ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 191

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
8 ta' Ġunju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 191/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 191/02

Kawża C-935/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-23 ta’ Diċembru 2019 Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

2

2020/C 191/03

Kawża C-949/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

2

2020/C 191/04

Kawża C-19/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gdańsku (il-Polonja) fis-16 ta’ Jannar 2020 – I.W., R.W. vs Bank BPH S.A.

3

2020/C 191/05

Kawża C-29/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Jannar 2020 – Biofa AG vs Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG

4

2020/C 191/06

Kawża C-45/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2020 – E vs Finanzamt N

4

2020/C 191/07

Kawża C-46/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2020 – Z vs Finanzamt G

5

2020/C 191/08

Kawża C-48/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Jannar 2020 – UAB P vs Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku

6

2020/C 191/09

Kawża C-55/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (il-Polonja) fil-31 ta’ Jannar 2020 – Ministerstwo Sprawiedliwości vs R.G

6

2020/C 191/10

Kawża C-58/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – K vs Finanzamt Linz

8

2020/C 191/11

Kawża C-59/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – DBKAG vs Finanzamt Linz

8

2020/C 191/12

Kawża C-73/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2020 – ZM fil-kwalità ta’ kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza rigward l-assi ta’ Oeltrans Befrachtungsgesellschaft mbH vs E. A. Frerichs

9

2020/C 191/13

Kawża C-103/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-27 ta’ Frar 2020 – RC vs Autoridade Tributária e Aduaneira

9

2020/C 191/14

Kawża C-129/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fid-9 ta’ Marzu 2020 – XI vs Caisse pour l’avenir des enfants

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 191/15

Kawża T-546/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Isigny – Sainte Mère vs EUIPO (Forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali – Forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa – Raġuni assoluta għal rifjut – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv)

12

2020/C 191/16

Kawża T-31/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – AF vs FRA (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien indeterminat – Funzjonijiet ta’ amministratur bħala konsulent politiku fil-grad AD 12 – Klassifikazzjoni fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ amministratur – Regoli tal-Persunal tal-2014 – Assenza ta’ eliġibbiltà għar-riklassifikazzjoni fil-grad ogħla – Eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2017 – Rifjut li r-rikorrent jitqies għall-finijiet tar-riklassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD 13 – Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt)

12

2020/C 191/17

Kawża T-60/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2020 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Kanċellazzjoni tat-trade mark li fuqha hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidtà – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

13

2020/C 191/18

Kawża T-155/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – AP vs FEI (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Persunal tal-FEI – Preżentazzjoni mill-membru tal-persunal tar-riżenja tiegħu minħabba raġunijiet personali – Leave minħabba marda gravi li bdiet qabel id-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol magħżula mill-membru tal-persunal – Talba għall-irtirar tar-riżenja wara d-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol magħżula mill-membru tal-persunal – Rifjut tal-FEI li jaċċetta l-irtirar retroattiv tar-riżenja – Posponiment tad-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol minħabba l-leave tal-mard – Applikabbiltà tal-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-FEI – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

14

2020/C 191/19

Kawża T-280/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2020 – Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Ilment – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

14

2020/C 191/20

Kawża T-326/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Gerber vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Territorju doganali tal-Unjoni – Regolament (UE) 2019/474 – Direttiva (UE) 2019/475 – Inklużjoni tal-muniċipalità ta’ Campione d’Italia u tal-ilma Taljan tal-Lag ta’ Lugano – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

15

2020/C 191/21

Kawża T-499/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – ZU vs SEAE (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Leave tal-mard – Opinjoni negattiva tas-servizz mediku – Bidliet fis-sistema informatika ta’ ġestjoni tal-persunal – Atti li ma humiex suġġetti għal rikors – Atti li ma jikkawżawx preġudizzju – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Rikors prematur – Inammissibbiltà)

16

2020/C 191/22

Kawża T-505/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – Merly vs Il-Parlament (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Assistent parlamentari akkreditat – Leave speċjali għat-twelid ta’ tfal imwielda minn tqala surrogata – Risposta għal talba għal informazzjoni – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà)

17

2020/C 191/23

Kawża T-597/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

17

2020/C 191/24

Kawża T-814/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2020 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2020/C 191/25

Kawża T-96/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Gruppe Nymphenburg Consult vs EUIPO (Limbic® Types)

18

2020/C 191/26

Kawża T-119/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2020 – IN vs EASME

19

2020/C 191/27

Kawża T-127/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Franza vs ECHA

20

2020/C 191/28

Kawża T-152/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

21

2020/C 191/29

Kawża T-153/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – Bachmann vs EUIPO (LIGHTYOGA)

22

2020/C 191/30

Kawża T-157/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – Bachmann vs EUIPO (LICHTYOGA)

22

2020/C 191/31

Kawża T-158/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – TrekStor vs EUIPO – Yuneec Europe (Breeze)

23

2020/C 191/32

Kawża T-163/20: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2020 – Isopix vs Il-Parlament

24

2020/C 191/33

Kawża T-168/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – Creaton South-East Europe vs EUIPO – Henkel (CREATHERM)

25

2020/C 191/34

Kawża T-169/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – Marina Yachting Brand Management Company vs EUIPO – Industries Sportswear Company (MARINA YACHTING)

25

2020/C 191/35

Kawża T-170/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – Rochefort vs Il-Parlament

26

2020/C 191/36

Kawża T-171/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – Rochefort vs Il-Parlament

27

2020/C 191/37

Kawża T-172/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – Rochefort vs Il-Parlament

28

2020/C 191/38

Kawża T-173/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – Henry Cotton’s Brand Management Company vs EUIPO – Industries Sportswear Company (Henry Cotton’s)

28

2020/C 191/39

Kawża T-176/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2020 – Sam McKnight vs EUIPO – Carolina Herrera (COOL GIRL)

29

2020/C 191/40

Kawża T-177/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2020 – Himmel vs EUIPO – Ramirez Monfort (Hispano Suiza)

30

2020/C 191/41

Kawża T-178/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Bavaria Weed vs EUIPO (BavariaWeed)

30

2020/C 191/42

Kawża T-181/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Griba vs CPVO (Stark Gugger)

31

2020/C 191/43

Kawża T-182/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Griba vs CPVO (Gala Perathoner)

32

2020/C 191/44

Kawża T-183/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte)

32

2020/C 191/45

Kawża T-185/20: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Tikal Tef-Gel)

33

2020/C 191/46

Kawża T-186/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – Chatwal vs EUIPO – Timehouse Capital (THE TIME)

34

2020/C 191/47

Kawża T-187/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampade)

35

2020/C 191/48

Kawża T-189/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta April 2020 – Chiquita Brands vs EUIPO – Fyffes International (HOYA)

35

2020/C 191/49

Kawża T-190/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – Almea vs EUIPO – Sanacorp Pharmahandel (Almea)

36

2020/C 191/50

Kawża T-192/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Ultra Tef-Gel)

37

2020/C 191/51

Kawża T-201/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Berebene vs IPO – Consorzio vino Chianti Classico (GHISU)

38

2020/C 191/52

Kawża T-208/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – JH vs Europol

38

2020/C 191/53

Kawża T-212/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – Gaz-System vs ACER

39


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 191/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 175, 25.5.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 162, 11.5.2020

ĠU C 161, 11.5.2020

ĠU C 137, 27.4.2020

ĠU C 129, 20.4.2020

ĠU C 114, 6.4.2020

ĠU C 103, 30.3.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fit-23 ta’ Diċembru 2019 Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-935/19)

(2020/C 191/02)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupa Warzywna Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Domanda preliminari

Oneru fiskali addizzjonali bħal dak previst fil-formulazzjoni tal-Artikolu 112b(2) tal-Liġi dwar il-VAT huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (b’mod partikolari l-Artikolu 2, l-Artikolu 250 u l-Artikolu 273), mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mal-Artikolu 325 TFUE u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU 2006, L 347 p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, u fil-ĠU 2018, L 329, p. 53.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

(Kawża C-949/19)

(2020/C 191/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.A.

Konvenut: Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.

Domanda preliminari

L-Artikolu 21(2a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (1) b’rabta mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jinftiehem fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, li ġie rrifjutat viża għal żmien twil u li ma jistax jeżerċita d-dritt għal moviment liberu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra li jirriżulta mill-Artikolu 21(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, għandu jkollu dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gdańsku (il-Polonja) fis-16 ta’ Jannar 2020 – I.W., R.W. vs Bank BPH S.A.

(Kawża C-19/20)

(2020/C 191/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: I.W., R.W.

Konvenuta: Bank BPH S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) u (2), moqri flimkien mal-Artikoli 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jinftiehem fis-sens li l-qorti nazzjonali għandha obbligu li tikkonstata n-natura inġusta (skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva) ta’ klawżola kuntrattwali konkluża mal-konsumatur anki fil-mument meta fid-data tad-deċiżjoni, b’riżultat ta’ emendi magħmula mill-partijiet lill-kontenut tal-kuntratt fil-forma ta’ anness, il-klawżola nbidlet b’tali mod li ma tkunx ta’ natura inġusta, u konstatazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżola skont il-formulazzjoni oriġinali tagħha tista’ twassal għall-annullament tal-kuntratt fl-intier tiegħu?

2)

L-Artikolu 6(1), moqri flimkien mal-Artikolu 3(1) u mat-tieni sentenza tal-Artikolu 3(2), kif ukoll mal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jinftiehem fis-sens li jippermetti lill-qorti nazzjonali tikkonstata n-natura inġusta biss ta’ wħud mill-elementi tal-klawżola kuntrattwali relatata mar-rata ta’ kambju, iffissata mill-Bank, tal-valuta li magħha huwa indiċjat il-kreditu mogħti lill-konsumatur (bħal fil-kawża prinċipali), jiġifieri permezz tat-tneħħija tad-dispożizzjoni dwar il-marġni tal-Bank, iddeterminata b’mod unilaterali u mhux ċar, bħala komponent tar-rata tal-kambju, u ż-żamma ta’ dispożizzjoni ċara li tirreferi għar-rata tal-kambju medja tal-Bank Ċentrali (il-Bank Nazzjonali tal-Polonja), li ma tirrikjedix is-sostituzzjoni tal-kontenut imħassar minn kwalunkwe dispożizzjoni legali, u tispiċċa tirriżulta fl-istabbiliment mill-ġdid ta’ ekwilibriju effettiv bejn il-konsumatur u l-bejjiegħ jew fornitur, minkejja li tbiddel l-essenza tad-dispożizzjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-provvista mill-konsumatur għall-benefiċċju tiegħu?

3)

L-Artikolu 6(1) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jinftiehem fis-sens li anki f’sitwazzjoni fejn il-leġiżlatur nazzjonali jintroduċi miżuri intiżi li jiżguraw il-waqfien mill-użu kontinwu ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti, bħal dawk eżaminati fil-kawża prinċipali, permezz tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jimponu l-obbligu fuq il-banek li jispeċifikaw fid-dettall il-modalitajiet u t-termini għad-determinazzjoni tar-rata tal-kambju tal-valuta li fuq il-bażi tagħha huma kkalkolati l-ammont tal-kreditu, il-pagamenti ta’ kull xahar li jinkludu l-kapital flimkien mal-interessi kif ukoll ir-regoli ta’ konverżjoni, fil-valuta tal-kreditu mogħti jew imħallas lura, l-interess pubbliku jmur kontra l-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ wħud biss mill-elementi tal-klawżola kuntrattwali bil-mod deskritt fit-tieni domanda?

4)

In-natura mhux vinkolanti tal-kuntratt li għalih jagħmel riferiment l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, li hija r-riżultat tal-esklużjoni tal-klawżoli kuntrattwali inġusti ddefiniti fl-Artikolu 2(a) moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Direttiva, għandu jinftiehem fis-sens li din hija sanzjoni li tista’ sseħħ b’riżultat ta’ deċiżjoni kostituttiva ta’ qorti mogħtija fuq talba espliċita tal-konsumatur li tipproduċi konsegwenzi mill-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jiġifieri ex tunc, u l-pretensjonijiet għal ħlas lura tal-konsumatur u tal-bejjiegħ jew fornitur isiru eżiġibbli ladarba d-deċiżjoni ssir res judicata?

5)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Marzu 2010 [ĠU 2010 C 83, p. 389] għandu jinftiehem fis-sens li jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tinforma lill-konsumatur, li jkun ippreżenta azzjoni għall-annullament tal-kuntratt b’rabta mat-tneħħija tal-klawżoli inġusti, bl-effetti legali ta’ tali deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet possibbli għal ħlas lura mill-bejjiegħ jew fornitur (il-Bank), inklużi dawk l-effetti li ma jkunux ġew ikkonstatati fil-proċedura inkwistjoni, kif ukoll dawk l-effetti li l-fondatezza tagħhom ma hijiex ċara, anki f’sitwazzjoni fejn il-konsumatur huwa rrappreżentat minn mandatarju professjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Jannar 2020 – Biofa AG vs Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG

(Kawża C-29/20)

(2020/C 191/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Biofa AG

Konvenuta: Sikma D. Vertriebs GmbH und Co. KG

Domanda preliminari

L-approvazzjoni ta’ sustanza attiva b’regolament ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (1) tfisser li huwa stabbilit, fil-proċeduri ġudizzjarji fi Stat Membru, il-fatt li s-sustanza li fuqha hija bbażata l-approvazzjoni hija intiża, għall-finijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li taġixxi bi kwalunkwe mezz għajr b’azzjoni sempliċement fiżika jew mekkanika, jew hija l-qorti tal-Istat Membru mitluba tiddeċiedi l-kawża li għandha tiddetermina, fil-konstatazzjonijiet ta’ fatt tagħha, jekk il-kundizzjonijiet materjali tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) 528/2012 humiex issodisfatti, anki wara l-adozzjoni ta’ regolament ta’ implimentazzjoni?


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012 L 167, p. 1).


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2020 – E vs Finanzamt N

(Kawża C-45/20)

(2020/C 191/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

Konvenut: Finanzamt N

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li, fil-każijiet li fihom il-persuna taxxabbli jkollha, meta tingħata provvista, id-dritt li tagħżel l-allokazzjoni tagħha, teskludi d-dritt ta’ tnaqqis meta l-amministrazzjoni fiskali ma tkun tat ebda deċiżjoni ta’ allokazzjoni identifikabbli qabel l-iskadenza tat-terminu legali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?

2)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li fl-assenza ta’ indikazzjonijiet (suffiċjenti) ta’ allokazzjoni fil-patrimonju tal-impriża, provvista tkun allokata fil-patrimonju privat, jew li hemm preżunzjoni f’dan is-sens?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2020 – Z vs Finanzamt G

(Kawża C-46/20)

(2020/C 191/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Z

Konvenut: Finanzamt G

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li, fil-każijiet li fihom il-persuna taxxabbli jkollha, meta tingħata provvista, id-dritt li tagħżel l-allokazzjoni tagħha, teskludi d-dritt ta’ tnaqqis meta l-amministrazzjoni fiskali ma tkun tat ebda deċiżjoni ta’ allokazzjoni identifikabbli qabel l-iskadenza tat-terminu legali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?

2)

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li fl-assenza ta’ indikazzjonijiet (suffiċjenti) ta’ allokazzjoni fil-patrimonju tal-impriża, provvista tkun allokata fil-patrimonju privat, jew li hemm preżunzjoni f’dan is-sens?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-28 ta’ Jannar 2020 – UAB “P” vs Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku

(Kawża C-48/20)

(2020/C 191/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “P”

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Białymstoku

Domanda preliminari

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 108(1) tal-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq Prodotti u Servizzi (2) għall-fatturi b’indikazzjoni inkorretta ta’ VAT maħruġa mill-persuna taxxabbli li tkun aġixxiet in bona fide, jekk:

l-aġir tal-persuna taxxabbli ma kellux rabta ma’ frodi fiskali iżda rriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-liġi mill-partijiet li ħadu sehem fit-tranżazzjoni, ibbażata fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet tat-taxxa u fuq il-prassi normali f’dan ir-rigward fil-mument tat-twettiq tat-tranżazzjoni, li kienet tassumi b’mod żbaljat li l-persuna li toħroġ il-fattura twettaq provvista ta’ prodotti, filwaqt li effettivament tipprovdi servizz ta’ intermedjazzjoni finanzjarja eżenti mill-VAT u

il-persuna li tirċievi l-fattura b’indikazzjoni inkorretta ta’ VAT ikollha dritt titlob ir-rimbors tagħha meta l-persuna taxxabbli li effettivament tipprovdilha l-prodotti tiffattura t-tranżazzjoni korrettament?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, u fil-ĠU 2018, L 329, p. 53.

(2)  Dz. U. tal-2011, Nru 177, intestatura 1054, kif emendata.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie (il-Polonja) fil-31 ta’ Jannar 2020 – Ministerstwo Sprawiedliwości vs R.G

(Kawża C-55/20)

(2020/C 191/09)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Dyscyplinarny Izby Adwokackiej w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministerstwo Sprawiedliwości

Konvenut: R.G.

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar is-servizzi”, b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) ta’ din id-direttiva japplikaw għal proċeduri ta’ responsabbiltà dixxiplinari ta’ avukati, kif ukoll ta’ professjonisti legali barranin iskritti mal-Kamra tal-Avukati, fejn taħt din ir-responsabbiltà l-avukat jista’ b’mod partikolari jkun suġġett għal sanzjoni pekunjarja, jiġi sospiż mill-attivitajiet professjonali jew jitkeċċa mill-professjoni, filwaqt li l-professjonist legali barrani jista’ b’mod partikolari jkun suġġett għal sanzjoni pekunjarja, jiġi sospiż mid-dritt tiegħu li jipprovdi għajnuna legali fir-Repubblika tal-Polonja jew jiġi pprojbit milli jipprovdi għajnuna legali fir-Repubblika tal-Polonja? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), b’mod partikolari l-Artikolu 47 tagħha, għandhom jiġu applikati għall-imsemmija proċeduri quddiem Tribunali Dixxiplinari tal-Avukatura f’każijiet fejn id-deċiżjonijiet ta’ dawn it-tribunali ma huma suġġetti għal ebda appell quddiem il-qrati nazzjonali jew f’każijiet fejn id-deċiżjonijiet tagħhom huma suġġetti esklużivament għal appell straordinarju, bħalma huwa appell ta’ kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema, u dan anki f’każijiet fejn l-elementi kollha rilevanti jseħħu fi ħdan Stat Membru wieħed?

2)

F’każ li fih, fil-proċeduri msemmija fl-ewwel domanda, l-istanza kompetenti biex tieħu konjizzjoni ta’ kassazzjoni minn deċiżjoni ta’ Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura jew minn ilment kontra ordni li tiċħad l-ammissibbiltà ta’ tali kassazzjoni konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli hija organu li, fil-fehma ta’ dan it-tribunal, liema fehma hija konformi mal-evalwazzjoni espressa mill-Qorti Suprema fis-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2019, referenza III PO 7/18, ma huwiex qorti indipendenti u imparzjali konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa neċessarju li jitwarrbu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-kompetenza ta’ tali organu, u t-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura għandu dmir li jirreferi tali kassazzjoni jew ilment lil istanza ġudizzjarja li kien ikollha kompetenza li kieku d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma kinux jopponuha?

3)

F’każ fejn, fil-proċeduri msemmija fl-ewwel domanda, konformement mal-pożizzjoni adottata mit-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura l-kassazzjoni minn deċiżjoni ta’ dan it-tribunal la tkun kompetenza tal-Prokurator Generalny (il-Prosekutur Ġenerali) u lanqas tax-Rzecznik Praw Obywatelskich (l-Ombudsman), u din il-pożizzjoni tkun:

a)

kuntrarja għall-pożizzjoni espressa mill-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema, f’formazzjoni ġudikanti ta’ seba’ mħallfin, tas-27 ta’ Novembru 2019, sygnatura akt II DSI 67/18, jiġifieri l-istanza li, konformement mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, hija kompetenti milli tieħu konjizzjoni ta’ lment kontra ordni li tiċħad l-ammissibbiltà ta’ tali kassazzjoni, iżda li, skont il-fehma tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, liema fehma hija konformi mal-evalwazzjoni espressa mill-Qorti Suprema fis-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2019, referenza III PO 7/18, ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta;

b)

konformi mal-pożizzjoni espressa preċedentement mill-Awla Kriminali tal-Qorti Suprema, jiġifieri l-istanza ġudizzjarja li tkun kompetenti milli tieħu konjizzjoni ta’ dan l-ilment, li kieku d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma kinux jopponuha,

it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura jista’ (jew għandu) jinjora l-pożizzjoni espressa mill-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema?

4)

F’każ fejn, fil-proċeduri msemmija fit-tielet domanda, il-Ministru għall-Ġustizzja jressaq appell quddiem it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, iżda:

a)

wieħed mill-fatturi li, fil-fehma tal-Qorti Suprema espressa fis-sentenza tal-5 ta’ Diċembru 2019, referenza III PO 7/18, kif ukoll fil-fehma tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, jiġġustifikaw il-fehma li l-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema, jiġifieri l-istanza msemmija fl-inċiż a) tat-tielet domanda, ma hijiex qorti imparzjali u indipendenti konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta, huwa l-influwenza tas-setgħa eżekuttiva, inkluż tal-Ministru għall-Ġustizzja, fuq il-kompożizzjoni tagħha;

b)

il-liġi tipprevedi li l-funzjoni ta’ Prosekutur Ġenerali hija eżerċitata esklużivament mill-Ministru għall-Ġustizzja, li skont il-pożizzjoni espressa mill-Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema, jiġifieri l-istanza msemmija fl-inċiż a) tat-tielet domanda, ikollu d-dritt jippreżenta appell ta’ kassazzjoni minn deċiżjoni mogħtija b’riżultat ta’ appell, filwaqt li konformement mal-pożizzjoni espressa mill-Awla Kriminali tal-Qorti Suprema, jiġifieri l-istanza ġudizzjarja msemmija fl-inċiż b) tat-tielet domanda, kif ukoll skont il-pożizzjoni tat-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura, huwa ma għandux dan id-dritt,

dan it-Tribunal Dixxiplinari tal-Avukatura għandu joqgħod lura milli jieħu konjizzjoni tal-appell jekk b’dan il-mod biss ikun jista’ jiżgura li l-proċedura tosserva l-Artikolu 47 tal-Karta u b’mod partikolari jevita indħil f’dawn il-proċeduri min-naħa ta’ istanza li ma hijiex qorti indipendenti u imparzjali konformement ma’ din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – K vs Finanzamt Linz

(Kawża C-58/20)

(2020/C 191/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K

Konvenut: Finanzamt Linz

Domandi preliminari

L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment” ikopri wkoll responsabbiltajiet fiskali fdati lil terz mill-kumpannija ta’ ġestjoni, li jikkonsistu f’li jiġi żgurat li d-dħul li jsir mill-parteċipanti jiġi ntaxxat skont il-liġi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzgericht (l-Awstrija) fl-4 ta’ Frar 2020 – DBKAG vs Finanzamt Linz

(Kawża C-59/20)

(2020/C 191/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DBKAG

Konvenut: Finanzamt Linz

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, jaqa’ wkoll taħt il-kunċett ta’ “immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment” l-għoti minn terz li jikkonċedi lil kumpannija ta’ investiment ta’ kapital dritt għall-użu ta’ softwer speċjalizzat maħsub speċifikament għall-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment meta, bħal fil-kawża prinċipali, dan is-softwer ikun intiż biss sabiex iwettaq attivitajiet essenzjali u speċifiċi għall-immaniġġar ta’ fondi speċjali ta’ investiment, iżda jkun jista’ jintuża biss fl-infrastruttura teknika tal-kumpannija ta’ investiment ta’ kapital u jkun jista’ jaqdi l-funzjonijiet tiegħu biss permezz tal-kollaborazzjoni sekondarja tal-imsemmija kumpannija, bl-użu kontinwu ta’ data tas-suq pprovduta minnha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Frar 2020 – ZM fil-kwalità ta’ kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza rigward l-assi ta’ Oeltrans Befrachtungsgesellschaft mbH vs E. A. Frerichs

(Kawża C-73/20)

(2020/C 191/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZM fil-kwalità ta’ kuratur fil-proċedura ta’ insolvenza rigward l-assi ta’ Oeltrans Befrachtungsgesellschaft mbH

Konvenut: E. A. Frerichs

Domanda preliminari

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (1) u l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-liġi applikabbli għal kuntratt taħt ir-regolament imsemmi l-aħħar tirregola wkoll il-pagament magħmul minn terz bħala eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali ta’ pagament ta’ parti kontraenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.

(2)  ĠU 2008, L 177, p. 6; rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fis-27 ta’ Frar 2020 – RC vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-103/20)

(2020/C 191/13)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RC

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE, 43 KE u 56 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-apprezzamenti fil-valur li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tkun tinsab fi Stat Membru, meta dan il-bejgħ isir minn resident fi Stat Membru ieħor, jibqgħu, awtomatikament, suġġetti għal trattament fiskali differenti minn dak applikabbli, b’rabta ma’ dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni, fuq l-apprezzamenti fil-valur magħmula minn resident tal-Istat li fih tinsab din il-proprjetà immobbli, iżda bil-possibbiltà, fuq għażla tal-persuna taxxabbli mhux residenti, li din tiġi ntaxxata taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-persuna taxxabbli residenti?

2)

B’mod speċifiku, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ċċitati jipprekludu l-koeżistenza ta’:

(i)

Regola li tipprevedi l-applikazzjoni ta’ rata speċjali ta’ 28 % applikabbli għall-apprezzamenti fil-valur ta’ proprjetà immobbli magħmula minn persuni mhux residenti,

(ii)

Regola li tipprevedi li l-bilanċ tal-apprezzamenti fil-valur magħmula tul sena, fir-rigward tat-trasferimenti mwettqa minn residenti, jiġi kkunsidrat biss għal 50 % tal-valur tiegħu,

(iii)

Kif ukoll regola li tipprevedi li r-residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jistgħu jagħżlu t-tassazzjoni skont ir-rati ġenerali applikabbli għar-residenti (minflok ir-rata speċjali applikabbli għall-persuni mhux residenti) suġġett għall-inklużjoni tad-dħul kollu, sew dak miksub ġewwa kif ukoll dak miksub barra mit-territorju ta’ dan l-Istat, taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għar-residenti?

3)

Jiġifieri, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludu li l-persuna mhux residenti għandha tagħżel bejn

(i)

li tiġi ntaxxata 100 % taħt il-kundizzjonijiet tar-rata speċjali? jew

(ii)

li tiġi ntaxxata 50 % bħar-residenti, skont ir-rati applikabbli għar-residenti suġġett għall-inklużjoni tad-dħul kollu taħt l-istess kundizzjonijiet applikabbli għar-residenti?


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg (il-Lussemburgu) fid-9 ta’ Marzu 2020 – XI vs Caisse pour l’avenir des enfants

(Kawża C-129/20)

(2020/C 191/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XI

Konvenut: Caisse pour l’avenir des enfants

Domandi preliminari

Il-klawżoli 1.1., 1.2. u 2.1., 2.3.(b) tal-Ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995 bejn l-organizzazzjonijiet ta’ natura ġenerali tal-industrija UNICE, CEEP u ETUC, implimentat bid-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt intern, bħall-Artikolu 29bis tal-loi modifiée du 16 avril 1979 fixant le statut général des fonctionnaires de l’État (il-Liġi Emendata tas-16 ta’ April 1979 li Tistabbilixxi l-Istatut Ġenerali tal-Persunal tal-Istat) fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mil-Liġi tat-22 ta’ Diċembru 2006 (Mémorial, A, 2006, Nruo242, p. 4838), li tissuġġetta l-għoti tal-leave parentali għall-kundizzjoni doppja li l-ħaddiem ikun impjegat legalment f’post tax-xogħol u affiljat f’dan ir-rigward mas-sigurtà soċjali, minn naħa, mingħajr interruzzjoni matul minn tal-inqas tnax-il xahar kontinwu immedjatament qabel il-bidu tal-leave parentali u, min-naħa l-oħra, fil-mument tat-twelid jew tal-akkoljenza tal-wild jew tal-ulied li għandhom jiġu adottati, fejn l-osservanza ta’ din it-tieni kundizzjoni hija meħtieġa anki jekk it-twelid jew l-akkoljenza jkunu seħħew iktar minn tnax-il xahar qabel il-bidu tal-leave parentali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 2, p. 285.


Il-Qorti Ġenerali

8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Isigny – Sainte Mère vs EUIPO (Forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa)

(Kawża T-546/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali - Forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv”)

(2020/C 191/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isigny – Sainte Mère (Isigny-sur-Mer, Franza) (rappreżentant: D. Mallo Saint-Jalmes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Mejju 2019 (Każ R 1513/2018-5) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ kontenitur tad-deheb b’tip ta’ mewġa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Isigny-Sainte Mère hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 16.9.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2020 – AF vs FRA

(Kawża T-31/19) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Funzjonijiet ta’ amministratur bħala konsulent politiku fil-grad AD 12 - Klassifikazzjoni fil-pożizzjoni tal-impieg ta’ ‘amministratur’ - Regoli tal-Persunal tal-2014 - Assenza ta’ eliġibbiltà għar-riklassifikazzjoni fil-grad ogħla - Eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2017 - Rifjut li r-rikorrent jitqies għall-finijiet tar-riklassifikazzjoni tiegħu fil-grad AD 13 - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)

(2020/C 191/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (rappreżentanti: M. O’Flaherty, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-FRA tad-9 ta’ Mejju 2018, li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-membri tal-persunal temporanju eliġibbli għar-riklassifikazzjoni fil-grad AD 13 fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2017 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament sostna minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż sostnuti minn AF.

3)

AF għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Marzu 2020 – Ċipru vs EUIPO – Filotas Bellas & Yios (Halloumi Vermion)

(Kawża T-60/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Kanċellazzjoni tat-trade mark li fuqha hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidtà - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 191/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Filotas Bellas & Yios AE (Alexandreia, il-Greċja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2018 (Każ R 2296/2017-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u Filotas Bellas & Yios.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – AP vs FEI

(Kawża T-155/19) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Persunal tal-FEI - Preżentazzjoni mill-membru tal-persunal tar-riżenja tiegħu minħabba raġunijiet personali - Leave minħabba marda gravi li bdiet qabel id-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol magħżula mill-membru tal-persunal - Talba għall-irtirar tar-riżenja wara d-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol magħżula mill-membru tal-persunal - Rifjut tal-FEI li jaċċetta l-irtirar retroattiv tar-riżenja - Posponiment tad-data tat-tmiem tal-kuntratt ta’ xogħol minħabba l-leave tal-mard - Applikabbiltà tal-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-FEI - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2020/C 191/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AP (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Fond Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: M. Leander, N. Panayotopoulos u F. Dascalescu, aġenti, assistiti minn P-E. Partsch u T. Evans, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, fl-ewwel lok, għall-annullament tal-ittri tal-FEI tat-30 ta’ Awwissu u tat-3 ta’ Ottubru 2018 li jiċħdu t-talba tar-rikorrenti tal-20 ta’ Ġunju 2018, fit-tieni lok, għall-għoti ta’ ordni fil-konfront tal-FEI sabiex iħallas lir-rikorrenti l-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-FEI u, fit-tielet lok, għall-kumpens tad-dannu morali allegatament imġarrab mir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

2)

AP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2020 – Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2020/C 191/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Highgate Capital Management LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Struys, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment dwar għajnuna mill-Istat li hija illegali mogħtija lil Eurobank Ergasias SA għall-akkwist ta’ Piraeus Bank Bulgaria (SA.53105), allegatament inkluża fl-ittra tat-8 ta’ Marzu 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-“Kompetizzjoni” u fid-dikjarazzjoni pubblika tal-20 ta’ Marzu 2019 tal-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja.

3)

Highgate Capital Management LLP hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri proviżorji, minbarra dawk relatati mat-talba għal intervent.

4)

Il-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Gerber vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-326/19) (1)

(Rikors għal annullament - Territorju doganali tal-Unjoni - Regolament (UE) 2019/474 - Direttiva (UE) 2019/475 - Inklużjoni tal-muniċipalità ta’ Campione d’Italia u tal-ilma Taljan tal-Lag ta’ Lugano - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà)

(2020/C 191/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Tibor Gerber (Campione d’Italia, l-Italja) (rappreżentant: N. Amadei, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u C. Biz, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lo Monaco u E. Ambrosini, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament (UE) 2019/474 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2019, L 83, p. 38), f’dak li jikkonċerna l-parti relatata mal-inklużjoni tal-muniċipalità ta’ Campione d’Italia u tal-ilma Taljan fil-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 264 TFUE u intiża sabiex id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/475 tat-18 ta’ Frar 2019 li temenda d-Direttivi 2006/112/KE u 2008/118/KE rigward l-inklużjoni tal-muniċipalità Taljana ta’ Campione d’Italia u l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano fit-territorju doganali tal-Unjoni u fl-applikazzjoni territorjali tad-Direttiva 2008/118/KE (ĠU 2019, L 83, p. 42), tiġi ddikkjarata mingħajr effetti, u, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi għas-sospensjoni tal-implementazzjoni tar-Regolament 2019/474, tad-Direttiva 2019/475 u ta’ kull miżura ta’ implementazzjoni relatata magħhom.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika Taljana.

3)

Tibor Gerber għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

4)

Il-Kummissjoni u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – ZU vs SEAE

(Kawża T-499/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-mard - Opinjoni negattiva tas-servizz mediku - Bidliet fis-sistema informatika ta’ ġestjoni tal-persunal - Atti li ma humiex suġġetti għal rikors - Atti li ma jikkawżawx preġudizzju - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Rikors prematur - Inammissibbiltà”)

(2020/C 191/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: R. Spac u S. Marquardt, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-31 ta’ Awwissu 2018 u tal-10 ta’ Jannar 2019 tas-SEAE, kif ukoll tan-nota tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Awwissu 2018, li tipprevedi tnaqqis fil-leave tal-mard tar-rikorrent u, sa fejn hemm bżonn, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2019 li tiċħad l-ilment tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2018 dirett kontra l-imsemmija nota u kontra l-eventwali deċiżjoni sussegwenti li titnaqqas mill-leave annwali tiegħu l-assenza mit-28 sal-31 ta’ Awwissu 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

ZU huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – Merly vs Il-Parlament

(Kawża T-505/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Assistent parlamentari akkreditat - Leave speċjali għat-twelid ta’ tfal imwielda minn tqala surrogata - Risposta għal talba għal informazzjoni - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)

(2020/C 191/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Grégory Merly (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: T. Oeyen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch u C. González Argüelles, bħala aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Ottubru 2018 li tirrifjuta l-għoti lir-rikorrent ta’ leave speċjali, ekwivalenti għall-leave ta’ maternità jew għall-leave li huma intitolati għalih ġenituri adottivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Grégory Merly huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/17


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2020 – Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 191/23)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Helsingin kaupunki (il-Finlandja) (rappreżentant: I. Aalto-Setälä, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Huttunen u F. Tomat, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3152 final tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33846 (2015/C) (ex 2014/NN) (ex 2011/CP) mogħtija mir-Repubblika tal-Finlandja lil Helsingin Bussiliikenne Oy.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tad-19 ta’ Settembru 2019, Helsingin kaupunki vs Il-Kummissjoni (T-597/19 R, mhux ippubblikat), huwa rrevokat.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Nobina Oy u ta’ Nobina AB kif ukoll fuq it-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ Helsingin kaupunki.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Nobina Oy u minn Nobina AB, li għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talba tagħhom għal intervent fil-proċeduri għal miżuri provviżorji.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2020 – Nutravita vs EUIPO – Pegaso (nutravita Healthy Mind, Body & Soul.)

(Kawża T-814/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 191/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nutravita Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: H. Dhondt u J. Cassiman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Pegaso Srl (Negrar, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Settembru 2019 (Każ R 80/2019-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pegaso Srl u Nutravita Ltd.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Nutravita Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/18


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2020 – Gruppe Nymphenburg Consult vs EUIPO (Limbic® Types)

(Kawża T-96/20)

(2020/C 191/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Limbic® Types – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 316 469

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Ewlieni tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 1276/2017-G

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 96 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/19


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2020 – IN vs EASME

(Kawża T-119/20)

(2020/C 191/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: IN (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ April 2019 meħuda mid-Direttur Eżekuttiv tal-AESME fil-kapaċità tagħha ta’ Awtorità tal-Ħatra, dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrenti lil hinn mit-terminu tiegħu (it-30 ta’ April 2019);

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-eżerċizzju 2018, iffinalizzat fit-3 ta’ Ġunju 2019;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta’ Novembru 2019 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens għad-dannu sostnut;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smiegħ kif ukoll fuq il-ksur tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Frar 2019“EASME Policy for Management of employment contracts”.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ legalità, tal-ksur tat-terminu raġonevoli kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq it-talba għal annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

Ir-rikorrent iqis, barra minn hekk, li l-illegalitajiet esposti taħt il-motivi ta’ annullament jikkostitwixxu daqstant ieħor nuqqasijiet min-naħa tal-konvenuta. Konsegwentement, jitlob kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mid-deċiżjonijiet ikkontestati.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Frar 2020 – Franza vs ECHA

(Kawża T-127/20)

(2020/C 191/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères u E. Leclerc, aġenti)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tas-17 ta’ Diċembru 2019 fil-Każijiet magħquda A-003-2018, A-004-2018 u A-005-2018, li tannulla t-tliet deċiżjonijiet tal-ECHA tal-21 ta’ Diċembru 2017 dwar l-evalwazzjoni ta’ sustanzi għall-Klorur tal-aluminju, il-klorur tal-aluminju bażiku u s-sulfat tal-aluminju;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq żball ta’ dritt.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ dritt meta ddeċieda, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-ECHA kellha tiħu inkunsiderazzjoni l-Istudju Schönholzer (1997), minkejja li dan l-istudju ma kienx ġie kkomunikat lilu matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tinvoka l-ilmenti li ġejjin:

l-ewwel nett, il-ksur tal-Artikolu 47(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 2006, p. 1);

it-tieni nett, ksur tal-obbligu li l-produtturi u l-importaturi ta’ sustanzi kimiċi għandhom li jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti u disponibbli dwar il-perikoli ppreżentati mis-sustanzi, li jikkostitwixxi wieħed mill-fulkri ċentrali tas-sistema ta’ protezzjoni stabbilita minn dan ir-regolament;

it-tielet nett, l-eżerċizzju ta’ livell mhux xieraq ta’ kontroll tat-tliet deċiżjonijiet tal-ECHA dwar l-evalwazzjoni tas-sustanzi kkonċernati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni tar-rikorrenti li l-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ dritt billi bbaża ruħu, fid-deċiżjoni kkontestata, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li tgħid li, sabiex turi li talba għal informazzjoni addizzjonali dwar sustanza hija neċessarja, l-ECHA għandha b’mod partikolari turi li teżisti possibbiltà reali li l-informazzjoni mitluba tippermetti li jiġu addottati miżuri ta’ ġestjoni tar-riski mtejjba.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/21


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

(Kawża T-152/20)

(2020/C 191/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Hausgerate GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Home Connect” – Applikazzjoni Nru 18 077 851

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1751/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – Bachmann vs EUIPO (LIGHTYOGA)

(Kawża T-153/20)

(2020/C 191/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gabriele Bachmann (Bad Grönenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “LIGHTYOGA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 054 218

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 2346/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – Bachmann vs EUIPO (LICHTYOGA)

(Kawża T-157/20)

(2020/C 191/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gabriele Bachmann (Bad Grönenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “LICHTYOGA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 054 208

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2019 fil-Każ R 2317/2019-2

Talbiet

Ir- rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ r-rikors;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/23


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – TrekStor vs EUIPO – Yuneec Europe (Breeze)

(Kawża T-158/20)

(2020/C 191/31)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich u N. Achilles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yuneec Europe GmbH (Kaltenkirchen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Breeze” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 369 613

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 470/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/24


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2020 – Isopix vs Il-Parlament

(Kawża T-163/20)

(2020/C 191/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isopix SA (Ixelles, il-Belgju) (rappreżentanti: P. Van den Bulck u J. Fahner, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, b’applikazzjoni tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew innotifikata b’ittra tal-24 ta’ Marzu 2020, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet informata li l-offerta tagħha għall-kuntratt pubbliku COMM/DG/AWD/2019/854 ma ġietx aċċettata u li l-kuntratt inkwistjoni ngħata lil offerent ieħor;

tordna lill-Parlament teżamina l-offerti mill-ġdid; sussidjarjament, tikkundanna lill-Parlament għad-danni sabiex jikkumpensa d-dannu mġarrab għat-telf tal-possibbiltà li hija tingħata l-kuntratt kif ukoll għall-ispejjeż u għall-piżijiet inkorsi minħabba l-parteċipazzjoni f’din is-sejħa għal offerti;

tordna lill-Parlament jipproduċi r-rapport ta’ analiżi tal-offerti;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikkorrenti ssostni li l-komunikazzjonijiet mibgħuta mill-Parlamant ma jikkostitwixxux motivazzjoni konformi mar-rekwiżiti tar-regolament finanzjarju ġenerali, minħabba li huma ma jinkludu la l-vantaġġi kwalitattivi tal-offerta magħżula, la l-informazzjoni dwar il-kriterju ta’ prezz u lanqas il-punteġġ finali miksub mill-offerta tar-rikorrenti;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrenti ssostni li l-offerta tagħha, imħejjija b’mod speċjalizzat sabiex tintwera fuq l-iskrin, ġiet evalwata fuq il-bażi ta’ verżjoni stampata, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tas-sejħa għal offerti. Għalhekk, parti kruċjali tal-fajl ġiet eskluża mill-evalwazzjoni, kuntrarjament għar-rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza. Skont ir-rikorrenti, il-Parlament naqas mill-obbligu ta’ diliġenza li jivverika jekk il-fotografi li l-curricula vitae tagħhom ġew ippreżentati fl-offerta tal-offerent rebbieħ kinux aċċettaw li jaħdmu Brussell jew Strasbourg.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Parlament peress li ma eskludiex l-offerta tal-offerent li ntagħżel, minkejja li din kienet inkompatibbli mal-kriterju ta’ għażla li teżiġi li l-offerent ikollu tim kompost minn tal-inqas ħmistax-il persuna għal-lott 1 u tnax-il persuna għal-lott 2.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2020 – Creaton South-East Europe vs EUIPO – Henkel (CREATHERM)

(Kawża T-168/20)

(2020/C 191/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Creaton South-East Europe Kft. (Lenti, l-Ungerija) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CREATHERM – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 481 011

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1090/2019-2.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – Marina Yachting Brand Management Company vs EUIPO – Industries Sportswear Company (MARINA YACHTING)

(Kawża T-169/20)

(2020/C 191/34)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Marina Yachting Brand Management Company Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, C. Eckhartt u P. Böhner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industries Sportswear Company SRL (Venezia, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MARINA YACHTING – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 111 317

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 fil-Każijiet Magħquda R 252/2019-2 u R 253/2019-2.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 103(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-170/20)

(2020/C 191/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Parigi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J. Teheux u J. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 7000000069 tat-22 ta’ Jannar 2020 li tordna l-irkupru ta’ EUR 61 423,40;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jsir l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament, abbażi tal-assistenza parlamentari, kif ukoll tan-nota ta’ debitu relattiva għalih, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-raġunament tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ma huwiex ċar u sa fejn dan ma jindikax b’liema mod il-provi ppreżentati ma kinux jikkostitwixxu provi ta’ xogħol.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li ma huwiex l-obbligu tiegħu li jressaq il-prova tax-xogħol tal-assistent parlamentari tiegħu, iżda li b’mod kuntrarju huwa l-Parlament li għandu jressaq il-prova kuntrarja.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-fatti kkunsidrati mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ma humiex eżatti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn is-somma mitluba mingħand ir-rikorrent tissoponi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/27


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-171/20)

(2020/C 191/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J. Teheux u J. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 7000000071 tat-22 ta’ Jannar 2020 li tordna l-irkupru ta’ EUR 27 241;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jsir l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament, abbażi tal-assistenza parlamentari, kif ukoll tan-nota ta’ debitu relattiva għalih, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-raġunament tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ma huwiex ċar u sa fejn dan ma jindikax b’liema mod il-provi ppreżentati ma kinux jikkostitwixxu provi ta’ xogħol.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li ma huwiex l-obbligu tiegħu li jressaq il-prova tax-xogħol tal-assistent parlamentari tiegħu, iżda li b’mod kuntrarju huwa l-Parlament li għandu jressaq il-prova kuntrarja.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-fatti kkunsidrati mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ma humiex eżatti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn is-somma mitluba mingħand ir-rikorrent tissoponi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2020 – Rochefort vs Il-Parlament

(Kawża T-172/20)

(2020/C 191/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Robert Rochefort (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Stasi, J. Teheux u J. Rikkers, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019;

tannulla n-nota ta’ debitu Nru 7000000019 tat-22 ta’ Jannar 2020 li tordna l-irkupru ta’ EUR 60 499,38;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jsir l-irkupru tas-somom imħallsa indebitament, abbażi tal-assistenza parlamentari, kif ukoll tan-nota ta’ debitu relattiva għalih, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti fid-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-raġunament tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ma huwiex ċar u sa fejn dan ma jindikax b’liema mod il-provi ppreżentati ma kinux jikkostitwixxu provi ta’ xogħol.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li ma huwiex l-obbligu tiegħu li jressaq il-prova tax-xogħol tal-assistent parlamentari tiegħu, iżda li b’mod kuntrarju huwa l-Parlament li għandu jressaq il-prova kuntrarja.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-fatti kkunsidrati mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew ma humiex eżatti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn is-somma mitluba mingħand ir-rikorrent tissoponi li l-assistent parlamentari qatt ma ħadem għar-rikorrent.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2020 – Henry Cotton’s Brand Management Company vs EUIPO – Industries Sportswear Company (Henry Cotton’s)

(Kawża T-173/20)

(2020/C 191/38)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Henry Cotton’s Brand Management Company Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, C. Eckhartt u P. Böhner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Industries Sportswear Company SRL (Venezia, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Henry Cotton’s – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 821 769 u Nru 2 580 728

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2020 fil-Każijiet Magħquda R 254/2019-2 u R 255/2019-2.

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 103(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/29


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2020 – Sam McKnight vs EUIPO – Carolina Herrera (COOL GIRL)

(Kawża T-176/20)

(2020/C 191/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sam McKnight Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Carolina Herrera Ltd (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea COOL GIRL – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 16 681 975

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 689/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO, u fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tingħaqad mal-proċeduri, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/30


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2020 – Himmel vs EUIPO – Ramirez Monfort (Hispano Suiza)

(Kawża T-177/20)

(2020/C 191/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erwin Leo Himmel (Walchwil, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Gomoll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gonzalo Andres Ramirez Monfort (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Hispano Suiza – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 389 397

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 67/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 46(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Bavaria Weed vs EUIPO (BavariaWeed)

(Kawża T-178/20)

(2020/C 191/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bavaria Weed GmbH (Herrsching am Ammersee, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Wolhändler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “BavariaWeed” – Applikazzjoni Nru 17 997 323

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1458/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/31


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Griba vs CPVO (Stark Gugger)

(Kawża T-181/20)

(2020/C 191/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Griba Baumschulgenossenschaft landwirtschaftliche Gesellschaft (Terlan, l-Italja) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO

Varjetà tal-pjanti Komunitarja kontenzjuża kkonċernata: Varjetà tat-tuffieħ Stark Gugger – Dritt ta’ varjetà tal-pjanti Nru 2011/1918

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-24 ta’ Jannar 2020 fil-Każ A 008/2018

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna liċ-CPVO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) 2100/94 tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2100/94 tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2100/94 tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2100/94 tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/32


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Griba vs CPVO (Gala Perathoner)

(Kawża T-182/20)

(2020/C 191/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Griba Baumschulgenossenschaft landwirtschaftliche Gesellschaft (Terlano, l-Italja) (rappreżentant: G. Würtenberger, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem iċ-CPVO

Il-varjetà ta’ pjanta kontenzjuża kkonċernata: Il-varjetà tat-tuffieħ Gala Perathoner – Dritt Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti Nru. 2009/0353

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tas-17 ta’ Jannar 2020 fil-Każ A 004/2016

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna liċ-CPVO għall-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (EU) 2100/94;

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/32


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte)

(Kawża T-183/20)

(2020/C 191/44)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Christian Schneider (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Buttron, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oliver Raths (Männedorf, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Teslaplatte” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 222 155

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 247/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex tiċħad fl-intier tiegħu l-appell tal-parti l-oħra ppreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/33


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Tikal Tef-Gel)

(Kawża T-185/20)

(2020/C 191/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tikal Marine Systems GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mahnkopf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ultra Safety Systems Inc. (Mangonia Park, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Tikal Tef-Gel” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 971 461

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2500/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ Novembru 2018;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara t-trade mark inkwistjoni valida;

tordna lill-EUIPO u l-intervenjenti jbatu l-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/34


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2020 – Chatwal vs EUIPO – Timehouse Capital (THE TIME)

(Kawża T-186/20)

(2020/C 191/46)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chatwal Hotels & Resorts LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Hine, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Timehouse Capital GmbH (Grasbrunn, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “THE TIME” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 614 471

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2264/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrifjuta l-oppożizzjoni;

taċċetta l-applikazzjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lill-parti l-oħra għall-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/35


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Davide Groppi vs EUIPO – Viabizzuno (Lampade)

(Kawża T-187/20)

(2020/C 191/47)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Davide Groppi Srl (Piacenza, l-Italja) (rappreżentanti: F. Boscariol de Roberto, D. Capra u V. Malerba, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Viabizzuno Srl (Bentivoglio, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 503 680-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 126/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6 u tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/35


Rikors ippreżentat fis-6 ta April 2020 – Chiquita Brands vs EUIPO – Fyffes International (HOYA)

(Kawża T-189/20)

(2020/C 191/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chiquita Brands LLC (Fort Lauderdale, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: W. Pors, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fyffes International Unlimited Company (Dublin, l-Irlanda)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva HOYA bil-kuluri isfar, blu u iswed – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 612 166

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 962/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ t-talba għal revoka tar-rikorrenti fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-projbizzjoni ta’ reformatio in peius u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – Almea vs EUIPO – Sanacorp Pharmahandel (Almea)

(Kawża T-190/20)

(2020/C 191/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Almea Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Furneaux u E. Humphreys, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sanacorp Pharmahandel GmbH (Planegg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Almea” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 030 126

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 246/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/37


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Ultra Tef-Gel)

(Kawża T-192/20)

(2020/C 191/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tikal Marine Systems GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mahnkopf, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ultra Safety Systems Inc. (Mangonia Park, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Ultra Tef-Gel” – Trade mark tal-Unjoni Nru 15 369 739

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2499/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ Novembru 2018;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara t-trade mark kontenzjuża valida;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjent għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/38


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Berebene vs IPO – Consorzio vino Chianti Classico (GHISU)

(Kawża T-201/20)

(2020/C 191/51)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Berebene Srl (Roma, l-Italja) (rappreżentant: A. Massimiani, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio vino Chianti Classico (Radda in Chianti, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kulur GHISU – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 232 571

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 592/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

konsegwentement, tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GHISU Nru 17 232 571 b’mod partikolari għall-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 33 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell.

Motiv invokat

Paragun żbaljat tat-trade marks kunfliġġenti u evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni u tal-vantaġġ indebitu.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/38


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – JH vs Europol

(Kawża T-208/20)

(2020/C 191/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: JH (rappreżentant: M. Quaas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata l-illegalità tad-deċiżjoni tat-2 ta’ April 2019 meħuda mid-direttur tal-konvenuta li tneħħi, b’effett immedjat, lir-rikorrent mill-funzjonijiet tiegħu ta’ Kap tal-Unità GDPT (Protezzjoni Personali) tad-Diviżjoni Governance Directorate tal-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija Europol; u

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent kumpens għad-danni, li l-ammont tiegħu jiġi stabbilit mill-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

Ksur tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol

Ir-rikorrent isostni li l-kundizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ Europol sabiex tittieħed l-miżura dixxiplinari kontenzjuża ma kinux issodisfatti. Fil-fehma tiegħu, il-konvenuta injorat id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal, u kien (biss) xhur wara li hija pprovat tiġġustifika l-miżura dixxiplinari li kienet ittieħdet billi bbażat ruħha fuq deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid retroattiva u billi rreferiet għal organizzazzjoni mill-ġdid.

2.

Preġudizzju għas-saħħa u inkapaċità għax-xogħol

Ir-rikorrent jitlob, barra minn hekk, kumpens għad-danni, peress li huwa jqis li huwa stabbilit li l-miżura illegali ppreġudikat is-saħħa tiegħu u qegħditu fl-impossibbiltà li jkompli bl-attività professjonali tiegħu.


8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – Gaz-System vs ACER

(Kawża T-212/20)

(2020/C 191/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Operator Gazociągów Przesylowych Gaz-System S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Buczkowska, M. Trepka, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni NruoA-006-2019 mogħtija mill-Bord tal-Appell tal-ACER fis-7 ta’ Frar 2020;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) 2019/942 (1), peress li l-Bord tal-Appell tal-ACER ma wettaqx eżami u kontroll fid-dettall tad-Deċiżjoni Nru 10/2019 tal-ACER. Din l-awtolimitazzjoni mhux iġġustifikata li allegatament saret mill-Bord tal-Appell tal-ACER kellha impatt dirett fuq id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball imwettaq meta ġie preżunt li l-ACER ma kisritx il-prinċipju ta’ trasparenza sanċit fl-Artikolu 15 TFUE, fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 37(3) tar-Regolament (UE) 2017/459 (2) u fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2019/942, minkejja li l-ACER 1) bidlet b’mod arbitrarju r-rekwiżiti li jirrigwardaw il-kriterji ta’ rekwiżiti tekniċi ta’ kwalità li għandhom jkunu ssodisfatti mill-offerti sottomessi u 2) għamlet l-għażla tar-repetizzjoni mill-bidu tal-proċeduri li wasslu għall-indikazzjoni tal-pjattaforma, mingħajr ma tat ġustifikazzjonijiet għal din il-bidla u għal din l-għażla.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball li twettaq meta ġie preżunt li l-ACER ma kinitx kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi stabbilixxiet b’mod arbitrarju r-rekwiżiti tal-istudju tal-każ tal-kompiti B(i) u B(ii) li ffavorixxa pjattaformi li ma kinux issodisfaw ir-rekwiżiti bażiċi fil-mument meta ġew sottomessi l-offerti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball imwettaq meta ġie preżunt li l-ACER ma kinitx kisret il-prinċipju ta’ trasparenza, sanċit fl-Artikolu 15 TFUE u fl-Artikolu 41(1) kif ukoll fl-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta, billi aġixxiet b’mod arbitrarju u billi ma pprovdietx spjegazzjoni għar-rekwiżiti tal-istudju tal-każ li affettwaw il-preparazzjoni tal-offerti ppreżentati mill-pjattaformi ta’ prenotazzjoni ta’ kapaċità, qabel ma dawn l-offerti ġew sottomessi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball imwettaq meta ġie preżunt li d-Deċiżjoni 10/2019 tal-ACER kienet debitament immotivata u ma kinitx għadaqstant tikser manifestament l-Artikolu 296 TFUE kif ukoll l-Artikolu 41(2)(ċ) u l-Artikolu 47 tal-Karta, minkejja li l-ġustifikazzjoni ppreżentata fiha ma tippermettix ir-rikostruzzjoni tar-raġunament tal-ACER li wassal għall-għażla tal-pjattaforma RBP u tostakola b’mod kunsiderevoli l-kapaċità tar-rikorrenti li tikkontesta din id-deċiżjoni.


(1)  Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459 tas-16 ta’ Marzu 2017 li jistabbilixxi Kodiċi tan-Netwerk dwar il-Mekkaniżmi ta’ Allokazzjoni tal-Kapaċità fis-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 984/2013 (ĠU 2017, L 72, p. 1 sa 28).