ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
14 ta' Mejju 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 166/01

Rata tal-kambju tal-euro — It-13 ta' Mejju 2020

1

2020/C 166/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

2020/C 166/03

Avviż dwar l-għoti tal-għotjiet Sejħa għall-proposti — ref: GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19 ReferNet — In-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien Espert għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

3

2020/C 166/04

Notifika dwar il-preżentazzjoni ta’ għotjiet Sejħa għall-proposti — ref: GP/DSI/ReferNet_FPA/001/20 ReferNet — In-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien Espert dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) tas-Cedefop

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 166/05

Avviż ta’ bidu ta’ proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 166/06

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

20


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta' Mejju 2020

(2020/C 166/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0875

JPY

Yen Ġappuniż

116,28

DKK

Krona Daniża

7,4556

GBP

Lira Sterlina

0,88245

SEK

Krona Żvediża

10,5843

CHF

Frank Żvizzeru

1,0528

ISK

Krona Iżlandiża

158,30

NOK

Krona Norveġiża

10,9380

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,408

HUF

Forint Ungeriż

353,58

PLN

Zloty Pollakk

4,5636

RON

Leu Rumen

4,8353

TRY

Lira Turka

7,5861

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6687

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5243

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4286

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7983

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5380

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 331,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,9190

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7102

HRK

Kuna Kroata

7,5705

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 092,26

MYR

Ringgit Malażjan

4,7040

PHP

Peso Filippin

54,545

RUB

Rouble Russu

79,5893

THB

Baht Tajlandiż

34,844

BRL

Real Brażiljan

6,3606

MXN

Peso Messikan

26,2304

INR

Rupi Indjan

81,8825


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2020/C 166/02)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Malta

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Malta

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Sit ta’ Patrimonju Dinji tal-UNESCO — it-tempji preistoriċi Ta’ Skorba

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri lil Skorba, tempju preistoriku li jinsab qrib ir-raħal żgħir taż-Żebbiegħ, fil-Majjistral ta’ Malta. Il-kumpless jikkonsisti f’żewġ tempji mibnija wieħed ħdejn l-ieħor. Dawn inbnew f’post fejn kien hemm fdalijiet ferm eqdem li nstabu barra l-kumpless tat-tempji. Skorba huwa nieqes mill-monumentalità tat-tempji l-oħra fil-Gżejjer Maltin. Madankollu, is-sit huwa ta’ importanza kbira billi għen lill-arkeoloġisti biex jiffissaw is-sekwenza kulturali preistorika ta’ Malta u jistabbilixxu li l-ewwel abitanti fil-gżejjer kienu għall-ħabta tas-sena 5000 QK. Fin-naħa ta’ fuq tad-disinn tidher l-iskrizzjoni “SKORBA TEMPLES 3600-2500 BC”. Fin-naħa ta’ isfel hemm l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MALTA” u s-sena tal-ħruġ “2020”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 170 000

Id-data tal-ħruġ: Mejju/Ġunju 2020


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/3


AVVIŻ DWAR L-GĦOTI TAL-GĦOTJIET

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — ref: GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

ReferNet — In-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien Espert għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

(2020/C 166/03)

1   Awtorità kontraenti

Cedefop – Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

attn: Is-Sinjura Pascaine Descy, Europe 123

570 01 Thermi (Tessaloniki)

il-GREĊJA.

Punt ta’ kuntatt:

Is-Sinjura Clotilde Assumel-Lurdin

Tel. +30 2310490287

Posta elettronika: c4t-services@cedefop.europa.eu

Pubblikazzjoni preċedenti: ĠU C 256, 30.6.2019, p. 2.

2.   L-għoti tal-għotjiet

Isem uffiċjali sħiħ tal-Organizzazzjoni/Istituzzjoni

Indirizz uffiċjali

Numru tal-FPA

Tul ta’ żmien tal-FPA

Data tal-firma tal-FPA

Numru tal-SGA

Tul ta’ żmien tal-SGA

Data tal-firma tal-SGA

Għotja massima ammont

Institut für Bildungsforschung der Wirtschaft - IBW

Rainergasse 38, 1050 Vjenna, l-Awstrija

Nru 2019-FPA1/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0012/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

33 301,08

NAVET

125 Tzarigradsko shosse blvd, blokka 5, il-ħames sular, 1113 Sofija, il-Bulgarija

Nru 2019-FPA2/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

19.12.2019

Nru 2020-0013/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

33 621

Aġenzija għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali u Edukazzjoni għall-Adulti - AVETAE

Amruševa 4 10000 Zagreb, il-Kroazja

Nru 2019-FPA3/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0014/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

23.12.2019

23 590

Awtorità għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani - HRDA

2 Anavissou Str. 2025 Nikosija, Ċipru

Nru 2019-FPA4/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

19.12.2019

Nru 2020-0015/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

23.12.2019

23 615

Kulleġġ Universitarju ta’ Copenhagen- UCC

Humletorvet 3 1799 Copenhagen, id-Danimarka

Nru 2019-FPA5/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0016/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

22.01.2020

23 537,50

HARIDUS- JA TEADUSMINISTEERIUM (MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U TAR-RIĊERKA) - HTM

Munga 18 50088 Tartu, l-Estonja

Nru 2019-FPA6/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0017/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

30.12.2019

23 615

Direttorat tal-Edukazzjoni (Menntamálastofnun)

Vikurhvarfl 3 203 Kopavogur, l-Iżlanda

Nru 2019-FPA7/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0022/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

6.1.2020

23 615

L-Aġenzija Nazzjonali Finlandiża għall-Edukazzjoni

Hakaniemenranta 6 00530 Helsinki, il-Finlandja

Nru 2019-FPA8/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0018/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

7.1.2020

33 600

Centre pour le Développement de l’information sur la formation permanente - Ċentru tal-Info

4, Avenue du Stade de France 93218 Saint Denis La Plaine, Franza

Nru 2019-FPA9/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0019/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

43 619,80

Bundesinstitut für Berufsbildung - BIBB

Robert-Schuman-Platz 3 53175 Bonn, il-Ġermanja

Nru 2019-FPA10/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0020/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

43 620

Il-Ministeru għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u ċ-Ċentru għall-Appoġġ ta’ Taħriġ Innovattiv ((ITM)

Főutca 44-50 1011 Budapest, l-Ungerija

Nru 2019-FPA11/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0021/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

10.3.2020

33 625

Ċentru ta’ Appoġġ għat-Taħriġ Innovattiv IKK Kumpanija Privata Limitata

Magyarország, 1055 Budapest, Honvéd utca 13-15 l-Ungerija

 

 

 

 

 

 

 

Istituto Nationale per l’Analisi delle Politiche Pubbliche - INAPP

Corso d’Italia 33 00198 Ruma, l-Italja

Nru 2019-FPA12/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

10.3.2020

Nru 2020-0023/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

11.3.2020

43 620

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza (MoES)

2 Valnu iela Street 1050 Riga, il-Latvja

Nru 2019-FPA13/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

13.1.2020

Nru 2020-0024/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

21.1.2020

23 615

Kvalificacijų ir profesinio mokymo plėtros centras KPMPC

Gelezinio Vilko g. 12 01336 Vilnius, il-Litwanja

Nru 2019-FPA14/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0025/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

27.12.2019

23 615

Institut National pour le développement de la Formation Professionnelle Continue

Immeuble Cubus C2, 2 rue Peternelchen 2370 Howald, il-Lussemburgu

Nru 2019-FPA1/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0026/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

10.1.2020

23 615

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi-MEDE

Great siege road VLT 2000 Floriana, Malta

Nru 2019-FPA16/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

19.12.2019

Nru 2020-0027/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

24.12.2019

22 400

Istitut tar-Riċerka Edukazzjonali (IBE)

Górczewska 8 01-180 Varsavja, il-Polonja

Nru 2019-FPA17/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

19.12.2019

Nru 2020-0029/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

23.12.2019

43 620

Direcção-Geral do Emprego e das Relações de Trabalho - DGERT

Praca de Londres № 2-9° andar 1049-056 Lisbona, il-Portugall

Nru 2019-FPA18/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0030/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

33 625

CENTRUL NAŢIONAL DE DEZVOLTARE A ÎNVĂŢĂMÂNTULUI PROFESIONAL ŞI TEHNIC - CNDIPT

str. Spiru Haret nr. 10-12, l-ewwel sular, kamra 52, 010176 Bucharest, ir-Rumanija

Nru 2019-FPA19/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0031/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

33 600

Fundacion Estatal para la Formación en el Empleo

Torrelaguna 56 28027 Madrid, Spanja

Nru 2019-FPA20/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

17.12.2019

Nru 2020-0034/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

43 620

Štátny inŝtitút odborného vzdelàvania - ŠIOV

Bellova 54/a 83763 Bratislava, is-Slovakkja

Nru 2019-FPA21/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0032/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

30.12.2019

33 625

Center Republike Slovenije za poklicno izobraževanje (Istitut Nazzjonali għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja) - CPI

Kajuhova 32 U 1000 Ljubjlana, is-Slovenja

Nru 2019-FPA22/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0033/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

23 615

Statens Skolverk (Aġenzija Nazzjonali Żvediża għall-Edukazzjoni) - Skolverket

Svettvägen 16, Kaxxa 4002 17014 Solna, l-Iżvezja

Nru 2019-FPA23/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

20.12.2019

Nru 2020-0035/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

7.1.2020

33 625

ECCTIS LTD

Suffolk House, 68-70 Suffolk Road GL50 2ED Cheltenham, ir-Renju Unit

Nru 2019-FPA24/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0036/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

20.12.2019

43 620

L-Aġenzija Norveġiża għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u t-Titjib tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (DIKU)

Fortunen 1 5809 Bergen, in-Norveġja

Nru 2019-FPA25/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/19

4 snin

18.12.2019

Nru 2020-0028/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/19

12-il xahar

16.1.2020

33 625


14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/7


NOTIFIKA DWAR IL-PREŻENTAZZJONI TA’ GĦOTJIET

SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — ref: GP/DSI/ReferNet_FPA/001/20

ReferNet — In-Netwerk Ewropew ta’ Għarfien Espert dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ETV) tas-Cedefop

(2020/C 166/04)

1.   Awtorità kontraenti

Cedefop — Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

Attn: Mrs Pascaline Descy

Europe 123

570 01 Thermi (Thessaloniki)

GREECE

Punt ta’ kuntatt:

Ms Clotilde Assumel-Lurdin

Tel. +30 2310490287

Indirizz tal-posta elettronika: c4t-services@cedefop.europa.eu

Pubblikazzjoni preċedenti: ĠU C 13, 15.1.2020, p. 16.

2.   Il-preżentazzjoni tal-għotja

Isem il-benefiċjarju

Indirizz

Numru tal-ftehim qafas tas-sħubija

Tul ta’ żmien tal-ftehim qafas tas-sħubija

Data tal-iffirmar tal-ftehim qafas tas-sħubija

Numru tal-ftehim tal-Għotja Speċifika (2016)

Tul ta’ żmien tal-ftehim tal-Għotja Speċifika

Data tal-iffirmar tal-ftehim tal-Għotja Speċifika

Ammont tal-għotja (EUR)

L-Istitut Pedagoġiku Nazzjonali tar-Repubblika Ċeka (National Pedagogical Institute of the Czech Republic) – NPI ČR

Senovážné náměstí 25, 1110 00 Prague,

Czechia

Nru 2020-FPA4/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/20

46 xahar

23/03/2020

Nru 2020-0064/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/20

10 xhur

8.4.2020

33 258

L-Organizzazzjoni Nazzjonali għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Kwalifiki u tal-Gwida Vokazzjonali (National Organisation for the Certification of Qualifications and Vocational Guidance) – EOPPEP

Ethnikis Antistaseos Avenue, 41, 142 34 Nea Ionia Attikis,

Greece

Nru 2020-FPA2/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/20

46 xahar

23/03/2020

Nru 2020-0065/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/20

10 xhur

8.4.2020

33 257

An tSeirbhís Oideachais Leanúnaigh agus Scileanna – SOLAS

Castleforbes House, Dublin 1, DO1 A8NO Dublin,

Ireland

Nru 2020-FPA1/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/20

46 xahar

02/04/2020

Nru 2020-0067/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/20

10 xhur

15.4.2020

33 258

Stichting CINOP – ecbo

Stationplein 14, 5211AP

‘s-Hertogenbosch

Netherlands

Nru 2020-FPA3/GP/DSI/ReferNet_FPA/001/20

46 xahar

23/03/2020

Nru 2020-0063/GP/DSI/ReferNet_SGA/001/20

10 xhur

8.4.2020

33 257,70


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/9


Avviż ta’ bidu ta’ proċediment ta’ anti-dumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija

(2020/C 166/05)

Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mit-Turkija, huma l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qed ikunu ta’ dannu (2) għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fil-31 ta’ Marzu 2020 mill-Eurofer (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar.

Verżjoni miftuħa tal-ilment u l-analiżi tal-livell ta’ sostenn għall-ilment minn produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Il-prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni hu ċerti prodotti tal-ħadid irrumblati ċatti, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar, f’koljaturi jew le (inklużi prodotti “cut-to-length” u “strixxi dojoq”), mhux maħdumin aktar ħlief b’laminazzjoni termali, mhux miksijin, indurati jew mgħottijin (“il-prodott taħt investigazzjoni”).

Il-prodotti li ġejjin mhumiex koperti minn din l-investigazzjoni:

(i)

prodotti tal-azzar inossidabbli u azzar elettriku tas-siliċju bil-granijiet orjentati;

(ii)

prodotti tal-azzar tal-għodda u tal-azzar li jintuża f’veloċità għolja;

(iii)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna li taqbeż l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 600 mm jew aktar; kif ukoll

(iv)

prodotti, mhux f’koljaturi, mingħajr diżinji f’riljev, ta’ ħxuna ta’ 4,75 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx l-10 mm u ta’ wisa’ ta’ 2 050 mm jew aktar.

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien 10 ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).

3.   Allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott li qiegħed jiġi investigat, li joriġina fit-Turkija (“il-pajjiż kkonċernat”), li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM 7208 10 00, 7208 25 00, 7208 26 00, 7208 27 00, 7208 36 00, 7208 37 00, 7208 38 00, 7208 39 00, 7208 40 00, 7208 52 10, 7208 52 99, 7208 53 10, 7208 53 90, 7208 54 00, 7211 13 00, 7211 14 00, 7211 19 00, ex 7225 19 10 (Kodiċi TARIC 7225191090), 7225 30 90, ex 7225 40 60 (Kodiċi TARIC 7225406090), 7225 40 90, ex 7226 19 10 (Kodiċi TARIC 7226191090), 7226 91 91 u 7226 91 99. Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

L-allegazzjoni ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Fuq dik il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.   Allegazzjoni ta’ dannu/rabta ta’ kawżalità u distorsjonijiet fil-materja prima

4.1.    Allegazzjoni ta’ ħsara u kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat żdiedu kumplessivament f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem fis-suq.

L-evidenza li pprovduta mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott investigat importat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni, bir-riżultat li kien hemm effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.

4.2.    Allegazzjoni ta’ distorsjonijiet fil-materja prima

L-ilmentatur ipprovda lill-Kummissjoni biżżejjed evidenza li turi li hemm distorsjonijiet fil-materja prima fil-pajjiż ikkonċernat fir-rigward tal-prodott investigat. Dik il-materja prima użata fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat hija faħam u mineral tal-ħadid.

Skont l-evidenza fl-ilment, il-faħam u l-mineral tal-ħadid allegatament kull wieħed minnhom huma responsabbli għal iktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. L-ilment jallega li ż-żewġ materja prima jidhru li huma suġġetti ta’ distorsjonijiet kummerċjali. Skont l-ilment, l-industrija domestika tal-faħam hija obbligata li tissupplixxi s-suq domestiku, li jfisser li l-faħam mhuwiex innegozjat barra mill-pajjiż ikkonċernat, u l-mineral tal-ħadid huwa suġġett għal estrazzjoni ristretta fil-pajjiż ikkonċernat.

Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni se teżamina d-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. Jekk distorsjonijiet oħra koperti mill-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku jiġu identifikati matul l-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista’ tkopri wkoll dawn id-distorsjonijiet.

5   Proċedura

Ladarba stabbilixxiet, wara li għarrfet lill-Istati Membri, li l-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, il-Kummissjoni b’dan qiegħda tagħti bidu għal investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tiddetermina jekk il-prodott investigat, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat huwiex qiegħed ikun oġġett ta’ dumping u jekk dawn l-importazzjonijiet ta’ dumping ikkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu affermattivi, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a), l-investigazzjoni se teżamina t-test ta’ interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli qabel fil-proċedimenti anti-dumping. Il-limiti ta’ żmien għall-partijiet interessati biex jipprovdu evidenza, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ġiet ippubblikata Notifika (5) dwar il-kosengwenzi potenzjali tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u anti-sussidji.

5.1.    Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mar-rabta ta’ kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping

Il-produtturi esportaturi (6) tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.3.1.1.   Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiż ikkonċernat

(a)   Kampjunar

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan il-proċediment, u sabiex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom ikunu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “il-kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/8e47a35f-dd94-766a-7cd1-31ad0cab5af0. L-informazzjoni dwar l-aċċess tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.8.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2458).

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun”). Mingħajr preġudizzju għat-taqsima 5.3.1.1(b), id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat fuq l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun ma jkunx jaqbeż il-marġni medju peżat ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (7).

(b)   Marġni ta’ dumping individwali għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ dumping individwali jridu jlestu il-kwestjonarju u jirritornawh komplut kif xieraq fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2458).

Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun jistgħux jingħataw dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex parti mill-kampjun li jitolbu marġni ta’ dumping individwali, jenħtieġ li jkunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex parti mill-kampjun tant ikun kbir, li jkun wisq diffiċli biex dan jiġi stabbilit u minħabba f’hekk l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.

5.3.2.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (8) (9)

Importaturi mhux relatati tal-prodott investigat mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni huma mistiedna li jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “it-teħid ta’ kampjun”). It-teħid ta’ kampjun se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

B’hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ it-teħid ta’ kampjun, u jekk dan ikun il-każ, biex għaldaqstant tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija(i) tagħhom, mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika fi żmien sebat ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati li jkunu parti mill-kampjun. Dawk il-partijiet iridu jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl li jista’ jiġi eżaminat mill-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2458).

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

L-istabbiliment tad-dannu jissejjes fuq evidenza pożittiva u jinvolvi eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li jkun qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Fil-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjun isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. B’hekk, il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jqisu li hemm raġunijiet għalfejn jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun, iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi magħrufa kollha tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet magħrufa kollha tal-produtturi tal-Unjoni dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2458).

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni f’każijiet ta’ allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet rigward il-materja prima

F’każijiet tal-allegata distorsjoni rigward il-materji prima kif definit fl-Artikolu 7 (2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se twettaq test dwar l-interess tal-Unjoni kif stipulat fl-Artikolu 7 (2b) ta’ dak ir-Regolament. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi, meta tistabbilixxi l-livell ta’ dazji skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, biex tapplika l-Artikolu 7(2), hija għandha twettaq test fl-interess tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu l-informazzjoni kollha pertinenti li tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina jekk huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġi stabbilit il-livell tal-miżuri skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, il-partijiet interessati huma mistiedna jipprovdu kwalunkwe informazzjoni dwar il-kapaċitajiet żejda fil-pajjiż ikkonċernat, il-kompetizzjoni għal materja prima u l-effett fuq il-katini ta’ provvista għal kumpaniji fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni l-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li jkun skont l-interess tal-Unjoni li jiġi applikat l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew fil-format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott investigat, hija disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati u fuq il-website tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2458). L-informazzjoni mogħtija titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Il-partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni disponibbli b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 fuq jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jieħdu sehem biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jagħmlu lilhom infushom magħrufa, u diment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-analiżi mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġejja:

i.

Għal kwalunkwe seduta ta’ smigħ li ssir qabel ma tiskadi l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika u s-seduta ta’ smigħ normalment isseħħ fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

ii.

Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tal-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tal-iżvelar jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni.

iii.

Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tal-iżvelar finali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir fil-perjodu mogħti biex isiru kummenti dwar l-iżvelar finali. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli jasal dan l-iżvelar finali addizzjonali, u s-seduta ta’ smigħ normalment issir sal-iskadenza sabiex jiġu pprovduti kummenti dwar dan l-iżvelar.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ barra l-limitu ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jiċħdu talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali ċaħda.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.8.    Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitiv e” (10). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitiv e” huma obbligati jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested partie s”. Jenħtieġ li dawk is-sommarji jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tat-tagħrif ppreżentat b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli.

Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali tagħrif sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li t-tagħrif huwa korrett.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fuq il-website tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Emails:

Għal kwistjonijiet dwar dumping:

TRADE-AD665-DUMPING-HRFS@ec.europa.eu

Għal kwistjonijiet ta’ dannu u l-interessi tal-Unjoni:

TRADE-INJURY-HRFS@ec.europa.eu

6.   L-iskeda tal-investigazzjoni

Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, normalment l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 13-il xahar, iżda mhux iktar minn 14-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti sa mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni tagħha.

Skont l-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji tliet (3) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati se jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar ir-reqqa tal-kalkoli.

F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jiġu infurmati, permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni, bin-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ dazji tliet ġimgħat qabel ma tiskorri l-iskadenza skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u 10 ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, l-iżvelar finali addizzjonali jispeċifika l-iskadenza għall-partijiet interessati biex jikkummentaw bil-miktub.

7.   Sottomissjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw l-informazzjoni fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika biss. Il-preżentazzjoni ta’ kull informazzjoni oħra mhux koperta minn dawn it-taqsimiet, jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:

i.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

ii.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida hija meħtieġa biex jikkonfutaw allegazzjonijiet fattwali li jkunu saru minn partijiet interessati oħrajn u dment li tali informazzjoni fattwali ġdida tkun tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

iii.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Il-possibbiltà li jsiru kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

i.

Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji, isir mhux iktar tard mill-75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

ii.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

iii.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar finali, jiġu ppreżentati fi żmien tlett (3) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar isiru fi żmien jum wieħed (1) mill-iskadenza għal kummenti dwar dan l-iżvelar, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-iskeda ta’ żmien deskritta huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkustanzi ta’ eċċezzjoni u se jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett ijiem u bħala regola ma taqbiżx sebat ijiem. Rigward il-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet se jkunu limitati għal tlett ijiem sakemm ma jintwerewx ċirkustanzi ta’ eċċezzjoni.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix it-tagħrif meħtieġ fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u s-sejbiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal din il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim dwar il-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża ta’ partijiet interessati u partijiet terzi kif dawn jinqalgħu dwar il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti/jiet interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ jenħtieġ li jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Fil-prinċipju, l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 5.7 sabiex jintalbu seduti ta’ smigħ mas-servizzi tal-Kummissjoni japplikaw mutatis mutandis għal talbiet għal seduti ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati barra mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Ipproċessar ta’ data personali

Kull data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew għad-dewmien materjali fil-ħolqien ta’ industrija kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.

(3)  Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jirreferu għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(5)  Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u anti-sussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(6)  Produttur esportatur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u li tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament jew inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata tagħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat.

(7)  Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe marġni żero u de minimis, u l-marġnijiet stabbiliti f’konformità maċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhumiex se jitqiesu.

(8)  Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. B’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relalati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom biss xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(9)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(10)  Dokument “Sensitiv e” huwa dokument li jitqies li hu kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “Sensittiva”

Verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENT ANTIDUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTI PRODOTTI ĊATTI B’LAMINAZZJONI TERMALI TAL-ĦADID, MHUX ILLIGAT JEW LIGA OĦRA TAL-AZZAR LI JORIĠINAW MIT-TURKIJA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ bidu.

Kemm il-verżjoni “Sensittiva” kif ukoll il-verżjoni “Biex jikkonsultawha l-partijiet interessati” jridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

1.   IDENTITÀ U DETTALJI TAL-KUNTATT

Agħti dawn id-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

L-isem tal-kumpanija

 

L-indirizz

 

Il-Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz tal-email

 

In-numru tat-telefown

 

In-numru tal-faks

 

2.   IL-FATTURAT U L-VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija tiegħek, u l-fatturat u l-piż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mit-Turkija, matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019), ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, mhux illigat jew liga oħra tal-azzar definit fin-Notifika ta’ bidu.

 

Tunnellati

Valur f’euros (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina mit-Turkija

 

 

L-importazzjonijiet tal-prodott investigat lejn l-Unjoni (minn kullimkien)

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mit-Turkija tal-prodott investigat

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija tiegħek u l-kumpaniji relatati kollha (jekk jogħġbok elenkahom u speċifika r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott investigat, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li tqis li huma utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tiegħek tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tiegħek tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fuq il-post tiegħek sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tiegħek. Jekk il-kumpanija tiegħek tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

L-isem u t-titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/20


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2020/C 166/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi ta’ data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“SILTER”

Nru tal-UE: PDO-IT-1252-AM01 — 21.1.2020

DOP (X) IĠP ()

1.   Isem (Ismijiet)

“Silter”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3: Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-ġobon “Silter” għandu forma ċilindrika b’dijametru ta’ bejn 34-40 cm, b’qoxra dritta jew kemxejn konvessa ta’ madwar 8-10 cm. Wara l-maturazzjoni tiegħu, il-ġobon jilħaq piż ta’ bejn 10-16-il kg, filwaqt li wara li jindilek biż-żejt u jitħalla jimmatura, il-qoxra tibbies u ssir lewn it-tiben li jagħti fil-kannella.

Il-konsistenza tal-ġobon hija soda u qatt ma tkun elastika, u t-toqob huma ta’ daqs żgħir sa medju u mifruxa. Il-kontenut ta’ xaħam għandu jkun bejn 27 % u 45 % fil-materja niexfa, filwaqt li l-kontenut ta’ umdità ma jistax jaqbeż l-40 %.

Għandu togħma ħafifa u mhux morra, filwaqt li l-ġobon matur ħafna jkollu noti qawwija u b’saħħithom. L-aroma u t-togħma huma tipiċi taż-żona tal-produzzjoni u jdumu fl-imnieħer u fuq il-palat, bl-aktar noti distinti jinkludu l-ġewż, il-butir u l-ħalib tal-baqar li jirgħu, foraġġ aħdar jew imnixxef, dqiq tal-qastan u l-postijiet tal-ġobon “silter” (jiġifieri l-postijiet tipiċi li lokalment jintużaw għall-maturazzjoni).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-baqar li jipproduċu l-ħalib għandhom jingħalfu b’ħaxix u/jew ħuxlief, filwaqt li ma jistgħux jingħataw foraġġ insilat. Iż-żona kollha tal-produzzjoni tal-ġobon “Silter” hija żona muntanjuża, soġġetta għal limitazzjonijiet naturali fosthom l-altitudni, ix-xaqliba u l-klima, li għandhom riperkussjonijiet fuq il-produzzjoni staġunali tal-foraġġ. Dan għandu impatt fuq fid-dieta tal-baqar tal-ħalib.

Il-perċentwal ta’ foraġġ (ħuxlief u/jew ħaxix) miż-żona tal-produzzjoni ma jistax jkun inqas minn 50 % tal-materja niexfa totali mitmugħa kull sena lill-baqar li jipproduċu l-ħalib. L-għalf jista’ jkun issupplimentat minn konċentrati li jammontaw għal inqas minn 40 % tar-razzjon ta’ materja niexfa.

Dawn il-perċentwali huma deliberatament kawti, peress li l-ġobon “Silter” huwa prodott f’żona muntanjuża fejn il-kundizzjonijiet huma inqas favorevoli u fejn f’xi snin b’ħafna xita, il-produzzjoni ta’ foraġġ imnixxef (is-silaġġ ma jistax jintuża) kultant hija diffiċli u l-produzzjoni ta’ għalf ikkonċentrat ma tkunx fattibbli. Normalment, b’mod partikolari meta l-baqar jirgħu fil-biċċa l-kbira tal-jiem tas-sena, l-ammont ta’ foraġġ miż-żona tal-oriġini fil-porzjon jaqbeż sew l-ammonti msemmija hawn fuq. Filwaqt li r-ragħa mhuwiex obbligatorju, dan isir ħafna fil-mergħat tal-wied fir-rebbiegħa u l-ħarifa u fil-mergħat tal-muntanji fis-sajf, għal perjodu li jinbidel skont il-varjazzjonijiet staġunali. B’mod partikolari, meta dawn jirgħu f’mergħat tal-muntanji, il-foraġġ jiġi kollu kemm hu miż-żona tal-produzzjoni biss u bħala medja l-konċentrati ma għandhomx jaqbżu t-30 % tal-materja niexfa li tittiekel. Il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet tad-dieta tagħmilha possibbli li jinżammu l-karatteristiċi organolettiċi u aromatiċi tal-ġobon “Silter” prodott matul is-sena kollha. Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Silter” huma determinati wkoll mid-diversità mikrobjali tal-ambjent fejn il-ħalib mhux maħdum huwa prodott u pproċessat. Proġetti ta’ riċerka (VALTEMAS 2012, FOOD FOR LIFE 2006) identifikaw il-mikroorganiżmi li għandhom rwol fil-proċess li bih isir il-ġobon u eżaminaw l-attivitajiet tal-enzimi li huma kruċjali għall-iżvilupp tal-karatteristiċi distintivi tal-ġobon “Silter”. Sabiex jiġu miġġielda l-influwenzi potenzjali minn sorsi barra miż-żona tal-produzzjoni, il-produtturi tal-ġobon għandhom aċċess għal starter kit ta’ enzimi magħżula mill-mikroflora indiġena. L-iżvilupp ta’ dawn il-batterji tal-aċidu lattiku jwassal għall-formazzjoni tal-komposti aromatiċi u t-toqob żgħar tipiċi tal-ġobon “Silter”. Dawn il-batterji jevitaw ukoll l-iżvilupp ta’ batterji oħra li jistgħu jibdlu l-aroma u t-togħma tal-ġobon.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Silter” u r-rabta tiegħu mal-ambjent huma garantiti mid-dieta tal-annimali bbażata l-aktar fuq il-ħaxix u/jew il-ħuxlief miż-żona ġeografika, in-nuqqas ta’ foraġġ insilat, il-preżenza ta’ mikroflora indiġena fil-ħalib mhux maħdum u l-użu tat-teknoloġija.

Il-ġobon “Silter” jiġi prodott matul is-sena kollha billi jintuża biss ħalib mhux maħdum li huwa parzjalment xkumat unikament billi titneħħa l-krema li b’mod naturali titla’ fil-wiċċ. Mill-inqas 80 % tal-baqar li jipproduċu l-ħalib fl-azjendi agrikoli individwali għandhom jappartjenu għar-razez tipiċi tal-muntanji (Bruna, Grigio Alpina u Pezzata Rossa). Il-baqar tar-razza Bruna għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 60 % tal-baqar kollha li jipproduċu l-ħalib fl-azjendi agrikoli individwali.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

It-trobbija tal-annimali u l-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-ġobon “Silter” jiġi kkummerċjalizzat fil-forma sħiħa jew f’porzjonijiet. Porzjonijiet tal-ġobon ippakkjati minn qabel għandhom jinkludu parti mill-qoxra u/jew tal-wiċċ tal-forma oriġinali tal-ġobon li tiċċertifika l-oriġini tal-ġobon.

Ġobon ippakkjat mingħajr parti tal-qoxra u/jew il-wiċċ li tiċċertifika l-oriġini tal-ġobon, jew mingħajr il-qoxra (ġobon maħkuk, loqom, biċċiet, porzjonijiet maqtugħa, eċċ.) għandu jkun traċċabbli lura għall-forom ta’ oriġini tal-ġobon (il-markatura CE tal-ħalib, il-lott tal-produzzjoni). L-ippakkjar għandu jsir mill-aktar fis possibbli, eżatt wara t-tqattigħ f’porzjonijiet jew it-tħakkik.

It-tipi tad-DOP “Silter” mingħajr il-qoxra (ġobon maħkuk, loqom, biċċiet, imfettet, eċċ.) jinkisbu esklussivament minn ġobon sħiħ u li għandu marka bin-nar fuqu. Madankollu, il-partijiet maqtugħa u l-imballaġġ tal-ġobon “Silter” jistgħu jintużaw biex jiġi prodott il-ġobon maħkuk “Silter”.

It-tħakkik u/jew it-tqattigħ f’porzjonijiet mingħajr il-qoxra jistgħu jsiru wkoll barra miż-żona tal-produzzjoni, soġġett għal ċertifikazzjoni mill-korp ta’ kontroll awtorizzat jew minn korp delegat minnu.

L-ippakkjar għandu jsir mill-aktar fis possibbli, mingħajr ebda trattament u mingħajr ma jiżdiedu sustanzi oħra.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Il-forom sħaħ għandhom jinkludu l-kodiċi tal-ID tal-istabbiliment tal-ipproċessar, id-data tal-produzzjoni, il-marka tal-oriġini, il-marka bin-nar u, fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet, l-isem tal-mergħat tal-muntanji.

Il-marka tal-oriġini fuq in-naħa konvessa tal-qoxra tinkludi sensiela ta’ xbihat ta’ figuri umani għoljin 80 mm meħuda mit-tpinġijiet fuq il-ħaġriet ta’ Valcamonica, u żewġ fjuri stillel tal-Alpi (Leontopodium alpinum).

Image 2

Mitt jum wara l-produzzjoni, mill-inqas wieħed mill-uċuħ tal-ġobon irid jiġi mmarkat bin-nar bil-kelma “SILTER” miktuba f’ark, b’żewġ fjuri stillel tal-Alpi taħt u l-akronimu “D.O.P.” [DPO] fiċ-ċentru; bejn iż-żewġ fjuri stillel tal-Alpi hemm tpinġija oħra mill-ħaġar tal-Valcamonica li turi xenarju ta’ ħrit.

Image 3

Il-ġobon ippakkjat minn qabel għandu jkollu tikketta bil-logo ta’ identifikazzjoni u l-kliem “Silter D.O.P.” [“Silter DOP”], kif ukoll l-informazzjoni meħtieġa bil-liġi. Il-logo għandu jkun ta’ lewn isfar okra u jżomm il-proporzjonijiet u l-forom stabbiliti.

Image 4

Għat-tip ta’ prodott definit bħala “mgeżwer minn qabel”, it-tikketta kif definita hawn fuq mhijiex meħtieġa meta l-pakkett ikun ippreparat fil-punt tal-bejgħ.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tinkludi l-Comunità Montana di Valle Camonica [Il-Komunità tal-Muntanji tal-Valle Camonica] kollha u parti mill-Comunità Montana del Sebino Bresciano [Komunità tal-Muntanji tas-Sebino Bresciano] fil-Provinċja ta’ Brescia. B’kollox tinkludi 47 muniċipalità.

Iż-żona ġeografika testendi mil-Lag Iseo (baċir idrografiku b’erja ta’ 65,3 km2) sal-Mogħdija Gavia u l-Mogħdija Tonale.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ġobon “Silter” hija żona muntanjuża li tinsab fil-Prealpi u l-muntanji tal-Provinċja ta’ Brescia. Kemm il-Lag Iseo fin-Nofsinhar kif ukoll il-massif ta’ Adamello fit-Tramuntana jinfluwenzaw u jsawru l-karattru tal-ambjent.

Il-kimika tal-ħamrija differenti u l-varjazzjonijiet fil-klima u fit-temperatura jippermettu l-iżvilupp ta’ veġetazzjoni rikka, bi speċijiet li jvarjaw minn dawk taż-żona submuntanjuża għal dawk tipiċi tal-mergħat għolja taż-żona subalpina. B’mod partikolari fiż-żoni muntanjużi, hemm bosta ħabitats għall-mergħat b’varjeta kbira ta’ speċijiet li huma tajbin għall-foraġġ, bħal Anthoxanthum spp u Achillea spp. Il-mergħat tal-wied u f’nofs il-pendil tal-muntanji jintużaw biex jitimgħu l-baqar li jipproduċu l-ħalib tul l-aktar xhur kesħin. Sadanittant fis-sajf, il-120 mergħa tal-muntanji fiż-żona muntanjuża għolja jipprovdu mergħa għas-sajf.

Il-ġobon “Silter” huwa prodott f’ħafna azjendi, inklużi dawk żgħar li jipproċessaw, u b’hekk jikkonservaw, il-ħalib tagħhom stess bl-użu ta’ metodi tradizzjonali li ngħaddew minn ġenerazzjoni għal oħra ta’ bdiewa/produtturi tal-ġobon. Il-perjodu twil ta’ maturazzjoni tal-ġobon “Silter” ippermetta lill-popolazzjoni rurali li żżomm il-prodott għal żmien twil, u tiżgura li jkun disponibbli ikel matul is-sena kollha.

Hija ħaġa tradizzjonali għall-ħalib xkumat li jgħaddi mill-ipproċessar ġo bettija. Dan jibqa’ għaddej għal ħin twil, mill-inqas sagħtejn jew aktar, bil-baqtiet jistrieħu fix-xorrox.

Dan l-aħħar pass jagħti lill-ġobon “Silter” il-konsistenza partikolarment ramlija u n-nuqqas ta’ elastiċità tipiċi tiegħu.

Il-ġobon “Silter” għandu perjodu ta’ maturazzjoni relattivament twil ta’ mill-inqas mitt jum wara d-data tal-produzzjoni.

Dan iżomm it-tradizzjoni li l-ġobon, li ilu żmien twil jirrappreżenta s-sors ewlieni ta’ ikel għal dawk li jgħixu fiż-żoni tal-wied, jibqa’ tajjeb għal żmien twil.

Il-parti l-kbira tal-maturazzjoni, iżda mhux kollha, illum isseħħ fil-postijiet tipiċi magħrufa bit-terminu “silter”, minn fejn il-ġobon ħa ismu, f’temperatura naturali ta’ 7–20 °C b’70–90 % ta’ umdità. Il-produtturi għandhom it-tendenza li jiżviluppaw il-ġobniet hekk kif jimmaturaw, bil-qoxra tindilek biż-żejt u tinbarax u l-ġobniet jiddawru fuq it-twavel minn żmien għal żmien. Dawn l-istadji, mogħtija mit-tradizzjoni u mwettqa minn idejn esperti, jikkompletaw il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon “Silter”.

Din it-teknoloġija tal-produzzjoni hija marbuta ħafna mal-għarfien tal-produtturi tal-ġobon li jadattaw iż-żmien tal-proċess li fih isir il-ġobon għall-klima, il-flora preżenti u l-istadji fenoloġiċi tal-foraġġ. Għal din ir-raġuni ma jistax jiġi replikat industrijalment u jibqa’ patrimonju artiġjanali tal-produtturi tal-ġobon fil-wied u l-muntanji.

Il-karatteristiċi organolettiċi u sensorjali tal-ġobon “Silter” huma influwenzati minn fatturi marbuta mal-art u mal-ambjent.

Il-qoxra iebsa u lewn it-tiben jagħti fil-kannella. Il-karatteristiċi tiegħu jirriżultaw mill-perjodi twal ta’ maturazzjoni u t-tindif kollu li jsir fuqu, inkluż kull dilka żejt li tingħata bl-idejn.

Il-ġobon huwa iebes, imrammel u ftit li xejn elastiku, b’toqob żgħar u ta’ daqs medju mqassma b’mod ugwali prodotti mill-mikroflora lattika lokali. Il-kulur ivarja minn abjad fix-xitwa għal isfar jgħajjat fir-rebbiegħa u fis-sajf.

It-togħma hija primarjament ħafifa, mingħajr noti morri jew inkella huma kemm kemm perċepibbli, filwaqt li l-ġobon matur ikollu noti qawwija u/jew b’saħħithom.

L-ispeċijiet ta’ pjanti endemiċi li jintużaw fil-foraġġ fihom komposti aromatiċi bħal kumarina u jagħtu lill-ħalib, u b’hekk lill-ġobon “Silter”, it-togħmiet speċifiċi tiegħu.

L-intensità differenti tal-kulur isfar tal-ġobon tirriżulta unikament mill-fatt li l-baqar jieklu pjanti għall-foraġġ tipiċi taż-żona ġeografika, li fihom kontenut ta’ karotenojdi li jinbidel mad-diversi stadji fenoloġiċi.

Fil-fatt, il-karotenojdi jikkawżaw varjazzjoni fl-intensità tal-kulur, peress li kemm il-pjanti leguminużi u dawk komposti fil-mergħat jiftħu fil-bidu tas-sajf, u jagħtu lill-ġobon kulur aktar jgħajjat. Fix-xitwa, l-użu predominanti ta’ foraġġ imnixxef ifisser li l-ġobon għandu kulur aktar ċar li jagħti fl-abjad.

It-tul ta’ żmien u t-temperatura tad-diversi stadji tal-proċess, minn meta l-krema titla’ fil-wiċċ sat-tisjir u l-perjodu li l-baqtiet iqattgħu fix-xorrox, huma magħrufa sew u mgħoddija minn ġenerazzjoni għall-oħra. L-għarfien tal-produtturi tal-ġobon jippermettilhom ifasslu dawn il-passi skont il-fatturi staġunali u klimatiċi, mill-klima moderata tal-Lag Iseo għal dawk eħrex tal-widien qrib il-glaċier Adamello. Il-karattru distintiv ta’ din it-teknoloġija tal-produzzjoni, li huwa mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, huwa bbażat fuq l-użu ta’ ħalib mhux ipproċessat li jippermetti ż-żamma tal-karatteristiċi tal-ħalib li jiġi prodott f’din iż-żona u r-rikkezza ta’ flora lattika lokali. Permezz tat-tradizzjoni u tal-għarfien, din it-teknoloġija tappartjeni lill-bdiewa u l-produtturi tal-ġobon tal-lokal u tippermetti l-produzzjoni tal-ġobon “Silter”, ġobon tipiku b’togħma ħafifa u b’konsistenza li titfarrak.

Il-perċentwal baxx ta’ xaħam, li jista’ jkun saħansitra inqas minn 30 % fil-materja niexfa, huwa marbut mal-fatt li jintuża biss ħalib parzjalment xkumat. Hekk kif il-krema titla’ fil-wiċċ, proċess li jdum mill-inqas tmien sigħat u jsir f’ambjent frisk u fejn hemm ħafna arja, l-enzimi tal-ħalib tipiċi taż-żona tal-produzzjoni jimmultiplikaw, u jagħtu lill-ġobon “Silter” it-togħma u l-aroma tiegħu. Barra minn hekk, il-multiplikazzjoni tal-flora eterofermentattiva lokali tippermetti lill-ġobon jiżviluppa t-toqob karatteristiċi tiegħu ta’ daqs żgħir sa medju.

Il-fatt li l-baqtiet jissajru u jgħaddu minn ipproċessar għal mill-inqas sagħtejn fejn jibqgħu fil-bettija taħt ix-xorrox, huwa wkoll essenzjali għall-iżvilupp tal-flora lattika lokali li tagħti lill-ġobon “Silter” it-togħma u l-konsistenza ramlija u mhux elastika ħafna tiegħu.

L-ippressar tal-ġobon jagħti lok għall-umdità biex tnixxi u tibda tifforma l-qoxra. L-ebusija tal-qoxra u l-kulur tagħha li jvarja minn isfar għall-kannella, jirriżultaw mill-perjodu twil ta’ maturazzjoni tal-ġobon fuq twavel tal-injam f’temperaturi naturali f’postijiet magħrufa bit-terminu “silter”, u l-fatt li jindilku biż-żejt u jitnaddfu.

Hekk kif il-ġobon jimmatura, l-enzimi rilaxxati mill-flora lattika lokali jgħinu biex jiġu prodotti komposti li jagħtu l-aroma u t-togħma ta’ frott imqadded, butir u “silter” (jiġifieri tal-postijiet għall-maturazzjoni). Il-preżenza u l-varjetà ta’ din il-mikroflora lattika, li hija essenzjali għall-produzzjoni tal-ġobon “Silter”, ġew murija permezz ta’ studji u riċerka mwettqa f’diversi azjendi tal-ġobon f’din iż-żona.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jinsab fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew inkella:

żur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it). Ikklikkja fuq “Prodotti DOP IGP” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), imbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.