturi għal gruppi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi kif ġej:
Għaldaqstant, korporazzjonijiet mhux finanzjarji li m’għandhomx l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u li mhumiex sussidjarji jew entitajiet ekonomikament dipendenti fuq, u li mhumiex ikkontrollati direttament jew indirettament minn, korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura. Skont l-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-miżura hija applikabbli wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet skont l-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
|
4. |
G-SII jew O-SII għandha tikkunsidra korporazzjoni mhux finanzjarja li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza bħala kbira jekk l-iskopertura oriġinali tagħha għall-korporazzjoni mhux finanzjarja, jew għall-grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi fit-tifsira tal-paragrafu 3, hija ta’ EUR 300 miljun jew aktar. Il-valur tal-iskopertura oriġinali huwa kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014(**)”. |
(**) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).
|
5. |
Korporazzjoni mhux finanzjarja titqies li għandha dejn kbir jekk ikollha proporzjon ta’ ingranaġġ li jkun akbar minn 100 fil-mija u proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji taħt tlieta, ikkalkulati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-grupp kif ġej:
Il-proporzjonijiet huma kkalkulati abbażi ta’ aggregati tal-kontabilità ddefiniti skont l-istandards applikabbli, kif ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, iċċertifikati fejn xieraq minn accountant bil-liċenzja. |
II. Reċiprokazzjoni
|
6. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Franċiża billi japplikawha għall-G-SIIs u l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fil-ġurisdizzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom. |
|
7. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
8. |
Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità kombinat sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li hija komposta minn:
Il-livelli limiti msemmija fil-paragrafi (b) u (c) għandhom ikunu applikati irrispettivament minn jekk l-entità rilevanti jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja għandhiex dejn kbir jew le. Il-valur tal-iskopertura oriġinali msemmi fil-paragrafi (a) u (b) għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat skont l-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014. |
|
9. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lill-G-SIIs jew l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju li ma jiksrux il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. Meta japplikaw il-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni ta’ skopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Franċiża għal G-SIIs jew O-SIIs awtorizzati domestikament li kienu eżentati qabel fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom meta l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8 jinkiser. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom. |
|
10. |
Fejn ma jkunx hemm G-SIIs jew O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati u li għandhom skoperturi għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità msemmi fil-paragrafu 8, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Franċiża. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rrakkomandat li jirreċiprokaw il-miżura Franċiża meta G-SII jew O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħha teċċedi l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom. |
|
11. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
L-Iżvezja:
Limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata għall-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur lil obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Żvediża, applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(vi) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB, tikkonsisti f’limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ 25 fil-mija għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piż tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għall-obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli. |
|
2. |
Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-ponderazzjonijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ponderata mill-valur tal-iskopertura rilevanti. |
II. Reċiprokazzjoni
|
3. |
Skont l-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-friegħi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
4. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Żvediża billi japplikawha għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur diretti għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fl-Iżvezja mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3). |
|
5. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
III. Livell limitu ta’ materjalità
|
6. |
Il-miżura hija kkumplimentata minn limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ EUR 5 biljun biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. |
|
7. |
B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lil istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-Approċċ IRB li għandhom skoperturi mhux materjali fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja ggarantiti minn proprjetà immobbli li huma taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżura Żvediża għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun. |
|
8. |
Fejn ma hemmx istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati bi friegħi li jinsabu fl-Iżvezja jew li għandhom skoperturi diretti fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja, iggarantiti minn proprjetà immobbli, li jużaw l-Approċċ IRB u li għandhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur ta’ SEK 5 biljun jew aktar għal obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja, iggarantiti minn proprjetà immobbli, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Żvediża. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura Żvediża meta istituzzjoni ta’ kreditu li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun. |
|
9. |
F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun huwa l-massimu tal-livell minimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità. |
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/10 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9316 — Peab/YIT’s paving and mineral aggregates business)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 217/02)
Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9316. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/11 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9601 — Czech Media Invest/Rockaway/Brasinex Bohemia)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 217/03)
Fil-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss biss fil-lingwa ċeka u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9601. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9450 — PPG/TIL/JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 217/04)
Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9450. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/13 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
(2020/C 217/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur HYON Chol-hae (nru 2), is-Sur O Kuk-Ryol (nru 3), is-Sur PAK Jae-gyong (nru 4), il-Logutenent Ġeneral KIM Yong Chol (nru 7), is-Sur HONG Sung-Mu (nru 10), is-Sur KIM Chun-sam (nru 12), is-Sur KIM Chun-sop (13), is-Sur KIM Jong-gak (nru 14), is-Sur KIM Rak Kyom (nru 15), is-Sur KIM Won-hong (nru 16), is-Sur PAK Jong-chon (nru 17), is-Sur RI Jong-su (nru 18), is-Sur SON Chol-ju (nru 19), is-Sur YUN Jong-Rin (nru 20), is-Sur RI Myong Su (nru 24), is-Sur SO Hong Chan (nru 25), is-Sur JANG Chol (nru 27) u Korean Ryengwang Trading Corporation (nru 2), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 (1) u fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 (2) kif ukoll is-Sur JONG Chol Young (nru 4) u Pan Systems Pyongyang (nru 4), il-persuna u l-entità li jidhru fl-Anness III għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fl-Anness XVI għar-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel is-7 ta’ Lulju 2020, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu. |
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/14 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta' Ġunju 2020
(2020/C 217/06)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1198 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,66 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4526 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,91243 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,4948 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0651 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
155,40 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,9120 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,740 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
356,58 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,4560 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8397 |
|
TRY |
Lira Turka |
7,6761 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6344 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5324 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6788 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7480 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5648 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 345,83 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
19,4425 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9219 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5708 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 184,41 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7989 |
|
PHP |
Peso Filippin |
55,834 |
|
RUB |
Rouble Russu |
79,6300 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
34,624 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,1118 |
|
MXN |
Peso Messikan |
25,9470 |
|
INR |
Rupi Indjan |
84,6235 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/15 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-ftuħ ta’ negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2020/C 217/07)
Sommarju Eżekuttiv
Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
L-għan tan-negozjati huwa li tiġi stabbilita sħubija bejn l-Unjoni, l-Euratom fejn rilevanti, u r-Renju Unit, li tkun komprensiva u tkopri l-oqsma ta’ interess deskritti fid-Dikjarazzjoni Politika. Tali sħubija tkun magħmula minn tliet partijiet ewlenin: id-dispożizzjonijiet ġenerali, li jinkludu, fost oħrajn, il-prinċipji u l-bażi sottostanti għall-kooperazzjoni kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ governanza, sħubija ekonomika u sħubija ta’ sigurtà.
L-EDPS jilqa’ u jappoġġa l-għan tal-Kummissjoni li tikkonkludi sħubija komprensiva mar-Renju Unit, billi tistabbilixxi kooperazzjoni li l-elementi essenzjali tagħha jkunu b’mod partikolari r-rispett u s-salvagwardja fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tal-istat tad-dritt, li tafferma l-impenn tal-Partijiet li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali u li josservaw bis-sħiħ ir-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data personali.
Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib li hija mistennija tkompli bejn l-UE u r-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-EDPS jilqa’ u jappoġġa wkoll l-impenn tal-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni tagħha li taħdem favur l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ adegwatezza, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti.
Din l-Opinjoni għandha l-għan li tipprovdi pariri kostruttivi u oġġettivi fir-rigward tas-sħubija prevista u tal-valutazzjoni ta’ adegwatezza.
L-EDPS jagħmel it-tliet rakkomandazzjonijiet ewlenin li ġejjin fir-rigward tas-sħubija prevista:
|
— |
l-iżgurar li s-sigurtà u s-sħubijiet ekonomiċi jkunu appoġġati minn impenji simili li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali inkluża l-protezzjoni adegwata ta’ data personali; |
|
— |
id-definizzjoni tal-prijoritajiet fejn l-arranġamenti għall-kooperazzjoni internazzjonali għandhom jiġu konklużi f’materji għajr l-infurzar tal-liġi, b’mod partikolari għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; |
|
— |
il-valutazzjoni tal-kwistjoni ta’ trasferimenti ulterjuri ta’ data personali, fid-dawl tal-Opinjoni 1/15 tal-QĠUE kemm għas-sħubija ekonomika kif ukoll dik tas-sigurtà. |
Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ adegwatezza, l-EDPS jiġbed l-attenzjoni għall-punti li ġejjin:
|
— |
l-importanza ta’ din il-valutazzjoni skont id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi u skont il-GDPR għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-impatt tagħha fuq it-trasferimenti minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit; |
|
— |
l-importanza li jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza previsti, b’mod partikolari skont id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi; |
|
— |
l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza hija soġġetta għal kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifiċi u, jekk il-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, l-EDPS għandu jiġi involut kif xieraq u f’waqtu; |
|
— |
minħabba s-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit, kwalunkwe devjazzjoni sostanzjali mill-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data li tirriżulta fit-tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni tikkostitwixxi ostakolu importanti għas-sejbiet ta’ adegwatezza. |
Finalment l-EDPS jirrakkomanda li l-Unjoni tieħu l-passi biex tipprepara għall-eventwalitajiet kollha, inkluż fejn id-deċiżjoni/jiet ta’ adegwatezza ma setgħux jiġu adottati fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza, jew fejn din tiġi adottata biss fir-rigward ta’ xi oqsma.
L-EDPS jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal aktar pariri matul in-negozjati u qabel il-finalizzazzjoni tas-sħubija prevista.
1. INTRODUZZJONI
|
1. |
Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (minn hawn ’il quddiem “ir-Renju Unit”) ħarġu mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. L-arranġamenti għall-ħruġ huma stabbiliti fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1). |
|
2. |
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020 u jipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu d-dritt tal-Unjoni japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit f’konformità ma’ dak il-Ftehim. Dan il-perjodu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, sakemm il-Kumitat Konġunt stabbilit fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Ħruġ ma jadottax, qabel l-1 ta’ Lulju 2020, deċiżjoni unika li testendi l-perjodu ta’ tranżizzjoni għal sena jew sentejn. Il-Ftehim dwar il-Ħruġ (2) kien akkumpanjat minn Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit 2020/C 34/01 (minn hawn ’il quddiem “Dikjarazzjoni Politika”) (3). |
|
3. |
Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-rakkomandazzjoni tagħha għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (4) (minn hawn ’il quddiem “ir-Rakkomandazzjoni”). L-Anness tar-Rakkomandazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Anness”) jistabbilixxi d-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill lill-Kummissjoni, jiġifieri l-objettivi li din tal-aħħar għandha timmira li tikseb f’isem l-UE matul in-negozjati. |
|
4. |
Ir-Rakkomandazzjoni ġiet addottata fuq il-bażi tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-ftehimiet konklużi bejn l-UE u pajjiżi terzi. Fir-rigward tal-bażi ġuridika sostantiva, il-Kummissjoni tirrakkomanda li d-Deċiżjoni f’dan l-istadju tkun ibbażata fuq l-Artikolu 217 tat-TFUE (ftehim ta’ assoċjazzjoni) waqt li tirrikonoxxi li “[l]-bażi ġuridika sostantiva għall-iffirmar u l-konklużjoni tas-sħubija l-ġdida tista’ tiġi determinata biss fi tmiem in-negozjati”. |
|
5. |
“Is-sħubija prevista hija pakkett uniku li jinkludi tliet komponenti ewlenin:
|
|
6. |
Fit-12 ta’ Frar 2020, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni (6) dwar il-mandat propost għal negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit.
L-EDPS jilqa’ l-fatt li ġie kkonsultat dwar ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta’ Frar 2020. Din l-Opinjoni hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EDPS jista’ jagħmel fuq il-bażi ta’ informazzjoni ulterjuri disponibbli aktar tard. L-EDPS jistenna li jiġi kkonsultat dwar it-test tal-abbozz tas-sħubija fi żmien debitu, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. |
5. KONKLUŻJONI
|
20. |
L-EDPS jilqa’ u jappoġġa l-objettiv tal-Kummissjoni li tikkonkludi sħubija komprensiva mar-Renju Unit, billi tistabbilixxi kooperazzjoni li l-elementi essenzjali tagħha jkunu b’mod partikolari r-rispett u s-salvagwardja fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tal-istat tad-dritt, li tafferma l-impenn tal-Partijiet li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-data personali u li josservaw bis-sħiħ ir-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data personali. |
|
21. |
Minħabba l-kooperazzjoni mill-qrib li hija mistennija tkompli bejn l-UE u r-Renju Unit fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-EDPS jilqa’ u jappoġġa wkoll l-impenn tal-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni tagħha li taħdem favur l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ adegwatezza, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti. |
|
22. |
Għaldaqstant, din l-Opinjoni għandha l-għan li tipprovdi pariri kostruttivi u oġġettivi lill-istituzzjonijiet tal-UE hekk kif il-Kummissjoni tfittex li tikseb l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill biex tinnegozja sħubija ġdida mar-Renju Unit u għandha l-intenzjoni taħdem lejn deċiżjonijiet ta’ adegwatezza jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet. |
|
23. |
Għal dan il-għan, b’rabta mas-sħubija prevista, l-EDPS jirrakkomanda:
|
|
24. |
Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ adegwatezza, l-EDPS jenfasizza l-importanza ta’:
|
|
25. |
Huwa jfakkar li l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza hija soġġetta għal kundizzjonijiet u rekwiżiti speċifiċi u, jekk il-Kummissjoni tippreżenta abbozz ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, l-EDPS għandu jkun involut b’mod xieraq u f’waqtu. Huwa jenfasizza li minħabba s-sitwazzjoni speċifika tar-Renju Unit, kwalunkwe devjazzjoni sostanzjali mill-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data li tirriżulta fit-tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni tikkostitwixxi ostakolu importanti għas-sejbiet ta’ adegwatezza. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li l-Unjoni tieħu l-passi biex tipprepara għall-eventwalitajiet kollha, inkluż fejn id-deċiżjoni/jiet ta’ adegwatezza ma setgħux jiġu adottati fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza, jew fejn din tiġi adottata biss fir-rigward ta’ xi oqsma. |
|
26. |
Fl-aħħar nett, l-EDPS jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew biex jipprovdi pariri waqt stadji aktar tard ta’ dan il-proċess. Il-kummenti f’din l-Opinjoni huma mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe kumment addizzjonali li l-EDPS jista’ jagħmel hekk kif jistgħu jirriżultaw kwistjonijiet ulterjuri u li mbagħad jiġu indirizzati ladarba tkun disponibbli aktar informazzjoni. Hu jistenna li jiġi kkonsultat dwar it-test tal-abbozz tas-sħubija qabel il-finalizzazzjoni tiegħu. |
Brussell, l-24 ta’ Frar 2020.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(2) L-Artikolu 184 tal-Ftehim tal-Ħruġ jipprovdi li: “L-Unjoni u r-Renju Unit għandhom jagħmlu kull sforz, f’bona fide u b’rispett sħiħ tal-ordinamenti ġuridiċi rispettivi tagħhom, biex jieħdu l-passi neċessarji biex jinnegozjaw bla telf ta’ żmien il-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni futura tagħhom imsemmija fid-Dikjarazzjoni Politika tas-17 ta’ Ottubru 2019 u biex iwettqu l-proċeduri rilevanti għar-ratifika jew il-konklużjoni ta’ dawk il-ftehimiet, bil-għan li jiżguraw li dawk il-ftehimiet japplikaw, sa fejn possibbli, minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni.”
(4) COM(2020) 35 final.
(5) Paġna 2 tar-Rakkomandazzjoni.
(6) 2020/2557(RSP) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2020 dwar il-mandat propost għal negozjati għal sħubija ġdida mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (P9_TA(2020)0033).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9736 — Lone Star/BASF construction chemicals (EB) Business)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 217/08)
1.
Fit-22 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Lone Star Funds (“Lone Star”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
in-negozju tal-kimiċi tal-kostruzzjoni ta’ BASF (“in-negozju EB tal-BASF”, il-Ġermanja) |
Lone Star takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju EB tal-BASF.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Lone Star: Ditta tal-ekwità privata li tinvesti ma-dinja kollha fil-proprjetà immobbli, l-ekwità u assi finanzjarji oħra, |
|
— |
in-negozju EB tal-BASF: in-negozju tal-kimiċi tal-kostruzzjoni tal-BASF, li jikkonsisti f’żewġ unitajiet kummerċjali strateġiċi: (i) “sistemi għat-taħlit”, li tipprovdi soluzzjonijiet għal klijenti fil-manifattura tal-konkos, fl-industriji fl-industriji tas-siment u tal-kostruzzjoni taħt l-art, u (ii) “sistemi ta’ kostruzzjoni”, li toffri soluzzjonijiet għall-protezzjoni u t-tiswija ta’ bini u strutturi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9736 — Lone Star/BASF construction chemicals (EB) business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9803 — SAZKA Group/OPAP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 217/09)
1.
Fit-22 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SAZKA Group a.s. (“SAZKA Group”, iċ-Ċekja), ikkontrollat minn KKCG AG, u finalment ikkontrollat mill-VALEA Foundation; |
|
— |
OPAP S.A. (“OPAP”, il-Greċja). |
SAZKA Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eklużiv ta’ OPAP kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt jew kul mezz ieħor u permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SAZKA Group: attiv fis-setturi tal-lotteriji, il-logħob tal-azzard u l-imħatri fiċ-Ċekja, l-Awstrija u l-Italja; |
|
— |
OPAP: attiva fis-setturi tal-lotteriji, il-logħob tal-azzard u l-imħatri fil-Greċja u Ċipru. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9803 — SAZKA Group/OPAP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/21 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 217/10)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU
“ALELLA”
PDO-ES-A1423-AM04
Data tal-komunikazzjoni: 03-04-2020
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Tkabbir taż-żona ġeografika tad-do (Denominazzjoni ta’ Oriġini)
L-emenda tikkonċerna l-estensjoni taż-żona demarkata biex tinkludi l-muniċipalità ta’ Santa Coloma de Gramenet, u b’hekk temenda l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 1.6 tad-Dokument Uniku.
Għaldaqstant, din hija emenda standard peress li ma taffettwax l-isem tad-denominazzjoni, ma tibdilx il-kategoriji tal-inbid, ma taffettwax ir-rabta u mhijiex restrizzjoni kummerċjali.
RAĠUNIJIET:
Il-muniċipalità ta’ Santa Coloma de Gramenet ikkomunikat ix-xewqa tagħha li l-ambitu territorjali tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Alella” jiġi estiż biex jinkludi t-territorju ta’ dik il-muniċipalità, u ppreżentat id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa.
Ir-rapport ippreżentat juri li l-karatteristiċi pedoklimatiċi u ambjentali ta’ din il-muniċipalità huma simili għal dawk taż-żona demarkata attwali tad-DOP “Alella”, peress li huma parti mill-istess sistema ġeomorfoloġika tas-Sierra de la Marina, San Mateo, Corredor u Montnegre, bejn ix-xmajjar Besós u Tordera, li għandha sodda ta’ blat tal-granit li tiddekomponi biex tifforma l-ħamrija “sauló” li hija tipika għal din iż-żona.
Fi kliem ieħor, din il-muniċipalità hija parti mit-territorju kontinwu u naturali tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Alella”.
Madankollu, minkejja li l-kultivazzjoni tad-dwieli tradizzjonali f’din il-muniċipalità kienet qed tintilef, f’dawn l-aħħar żminijiet reġgħet bdiet tikber, partikolarment minħabba proġett ta’ rkupru tal-patrimonju vitikulturali, li nbeda fl-2015 f’Sabasis. Xhieda ta’ dan l-interess ġdid huwa l-ftehim bejn l-Università ta’ Barċellona, l-INCAVI (Institut Català de la Vinya i el Vi, l-Istitut Katalan tad-dwieli u tal-inbid) u l-Kunsill ta’ Santa Coloma de Gramenet — bl-appoġġ tad-DO “Alella” — biex tiġi studjata l-adegwatezza ta’ erba’ varjetajiet ta’ dwieli lokali għat-tekniki ta’ kultivazzjoni ekoloġika.
Ix-xewqa tal-muniċipalità u tal-professjonisti involuti f’dan il-proġett, li qed jitolbu l-protezzjoni mogħtija lid-DO “Alella”, hija li jikkummerċjalizzaw il-prodott malajr kemm jista’ jkun, kif ukoll li jiżdiedu l-uċuħ għall-produzzjoni u l-għadd ta’ fabbriki tal-inbid.
Barra minn hekk, l-għaxar dispożizzjoni addizzjonali tal-Liġi 2/2020 tagħna tal-5 ta’ Marzu, dwar il-produzzjoni tal-inbid, taħt it-titolu dwar il-protezzjoni ta’ żoni periurbani (bħall-muniċipalità ta’ Santa Coloma de Gramenet), tistabbilixxi l-impenn min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika Katalana li tiżviluppa programm speċjali biex tipproteġi ż-żoni periurbani ta’ produtturi tal-inbid sabiex tiġi evitata l-pressjoni tal-urbanizzazzjoni u tiġi ppreservata l-kontinwità tat-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem tal-prodott
Alella
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
5. |
Inbid frizzanti ta’ kwalità |
|
8. |
Inbid semifrizzanti |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid abjad u nbid rożè
Magħmulin mill-varjetajiet elenkati fit-Taqsima 6 tal-Ispeċifikazzjoni: il-varjetajiet bojod biss għall-inbejjed bojod, u l-varjetajiet kollha għall-inbejjed rożé. Il-frazzjonijiet tal-most miksuba permezz ta’ pressjoni inadegwata ma jistgħu, f’ebda każ, jintużaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed protetti.
* L-aċidità volatili reali tal-inbejjed Crianza ma għandhiex tkun aktar minn 0,80 g/l.
* Il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit huwa 250 mg/l meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
10,5 |
|
Aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti kull litru): |
8,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi kull litru): |
200 |
Inbid aħmar
Magħmul mill-varjetajiet tal-għeneb aħmar elenkati fit-Taqsima 6 ta’ din l-ispeċifikazzjoni. Il-frazzjonijiet tal-most miksuba permezz ta’ pressjoni inadegwata ma jistgħu, f’ebda każ, jintużaw fil-produzzjoni ta’ nbejjed protetti.
* l-aċidità volatili reali tista’ tkun ogħla mil-limitu ta’ 0,06 gr/l għal kull grad ta’ alkoħol ta’ aktar minn 11-il grad u għal kull sena ta’ maturazzjoni, sa massimu ta’ 0,9 gr/l.
* Il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit huwa 200 mg/l meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
11,5 |
|
Aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti kull litru): |
11,7 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi kull litru): |
150 |
Inbid likur
Rancio: magħmul mill-varjetajiet “garnacha blanca” u “macabeo” jew “garnacha negra”, permezz tal-ossidazzjoni, fi btieti tal-ballut, ta’ nbejjed bojod li jrid ikollhom kontenut ta’ zokkor ta’ mhux inqas minn 14 °Bé. Il-maturazzjoni ossidattiva tiegħu ssir permezz tal-metodu “sol y serena” u l-inbid jinżamm mill-inqas sena fi btieti tal-ballut.
Mistela: magħmul mill-varjetajiet kollha tal-għeneb abjad. Fil-produzzjoni ta’ dan l-inbid, il-qtar tal-most jiġi sseparat u mbagħad l-inbid jiġi ffiltrat minnufih. Wara, ma’ dan l-inbid jiġi miżjud alkoħol mill-għeneb u t-taħlita tiġi mħawda.
Inbid ħelu naturali: magħmul minn most li jkollu kontenut għoli ta’ zokkor, ta’ aktar minn 250 gr/l, u parzjalment iffermentat.
* Il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit huwa 200 mg/l meta l-kontenut ta’ zokkor ikun 5 g/l jew aktar.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
15 |
|
Aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti kull litru): |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi kull litru): |
150 |
Inbid frizzanti ta’ kwalità
Magħmul mill-varjetajiet awtorizzati, u prodott skont il-metodu tradizzjonali b’fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun, bi pressjoni żejda minima ta’ 3,5 bars u perjodu ta’ maturazzjoni ta’ disa’ xhur, mid-data tat-tirage (meta t-taħlita tal-inbid titqiegħed fil-fliexken għall-fermentazzjoni sekondarja) sa meta jiġi sboċċat.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
10,8 |
|
Aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti kull litru): |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi kull litru): |
|
Inbid semifrizzanti
Magħmul mill-varjetajiet kollha tal-għeneb abjad u aħmar. Waqt il-produzzjoni, tinżamm parti mid-diossidu tal-karbonju prodott mill-istess fermentazzjoni tal-inbid.
* Il-kontenut massimu ta’ diossidu tal-kubrit huwa 250 mg/l meta l-kontenut ta’ zokkor tal-inbid abjad jew rożè jkun 5 g/l jew aktar. Fil-każ tal-inbid aħmar, iż-żewġ limiti huma 150 u 200 rispettivament.
* pressjoni żejda f’20 °C, minħabba d-diossidu tal-karbonju endoġenu f’soluzzjoni, ta’ bejn 1 u 2,5 bars.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
10,5 |
|
Aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti kull litru): |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi kull litru): |
200 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Metodu ta’ kultivazzjoni
It-tħarriġ tad-dwieli għandu jkun dak meqjus bħala l-aħjar wieħed biex tiġi żgurata l-aqwa kwalità u rikkezza aromatika tal-inbejjed, u jsir kif ġej:
|
(a) |
tradizzjonalment, tħarriġ b’forma ta’ sġajriet bi dwieli b’żewġt għajnejn u b’għajn għamja. |
|
(b) |
tħarriġ fuq kannizzata b’diviżjoni tal-veġetazzjoni. |
Il-prattika tal-irrigazzjoni, li trid tkun awtorizzata, tista’ titwettaq biss sabiex tittejjeb il-kwalità tal-għeneb, il-qawwa alkoħolika tiegħu u l-aċidità tiegħu. Mil-lat tal-kontenut ta’ ilma tal-uċuħ tad-dwieli, dan jista’ jiġi ekwilibrat mill-ġdid skont il-kundizzjonijiet tal-ilma fil-ħamrija u l-kundizzjonijiet ekoloġiċi tad-dwieli.
Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Il-ħsad tal-għeneb għandu jsir bl-akbar reqqa, u għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ din id-DOP jista’ jintuża biss l-għeneb b’saħħtu li jkollu l-grad ta’ maturazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni ta’ nbejjed b’qawwa alkoħolika naturali ta’ 9,5 % vol. jew aktar. It-trasport tal-għeneb maħsud għandu jsir kemm jista’ jkun malajr u b’mezzi li jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-kwalità tal-għeneb.
b. Rendimenti massimi
|
|
Varjetajiet bojod |
|
|
12 000 kilogramma ta’ għeneb kull ettaru |
|
|
Varjetajiet bojod |
|
|
78 ettolitru kull ettaru |
|
|
Varjetajiet ħomor |
|
|
10 000 kilogramma ta’ għeneb kull ettaru |
|
|
Varjetajiet ħomor |
|
|
60 ettolitru kull ettaru |
6. Żona ġeografika demarkata
|
— |
Alella |
|
— |
Arenys de Mar |
|
— |
Arenys de Munt |
|
— |
Argentona |
|
— |
Badalona |
|
— |
Cabrera de Mar |
|
— |
Cabrils |
|
— |
Calella |
|
— |
El Masnou |
|
— |
Granollers |
|
— |
La Roca del Vallès |
|
— |
Llinars del Vallès |
|
— |
Montgat |
|
— |
Montornès del Vallès |
|
— |
Martorelles |
|
— |
Mataró |
|
— |
Òrrius |
|
— |
Premià de Dalt |
|
— |
Premià de Mar |
|
— |
Sant Cebrià de Vallalta |
|
— |
Sant Fost de Campsentelles |
|
— |
Sant Iscle de Villalta |
|
— |
Sant Pol de Mar |
|
— |
Santa Coloma de Gramenet |
|
— |
Santa Maria de Martorelles |
|
— |
Teià |
|
— |
Tiana |
|
— |
Vilanova del Vallès |
|
— |
Vilassar de Dalt |
|
— |
Vilassar de Mar |
|
— |
Vallromanes |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
|
|
GARNACHA TINTA |
|
|
SYRAH |
|
|
XARELLO - PANSA BLANCA |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
“Inbid”
It-tip ta’ ħamrija lokali huwa magħmul minn substrat tal-granit b’residwi marini, li fil-wiċċ jinbidel fi żrar żgħir. Dan iffisser li l-ħamrija għandha permeabbiltà tajba u li d-dielja jkollha tfannad l-għeruq tagħha biex issib l-ilma u d-diversi nutrijenti li l-ħamrija lokali tipprovdi; jista’ jingħad li dan il-fatt joħloq “stress” ċkejken li, meta jiġi kkontrollat tajjeb, jgħin biex jirregola l-produzzjoni ta’ għeneb minn kull dielja. Id-differenza żgħira fit-togħma tal-inbejjed prodotti mal-kosta meta mqabbla ma’ dik tal-inbejjed prodotti internament hija li dawn tal-aħħar huma aktar aċidużi.
“Inbid likur”
L-użu tal-maturazzjoni ossidattiva fil-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed jiddistingwi lil din id-DOP: ir-residwi minerali/marini prodotti mill-metodu “sol y sereno” huma ferm aktar evidenti waqt il-maturazzjoni ossidattiva.
“Inbid frizzanti ta’ kwalità”
Il-karatteristika ta’ dawn l-inbejjed hija li għall-produzzjoni tagħhom jintużaw varjetajiet tal-għeneb li huma indiġeni għaż-żona kif ukoll varjetajiet tal-għeneb aktar klassiċi. Id-DNA tad-DOP “Alella” hija l-ħamrija lokali, li tagħti lill-inbejjed tagħna kontenut ta’ minerali li mhux preżenti fid-DOP “Cava” (dan il-paragun huwa validu minħabba li f’dik iż-żona l-inbejjed frizzanti jiġu prodotti bl-istess varjetajiet ta’ għeneb bħal dawk tad-DOP “Alella”). Meta jduq kwalunkwe wieħed mill-inbejjed frizzanti bojod ta’ kwalità prodotti f’dawn iż-żewġ żoni, wieħed jista’ jidentifika d-DOP “Alella” l-aktar mit-togħma morra/ċitrika tiegħu, li tfakkarna tant fl-eleganza tal-lewża ħadra. Id-denominatur komuni huwa l-mineralità, irrispettivament mill-metodu tal-produzzjoni.
9. Kundizzjonijiet essenzjali ulterjuri (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)
Qafas legali:
|
|
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
|
|
Ibbottiljar fiż-żona ġeografika demarkata |
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
|
L-ibbottiljar tal-inbejjed koperti mid-DOP “Alella” għandu jsir fl-impjanti tal-ibbottiljar irreġistrati, sabiex tiġi ffaċilitata t-traċċabbiltà u żgurata l-kwalità tal-prodott finali. |
Qafas legali:
|
|
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali |
Tip ta’ kundizzjoni ulterjuri:
|
|
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar |
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
|
It-tikketti għandu jkollhom siġill ta’ garanzija. |
Il-karattri li jintużaw għall-kelma “Alella” ma jridux ikunu għoljin iktar minn 4 mm, jew nofs l-għoli tal-karattri użati għall-frażi “Denominación de Origen”.
Għad-denominazzjonijiet tal-inbejjed bl-isem tal-vitikultur jew tal-azjenda tal-inbid, l-inbid irid jkun ġej minn dwieli kkultivati mill-istess vitikultur jew li huma rreġistrati fl-azjenda tal-inbid, u jkunu magħmula biss u esklussivament mill-uċuħ tar-raba’ tal-vitikultur u fl-azjenda tal-inbid tiegħu, rispettivament.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://ves.cat/eqCL
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/27 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2020/C 217/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“MITTERBERG”
Numru ta’ referenza: PGI-IT-A0295-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 24.3.2020
DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA
1. Produzzjoni tat-tipi frizzanti u passito
Ġie indikat li l-inbejjed tat-tipi frizzanti u passito jistgħu jiġu prodotti bħala nbejjed mhux varjetali jew inbejjed varjetali (varjetà waħda jew żewġ varjetajiet).
Din hija emenda formali li tiddefinixxi aħjar dawn it-tipoloġiji eżistenti.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
2. Aġġornament tal-lista tal-varjetajiet aċċettati għall-produzzjoni tal-inbejjed
Il-varjetajiet Johanniter B, Solaris B, Muscaris B, Souvignier gris B, iddaħħlu fil-lista tal-varjetajiet li jistgħu jintużaw għall-inbejjed relatati.
B’din l-emenda, l-varjetajiet imsemmija jiżdiedu mal-lista tal-varjetajiet fl-Anness I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u għalhekk jistgħu jintużaw kemm fil-produzzjoni tal-inbejjed tal-IĠP “Mitterberg” mhux varjetali u kif ukoll tal-inbejjed IĠP “Mitterberg” varjetali (varjeta waħda jew multivarjetali).
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-Anness 1 tagħha, kif ukoll it-taqsima 1.7 tad-Dokument Uniku.
3. Kundizzjonijiet ambjentali u tal-koltivazzjoni tal-vinji
Ġie speċifikat li l-kundizzjonijiet ambjentali u tal-koltivazzjoni tal-vinji maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed IGT “Mitterberg” iridu jkunu dawk tradizzjonali taż-żona u li huma xierqa biex l-għeneb u l-inbid derivat jingħataw il-karatteristiċi speċifiċi tal-kwalità stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din hija kjarifika formali li tirreferi għall-karatteristiċi ambjentali u tal-koltivazzjoni speċifiċi tal-produzzjoni tal-produzzjoni tal-inbid lokali.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.
4. Karatteristiċi tal-konsum — Novello
It-tip “novello” ġie eliminat.
Din hija l-eliminazzjoni ta’ tip ta’ nbid li ilu s-snin ma jiġi prodott u għalhekk ma għadx hemm interess li dan it-terminu jibqa’ jissemma fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u kif ukoll it-taqsima 1.4 tad-Dokument Uniku.
5. Karatteristiċi tal-konsum — Passito
Għall-Mitterberg Passito, il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum żdiedet minn 14 % għal 16 % tal-volum u l-qawwa alkoħolika proprja żdiedet minn tal-inqas 7,00 għal 9,00 biex ikun jista’ jidħol fil-kategorija tal-Inbid miksub minn għeneb imqadded. Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Anness. 7, il-parti II.
Din l-emenda ġġib il-parametri kimikofiżiċi msemmija hawn fuq f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, u kif ukoll it-taqsima 1.4 tad-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
“Mitterberg”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
8. |
Inbid frizzanti |
|
15. |
Inbid miksub minn għeneb imqadded |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/tal-inbejjed
Mitterberg bianco
|
|
Kulur: isfar lewn it-tiben; |
|
|
Riħa: pjaċevoli, ta’ frott, kultant aromatika; |
|
|
Togħma: qawwija, armonjuża, pjaċevoli; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 % vol.; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Mitterberg bianco varjetali (varjetà waħda jew multivarjetali)
|
|
Kulur: karatteristiku tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Riħa: pjaċevoli, delikata, karatteristika tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Togħma: qawwija, armonjuża, karatteristika tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-oriġini; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 % vol.; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Mitterberg rosso
|
|
Kulur: minn aħmar lewn ir-rubin ċar għal intens sa lewn ir-rummien skur; |
|
|
Riħa: pjaċevoli, delikata; |
|
|
Togħma: ratba, pjaċevoli, qawwija u armonjuża; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 % vol.; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Mitterberg rosso varjetali (varjetà waħda jew multivarjetali)
|
|
Kulur: minn aħmar lewn ir-rubin ċar għal intens sa lewn ir-rummien skur, karatteristiku tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Riħa: pjaċevoli, karatteristika tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Togħma: ratba, pjaċevoli, qawwija, armonjuża, karatteristika tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-oriġini; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 % vol.; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 16,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Mitterberg rosato mhux varjetali jew varjetali (varjetà waħda jew multivarjetali)
|
|
Kulur: roża; |
|
|
Riħa: delikata, pjaċevoli, karatteristika tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Togħma: mhux qawwija ħafna, armonjuża, eleganti, friska, karatteristika tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-oriġini; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 % vol.; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Mitterberg frizzanti, mhux varjetali jew varjetali (varjetà waħda jew multivarjetali)
|
|
Ragħwa: fina, dejjiema; |
|
|
Kulur: karatteristiku tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Aroma: delikata, pjaċevoli, ta’ frott, karatteristika tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Togħma: xotta jew kemxejn ħelwa, armonjuża, karatteristika tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-oriġini; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 10,00 % tal-volum; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 15,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
|
|
Aċidità totali minima: |
3,5 |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
Mitterberg passito, mhux varjetali jew varjetali (varjetà waħda jew multivarjetali)
|
|
Kulur: karatteristiku tal-varjetà tal-oriġini; |
|
|
Riħa: pjaċevoli, delikata, karatteristika; |
|
|
Togħma: kemxejn ħelwa jew ħelwa, qawwija, armonjuża, karatteristika tal-varjetà jew tal-varjetajiet tal-oriġini; |
|
|
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 16,00 % tal-volum; |
|
|
Estratt minimu mingħajr zokkor: 20,0 g/l. |
Il-parametri analitiċi l-oħra, li ma jidhrux fit-tabella ta’ hawn taħt, jirrispettaw il-limiti previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE
|
Karatteristiċi analitiċi ġenerali |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): |
9,00 |
|
Aċidità totali minima: |
3,5 |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
“Mitterberg”
Prattika enoloġika speċifika
Id-diversi tekniki ta’ arrikkiment previsti fil-leġiżlazzjoni tal-UE huma permessi.
It-taħlit b’most jew inbejjed oħra, fosthom dawn minn żoni oħrajn tal-produzzjoni fl-Italja, huwa permess sa volum massimu ta’ 15 %.
b. Rendimenti massimi
Mitterberg bianco, rosso u rosato
19 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
Mitterberg b’indikazzjoni varjetali
18 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb adattat għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika tipika “Mitterberg” tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Provinċja ta’ Bolzano.
7. Varjetà jew varjetajiet li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Bronner B.
Cabernet franc N. - Cabernet
Cabernet sauvignon N. - Cabernet
Carmenère N. - Cabernet nostrano
Chardonnay B.
Diolinoir N.
Johanniter B.
Kerner B.
Lagrein N.
Malvasia N. - Roter Malvasier
Manzoni bianco B. - Incrocio Manzoni 6.0.13 B.
Merlot N.
Moscato giallo B. - Muskateller
Moscato rosa Rs. - Rosen muskateller
Muscaris B.
Müller thurgau B. - Riesling x Sylvaner
Petit manseng B.
Petit verdot N
Pinot bianco B. - Pinot
Pinot grigio - Pinot
Pinot nero N. - Pinot
Portoghese N. - Portugieser
Regent N.
Riesling italico B. - Riesling
Riesling italico B. - Welschriesling
Sauvignon B. - Sauvignon blanc
Schiava N.
Schiava gentile N. - Mittervernatsch
Schiava grigia N. - Grauvernatsch
Schiava grossa N. - Großvernatsch
Solaris B.
Souvignier gris B.
Sylvaner verde B. - Grüner Sylvaner
Syrah N. - Shiraz
Tannat N.
Tempranillo N.
Teroldego N.
Traminer aromatico Rs. - Gewürztraminer
Veltliner B.
Viogner B.
Zweigelt N.
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
“Mitterberg”
Iż-żona tal-produzzjoni tal-inbid tal-IĠP “Mitterberg” tgawdi minn żoni estensivi ta’ għoljiet b’esponimenti liema bħalhom u minn ċerti karatteristiċi tal-ħamrija. Dawn il-fatturi huma deċiżivi għal fil-produzzjoni ta’ prodott ta’ kwalità għolja ħafna. Il-karatteristiċi morfoloġiċi differenti ħafna taż-żona tal-produzzjoni joħolqu diversi mikroambjenti, li jippermetti l-koltivazzjoni ta’ għadd ta’ varjetajiet nattivi u mhux nattivi. Filwaqt li fit-Tramuntana, il-katina tal-Alpi tilqgħalha mir-riħ tal-Artiku u mill-klima kiesħa tal-Atlantiku, fin-Nofsinhar iż-żona tal-produzzjoni tiftaħ għall-benefiċċju tal-influss tas-sħana li tiġi mill-Mediterran, u li tasal sal-Val Venosta u sal-Valle Isarco.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
L-EBDA
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/15208
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/33 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2020/C 217/12)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“PAMPEPATO DI TERNI”/“PANPEPATO DI TERNI”
Nru tal-UE: PGI-IT-02467 — 30.12.2019
DOP () IĠP (X)
1. Isem/Ismijiet
“Pampepato di Terni”/“Panpepato di Terni”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” huwa prodott moħmi magħmul minn taħlita ta’ ġewż, ċikkulata, żbib, konfettura, kawkaw mhux dolċifikat, għasel, kafè, ħwawar, dqiq.
Meta jitqiegħed fis-suq għall-konsum il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
Forma: tonda, qiegħ ċatt u wiċċ konvess.
:
dijametru: bejn ċentimetru (1 cm) u 20 cm;
għoli: bejn ċentimetru (1 cm) u 10 cm;
Piż: bejn 25 g u 1 kg;
Indewwa: bejn 7,5 % u 25 %.
Dehra minn barra: kannella skur, kważi iswed fil-forma ta’ koppla bil-ġewż jidher fil-wiċċ;
Dehra minn ġewwa: kulur kannella skur bi kwantità kbira ta’ ġewż u konfettura mifruxa sew;
Konsistenza tat-taħlita: kompatta, ratba minħabba l-ingredjenti rotob (iċ-ċikkulata, iż-żbib, il-konfettura, l-għasel u l-kafè) u tqarmeċ minħabba l-ġewż inkaljat.
Riħa: l-ewwel riħa hija ta’ ċikkulata u ta’ ġewż, imbagħad ta’ ħwawar, b’mod partikolari ta’ kannella, bżar u noċemuskata;
Togħma: fil-bidu togħma ta’ ċikkulata, bi ħjiel ta’ ħwawar li bil-mod il-mod taqleb għal dik ta’ ġewż u konfettura; togħma finali qawwija ta’ ċikkulata u ħwawar, b’mod partikolari ta’ kannella, noċemuskata u bżar.
Il-prodott ma fihx koloranti jew preservattivi miżjuda miegħu.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Għall-produzzjoni tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni”, jintużaw dawn l-ingredjenti li ġejjin u li minnhom toħroġ taħlita ta’ 10 kg qabel it-tisjir:
|
— |
ġewż inkaljat: taħlita ta’ lewż, ġewż u ġellewż, fi proporzjonijiet differenti, bejn 3,5 kg u 6 kg; |
|
— |
konfettura u frott imnixxef: taħlita ta’ żbib, larinġ, citron fi proporzjonijiet differenti, bejn 1,5 kg u 3 kg; |
|
— |
għasel millefiori (ta’ ħafna fjuri): bejn 0,5 kg u 1,5 kg; |
|
— |
trab tal-kawkaw mhux dolċifikat (20-22 % butir tal-kawkaw): bejn 0,2 kg u 0,5 kg; |
|
— |
ċikkulata (minimu ta’ 50 % kawkaw): bejn 0,5 kg u 1,5 kg; |
|
— |
ħwawar: taħlita ta’ bżar, kannella, noċemuskata, fi proporzjonijiet differenti, bejn 0,05 kg u 0,15 kg; |
|
— |
dqiq tat-tip “0” jew, inkella, dqiq tal-qamħirrum jew tar-ross jew lewż mitħun: bejn 0,2 kg u 0,7 kg; |
Minbarra l-ingredjenti li diġà ssemmew, fl-istess taħlita ta’ referenza jistgħu jintużaw dawn l-ingredjenti li ġejjin:
|
— |
most mgħolli: sa 0,8 kg; |
|
— |
likur: sa massimu ta’ 0,075 kg; |
|
— |
zokkor: sa massimu ta’ 0,05 kg; |
|
— |
qoxra tal-larinġ: sa massimu ta’ 0,05 kg; |
|
— |
qlub tal-ġewż tal-arżnu: sa 0,2 kg; |
|
— |
kafè likwidu: sa 0,2 kg; |
|
— |
karta tal-ostja: bħala bażi. |
Jekk it-taħlita ssir bil-magna, jista’ jintuża sa massimu ta’ 5 % ilma.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-istadji tal-għaġna, tat-tqassim f’porzjonijiet, tat-tiswir, tat-tisjir u tal-maturazzjoni tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” jseħħu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Meta jintemm l-istadju tal-maturazzjoni tal-prodott, l-ewwel imballaġġ irid isir fil-post tal-produzzjoni, sabiex jiġi evitat li tonqos il-perċezzjoni tal-kwalità min-naħa tal-konsumatur. Jekk il-prodott jiġi espost għall-arja għax ma jkunx imgeżwer, l-aroma ta’ dan il-ħelu tinbidel u l-firxa kumplessa tal-aromi pprovduta mill-ħwawar tintilef u tonqos mill-qawwa tagħha; barra minn hekk il-wiċċ tiegħu ma jibqax ileqq minħabba li l-butir tal-kawkaw jevapora u l-ġewż ma jibqax iqarmeċ.
Il-prodott jiġi mgeżwer f’mill-inqas imballaġġ protettiv wieħed magħmul minn wieħed minn dawn il-materjali: cellophane adattat għall-ikel, parċmina, aluminju jew materjal ieħor adattat għall-ikel, skont il-liġijiet applikabbli.
Meta joħroġ mis-sit tal-produzzjoni, jista’ jiġi mgeżwer għal darb’oħra.
Il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” jinbiegħ f’pakketti ta’ unità waħda, sħiħ jew imqatta’ f’biċċiet bi ħxuna ta’ bejn 0,5 u 1,5 cm.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-pakkett irid ikollu l-kliem “Pampepato di Terni” jew “Panpepato di Terni” u “Indicazione Geografica Protetta” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) sħiħa jew bl-akronimu “IGP” (IĠP) u l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:
|
— |
is-simbolu Ewropew tal-IĠP |
|
— |
l-isem, jew l-isem kummerċjali, l-indirizz tal-kumpanija li tipproduċih u/jew li tippakkjah; |
|
— |
il-logo tal-prodott, li għandu jintuża dejjem flimkien mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta. |
Il-logo tal-prodott huwa dan:
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” hija magħmula mit-territorju amministrattiv kollu tal-provinċja ta’ Terni u tal-muniċipalitajiet ta’ Massa Martana, Marsciano, Todi, Fratta Todina, Montecastello di Vibio u Deruta u tal-provinċja ta’ Perugia.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Il-fama tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” hija tradizzjonalment marbuta mal-ambjent u mat-territorju li jirrappreżenta.
Il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni”, li għal sekli sħaħ kien jiġi ppreparat b’dak li l-ekonomija rurali kienet tippermetti li wieħed iwarrab matul is-sena, huwa l-ħelu tal-Milied per eċċellenza.
Matul iż-żmien, il-preparazzjoni tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” tjiebet sakemm saret tirrappreżenta l-gastronomija ta’ Terni matul il-festi tal-Milied.
L-ewwel referenza għal produzzjoni professjonali u “fuq skala kbira” tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” tmur lura għall-1913, meta ħanut tal-ħelu storiku ta’ dak iż-żmien ipproduċieh u kisiblu l-fama tal-ħelu ta’ Terni.
Kienu ħafna l-kotba ta’ riċetti tradizzjonali, gwidi tal-gastronomija, gwidi turistiċi u pubblikazzjonijiet differenti fis-seklu għoxrin, u anki llum, li jirreferu għall-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” bħala ħelu tipiku ta’ Terni għal żmien il-Milied.
It-Touring Club Italiano, fl-ewwel edizzjoni tal-Guida Gastronomica d’Italia tal-1931, jgħid “ta’ min wieħed ifakkar il-Panpepato tal-Milied f’Terni” (Touring Club Italiano 1931); il-“Guida Gastronomica d’Italia”, (Felice Cunsolo, Guida gastronomica d’Italia, Istituto Geografico De Agostini - Novara - 1975), fit-taqsima ddedikata għar-Reġjun tal-Umbria wkoll jirreferi għall-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” bħala ħelu tal-Milied tipiku ta’ Terni.
Il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” huwa msemmi wkoll fil-gwida turistika “Guida di Terni e del ternano” bħala ħelu “li jiddomina l-mejda tal-Milied” (Loretta Santini, Guida di Terni e del ternano, p. 23, edizzjoni Qguide, 2003).
Il-gwida “Sapori e Profumi” tal-Provinċja ta’ Terni fit-taqsima “Tradizzjoni tal-ikel tal-Milied” issemmi il-pampepato fost il-ħelu (Umbria Gusto, Sapori e profumi, 2008 — Provinċja ta’ Terni).
L-Accademia Italiana della Cucina (Akkademja Taljana tat-Tisjir) iddedikat diversi kitbiet lil “Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” li jinsabu f’volumi kommemorattivi jew f’rivisti speċjalizzati; fost l-aktar importanti: “I frutti del sole”, fejn jingħad li “Il-panpepato huwa r-re tal-ħelu tradizzjonali tal-Milied f’Terni” (I Frutti Del Sole — 2007 — edizzjoni Accademia italiana della cucina), kif ukoll fl-artiklu “Panpepato ternano”, il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” huwa ddefinit fis-sottotitlu bħala “ir-re tal-ħelu tradizzjonali tal-Milied f’din il-belt tal-Umbria” (“Civiltà della Tavola”, nru 299 Diċembru 2017- edizzjoni Accademia italiana della cucina).
Prova oħra tar-rabta tal-fama tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” mat-territorju ta’ Terni hija pprovduta mill-artiklu “Terni da leccarsi i baffi” (Terni jqanqal l-aptit), ippubblikat fil-gazzetta ta’ kuljum Corriere dell’Umbria tas-Sibt, 9 ta’ April 2016, fejn f’dak li jirrigwarda l-ikel tradizzjonali jingħad li l-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni”“huwa l-aħjar rappreżentant ta’ dawk il-kontradizzjonijiet kollha li huma għal qalb it-tradizzjoni tal-Umbria. Huwa l-bilanċ perfett bejn il-ħelu u l-morr li jiddistingwi lil dan il-kejk, li mal-ewwel sar parti mit-tradizzjoni tal-bdiewa tal-Umbria”.
Barra minn hekk, nikkwotaw silta mill-artiklu ppubblikat fil-gazzetta ta’ kuljum “Il Messaggero”, fl-edizzjoni lokali ta’ Terni tal-31 ta’ Diċembru 2009, “It-tradizzjoni tgħid li l-pampepato qatt ma kien nieqes mill-mejda tan-nies ta’ Terni mill-1851 ’l hawn.”
Huwa interessanti wkoll artiklu ieħor ippubblikat fl-istess gazzetta, intitolat “Kompetizzjoni għall-aħjar ‘Pampepato tas-sena’”, fejn dak ta’ Terni huwa mfaħħar bħala “uniku, jinstab biss f’Terni u huwa wkoll simbolu tat-tradizzjoni, kif juru l-ingredjenti nfushom.” (Il Messaggero tal-15 ta’ Diċembru 2008)
Il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni”, fir-rivista tat-tisjir “Cucina Moderna”, huwa indikat bħala “kejk klassiku tal-festi tal-Milied” (Cucina Moderna, Jannar 2018, p. 98, Edizzjoni Gruppo Mondadori).
Fit-tieni edizzjoni tal-pubblikazzjoni “La vera Umbria”, ġiet ippubblikata r-riċetta tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni”, li huwa indikat bħala ħelu tipiku ta’ Terni (Caruso P., la vera Umbria). La tradizione umbra nei piaceri della tavola, edizzjoni Grilligraf Collazzone (Pg), 2000).
Fil-pubblikazzjoni “Terni: la città fra due fiumi” fis-sensiela “Il turismo culturale: la rivista che ti guida” jingħad ukoll li “f’Terni, matul il-Milied, ma hemmx familja, ristorant, kċina, ħanut tal-ħelu jew forn li ma jippreparax il-pampepato […]” (AA.VV. Terni la città tra due fiumi. Provincia di Terni — Edizzjoni Vanni — 2006).
Il-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” huwa wkoll il-protagonist tal-logħob u tal-attivitajiet tal-massa fit-territorju.
F’dan ir-rigward, id-delegazzjoni ta’ Terni tal-Accademia Italiana della Cucina, għal numru ta’ snin, stiednet lill-membri tagħha biex iduqu l-pampepati prodotti fi djarhom stess u biex jaqsmu r-riċetta rispettiva tagħhom, u mbagħad jingħata premju lill-kejk li l-aktar jissodisfa r-regoli tat-tradizzjoni. Fuq l-istess linji tal-Akkademja, il-ħanut ta’ Terni MET, ilu mill-2009 jorganizza l-Premju “Pampepato tas-sena” li kulħadd jista’ jipparteċipa għalih billi jibgħat il-prodott tiegħu bl-iskop li jiġi ġġudikat minn ġurija kkwalifikata magħmula minn studjużi tal-ikel, dulċiera, esperti fiċ-ċikkulata, sommeliers, rappreżentanti ta’ kategoriji u korpi professjonali. Il-premju li jingħata lill-aħjar “Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” fost il-ħafna li jiddaħħlu għall-kompetizzjoni, huwa mgħarfa tal-injam tad-dulċiera, li kull sena tintradd lura mir-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti sabiex tingħata lir-rebbieħ il-ġdid. (Il cucchiaio di legno per il miglior pampepato, minn Il Messaggero tal-05 ta’ Jannar 2013”).
Fl-10 ta’ Frar 2002, xi dulċiera minn Terni, waqt fiera pubblika ddedikata lill-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni”, irnexxielhom jipproduċu għall-ewwel darba Pampepato ta’ 112-il kg.
Fl-aħħar nett, indikaturi oħrajn ferm importanti tal-fama stabbilita tal-“Pampepato di Terni/Panpepato di Terni” huma marbuta mal-preżenza dejjem tiżdied u mifruxa tiegħu fuq l-ixkafef tal-ħwienet tal-prodotti tipiċi, fejn dejjem jiġi identifikat bħala tifkira gastronomika li qed tkun dejjem aktar apprezzata.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinsab fuq is-sit web: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”
Jew
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq fil-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fil-ġenb, fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.
|
1.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/37 |
Avviż ta’ Informazzjoni — Konsultazzjoni Pubblika
Indikazzjonijiet Ġeografiċi mill-Ġappun
(2020/C 217/13)
Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), li jinkludi kapitolu dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) li jipproteġu bosta IĠ tal-UE u Ġappuniżi, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019. Skont l-Artikolu 14.30 tal-Ftehim, l-awtoritajiet Ġappuniżi ppreżentaw lista ta’ IĠ addizzjonali li jridu jiġu protetti skont il-Ftehim. Il-Kummissjoni Ewropea bħalissa qed tikkunsidra jekk dawn l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi għandhomx jiġu protetti wkoll skont il-Ftehim.
Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, biex tressaq oppożizzjoni għal tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jenħtieġ li jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-A4@ec.europa.eu
Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni se jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:
|
(a) |
toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-bhejjem u b’hekk x’aktarx tkun tqarraq bil-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott; |
|
(b) |
tkun kompletament jew parzjalment omonima ma’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (2) u skont ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (3) jew ma’ waħda mill-Indikazzjonijiet Ġeografiċi minn pajjiżi mhux tal-UE li huma protetti fl-UE skont ftehimiet bilaterali disponibbli f’dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/food_safety_and_quality/documents/list-gis-non-eu-countries-protected-in-eu_en.pdf |
|
(c) |
fid-dawl tar-reputazzjoni u tal-fama tat-trademark u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista’ tqarraq bil-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott; |
|
(d) |
tkun tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ trademark kompletament jew parzjalment identiċi, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż; |
|
(e) |
jew jekk id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jistgħu jagħtu dettalji li abbażi tagħhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni huwa ġeneriku. |
Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija suġġetta għall-konklużjoni b’suċċess tad-diskussjonijiet li jsiru skont l-Artikolu 14.30 tal-Ftehim u l-att legali sussegwenti.
Lista tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (4)
|
Nru |
Isem Protett fil-Ġappun |
Traskrizzjoni għall-alfabett Latin (għal skopijiet ta’ informazzjoni biss) |
Deskrizzjoni qasira (fejn meħtieġ u għal skopijiet ta’ informazzjoni biss) |
Kategorija tal-prodott |
|
1 |
|
Mito no Yawaraka Negi |
basal aħdar |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
2 |
|
Matsudate Shibori Daikon |
Ravanell abjad Ġappuniż (Daikon) |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
3 |
|
Taisyu Soba |
Qamħ saraċin u dqiq tal-qamħ saraċin |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
4 |
|
Yamagata Celery |
Karfus |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
5 |
|
Nango Tomato |
Tadam |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
6 |
|
Yamadai Kansho |
Patata ħelwa |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
7 |
|
Iwadeyama Koridofu/ Iwadeyama Meisan Koridofu |
Baqta tal-fażola mnixxfa, iffriżata |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
8 |
|
Kumamoto Akaushi |
Ċanga |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
|
9 |
|
Futago Satoimo/ Futago Imonoko |
Taro |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
10 |
|
Echizen Gani/Echizen Kani |
Granċ tas-silġ/Granċ tas-silġ mgħolli |
Ħut frisk, molluski, u krustaċji u prodotti derivati minnhom |
|
11 |
Daisen Broccoli |
Daisen Broccoli |
Brokkoli |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
12 |
|
Okukuji Shamo |
Tiġieġ |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
|
13 |
Koge Hanagoshogaki |
Koge Hanagoshogaki |
Japanese persimmon |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
14 |
Kikuchi Suiden Gobo |
Kikuchi Suiden Gobo |
Burdock |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
15 |
Tsuruta Steuben |
Tsuruta Steuben |
Għeneb |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
16 |
|
Ozasa Urui |
Hosta |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
17 |
|
Tokyo Shamo |
Tiġieġ |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
|
18 |
Sayo Mochidaizu |
Sayo Mochidaizu |
Fażola tas-sojja |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
19 |
|
Iburigakko |
Pikles |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
20 |
|
Daiei Suika |
Dulliegħ |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
21 |
Tsunan no Yukishita Ninjin |
Tsunan no Yukishita Ninjin |
Zunnarija |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
22 |
|
Zentsujisan Shikakusuika |
Dulliegħ |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
23 |
|
Hiba Gyu |
Ċanga |
Laħam frisk (u l-ġewwieni) |
|
24 |
|
Ibuki Soba/Ibuki Zairaisoba |
Qamħ Saraċin |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
25 |
|
Higashiizumo no Maruhata Hoshigaki |
Kaki mnixxef Ġappuniż |
Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati |
|
26 |
|
Hokkaido |
Inbid |
Inbid |
|
27 |
|
Nadagogo |
Sake |
Xorb alkoħoliku ieħor |
|
28 |
|
Harima |
Sake |
Xorb alkoħoliku ieħor |
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(3) ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1.
(4) Lista ta’ IĠ reġistrati fil-Ġappun ipprovduta mill-awtoritajiet Ġappuniżi fil-qafas tad-diskussjonijiet li għaddejjin skont l-Artikolu 14.30 tal-Ftehim.