ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 142

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
30 ta' April 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 142/01

Komunikazzjoni skont l-Artikolu 34 (7)(a) (iii) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ informazzjoni vinkolanti meħuda mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifkazzjoni ta’ merkanzija fin-nomenklatura doganali

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 142/02

Rata tal-kambju tal-euro — Id-29 ta' April 2020

3

2020/C 142/03

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.40608 — Broadcom

4


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/1


Komunikazzjoni skont l-Artikolu 34 (7)(a) (iii) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ informazzjoni vinkolanti meħuda mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fir-rigward tal-klassifkazzjoni ta’ merkanzija fin-nomenklatura doganali

(2020/C 142/01)

L-awtoritajiet doganali jirrevokaw id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ informazzjoni vinkolanti mil-lum stess, ladarba dawn ma jibqgħux kompatibbli mal-interpretazzjoni tan-nomenklatura doganali bħala riżultat tal-miżuri tariffarji internazzjonali li ġejjin:

Id-deċiżjonijiet dwar il-klassifikazzjoni, il-pariri dwar il-klassifikazzjoni jew l-emendi tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-nomenklatura tas-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u l-kodifikazzjoni tal-merkanzija, adottata mill-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali (id-dokument CCD n° NC2692 — ir-rapport ta’ 64 Sessjoni tal-Kumitat tal-HS):

EMENDI TAN-NOTI TA’ SPJEGAZZJONI LI JRIDU JSIRU SKONT IL-PROĊEDURA TAL-ARTIKOLU 8 TAL-KONVENZJONI TAL-HS U L-OPINJONIJIET U D-DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-KLASSIFIKAZZJONI EDITJATI MILL-KUMITAT TAL-HS TAL-ORGANIZZAZZJONI DINJIJA DOGANALI

(IS-64 SESSJONI TAL-HSC — SETTEMBRU 2019)

DOK. NC2692

Emendi tan-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura fl-anness tal-Konvenzjoni HS

21.06

P/10

Kapitolu 29 – Anness – 48

P/1

30.03

P/10

30.04

P/10

39.23

P/11

39.24

P/11

39.26

P/11

72.04

P/7

73.23

P/11

73.26

P/11

87.16

P/11

Opinjonijiet dwar il-Klassifikazzjoni approvati mill-Kumitat HS

2106.90/38

 

P/2

2309.90/8

 

P/2

2936.23/1

 

P/2

2936.28/2-3

 

P/2

2936.29/3

 

P/2

3003.20/1-2

 

P/3

3822.00/2

 

P/4

3921.90/4

 

P/5

3924.90/7

 

P/6

7323.99/1

 

P/6

9022.90/1

 

P/8

9403.90/1

 

P/9

Informazzjoni dwar il-kontenut ta’ dawn il-miżuri tista’ tinkiseb mid-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali tal-Kummissjoni Ewropea (rue de la Loi/Wetstraat 200, 1049 Brussell, il-Belġju) jew tista’ titniżżel mis-sit tal-Internet tad-Direttorat-Ġenerali:

https://ec.europa.eu/taxation_customs/business/calculation-customs-duties/what-is-common-customs-tariff/harmonized-system-general-information_en


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta' April 2020

(2020/C 142/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0842

JPY

Yen Ġappuniż

115,52

DKK

Krona Daniża

7,4571

GBP

Lira Sterlina

0,87378

SEK

Krona Żvediża

10,7338

CHF

Frank Żvizzeru

1,0571

ISK

Krona Iżlandiża

159,50

NOK

Krona Norveġiża

11,2728

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,125

HUF

Forint Ungeriż

355,55

PLN

Zloty Pollakk

4,5442

RON

Leu Rumen

4,8435

TRY

Lira Turka

7,5767

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6655

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5129

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4029

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7831

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5344

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 321,59

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,9836

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6723

HRK

Kuna Kroata

7,5640

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 611,03

MYR

Ringgit Malażjan

4,7136

PHP

Peso Filippin

54,763

RUB

Rouble Russu

79,8210

THB

Baht Tajlandiż

35,150

BRL

Real Brażiljan

5,9318

MXN

Peso Messikan

26,1528

INR

Rupi Indjan

82,0215


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/4


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-Każ AT.40608 — Broadcom

(2020/C 142/03)

1.   Introduzzjoni

(1)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (1) il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi – f’dawk il-każijiet fejn ikollha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li tobbliga li ksur jinġieb fi tmiemu u l-partijiet ikkonċernati joffru li jidħlu għal impenn li jkun jissodisfa t-tħassib indikat lilhom mill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni preliminari tagħha – li dak l-impenn isir vinkolanti fuq l-impriżi. Deċiżjoni bħal din tista’ tiġi adottata għal perjodu speċifiku u għandha tikkonkludi li ma hemmx aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 27(4) tal-istess Regolament, fejn il-Kummissjoni bi ħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tippubblika sommarju konċiż tal-każ u l-kontenut prinċipali tal-impenji. Il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw il-kummenti tagħhom sal-limitu taż-żmien għal dan stabbilit mill-Kummissjoni.

2.   Sommarju tal-Każ

(3)

Fis-26 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (2), li jkopru allegati prattiċi antikompetittivi minn Broadcom Inc. (“Broadcom”) dwar Systems-on-a-Chip (‘SoC’), Front End Chips u WiFi Chips għall-inklużjoni fil-kaxex set-top (“STBs”) u portali residenzjali (‘RGs’). Fl-istess jum, il-Kummissjoni indirizzat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lil Broadcom li tiddeskrivi l-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni relatata ma’ aspetti speċifiċi tal-imġiba ta’ Broadcom li kienet soġġetta għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni u l-intenzjoni tagħha li timponi miżuri interim f’dak ir-rigward skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(4)

Fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 li timponi miżuri interim fuq Broadcom sabiex tipprevjeni ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni, ibbażata fuq is-sejba prima facie tal-Kummissjoni li l-Broadcom kienet qed tikser l-Artikolu 102 TFUE (id-“Deċiżjoni”).

(5)

Id-Deċiżjoni sabet li, prima facie, Broadcom għandha pożizzjoni dominanti fis-swieq dinjija għall-SoCs għas-STBs, l-SoCs għall-xDSL RGs u l-SoCs għall-fibre RGs (flimkien, il- “Prodotti Relevanti”).

(6)

Id-Deċiżjoni sabet ukoll li l-Broadcom kienet daħlet f’sitt ftehimiet (“Ftehimiet”) mal-manifatturi tat-tagħmir oriġinali (“OEMs”) fir-rigward ta’ SoCs għall-STBs u/jew għall-RGs. Id-Deċiżjoni sostniet li ċerti dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni fil-Ftehimiet kienu jikkostitwixxu abbużi prima facie tal-pożizzjoni dominanti ta’ Broadcom:

(a)

esklużività u arranġamenti kważi-esklużivi: obbligi jew wegħdiet li jinkisbu l-Prodotti Relevanti esklużivament jew kważi esklużivament mingħand Broadcom (3); jew dispożizzjonijiet li jagħmlu l-għoti ta’ ċerti vantaġġi u vantaġġi mhux relatati mal-prezzijiet kondizzjonali fuq il-konsumatur li jikseb il-Prodotti Relevanti, esklużivament jew kważi esklużivament mingħand Broadcom; kif ukoll

(b)

restrizzjonijiet ta’ ingranaġġ: dispożizzjonijiet li jużaw is-saħħa ta’ ingranaġġ prima facie ta’ Broadcom minn Prodott Relevanti għal Prodott Relevanti ieħor u/jew RG SoCs bil-kejbil.

(7)

Id-Deċiżjoni kkonkludiet li jekk l-aġir abbużiv prima facie ta’ Broadcom jitħalla jkompli, ikun kapaċi jwassal għal ħsara serja u irreparabbli għall-kompetizzjoni fis-swieq għall-STB SoCs u RG SoCs fil-perjodu ta’ żmien l-Kummissjoni jeħtiġilha biex tasal għal deċiżjoni finali dwar is-sustanza tal-każ. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni kkonkludiet li kien probabbli li l-kompetituri ta’ Broadcom isiru dejjem aktar marġinalizzati jew joħorġu mis-suq f’dak il-qafas ta’ żmien jekk l-aġir ikompli.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ kwalunkwe deċiżjoni finali f’dan il-każ, id-Deċiżjoni ordnat lil Broadcom biex unilateralment, b’effett immedjat ma tibqax tapplika id-dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni li jinsabu fil-Ftehimiet mas-sitt OEMs ikkonċernati u biex toqgħod lura milli tilħaq ftehim dwar l-istess dispożizzjonijiet jew dispożizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni li għandhom skop jew effett ekwivalenti għal dawk id-dispożizzjonijiet fi kwalunkwe kuntratt futur ma’ dawn l-OEMs. Il-miżuri interim japplikaw għal perjodu ta’ tliet snin jew sad-data li fiha l-Kummissjoni jew tadotta deċiżjoni finali dwar is-sustanza jew tagħlaq l-investigazzjoni tagħha (liema minnhom tiġi l-ewwel).

3.   Il-Kontenut Prinċipali tal-Impenji Offruti

(9)

Broadcom ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u fid-Deċiżjoni (4). Madankollu, Broadcom offriet li tieħu impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, biex tittratta t-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni.

(10)

L-impenji huma spjegati fil-qosor hawn taħt u ppubblikati bl-Ingliż fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni fuq:

http://ec.europa.eu/competition/index_en.html

(11)

Fi żmien xahar wara d-data li fiha Broadcom tirċievi notifika formali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

i.

Fil-livell dinji (eskluża ċ-Ċina), Broadcom timpenja ruħha li:

(a)

Tissospendi kwalunkwe ftehim eżistenti u ma tidħolx fi ftehimiet ġodda li jirrikjedu li OEM jikseb aktar minn 50 % tar-rekwiżiti tiegħu għal Prodotti Relevanti mingħand Broadcom, jew li tikkundizzjona vantaġġi mhux relatati mal-prezzijiet jew vantaġġi retroattivi ta’ prezz (5) relatati mal-Prodotti Relevanti mill-OEM li jiksbu aktar minn 50 % tar-rekwiżiti tagħha għal dawn il-prodotti mingħand Broadcom;

(b)

Sospensjoni ta’ kwalunkwe ftehimiet eżistenti u li ma jsirux ftehimiet ġodda li jikkundizzjonaw il-provvista jew l-għoti ta’ vantaġġi għal Prodott Relevanti lil OEM li jikseb mingħand Broadcom aktar minn 50 % tar-rekwiżiti tiegħu għal kwalunkwe Prodott Relevanti ieħor, jew għal SoCs għall-RGs bil-kejbil, għal Front End Chips għall-STBs u RGs u/jew għal Chips tal-Wi-Fi għal STBs u RGs (dawn tal-aħħar flimkien, “Prodotti Oħra”);

ii.

Fil-livell taż-ŻEE, Broadcom timpenja ruħha li:

(a)

Tissospendi kwalunkwe ftehim eżistenti u ma tidħolx fi ftehimiet ġodda li jirrikjedu li OEM jikseb aktar minn 50 % tar-rekwiżiti taż-ŻEE tiegħu għal Prodotti Relevanti mingħand Broadcom, jew li jikkundizzjona vantaġġi mhux relatati mal-prezzijiet jew vantaġġi retroattivi ta’ prezz relatati mal-Prodotti Relevanti mill-OEM li jiksbu aktar minn 50 % tar-rekwiżiti taż-ŻEE tagħha għal dawn il-prodotti mingħand Broadcom;

(b)

Tissospendi kwalunkwe ftehim eżistenti u li ma tidħolx fi ftehimiet ġodda li jikkundizzjonaw (i) il-provvista ta’ Prodott Relevanti fuq OEM li jikseb mingħand Broadcom Prodott Relevanti ieħor jew kwalunkwe Prodott ieħor (ii) l-għoti ta’ vantaġġi għal Prodott Relevanti fuq OEM li jikseb jew joffri wkoll Prodott Relevanti ieħor jew kwalunkwe Prodott Ieħor mingħand Broadcom;

(c)

Tissospendi kwalunkwe ftehim eżistenti u li ma tidħolx fi ftehimiet ġodda li jeħtieġu lil OEM li jagħmel offerti biss b’apparat ibbażat fuq Broadcom jew vantaġġi fil-kundizzjonijiet fir-rigward ta’ Prodotti Relevanti għal OEM li jagħmel offerti fuq apparat ibbażat fuq Prodotti Relevanti ta’ Broadcom.

Suġġett għat-twettiq ta’ kondizzjonijiet speċifiċi, Broadcom tista’ tagħti vantaġġi li jikkonċernaw offerti individwali taż-ŻEE fuq bażi ta’ offerta b’offerta.

(d)

Tissospendi kwalunkwe ftehim eżistenti u ma tidħolx fi ftehimiet ġodda li bihom fornitur ta’ servizz taż-ŻEE (6) (i) ikun meħtieġ jew inċentivizzat permezz ta’ vantaġġi mhux relatati mal-prezzijiet jew vantaġġi retroattivi fil-prezzijiet li jissodisfaw aktar minn 50 % tar-rekwiżiti tiegħu għall-STBs, fibre RGs jew xDSL RGs b’apparat ibbażat fuq il-Prodotti Relevanti ta’ Broadcom; (ii) ikun meħtieġ jew inċentivat li jitlob lill-OEMs li jagħmlu offerti biss b’apparat ibbażat fuq Prodotti Relevanti ta’ Broadcom; jew (iii) ikun meħtieġ jew inċentivat li jixtri fl-istess ħin flimkien ma’ Prodott Relevanti ta’ Broadcom, Prodott Relevanti ta’ Broadcom ieħor u/jew Prodott Ieħor ta’ Broadcom.

(12)

Dawn l-Impenji se jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta’ ħames snin mid-data li fiha Broadcom tirċievi notifika formali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

(13)

Broadcom m’għandhiex tevita jew tipprova tevita dawn l-Impenji bi kwalunkwe mod.

(14)

Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-Impenji, Broadcom timpenja ruħha li tippreżenta rapport kunfidenzjali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-implimentazzjoni tagħhom, u fuq bażi annwali minn hemm’ il quddiem għat-tul taż-żmien tal-impenji.

4.   Stedina għall-Kummenti

(15)

Suġġettgħall-ittestjar tas-suq, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 li fiha tiddikjara li l-impenji mniżżlin fil-qosor hawn fuq u ppubblikati fuq l-Internet fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni huma vinkolanti.

(16)

Skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-impenji proposti. Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. It-terzi persuni interessati huma wkoll mistiedna jippreżentaw verżjoni mhux kunfidenzjali tal-kummenti tagħhom, li fiha kull informazzjoni li jiddikjaraw li hija sigriet kummerċjali u jenħtieġ li informazzjoni kunfidenzjali oħra titħassar u tiġi ssostitwita kif xieraq b’sommarju mhux kunfidenzjali jew bil-kliem “sigrieti kummerċjali” jew “kunfidenzjali”.

(17)

Preferibbilment r-risposti u l-kummenti għandom ikunu motivati u jinħtieġ li jippreżentaw il-fatti rilevanti. Jekk tidentifika problema f’xi parti tal-impenji proposti, il-Kummissjoni tistiednek ukoll biex tissuġġerixxi soluzzjoni possibbli.

(18)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bin-numru ta’ referenza AT.40608 — Broadcom bil-posta elettronika lil COMP-GREFFE-ANTITRUST@ec.europa.eu u COMP-C1-MAIL@ec.europa.eu.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102 rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (“TFUE”).

(2)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(3)  Inklużi l-obbligi biex isiru offerti biss b’apparat ibbażat fuq Broadcom f’sejħiet għall-offerti mnedija minn fornituri tas-servizzi.

(4)  Permezz ta’ rikors ippreżentat fid-23 ta’ Diċembru 2019, Broadcom talbet lill-Qorti Ġenerali tannulla d-Deċiżjoni (Kawża T-876/19).

(5)  Iż-żewġ termini kif definiti fl-impenji.

(6)  L-operaturi tat-telekomunikazzjoni u l-fornituri tas-servizzi tal-kejbil li jipprovdu lill-utenti finali l-STBs u/jew fiber RG u/jew xDSL RG.