ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
23 ta' Marzu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 95/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 95/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Frar 2020 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

2

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 95/03

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 dwar il-vaganzi ġudizzjarji

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 95/04

Kawża C-428/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 – OL et vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt

5

2020/C 95/05

Kawża C-564/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Lulju 2019 – Proċeduri kriminali kontra IS

6

2020/C 95/06

Kawża C-610/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2019 – Vikingo Fővállalkozó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

7

2020/C 95/07

Kawża C-611/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2019 – Crewprint Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

9

2020/C 95/08

Kawża C-631/19 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2019 minn Sigrid Dickmanns mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-538/19 – Sigrid Dickmanns vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

10

2020/C 95/09

Kawża C-656/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Settembru 2019 – BAKATI PLUS Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

10

2020/C 95/10

Kawża C-717/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Settembru 2019 – Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co. KG Magyarországi Fióktelepe vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

11

2020/C 95/11

Kawża C-740/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-9 ta’ Novembru 2019 – NJ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság

12

2020/C 95/12

Kawża C-819/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2019 – Stichting Cartel Compensation, Equilib Netherlands BV, Equilib Netherlands BV vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV et

13

2020/C 95/13

Kawża C-867/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 minn Confédération nationale du Crédit Mutuel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-13/18, Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel)

13

2020/C 95/14

Kawża C-887/19: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn Susanne Rutzinger-Kurpas mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-491/18 – Vafo Praha vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea – Rutzinger-Kurpas

14

2020/C 95/15

Kawża C-910/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Bankia S.A. vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

14

2020/C 95/16

Kawża C-912/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Agrimotion S.A. vs ADAMA Deutschland GmbH

15

2020/C 95/17

Kawża C-915/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Eco Fox Srl vs Fallimento Mythen Spa et

15

2020/C 95/18

Kawża C-916/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Alpha Trading SpA unipersonale vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

16

2020/C 95/19

Kawża C-917/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Novaol Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

17

2020/C 95/20

Kawża C-918/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2019 – GDVI Verbraucherhilfe GmbH vs Swiss International Air Lines AG

17

2020/C 95/21

Kawża C-937/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2019 – KA

18

2020/C 95/22

Kawża C-20/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-17 ta’ Jannar 2020 – E. M. T. vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

19

2020/C 95/23

Kawża C-21/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Jannar 2020 – Balgarska natsionalna televizia vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Sofia-grad pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

19

2020/C 95/24

Kawża C-23/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fis-17 ta’ Jannar 2020 – Simonsen & Weel A/S vs Region Nordjylland u Region Syddanmark

20

2020/C 95/25

Kawża C-27/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Rennes (Franza) fil-21 ta’ Jannar 2020 – PF, QG vs Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

21

2020/C 95/26

Kawża C-28/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda Tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Jannar 2020 – Airhelp Ltd vs Scandinavian Airlines System SAS

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 95/27

Kawża T-320/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – WD vs EFSA (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanji – Kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat – Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ riklassifikazzjoni – Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni – Attribuzzjoni ta’ punti ta’ riklassifikazzjoni permezz ta’ trasferiment – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded – Dmir ta’ premura – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Responsabbiltà)

23

2020/C 95/28

Kawża T-485/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Compañia de Tranvías de la Coruña vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti tal-Kummissjoni relatati mal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Dokumenti li joriġinaw minn terz – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rifjut totali ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji – Interess pubbliku superjuri)

23

2020/C 95/29

Kawża T-487/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (ViruProtect) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ViruProtect – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Obbligu ta’ motivazzjoni)

24

2020/C 95/30

Kawża T-505/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Għajnuna għall-iżvilupp rurali – Għajnuna mogħtija lill-gruppi ta’ produtturi – Spejjeż sostnuti mill-Ungerija – Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Rikonoxximent ikkwalifikat – Eliġibbiltà tal-benefiċjarju għall-għajnuna – Korrezzjoni finanzjarja kkalkulata – Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Kooperazzjoni leali – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Proporzjonalità – Ċertezza legali – Ammonti mhux eliġibbli)

25

2020/C 95/31

Kawża T-573/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Hickies vs EUIPO (Forma ta’ lazz ta’ żarbun) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ lazz ta’ żarbun – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Protezzjoni ta’ dritt relatat ma’ disinn preċedenti – Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

25

2020/C 95/32

Kawża T-732/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea charantea – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

26

2020/C 95/33

Kawża T-733/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea charantea – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

27

2020/C 95/34

Kawża T-44/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Globalia Corporación Empresarial vs EUIPO Touring Club Italiano (TC Touring Club) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TC Touring Club – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TOURING CLUB ITALIANO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 – Provi addizzjonali prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 – Rikors inċidentali)

28

2020/C 95/35

Kawża T-135/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals vs EUIPO – Dalmat (LaTV3D) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LaTV3D – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TV3 – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Karattru distintiv – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2020/C 95/36

Kawża T-248/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Bilde vs Il-Parlament (Privileġġi u immunitajiet – Membru tal-Parlament – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Electa una via – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Użu ħażin ta’ poter)

29

2020/C 95/37

Kawża T-262/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Jakober vs EUIPO (Forma ta’ tazza) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea – Forma ta’ tazza – Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell)

30

2020/C 95/38

Kawża T-331/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

30

2020/C 95/39

Kawża T-332/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

31

2020/C 95/40

Kawża T-293/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – il-Litwanja vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament – Politika komuni tas-sajd – Trattat ta’ Pariġi fuq l-Arċipelagu ta’ Spitzberg (in-Norveġja) – Possibbiltajiet ta’ sajd għas-snow crab madwar iż-żona ta’ Svalbard (in-Norveġja) – Regolament (UE) 2017/127 – Bastimenti irreġistrati fl-Unjoni awtorizzati jistadu – Immobilizzazzjoni ta’ bastiment Latvjan – Artikolu 265 TFUE – Sejħa għal teħid ta’ azzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni – Att li ma jipproduċix effetti legali obbligatorji – Inammissibbiltà]

31

2020/C 95/41

Kawża T-541/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kunsill (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Dritt istituzzjonali – Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni – Elezzjonijiet Ewropej 2019 – Talba għal posponiment tal-elezzjonijiet Ewropej – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà)

32

2020/C 95/42

Kawża T-627/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni – Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni – Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri proviżorji)

33

2020/C 95/43

Kawża T-808/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Silgan International u Silgan Closures vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Talba għal informazzjoni – Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

33

2020/C 95/44

Kawża T-13/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni

34

2020/C 95/45

Kawża T-14/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Tratkowski vs Il-Kummissjoni

35

2020/C 95/46

Kawża T-20/20: Rikors ippreżentat fil-14 ta’ Jannar 2020 – Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis vs Il-Parlament

35

2020/C 95/47

Kawża T-28/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2020 – ID vs EEAS

37

2020/C 95/48

Kawża T-37/20: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2020 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

38

2020/C 95/49

Kawża T-52/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 – CX vs Il-Kummissjoni

39

2020/C 95/50

Kawża T-58/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – NetCologne vs Il-Kummissjoni

41

2020/C 95/51

Kawża T-64/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni

42

2020/C 95/52

Kawża T-66/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ LONDON)

43

2020/C 95/53

Kawża T-67/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ NEW YORK)

44

2020/C 95/54

Kawża T-68/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)

44

2020/C 95/55

Kawża T-69/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Tele Columbus vs Il-Kummissjoni

45


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 95/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 87, 16.3.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 77, 9.3.2020

ĠU C 68, 2.3.2020

ĠU C 61, 24.2.2020

ĠU C 54, 17.2.2020

ĠU C 45, 10.2.2020

ĠU C 36, 3.2.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/2


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tal-11 ta’ Frar 2020

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

(2020/C 95/02)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu stabbiliti d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

id-9 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara l-Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2020 u l-31 ta’ Ottubru 2021, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2020: mit-Tnejn 21 ta’ Diċembru 2020 sal-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, biż-żewġ ġranet inklużi

Għid 2021: mit-Tnejn 29 ta’ Marzu 2021 sal-Ħadd 11 ta’ April 2021, biż-żewġ ġranet inklużi

Sajf 2021: mill-Ġimgħa 16 ta’ Lulju 2021 sat-Tlieta 31 ta’ Awwissu 2021, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Frar 2020.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

K. LENAERTS


Il-Qorti Ġenerali

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/4


DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tat-12 ta’ Frar 2020

dwar il-vaganzi ġudizzjarji

(2020/C 95/03)

IL-QORTI ĠENERALI

Wara li rat l-Artikolu 41(2) tar-Regoli tal-Proċedura,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għas-sena ġudizzjarja li tibda fl-1 ta’ Settembru 2020, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 41(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2020: mit-Tnejn 21 ta’ Diċembru 2020 sal-Ħadd 10 ta’ Jannar 2021, iż-żewġ ġranet inklużi;

Għid 2021: mit-Tnejn 29 ta’ Marzu 2021 sal-Ħadd 11 ta’ April 2021, iż-żewġ ġranet inklużi;

Sajf 2021: mill-Ħadd 16 ta’ Lulju 2021 sat-Tlieta 31 ta’ Awwissu 2021, iż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul il-Lussemburgu, it-12 ta’ Frar 2020.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. VAN DER WOUDE


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 – OL et vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt

(Kawża C-428/19)

(2020/C 95/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OL, PM u RO

Konvenuta: Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 96/71/KE (1) flimkien mal-Artikoli 3 u 5 tal-istess direttiva u mal-l-Artikoli 285 u 299 tal-Kodiċi tax-Xogħol Ungeriż għandhom jiġu interrpetati 0fis-sens li l-ksur tad-direttiva u tad-dispożizzjonijiet Franċiżi dwar il-pagi minimi jistgħu jiġu invokati fi proċeduri mibdija minn ħaddiema Ungeriżi quddiem qorti Ungeriża kontra l-persuna li timpjega Ungeriża?

2)

L-allowance ta’ kuljum intiża sabiex tkopri l-ispejjeż magħmula waqt it-tul tal-kollokament tal-ħaddiema barra l-pajjiż għandha titqies bħala parti mir-remunerazzjoni?

3)

L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 561/2006/KE (2) jipprekludi prattika li biha l-persuna li timpjega tagħti allowance lix-xufiera, ibbażata fuq formula għall-kalkolu tat-tfaddil magħmul fil-forma ta’ tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil meta mqabbel mal-vjaġġ magħmul, li ma huwiex parti mis-salarju previst fil-kuntratt ta’ xogħol ta’ dawn ix-xufiera, u li fuqu ma ħallsu l-ebda taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, billi, sabiex jinkiseb dan l-iffrankar tal-fjuwil, ix-xufiera huma mħeġġa jsuqu b’tali mod li jistgħu jżidu r-riskji tas-sigurtà fit-toroq (pereżempju, isuqu bil-magna mitfija jew mingħajr gass (freewheel) sakemm ikun possibbli għan-niżla)?

4)

Id-Direttiva 96/71/KE tapplika għat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal proċeduri ta’ ksur kontra Franza u l-Ġermanja peress li dawn il-pajjiżi japplikaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-salarju minimu għas-settur tat-trasport bit-triq?

5)

Tista’ direttiva fiha nfisha, fl-assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali, tagħti lok għal tali obbligu għal individwu u għaldaqstant tkun fiha nnifisha l-bażi ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra dak l-individwu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem qorti nazzjonali?


(1)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 43, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66).

(2)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (Test b rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fl-24 ta’ Lulju 2019 – Proċeduri kriminali kontra IS

(Kawża C-564/19)

(2020/C 95/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pesti Központi Kerületi Bíróság

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

IS

Domandi preliminari

1/A.

L-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2010/64/UE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istat Membru għandu jistabbilixxi reġistru ta’ tradutturi u interpreti indipendenti li għandhom il-kwalifiki meħtieġa sabiex jiġi ggarantit li l-persuni akkużati li ma jifhmux il-lingwa tal-kawża jibbenefikaw minn smigħ xieraq jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandu jiżgura li n-natura adegwata tal-kwalità tal-interpretazzjoni fil-proċedura ġudizzjarja tista’ tkun suġġetta għal stħarriġ?

1/B.

Jekk l-ewwel domanda għandha tiġi risposta fl-affermattiv u jekk, fl-assenza ta’ natura adegwata ta’ interpretazzjoni f’dan il-każ, ma huwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk il-persuna akkużata kinitx ġiet informata bis-suspetti jew bl-akkużi fil-konfront tagħha, l-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikoli 4(5) u 6(1) tad-Direttiva 2012/13/UE (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-proċedura ma tistax f’dan il-każ titkompla fil-kontumaċja?

2/A.

Il-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li dan il-prinċipju jiġi ppreġudikat meta l-President tal-Országos Bírósági Hivatal (l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġustizzja), inkarigat minn funzjonijiet ta’ amministrazzjoni ċentrali tal-qrati, li huwa maħtur mill-Parlament u li lilu biss irid jagħti kont, u fejn dan biss jista’ jneħħieh mill-karigi tiegħu, jimla l-pożizzjoni ta’ President ta’ qorti – fejn dan il-President huwa b’mod partikolari awtorizzat sabiex jiddeċiedi dwar it-tqassim tal-kawżi, japplika proċeduri dixxiplinari fil-konfront ta’ mħallfin u jevalwa l-imħallfin – permezz ta’ ħatra diretta temporanja, billi jdur mal-proċedura ta’ sejħa għal kandidaturi u billi jinjora sistematikament l-opinjoni tal-korpi ġudizzjarji awtonomi awtorizzati għal dan il-għan?

2/B.

Jekk id-domanda preċedenti għandha tingħata risposta fl-affermattiv, u fejn l-imħallef inkarigat minn kawża partikolari jista’ jkollu raġunijiet fondati sabiex jibża’ li huwa ser jiġi indebitament ippreġudikat minħabba l-attivitajiet ġudizzjarji jew amministrattivi tiegħu, il-prinċipju ċċitat iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat fis-sens li smigħ xieraq ma huwiex iggarantit?

3/A.

Il-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma hijiex kompatibbli ma’ dan il-prinċipju s-sitwazzjoni li fiha, sa mill-1 ta’ Settembru 2018, kuntrarjament għall-prassi li kienet isseħħ sa minn deċennji, l-imħallfin Ungeriżi, skont il-liġi, jirċievu remunerazzjoni inqas mill-prosekuturi li għandhom l-istess grad fl-istess funzjoni ta’ xogħol u l-istess anzjanità, u fejn, jekk tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż, ir-remunerazzjoni tagħhom ma hijiex b’mod ġenerali konformi mal-importanza tal-kompiti li huma jwettqu, b’teħid inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-prassi tal-bonuses diskrezzjonali applikata għal funzjonijiet ta’ amministrazzjoni ogħla?

3/B.

Jekk għandha tingħata risposta fl-affermattiv, il-prinċipju ċċitat iktar ’il fuq ta’ indipendenza tal-qrati għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal smigħ xieraq ma jistax jiġi ggarantit f’dawn il-kundizzjonijiet?

4/A.

L-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li tmur kontra din id-dispożizzjoni deċiżjoni ta’ ġurisprudenza nazzjonali li skont din l-ogħla awtorità ġudizzjarja nazzjonali, fil-kuntest ta’ proċedura intiża għall-unifikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Istat Membru, mingħajr ma taffettwa l-effetti legali tad-digriet inkwistjoni, tikklassifika bħala illegali d-digriet tal-qorti inferjuri li permezz tiegħu nbdiet il-proċedura għal deċiżjoni preliminari?

4/B.

Jekk id-domanda 4/A għandha tingħata risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tar-rinviju ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjonijiet kuntrarji tal-qorti superjuri u l-pożizzjonijiet ta’ prinċipju meħuda fl-interess tal-uniformità tad-dritt?

4/C.

Jekk id-domanda 4/A għandha tingħata risposta fin-negattiv, il-proċeduri kriminali sospiżi jistgħu jitkomplew filwaqt li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari tkun għadha għaddejja?

5.

Il-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TFUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl tal-Artikolu 267 TFUE, dan il-prinċipju jiġi ppreġudikat meta tinbeda proċedura dixxiplinari fil-konfront ta’ mħallef minħabba li jkun beda proċedura għal deċiżjoni preliminari?


(1)  Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU 2010, L 280, p. 1).

(2)  Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU 2012, L 142, p. 1).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2019 – Vikingo Fővállalkozó Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-610/19)

(2020/C 95/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vikingo Fővállalkozó Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Huma konformi mal-Artikoli 168(a) u 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), flimkien mal-Artikoli 220(a) u 226 tal-istess direttiva, u mal-prinċipju ta’ effettività, interpretazzjoni ġuridika nazzjonali u prattika nazzjonali skont liema, meta jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti sostantivi tad-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa, ma huwiex biżżejjed li wieħed sempliċement ikollu fattura li l-kontenut tagħha jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 226 tal-imsemmija direttiva, iżda li l-persuna taxxabbli, sabiex teżerċita leġittimament id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa abbażi tal-fattura inkwistjoni, għandha, barra minn hekk, ikollha provi dokumentali addizzjonali li mhux biss għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/112, iżda wkoll jissodisfaw il-prinċipji tar-regoli nazzjonali dwar il-kontabbiltà u d-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qasam ta’ dokumenti ta’ sostenn, u skont liema kull wieħed mill-membri tal-katina għandu jiftakar u jiddikjara bl-istess mod kull dettall tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi li jattestaw dawn id-dokumenti ta’ sostenn?

2)

Huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar [it-tnaqqis tal-VAT] u mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, interpretazzjoni ġuridika nazzjonali u prattika nazzjonali skont liema, fil-każ ta’ tranżazzjoni f’katina, indipendentement minn kwalunkwe ċirkustanza oħra, għas-sempliċi fatt li t-tranżazzjoni tkun ta’ dan it-tip, jiġi impost fuq kull wieħed mill-membri tal-katina l-obbligu li jivverifikaw l-elementi tat-tranżazzjoni ekonomika magħmula minnhom u r-rekwiżit li jisiltu minn din il-verifika konsegwenzi rigward il-persuna taxxabbli li tinsab fit-tarf l-ieħor tal-katina, kif ukoll li l-persuna taxxabbli jitneħħielha d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] għar-raġuni li l-istabbiliment tal-katina, minkejja li ma huwiex ipprojbit mid-dritt nazzjonali, ma kienx iġġustifikat [raġonevolment] minn perspettiva ekonomika? F’dan il-kuntest, fil-każ ta’ tranżazzjoni f’katina, fir-rigward tal-eżami taċ-ċirkustanzi oġġettivi li jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut tad-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT], meta jiġu ddeterminati u evalwati n-natura rilevanti u s-saħħa probatorja tal-provi li huwa bbażat fuqhom ir-rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, jistgħu jiġu applikati biss id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 u tad-dritt nazzjonali dwar it-tnaqqis tat-taxxa bħal regoli sostantivi li jispeċifikaw il-fatti rilevanti dwar id-determinazzjoni tal-qafas fattwali, jew għandhom jiġu applikati wkoll bħala regoli speċjali d-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-kontabbiltà tal-Istat Membru inkwistjoni?

3)

Huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-[tnaqqis tal-VAT] u mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, interpretazzjoni nazzjonali u prattika nazzjonali skont liema l-persuna taxxabbli, li tuża l-merkanzija għan-neċessitajiet tat-tranżazzjonijiet intaxxati tagħha fl-Istat Membru li fih twettaq tali tranżazzjonijiet u li għandha fattura konformement mad-Direttiva 2006/112, jitneħħielha d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] għar-raġuni li ma għandhiex għarfien tal-elementi kollha [tat-tranżazzjoni] mwettqa mill-membri tal-katina, jew abbażi ta’ ċirkustanzi relatati mal-membri tal-katina qabel l-emittent tal-fattura u li dwarhom il-persuna taxxabbli ma seta’ jkollha ebda influwenza għal raġunijiet ’il barra mill-kontroll tagħha, kif ukoll li d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] huwa suġġett għar-rekwiżit li l-persuna taxxabbli tissodisfa, fir-rigward tal-miżuri raġonevolment imposti fuqha, obbligu ġenerali ta’ verifika li għandha teżerċita mhux biss qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, iżda wkoll matul u wara l-eżekuzzjoni tiegħu? F’dan il-kuntest, il-persuna taxxabbli hija obbligata tastjeni milli teżerċita d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] meta, fir-rigward ta’ kwalunkwe element tat-tranżazzjoni ekonomika indikata fuq il-fattura, f’mument qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, jew matul jew wara l-eżekuzzjoni tiegħu, tinnota irregolarità jew issir taf b’ċirkustanza li jkollhom bħala konsegwenza r-rifjut tad-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] skont il-prattika tal-amministrazzjoni fiskali?

4)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-[tnaqqis tal-VAT] u tal-prinċipju ta’ effettività, l-amministrazzjoni fiskali hija obbligata tispeċifika f’xiex tikkonsisti l-frodi fiskali? Huwa xieraq li l-amministrazzjoni fiskali tipproċedi b’tali mod li l-ommissjonijiet u l-irregolaritajiet li ma għandhomx rabta kawżali raġonevoli mad-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] li wettqu l-membri tal-katina jitqiesu bħala prova tal-frodi fiskali għar-raġuni li, peress li dawn l-ommissjonijiet u irregolaritajiet għamlu l-kontenut tal-fattura implawżibbli, il-persuna taxxabbli kienet taf jew missha kienet taf bil-frodi fiskali? Fil-każ li teżisti tali frodi fiskali, din iċ-ċirkustanza tiġġustifika li l-verifika rikjesta mill-persuna taxxabbli għandu jkollha l-portata, id-dettall u l-ambitu msemmija iktar ’il fuq, jew dan l-obbligu jeċċedi r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ effettività?

5)

Sanzjoni li tinvolvi r-rifjut tad-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] u li tikkonsisti fl-obbligu li titħallas sanzjoni fiskali ekwivalenti għal 200 % tad-differenza fiskali meta t-Teżor Pubbliku ma sostna ebda telf ta’ dħul marbut direttament mad-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] tal-persuna taxxabbli, hija proporzjonata? Il-fatt li jkun hemm xi waħda miċ-ċirkustanzi li tagħmel riferiment għalihom it-tielet sentenza tal-Artikolu 170(1) tal-az adózás rendjéről szóló 2003. évi XCII. Törvény (il-Liġi XCII tal-2003 dwar ir-Regoli ta’ Proċedura Fiskali Ġenerali, iktar ’il quddiem ir-“RPFĠ”) meta l-persuna taxxabbli tkun għamlet disponibbli għall-amministrazzjoni fiskali d-dokumenti kollha li kienu fil-pussess tagħha u inkludiet fid-dikjarazzjoni tat-taxxa tagħha l-fatturi maħruġa, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni?

6)

Fil-każ li huwa evidenti mir-risposti mogħtija għad-domandi preliminari magħmula li l-interpretazzjoni tar-regola ġuridika nazzjonali segwita wara l-kawża li tat lok għad-digriet tal-10 ta’ Novembru 2016, Signum Alfa Sped (C-446/15, EU:C:2016:869) u l-prattika adottata abbażi tal-istess interpretazzjoni ma humiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-[tnaqqis tal-VAT], u fid-dawl tal-fatt li l-qorti tal-ewwel istanza ma tistax tagħmel talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi kollha, jista’ jitqies, abbażi tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li d-dritt tal-persuni taxxabbli li jeżerċitaw azzjoni ġudizzjarja ta’ talba għal danni jiggarantilhom id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għal qorti imparzjali rrikonoxxut f’dan l-artikolu? F’dan il-kuntest, tista’ tiġi adottata interpretazzjoni li l-għażla tal-forma tad-deċiżjoni mogħtija fil-kawża Signum Alfa Sped tippresupponi li l-kwistjoni kienet diġà rregolata bid-dritt Komunitarju u kienet ġiet ikkjarifikata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u li, konsegwentement, it-tweġiba għaliha kienet evidenti, jew pjuttost tfisser li, peress li nbdiet proċedura ġdida, il-kwistjoni ma kinitx ġiet ikkjarifikata kompletament u li, konsegwentement, kien għadu neċessarju li ssir talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika ĠU 2007, L 335, p. 60).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2019 – Crewprint Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-611/19)

(2020/C 95/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crewprint Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti [fil-qasam ta’ tnaqqis tal-VAT] tad-Direttiva 2006/112 (1) u mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, interpretazzjoni nazzjonali u prattika nazzjonali skont liema l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] fir-rigward ta’ tranżazzjoni ekonomika mwettqa bejn il-partijiet, abbażi tal-fatt li hija tqis li l-forma tar-relazzjoni legali bejniethom (kuntratt għal xogħlijiet) hija frawdolenti, għaliex tagħti lok għal dritt għal tnaqqis u, b’dan il-mod, tikklassifikaha, taħt l-Artikolu 1(7) [tal-Liġi dwar ir-Regoli ta’ Proċedura Fiskali Ġenerali] bħala attività (attività ta’ aġent) li ma tagħtix lok għal dritt għal tnaqqis, għaliex tqis li l-aġir tal-partijiet għandu bħala għan l-evażjoni fiskali peress li l-attività mwettqa mid-destinatarju tal-fattura ma kellux neċessarjament għalfejn jieħu [din il-forma ta’ negozju] u peress li setgħet twettaq din l-attività anki bħala aġent? F’dan il-kuntest, bħala rekwiżit sabiex jiġi applikat it-[tnaqqis tal-VAT], il-persuni taxxabbli għandhom l-obbligu ta’ natura fiskali li jagħżlu bħala forma ta’ attività ekonomika dik li tpoġġi fuqhom l-ikbar piż fiskali, jew jikkostitwixxi prattika abbużiva il-fatt li, fl-eżerċizzju tal-libertà tal-kuntratt li huma jgawdu minnha u għal raġunijiet mhux relatati mad-dritt fiskali, jagħżlu forma kuntrattwali tal-attività ekonomika mwettqa bejniethom li għandha wkoll effett mhux intenzjonat minnhom li jikkonsisti fid-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa?

2)

Huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti [fil-qasam ta’ tnaqqis tal-VAT] tad-Direttiva 2006/112 u mal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, interpretazzjoni nazzjonali u prattika nazzjonali skont liema, fil-każ li l-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] tissodisfa r-rekwiżiti sostantivi u l-kundizzjonijiet formali [għall-imsemmi tnaqqis] u tkun ħadet il-miżuri li tista’ tkun mistennija li tieħu qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, l-awtorità tat-taxxa tirrifjuta d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT abbażi tal-fatt li tqis li l-istabbiliment ta’ katina ma huwiex neċessarju mill-perspettiva ekonomika u jikkostitwixxi għalhekk prattika abbużiva għaliex is-subkuntrattur, minkejja li jinsab f’pożizzjoni li jwettaq il-provvista ta’ servizzi, iqabbad subkuntratturi oħrajn għal raġunijiet mhux relatati mal-fatt taxxabbli, u għaliex il-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] kienet taf, meta aċċettat l-inkarigu, li s-subkuntrattur tagħha, minħabba nuqqas ta’ persunal u riżorsi materjali, kien ser jipprovdi s-servizzi permezz ta’ subkuntratturi rispettivi tiegħu? Ir-risposta hija affettwata mill-fatt li l-persuna taxxabbli jew is-subkuntrattur tagħha inkorporaw fil-katina subkuntrattur li miegħu għandhom relazzjoni diretta jew li miegħu għandhom rabta personali jew organizzattiva (għarfien personali, relazzjoni ta’ familja jew l-istess sjieda)?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, ir-rekwiżit li l-fatti għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ fatti oġġettivi huwa ssodisfatt meta, fi proċedimenti li fihom l-amministrazzjoni fiskali tqis li r-relazzjoni ekonomika bejn il-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT] u s-subkuntrattur tagħha ma hijiex razzjonali u ġġustifikata, hija tibbaża dan il-fatt fuq ix-xhieda ta’ uħud mill-impjegati tas-subkuntrattur biss, mingħajr ma tiddetermina abbażi ta’ fatti oġġettivi l-karatteristiċi tal-attività ekonomika li tikkostitwixxi s-suġġett tal-kuntratt, iċ-ċirkustanzi speċifiċi tagħha u l-kuntest ekonomiku rilevanti, u mingħajr ma tisma’ lid-diretturi tal-persuna taxxabbli u lill-impriżi subkuntratturi li jagħmlu parti mill-katina, li għandhom setgħat deċiżjonali, u, f’dan il-każ, huwa rilevanti jekk il-persuna taxxabbli jew il-membri tal-katina għandhom kapaċità li jipprovdu s-servizzi u huwa neċessarju li jiġi involut espert f’dan ir-rigward?

4)

Huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 u mal-prinċipju ta’ effettività, interpretazzjoni nazzjonali u prattika nazzjonali skont liema, fil-każ li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti sostantivi u l-kundizzjonijiet formali [għat-tnaqqis tat-taxxa] u li jkunu ġew adottati l-miżuri [raġonevolment] rikjesti, l-amministrazzjoni fiskali, abbażi ta’ ċirkustanzi li, skont sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jiġġustifikawx [ir-rifjut tat-tnaqqis tal-VAT] u ma humiex oġġettivi, tqis li l-frodi fiskali hija pprovata u tirrifjuta d-dritt [għat-tnaqqis tal-VAT], biss għaliex dawn iċ-ċirkustanzi jseħħu f’numru suffiċjenti tal-membri investigati fil-katina skoperta?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika ĠU 2007, L 335, p. 60)


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2019 minn Sigrid Dickmanns mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-11 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-538/19 – Sigrid Dickmanns vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-631/19 P)

(2020/C 95/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Sigrid Dickmanns (rappreżentant: H. Tettenborn, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-5 ta’ Frar 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-parti li tilfet tbati l-ispejjeż tagħha stess.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Settembru 2019 – BAKATI PLUS Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-656/19)

(2020/C 95/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BAKATI PLUS Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

Prattika ta’ Stat Membru li jassimila l-kunċett ta’ “bagalji personali”, iddefinit bħala wieħed mill-elementi tad-definizzjoni ta’ kunsinni lil passiġġier barrani ta’ oġġetti eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud, għall-kunċett ta’ effetti personali użat fil-Konvenzjoni dwar il-faċilitajiet doganali għat-turiżmu, konkluża fi New York fl-4 ta’ Ġunju 1954, u fil-protokoll addizzjonali għall-konvenzjoni, kif ukoll għall-kunċett ta’ “bagalji” previst fl-Artikolu 1(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, hija konformi mal-Artikolu 147 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1)?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, kif għandu jiġi ddeffinit il-kunċett ta’ “bagalji personali” previst fl-Artikolu 147 tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl tal-fatt li dan il-kunċett ma huwiex iddefinit fid-direttiva? Prattika nazzjonali li abbażi tagħha l-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru jagħmlu esklużivament riferiment għas-“sens ġenerali tal-kliem” hija konformi mad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 146 u 147 tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li jekk persuna taxxabbli ma għandiex dritt għal eżenzjoni mit-taxxa abbażi tal-Artikolu 147 tad-Direttiva tal-VAT fuq kunsinna ta’ oġġetti lil vjaġġatur barrani, għandha, skont il-bżonn, tiġi eżaminata, abbażi tal-Artikolu 146 tad-Direttiva tal-VAT, il-possibbiltà ta’ eżenzjoni mit-taxxa fir-rigward tal-bejgħ għall-esportazzjoni anki minkejja l-assenza tal-formalitajiet doganali previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jew fl-att ġuridiku delegat?

4)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun li, fl-assenza ta’ eżenzjoni fiskali għal vjaġġatur barrani, it-tranżazzjoni hija eliġibbli għall-eżenzjoni mill-VAT minħabba esportazzjoni, din it-tranżazzjoni tista’ tiġi kklassifikata bħala kunsinna eżentata mill-VAT minħabba bejgħ għall-esportazzjoni jekk l-intenzjoni tal-klijient, meta ordna, kienet espliċitament tmur kontra tali bejgħ għall-esportazzjoni?

5)

Jekk ir-risposti għad-domandi 3 u 4 ikunu fl-affermattiv, f’każ li jixbah lil dak inkwistjoni f’din il-kawża, jiġifieri f’każ fejn il-persuna li toħroġ il-fattura kienet konxja mill-fatt, fil-mument tal-kunsinna, li l-għan tax-xiri kien il-bejgħ mill-ġdid, li x-xerrej barrani, minkejja dan, kellu l-intenzjoni li jimporta dawn l-oġġetti inkwantu vjaġġatur barrani, u li għalhekk il-persuna li ħarġet il-fattura kienet in mala fede meta mliet il-formola ta’ applikazzjoni għal rimbors tat-taxxa li sservi għall-ksib tar-rimbors tat-taxxa u meta rrimborsat, abbażi tal-eżenzjoni għall-vjaġġaturi barranin, it-taxxa fuq il-valur miżjud iffatturata, il-prattika ta’ Stat Membru li abbażi tagħha l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta r-rimbors tat-taxxa ddikjarata u mħallsa bi żball fir-rigward ta’ kunsinna lil vjaġġatur barrani, mingħajr ma tikkwalifika l-kunsinna tal-oġġetti bħala bejgħ għall-esportazzjoni u mingħajr ma twettaq korrezzjoni tat-tranżazzjoni f’dan is-sens, minkejja l-fatt mhux ikkontestat li l-oġġetti ħarġu mill-Ungerija inkwantu bagalji, hija kompatibbli mal-Artikoli 146 u 147 tad-Direttiva tal-VAT u mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Settembru 2019 – Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co. KG Magyarországi Fióktelepe vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-717/19)

(2020/C 95/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim RCV GmbH & Co. KG Magyarországi Fióktelepe

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha impriża farmaċewtika li, abbażi ta’ ftehim li l-konklużjoni tiegħu hija fakultattiva, tħallas lill-assigurazzjoni għall-mard tal-Istat parti mid-dħul mill-bejgħ li hija tiġġenera mill-bejgħ tagħha ta’ prodotti farmaċewtiċi u, għaldaqstant, ma tirċevix il-korrispettiv sħiħ għal dawn il-prodotti, ma għandhiex dritt għal tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli biss għar-raġuni li dawn il-ħlasijiet ma jitwettqux skont modalitajiet stabbiliti minn qabel minn din l-impriża fil-kuntest tal-politika kummerċjali tagħha u ma għandhomx l-għan prinċipali li jippromwovu l-bejgħ?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fil-pożittiv, l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik applikabbli fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli għall-kundizzjoni li l-persuna taxxabbli li għandha dritt għar-rimbors ikollha fattura maħruġa f’isimha li tistabbilixxi t-twettiq tat-tranżazzjoni li tagħti d-dritt għar-rimbors, minkejja li jeżistu dokumenti oħra li jikkonfermaw b’mod xieraq it-twettiq tat-tranżazzjoni li tippermetti tnaqqis a posteriori tal-valur taxxabbli u din tkun verifikabbli a posteriori, tkun parzjalment ibbażata fuq data pubblika u uffiċjali, u tkun tippermetti li jiġi żgurat il-ġbir eżatt tat-taxxa?


(1)  ĠU 2006, L 346, p. 1.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-9 ta’ Novembru 2019 – NJ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság

(Kawża C-740/19)

(2020/C 95/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NJ

Konvenut: Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) (imsejħa d-“Direttiva dwar proċeduri”) – meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – jistgħu jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jiggarantixxi d-dritt għal rimedju effettiv ukoll fl-eventwalità li l-qrati tiegħu ma jistgħux jirriformaw id-deċiżjonijiet mogħtija fil-kuntest tal-proċeduri tal-ażil, iżda jistgħu biss jannullaw tali deċiżjonijiet u jobbliga lill-awtorità amministrattiva tibda proċeduri ġodda?

2)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (imsejħa d-“Direttiva dwar proċeduri”) – meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru hija konformi ma’ dawn id-disposizzjonijiet meta tipprevedi għall-proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-ażil terminu imperattiv u uniformi ta’ 60 jum massimu, irrispettivament minn kwalunkwe ċirkustanza individwali u mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-kawża u d-diffikultajiet eventwali ta’ prova?


(1)  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2019 – Stichting Cartel Compensation, Equilib Netherlands BV, Equilib Netherlands BV vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV et

(Kawża C-819/19)

(2020/C 95/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Cartel Compensation, Equilib Netherlands BV, Equilib Netherlands B. V.

Konvenuti: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV, Martinair Holland NV, Deutsche Lufthansa AG, Lufthansa Cargo AG, British Airways plc, Société Air France SA, Singapore Airlines Ltd, Singapore Airlines Cargo Pte Ltd, Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV, Martinair Holland NV, Société Air France SA, Singapore Airlines Cargo Pte Ltd, Singapore Airlines Ltd, Lufthansa Cargo AG, Deutsche Lufthansa AG, Swiss International Air Lines AG, British Airways plc, Air Canada, Cathay Pacific Airways Ltd, SAS AB, Scandinavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden, SAS Cargo Group A/S, Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV, Martinair Holland NV, Société Air France SA, Lufthansa Cargo AG, Deutsche Lufthansa AG, British Airways plc

Domanda preliminari

F’tilwima bejn partijiet leżi (f’dan il-każ, l-ispedituri, riċevituri ta’ servizzi ta’ merkanzija bl-ajru) u kumpanniji tal-ajru, il-qorti nazzjonali għandha ġurisdizzjoni – minħabba l-effett dirett tal-Artikolu 101 TFUE, jew mill-inqas tal-Artikolu 53 ŻEE, jew abbażi (l-effett immedjat tal-)Artikolu 6 tar-Regolament 1/2003 (1) – sabiex tapplika b’mod sħiħ l-Artikolu 101 TFUE, jew mill-inqas l-Artikolu 53 ŻEE, fir-rigward tal-ftehimiet/prattiki miftiehma ta’ kumpanniji tal-ajru f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi ta’ merkanzija fuq titjiriet operati qabel l-1 ta’ Mejju 2004 fuq rotot bejn ajruporti fl-Unjoni Ewropea u ajruporti barra ż-ŻEE, jew, qabel id-19 ta’ Mejju 2005, fuq rotot bejn l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u ajruporti barra ż-ŻEE, jew, fuq titjiriet operati qabel l-1 ta’ Ġunju 2002, bejn ajruporti fl-Unjoni u l-Isvizzera, ukoll għall-perijodu li fih kienet tapplika s-sistema tranżitorja tal-Artikoli 104 u 105 TFUE, jew is-sistema tranżitorja tipprekludi dan?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/13


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 minn Confédération nationale du Crédit Mutuel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-13/18, Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel)

(Kawża C-867/19 P)

(2020/C 95/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Confédération nationale du Crédit Mutuel (rappreżentanti: B. Moreau-Margotin, M. Merli, C. Thomas-Raquin, M. Le Guerer, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Crédit Mutuel Arkéa, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

B’digriet tat-13 ta’ Frar 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/14


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2019 minn Susanne Rutzinger-Kurpas mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Ottubru 2019 fil-Kawża T-491/18 – Vafo Praha vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea – Rutzinger-Kurpas

(Kawża C-887/19)

(2020/C 95/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Susanne Rutzinger-Kurpas (rappreżentant: F. Lichtnecker, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Vafo Praha s.r.o.

B’dirgriet tal-11 ta’ Frar 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla li tiddetermina l-ammissjoni tal-appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li Susanne Rutzinger-Kurpas għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Bankia S.A. vs Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

(Kawża C-910/19)

(2020/C 95/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia S.A.

Konvenuta: Unión Mutua Asistencial de Seguros (UMAS)

Domandi preliminari

Fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 3(2) u 6 tad-Direttiva 2003/71/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE:

1)

Meta offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet tkun indirizzata kemm lil investituri individwali kif ukoll lil investituri kkwalifikati u meta jkun inħareġ prospett għall-attenzjoni tal-investituri individwali, l-azzjoni għad-danni fir-rigward tal-prospett tista’ tkun eżerċitata miż-żewġ tipi ta’ investituri jew mill-investituri individwali biss?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun li l-investituri kkwalifikati jistgħu wkoll jeżerċitaw din l-azzjoni, huwa possibbli li jiġi evalwat il-livell ta’ konoxximent tagħhom tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li toħroġ l-offerta pubblika ta’ sottoskrizzjoni ta’ azzjonijiet indipendentement mill-prospett, fuq il-bażi tar-relazzjonijiet ġuridiċi jew kummerċjali tagħhom ma’ din il-persuna li toħroġ l-offerta (sehem fl-azzjonarjat tagħha, fl-organi ta’ ammistazzjoni tagħha, etc)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356, rettifika fil-ĠU 2014, L 218, p. 8).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Diċembru 2019 – Agrimotion S.A. vs ADAMA Deutschland GmbH

(Kawża C-912/19)

(2020/C 95/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrimotion S.A.

Konvenuta: ADAMA Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Impriża li tqiegħed fis-suq, fl-Istat Membru ta’ introduzzjoni, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat fl-Istat Membru ta’ oriġini tista’ tinvoka permess kummerċjali parallel mogħti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ introduzzjoni lil impriża terza meta kontenituri li fihom il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jinżamm u li fihom jitqiegħed fis-suq fl-Istat Membru ta’ introduzzjoni jindikaw id-detentur tal-permess kif ukoll l-impriża importatriċi (1)? Jekk jeżistu rekwiżiti supplimentari, liema huma?


(1)  Konformement mal-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 111, p. 10).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (L-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Eco Fox Srl vs Fallimento Mythen Spa et

(Kawża C-915/19)

(2020/C 95/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eco Fox Srl

Konvenuti: Fallimento Mythen Spa, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Ministero dello Sviluppo Economico, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domanda preliminari

Fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), kif emendat, tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat (2) u tal-eventwali dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt tal-[Unjoni Ewropea] – jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li hija bħala tali suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, att normattiv sekondarju bħalma huwa r-regolament adottat permezz tad-Digriet Ministerjali Nru 37/2015 li huwa kkontestat f’dan il-każ li, b’eżekuzzjoni diretta ta’ sentenzi tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) li jipprovdu għall-annullament parzjali tar-regolamenti preċedenti li diġà ġew innotifikati lill-Kummissjoni, affettwa b’mod retroattiv il-modalità ta’ applikazzjoni tad-dazju tas-sisa mnaqqas fuq il-bijodiżil li jemenda b’mod retroattiv il-kriterji ta’ tqassim tal-benefiċċju bejn l-impriżi applikanti mingħajr estensjoni tat-terminu tal-programm ta’ vantaġġi fiskali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3, rettifika fil-ĠU 2015, L 72, p. 89).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Alpha Trading SpA unipersonale vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

(Kawża C-916/19)

(2020/C 95/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alpha Trading SpA unipersonale

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

Fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), kif emendat, tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat (2) u tal-eventwali dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt tal-[Unjoni Ewropea] – jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li hija bħala tali suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, att normattiv sekondarju bħalma huwa r-regolament adottat permezz tad-Digriet Ministerjali Nru 37/2015 li huwa kkontestat f’dan il-każ li, b’eżekuzzjoni diretta ta’ sentenzi tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) li jipprovdu għall-annullament parzjali tar-regolamenti preċedenti li diġà ġew innotifikati lill-Kummissjoni, affettwa b’mod retroattiv il-modalità ta’ applikazzjoni tad-dazju tas-sisa mnaqqas fuq il-bijodiżil li jemenda b’mod retroattiv il-kriterji ta’ tqassim tal-benefiċċju bejn l-impriżi applikanti mingħajr estensjoni tat-terminu tal-programm ta’ vantaġġi fiskali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3, rettifika fil-ĠU 2015, L 72, p. 89).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Novaol Srl vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et

(Kawża C-917/19)

(2020/C 95/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novaol Srl

Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali e del Turismo, Ministero dello Sviluppo Economico

Domanda preliminari

Fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), kif emendat, tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat (2) u tal-eventwali dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt tal-[Unjoni Ewropea] – jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li hija bħala tali suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, att normattiv sekondarju bħalma huwa r-regolament adottat permezz tad-Digriet Ministerjali Nru 37/2015 li huwa kkontestat f’dan il-każ li, b’eżekuzzjoni diretta ta’ sentenzi tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) li jipprovdu għall-annullament parzjali tar-regolamenti preċedenti li diġà ġew innotifikati lill-Kummissjoni, affettwa b’mod retroattiv il-modalità ta’ applikazzjoni tad-dazju tas-sisa mnaqqas fuq il-bijodiżil li jemenda b’mod retroattiv il-kriterji ta’ tqassim tal-benefiċċju bejn l-impriżi applikanti mingħajr estensjoni tat-terminu tal-programm ta’ vantaġġi fiskali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3, rettifika fil-ĠU 2015, L 72, p. 89).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2019 – GDVI Verbraucherhilfe GmbH vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-918/19)

(2020/C 95/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GDVI Verbraucherhilfe GmbH

Konvenuta: Swiss International Air Lines AG

Domandi preliminari

1)

Il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Komunità Ewropea dwar it-Trasport bl-Ajru tal-21 ta’ Ġunju 1999 (1), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tat-trasport bl-ajru bejn il-Komunità/l-Isvizzera tas-26 ta’ Novembru 2010 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (3), huwa wkoll applikabbli, skont l-Artikolu 3(1)(b) tiegħu, għal passiġġieri li jivvjaġġaw fuq titjira minn pajjiż terz b’inżul f’ajruport fl-Isvizzera sabiex jimbarkaw fuq titjira lejn Stat Membru?

2)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: l-applikabbiltà għal qrati ta’ Stat Membru tkopri wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tgħid li passiġġieri ta’ titjiriet tardivi jistgħu jitqiesu bħala passiġġieri li t-titjiriet tagħhom ġew ikkanċellati, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens (sentenza tad-19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et, C-402/07 u C-432/07 (4))?

3)

Id-dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 japplika wkoll fil-każ ta’ passiġġier li jitlef titjira ta’ korrispondenza minħabba dewmien tal-wasla relattivament żgħir u jasal fid-destinazzjoni finali b’dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar, fejn iż-żewġ titjiriet ikunu ġew operati minn trasportaturi tal-ajru differenti u r-reżervazzjoni tkun ġiet ikkonfermata minn operatur tal-vjaġġi li jkun ikkombina t-titjiriet għall-klijenti tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 94.

(2)  ĠU 2010, L 347, p. 54.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

(4)  EU:C:2009:716.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Diċembru 2019 – KA

(Kawża C-937/19)

(2020/C 95/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KA

Fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Köln, Bundesamt für Güterverkehr

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li jikkostitwixxi wkoll trasport internazzjonali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni meta dan it-trasport iseħħ fil-kuntest ta’ trasport skont l-Artikolu 1(5)(d) ta’ dan ir-regolament?


(1)  Regolament dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU 2009, L 300, p. 72, rettifika fil-ĠU 2018, L 241, p. 14).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fis-17 ta’ Jannar 2020 – E. M. T. vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-20/20)

(2020/C 95/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E. M. T.

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domanda preliminari

L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (1), li jipprovdi li l-applikanti għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv kontra deċiżjonijiet “dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali”, u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikoli 20 u 26 tad-Direttiva 2013/32, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola ta’ proċedura nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 39/57 tal-Liġi tal-15 ta’ Diċembru 1980 dwar id-Dħul fit-Territorju, ir-Residenza, l-Istabbiliment u t-Tneħħija tal-Barranin, li jiffissa għal għaxart ijiem “kalendarji” mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni amministrattiva, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra deċiżjoni li tkun tiċħad l-applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali, “meta r-rikors jiġi ppreżentat minn barrani li, fil-mument tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni, jkun jinsab f’post speċifiku msemmi fl-Artikoli 74/8 u 74/9 [tal-istess liġi] jew li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Gvern”, b’mod partikolari meta, wara l-komunikazzjoni tad-deċiżjoni amministrattiva ċċitata iktar ’il fuq, ir-rikorrent ikollu jieħu passi sabiex isib konsulent ġuridiku ieħor taħt il-benefiċċju tal-għajnuna legali bla ħlas sabiex jibda l-proċedura għat-tressiq ta’ kawża?


(1)  ĠU 2013, L 180, p. 60.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Jannar 2020 – Balgarska natsionalna televizia vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia-grad pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-21/20)

(2020/C 95/23)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Balgarska natsionalna televizia

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia-grad pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-attività tat-televiżjoni pubblika li tikkonsisti fil-provvista lit-telespettaturi ta’ servizzi ta’ media awdjoviżiva, fil-każ li tkun iffinanzjata mill-Istat permezz ta’ sussidju, b’tali mod li t-telespettaturi ma jħallsu ebda tariffa għax-xandir televiżiv, tista’ titqies li hija provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas, fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), jew għandu jitqies li tali attività ma hijiex provvista ta’ servizzi mwettqa bi ħlas fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fis-sens li s-servizzi ta’ media awdjoviżiva pprovduti lit-telespettaturi mit-televiżjoni pubblika jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 2006/112, jista’ jitqies li dawn huma tranżazzjonijiet eżentati fis-sens tal-Artikolu 132(1)(q) tad-Direttiva, u leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta lil din l-attività għas-sempliċi raġuni li, sabiex teżerċitaha, it-televiżjoni pubblika tirċievi ħlasijiet mill-baġit tal-Istat, irrispettivament minn jekk din l-attività għandhiex ukoll natura kummerċjali, hija permissibbli?

3)

L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112 jippermetti l-prattika fejn it-tnaqqis integrali tal-VAT tal-input fir-rigward tax-xiri ma jkunx jiddependi biss mid-destinazzjoni finali tal-imsemmi xiri (għall-finijiet ta’ attività taxxabbli jew le), iżda wkoll mill-mod ta’ finanzjament ta’ dan tal-aħħar, u b’mod partikolari minn jekk ix-xiri huwiex iffinanzjat kemm minn dħul proprju (servizzi ta’ reklamar jew oħrajn) u minn sussidji mill-Istat, u fejn id-dritt għat-tnaqqis sħiħ tal-VAT tal-input jiġi aċċettat biss għax-xiri ffinanzjat mid-dħul proprju iżda mhux għax-xiri ffinanzjat minn sussidji mill-Istat, bil-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn dawn ix-xiri?

4)

Fil-każ li jiġi deċiż li l-attività tat-televiżjoni pubblika hija komposta kemm minn tranżazzjonijiet taxxabbli u kemm minn tranżazzjonijiet eżentati, fid-dawl tal-mod ta’ finanzjament ibridu tagħha, x’inhi l-portata tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input u liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-finijiet tad-determinazzjoni tagħha?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Klagenævnet for Udbud (id-Danimarka) fis-17 ta’ Jannar 2020 – Simonsen & Weel A/S vs Region Nordjylland u Region Syddanmark

(Kawża C-23/20)

(2020/C 95/24)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Klagenævnet for Udbud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Simonsen & Weel A/S

Konvenuti: Region Nordjylland u Region Syddanmark

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/14 (1) u l-Artikolu 49 tad-Direttiva 2014/24 flimkien mal-punti 7 u 10(a) tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt f’każ bħal dak ineżami għandu jinkludi informazzjoni dwar il-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda tkun fl-affermattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab ukoll tiddeċiedi jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni għandha tiġi stabbilita fir-rigward tal-kuntratt qafas (a) b’mod globali u/jew (b) fir-rigward tal-awtorità kontraenti oriġinali li wriet l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi ftehim fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti (f’dan il-każ: ir-Region Nordjylland) u/jew (c) fir-rigward tal-tal-awtorità kontraenti oriġinali li sempliċement uriet l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa b’għażla (f’dan il-każ: ir-Region Syddanmark).

2)

Il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza stabbiliti fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/14 u l-Artikoli 33 u 49 tad-Direttiva 2014/24 flimkien mal-punti 7 u 10 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avviż ta’ kuntratt jew l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt għandhom jistabbilixxu kwantità massima u/jew valur massimu tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti, b’mod li l-kuntratt qafas inkwistjoni ma jkollux iktar effett meta jintlaħaq dan il-limitu?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda tkun fl-affermattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab ukoll tiddeċiedi dwar jekk l-imsemmija dispożizzjonijiet għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-informazzjoni għandha tiġi stabbilita fir-rigward tal-kuntratt qafas (a) b’mod globali u/jew (b) fir-rigward tal-awtorità kontraenti oriġinali li wriet l-intenzjoni tagħha li tikkonkludi ftehim fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti (f’dan il-każ: ir-Region Nordjylland) u/jew (c) fir-rigward tal-tal-awtorità kontraenti oriġinali li sempliċement uriet l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa b’għażla (f’dan il-każ: ir-Region Syddanmark).

Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u/jew għat-tieni domanda jkunu fl-affermattiv, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab ukoll – sa fejn huwa rilevanti għall-kontenut ta’ dawn ir-risposti – twieġeb id-domanda segwenti:

3)

L-Artikolu 2d(1)(a) tad-Direttiva 92/13, moqri flimkien mal-Artikoli 33 u 49 tad-Direttiva 2014/24, u mal-punti 7 u 10 tal-Parti C tal-Anness V tad-Direttiva 2014/24, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni li “l-entità kontraenti tkun tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea” tkopri każ bħal dak ineżami fejn l-awtorità kontraenti tkun ippubblikat avviż ta’ kuntratt f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar il-kuntratt qafas previst, iżda

(a)

l-avviż tal-kuntratt ma jkunx jissodisfa l-kundizzjoni li tiġi indikata l-kwantità stmata u/jew il-valur stmat tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti peress li tali stima tkun tirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, u

(b)

l-awtorità kontraenti tkun kisret ir-rekwiżit li, fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, tistabbilixxi kwantità massima u/jew valur massimu tal-provvisti taħt il-kuntratt qafas li huwa s-suġġett tas-sejħa għal offerti?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014 L 94, p. 95, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68)


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Rennes (Franza) fil-21 ta’ Jannar 2020 – PF, QG vs Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

(Kawża C-27/20)

(2020/C 95/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PF, QG

Konvenut: Caisse d’allocations familiales d’Ille et Vilaine (CAF)

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 883/2004 (1) u l-Artikolu 7 tar-Regolament 492/2011 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu R 523-3 tal-code de la sécurité sociale (il-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali), li tiddefinixxi s-sena kalendarja ta’ riferiment għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-familja bħala s-sena ta’ qabel tal-aħħar li tippreċedi l-perijodu ta’ ħlas, li l-applikazzjoni tagħha twassal, f’sitwazzjoni fejn ir-riċevitur jissubixxi, wara żieda sostanzjali fir-rigward tad-dħul tiegħu fi Stat Membru ieħor, tnaqqis fir-rigward ta’ dan id-dħul wara r-ritorn tiegħu fl-Istat ta’ oriġini tiegħu, sabiex dan ir-riċevitur, bid-differenza tar-residenti li ma eżerċitawx id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, ikun imċaħħad, fir-rigward ta’ parti mid-drittijiet għal allowances tal-familja?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).

(2)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Attunda Tingsrätt (l-Isvezja) fil-21 ta’ Jannar 2020 – Airhelp Ltd vs Scandinavian Airlines System SAS

(Kawża C-28/20)

(2020/C 95/26)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Attunda Tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airhelp Limited

Konvenuta: Scandinavian Airlines System SAS

Domandi preliminari

1)

Strajk minn piloti tal-linji tal-ajru li huma impjegati minn trasportatur tal-ajru u li huma meħtieġa sabiex tiġi operata titjira, jikkostitwixxi “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1), meta l-istrajk ma jsirx b’konnessjoni ma’ miżura deċiża jew imħabbra mit-trasportatur tal-ajru iżda li tiġi nnotifikata u li hija legalment mibdija minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema bħala azzjoni industrijali intiża li twassal lit-trasportatur tal-ajru li jżid il-pagi, jipprovdi benefiċċji jew ibiddel kundizzjonijiet tal-impjieg sabiex it-talbiet tal-organizzazzjonijiet jiġu ssodisfatti?

2)

X’importanza, jekk ikun il-każ, għandha tingħata għal jekk it-talbiet tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema humiex ġusti u, b’mod partikolari, għall-fatt li ż-żieda fil-pagi mitluba hija sinjifikattivament ogħla miż-żidiet fil-pagi li japplikaw ġeneralment għas-swieq nazzjonali tax-xogħol inkwistjoni?

3)

X’importanza, jekk ikun il-każ, għandha tingħata għall-fatt li t-trasportatur tal-ajru, sabiex jevita strajk, jaċċetta proposta għal ftehim minn korp nazzjonali responsabbli għall-medjazzjoni ta’ tilwim industrijali iżda l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ma jaċċettawhiex?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Il-Qorti Ġenerali

23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – WD vs EFSA

(Kawża T-320/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanji - Kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ riklassifikazzjoni - Assenza ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni - Attribuzzjoni ta’ punti ta’ riklassifikazzjoni permezz ta’ trasferiment - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Dmir ta’ premura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Responsabbiltà”)

(2020/C 95/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: WD (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (rappreżentanti: D. Detken u F. Volpi, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, A. Duron u C. Dekemexhe, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EFSA tal-14 ta’ Lulju 2017 li ma tirriklassifikax lir-rikorrent fil-grad ta’ AST 6 fil-kuntest tal-eżerċizzju tar-riklassifikazzjoni 2017, tad-Deċiżjoni tal-EFSA tad-9 ta’ Awwissu 2017 li ma ġġeddidx il-kuntratt tiegħu u tad-deċiżjonijiet tad-9 ta’ Frar u tat-12 ta’ Marzu 2018 li jiċħdu l-ilmenti ppreżentati kontra dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, sabiex jikseb kumpens għad-dannu materjali u morali u li r-rikorrent allegatament ġarrab wara dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

WD huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Compañia de Tranvías de la Coruña vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/18) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti tal-Kummissjoni relatati mal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rifjut totali ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Interess pubbliku superjuri”)

(2020/C 95/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compañía de Tranvías de la Coruña, SA (la Coruña, Spanja) (rappreżentant: J. Monrabà Bagan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2018 li tirrifjuta, parzjalment jew totalment, li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti b’rabta mal-opinjoni tal-Kummissjoni mibgħuta lir-Repubblika Franċiża dwar il-validità tal-kuntratt tal-linji tal-metro sal-2039.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Ġunju 2018 li tirrifjuta, parzjalment jew totalment, li tagħti lil Compañía de Tranvías de la Coruña, SA, l-aċċess għal dokumenti b’rabta mal-opinjoni tal-Kummissjoni mibgħuta lir-Repubblika Franċiża dwar il-validità tal-kuntratt tal-linji tal-metro sal-2039, hija annullata sa fejn din irrifjutat parzjalment l-aċċess għal data li ma hijiex data personali inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 indirizzata lill-awtoritajiet Franċiżi u fl-ittri tal-Viċi-President tal-Kummissjoni S. Kallas tas-27 ta’ Lulju 2012 u l-5 ta’ Ġunju 2013 indirizzati lir-RATP.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal 20 % tal-ispejjeż ta’ Compañía de Tranvías de la Coruña.

4)

Compañía de Tranvías de la Coruña hija kkundannata għal 80 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (ViruProtect)

(Kawża T-487/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ViruProtect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2020/C 95/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 1886/2017-5) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ViruProtect bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stada Arzneimittel AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-505/18) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Għajnuna għall-iżvilupp rurali - Għajnuna mogħtija lill-gruppi ta’ produtturi - Spejjeż sostnuti mill-Ungerija - Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Rikonoxximent ikkwalifikat - Eliġibbiltà tal-benefiċjarju għall-għajnuna - Korrezzjoni finanzjarja kkalkulata - Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Kooperazzjoni leali - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Ċertezza legali - Ammonti mhux eliġibbli”)

(2020/C 95/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér, M. Tátrai, A. Pokoraczki u G. Koós, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u J. Aquilina, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/873 tat-13 ta’ Ġunju 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa partikolari li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 152, p. 29)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Hickies vs EUIPO (Forma ta’ lazz ta’ żarbun)

(Kawża T-573/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ lazz ta’ żarbun - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Protezzjoni ta’ dritt relatat ma’ disinn preċedenti - Provi ppreżentati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

(2020/C 95/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hickies, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, solicitor, u S. Petivlasova, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2693/2017-5) dwar talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ lazz ta’ żarbun bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hickies, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 408, 12.11.2018.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea)

(Kawża T-732/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea charantea - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 95/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dalasa Handelsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 539/2018-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charité u Dalasa.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 539/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Dalasa Handelsgesellschaft mbH matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea)

(Kawża T-733/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea charantea - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 95/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dalasa Handelsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 540/2018-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charité u Dalasa.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 540/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Dalasa Handelsgesellschaft mbH matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Globalia Corporación Empresarial vs EUIPO Touring Club Italiano (TC Touring Club)

(Kawża T-44/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TC Touring Club - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea TOURING CLUB ITALIANO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 - Provi addizzjonali prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors inċidentali)

(2020/C 95/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Globalia Corporación Empresarial, SA (Llucmajor, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic, J.F. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Touring Club Italiano (Milan, L-Italja) (rappreżentant: G. Guglielmetti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2018 (Każ R 448/2018-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Touring Club Italiano u Globalia Corporación Empresarial.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud bħala inammissibbli..

3)

Fir-rigward tar-rikors prinċipali,, Globalia Corporación Empresarial, SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Touring Club Italiano għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Fir-rigward tar-rikors inċidentali, Touring Club Italiano għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Globalia Corporación Empresarial mill-EUIPO.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals vs EUIPO – Dalmat (LaTV3D)

(Kawża T-135/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LaTV3D - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TV3 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 95/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Erdozain López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Stéphane Dalmat (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 874/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Corporació Catalana de Mitjans Audiovisuals u S. Dalmat.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 874/2018-2) hija annullata, sa fejn hija eskludiet l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tas-servizzi minbarra s-servizzi “Traduzzjoni u Interpretazzjoni”, li jaqgħu fil-Klassi 41 fis-sens tal-Arranġament ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2020 – Bilde vs Il-Parlament

(Kawża T-248/19) (1)

(“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Electa una via - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Użu ħażin ta’ poter”)

(2020/C 95/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dominique Bilde (Lagarde, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u C. Burgos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2019)0137 tat-12 ta’ Marzu 2019 li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dominique Bilde għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Jakober vs EUIPO (Forma ta’ tazza)

(Kawża T-262/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ tazza - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell”)

(2020/C 95/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Philip Jakober (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2019 (Każ R 1153/2018-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ tazza bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Frar 2019 (Każ R 1153/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina)

(Kawża T-331/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 95/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Balmain (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. M. Iglesias Monravá u S. Mainar Roger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1223/2018-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pierre Balmain huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2020 – Pierre Balmain vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina)

(Kawża T-332/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 95/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pierre Balmain (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. M. Iglesias Monravá u S. Mainar Roger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1224/2018-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta ras ta’ ljun imdawwra bi ċrieki li jifformaw katina bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pierre Balmain huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Politika komuni tas-sajd - Trattat ta’ Pariġi fuq l-Arċipelagu ta’ Spitzberg (in-Norveġja) - Possibbiltajiet ta’ sajd għas-snow crab madwar iż-żona ta’ Svalbard (in-Norveġja) - Regolament (UE) 2017/127 - Bastimenti irreġistrati fl-Unjoni awtorizzati jistadu - Immobilizzazzjoni ta’ bastiment Latvjan - Artikolu 265 TFUE - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Att li ma jipproduċix effetti legali obbligatorji - Inammissibbiltà”)

(2020/C 95/40)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: V. Soņeca, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: A. Bouquet, E. Paasivirta, I. Naglis u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2018 li permezz tagħha din l-istituzzjoni ħadet pożizzjoni fuq l-istedina sabiex tieħu azzjoni li saritilha mir-Repubblika tal-Latvja, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, b’ittra tat-22 ta’ Diċembru 2017 u li essenzjalment kienet intiża sabiex il-Kummissjoni tadotta miżuri marbuta mad-difiża tad-drittijiet tas-sajd u l-interessi tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd ta’ Svalbard (in-Norveġja) u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tadotta fuq dan is-suġġett pożizzjoni li ma tkunx sors ta’ effetti ġuridiċi sfavorevoli għar-Repubblika tal-Latvja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.

3)

Ir-Repubblika tal-Latvja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mat-talba għal intervent.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika tal-Latvja u l-Kummissjoni għandhom ibatu rispettivament l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kunsill

(Kawża T-541/19) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Dritt istituzzjonali - Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea - Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni - Elezzjonijiet Ewropej 2019 - Talba għal posponiment tal-elezzjonijiet Ewropej - Assenza ta’ locus standi - Inammissibbiltà”)

(2020/C 95/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kunsill b’mod illegali naqas milli jiddeċiedi dwar il-posponiment tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 sabiex jippermetti lir-rikorrenti jivvotaw.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Harry Shindler u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2020 – Shindler et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-627/19 R)

(“Miżuri provviżorji - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea - Ċittadini tar-Renju Unit li jirrisjedu fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri proviżorji”)

(2020/C 95/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Harry Shindler (Porto d’Ascoli, l-Italja) u l-ħames rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tad-digriet (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, C. Giolito u E. Montaguti, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 279 TFUE u fuq l-Artikolu 156 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tar-rifjut espliċitu tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Settembru 2019, li tirrikonoxxi n-nuqqas li tittieħed azzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, talba lill-Kummissjoni sabiex tadotta ċerti miżuri provviżorji sabiex iżżomm iċ-ċittadinanza tal-Unjoni tar-rikorrenti wara d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mil-Unjoni kif ukoll sabiex tadotta deċiżjoni provviżorja li tirrigwarda status alternattiv għall-imsemmija ċittadinanza kkostitwita minn diversi miżuri relatati mad-dħul, mas-soġġorn, mad-drittijiet soċjali u mal-attività professjonali applikabbli fil-każ ta’ assenza ta’ ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjon.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/33


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Silgan International u Silgan Closures vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-808/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Talba għal informazzjoni - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 95/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Silgan International Holdings BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Silgan Closures GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Seeliger, H. Wollmann, R. Grafunder, B. Meyring u E. Venot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Ernst, L. Wildpanner, A. Keidel u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 8501 final tal-20 ta’ Novembru 2019 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) u tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ AT.40522 – Imballaġġi tal-metall).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/20)

(2020/C 95/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diego Valiante (Antwerp-Berchem, Belġju) (rappreżentant: R. Wardyn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi ammess fil-kompetizzjoni interna COM/1/AD10/18 (AD10);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal ikkostitwit mid-deċiżjoni li tirrifjuta li r-rikorrent jiġi ammess għall-kompetizzjoni interna minħabba nuqqas tal-grad minimu.

Ir-rikorrent isostni li l-grad minimu ma huwiex l-indikatur reali tal-kompetenzi. Konsegwentement, ir-rekwiżit ta’ grad minimu jostakola r-reklutaġġ ta’ kandidati b’esperjenza u kkwalifikati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba r-rekwiżit ta’ grad minimu li ma jaffettwax bl-istess mod lill-membri tal-persunal temporanju u lill-uffiċjali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba r-rekwiżit li kandidat japplika għal qasam wieħed biss, li jimpedixxi li jsir reklutaġġ ibbażat fuq l-ogħla livell ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità fuq l-iktar bażi wiesgħa possibbli.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/35


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Tratkowski vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/20)

(2020/C 95/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Michal Tratkowski (Brussels, il-Belġju) (rappreżentant: R. Wardyn, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrent ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni interna COM/2/AD12/18;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba d-deċiżjoni ta’ rifjut li r-rikorrent jiġi ammess għall-kompetizzjoni interna minħabba li ma għandux il-grad minimu.

Ir-rikorrent isostni li l-grad minimu ma huwiex l-indikatur reali tal-kompetenzi. Minn dan jirriżulta li r-rekwiżit ta’ grad minimu jipprekludi r-reklutaġġ ta’ kandidati b’esperjenza u kkwalifikati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba r-rekwiżit ta’ grad minimu li ma jaffettwax bl-istess mod il-membri tal-persunal temporanju u l-uffiċjali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba r-rekwiżit li wieħed jikkandida ruħu f’qasam wieħed, li jipprekludi r-reklutaġġ ibbażat fuq l-ogħla kwalitajiet ta’ kompetenza, ta’ rendiment u ta’ integrità fuq il-bażi l-iktar wiesgħa possibbli.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/35


Rikors ippreżentat fil-14 ta’ Jannar 2020 – Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis vs Il-Parlament

(Kawża T-20/20)

(2020/C 95/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: – Intertranslations (Intertransleïsions) Metafraseis AE (Kallithea Attikis, il-Greċja) (rappreżentant: N. Korogiannakis, lawyer)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 biex tagħtih it-tieni post fis-sejħa għall-offerti TRA/EU19/2019: Lott 5 ta’ Servizzi ta’ Traduzzjoni (traduzzjoni għall-Ingliż);

tordna lill-Parlament Ewropew iħallas id-danni tar-rikorrenti subiti bħala riżultat tat-telf tal-kuntratt;

alternattivament, tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas id-danni tar-rikorrent subiti minħabba t-telf tal-opportunità;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallas id-drittijiet legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra marbuta ma’ dan ir-rikors, anke jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ksur tal-Artikolu 296 tat-TFUE, tal-Anness I, Kapitolu 1, Dispożizzjonijiet komuni, Taqsima 1, punt 31 tar-Regolament Finanzjarju (UE) 2018/1046 (1) u tal-Artikolu 89 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 (2) – Ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali u ta’ dritt għal rimedju effettiv.

Ir-rikorrenti targumenta li l-motivazzjoni kkomunikata mhix biżżejjed in concreto, peress li mhix speċifika għal liema defiċjenza ta’ kull subkriterju tikkorrispondi għall-punti mnaqqsa għal kull żball individwali ta’ traduzzjoni allegat. Għalhekk, ir-rikorrenti la tista’ tifhem x’ jirrigwarda eżattament l-iżball li, u lanqas ma hija f’pożizzjoni li tanalizza u tikkontesta b’mod korrispondenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

L-evalwazzjoni fiha numru ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni f'relazzjoni mas-subkriterji “Stil – Ċarezza”, “Fluwenza – Punteġġjatura” kif ukoll “preżentazzjoni u eżattezza” u “żball ta’ traduzzjoni”.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq kriterji ta’ evalwazzjoni mhux ċari – Użu tal-istess kriterju darbtejn – Għoti ta’ punti għall-istess karatteristika ta'-offerti taħt żewġ kriterji ta’ evalwazzjoni differenti

Tip ta’ żball mhux ċar, peress li l-ebda analiżi speċifika ma hija inkluża fil-glossarju tal-ispeċifikazzjoni tal-offerta u ma tikkostitwixxix terminu tekniku fil-professjoni ta’ traduzzjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti jipprovdu wkoll għall-eżami tal-istess kwistjonijiet f’żewġ kriterji differenti, u b’hekk jivvizzja r-riżultat tal-evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21.2 tal-Anness I tar-Regolament Finanzjarju (UE) 2018/1046 – Piż inadegwat tal-kriterji tal-għoti

Il-prezz jgħodd biss għal 33 %, filwaqt li l-kwalità għal 66 %, tingħata importanza żgħira ħafna lill-prezz, li jinnewtralizza l-impatt tal-ispiża fil-proċess tal-għotja, jinkoraġġixxi x-xiri ta’ servizzi għalja b'mod mhux raġonevoli, u b'hekk iwassal għal amministrazzjoni finanzjarja ħażina.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti u tal-Artikolu 175 tar-Regolament Finanzjarju (UE) 2018/1046, relatati maż-żmien ta’ stennija.

Minkejja l-aħbar mill-Parlament Ewropew dwar is-sospensjoni tal-firma tal-kuntratt inkwistjoni, il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE kien fih avviż li l-kuntratt kien diġà ġie ffirmat fl-4 ta’ Diċembru 2019, u ma ġiet ippubblikata l-ebda korrezzjoni, u b’hekk tikser l-speċifikazzjonijiet tal-offerta u l-Artikolu 175 tar-Regolament Finanzjarju Nru 2018/1046 relatati maż-żmien ta’ stennija.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018 L 193, p. 1).

(2)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2019 L 122, p. 1).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/37


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2020 – ID vs EEAS

(Kawża T-28/20)

(2020/C 95/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ID (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, lawyer)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni li tiċħad dan l-ilment;

tordna lill-konvenut iħallas is-somma ta’ EUR 449 397,05 bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab, flimkien mal-interessi kkalkolati bir-rata legali sal-ġurnata tal-ħlas sħiħ;

tikkundanna lill-konvenut iħallas is-somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, flimkien mal-interessi kkalkolati bir-rata legali sal-ġurnata tal-ħlas sħiħ;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea:

fir-rigward tal-elementi li fuqhom għandha tiġi bbażata konstatazzjoni ta’ inkapaċità sabiex tiġi ġġustifikata tkeċċija qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova;

fir-rigward tal-livell ta’ inkapaċità meħtieġ sabiex tiġi ġġustifikata tkeċċija qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni xierqa u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni:

fir-rigward tan-nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ motivazzjoni xierqa u żball manifest ta’ evalwazzjoni;

fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-fatti li jippermettu li tiġi ssostanzjata konstatazzjoni ta’ inkapaċità evidenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2020 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-37/20)

(2020/C 95/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: Z. Lavery, Agent u T. Buley, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1835 (1) sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż sostnuti mill-aġenziji approvati tal-ħlas tar-Renju Unit taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għar-raġuni pprovduta ta’ dgħufija fid-definizzjoni ta’ bidwi attiv – kumpanniji konnessi; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-Renju Unit.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, li jallega żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament 1307/2013 (2).

Fl-ewwel lok, il-Kummisssjoni żbaljat fl-interpretazzjoni tagħhom tal-kliem tal-Artikolu 9(2)(a). Dan ma jipprekludix ħlas lil applikant sempliċiment peress li l-applikant jifforma parti minn grupp ikbar ta’ kumpanniji, meta xi membru ieħor ta’ dan il-grupp ikun involut f’attivitajiet inklużi fil-lista negattiva.

Fit-tieni lok, ir-rikorrent isostni li l-kliem ta’ dik id-dispożizzjoni ma huwiex kapaċi jwassal it-tifsira mogħtija lilha mill-Kummissjoni. Min-naħa ta’ sintassi, huwa ċar li dak li huwa pprojbit huwa li l-grupp jopera fl-attività inkwistjoni. Din il-kundizzjoni ma tkunx issodisfatta meta l-applikant għal ħlas dirett tkun kumpannija li (fiha jew minnha nnifisha) tissodisfa d-definizzjoni ta’ bidwi fl-Artikolu 4(1)(a), iżda ma toperax (fiha jew minnha nnifisha) f’attività rilevanti.

Fit-tielet lok, l-interpetazzjoni tar-Renju Unit hija msaħħa mill-fatt li l-kliem tal-Artikolu 9(2)(A) jirrispekkja dak tal-Artikolu 4(1)(a) li jiddefinixxi l-kunċett ta’ “bidwi”. “Bidwi” jinkludi jew (a) persuna waħida (fiżika jew ġuridika) li teżerċita attività agrikola, jew (b) grupp ta’ tali persuni. Fl-aħħar imsemmi każ, il-“bidwi” waħdu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) ikun fil-forma ta’ kollettività ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi. Il-frażi ma għandhiex tinqara’ bħala li tintroduċi l-element ta’ “entitajiet konnessi” fl-Artikolu 4(1)(a), u għalhekk ma għandhiex tingħata tali tifsira lill-Artikolu 9(2)(a).

Fir-raba’ lok, il-frażi “gruppi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi” tidher f’partijiet oħra tar-regolament, iżda l-Kummissjoni ma tidhirx li tinterpretaha b’mod konsistenti u konsonanti mal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 9(2)(a). Ir-Renju Unit jargumenta li l-frażi essenzjali għandha sempliċiment tiġi interpretata b’mod uniformi fir-Regolament 1307/13 kollu.

Fil-ħames lok, ir-Renju Unit isostni wkoll li teżisti problema lingwistika oħra fl-interpretazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-riferiment għal persuna “fiżika” fil-frażi rilevanti huwa bla bżonn. Għaldaqstant, huwa suffiċjenti li jsir riferiment biss għal “gruppi ta’ persuni ġuridiċi”. Persuna fiżika qatt ma tista’ tkun proprjetà ta’ persuna fiżika oħra jew ta’ persuna ġuridika, u lanqas ma tista’ tkun assoċjata ma’ persuna oħra l-istess mod li bih kumpannija tista’ tkun konnessa ma’ kumpannija oħra.

Fis-sitt lok, kunsiderazzjonijiet li jfittxu l-għan jew teleoloġiċi jappoġġjaw il-pożizzjoni tar-Renju Unit u jimminaw dik tal-Kummissjoni. Tabilħaqq, il-premessa 10 tiddikjara li ħlasijiet diretti ma għandhomx isiru lil “fiżiċi u ġuridiċi sakemm tali persuni ma jkunux jistgħu juru li l-attività agrikola tagħhom mhix marġinali”. Dan l-approċċ huwa interament konsonanti mal-interpretazzjoni tar-Renju Unit tal-Artikolu 9(2)(a), u kuntrarju għal dik tal-Kummissjoni.

Fl-aħħar, l-Artikolu 9(2)(c) jippremetti eċċezzjoni għall-projbizzjoni fl-Artikolu 9(2)(a) meta l-applikant (kemm jekk persuna waħdiha jew grupp) jaqa’ taħt il-punti (a) sa (c). Ġaladarba l-applikanti jkunu f’pożizzjoni li jipprovaw li l-attività agrikola tagħhom ma “hijiex insinifikanti” dawn jaqgħu taħt il-punt (b). Għaldaqstant huwa ċar li ma teżisti l-ebda intenzjoni leġiżlattiva sabiex jiġu esklużi per se mill-ħlasijiet dawk il-persuni li huma involuti f’attivitajiet inklużi fil-lista negattiva.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1835 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2019 L 279, p. 98).

(2)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, p. 608)


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2020 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/20)

(2020/C 95/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tiegħu ammissibbli u fondat;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2019, bir-referenza Ares(2019)1889562, li tirreintegra r-rikorrent fil-grad AD 8/5

tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Ottubru 2019, bir-referenza Ares(2019)6485832, innotifikata fl-istess jum, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment tar-rikorrent, li huwa kien ressaq fil-21 ta’ Ġunju 2019, bir-referenza R/348/19, kontra d-deċiżjoni kkontestata;

tirrikonoxxi d-danni li jirriżultaw mit-telf ta’ opportunità li jiġi promoss u miċ-ċaħda tad-dritt li jibqa’ fil-funzjonijiet; f’dan ir-rigward, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens provviżorjament evalwat għal EUR 300 000 (tliet mitt elf), bla ħsara ta’ żieda jew ta’ tnaqqis fil-mori tal-kawża;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, konformement mar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu li jiġu eżegwiti s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali fl-eżekuzzjoni tal-Artikolu 266 TFUE, kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ bona fide. Ir-rikorrent jenfasizza li, kif il-Kummissjoni ammettiet hija stess, hija ma wettqitx ir-rikostituzzjoni tal-karriera tiegħu, bħal ma hija kellha l-obbligu li tagħmel fl-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2018, CX vs Il-Kummissjoni (T-743/16 RENV, mhux ippubblikata, EU:T:2018:937). Huwa jżid li l-Kummissjoni ma eżaminatx mill-ġdid is-sitwazzjoni tiegħu, u lanqas ma wettqet eżami komparattiv mal-merti tal-uffiċjali li jistgħu jiġu promossi oħra. Fl-aħħar nett ir-rikorrent iqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali msemmija iktar ’li fuq, li annullat id-deċiżjoni ta’ revoka, kienet tikkostitwixxi assigurazzjoni li setgħet tnissel, fir-rigward tiegħu, aspettattivi fondati kemm fir-rigward tal-fatt li l-karriera tiegħu tiġi rikostitwita mill-Awtorità tal-Ħatra bil-bona fide, lealtà u sinċerità u fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet u prinċipji applikabbli.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-assenza ta’ motivazzjoni. F’dan ir-rigward ir-rikorrent isostni li n-nota kkontestata ma tinkludi ebda motivazzjoni fir-rigward tad-deċiżjoni li jiġi kklassifikat fil-grad AD 8, skala 5. Fil-fehma tiegħu dan huwa “att li jikkawża preġudizzju” u mhux “att purament konfermattiv” peress li din in-nota timplementa u tikkomunika għalhekk tassew deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkawża preġudizzju, minkejja li kienet taċita u ma kinitx ġiet ikkomunikata preċedentement lir-rikorrent.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball sostantiv, l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni, il-ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u difetti proċedurali. Ir-rikorrent iqis li mkien fir-Regolamenti tal-Persunal ma huwa previst li deċiżjoni dixxiplinari ta’ tnaqqis fil-grad awtomatikament tieħu preċedenza fuq dik sussegwenti ta’ promozzjoni meta d-destinatarju taż-żewġ deċiżjonijiet huwa l-istess uffiċjal u li l-promozzjoni hija, min-natura tagħha, att ġuridiku li ma jammetti ebda kundizzjoni sospensiva jew riżolutorja, u lanqas limitazzjoni ratione temporis. Il-Kummissjoni kellha għalhekk tikkunsidra fil-mument li tirrikostitwixxi l-karriera tar-rikorrent, li huwa kien ikklassifikat fil-grad AD 10 sa mill-1 ta’ Jannar 2010. Minbarra dan, ir-rikorrent isostni li wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni ta’ revoka, u fid-dawl tar-reintegrazzjoni u ta’ rikostituzzjoni tal-karriera tiegħu, il-Kummissjoni kellha wkoll l-obbligu li tkompli l-proċedura ta’ promozzjoni fl-istadju fejn kienet ġiet sospiża skont ir-Regolamenti tal-Persunal skont dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fl-aħħar nett, skont ir-rikorrent, għall-finijiet ta’ rikostituzzjoni ta’ karriera leali, serja u ta’ bona fide, il-Kummissjoni kienet obbligata, skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, li tanalizza fid-dettall l-elementi kollha li jippermettu li tittieħed deċiżjoni motivata fir-rigward tal-grad li fih kellu jiġi reintegrat. Issa, mhux biss dan ma għamlitux, iżda hija lanqas biss semgħet lir-rikorrent qabel ma ħadet id-deċiżjoni tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet u fit-trattament bejn l-uffiċjali u l-prinċipju ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera. Ir-rikorrent isostni li l-prinċipju ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera, li huwa l-forma speċjali tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament applikabbli għall-uffiċjali, kien ġie miksur sa fejn l-amministrazzjoni injorat matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-1 ta’ Mejju 2019, kemm dan il-prinċipju ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera, kif ukoll l-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-punt B tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal u d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal fil-qasam ta’ promozzjoni tal-uffiċjali, li jistabbilixxu li r-rikorrent seta’ jiġi promoss fil-grad AD 11 fl-1 ta’ Jannar 2014, sussegwentement fil-grad AD 12 fl-1 ta’ Jannar 2018. Dawn l-istess kunsiderazzjonijiet iwasslu, minbarra dan, sabiex jiġi konkluż li hemm ksur tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet u fit-trattament bejn l-uffiċjali peress li r-rikorrent ma kienx ġie ttrattat bl-istess mod bħall-uffiċjali l-oħra.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – NetCologne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/20)

(2020/C 95/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NetCologne Gesellschaft für Telekommunikation mbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Geppert, P. Schmitz u J. Schulze zur Wiesche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni C(2019) 5187 final tat-18 ta’ Lulju 2019, li permezz tagħha l-Kummissjoni ddikjarat il-konċentrazzjoni fil-Każ M.8864 – Vodafone/Certain Liberty Global Assets kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

L-ewwel motiv: billi nnegat l-eżistenza ta’ ostakolu sinjifikattiv għall-eżerċizzju ta’ kompetizzjoni effettiva fis-“suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ trażmissjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni lil klijenti li jgħixu f’unitajiet ta’ abitazzjoni multipli”, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u kisret l-obbligu ta’ diliġenza tagħha għal dak li jirrrigwarda:

is-suppożizzjoni li tgħid li l-partijiet fil-konċentrazzjoni ma humiex kompetituri diretti,

is-suppożizzjoni li tgħid li l-partijiet fil-konċentrazzjoni ma humiex kompetituri potenzjali, u

l-effetti negattivi li l-konċentrazzjoini ser ikollha fuq il-kompetituri.

2.

It-tieni motiv: billi nnegat l-eżistenza ta’ ostakolu sinjifikattiv għall-eżerċizzju ta’ kompetizzjoni effettiva fis-“suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ trażmissjoni ta’ sinjali tat-televiżjoni lil klijenti li jgħixu f’unitajiet ta’ abitazzjoni waħda”, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u kisret l-obbligu ta’ diliġenza tagħha għal dak li jirrrigwarda s-suppożizzjoni li tgħid li l-partijiet fil-konċentrazzjoni la huma kompetituri potenzjali u lanqas diretti.

3.

It-tielet motiv: fil-kuntest tad-definizzjoni tas-suq u tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq il-kompetizzjoni tal-offerti “multiple-play”, b’mod partikolari pakketti ta’ konverġenza bejn telefonija fissa u mobbli (“pakketti FMC”), il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikoli 2 u 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

4.

Ir-raba’ motiv: meta evalwat u żammet l-impenn ta’ provvista bl-ingrossa ta’ aċċess għal broadband bil-kejbil, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, kisret l-Artikoli 2 u 8 tar-Regolament Nru 139/2004, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u kisret l-obbligu ta’ diliġenza tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/20)

(2020/C 95/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. von Köckritz, U. Soltész u M. Wirtz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5187 final tat-18 ta’ Lulju 2019 fil-Każ M.8864 – Vodafone/Certain Liberty Global Assets;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet (1) sa fejn hija awtorizzat tranżazzjoni li tirriżulta f’pożizzjoni dominanti tal-entità amalgamata u f’ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva (iktar ’il quddiem “OSKE”) fis-suq Ġermaniż għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ trażmissjoni ta’ sinjal televiżiv lil klijenti li jgħixu f’unitajiet ta’ abitazzjoni multipli. Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jivvizzjaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-partijiet la kienu kompetituri attwali (diretti jew indiretti) u lanqas potenzjali qabel it-tranżazzjoni u li din tal-aħħar ma twassalx għal deterjorament sinjifikattiv tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-riperkussjonijiet negattivi tas-saħħa ikbar fis-suq tal-entità amalgamata fuq is-swieq bl-ingrossa tal-provvista u tal-akkwist ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni u tad-distribuzzjoni bl-ingrossa tas-sinjal televiżiv (iktar ’il quddiem is-“swieq tat-televiżjoni bl-ingrossa”) fuq is-suq tal-unitajiet ta’ abitazzjoni multipli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni mill-Kummissjoni tal-assenza ta’ OSKE fis-suq tal-unitajiet ta’ abitazzjoni waħda hija vvizzjata wkoll bi zbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, b’mod partikolari għaliex din il-konstatazzjoni hija bbażata fuq l-allegata assenza ta’ relazzjoni ta’ kompetizzjoni sostanzjali bejn il-partijiet qabel it-tranżazzjoni. It-tranżazzjoni rriżultat f’pożizzjoni dominanti li twassal għal OSKE fis-suq tal-unitajiet ta’ abitazzjoni waħda, li jinkludi biss il-kejbil u l-IPTV.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni jivvizzjaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-possibbiltà u l-motivazzjoni tal-entità amalgamata li tikkawża dannu għal Tele Columbus u għal fornituri oħra bl-imnut ta’ sinjal televiżiv li jkun jiddependi mill-provvista ta’ sinjal televiżiv intermedjarju mill-entità amalgamata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-effetti negattivi tat-tranżazzjoni fuq is-swieq tat-televiżjoni bl-ingrossa hija inkompleta u manifestament żbaljata. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sostniet b’mod żbaljat li l-entità amalgamata ma għandhiex l-inċentiva twaqqaf l-aċċess tal-kompetituri tal-entità amalgamata għall-kontenut u li tali twaqqif ma għandux effetti negattivi sinjifikattivi fuq is-swieq downstream għal dak li jirrigwarda l-provvista bl-imnut tas-sinjal televiżiv lill-unitajiet ta’ abitazzjoni multipli u lill-unitajiet ta’ abitazzjoni waħda. Il-Kummissjoni lanqas ma evalwat il-kapaċità u l-motivazzjoni tal-entità amalgamata li tikkawża dannu għall-kompetituri downstream billi tirrendi agħar il-kundizzjonijiet ta’ aċċess tagħha għall-kontenut televiżiv, inklużi l-funzjonijiet diġitali (pereżempju, restart immedjat, pause etc.) iktar milli permezz ta’ twaqqif totali għad-detriment tal-konsumaturi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn hija ddeċidiet li t-tranżazzjoni, kif emendata bl-impenji offerti minn Vodafone, ma twassalx għal OSKE fis-swieq tat-televiżjoni bl-ingrossa. Peress li l-impenji ma josservawx il-kriterji tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-miżuri rimedjali u kienu insuffiċjenti sabiex jirrimedjaw l-OSKE tat-tranżazzjoni f’dan is-suq u fi swieq oħra, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova dawn il-miżuri rimedjali tikser l-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/43


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ LONDON)

(Kawża T-66/20)

(2020/C 95/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ LONDON – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 593 823

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 884/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri, inklużi dawk imġarrba quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/44


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ NEW YORK)

(Kawża T-67/20)

(2020/C 95/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ NEW YORK – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 593 807

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 886/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri, inklużi dawk imġarrba quddiem l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/44


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)

(Kawża T-68/20)

(2020/C 95/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ EST 1929 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 636 119

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 885/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell iħallsu l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri, inklużi dawk imġarrba quddiem l-EUIPO

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/45


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2020 – Tele Columbus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-69/20)

(2020/C 95/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Tele Columbus AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Wagner u J. Hackl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5187 tat-18 ta’ Lulju 2019 (M.8864 – VODAFONE/CERTAIN LIBERTY GLOBAL ASSETS);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq irregolarità proċedurali fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva dovut għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq Ġermaniż “għall-provvista ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bil-kejbil lil unitajiet domestiċi f’unitajiet ta’ abitazzjoni multipli (klijenti tal-MDU)” (iktar ’il quddiem “suq MDU”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva dovut għal effetti orizzontali mhux ikkoordinati fis-suq Ġermaniż “għall-provvista ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bil-kejbil lill-unitajiet domestiċi f’unitajiet ta’ abitazzjoni waħda (klijenti SDU)”.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq irregolarità proċedurali fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva minħabba effetti vertikali mhux ikkoordinati fis-suq ta’ distribuzzjoni tas-sinjali u għalhekk fis-suq MDU Ġermaniż relatat miegħu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-eżami ta’ ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva minħabba effetti orizzontali mhux ikkoordinati fuq dak li jissejjaħ is-suq ta’ feed-in fil-Ġermanja.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq irregolarità proċedurali fil-kuntest tal-eżami tal-impenji, sa fejn il-Kummissjoni aċċettat pakkett ta’ impenji li a priori ma kinux – strutturalment – xierqa sabiex jikkumpensaw ir-restrizzjonijiet sinjifikattivi għall-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-fużjoni.