ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
2 ta' April 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 110/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9709 — Eni/CDP Equity/GreenIT) ( 1 )

1

2020/C 110/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9742 — Sinopec Group/Joint Stock Company Novatek/Gazprombank/SINOVA Natural Gas Company) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 110/03

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta' April 2020 — Rata tal-kambju tal-euro

3

2020/C 110/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2017/C 287/03 li taħtar il-membri tal-grupp għal pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u li tfassal il-lista ta’ riżerva

4

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 110/05

Proċedimenti ta’ stralċ Deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ CBL Insurance Europe Designated Activity Company (il-Kumpanija) (Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

6

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2020/C 110/06

Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020 (Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbilit fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004 )

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-EFTA

2020/C 110/07

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Bord tal-Appell għal Kwistjonijiet Amministrattivi tat-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ Adpublisher AG v J (Il-Każ E-11/19)

8

2020/C 110/08

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat datata t-3 ta’ Diċembru 2019 fil-każ Bergbahn Aktiengesellschaft Kitzbühel v Meleda Anstalt (Il-Każ E-10/19)

9

2020/C 110/09

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Bord tal-Appell għal Materji Amministrattivi datata t-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ Adpublisher AG v K (Il-Każ E-12/19)

10

2020/C 110/10

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ ta’ Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf. (Il-Każ E-13/19)

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 110/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9709 — Eni/CDP Equity/GreenIT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 110/01)

Fit-13 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bit-Taljan u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt fid-dokument li jġib in-numru 32020M9709. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9742 — Sinopec Group/Joint Stock Company Novatek/Gazprombank/SINOVA Natural Gas Company)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 110/02)

Fit-30 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9742. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/3


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta' April 2020

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta' April 2020

(2020/C 110/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0936

JPY

Yen Ġappuniż

117,55

DKK

Krona Daniża

7,4642

GBP

Lira Sterlina

0,88460

SEK

Krona Żvediża

10,9368

CHF

Frank Żvizzeru

1,0564

ISK

Krona Iżlandiża

156,10

NOK

Krona Norveġiża

11,2685

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,369

HUF

Forint Ungeriż

369,36

PLN

Zloty Pollakk

4,5815

RON

Leu Rumen

4,8340

TRY

Lira Turka

7,2925

AUD

Dollaru Awstraljan

1,8053

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5601

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4781

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,8547

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5689

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 346,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

19,6619

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7653

HRK

Kuna Kroata

7,6285

IDR

Rupiah Indoneżjan

18 239,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,7654

PHP

Peso Filippin

55,709

RUB

Rouble Russu

86,4750

THB

Baht Tajlandiż

36,111

BRL

Real Brażiljan

5,7349

MXN

Peso Messikan

26,4097

INR

Rupi Indjan

83,6004


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta’ April 2020

li temenda d-Deċiżjoni 2017/C 287/03 li taħtar il-membri tal-grupp għal pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u li tfassal il-lista ta’ riżerva

(2020/C 110/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE tat-3 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni 2009/427/KE il-Kummissjoni stabbilixxiet il-grupp ta’ esperti għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (“il-grupp”).

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2017/C 287/03 (2), il-lista ta’ esperti maħtura bħala membri tal-grupp ta’ kandidati għall-grupp tfasslet skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/427/KE u f’konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (3).

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 834/2007 ġie mħassar bir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Dan japplika inter alia għal melħ tal-baħar u mluħa oħrajn għall-ikel u l-għalf li ma kinux inklużi fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(4)

Skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2018/848, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex iżżid regoli ta’ produzzjoni dettaljati għal melħ tal-baħar u mluħa oħrajn għall-ikel u l-għalf. Skont l-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni 2009/427/KE, il-grupp ta’ esperti għandu jgħin lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ regoli ġodda ta’ produzzjoni.

(5)

Biex tassisti lill-Kummissjoni fl-iżvilupp ta’ regoli ta’ produzzjoni għal melħ tal-baħar u mluħa oħrajn għall-ikel u l-għalf, sottogrupp b’kompetenza fil-produzzjoni tal-melħ għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2009/427/KE. L-esperti fil-produzzjoni tal-melħ għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ kandidati mfassla bid-Deċiżjoni 2017/C 287/03.

(6)

Skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/427/KE u f’konformità mal-politika tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza, ġiet ippubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet għal esperti fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili. Id-dossiers sottomessi mill-applikanti ġew evalwati u abbażi tal-evalwazzjoni saret għażla li tippermetti li jiżdiedu erba’ esperti fil-produzzjoni tal-melħ mal-lista ta’ esperti maħtura bħala membri tal-grupp ta’ kandidati.

(7)

Sabiex titlesta l-proċedura tal-għażla, il-Kummissjoni għandha żżid dawn l-esperti mal-lista ta’ kandidati ta’ kandidati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2017/C 287/03, fil-Parti B, fil-lista f’ordni alfabetika tal-esperti maħtura bħala membri tal-grupp ta’ kandidati, jiddaħħlu l-ismijiet li ġejjin:

 

ALDEGUER MORALES Lidia

 

GÖTZFRIED Franz

 

MERLIN Louis

 

SIEBERT Andrea

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 5.6.2009, p. 29.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2017/C 287/03 li taħtar il-membri tal-grupp għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika u li tfassal il-lista ta’ riżerva (ĠU C 287, 31.8.2017, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/6


Proċedimenti ta’ stralċ

Deċiżjoni biex jinbdew proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ CBL Insurance Europe Designated Activity Company (il-“Kumpanija”)

(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2020/C 110/05)

Impriża tal-assigurazzjoni

CBL Insurance Europe Designated Activity Company

13 Fitzwilliam Street Upper

Dublin 2

D02 V045

L-IRLANDA

Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni

Data: It-12 ta’ Marzu 2020

Data tad-dħul fis-seħħ: L-20 ta’ Frar 2020

Natura tad-Deċiżjoni: li jinħatru Kieran Wallace u Cormac O’Connor minn KPMG bħala likwidaturi konġunti tal-Kumpanija.

Awtoritajiet kompetenti

High Court

Four Courts

Inns Quay

Dublin 7

L-IRLANDA

Awtorità superviżorja

Central Bank of Ireland

New Wapping Street

North Wall Quay

Dublin 1

D01 F7X3

L-IRLANDA

L-Amministratur maħtur

Il-likwidaturi konġunti Kieran Wallace u Cormac O’Connor minn KPMG

KPMG

1 Stokes Place

St Stephen’s Green

Dublin 2

L-IRLANDA

kieran.wallace@kpmg.ie

cormac.oconnor@kpmg.ie

Liġi applikabbli

L-Irlanda

L-Att dwar il-Kumpaniji tal-2014

Atti ta’ Assigurazzjoni mill-1909 sal-2009

Regolamenti tal-Unjoni Ewropea (Assigurazzjoni u Riassigurazzjoni) tal-2015 [S.I. Nru 485 tal-2015]


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/7


Avviż tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza/ta’ skont għall-Istati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020

(Ippubblikat skont ir-regoli dwar ir-rati ta’ referenza u ta’ skont stabbilit fil-Parti VII tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta’ Lulju 2004  (1) )

(2020/C 110/06)

Ir-rati bażi huma kkalkulati skont il-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat tal-Awtorità kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta’ Diċembru 2008. Biex jinkisbu r-rati ta’ referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġini xierqa mar-rata bażi skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Ir-rati bażi ġew iddeterminati kif ġej:

 

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2020 –

4,26

-0,56

1,79


(1)  ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u s-Suppliment ŻEE tal-ĠU 26/2006, 25.5.2006, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-EFTA

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/8


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Bord tal-Appell għal Kwistjonijiet Amministrattivi tat-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ Adpublisher AG v J

(Il-Każ E-11/19)

(2020/C 110/07)

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA datata t-18 ta’ Diċembru 2019 mill-Bord tal-Appell għal Kwistjonijiet Amministrattivi (Beschwerdekommission für Verwaltungsangelegenheiten), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-23 ta’ Diċembru 2019, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ Adpublisher AG v J dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Isegwi mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, GDPR) jew minn dispożizzjoni oħra tal-liġi taż-ŻEE li tista’ ssir proċedura ġenerali kontenzjuża għas-smigħ ta’ lment skont il-GDPR mingħajr ma jiġi żvelat l-isem u l-indirizz tal-ilmentatur fil-proċedura ta’ lment?

Jekk ir-risposta għall-mistoqsija hija pożittiva: F’dan il-każ, ikun meħtieġ li jkun hemm raġuni leġittima għall-anonimizzazzjoni tal-inqas prima facie stabbilita jew ma hija meħtieġa l-ebda raġuni għall-anonimizzazzjoni?

2.

Jenħtieġ li Stat Membru jiżgura, fil-liġi proċedurali nazzjonali tiegħu, li fi proċedura għas-smigħ ta’ lment skont l-Artikolu 77 tal-GDPR, il-korpi nazzjonali ta’ appell ulterjuri kollha jkunu mingħajr ħlas għas-suġġett tad-data u li s-suġġett tad-data jista’ wkoll ma jiġix ordnat jirrimborża l-ispejjeż?

3.

F’każ li l-Mistoqsija 1 tingħata tweġiba pożittiva u t-tweġiba għall-Mistoqsija 2 tkun fin-negattiv, fi kliem ieħor, proċedura ġenerali kontenzjuża għas-smigħ ta’ lment tista’ ssir skont il-GDPR mingħajr ma jiġu identifikati l-isem u l-indirizz tal-persuna li tagħmel l-ilment fil-proċedura tal-ilment u l-liġi proċedurali nazzjonali ma tkunx meħtieġa tiżgura li fi proċedura għas-smigħ ta’ lment skont l-Artikolu 77 tal-GDPR, il-korpi nazzjonali ta’ appell ulterjuri kollha jkunu mingħajr ħlas għas-suġġett tad-data, tinħoloq il-mistoqsija dwar kif deċiżjoni li tirriżulta minn proċedura ta’ lment u li tordna lis-suġġett tad-data — li madankollu jibqa’ anonimu — tista’ ssir biex jiġu rimborsati l-ispejjeż?


2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/9


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat datata t-3 ta’ Diċembru 2019 fil-każ Bergbahn Aktiengesellschaft Kitzbühel v Meleda Anstalt

(Il-Każ E-10/19)

(2020/C 110/08)

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA datata t-3 ta’ Diċembru 2019 mill-Qorti tal-Appell tal-Prinċipat (Fürstliches Obergericht), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fil-5 ta’ Diċembru 2019, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ Bergbahn Aktiengesellschaft Kitzbühel v Meleda Anstalt dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva (UE) 2015/849?

I.   

 

1.

Kif għandha tiġi interpretata d-dispożizzjoni li entitajiet inkorporati u ġuridiċi oħrajn huma meħtieġa jiksbu informazzjoni adegwata dwar is-sjieda benefiċjarja tagħhom? Bħala regola ġenerali, huwa biżżejjed li l-entità obbligata tkun innotifikata b’min huwa s-sid benefiċjarju jew għandha, barra minn hekk, tipproduċi wkoll id-dokumenti sottostanti b’valur probatorju (artikoli ta’ assoċjazzjoni, eċċ.)?

2.

Fil-każ li s-sempliċi provvista ta’ informazzjoni ma tkunx biżżejjed iżda, bħala regola, id-dokumenti sottostanti (artikoli ta’ assoċjazzjoni, eċċ.) iridu jiġu prodotti: Din is-sitwazzjoni tinbidel b’xi mod meta s-sid benefiċjarju jkun persuna ġuridika b’uffiċċju rreġistrat fi Stat taż-ŻEE u, għalhekk, ikun ukoll suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849? Is-sempliċi provvista ta’ informazzjoni hija biżżejjed f’dan il-każ?

3.

Jekk tingħata risposta negattiva għall-Mistoqsija 2: Tinbidel is-sitwazzjoni b’xi mod meta l-bord tas-sid benefiċjarju jkun avukat, nutar jew fiduċjarju (ta’ negozju), li skont il-liġi nazzjonali, huwa obbligat, soġġett għat-theddida ta’ piena ħarxa jew, potenzjalment, l-irtirar tal-awtorità li jipprattika f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, li jipprovdi informazzjoni kompleta u preċiża u li l-ordni legali nazzjonali tagħtih fiduċja partikolari?

4.

Jekk il-mistoqsija 3 titwieġeb ukoll fin-negattiv u għalhekk jeżisti obbligu li jiġu prodotti d-dokumenti sottostanti (artikoli ta’ assoċjazzjoni, eċċ.) f’kull każ:

(a)

X’inhu l-estent minimu ta’ dokumenti li għandhom jiġu prodotti wara li jiġi kkunsidrat il-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-data speċifikat fl-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)?

(b)

Kif għandu jiġi pprovat in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ sjieda indiretta jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ kontroll finali minn persuna fiżika fis-sens tal-Artikolu 3(6)(b)(v) u tal-Artikolu 3(6)(c) tad-Direttiva (UE) 2015/849 (fid-dawl tal-prinċipju li m’hemm l-ebda obbligu li jiġu ppruvati ċirkustanzi negattivi - “negativa non sunt probanda”)?

II.   

Irrispettivament mit-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet stipulati fit-taqsima I:

1.

Kif għandha tipproċedi l-entità marbuta b’obbligu li tikseb informazzjoni xierqa skont l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 2015/849, meta s-sid benefiċjarju jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni u/jew — skont it-tweġibiet mogħtija lill-mistoqsijiet magħmula fit-Taqsima I — li jipproduċi d-dokumenti sottostanti jew ma jipprovdix informazzjoni preċiża u attwali: Imbagħad, l-entità marbuta b’obbligu hija obbligata, b’riskju u bi spejjeż tagħha, li tieħu azzjoni legali kontra s-sid benefiċjarju għall-provvista ta’ informazzjoni jew, jekk disponibbli, li tieħu azzjoni legali simili prevista taħt il-liġi nazzjonali jew tista’ tkun sodisfatta bl-informazzjoni pprovduta lilha mis-sid benefiċjarju jew ir-rifjut li tiġi żvelata informazzjoni? F’dan il-każ, jekk ikun hemm bżonn, għandu jiġi applikat, mutatis mutandis, l-Artikolu 3(6)(a)(ii) tad-Direttiva (UE) 2015/849, li jirreferi għall-“eżawriment tal-possibbiltajiet kollha”, fi kliem ieħor, l-eżawriment tal-possibbiltajiet kollha għandu jinftiehem bħala li jinkludi t-teħid ta’ azzjoni legali għar-riskju u l-ispejjeż ta’ dak li jkun?

2.

Jekk il-mistoqsija preċedenti hija mwieġba fl-affermattiv (jiġifieri li jeżisti obbligu li tittieħed azzjoni legali): Imbagħad, jekk ikun hemm bżonn, għandu jiġi applikat, mutatis mutandis, l-Artikolu 3(6)(a)(ii) ta’ din id-Direttiva, b’tali mod li jkun jeżisti obbligu li tittieħed azzjoni legali b’riskju u spejjeż ta’ dak li jkun meta jkun hemm raġunijiet għal suspett jew fejn ikun hemm xi dubju (anki jekk l-iċken wieħed biss) fir-rigward tal-informazzjoni pprovduta?


2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/10


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Bord tal-Appell għal Materji Amministrattivi datata t-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ Adpublisher AG v K

(Il-Każ E-12/19)

(2020/C 110/09)

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA datata t-18 ta’ Diċembru 2019 mill-Bord tal-Appell għal Kwistjonijiet Amministrattivi (Beschwerdekommission für Verwaltungsangelegenheiten), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-23 ta’ Diċembru 2019, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ Adpublisher AG v K dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Isegwi mir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, GDPR) jew minn dispożizzjoni oħra tal-liġi taż-ŻEE li tista’ ssir proċedura ġenerali kontenzjuża għas-smigħ ta’ lment skont il-GDPR mingħajr ma jiġi żvelat l-isem u l-indirizz tal-ilmentatur fil-proċedura ta’ lment?

Jekk ir-risposta għall-mistoqsija hija pożittiva: F’dan il-każ, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita raġuni leġittima għall-anonimizzazzjoni tal-inqas prima facie jew ma hija meħtieġa l-ebda raġuni għall-anonimizzazzjoni?

2.

Stat Membru għandu jiżgura, fil-liġi proċedurali nazzjonali tiegħu, li fi proċedura għas-smigħ ta’ lment skont l-Artikolu 77 tal-GDPR, kull korp nazzjonali ta’ appell ulterjuri jkun mingħajr ħlas għas-suġġett tad-data u li s-suġġett tad-data jista’ wkoll ma jiġix ordnat iħallas lura l-ispejjeż?

3.

F’każ li l-Mistoqsija 1 tingħata risposta pożittiva u l-Mistoqsija 2 tingħata risposta negattiva, fi kliem ieħor, proċedura ġenerali kontenzjuża għas-smigħ ta’ lment tista’ ssir skont il-GDPR mingħajr ma jiġu identifikati l-isem u l-indirizz tal-persuna li tagħmel l-ilment fil-proċedura tal-ilment u l-liġi proċedurali nazzjonali ma tkunx meħtieġa tiżgura li fi proċedura għas-smigħ ta’ lment skont l-Artikolu 77 tal-GDPR, il-korpi nazzjonali ta’ appell ulterjuri kollha jkunu mingħajr ħlas għas-suġġett tad-data, tqum il-kwistjoni dwar kif deċiżjoni li tirriżulta minn proċedura ta’ lment u li tordna lis-suġġett tad-data — li madankollu jibqa’ anonimu — tista’ ssir biex jiġu rimborsati l-ispejjeż?


2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/11


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA mill-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2019 fil-każ ta’ Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf.

(Il-Każ E-13/19)

(2020/C 110/10)

Saret talba lill-Qorti tal-EFTA bid-data tat-18 ta’ Diċembru 2019 mill-Kumitat għall-Ilmenti dwar l-Akkwist Pubbliku (kærunefnd útboðsmála), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fit-23 ta’ Diċembru 2019, għal Opinjoni Konsultattiva fil-każ ta’ Hraðbraut ehf. v mennta- og menningarmálaráðuneytið, Verzlunarskóli Íslands ses., Tækniskólinn ehf., u Menntaskóli Borgarfjarðar ehf. dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

1.

Kuntratt li fih ministeru jidħol ma’ entità li hija liċenzjata biex topera bħala skola sekondarja superjuri, li permezz tagħha l-entità inkwistjoni timpenja ruħha li tipprovdi lill-istudenti u l-għalliema b’servizzi u faċilitajiet li normalment jintużaw fil-livell sekondarju superjuri, u fejn issir konċessjoni għal kontribuzzjonijiet finanzjarji, għandu jiġi kkunsidrat bħala kuntratt ta’ servizz pubbliku fis-sens tad-Direttiva 2014/24/UE (ara b’mod partikolari, l-Artikolu 2(9))?

2.

Is-servizzi tat-tip deskritt fil-Mistoqsija 1 jikkostitwixxu servizzi soċjali jew servizzi speċifiċi oħra fis-sens tal-Artikolu 74 tad-Direttiva 2014/24/UE, u jekk iva, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I tat-Titolu III tad-Direttiva għandhom japplikaw fir-rigward tas-sistema ta’ akkwist?

3.

Huwa ta’ sinifikanza, għar-riżoluzzjoni tal-Mistoqsijiet 1 u 2, jekk il-konsiderazzjoni għas-servizzi inkwistjoni hijiex determinata mil-leġiżlazzjoni tal-baġit mill-Parlament Islandiż jew f’konformità ma’ deċiżjoni minn Ministru abbażi tal-liġi u r-regoli domestiċi applikabbli?

4.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura huwa obbligat li japplika proċedura ta’ akkwist abbażi tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist ta’ servizzi li jkopru l-operat tal-iskejjel u l-istruzzjoni fil-livell sekondarju superjuri biex umbagħad jieħu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji?


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 110/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2020/C 110/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“SLOVENSKA POTICA”

Nru tal-UE: TSG-SI-02396 — 30.3.2018

Stat Membru jew Pajjiż Terz: Is-Slovenja

1.   Isem li għandu jiġi rreġistrat

“Slovenska potica”

2.   Tip ta’ prodott (bħal fl-Anness XI)

Klassi 2.24. Prodotti ta’ ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Jekk il-prodott

jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għall-prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew l-oġġett tal-ikel;

huwiex magħmul minn materja prima jew ingredjenti li jintużaw tradizzjonalment.

“Slovenska potica” huwa romblu ta’ għaġina bil-ħmira b’mili li ġeneralment ikun magħmul minn ġewż, stregun jew żbib. Tradizzjonalment ikun forma ta’ ċirku, minħabba li jinħema f’forma tonda tradizzjonali msejħa “potičnik”, li jkollha qiegħ ċatt, ġnub lixxi jew skanalati u tubu ġej għall-ponta għaddej miċ-ċentru.

3.2.   Jekk l-isem

intużax tradizzjonalment biex jirreferi għall-prodott speċifiku;

jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.

It-terminu “potica”, b’referenza għall-forma speċifika tar-romblu tal-għaġina, jintuża fl-ewwel ktieb tat-tisjir bis-Sloven miktub mill-ewwel poeta Sloven, Valentin Vodnik, fl-1799. Ir-riċetti għall-“potica” jistgħu jinstabu fil-kotba miktuba minn Andrej Zamejic (1850), Magdalena Knafelj Pleiweis (1868), Sr Felicita Kalinšek (1923), u oħrajn. Wara l-ewwel gwerra dinjija, in-numru ta’ riċetti differenti tal-“potica” kiber b’mod rapidu u llum hemm aktar minn 105 tipi ta’ “potica” magħrufa, skont il-mili, li jista’ jkun ħelu jew mielaħ u/jew pikkanti. Il-“potica” jinħema fir-reġjuni Sloveni kollha u anki lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiż.

L-isem “potica” ġej minn forom Sloveni aktar bikrija, bħal “povitica”, “povtica” u “potvica”. Dan jirrifletti d-diversi metodi ta’ preparazzjoni użati mill-Medjuevu (qabel is-seklu 15) sal-bidu tas-seklu 20, meta r-riċetta saret aktar uniformi. L-isem uniku “potica” ilu jintuża ħafna mis-seklu 18. L-isem “slovenska potica” ntuża għall-ewwel darba fit-tieni nofs tas-seklu 19.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1) inkluż il-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)

“Slovenska potica” huwa romblu ta’ għaġina bil-ħmira b’mili ħelu jew mielaħ u/jew pikkanti u f’forma ta’ ċirku minħabba li jinħema f’”potičnik”, jiġifieri dixx tond tat-tafal, tal-porċellana jew tal-metall b’qiegħ ċatt, ġnub lixxi jew skanalati u tubu ġej għall-ponta fin-nofs. L-ingredjenti tal-mili tradizzjonali, jew l-aktar komuni, użati fis-“Slovenska potica” huwa l-ġewż, il-ġewż u ż-żbib, iż-żbib, l-istregun, u l-istregun flimkien mal-ġobon moxx.

Is-“Slovenska potica” jista’ jiġi ffriżat frisk (mhux moħmi) jew inkella jinħema. Fi kwalunkwe każ, il-qoxra ta’ “Slovenska potica” moħmi trid tkun uniformi, soda u lixxa. Il-kulur ta’ “Slovenska potica” moħmi huwa tipiku tal-ħelu moħmi, jiġifieri kannella dehbi. Is-“Slovenska potica” jkun artab u elastiku meta tmissu. Jista’ jkollu z-zokkor fin tal-ġelu mraxxax fuq il-wiċċ tiegħu.

Dehra trażversali tas-“Slovenska potica”: il-qoxra ma tinqalax mill-bqija tal-“potica”, il-mili jkun distribwit b’mod uniformi u jgħaddi f’linja mhux interrotta, ikun hemm l-għadd meħtieġ ta’ dawriet, skont id-dijametru tal-“potičnik”.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1) li l-produtturi jridu jsegwu inkluż, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew l-ingredjenti użati, u l-metodu li permezz tiegħu jiġi ppreparat il-prodott (l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament)

Il-preparazzjoni tas-“slovenska potica”

1.

Dqiq: dqiq tal-qamħ abjad

2.

Ħalib: ħalib tal-baqra

3.

Ġobon moxx (“Cottage cheese”): b’kontenut sħiħ ta’ xaħam, biċċiet kbar jew lixx

4.

Qlub tal-ġewż: mitħuna

5.

Vanilja: zokkor naturali bit-togħma tal-vanilja, miżwed tal-vanilja, trab jew likwidu. Il-mili taż-żbib irid jinkludi miżwed tal-vanilja fi kwalunkwe forma (mitħun, imfarrak, eċċ.)

6.

Stregun — frisk jew imnixxef (weraq imqattgħin) jew iffriżat

7.

Rum (38–40 % vol.)

8.

Bajd: bajd tat-tiġieġ nej

9.

Butir mill-ħalib tal-baqra: mhux ipproċessat

10.

Zokkor: granulat jew fi trab/mitħun

11.

Żbib

12.

Krema

13.

Krema qarsa (b’kontenut sħiħ ta’ xaħam)

14.

Kannella

15.

Melħ

16.

Ħmira

Bħala regola, il-mili jrid jiġi ppreparat frisk jew mhux aktar minn jumejn qabel, u jinżamm fi friġġ.

L-ingredjenti għall-għaġina bil-ħmira, u l-preparazzjoni tagħha

Riċetta bbażata fuq għaġina magħmula minn 1 kg dqiq tal-qamħ abjad

Riċetta bbażata fuq il-proporzjon ta’ ingredjenti oħrajn għad-dqiq (%)

Tolleranzi permessi

1 000 g dqiq tal-qamħ abjad

 

 

30 g ħmira

3

massimu ta’ 50 g

100 g butir mhux ipproċessat

10

massimu ta’ 150 g

120 g zokkor

12

minimu ta’ 80 g

10 g melħ

1

massimu ta’ 12 g

3 isfra tal-bajd jew 60 g isfra tal-bajd

6

massimu ta’ 6 isfra tal-bajd (120 g)

10 g zokkor tal-vanilja

1-2

massimu ta’ 30 g

10 ml rum

1

massimu ta’ 20 ml

massimu ta’ 500 ml ħalib

massimu ta’ 50

kif meħtieġ (biex tinkiseb il-konsistenza mixtieqa tal-għaġina)

Il-preparazzjoni tal-għaġina

Jista’ jintuża starter biex tiġi ppreparata l-għaġina, iżda mhux bilfors. L-għaġina trid titħallat u tiġi magħġuna sakemm tiġi kkonsolidata u lixxa u ma tkunx twaħħal. Ladarba tiġi magħġuna, l-għaġina titħalla tistrieħ għal mill-inqas 15-il minuta.

Wara li titħalla tistrieħ, l-għaġina tista’:

(a)

tiġi rromblata f’rettangolu għal ħxuna ta’ 0,4–1,5 cm, jitpoġġa l-mili fuqha u tiġi rromblata sew, jew

(b)

l-ewwel titħalla toqgħod u mbagħad tiġi rromblata f’rettangolu għal ħxuna ta’ 0,4–1,5 cm, jitpoġġa l-mili fuqha u tiġi rromblata sew.

Ir-romblu jitqiegħed f’”potičnik” midluk bix-xaħam, jittaqqab diversi drabi minn fuq, u jitħalla joqgħod sakemm ikun jidher li kiber fid-daqs u l-wiċċ tiegħu jintefaħ, iżda fl-istess ħin ikun ħafif u artab meta tmissu.

Ir-romblu li jkun qagħad jista’ jerġa’ jittaqqab eżatt qabel jinħema.

“Slovenska potica” b’mili tal-ġewż

Ingredjenti għall-mili tal-ġewż

Tolleranzi permessi

1 000 g qlub tal-ġewż mitħuna

 

375 g zokkor

minimu ta’ 250 g

100 g butir mhux ipproċessat

massimu ta’ 125 g

3 abjad tal-bajd jew 90 g abjad tal-bajd

massimu ta’ 4 abjad tal-bajd (120 g)

20 g zokkor tal-vanilja

massimu ta’ 30 g

1–2 ponot ta’ sikkina jew minimu ta’ 3 mg kannella

massimu ta’ 5 mg

massimu ta’ 600 ml ħalib

kif meħtieġ (biex tinkiseb il-konsistenza mixtieqa tal-mili)

Il-preparazzjoni tal-mili tal-ġewż u tal-“potica”

1.

Il-ġewż mitħun jixxarrab fil-ħalib sħun u jitħalla jibred.

2.

L-ewwel, iz-zokkor tal-vanilja, iz-zokkor, il-kannella u l-butir imrattab jiżdiedu mat-taħlita ta’ ħalib u ġewż, segwiti mill-abjad tal-bajd imħabbat. L-abjad tal-bajd jista’ jitħabbat maz-zokkor. Il-mili jrid ikun jista’ jinfirex faċilment biex jiġi evitat li l-għaġina titqatta’.

3.

L-għaġina tiġi rromblata għall-ħxuna ta’ suba’ żgħir, jiġifieri 0,4–1,5 cm.

4.

Għal kull kilogramm ta’ għaġina, irid jintuża mill-inqas kilogramm mili tal-ġewż. Jekk jinħema f’forma b’dijametru sa 29 cm, il-“potica” jrid ikollu mill-inqas tliet dawriet sa erbgħa; jekk jinħema f’dixx akbar, jista’ jkollu dawra jew żewġ dawriet addizzjonali.

5.

Il-mili jinfirex fuq l-għaġina u jista’ jitraxxax il-ġewż niexef mitħun.

6.

L-għaġina mbagħad tiġi rromblata sewwa u titpoġġa f’”potičnik”, li jista’ jiddellek bix-xaħam u jitraxxax bid-dqiq. Iż-żewġ trufijiet tar-romblu jridu jintrabtu sewwa ma’ xulxin.

7.

Il-“potica” jitħalla joqgħod fil-“potičnik”.

8.

Qabel jinħema, il-“potica” jista’ jiġi gglejżjat b’taħlita ta’ butir, ħalib u isfar tal-bajd jew bi kwalunkwe wieħed minn dawn l-ingredjenti. Jenħtieġ ukoll li dan jittaqqab f’diversi postijiet qabel ma jitqiegħed fil-forn. Huwa rrakkomandat li l-“potica” jinħema għal mill-inqas 40 minuta f’temperatura ta’ 160-180 °C. Irrispettivament mit-temperatura u l-ħin rakkomandati, dawn jistgħu jiġu mmodifikati skont it-tip ta’ forn u d-daqs tal-“potica”.

9.

Meta jsir, il-“potica” jinħareġ mill-“potičnik” ta’ taħt fuq u jitħalla jiksaħ.

10.

Jista’ jiġi mraxxax biz-zokkor fin tal-ġelu, jitqatta’ fi flieli u jiġi servut.

“Slovenska potica” b’mili tal-ġewż u ż-żbib

Ingredjenti għall-mili tal-ġewż u ż-żbib

Tolleranzi permessi

1 000 g qlub tal-ġewż mitħuna

 

200 g zokkor

minimu ta’ 100 g

100 g butir mhux ipproċessat

massimu ta’ 125 g

3 abjad tal-bajd jew 90 g abjad tal-bajd

massimu ta’ 4 abjad tal-bajd (120 g)

20 g zokkor tal-vanilja

massimu ta’ 30 g

1–2 ponot ta’ sikkina jew minimu ta’ 3 mg kannella

massimu ta’ 5 mg

massimu ta’ 600 ml ħalib

kif meħtieġ (biex tinkiseb il-konsistenza mixtieqa tal-mili)

100 g żbib

massimu ta’ 250 g żbib

massimu ta’ 50 ml rum (biex jixxarrab iż-żbib)

Ir-rum ingredjent li mhux bilfors jintuża.

Il-preparazzjoni tal-mili tal-ġewż u ż-żbib u l-“potica”

1.

Il-ġewż mitħun jixxarrab fil-ħalib sħun u jitħalla jibred

2.

L-ewwel, iz-zokkor tal-vanilja, iz-zokkor, il-kannella u l-butir imrattab jiżdiedu mat-taħlita ta’ ħalib u ġewż, imbagħad jiżdied l-abjad tal-bajd imħabbat maz-zokkor. Il-mili jrid ikun jista’ jinfirex faċilment biex jiġi evitat li l-għaġina titqatta’.

3.

L-għaġina tiġi rromblata għall-ħxuna ta’ suba’ żgħir, jiġifieri 0,4–1,5 cm.

4.

Il-mili jinfirex fuq l-għaġina u jista’ jitraxxax il-ġewż niexef mitħun u ż-żbib (magħżula u maħsula) li jkunu ġew imxarrbin fir-rum (it-tixrib fir-rum huwa fakultattiv).

5.

Għal kull kilogramm ta’ għaġina, iridu jintużaw mill-inqas 900 g ġewż u 100 g żbib niexef.

6.

Jekk jinħema f’forma b’dijametru sa 29 cm, il-“potica” jrid ikollu mill-inqas tliet dawriet sa erbgħa; jekk jinħema f’dixx akbar, jista’ jkollu dawra jew żewġ dawriet addizzjonali.

L-għaġina mbagħad tiġi rromblata sewwa u titpoġġa f’”potičnik”, li jista’ jiddellek bix-xaħam u jitraxxax bid-dqiq. Iż-żewġ trufijiet tar-romblu jridu jintrabtu sewwa ma’ xulxin.

7.

Il-“potica” jitħalla joqgħod fil-“potičnik”.

8.

Qabel jinħema, il-“potica” jista’ jiġi gglejżjat b’taħlita ta’ butir, ħalib u isfar tal-bajd jew bi kwalunkwe wieħed minn dawn l-ingredjenti. Jenħtieġ ukoll li dan jittaqqab f’diversi postijiet qabel ma jitqiegħed fil-forn. Huwa rrakkomandat li l-“potica” jinħema għal mill-inqas 40 minuta f’temperatura ta’ 160-180 °C. Irrispettivament mit-temperatura u l-ħin rakkomandati, dawn jistgħu jiġu mmodifikati skont it-tip ta’ forn u d-daqs tal-“potica”.

9.

Meta jsir, il-“potica” jinħareġ mill-“potičnik” ta’ taħt fuq u jitħalla jiksaħ.

10.

Jista’ jiġi mraxxax biz-zokkor fin tal-ġelu, jitqatta’ fi flieli u jiġi servut.

“Slovenska potica” bil-mili taż-żbib

Ingredjenti għall-mili taż-żbib

Tolleranzi permessi

3 isfra tal-bajd jew 60 g isfra tal-bajd

massimu ta’ 4 isfra tal-bajd (80 g)

50 g zokkor tar-riġnu

massimu ta’ 100 g

1 abjad tal-bajd

 

30 ml krema

massimu ta’ 50 ml

kuċċarina waħda ta’ miżwed tal-vanilja mfarrak jew mitħun

massimu ta’ 0,6 g

500 g żbib

massimu ta’ 800 g

50 ml rum

massimu ta’ 80 ml

Il-preparazzjoni tal-mili u tal-“potica”

1.

Iż-żbib jintgħażel u jixxarrab fir-rum.

2.

L-isfra tal-bajd jitħabbtu sakemm jiġu ħfief u rotob, u mbagħad jiżdiedu z-zokkor, il-vanilja, il-krema u l-abjad tal-bajd imħabbat.

3.

L-għaġina tiġi rromblata għall-ħxuna ta’ suba’ żgħir, jiġifieri 0,4–1,5 cm.

4.

Imbagħad jitpoġġa l-mili fuq l-għaġina u jitraxxax iż-żbib li jkun ixxarrab fir-rum. Għal kull kilogramm ta’ għaġina, il-mili jrid ikun fih mill-inqas 500 g ta’ żbib niexef.

5.

Jekk jinħema f’forma b’dijametru sa 29 cm, il-“potica” jrid ikollu mill-inqas tliet dawriet sa erbgħa; jekk jinħema f’dixx akbar, jista’ jkollu dawra jew żewġ dawriet addizzjonali. L-għaġina mbagħad tiġi rromblata sewwa u titpoġġa f’”potičnik”, li jista’ jiddellek bix-xaħam u jitraxxax bid-dqiq. Iż-żewġ trufijiet tar-romblu jridu jintrabtu sewwa ma’ xulxin.

6.

Il-“potica” jitħalla joqgħod fil-“potičnik”.

7.

Qabel jinħema, il-“potica” jista’ jiġi gglejżjat b’taħlita ta’ butir, ħalib u isfar tal-bajd jew bi kwalunkwe wieħed minn dawn l-ingredjenti. Jenħtieġ ukoll li dan jittaqqab f’diversi postijiet qabel ma jitqiegħed fil-forn. Huwa rrakkomandat li l-“potica” jinħema għal mill-inqas 30 minuta f’temperatura ta’ 160–180 °C. Irrispettivament mit-temperatura u l-ħin rakkomandati, dawn jistgħu jiġu mmodifikati skont it-tip ta’ forn u d-daqs tal-“potica”.

8.

Meta jsir, il-“potica” jinħareġ mill-“potičnik” ta’ taħt fuq u jitħalla jiksaħ.

9.

Jista’ jiġi mraxxax biz-zokkor fin tal-ġelu, jitqatta’ fi flieli u jiġi servut.

“Slovenska potica” bil-mili tal-istregun

Ingredjenti għall-mili tal-istregun

Tolleranzi permessi

150 g butir mhux ipproċessat

massimu ta’ 200 g

100 g zokkor fin tal-ġelu

minimu ta’ 50 g

4 isfra tal-bajd jew 80 g isfra tal-bajd

minimu ta’ 3 isfra tal-bajd (60 g)

75 g stregun frisk jew iffriżat jew 15 g stregun imnixxef

minimu ta’ 30 g stregun frisk jew iffriżat jew 8 g stregun imnixxef

Il-preparazzjoni tal-mili u tal-“potica”

1.

Il-butir tiżdiedlu l-krema u jitħallat maz-zokkor u l-isfra tal-bajd.

2.

Jiżdied il-weraq tal-istregun imqatta’ jew l-istregun imnixxef.

3.

L-għaġina tiġi rromblata għall-ħxuna ta’ suba’ żgħir, jiġifieri 0,4–1,5 cm. Għal kull kilogramm ta’ għaġina jridu jintużaw 300–400 g ta’ mili tal-butir u l-istregun.

4.

Jekk jinħema f’forma b’dijametru sa 29 cm, il-“potica” jrid ikollu mill-inqas tliet dawriet sa erbgħa; jekk jinħema f’dixx akbar, jista’ jkollu dawra jew żewġ dawriet addizzjonali. L-għaġina mbagħad tiġi rromblata sewwa u titpoġġa f’”potičnik”, li jista’ jiddellek bix-xaħam u jitraxxax bid-dqiq. Iż-żewġ trufijiet tar-romblu jridu jintrabtu sewwa ma’ xulxin.

5.

Il-“potica” jitħalla joqgħod fil-“potičnik”.

6.

Qabel jinħema, il-“potica” jista’ jiġi gglejżjat b’taħlita ta’ butir, ħalib u isfar tal-bajd jew bi kwalunkwe wieħed minn dawn l-ingredjenti. Jenħtieġ ukoll li dan jittaqqab f’diversi postijiet qabel ma jitqiegħed fil-forn. Huwa rrakkomandat li l-“potica” jinħema għal mill-inqas 30 minuta f’temperatura ta’ 160–180 °C. Irrispettivament mit-temperatura u l-ħin rakkomandati, dawn jistgħu jiġu mmodifikati skont it-tip ta’ forn u d-daqs tal-“potica”.

7.

Meta jsir, il-“potica” jinħareġ mill-“potičnik” ta’ taħt fuq u jitħalla jiksaħ.

8.

Jista’ jiġi mraxxax biz-zokkor fin tal-ġelu, jitqatta’ fi flieli u jiġi servut.

“Slovenska potica” b’mili tal-istregun u l-ġobon moxx

Ingredjenti għall-mili tal-istregun, il-ġobon moxx u l-krema qarsa

Tolleranzi permessi

125 g ġobon moxx

massimu ta’ 160 g ġobon moxx

125 g krema qarsa

massimu ta’ 130 g krema

20 g zokkor

massimu ta’ 30 g

3 isfra tal-bajd jew 60 g isfra tal-bajd

minimu ta’ 3 isfra tal-bajd (60 g)

3 abjad tal-bajd jew 90 g abjad tal-bajd

minimu ta’ 3 abjad tal-bajd (90 g)

75 g stregun frisk jew iffriżat jew 15 g stregun imnixxef

minimu ta’ 30 g stregun frisk jew iffriżat jew 8 g stregun imnixxef

Il-preparazzjoni tal-mili u tal-“potica”

1.

Il-ġobon moxx jiġi ppressat minn passatur u mħallat mal-isfra tal-bajd u l-istregun imqatta’, jew mal-istregun imnixxef, flimkien mal-abjad tal-bajd imħabbat maz-zokkor.

2.

L-għaġina tiġi rromblata għall-ħxuna ta’ suba’ żgħir, jiġifieri 0,4-1,5 cm, u jitpoġġa l-mili fuqha. Għal kull kilogramm ta’ għaġina, iridu jintużaw 300-500 g ta’ mili tal-istregun u l-ġobon moxx.

3.

Jekk jinħema f’forma b’dijametru sa 29 cm, il-“potica” jrid ikollu mill-inqas tliet dawriet sa erbgħa; jekk jinħema f’dixx akbar, jista’ jkollu dawra jew żewġ dawriet addizzjonali. L-għaġina mbagħad tiġi rromblata sewwa u titpoġġa f’”potičnik”, li jista’ jiddellek bix-xaħam u jitraxxax bid-dqiq. Iż-żewġ trufijiet tar-romblu jridu jintrabtu sewwa ma’ xulxin.

4.

Il-“potica” jitħalla joqgħod fil-“potičnik”.

5.

Qabel jinħema, il-“potica” jista’ jiġi gglejżjat b’taħlita ta’ butir, ħalib u isfar tal-bajd jew bi kwalunkwe wieħed minn dawn l-ingredjenti. Jenħtieġ ukoll li dan jittaqqab f’diversi postijiet qabel ma jitqiegħed fil-forn. Huwa rrakkomandat li l-“potica” jinħema għal mill-inqas 30 minuta f’temperatura ta’ 160–180 °C. Irrispettivament mit-temperatura u l-ħin rakkomandati, dawn jistgħu jiġu mmodifikati skont it-tip ta’ forn u d-daqs tal-“potica”.

6.

Meta jsir, il-“potica” jinħareġ mill-“potičnik” ta’ taħt fuq u jitħalla jiksaħ.

7.

Jista’ jiġi mraxxax biz-zokkor fin tal-ġelu, jitqatta’ fi flieli u jiġi servut.

Is-“Slovenska potica” jista’ jiġi ffriżat nej (mhux moħmi) jew inkella jinħema.

Il-ħajja fuq l-ixkaffa tas-“Slovenska potica”

Sabiex jiġu żgurati l-aqwa kwalità u togħma, trid tiġi indikata data sa meta għandu jiġi kkonsmat il-prodott fuq kull “Slovenska potica”.

Is-“Slovenska potica” li jkun għadu kif inħema jkollu ħajja minima fuq l-ixkaffa ta’ 10 ijiem, bl-unika eċċezzjoni tkun is-“Slovenska potica” bil-mili tal-istregun, li jkollu ħajja minima fuq l-ixkaffa ta’ sebat ijiem. Is-“Slovenska potica” jrid jinħażen f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-produttur.

Is-“Slovenska potica” moħmi u ffriżat irid jintuża fi żmien tliet xhur mid-data tal-iffriżar. Ladarba jinħareġ mill-friża u jinħall, is-“Slovenska potica” jrid jiġi kkonsmat fi żmien tlett ijiem.

Jekk jiġi ffriżat nej, is-“Slovenska potica” jkollu ħajja massima fuq l-ixkaffa ta’ sitt xhur mid-data tal-iffriżar.

“POTIČNIK”, id-dixx tradizzjonali li fih jinħema s-“Slovenska potica”

Il-“Potičnik” jista’ jkun magħmul minn tafal moħmi, porċellana, metall miksi bl-enemel, metall b’kisja li ma twaħħalx jew materjal ieħor.

Dan ir-reċipjent ikun tond, kemxejn ivvampjat, bil-ġnub lixxi jew skanalati. L-iskanalaturi, jekk ikun hemm, jgħaddu b’mod perpendikolari mal-qiegħ tal-“potičnik”. Il-qiegħ ikun ċatt. Tubu ġej għall-ponta jgħaddi miċ-ċentru tal-“potičnik”, li jirrappreżenta l-forma bażika, u l-unika waħda possibbli, ta’ “potica”, jiġifieri, dik forma ta’ ċirku b’toqba fin-nofs li tidjieq lejn il-qiegħ. Id-dijametru minimu tal-“potičnik” fil-qiegħ huwa ta’ 14-il cm. Il-“Potičnik”‘ tat-tafal jista’ jkun imdawwar bil-wajer għal aktar durabbiltà.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

L-isem “potica” huwa distintivament Sloven u ġej minn forom Sloveni aktar bikrija, bħal “povitica”, “povtica” u “potvica”. L-isem uniku “potica” ilu jintuża ħafna mis-seklu 18. L-eqdem rekord bil-miktub tal-“potica” — fil-forma storika tagħha bħala “povitica” — jista’ jiġi traċċat lura għal żewġ volumi (mill-1575 u l-1577) minn Primož Trubar, l-awtur tal-ewwel kotba stampati bis-Sloven.

L-eqdem riċetta tal-“potica” ġiet ippubblikata fil-ktieb “The Glory of the Duchy of Carniola” (1689) mill-ewwel enċiklopedista tas-Slovenja, Janez Vajkard Valvasor. Fl-ewwel ktieb tat-tisjir bis-Sloven miktub minn Valentin Vodnik fl-1799, it-terminu “potica” jirreferi għall-mod kif jissawwar ir-romblu tal-għaġina. Hekk kif ġew ippubblikati aktar kotba tat-tisjir (minn Andrej Zamejic, Magdalena Knafelj Pleiweis, Sr Felicita Kalinšek u oħrajn), l-għadd ta’ riċetti differenti għall-“potica” kiber. Jistgħu saħansitra jinstabu xi wħud f’kotba tat-tisjir miktubin b’lingwi barranin, eż. Die süddeutsche Küche (1897) minn Katharina Prato u fi ktieb tat-tisjir miktub minn Marie von Rokitansky, li jmur lura għall-1897, li jiddikjaraw espliċitament li l-għaġina ġejja minn Carniola*.

Il-forma tipika attwali tas-“Slovenska potica”, miksuba bħala riżultat tal-ħami f’reċipjent tal-ġebel jew f’forma tal-metall apposta msejħa “potičnik” jew “potičnica”, tmur lura għal aktar minn 200 sena.

Wieħed isibha diffiċli biex isib dixx Sloven tradizzjonali li jissimbolizza menu festiv aħjar mill-“potica”. Festa ma tkunx festa vera mingħajr il-“potica”, b’mod partikolari fi żmien il-Milied u l-Għid il-Kbir, kif ukoll f’okkażjonijiet familjari. F’dak li għandu x’jaqsam mal-mili, l-istregun jagħmel l-aktar “potica” tipikament Slovena, filwaqt li l-għasel huwa wieħed mill-eqdem ingredjenti magħrufa.

Is-“Slovenska potica” l-aktar komuni jkollu mili tal-ġewż, minħabba li l-ġewż kien disponibbli faċilment għan-nies f’kull qasam tal-ħajja u għen biex jinħoloq sens ta’ abbundanza festiva. Il-mili tal-ġewż u ż-żbib huwa komuni wkoll. L-għeneb imnixxef jew iż-żbib kienu partikolarment tipiċi tal-partijiet tas-Slovenja fejn id-dwieli jitkabbru bħala għalla prinċipali. Il-prattika taż-żieda taż-żbib f’mili tal-ġewż ġiet irrapportata minn Janez Vajkard Valvasor sa minn kmieni fl-1689, u minn Valentin Vodnik fl-1799. L-istess japplika għall-mili taż-żbib. Il-mili tal-istregun huwa l-aktar wieħed tipikament Sloven, minħabba li l-ħaxixa aromatika dejjem kienet assoċjata ma’ riċetti ħelwin. Il-ġobon moxx jagħmel “potica” frisk ħafna u mhux xott. Fil-passat, il-ġobon moxx kien jiżdied mal-mili tal-istregun minflok ingredjenti aktar għaljin, bħall-bajd u l-butir, li mhux kulħadd seta’ jaffordja. Il-ġobon moxx huwa l-uniku ingredjent li jmur tajjeb ma’ mili tal-istregun.

Illum il-ġurnata, is-“Slovenska potica” huwa magħruf fir-reġjuni Sloveni kollha, kif ukoll fost is-Sloveni li jgħixu barra minn pajjiżhom. Bosta awturi barranin ukoll iqisu l-“potica” bħala deżerta Slovena oriġinali.

L-isem “slovenska potica” ntuża għall-ewwel darba fit-tieni nofs tas-seklu 19. L-użu tiegħu huwa ddokumentat f’diversi sorsi storiċi:

“[…] il-koki tagħna se jkunu qed jivvjaġġaw lejn Hamburg, Berlin u Munich biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom billi jgħallmu lill-Ġermaniżi kif suppost iħawru žganci u kif jagħmlu ‘potica’ ta’ Carniola* […]” (Gazzetta Slovenija, 1849, Nru 19, p. 74).

“Il-‘potica’ tal-għasel jew tal-ġewż, kif ukoll iz-zalzett ipproċessat u mnixxef, huma r-riċetti oriġinali u antiki ta’ Carniola**, li ntgħoġbu wkoll min-nies li ma kinux ġejjin minn Carniola.” (Gazzetta Kmetijske f’rokodelske novice, 35/1877, Nru 11, p. 83)

“L-Unesco ppubblikat manwal dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ tal-wirt kulturali dinji. Il-‘potica’ Sloven jidher fih.”

“Il-‘potica’ huwa għas-Slovenja dik li t-torta tat-tuffieħ hija għall-Amerika.” (Betsy Oppenneer, Celebration Breads, Recipes, Tales and Traditions, New York 2003, p. 117.)

“Iżda aħna nafu li jeżistu ħafna forom u reċipjenti oħrajn tal-ġebel. Jingħad, skont il-folklor, li hemm tliet speċjalitajiet kulinarji Sloveni li jinħmew fihom: prekmurska gibanica, belokranjska povitica u ‘Slovenska potica’” (Delo in Dom newspaper supplement, Lulju-Diċembru 2007).

“Dak li jmiss għalik huwa l-‘potica’ Sloven indispensabbli, flimkien ma’ ideat għal menu festiv […]” (Mag magazine, Diċembru 2007)

“Ċerti tipi ta’ ‘potica’ għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tas-Slovenja bħala destinazzjoni turistika u b’mod ġenerali. Hawnhekk, aħna se nagħżlu l-“potica” bil-mili tal-istregun, l-aktar “potica” tipika Slovena. (Gazzetta Slovenske Novice, Jannar-Ġunju 2008)

“‘Potica’ Sloven ġenwin ikollu minn tliet dawriet sa erbgħa, li jistgħu jinkisbu biss b’ammonti ġenerużi ta’ mili.” (Gazzetta Slovenske Novice, Jannar-Ġunju 2008)

“Jidher li r-Renju Unit qed jiskopri l-ħlewwa u l-varjetà ta’ togħmiet offruti mill-‘potica’ Sloven. Reċentament, ġiet ippubblikata riċetta għal ‘potica’ jew ‘ħobż ħelu Sloven’, kif inhu magħruf, fid-Daily Telegraph […]” (Gazzetta Nedelo, 19/2013, it-3 ta’ Marzu, Nru 9, p. 11)

Teddy Bear jaħmi ħelu Sloven: “Potica” (Tina Orter, 2014), ktieb bl-istampi għat-tfal u l-ġenituri, b’riċetta għas-“Slovenska potica”; tradott fi tmien lingwi (l-Ingliż, il-Ġermaniż, it-Taljan, il-Franċiż, l-Ispanjol, ir-Russu, l-Iżvediż u l-Pollakk)

Nuts About Potica (The Slovenia Times, it-3 ta’ April 2015)

“‘Potica’, il-qofol tal-mejda festiva” (is-sit web tal-Organizzazzjoni tat-Turiżmu Slovena)

NOTA għal * u **: Mis-seklu 15 ’il quddiem, Carniola (SL: Kranjska) kien ir-reġjun storiku ċentrali fit-territorju etniku Sloven. Kien l-uniku wieħed kompletament Sloven. B’hekk, l-isem “Carniolan” (SL: Kranjec) intuża bħala sinonimu għal Sloven. Fl-1364, Carniola saret dukat, u mill-1846 sal-1918 kienet art tal-kuruna taħt il-Monarkija ta’ Habsburg. Għalhekk, is-Slovenja tal-lum hija s-suċċessur tal-ex Carniola.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.