ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 77

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
9 ta' Marzu 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 77/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 77/02

Kawża C-274/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Económico-Administrativo Central - Spanja) – Proċedura mibdija minn Banco de Santander SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 267 TFUE – Kunċett ta’ qorti nazzjonali – Kriterji – Indipendenza tal-organu nazzjonali kkonċernat – Irremovabbiltà tal-membri – Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

2

2020/C 77/03

Kawża C-175/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 – PTC Therapeutics International Ltd vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope) (Appell – Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Artikolu 4(3) – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Dokumenti mibgħuta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ppreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem – Deċiżjoni biex terza persuna tingħata aċċess għad-dokumenti – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Assenza ta’ obbligu għal istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni Ewropea li japplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

2

2020/C 77/04

Kawża C-177/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid - Spanja) – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Klawżola 5 – Miżuri intiżi sabiex jipprekludu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi – Kumpens f’każ ta’ tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol – Artikoli 151 u 153 TFUE – Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Applikabbiltà – Differenza fit-trattament ibbażata fuq in-natura pubblika jew privata, fis-sens tad-dritt nazzjonali, tas-sistema li tirregola r-relazzjoni tax-xogħol)

3

2020/C 77/05

Kawża C-178/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 – MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (Appell – Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali – Artikolu 4(3) – Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali – Dokumenti mibgħuta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ppreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu veterinarju – Deċiżjoni biex terza persuna tingħata aċċess għad-dokumenti – Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità – Assenza ta’ obbligu għal istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni Ewropea li japplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

4

2020/C 77/06

Kawża C-578/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn Energiavirasto (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Suq intern tal-elettriku – Direttiva 2009/72/KE – Artikolu 3 – Protezzjoni tal-konsumaturi – Artikolu 37 – Funzjonijiet u kompetenzi tal-awtorità regolatorja – Riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati – Kunċett ta’ entità – Dritt li jiġi eżerċitat appell mid-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja – Ilment imressaq minn klijent residenzjali kontra impriża li topera netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku)

5

2020/C 77/07

Kawża C-814/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Colleg van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Ursa Major Services BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1198/2006 – Artikolu 55(1) – Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) – Eliġibbiltà tal-infiq – Kundizzjoni – Nefqa li effettivament tħallset mill-benefiċjarji – Kunċett)

5

2020/C 77/08

Kawża C-29/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht - il-Ġermanja) – ZP vs Bundesagentur für Arbeit (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Regolament KE Nru 883/2004 – Benefiċċji tal-qgħad – Kalkolu – Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-aħħar salarju rċevut fl-Istat Membru ta’ residenza – Perijodu ta’ referenza qasir wisq – Salarju rċevut wara t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol – Persuna li preċedentement tkun eżerċitat attività bħala persuna impjegata fl-Isvizzera)

6

2020/C 77/09

Kawża C-32/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – AT vs Pensionsversicherungsanstalt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-persuni – Ċittadinanza tal-Unjoni – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Direttiva 2004/38/KE – Artikolu 17(1)(a) – Dritt ta’ residenza permanenti – Kisba qabel l-iskadenza ta’ perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza – Ħaddiem li fil-mument li jieqaf mill-attività tiegħu jkun laħaq l-età sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija)

7

2020/C 77/10

Kawża C-506/18 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 – Il-Parlament Ewropew vs Erik Josefsson (Appell – Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Parlament Ewropew – Xoljiment tal-kuntratt – Ftehim intiż għar-riżoluzzjoni tat-tilwima bejn il-partijiet – Appell li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

8

2020/C 77/11

Kawża C-613/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Tributário de Lisboa – il-Portugall) - Estado do Canadá vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal – Proċedura tal-Qorti – Restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ kapital lejn jew minn pajjiżi terzi – Tassazzjoni diretta – Taxxa fuq id-dħul ta’ persuni ġuridiċi – Profitti mqassma minn kumpanniji residenti fit-territorju Portugiż – Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa)

8

2020/C 77/12

Kawża C-47/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) - HA vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Artikolu 132(1)(h) sa (j) – Diversi eżenzjonijiet marbuta mat-tfulija jew maż-żogħżija, l-edukazzjoni skolastika jew l-edukazzjoni universitarja – Tagħlim tas-surf u bburdjar għal skejjel u universitajiet – Vjaġġ tal-klassi)

9

2020/C 77/13

Kawża C-813/19 PPU: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra MN (Rinviju preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA – Artikolu 6(1) – Kunċett ta’ awtorità ġudizzjarja li torħroġ il-mandat – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

10

2020/C 77/14

Kawża C-58/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-247/17, Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

11

2020/C 77/15

Kawża C-236/19 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2019 minn István Szécsi u Nóra Somossy mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-331/18, István Szécsi u Nóra Somossy vs Il-Kummissjoni Ewropea

11

2020/C 77/16

Kawża C-315/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gericht Erster Instanz Eupen (il-Belġju) fis-16 ta’ April 2019 – YU vs Wallonische Region

12

2020/C 77/17

Kawża C-461/19 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 minn All Star CV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-611/17, All Star vs EUIPO - Carrefour Hypermarchés

12

2020/C 77/18

Kawża C-513/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Lulju 2019 – P.J. vs (X) S.A.

13

2020/C 77/19

Kawża C-548/19 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 minn Laurence Bonnafous mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-614/17, Bonnafous vs EACEA

13

2020/C 77/20

Kawża C-550/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fis-17 ta’ Lulju 2019 – EV vs Obras y Servicios Públicos S.A., u Acciona Agua, S.A.

14

2020/C 77/21

Kawża C-586/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-176/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

15

2020/C 77/22

Kawża C-587/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-180/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

15

2020/C 77/23

Kawża C-588/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-181/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

16

2020/C 77/24

Kawża C-589/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-182/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

16

2020/C 77/25

Kawża C-590/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-183/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

17

2020/C 77/26

Kawża C-664/19 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2019 mill-Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-117/18 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO

17

2020/C 77/27

Kawża C-761/19: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

17

2020/C 77/28

Kawża C-805/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – CT vs VINI GmbH

19

2020/C 77/29

Kawża C-810/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – Flightright GmbH vs Qatar Airways

19

2020/C 77/30

Kawża C-815/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2019 – Natumi GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

20

2020/C 77/31

Kawża C-825/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2019 – Beeren-, Wild-, Feinfrucht GmbH vs Hauptzollamt Erfurt

21

2020/C 77/32

Kawża C-826/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-13 ta’ Novembru 2019 – WZ vs Austrian Airlines AG

22

2020/C 77/33

Kawża C-844/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Novembru 2019 – CS, Finanzamt Graz-Stadt

23

2020/C 77/34

Kawża C-868/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Novembru 2019 – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften

23

2020/C 77/35

Kawża C-875/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 minn FV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-27/18 RENV, FV vs Il-Kunsill

24

2020/C 77/36

Kawża C-877/19 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 minn FV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-153/17, FV vs Il-Kunsill

25

2020/C 77/37

Kawża C-894/19 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-47/18, UZ vs Il-Parlament

26

2020/C 77/38

Kawża C-896/19: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Qorti Ċivili Prim’Awla - Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali (Malta) fil-5 ta’Diċembru 2019 – Repubblika vs Il-Prim Ministru

27

2020/C 77/39

Kawża C-905/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – EP vs Kreis Groß-Gerau

28

2020/C 77/40

Kawża C-927/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Diċembru 2019 – Klaipėdos regiono atliekų tvarkymo centras UAB, partijiet oħra: Ecoservice Klaipėda UAB, Klaipėdos autobusų parkas UAB, Parsekas UAB, Klaipėdos transportas UAB

28

2020/C 77/41

Kawża C-930/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (il-Belġju) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – X vs L-Istat tal-Belġju

30

2020/C 77/42

Kawża C-940/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Diċembru 2019 – Les Chirurgiens-Dentistes de France, Confédération des Syndicats médicaux français, Fédération des Syndicats pharmaceutiques de France, Syndicat des Biologistes, Syndicat des Médecins libéraux, Union dentaire, Conseil national de l’Ordre des Chirurgiens-Dentistes, Conseil national de l’Ordre des Masseurs-Kinésithérapeutes, Conseil national de l’Ordre des Infirmiers vs Ministre des Solidarités et de la Santé, Ministre de l’Enseignement supérieur, de la Recherche et de l’Innovation, Premier ministre

31

2020/C 77/43

Kawża C-948/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – UAB Manpower Lit vs E.S., M.L., M.P., V.V. u R.V

32

2020/C 77/44

Kawża C-950/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) tas-17 ta’ Diċembru 2019 – A

33

2020/C 77/45

Kawża C-3/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas rajona tiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra AB, CE, SIA MM investīcijas

33

2020/C 77/46

Kawża C-4/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Jannar 2020 – Alti OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

34

2020/C 77/47

Kawża C-24/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

35

2020/C 77/48

Kawża C-115/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal correctionnel de Saint-Brieuc - Chambre détachée de Guingamp - Franza) – Procureur de la République vs Tugdual Carluer, Yann Latouche, Dominique Legeard, Thierry Leleu, Dimitri Pinschof, Brigitte Plunian, Rozenn Marechal

36

2020/C 77/49

Kawża C-297/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – proċedura mibdija minn Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper vs Bezirkshauptmannschaft Murtal, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

36

2020/C 77/50

Kawża C-712/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – kawża mressqa minn ZR, AR, BS vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

37

2020/C 77/51

Kawża C-713/18: Digriet tal-President tal-Qorti tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – kawża mressqa minn ZR, BS, AR vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

37

2020/C 77/52

Kawża C-138/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – proċedura mibdija minn DY vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

37

2020/C 77/53

Kawża C-139/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – kawża mressqa minn DY

38

2020/C 77/54

Kawża C-154/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Larnakas - Ċipru) – Kypriaki Kentriki Archi vs GA

38

2020/C 77/55

Kawża C-227/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – Kawża mressqa minn DX vs Bürgermeister der Stadt Graz, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

38

2020/C 77/56

Kawża C-334/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart - il-Ġermanja) – Eurowings GmbH vs GD, HE, IF

39

2020/C 77/57

Kawża C-672/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers - il-Belġju) – X vs État belge

39

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 77/58

Kawżi magħquda T-786/16 u T-224/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – PV vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Fastidju psikoloġiku – Sensiela ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrent – Talbiet għal assistenza – Proċedura dixxiplinari – Revoka – Irtirar tar-revoka – Proċedura dixxiplinari ġdida – Revoka ġdida)

40

2020/C 77/59

Kawża T-168/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – CBA Spielapparate- und Restaurantbetrieb vs Il-Kummissjoni (Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati mal-proċedura amministrattiva li tirrigwarda allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi favur il-proprjetarji ta’ konċessjoni abbażi tal-liġi dwar il-logħob tal-azzard – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu – Interess pubbliku superjuri – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

41

2020/C 77/60

Kawża T-19/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż magħmula mil-Litwanja – Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa – Żvilupp rurali – Sistema ta’ kontroll tal-kundizzjonalità – Kontroll amministrattiv – Kontroll fuq il-post – Kwalità tal-kontrolli – Kwalità tal-applikanti – Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment – Natura raġonevoli tal-ispejjeż – Spejjeż magħmula fil-kuntest ta’ proġetti – Analiżi tar-riskji – Fatturi ta’ riskji – Tolleranza fil-qasam ta’ sanzjonijiet mhux previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ sanzjonijiet wisq klementi – Data statistika ta’ annwali ta’ kontroll)

42

2020/C 77/61

Kawża T-292/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq effettwat mill-Portugall – Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Kunċett ta’ qorti nazzjonali)

43

2020/C 77/62

Kawża T-402/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Aquino et vs Il-Parlament (copier mots-clés)

43

2020/C 77/63

Kawża T-598/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – Grupo Textil Brownie vs EUIPO – The Guide Association (BROWNIE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BROWNIE – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BROWNIES, BROWNIE, Brownies u Brownie – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001))

44

2020/C 77/64

Kawża T-697/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Aldi vs EUIPO – Titlbach (ALTISPORT) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva ALTISPORT – Trade marks internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALDI – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Paragun tal-prodotti u tas-servizzi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)

45

2020/C 77/65

Kawża T-42/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Volkswagen vs EUIPO (CROSS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CROSS – Raġuni assoluta għal rifjut – Natura deskrittiva – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 – Ugwaljanza ta’ trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

46

2020/C 77/66

Kawża T-239/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Vinos de Arganza vs EUIPO – Nordbrand Nordhausen (ENCANTO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ENCANTO – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BELCANTO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

47

2020/C 77/67

Kawża T-336/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – BZ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Tkeċċija minħabba inkapaċità manifesta – Proporzjonalità – Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Responsabbiltà)

47

2020/C 77/68

Kawża T-559/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – Julius Sämann vs EUIPO – Maharishi Vedic University (Rappreżentazzjoni ta’ siġra) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta siġra – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali li jirrappreżentaw arbre magique (siġra maġika) – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbilta ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ dannu lir-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)

48

2020/C 77/69

Kawża T-751/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Daimler vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Irtirar tat-tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet ta’ CO2 – Skema tal-ekoinnovazzjonijiet – Regolament (KE) Nru 443/2009 – Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Miżura preparatorja – Inammissibbiltà)

49

2020/C 77/70

Kawża T-125/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Clem & Jo Optique vs EUIPO – C&A (C&J) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

50

2020/C 77/71

Kawża T-128/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2020 – Hemp Foods Australia vs EUIPO – Cabrejos (Sativa) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ inklużjoni tal-bdil tal-proprjetarju fir-reġistru internazzjonali – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà)

50

2020/C 77/72

Kawża T-161/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Deutsche Telekom vs Il-Parlament u l-Kunsill (Rikors għal annullament – Suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Prezz bl-imnut iffatturat lill-konsumaturi għall-komunikazzjonijiet irregolati ġewwa l-Unjoni – Regolament (UE) 2018/1971 – Att leġiżlattiv – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà)

51

2020/C 77/73

Kawża T-162/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Telefónica u Telefónica de España vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rikors għal annullament – Suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Prezzijiet bl-imnut iffatturati lill-konsumaturi għall-komunikazzjonijiet irregolati ġewwa l-Unjoni – Regolament (UE) 2018/1971 – Att leġiżlattiv – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà)

52

2020/C 77/74

Kawża T-671/19: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Qualcomm vs Il-Kummissjoni

53

2020/C 77/75

Kawża T-870/19: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Worldwide Spirits Supply vs EUIPO – Melfinco (CLEOPATRA QUEEN)

54

2020/C 77/76

Kawża T-3/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2020 – Forbo Financial Services vs EUIPO – Windmöller (Canoleum)

55

2020/C 77/77

Kawża T-8/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

56

2020/C 77/78

Kawża T-32/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 – Buxadé Villalba et vs Il-Parlament Ewropew

56

2020/C 77/79

Kawża T-34/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 – Datenlotsen Informationssysteme vs Il-Kummissjoni

58

2020/C 77/80

Kawża T-38/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2020 – Lotto24 vs EUIPO (LOTTO24)

59

2020/C 77/81

Kawża T-41/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2020 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

60

2020/C 77/82

Kawża T-45/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2020 – KRBL vs EUIPO – P.K. Overseas (INDIA SALAM Pure Basmati Rice)

60

2020/C 77/83

Kawża T-35/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – La Marchesiana vs EUIPO – Marchesi 1824 (MARCHESI)

61

2020/C 77/84

Kawża T-139/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2020 – Avio vs Il-Kummissjoni

62

2020/C 77/85

Kawża T-606/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Bartolomé Alvarado u Grupo Preciados Place vs EUIPO – Alpargatas (ALPARGATUS PASOS ARTESANALES)

62


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 77/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 68, 2.3.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 61, 24.2.2020

ĠU C 54, 17.2.2020

ĠU C 45, 10.2.2020

ĠU C 36, 3.2.2020

ĠU C 27, 27.1.2020

ĠU C 19, 20.1.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Económico-Administrativo Central - Spanja) – Proċedura mibdija minn Banco de Santander SA

(Kawża C-274/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ “qorti nazzjonali” - Kriterji - Indipendenza tal-organu nazzjonali kkonċernat - Irremovabbiltà tal-membri - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2020/C 77/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Económico Administrativo Central

Parti fil-kawża prinċipali

Banco de Santander SA

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Económico-Administrativo Central (il-Qorti Fiskali Ċentrali, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ April 2014, hija inammissibbli.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 – PTC Therapeutics International Ltd vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope)

(Kawża C-175/18 P) (1)

(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Dokumenti mibgħuta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ppreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem - Deċiżjoni biex terza persuna tingħata aċċess għad-dokumenti - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Assenza ta’ obbligu għal istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni Ewropea li japplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

(2020/C 77/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: PTC Therapeutics International Ltd (rappreżentanti: G. Castle, B. Kelly u K. Ewert, Solicitors, C. Thomas, Barrister, M. Demetriou QC)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment minn T. Jabłoński, S. Marino, S. Drosos, A. Spina u A. Rusanov, sussegwentement minn T. Jabłoński, S. Marino u S. Drosos, aġenti), European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs (Eucope) (rappreżentanti: S. Cowlishaw, Solicitor, D. Scannell, Barrister)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

PTC Therapeutics International Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Mediċinali (EMA).

3)

L-European Confederation of Pharmaceutical Entrepreneurs għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid - Spanja) – Almudena Baldonedo Martín vs Ayuntamiento de Madrid

(Kawża C-177/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Klawżola 5 - Miżuri intiżi sabiex jipprekludu l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Kumpens f’każ ta’ tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol - Artikoli 151 u 153 TFUE - Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà - Differenza fit-trattament ibbażata fuq in-natura pubblika jew privata, fis-sens tad-dritt nazzjonali, tas-sistema li tirregola r-relazzjoni tax-xogħol)

(2020/C 77/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 14 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Almudena Baldonedo Martín

Konvenuta: Ayuntamiento de Madrid

Dispożittiv

1)

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda ħlas ta’ kumpens la għall-ħaddiema għal żmien determinat impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti u lanqas għall-uffiċjali li huma impjegati fl-ambitu ta’ relazzjoni tax-xogħol għal żmien indeterminat, fl-okkażjoni tat-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, filwaqt li hija tipprevedi l-ħlas ta’ tali kumpens għall-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat fl-okkażjoni tax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom għal raġuni oġġettiva.

2)

L-Artikoli 151 u 153 TFUE kif ukoll il-klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda ħlas ta’ kumpens għall-ħaddiema għal żmien determinat impjegati bħala membri tal-persunal mhux permanenti, fl-okkażjoni tat-tmiem tal-funzjonijiet tagħhom, filwaqt li kumpens jingħata lill-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien determinat mal-iskadenza tal-kuntratt tax-xogħol tagħhom.


(1)  ĠU C 211, 18.06.2018


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 – MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(Kawża C-178/18 P) (1)

(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Dokumenti mibgħuta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ppreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu veterinarju - Deċiżjoni biex terza persuna tingħata aċċess għad-dokumenti - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Assenza ta’ obbligu għal istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni Ewropea li japplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)

(2020/C 77/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV (rappreżentanti: C. Thomas, Barrister, J. Stratford QC, B. Kelly, Solicitor u P. Bogaert, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment minn T. Jabłoński, S. Marino, S. Drosos u A. Rusanov, sussegwentement minn T. Jabłoński, S. Marino, S. Drosos, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

MSD Animal Health Innovation GmbH u Intervet international BV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Mediċinali (EMA).


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn Energiavirasto

(Kawża C-578/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/72/KE - Artikolu 3 - Protezzjoni tal-konsumaturi - Artikolu 37 - Funzjonijiet u kompetenzi tal-awtorità regolatorja - Riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati - Kunċett ta’ “entità” - Dritt li jiġi eżerċitat appell mid-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja - Ilment imressaq minn klijent residenzjali kontra impriża li topera netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku)

(2020/C 77/06)

Lingwa tal-kawża: il-Finalandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Energiavirasto

Fil-preżenza ta’: A, Caruna Oy

Dispożittiv

L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu lill-awtorità regolatorja l-kompetenza li tirregola t-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi tan-netwerk u li tagħti, konsegwentement, lill-klijent domestiku li jkun ressaq ilment lill-awtorità regolatorja kontra operatur ta’ netwerk il-kwalità ta’ “parti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u d-dritt li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni meħuda minn din l-awtorità wara dan l-ilment.


(1)  ĠU C 427 tas-26.11.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Colleg van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi Baxxi) – Ursa Major Services BV vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-814/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 1198/2006 - Artikolu 55(1) - Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) - Eliġibbiltà tal-infiq - Kundizzjoni - Nefqa li effettivament tħallset mill-benefiċjarji - Kunċett”)

(2020/C 77/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ursa Major Services BV

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 55(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għar-relazzjoni bejn l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm operattiv u l-benefiċjarju ta’ sussidju mogħti skont il-Fond Ewropew għas-Sajd, b’tali mod li din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata fil-konfront ta’ dan il-benefiċjarju.

2)

L-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 1198/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li ammont iffatturat lill-benefiċjarju ta’ sussidju mogħti abbażi tal-Fond Ewropew għas-Sajd u mħallas minnu jista’ jiġi kkunsidrat bħala nefqa effettivament imħallsa, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk it-terz li jkun iffattura dan l-ammont ukoll jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett issussidjat, jew billi jagħmel tpaċija bejn dejn fir-rigward tal-benefiċjarju u dejn ta’ dan tal-aħħar fir-rigward tiegħu, li jirriżulta mill-impenn li huwa ħa li jipprovdi kontribuzzjoni, jew billi joħroġ fattura separata, bil-kundizzjoni li n-nefqa u l-kontribuzzjoni kkonċernata jkunu debitament iġġustifikati minn fatturi mħallsa jew minn dokumenti tal-kontabbiltà ta’ valur probatorju ekwivalenti, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 122, 01.04.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht - il-Ġermanja) – ZP vs Bundesagentur für Arbeit

(Kawża C-29/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regolament KE Nru 883/2004 - Benefiċċji tal-qgħad - Kalkolu - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-aħħar salarju rċevut fl-Istat Membru ta’ residenza - Perijodu ta’ referenza qasir wisq - Salarju rċevut wara t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol - Persuna li preċedentement tkun eżerċitat attività bħala persuna impjegata fl-Isvizzera)

(2020/C 77/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZP

Konvenut: Bundesagentur für Arbeit

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 62(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad ikun ibbażat fuq l-ammont tas-salarju preċedenti, ma tippermettix, meta l-perijodu ta’ ġbir tas-salarju mħallas lill-persuna kkonċernata għal din l-aħħar attività bħala persuna impjegata li hija eżerċitat taħt din il-leġiżlazzjoni ma jilħaqx il-perijodu ta’ referenza previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni għad-determinazzjoni tas-salarju li jservi ta’ bażi għall-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad, li jittieħed inkunsiderazzjoni s-salarju rċevut mill-persuna kkonċernata għal din l-attività.

2)

L-Artikolu 62(1) u (2) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji tal-qgħad ikun ibbażat fuq l-ammont tas-salarju preċedenti, ma tippermettix, meta s-salarju rċevut mill-persuna kkonċernata għall-aħħar attività bħala persuna impjegata li hija tkun eżerċitat taħt din il-leġiżlazzjoni jkun ġie stabbilit u mħallas biss wara t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol tagħha, li jittieħed inkunsiderazzjoni s-salarju rċevut mill-persuna kkonċernata għal din l-attività.


(1)  ĠU C 103, 18.03.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – AT vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-32/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 17(1)(a) - Dritt ta’ residenza permanenti - Kisba qabel l-iskadenza ta’ perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza - Ħaddiem li fil-mument li jieqaf mill-attività tiegħu jkun laħaq l-età sabiex jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija)

(2020/C 77/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AT

Konvenut: Pensionsversicherungsanstalt

Dispożittiv

L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru ospitanti qabel id-dekorriment tal-perijodu mingħajr interruzzjoni ta’ ħames snin ta’ residenza, il-kundizzjonijiet marbuta mal-fatt li jkun eżerċita l-attività tiegħu f’dan il-pajjiż mill-inqas matul l-aħħar tnax-il xahar u li fih ikun irrisjeda mingħajr interruzzjoni għal iktar minn tliet snin japplikaw għal ħaddiem li, fil-mument fejn ikun waqaf mill-attività tiegħu, ikun laħaq l-età prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru sabiex ikun jista’ jinvoka d-drittijiet tiegħu għal pensjoni tax-xjuħija.


(1)  ĠU C 131, 8.4.2019


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 – Il-Parlament Ewropew vs Erik Josefsson

(Kawża C-506/18 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Parlament Ewropew - Xoljiment tal-kuntratt - Ftehim intiż għar-riżoluzzjoni tat-tilwima bejn il-partijiet - Appell li ma għadx għandu skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2020/C 77/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: Í. Ní Riagáin Düro, V. Montebello-Demogeot u J. Steele, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Erik Josefsson (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Forgeois, avocats)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

2)

Il-Parlament Ewropew u Erik Josefsson għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Tributário de Lisboa – il-Portugall) - Estado do Canadá vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-613/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal - Proċedura tal-Qorti - Restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ kapital lejn jew minn pajjiżi terzi - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dħul ta’ persuni ġuridiċi - Profitti mqassma minn kumpanniji residenti fit-territorju Portugiż - Tnaqqis tal-bażi tat-taxxa)

(2020/C 77/11)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Tributário de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Estado do Canadá

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

L-Artikoli 63 u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dak inkwistjoni fit-tilwima fil-kawża prinċipali, li skontha d-dividendi mqassma minn kumpanija residenti huma suġġetti għal taxxa li r-rata effettiva tagħha hija ogħla meta jinġabru minn persuna ġuridika residenti f’pajjiż terz li ma teżerċitax attivitajiet ta’ natura kummerċjali, industrijali jew agrikola prinċipalment, milli meta tali dividendi jinġabru tali persuna ġuridika residenti fl-imsemmi Stat Membru. Dan ma jkun il-każ biss jekk l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Fiskali bejn il-Kanada u r-Repubblika Portugiża, iffirmata fl-14 ta’ Ġunju 1999, bil-għan li tiġi evitata t-taxxa doppja u jiġi evitat l-evitar tat-taxxa fir-rigward ta’ taxxi fuq id-dħul, tagħmilha possibbli li jiġu nnewtralizzati l-effetti tad-differenza fit-trattament li tirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) - HA vs Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

(Kawża C-47/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 132(1)(h) sa (j) - Diversi eżenzjonijiet marbuta mat-tfulija jew maż-żogħżija, l-edukazzjoni skolastika jew l-edukazzjoni universitarja - Tagħlim tas-surf u bburdjar għal skejjel u universitajiet - Vjaġġ tal-klassi)

(2020/C 77/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: HA

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Barmbek-Uhlenhorst

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “edukazzjoni skolastika jew universitarja” fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-edukazzjoni ma tkoprix tagħlim li ma tkoprix it-tagħlim tas-surfing u bburdjar ipprovdut minn skejjel tas-surfing u bburdjar, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għal stabbilimenti edukattivi jew għal universitajiet, li fihom dan it-tagħlim jista’ jaqa’, rispettivament, il-programm ta’ attivitajiet sportivi jew it-taħriġ ta’ għalliema sportivi u jgħodd għall-finijiet tal-evalwazzjoni.

2)

Il-kunċett ta’ provvista ta’ servizzi “marbuta mill-qrib mal-protezzjoni tat-tfal u ta’ żgħażagħ”, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(h) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix it-tagħlim tas-surfing u bburdjar ipprovdut mill-iskejjel tas-surf u bburdjar, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irrispettivament minn jekk dak it-tagħlim jingħatax bħala parti minn vjaġġ tal-klassi.


(1)  ĠU C 131, 08.04.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew kontra MN

(Kawża C-813/19 PPU) (1)

(Rinviju preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja li torħroġ il-mandat” - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2020/C 77/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-En-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

MN

Fil-preżenza ta’: RJA, RJO, FD, BG, PG, KL, LK, MJ, NI, OH

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja li toħroġ il-mandat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-maġistrati tal-prosekuzzjoni Franċiża, imqegħda taħt id-direzzjoni u l-kontroll tas-superjuri ġerarkiċi tagħhom kif ukoll taħt l-awtorità tal-Ministru tal-Ġustizzja abbażi ta’ regoli statutorji u organizzattivi li huma suġġetti għalihom, peress li l-istatus tagħhom jikkonferilhom garanzija ta’ indipendenza, b’mod partikolari fir-rigward tas-setgħa eżekuttiva, fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584 għandha tiġi interpretata fis-sens li r-rekwiżiti inerenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva li għandha tibbenefika minnha persuna li jkun inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew kontriha għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali huma soddisfatti meta, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat, il-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ dan il-mandat u, b’mod partikolari, in-natura proporzjonata tiegħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju f’dan l-Istat MEmbru.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/11


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Mykola Yanovych Azarov mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-247/17, Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-58/19 P)

(2020/C 77/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permzz ta’ digriet tat-22 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet:

1)

L-appell huwa manifestament fondat.

2)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2018, Azarov vs Il-Kunsill (T-247/17, mhux ippubblikata, EU:T:2018:931), hija annullata.

3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 tat-3 ta’ Marzu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/374 tat-3 ta’ Marzu 2017 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kundannat ibati l-ispejjeż sostnuti kemm fir-rigward tal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll dik ta’ dan l-appell.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/11


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2019 minn István Szécsi u Nóra Somossy mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-16 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-331/18, István Szécsi u Nóra Somossy vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-236/19 P)

(2020/C 77/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: István Szécsi, Nóra Somossy (rappreżentant: D. Lázár, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla), permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ottubru 2019, ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat u ddeċidiet li István Szécsi u Nóra Somossy għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gericht Erster Instanz Eupen (il-Belġju) fis-16 ta’ April 2019 – YU vs Wallonische Region

(Kawża C-315/19)

(2020/C 77/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Gericht Erster Instanz Eupen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YU

Konvenut: Wallonische Region

Permezz ta’ digriet tas-26 ta ’Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) tiddeċiedi:

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha resident ta’ dak l-Istat Membru jista’ jinvoka deroga mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni, f’dak l-Istat Membru, ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-persuna li timpjegah li hija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor sakemm id-dokumenti li jiċċertifikaw li huma ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-deroga jkunu abbord din il-vettura b’mod permanenti.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/12


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2019 minn All Star CV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-29 ta’ Marzu 2019 fil-Kawża T-611/17, All Star vs EUIPO - Carrefour Hypermarchés

(Kawża C-461/19 P)

(2020/C 77/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: All Star CV (rappreżentanti: S. Malynicz, A. Newnes, A. Artinian, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tat-30 ta’ Settembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Lulju 2019 – P.J. vs (X) S.A.

(Kawża C-513/19)

(2020/C 77/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy-Woli w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.J.

Konvenuta: (X) S.A.

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/13


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2019 minn Laurence Bonnafous mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-614/17, Bonnafous vs EACEA

(Kawża C-548/19 P)

(2020/C 77/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Laurence Bonnafous (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avocats)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Permezz ta’ digriet tas-27 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ordnat li l-appell jiġi miċħud bħala manifestament infondat.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Madrid (Spanja) fis-17 ta’ Lulju 2019 – EV vs Obras y Servicios Públicos S.A., u Acciona Agua, S.A.

(Kawża C-550/19)

(2020/C 77/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EV

Konvenuta: Obras y Servicios Públicos S.A.,

Acciona Agua, S.A.

Domandi preliminari

1)

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat, integrata fid-dritt tal-Unjoni permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (1) u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ftehim kollettiv tas-settur tal-kostruzzjoni, fl-Artikolu 24(2) tiegħu jistabbilixxi li irrispettivament mit-tul tal-kuntratt ġenerali għal xogħol wieħed, ma huwiex applikabbli dak li ġie stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 15(1)(a) tal-Estatuto de los Trabajadores (iktar ’il quddiem l-“Istatut tal-Ħaddiema”), billi l-ħaddiema jinżammu fil-kundizzjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat għat-twettiq ta’ proġett partikolari (“fijos de obra”), kemm f’dawn il-każijiet kif ukoll fil-każijiet ta’ suċċessjoni ta’ impriża tal-Artikolu 44 tal-Istatut tal-Ħaddiema jew fil-każijiet ta’ surroġa rregolata fl-Artikolu 27 ta’ dan il-ftehim kollettiv, billi ma teżistix raġuni effettiva li tiġġustifika li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi miksura, fejn l-Artikolu 15(1)(a) tal-Istatut tal-Ħaddiema jistabblixxi li “[d]awn il-kuntratti ma jistgħux ikollhom tul iktar minn 3 snin li jista’ jiġi estiż sa tnax-il xahar permezz ta’ ftehim kollettiv settorjali nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz ta’ ftehim kollettiv settorjali ta’ portata inferjuri. Mal-iskadenza ta’ dawn it-termini, il-ħaddiema jiksbu l-istatus ta’ ħaddiema permanenti tal-impriża”?

2)

Il-klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP dwar ix-xogħol għal żmien determinat, integrata fid-dritt tal-Unjoni permezz tad-Direttiva 1999/70/KE u d-Direttiva 2001/23 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ftehim kollettiv tas-settur tal-kostruzzjoni, fl-Artikolu 24(5) tiegħu jistabbilixxi li għal pożizzjonijiet tax-xogħol differenti permezz ta’ żewġ kuntratti jew iktar għal żmien determinat għat-twettiq ta’ proġett partikolari (“fijos de obra”) mal-istess impriża jew grupp ta’ impriżi fil-perijodu u matul it-terminu stabbilit fl-Artikolu 15(5) tal-Istatut tal-Ħaddiema, il-kisba tal-kundizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni ma hijiex implikata, kemm f’dawn il-każijiet kif ukoll f’dawk ta’ suċċessjoni ta’ impriża skont l-Artikolu 44 tal-Istatut tal-Ħaddiema jew tas-surroga rrikonoxxuta fl-Artikolu 27 ta’ dan il-ftehim, billi ma teżistix raġuni effettiva li tiġġustifika li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi miksura, fejn l-Artikolu 15(1)(a) tal-Istatut tal-Ħaddiema jistabbilixxi li “[b]la ħsara tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1(a), 2 u 3, il-ħaddiema li matul perijodu ta’ 30 xahar kienu ġew ingaġġati matul terminu iktar minn 24 xahar, bi jew mingħajr interruzzjoni, għall-istess pożizzjoni tax-xogħol jew differenti mal-istess impriża jew grupp ta’ impriżi, permezz ta’ żewġ kuntratti temporanji jew iktar, kemm direttament jew permezz ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni mill-impriżi ta’ xogħol temporanju, bl-istess modalitajiet kuntrattwali jew differenti għal tul stabbilit, jiksbu l-istatus ta’ ħaddiema permanenti. Dak li huwa stabbilit fil-paragrafu preċedenti ser jiġi applikat ukoll meta jirriżultaw każijiet ta’ suċċessjoni jew ta’ surroga tal-impriża konformement mal-liġi jew mal-ftehim kollettiv”?

3)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li skont il-ftehim kollettiv tas-settur tal-kostruzzjoni, huwa eskluż li d-drittijiet u l-obbligi li l-impriża jew l-entità ġdida li tkun ser twettaq l-attività li hija s-suġġett tal-kuntratt, ikunu limitati esklużivament għad-drittijiet u għall-obbligi li jirriżultaw mill-aħħar kuntratt konkluż mill-ħaddiem mal-impriża li toħroġ mill-kuntratt, u dan ma jikkostitwixxix raġuni oġġettva li tiġġustifika li dan il-ftehim kollettiv jikser il-leġiżlazzjoni Spanjola, li l-Artikolu 44 tal-Istatut tal-Ħaddiema tagħha jistabbilixxi s-surroga tad-drittijiet u tal-obbligi kollha mingħajr ma jillimita ruħu għall-aħħar kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/15


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-176/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

(Kawża C-586/19 P)

(2020/C 77/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L'Oréal (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea pour la propriété intellectuelle, Guinot

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/15


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-180/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

(Kawża C-587/19 P)

(2020/C 77/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L'Oréal (rappreżentant: T. de Haan, P. Péters, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropeapour la propriété intellectuelle, Guinot

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/16


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-181/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

(Kawża C-588/19 P)

(2020/C 77/23)

Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L'Oréal (rappreżentant: T. de Haan, P. Péters, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea pour la propriété intellectuelle, Guinot

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/16


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-182/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

(Kawża C-589/19 P)

(2020/C 77/24)

Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L'Oréal (rappreżentant: T. de Haan, P. Péters, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea pour la propriété intellectuelle, Guinot

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/17


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2019 minn L'Oréal mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-19 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-183/16 – RENV, L'Oréal vs EUIPO - Guinot

(Kawża C-590/19 P)

(2020/C 77/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L'Oréal (rappreżentanti: T. De Haan, P. Péters, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea pour la propriété intellectuelle, Guinot

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ordnat li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/17


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2019 mill-Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-117/18 – Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO

(Kawża C-664/19 P)

(2020/C 77/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (rappreżentant: C. Rogula, adwokat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Diċembru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/17


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-761/19)

(2020/C 77/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: C. Cattabriga u Teleki Zs., Teleki, aġenti)

Konvenut: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2003/109/KE (1), sa fejn hija ma tippermettix li ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom awtorizzazzjoni ta’ residenza fit-tul jiġu ammessi mal-Kamra tal-Veterinarji, u b’dan il-mod teskludihom mill-professjoni ta’ veterinarju u mill-possibbiltà li jkunu impjegati jew li jeżerċitaw attività mingħajr paga fil-professjoni ta’ veterinarju.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1)

Fit-3 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet ilment abbażi tal-Magyar Állatorvosi Kamaráról valamint az állatorvosi szolgáltatói tevékenység végzéséről szóló 2012. évi CXXVII. törvény (il-Liġi CXXVII tal-2012 dwar il-Kamra Ungeriża tal-Veterinarji u l-eżerċiżżju ta’ servizzi veterinarji) fir-rigward tal-eżiġenza li tgħid li, fost eżiġenzi oħra, huwa biss ċittadin ta’ Stat li huwa parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropeaen li jista’ jkun membru tal-Kamra tal-Veterinarji. Il-lanjant huwa ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu “awtorizzazzjoni ta’ residenza fit-tul” fl-Ungerija sa mill-2007 u li fl-2014 kiseb diploma mill-Állatorvostudományi Egyetemen (l-Università tax-Xjenzi Veterinarji) ta’ Budapest. It-talba ta’ adeżjoni tiegħu mal-Kamra tal-Veterinarji ġiet miċħuda minħabba li huwa ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti legali ċċitati iktar ’il fuq. Fl-Ungerija, l-ammissjoni mal-Kamra tal-Veterinarji hija rikjesta sabiex tkun tista’ tiġi eżerċitata l-professjoni ta’ veterinarju kemm jekk fil-kuntest ta’ impjieg b’paga kif ukoll jekk fil-kuntest ta’ attività mingħar paga.

2)

Fl-20 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija b’rabta mad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq tal-Liġi dwar il-Kamra Ungeriża tal-Veterinarji. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura, il-Kummissjoni tilmenta li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2003/109/KE.

3)

Fir-risposta tiegħu, il-Gvern Ungeriż sostna li l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ veterinarju huwa kopert mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2003/109/KE, għaliex din tista tippreżupponi, mhux biss b’mod okkażjonali, l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.

4)

Il-Kummissjoni ma qisitx li l-argumenti li l-Gvern Ungeriż ressaq fir-risposta tiegħu kienu konvinċenti u għalhekk, fil-25 ta’ Jannar 2019, ħarġet opinjoni motivata fejn ikkonfermat il-pożizzjoni preċedenti tagħaha.

5)

Fid-29 ta’ Marzu 2019 il-Gvern Ungeriż bagħat lill-Kummissjoni r-risposta tiegħu għall-opinjoni motivata li fiha huwa kkonferma l-pożizzjoni preċedenti tiegħu.

6)

Il-konklużjoni tal-Kummissjoni hija li l-eżerċizzju tal-attività ta’ veterinarju bħala impjegat jew mingħajr paga fl-Ungerija ma huwiex kopert mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 2003/109/KE. L-attivitajiet ta’ veterinarji li lilhom l-Ungerija tatribwixxi n-natura ta’ servizz pubbliku ma jinvolvux, skont il-Kummissjoni, parteċipazzjoni diretta u karatterisitika fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika, u ma humiex neċessarjament jew inseparabbilment inerenti għall-professjoni, sa fejn dawn jew huma ta’ natura purament preparatorja u anċillari, jew inkella dawn għandhom jitwettqu abbażi ta’ ftehim jew taħt il-kontroll tal-awtorità.

7)

Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, fil-25 ta’ Lulju 2019 il-Kummissjoni ddeċidiet li tibgħat il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi deċiż li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2003/109/KE.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – CT vs VINI GmbH

(Kawża C-805/19)

(2020/C 77/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CT

Konvenuta: VINI GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 10(2) tal-Urlaubsgesetz (il-Liġi Awstrijaka dwar il-Leave Annwali, l-“UrlG”), skont liema pagament minflok leave annwali fir-rigward tas-sena ta’ xogħol kurrenti (tal-aħħar sena ta’ xogħol) ma huwiex dovut fil-każ li l-ħaddiem jirriżenja qabel iż-żmien, ma hijiex applikabbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – Flightright GmbH vs Qatar Airways

(Kawża C-810/19)

(2020/C 77/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flightright GmbH

Konvenuta: Qatar Airways

Domandi preliminari

1)

Titjira tista’ tiġi kklassifikata wkoll bħala “titjira konnessa” fis-sens tal-Artikolu 2(h) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), meta, fil-każ ta’ titjiriet li jkunu suġġetti għal reżervazzjoni waħda u jipprevedu waqfa f’ajruport ta’ konnessjoni li jinsab barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, il-passiġġieri jkunu ppjanaw li joqogħdu għal perijodu itwal fil-post tal-waqfa u jkunu rreżervaw titjira ta’ konessjoni li ma kinitx l-ewwel titjira possibbilment aċċessibbli?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

 

L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament japplika wkoll għat-trasport bl-ajru ta’passiġġieri ta’ titjira li ma telqitx minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, iżda li tagħmel parti minn reżervazzjoni waħda li tinkludi wkoll titjira li titlaq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, anki jekk din it-titjira ma tkunx titjira ta’ konnessjoni diretta?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2019 – Natumi GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-815/19)

(2020/C 77/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Natumi GmbH

Konvenut: Land Nordrhein-Westfalen

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Rappreżentant tal-Interessi Federali quddiem il-Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 28, moqri flimkien mal-punt 1.3 tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-alka Lithothamnium calcareum tista’ tintuża inkwantu ingredjent fl-ipproċessar tal-prodotti tal-ikel organiċi?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

 

L-użu ta’ alka mejta huwa wkoll awtorizzat?

3.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv ukoll għat-tieni domanda:

 

Il-kliem “fih il-kalċju”, “fih alka tal-baħar b’kontenut għoli ta’ kalċju” jew “jipprovdi kalċju ta’ kwalità għolja li ġej mill-alka tal-baħar Lithothamnium” jista’ jintuża għal prodott bit-tikketta “organiku” u li jkun fih il-Lithothamnium calcareum (mejta) bħala ingredjent?


(1)  ĠU 2008, L 250, p. 1.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Finanzgericht (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2019 – Beeren-, Wild-, Feinfrucht GmbH vs Hauptzollamt Erfurt

(Kawża C-825/19)

(2020/C 77/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Thüringer Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beeren-, Wild-, Feinfrucht GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Erfurt

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 211(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (iktar ’il quddiem il-“KDU”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa japplika biss għall-applikazzjonijiet li fir-rigward tagħhom l-awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tkun tgħodd mill-1 ta’ Mejju 2016?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: L-Artikolu 211 tal-KDU għandu jiġi applikat, fil-każ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv li fir-rigward tagħhom il-perijodu ta’ awtorizzazzjoni huwa qabel l-1 ta’ Mejju 2016, biss jekk l-awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tiġi effettivament mitluba qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni ġdida, iżda fejn l-awtoritajiet doganali ċaħdu tali applikazzjonijiet għall-ewwel darba biss wara l-1 ta’ Mejju 2016?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: L-Artikolu 211 tal-KDU għandu jiġi applikat għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni b’effett retroattiv li fir-rigward tagħhom il-perijodu ta’ awtorizzazzjoni huwa qabel l-1 ta’ Mejju 2016 anki meta l-awtoritajiet doganali jkunu ċaħdu tali applikazzjonijiet kemm qabel l-1 ta’ Mejju 2016 kif ukoll wara din id-data (b’motivazzjoni differenti)?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi u risposta fin-negattiv għat-tielet domanda: L-Artikolu 294(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li

a)

awtorizzazzjoni b’effett retroattiv tista’ tingħata sal-mument li fih l-awtorizzazzjoni preċedenti tkun tilfet l-effett tagħha kif previst fil-paragrafu 3 tad-dispożizzjoni, u dan mill-iktar għal perijodu ta’ sena qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni u

b)

il-prova tan-neċessità ekonomika prevista fil-paragrafu 3 tad-dispożizzjoni kif ukoll l-assenza ta’ kwalunkwe tentattiv ta’ manuvra jew ta’ negliġenza manifesta għandha tiġi prodotta għall-awtorizzazjoni suċċessiva skont il-paragrafu 2?


(1)  ĠU 2013, L 269, p. 1, rettifika fil-ĠU 2013, L 287, p. 90.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-13 ta’ Novembru 2019 – WZ vs Austrian Airlines AG

(Kawża C-826/19)

(2020/C 77/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: WZ

Konvenuta: Austrian Airlines AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jiġi applikat għal żewġ ajruporti li t-tnejn li huma jinsabu fi prossimità immedjata ta’ ċentru ta’ belt, fejn madankollu wieħed minnhom biss jinsab fit-territorju tal-belt filwaqt li l-ieħor jinsab fil-Land Federali ġar?

2)

L-Artikolu 5(1)(ċ), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirriżulta dritt għal kumpens minħabba kanċellazzjoni ta’ titjira f’każ ta’ nżul f’ajruport ta’ destinazzjoni alternattiv tal-istess lokalità, tal-istess belt jew l-istess reġjun?

3)

L-Artikolu 6(1), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirriżulta dritt għal kumpens għal dewmien twil f’każ ta’ nżul f’ajruport alternattiv tal-istess lokalità, tal-istess belt jew tal-istess reġjun?

4)

L-Artikolu 5, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li sabiex jiġi stabbilit jekk passiġġier bl-ajru ikunx issubixxa telf ta’ ħin ta’ tliet sigħat jew iktar fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Novembru 2009 Sturgeon et (C-402/07 u C-432/07, EU:C:2009:716) (2), id-dewmien għandu jiġi kkalkolat b’riferiment għall-mument ta’ nżul fl-ajurport ta’ destinazzjoni alternattiv jew għall-mument tat-trasferiment fl-ajruport ta’ destinazzjoni previst fir-reżervazzjoni inizjali jew f’destinazzjoni oħra qrib li tkun miftiehma mal-passiġġier?

5)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru li jwettaq titjiriet fi proċedura ta’ rotazzjoni jista’ jinvoka incident, f’dan il-każ tnaqqis tar-rata tal-wasliet dovut għal kundizzjonijiet ta’ maltempata, li seħħ fir-rigward tar-rotazzjoni ta’ tliet titjiriet qabel it-titjira kkonċernata?

6)

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ ta’ nżul f’ajruport ta’ destinazzjoni alternattiv, it-trasportatur tal-ajru huwa obbligat jipproponi t-trasferiment lejn post ieħor fuq inizjattiva tiegħu stess jew il-passiġġier għandu jitlob dan?

7)

L-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġier għandu dritt għal kumpens minħabba l-ksur tal-obbligi ta’ assistenza u ta’ teħid ta’ responsabbiltà previsti fl-Artikoli 8 u 9?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

(2)  ĠU 2010, C 24, p. 4.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Novembru 2019 – CS, Finanzamt Graz-Stadt

(Kawża C-844/19)

(2020/C 77/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS, Finanzamt Graz-Stadt

Partijiet oħra fil-proċedura: Finanzamt Judenburg Liezen, technoRent International GmbH

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni jinvolvi leġiżlazzjoni direttament applikabbli li tagħti lil persuna taxxabbli li ma tkunx irċeviet mill-Uffiċċju tat-Taxxa, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ir-rimbors fi żmien xieraq ta’ kreditu ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, dritt għal interessi moratorji li hija tista’ tinvoka quddiem l-Uffiċċju tat-Taxxa jew quddiem qrati amministrattivi, minkejja li d-dritt nazzjonali ma jipprevedix tali leġiżlazzjoni fil-qasam tal-interessi?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda preliminari:

2)

Huwa wkoll ammissibbli, fil-każ ta’ dejn ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tal-persuna taxxabbli, li jirriżulta minn tnaqqis fil-prezz a posteriori taħt l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), li l-interessi fuq dan id-dejn jibdew jiddekorru biss mal-iskadenza ta’ perijodu raġonevoli li l-Uffiċċju tat-Taxxa għandu sabiex jivverifika r-regolarità tad-dritt invokat mill-persuna taxxabbli?

3)

Il-fatt li d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru ma jinkludix leġiżlazzjoni fil-qasam tal-interessi fir-rigward tal-inklużjoni tardiva ta’ krediti ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ifisser li l-qrati nazzjonali, waqt il-kalkolu tal-interessi, għandhom japplikaw il-konsegwenza legali imposta permezz tat-tieni subaparagrafu tal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/[KE], għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (2), minkejja li l-fatti fil-kawża prinċipali ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ĠU 2008, L 44, p. 23.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Novembru 2019 – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften

(Kawża C-868/19)

(2020/C 77/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: M-GmbH

Konvenut: Finanzamt für Körperschaften

Domandi preliminari

1.

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi d-dispożizzjoni tal-punt 2 tal-Artikolu 2(2) tal-Umsatzsteuergesetz (il-Liġi Ġermaniża dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ; iktar ’il quddiem l-“UstG”) sa fejn din tipprekludi lil soċjetà, f’dan il-każ GmbH & Co. KG, li s-soċji tagħha, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(2) tal-UStG, milli tkun kumpannija kkontrollata fil-kuntest ta’ unità fiskali għall-finijiet tal-VAT?

2.

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

a.

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jista’ jiġġustifika li jiġu esklużi minn unità fiskali għall-finijiet tal-VAT soċjetajiet tat-tip imsemmi fl-ewwel domanda għaliex il-konklużjoni u l-modifika tal-istatut ta’ assoċjazzjoni ta’ soċjetajiet ma huma suġġetti, fid-dritt nazzjonali, għal ebda rekwiżiti formali, u għaliex il-ftehimiet purament orali jistgħu eventwalment iqajmu diffikultajiet ta’ prova fir-rigward tal-eżistenza tal-integrazzjoni finanzjarja tal-kumpannija kkontrollata?

b.

L-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar il-VAT hija prekluża meta l-leġiżlatur nazzjonali ma jkunx esprima l-intenzjoni tiegħu li jipprevjeni l-frodi u l-evażjoni fiskali fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/24


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 minn FV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-27/18 RENV, FV vs Il-Kunsill

(Kawża C-875/19 P)

(2020/C 77/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: FV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2019 (T-27/18 RENV) u, konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tiegħu fl-ewwel istanza u, għaldaqstant, tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni redatt għall-appellant għas-sena 2013;

tikkundanna lill-Kunsill l-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata ċaħdet it-talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni li jirrgwarda s-sena 2013. L-appellant jiżviluppa bħala aggravju, minn naħa, il-ksur mill-Qorti Ġenerali tad-dmir ta’ stħarriġ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll l-iżnaturament tal-fajl u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-gwida għall-evalwazzjoni, tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tad-dmir ta’ premura, kif ukoll ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Skont l-appellant, billi eżigiet l-eżistenza u l-komunikazzjoni ta’ ċertifikati mediċi u billi qieset, konsegwentement, li l-assenzi ma kinux iġġustifikati u setgħu validament jikkostitwixxu element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni, il-Qorti Ġenerali kisret il-gwida għall-evalwazzjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni li neċessarjament tieħu inkunsiderazzjoni, awtomatikament, l-assenzi u/jew il-wasliet tard sabiex tevalwa negattivament l-appellant hija illegali. Fl-aħħar nett, il-Kunsill qatt ma kkontesta n-natura medika tal-assenzi u/jew tal-wasliet tard u lanqas ma kkritika l-ġustifikazzjoni tal-assenzi bl-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi u vvalida t-talbiet għal regolarizzazzjoni ex post tal-wasliet tard. Il-Qorti Ġeneral għaldaqstant ikkontradixxiet ilha nnifisha u żnaturat l-elementi tal-fajl.

Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ regolarità fil-preżenza tal-post tax-xogħol ma jfissirx ipso facto l-assenza ta’ sforz kostanti. Fuq dan kollu, ebda ħinijiet ma ġew irreġistrati fil-programm li jirrigwarda l-ħinijiet tax-xogħol tal-appellant. Ukoll, kumment ġenerali li jikkwalifika s-“sens tar-responsabbiltajiet” bħala rimarkevoli ma setax jiġi rifless ħlief b’evalwazzjoni “eċċellenti”. Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-“kwalità tax-xogħol”, il-motivazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni ma kienx jirrifletti l-istess livell tax-xogħol tal-appellant. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-“sens ta’ xogħol f’tim” u tar-“relazzjonijiet umani”, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi tal-fajl. Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali għaldaqstant żnaturat l-elementi tal-fajl, wettqet żbalji ta’ interpretazzjoni u ta’ motivazzjoni, kisret il-gwida ta’ evalwazzjoni u naqset milli teżerċita validament u korrettament l-istħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.

Fl-aħħar nett, l-appellant isostni li s-sitwazzjoni ta’ trattament ħażin professjonali u ta’ fastidju morali subita ġiet injorata fis-sentenza mogħtija. Il-Qorti Ġenerali wkoll kisret il-kontenut tad-dmir ta’ premura, billi injorat l-interess tal-appellant u billi ħadet inkunsiderazzjoni biss l-interess tas-servizz.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/25


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2019 minn FV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-19 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-153/17, FV vs Il-Kunsill

(Kawża C-877/19 P)

(2020/C 77/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: FV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tad-19 ta’ Settembru 2019 (T-153/17);

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellant fl-ewwel istanza u, għalhekk, tannulla r-rapporti ta’ evalwazzjoni relatati mas-snin 2014 u 2015 adottati definittivament fil-5 ta’ Diċembru 2016;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza appellata ċaħdet it-talba għal annullament tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għas-snin 2014 u 2015.

L-appellant jinvoka bħala aggravju, minn naħa, il-ksur tad-dmir ta’ kontroll u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll l-iżnaturament tal-proċess u, min-naħa l-oħra, il-ksur tal-gwida dwar l-evalwazzjoni, l-obbligu ta ’motivazzjoni u premura, kif ukoll l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.

Skont l-appellant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u żnaturat l-fatti meta qieset li l-aġir tiegħu, li allegatament ma kienx xieraq, kien l-unika raġuni għalfejn l-amministrazzjoni kienet ikklassifikatu bħala “passabbli” fir-rigward tas-“sens ta’ responsabbiltà”, meta din it-taqsima hija ddefinita mill-gwida dwar l-evalwazzjoni bħala “l-impenn tal-persuna kkonċernata fix-xogħol tagħha, id-disponibbiltà tagħha sabiex twettaq il-kompiti tagħha fi spirtu attiv u kostruttiv”.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkontrollatx korrettament it-tnaqqis fil-kompiti tal-appellant. L-istat ta’ saħħa u x-xogħol part-time minħabba raġunijiet mediċi ma jistgħux jiġġustifikaw it-tneħħija ta’ parti mill-kompiti ta’ uffiċjal, barra minn hekk, mingħajr il-kunsens tiegħu.

Minnbarra dan, l-appellant jikkontesta l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali rigward il-bidla fl-uffiċċju u fil-pożizzjoni, kif ukoll l-aġir tiegħu matul l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-2014 u jargumenta li dawn jikkostitwixxu żnaturament tal-proċess.

Fl-aħħar nett, is-sentenza appellata naqset milli tirrikonoxxi n-nuqqas ta’ premura, b’mod partikolari fil-każ ta’ uffiċjal li s-saħħa psikoloġika tiegħu hija affettwata, u ma applikatx l-Artikolu 59(1)(3) tar-Regolamenti tal-Persunal.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/26


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2019 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-20 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-47/18, UZ vs Il-Parlament

(Kawża C-894/19 P)

(2020/C 77/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot, I. Lázaro Betancor, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: UZ

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;

tiddeċiedi li kull wieħed mill-partijiet għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati ma’ din l-istanza;

tikkundanna lil UZ għall-ispejjeż relatati mal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju tal-appell, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, il-Parlament jargumenta li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet b’mod żbaljat li l-investigazzjonijiet imwettqa kienu vvizzjati b’nuqqas ta’ imparzjalità oġġettivi. L-għarfien limitat u minn qabel tal-fatti min-naħa ta’ wieħed mill-investigaturi ma kienx ta’ natura li jiġġustifika dubju leġittimu dwar l-imparzjalità oġġettiva tiegħu għaliex dan id-dubju seta’ jiġi nnewtralizzat bl-intervent ta’ diversi investigaturi għall-istess investigazzjoni. Dan il-punt essenzjali lanqas ttieħed inkunsiderazzjoni mill-qrati li jiddeċiedu dwar il-mertu. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali la eżaminat u lanqas immotivat b’liema mod l-allegat nuqqas ta’ imparzjalità oġġettiva, f’dan il-kuntest, seta’ jwassal għal riżultat differenti, bħalma teżiġi l-ġurisprudenza.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fil-konklużjoni li tistabbilixxi ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet matul il-ħidma tal-Bord ta’ Dixxiplina. Il-Parlament jargumenta li l-qrati li jiddeċiedu dwar il-mertu naqsu milli jirrikonoxxu l-punti ta’ fatt meta ddeċidew b’mod żbaljat li l-Awtorità tal-Ħatra kienet irrappreżentata minn żewġ persuni meta l-appellant kien jibbenefika minn drittijiet ekwivalenti u kien akkumpanjat mill-avukat tiegħu. Il-Parlament iqis li l-Qorti Ġenerali indebitament warrbet il-ġurisprudenza tagħha dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet fil-qasam amministrattiv u naqset milli teżamina jekk, fl-assenza ta’ din l-allegata rregolarità, il-proċedura setgħetx twassal għal riżultat differenti.

Permezz tat-tielet aggravju tiegħu, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fil-konklużjoni li tirrikonoxxi ksur tad-dritt għal smigħ tal-appellant, il-Parlament jargumenta li r-rikorrenti f’dik il-kawża instemgħet debitament, minn naħa, oralment, abbażi ta’ delega tal-Awtorità tal-Ħatra u, min-naħa l-oħra, permezz tat-trażmissjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha wara s-seduta. Peress li d-delega hija prevista mil-leġiżlazzjoni interna u sseħħ biss meta l-Awtorità tal-Ħatra li tiddelega ma tkunx tista’ taġixxi hija stess minħabba raġunijiet ta’ servizz, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-Artikolu 22 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal ma kienx ġie osservat. Barra minn hekk, il-Parlament jinvoka żball fil-klassifikazzjoni ta’ tnaqqis fil-grad minn AD 13 għal AD 12 bħala sanzjoni serja għaliex din tinvolvi t-telf ta’ pożizzjoni ta’ tmexxija. Fl-aħħar nett, il-Parlament jallega li l-qrati li jiddeċiedu dwar il-mertu ma eżaminawx jekk, fil-każ li r-rikorrenti f’dik il-kawża kienet instemgħet direttament mill-Awtorità tal-Ħatra, hija kienet tkun tista’ tippreżenta punti differenti minn dawk fil-proċess u sa liema punt id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra setgħet effettivament tkun differenti.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/27


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Qorti Ċivili Prim’Awla - Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali (Malta) fil-5 ta’Diċembru 2019 – Repubblika vs Il-Prim Ministru

(Kawża C-896/19)

(2020/C 77/38)

Lingwa tal-kawża: il-Malti

Qorti tar-rinviju

Qorti Ċivili Prim’Awla - Ġurisdizzjoni Kostituzzjonali

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Repubblika

Konvenut: Il-Prim Ministru

Domandi preliminari

1)

Jekk it-tieni sentenza tal-artikolu 19(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropeja u l-artikolu 47 tal-Karta tal-Unjoni Ewropeja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem moqrija waħedhom jew flimkien jistgħux jitqiesu applikabbli fil-konfront tal-validita legali tal-artikoli 96, 96A u 100 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta?

2)

F’kaz jekk it-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hi fl-affermattiv, jekk is-setgħa tal-Prim Miinistru fil-proċess tal-ħatra ta’ membri tal-ġudikatura f’Malta, għadhiex titqies li hija konformi mal-artikoli 19(1) tat-Trattat u 47 tal-Karta u dan meqjus ukoll fid-dawl tal- artikolu 96A tal-Kostituzzjoni li daħal fis-seħħ fl-2016?

3)

Jekk jinstab li s-setgħa tal-Prim Ministru mhijiex konformi, jekk dan il-fatt għandux jigi kkunsidrat mill-ħatriet li għadhom iridu jsiru mil-lum il-quddiem jew inkella għandux jolqot ukoll ħatriet li saru qabel?


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Diċembru 2019 – EP vs Kreis Groß-Gerau

(Kawża C-905/19)

(2020/C 77/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EP

Konvenut: Kreis Groß-Gerau

Domanda preliminari

Mill-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 64 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju mat-Tuneżija (1) tista’ tiġi dedotta projbizzjoni ta’ tnaqqis tal-perijodu ta’ validità ta’ permess ta’ residenza minħabba n-nuqqas ta’ osservanza a posteriori tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ tali permess ta’ residenza, meta:

iċ-ċittadin Tuneżin, fil-mument tan-notifika tat-tnaqqis a posteriori tal-perijodu ta’ validità tal-permess ta’ residenza, ikun qiegħed jeżerċita attività ta’ xogħol,

id-deċiżjoni li jitnaqqas il-perijodu ta’ validità ma tkunx ibbażata fuq raġunijiet marbuta mal-protezzjoni ta’ interess leġittimu tal-Istat, bħall-ordni pubbliku, is-sigurtà u s-saħħa pubblika, u

iċ-ċittadin Tuneżin ma jkollux awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività ta’ xogħol (permess tax-xogħol) indipendentement mill-permess ta’ residenza, iżda jkollu ex lege d-dritt li jeżerċita attività ta’ xogħol matul il-perijodu ta’ validità tal-permess ta’ residenza?

Il-kundizzjoni legali ta’ barrani abbażi tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni skont l-Artikolu 64 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju mat-Tuneżija teżiġi, għall-finijiet tal-eżerċizzju ta’ attività ta’ xogħol, minbarra l-permess ta’ residenza, il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva?

Liema huwa l-mument rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni legali fid-dawl tal-leġiżlazzjoni dwar il-permess ta’ residenza u tax-xogħol? Hija rilevanti d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni amministrattiva ta’ revoka tal-permess ta’ residenza, jew id-data tad-deċiżjoni ġudizzjarja?


(1)  Ftehim Ewro-Mediterranju tas-17 ta’ Lulju 1995 li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, fuq in-naħa l-oħra (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 28, p. 187).


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Diċembru 2019 – “Klaipėdos regiono atliekų tvarkymo centras” UAB, partijiet oħra: “Ecoservice Klaipėda” UAB, “Klaipėdos autobusų parkas” UAB, “Parsekas” UAB, “Klaipėdos transportas” UAB

(Kawża C-927/19)

(2020/C 77/40)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fuq punt ta’ liġi:“Klaipėdos regiono atliekų tvarkymo centras” UAB

Partijiet oħra fil-proċedura:“Ecoservice Klaipėda” UAB, “Klaipėdos autobusų parkas” UAB, “Parsekas” UAB, “Klaipėdos transportas” UAB

Domandi preliminari

1)

Kundizzjoni ta’ offerta li abbażi tagħha fornituri għandhom juru ċertu livell ta’ dħul annwali operattiv medju ġġenerat mit-twettiq ta’ attivitajiet relatati biss ma’ servizzi speċifiċi (ġestjoni tal-iskart muniċipali mħallat) taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 58(3) jew (4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE? (1)

2)

Il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-kapaċità tal-fornitur, li huwa stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal-4 ta’ Mejju 2017, Esaprojekt (C-387/14), (2) jiddependi fuq ir-risposta għall-ewwel domanda?

3)

Kundizzjoni ta’ offerta li abbażi tagħha fornituri għandhom juru li l-vetturi neċessarji għall-provvisti ta’ servizzi (ta’ ġestjoni tal-iskart) jikkonformaw ma’ rekwiżiti tekniċi speċifiċi, li jinkludu l-emissjonijiet li jniġġsu (EUR 5), l-installazzjoni ta’ trażmettitur GPS, kapaċità xierqa u oħrajn, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni (a) tal-Artikolu 58(4), (b) tal-Artikolu 42 flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VII, (ċ) tal-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24?

4)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665 tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, (3) li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ effettività tal-proċeduri ta’ reviżjoni, l-Artikolu 1(3) u (5) tagħha, l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/24 u d-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom, (4) b’mod partikolari l-premessa 18 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tagħha (flimkien jew separatament, iżda mhux limitatament għalihom), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta tkun ġiet stabbilita proċedura prekontenzjuża tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim fir-regoli nazzjonali interni li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi:

(a)

l-awtorità kontraenti għandha tipprovdi lill-fornitur li jkun beda’ l-proċedura ta’ reviżjoni d-dettalji kollha tal-offerta ta’ fornitur ieħor (indipendentement min-natura kunfidenzjali tagħhom), jekk is-suġġett ta’ din il-proċedura jkun speċifikatament il-legalità tal-evalwazzjoni tal-offerta tal-fornitur l-ieħor u l-fornitur li jkun beda’ l-proċedura jkun talab b’mod espliċitu lill-awtorità kontraenti sabiex tipprovdihom qabel dan;

(b)

indipendentement mir-risposta li tingħata għad-domanda preċedenti, l-awtorità kontraenti, meta tiċħad it-talba mressqa mill-fornitur dwar il-legalità tal-evalwazzjoni tal-offerta tal-kompetitur tiegħu, għandha xorta waħda tagħti risposta ċara, komprensiva u speċifika, irrispettivament mir-riskju li tiġi żvelata informazzjoni kunfidenzjali ta’ offerta fdata lilha?

5)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1), l-Artikolu 1(3) u (5) u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 89/665, l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2014/24 u d-Direttiva 2016/943, b’mod partikolari l-premessa 18 (flimkien jew separatament, iżda mhux limitatament għalihom) għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li ma tagħtix aċċess lil fornitur għad-dettalji kunfidenzjali ta’ offerta ta’ parteċipant ieħor tikkostitwixxi deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata separatement quddiem il-qrati?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva 89/665 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fornitur għandu jressaq talba mal-awtorità kontraenti fir-rigward ta’ tali deċiżjoni meħudha minnha u, jekk ikun il-każ, jippreżenta kawża quddiem il-qorti?

7)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 89/665 għandhom jiġu interpretati fis-sens li skont il-firxa tal-informazzjoni disponibbli dwar il-kontenut tal-offerta tal-fornitur l-ieħor, il-fornitur jista’ jippreżenta kawża quddiem il-qrati fir-rigward biss tar-rifjut li tiġi pprovduta lilu informazzjoni, mingħajr ma jikkontesta separatament il-legalità ta’ deċiżjonijiet oħra tal-awtorità kontraenti?

8)

Indipendentement mir-risposti għad-domandi preċedenti, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2016/943 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti, wara li tkun irċeviet it-talba tar-rikorrenti li l-parti l-oħra fit-tilwima tiġi ordnata tipproduċi evidenza u li l-qorti tagħmilha disponibbli għar-rikorrenti, għandha tilqa’ tali talba, irrispettivament mill-azzjonijiet tal-awtorità kontraenti matul il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew ta’ reviżjoni?

9)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2016/943 għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara ċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti għall-iżvelar ta’ informazzjoni kunfidenzjali tal-parti l-oħra għat-tilwima, il-qorti għandha ex officio tevalwa l-importanza tad-data li qiegħed jintalab l-iżvelar tagħha u l-effett tad-data fuq il-legalità tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi?

10)

Il-motiv għal esklużjoni ta’ fornituri indikat fl-Artikolu 57(4)(h) tad-Direttiva 2014/24, fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ottubru 2019, Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93(5) jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-qorti, meta teżamina tilwima bejn fornitur u l-awtorità kontraenti, tista’ tiddeċiedi ex officio, irrispettivament mill-evalwazzjoni tal-awtorità kontraenti, li l-offerent ikkonċernat, b’mod intenzjonali jew negliġenti, issottometta informazzjoni qarrieqa, fattwalment ineżatta lill-awtorità kontraenti u, għalhekk, kellu jiġi eskluż mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi?

11)

L-Artikolu 57(4)(h) tad-Direttiva 2014/24, applikat flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 18(1) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat u applikat b’tali mod li, meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tipprovdi għal sanzjonijiet addizzjonali (minbarra l-esklużjoni mill-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi) minħabba s-sottomissjoni ta’ informazzjoni falza, dawn is-sanzjonijiet jistgħu jiġu applikati biss fuq il-bażi ta’ responsabbiltà personali, b’mod partikolari meta informazzjoni fattwalment ineżatta tkun ġiet sottomessa biss minn proporzjoni tal-koparteċipanti fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi (pereżempju, wieħed minn diversi sħab)?


(1)  Direttiva 2014/24 (ĠU 2014 L 94, p. 65, rettifika fil-ĠU 2015, L 275, p. 68).

(2)  ECLI:EU:C:2017:338.

(3)  Direttiva 89/665 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246, rettifika fil-ĠU 2016, L 63, p. 44).

(4)  Direttiva 2016/943(ĠU 2016, L 157, p. 1).

(5)  C-267/18, ECLI:EU:C:2019:826.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil du Contentieux des Étrangers (il-Belġju) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – X vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-930/19)

(2020/C 77/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil du Contentieux des Étrangers

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri (1), jikser l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan jipprevedi li d-divorzju, l-annullament taż-żwieġ jew it-tmiem ta’ unjoni rreġistrata ma jwassalx għat-telf tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma għandhomx in-nazzjonalità ta’ Stat Membru – b’mod partikolari meta sitwazzjonijiet partikolarment diffiċli jeżiġu dan, per eżempju l-fatt li kienu vittma ta’ vjolenza domestika meta ż-żwieġ jew l-unjoni rreġistrata kienu għadhom fis-seħħ –, iżda biss bil-kundizzjoni li l-persuni kkonċernati juru li huma ħaddiema impjegati jew li jaħdmu għal rashom jew li għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ assistenza soċjali fl-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom u li għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti, jew li huma membri tal-familja, diġà kkostitwit fl-Istat Membru ospitanti, ta’ persuna li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti, filwaqt li l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (2), li jipprevedi l-istess possibbiltà ta’ żamma ta’ dritt ta’ residenza, ma jissuġġettax din iż-żamma għal din il-kundizzjoni tal-aħħar?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-30 ta’ Diċembru 2019 – Les Chirurgiens-Dentistes de France, Confédération des Syndicats médicaux français, Fédération des Syndicats pharmaceutiques de France, Syndicat des Biologistes, Syndicat des Médecins libéraux, Union dentaire, Conseil national de l’Ordre des Chirurgiens-Dentistes, Conseil national de l’Ordre des Masseurs-Kinésithérapeutes, Conseil national de l’Ordre des Infirmiers vs Ministre des Solidarités et de la Santé, Ministre de l’Enseignement supérieur, de la Recherche et de l’Innovation, Premier ministre

(Kawża C-940/19)

(2020/C 77/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Les Chirurgiens-Dentistes de France, Confédération des Syndicats médicaux français, Fédération des Syndicats pharmaceutiques de France, Syndicat des Biologistes, Syndicat des Médecins libéraux, Union dentaire, Conseil national de l’Ordre des Chirurgiens-Dentistes, Conseil national de l’Ordre des Masseurs-Kinésithérapeutes, Conseil national de l’Ordre des Infirmiers

Konvenuti: Ministre des Solidarités et de la Santé, Ministre de l’Enseignement supérieur, de la Recherche et de l’Innovation, Premier ministre

Domanda preliminari

L-Artikolu 4f(6) td-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (1) jeskludi li Stat Membru jistabbilixxi l-possibbiltà ta’ aċċess parzjali għal waħda mill-professjonijiet li għalihom jiġi applikat il-mekkaniżmu tar-rikononxximent awtomatiku tal-kwalifiki professjonali previst mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tat-Titolu III tal-istess direttiva?


(1)  ĠU 2005, L 255, p. 22, rettifiki fil-ĠU 2007, L 271, p. 18, fil-ĠU 2008, L 93, p. 28 u fil-ĠU 2014, L 305, p. 115.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – UAB “Manpower Lit” vs E.S., M.L., M.P., V.V. u R.V

(Kawża C-948/19)

(2020/C 77/43)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: UAB “Manpower Lit”

Partijiet oħra fil-proċedura: E.S., M.L., M.P., V.V. u R.V.

Domandi preliminari

1)

X’tifsira għandha tingħata lill-espressjoni “impriża pubblika” użata fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija (1) ? L-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, bħall-EIGE, għandhom jitqiesu li huma “impriżi pubbliċi” fis-sens tad-Direttiva 2008/104?

2)

Liema entitajiet (l-aġenzija ta’ xogħol temporanju, l-impriża utenti, tal-inqas wieħed minnhom, jew saħansitra t-tnejn li huma) huma suġġetti, skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104, għall-kriterju tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi? L-oqsma ta’ attività u l-funzjonijiet tal-EIGE, kif iddefiniti fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, (2) għandhom jitqiesu li huma attivitajiet ekonomiċi fis-sens stabbilit (miftiehem) tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/104?

3)

L-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 2008/104 jista’ jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jiġu esklużi mill-applikazzjoni tad-direttiva l-aġenziji pubbliċi u privati ta’ xogħol temporanju jew l-impriżi utenti li ma humiex involuti fir-relazzjonijiet indikati fl-Artikolu 1(3) tad-direttiva u li ma jeżerċitawx l-attivitajiet ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-direttiva?

4)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 dwar id-drittijiet ta’ ħaddiema temporanji ta’ aġenziji għal kundizzjonijiet bażiċi ta’ xogħol u ta’ impjieg, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni, japplikaw bis-sħiħ għall-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, li huma suġġetti għal dispożizzjonijiet speċjali tad-dritt tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea u għall-Artikoli 335 u 336 TFUE?

5)

Id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru (l-Artikolu 75 tal-Kodiċi tax-Xogħol Litwan) li jittrasponi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104 applikabbli għall-impriżi kollha li jagħmlu użu minn ħaddiema temporanji (inklużi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni) jikser il-prinċipju ta’ awtonomija amministrattiva ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilit fl-Artikoli 335 u 336 TFUE, u r-regoli dwar il-kalkolu u l-ħlas tal-pagi stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea?

6)

Fid-dawl tal-fatt li l-pożizzjonijiet kollha (funzjonijiet ta’ impjieg) li għalihom ħaddiema jiġu direttament irreklutati mill-EIGE jinkludu kompiti li jistgħu jiġu eżegwiti biss minn ħaddiema suġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, il-pożizzjonijiet rispettivi (funzjonijiet ta’ impjieg) ta’ ħaddiema temporanji ta’ aġenzija jistgħu jitqiesu li huma “l-istess impjieg” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/104?


(1)  Direttiva 2008/104/KE (ĠU 2008, L 327, p. 9).

(2)  Regolament (KE) Nru 1922/2006 (ĠU 2006, L 403, p. 9).


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki, il-Finlandja) tas-17 ta’ Diċembru 2019 – A

(Kawża C-950/19)

(2020/C 77/44)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenuta: Patentti- ja rekisterihallituksen tilintarkastuslautakunta

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 22a(1) tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (1) (miżjud bid-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (2)) għandu jiġi interpretat fis-sens li sieħeb ewlieni fl-awditjar jokkupa pożizzjoni bil-mod imsemmi f’din id-dispożizzjoni meta dan jikkonkludi l-kuntratt ta’ xogħol relatat ma’ din il-pożizzjoni?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, l-Artikolu 22a(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li sieħeb ewlieni fl-awditjar jokkupa pożizzjoni bil-mod imsemmi f’din id-dispożizzjoni meta dan jibda jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fi ħdan il-pożizzjoni inkwistjoni?


(1)  ĠU 2006, L 157, p. 87.

(2)  ĠU 2014, L 158, p. 196.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas rajona tiesa (il-Latvja) fis-7 ta’ Jannar 2020 – Proċeduri kriminali kontra AB, CE, SIA “MM investīcijas”

(Kawża C-3/20)

(2020/C 77/45)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Rīgas rajona tiesa

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

AB, CE, SIA “MM investīcijas”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(a) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22 tal-Protokoll (Nru 7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, japplikaw għall-kariga ta’ membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew, eżerċitata mill-gvernatur ta’ bank ċentrali ta’ Stat Membru, jiġifieri l-President tal-Bank tal-Latvja, AB?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, dawn id-dispożizzjonijiet ikomplu jiżguraw lil din il-persuna l-immunità kontra proċeduri kriminali anki wara li hija tkun telqet mill-pożizzjoni ta’ gvernatur tal-bank ċentrali ta’ Stat Membru u, għaldaqstant, mill-pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din l-immunità tirrigwarda biss l-immunità “minn proċedimenti legali”, hekk kif jindika l-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, jew din testendi wkoll għall-proċeduri kriminali, inkluż għan-notifika tal-att ta’ akkuża u għall-kisba ta’ provi? Fil-każ li l-immunità tapplika għall-proċeduri kriminali, dan il-fatt jinfluwenza l-possibbiltà li jintużaw il-provi?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 11(a) tal-Protokoll (Nru 7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 17 tal-imsemmi protokoll, jippermetti lil min ikun responsabbli mill-proċeduri jew, fl-istadju korrispondenti tal-proċeduri, lill-Kulleġġ Ġudikanti jevalwa l-eżistenza ta’ interess tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-imsemmija proċeduri u, biss fil-każ li din l-eżistenza tiġi kkonstatata – jiġifieri jekk l-aġir inkriminat ta’ AB ikun marbut mal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Eworpea –, jitlob lill-istituzzjoni kkonċernata, jiġifieri lill-Bank Ċentrali Ewropew, tneħħi l-immunità ta’ din il-persuna?

5)

L-eżistenza ta’ interess tal-Unjoni Ewropea, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll (Nru 7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, għandha dejjem tkun direttament marbuta mad-deċiżjonijiet adottati jew mal-atti mwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea? Fil-fatt, tali uffiċjal jista’ jkun is-suġġett ta’ att proċedurali kriminali jekk l-akkuża tiegħu ma tkunx marbuta mal-funzjonijiet tiegħu fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea iżda mal-attivitajiet eżerċitati fil-kuntest tal-funzjonijiet tiegħu fi ħdan Stat Membru?


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen Sad (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Jannar 2020 – “Alti” OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-4/20)

(2020/C 77/46)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen Sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Alti” ООD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-responsabbiltà in solidum ta’ persuna rreġistrata, li tkun id-destinatarja ta’ kunsinna taxxabbli, għall-VAT li ma tkunx tħallset mill-fornitur tagħha tinkludi wkoll, minbarra d-dejn prinċipali tal-fornitur (id-dejn tal-VAT), l-obbligu anċillari li tħallas kumpens għal ħlas tardiv bir-rata tal-interessi legali fuq is-somma prinċipali, liema interessi jiddekorru mill-bidu tad-dewmien fil-ħlas mid-debitur sad-data tal-ħruġ tal-avviż tat-taxxa, li jistabbilixxiha, jew sakemm jiġi onorat dan l-obbligu?

2)

L-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112 u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali, bħall-Artikolu 16(3) tad-Danachno-osiguritelen protsesualen kodeks (il-Kodiċi Proċedurali dwar it-Taxxa u l-Assigurazzjoni), li tipprovdi li r-responsabbiltà ta’ terz fir-rigward ta’ taxxi mhux imħallsa mill-persuna taxxabbli tinkludi t-taxxi u l-interessi?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/35


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-24/20)

(2020/C 77/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Norris u I. Naglis, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2019/1754 (1) tas-7 ta’ Ottubru 2019 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi;

tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2019/1754 sa fejn dan jinkludi riferimenti għall-Istati Membri, jew, alternattivament, tannulla l-Artikolu 4 kollu kemm huwa jekk ir-riferimenti għall-Istati Membri ma jistgħux jiġu separati mill-kumplament tal-artikolu;

iżżomm l-effetti tal-partijiet tad-Deċiżjoni 2019/1754 li ġew annullati, b’mod partikolari kull użu tal-awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 3, implimentati qabel id-data tas-sentenza mill-Istati Membri li huma attwalment parti għall-Ftehim ta’ Lisbona tal-1958, sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli li ma għandux jaqbeż sitt xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza, ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lil Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 218(6) u 293(1) TFUE, tal-prinċipju ta’ għoti ta’ kompetenzi previst fl-Artikolu 13(2) TUE u tal-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali u tad-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata mingħajr proposta tal-Kummissjoni.

It-tieni motiv, ippreżentat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2(1) u 207 TFUE u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, sa fejn il-Kunsill eċċeda s-setgħa tiegħu billi ta’ awtorizzazzjoni li hija ġenerali, permanenti u mhux iġġustifikata debitament.


(1)  ĠU 2019, L 271, p. 12


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/36


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal correctionnel de Saint-Brieuc - Chambre détachée de Guingamp - Franza) – Procureur de la République vs Tugdual Carluer, Yann Latouche, Dominique Legeard, Thierry Leleu, Dimitri Pinschof, Brigitte Plunian, Rozenn Marechal

(Kawża C-115/18) (1)

(2020/C 77/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 152, 30.04.2018


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/36


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – proċedura mibdija minn Humbert Jörg Köfler, Wolfgang Leitner, Joachim Schönbeck, Wolfgang Semper vs Bezirkshauptmannschaft Murtal, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

(Kawża C-297/18) (1)

(2020/C 77/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 27.08.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/37


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – kawża mressqa minn ZR, AR, BS vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

(Kawża C-712/18) (1)

(2020/C 77/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 122 tal-1.4.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/37


Digriet tal-President tal-Qorti tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark – l-Awstrija) – kawża mressqa minn ZR, BS, AR vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

(Kawża C-713/18) (1)

(2020/C 77/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 122, 01.04.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/37


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – proċedura mibdija minn DY vs Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

(Kawża C-138/19) (1)

(2020/C 77/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/38


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – kawża mressqa minn DY

(Kawża C-139/19) (1)

(2020/C 77/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/38


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Larnakas - Ċipru) – Kypriaki Kentriki Archi vs GA

(Kawża C-154/19) (1)

(2020/C 77/54)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/38


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Steiermark - l-Awstrija) – Kawża mressqa minn DX vs Bürgermeister der Stadt Graz, fil-preżenza ta’: Finanzpolizei

(Kawża C-227/19) (1)

(2020/C 77/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 213, 24.06.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart - il-Ġermanja) – Eurowings GmbH vs GD, HE, IF

(Kawża C-334/19) (1)

(2020/C 77/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/39


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers - il-Belġju) – X vs État belge

(Kawża C-672/19) (1)

(2020/C 77/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 04.11.2019.


Il-Qorti Ġenerali

9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – PV vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-786/16 u T-224/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Sensiela ta’ deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrent - Talbiet għal assistenza - Proċedura dixxiplinari - Revoka - Irtirar tar-revoka - Proċedura dixxiplinari ġdida - Revoka ġdida”)

(2020/C 77/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u I. Melo Sampaio, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, fl-ewwel lok, għall-konstatazzjoni li r-rikorrent kien vittma ta’ fastidju psikoloġiku, fit-tieni lok, għall-annullament, prinċipalment, fil-Kawża T-786/16, tar-rapporti ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-snin 2014, 2015 u 2016, tad-deċiżjonijiet tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) tal-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju u tal-5 ta’ Lulju 2016 dwar tnaqqis mis-salarju tar-rikorrent u tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2016 li tiċħad l-ilmenti ppreżentati kontra dawn id-deċiżjonijiet, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel mill-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-21 ta’ Ġunju 2016 li tinforma lir-rikorrent li kellu dejn ta’ ammont ta’ EUR 33 593.88, tad-deċiżjoni tal-PMO tal-11 ta’ Lulju 2016 li tissospendi s-salarju tar-rikorrent mill-1 ta’ Lulju 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-ilment ippreżentat kontra dawn id-deċiżjonijiet, tad-deċiżjoni ta’ revoka tas-26 ta’ Lulju 2016, tan-nota mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ tal-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2016 li tħabbar l-intenzjoni li jikkunsidra l-assenzi tiegħu għall-perjodu mit-2 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju 2016 bħala irregolari u għat-tnaqqis korrispondenti mis-salarju tiegħu, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tad-dejn globali mill-PMO tal-21 ta’ Settembru 2016 li tinforma lir-rikorrent li kellu dejn ta’ ammont ta’ EUR 42 704.74 u tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Jannar 2017 li tiċħad l-ilment kontra din l-ittra, tan-nota ta’ debitu tal-20 ta’ Lulju 2017 u tad-deċiżjoni tad-29 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-ilment kontra din in-nota u l-proċedura dixxiplinari CMS 13/087, u fil-Kawża T-224/18, tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċeduri dixxiplinari CMS 17/025, tal-messaġġi elettroniċi li jistiednu lir-rikorrent sabiex jieħu sehem fil-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-snin 2016 u 2017, tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2017 ta’ riintegrazzjoni tar-rikorrent wara l-irtirar tad-deċiżjoni ta’ revoka li tikkonċernah u tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Jannar 2018 ta’ ċaħda tal-ilment kontra din id-deċiżjoni, tad-deċiżjoni tal-PMO tat-12 ta’ Settembru 2017 li teffettwa l-kumpens bejn in-nota ta’ debitu tal-20 ta’ Lulju 2017 u s-salarji mhux imħallsa lir-rikorrent għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment kontra dik id-deċiżjoni u tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni tas-salarju tar-rikorrent mill-1 ta’ Ottubru 2017 u, sussidjarjament, fil-Kawża T-786/16, tal-opinjonijiet mediċi tas-27 ta’ Ġunju u tal-10 ta’ Ottubru 2014, tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet għal assistenza tat-23 ta’ Ottubru 2014, tal-20 ta’ Jannar, tal-20 ta’ Marzu u tat-30 ta’ Lulju 2015 u tal-15 ta’ Marzu u tat-18 ta’ Mejju 2016, tad-deċiżjonijiet ta’ tnaqqis mis-salarji tad-9 ta’ Frar, tat-30 ta’ Marzu, tal-5 ta’ Mejju, tal-24 ta’ Ġunju, tal-1 ta’ Ottubru u tat-12 ta’ Novembru 2015, tal-15 ta’ Jannar, tat-22 ta’ April, tal-31 ta’ Mejju, tal-5 ta’ Lulju, tal-11 ta’ Lulju u tal-15 ta’ Settembru 2016 u tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti kontra dawn id-deċiżjonijiet, tal-ittri ta’ dejn tal-10 ta’ Marzu, tal-11 ta’ Mejju, tal-10 ta’ Ġunju, tal-11 ta’ Awwissu, tat-13 ta’ Novembru u tad-9 ta’ Diċembru 2015 u tat-18 ta’ Lulju 2016, tad-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-12 ta’ Marzu, tal-11 ta’ Awwissu u tat-13 ta’ Ottubru 2015, tas-7 ta’ Ġunju u tal-21 ta’ Settembru 2016 dwar l-ilmenti magħmula b’rabta mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni, tan-noti mediċi tal-kontrollur mediku tal-Kummissjoni li kkonstataw li ma deherx għall-eżami mediku tas-16 u tat-18 ta’ Lulju, tat-8 ta’ Awwissu, tal-4 ta’ Settembru u tal-4 ta’ Diċembru 2014, tal-4 ta’ Frar, tat-13 ta’ April, tal-4 ta’ Ġunju, tal-11 ta’ Awwissu, tal-14 ta’ Ottubru u tal-4 ta’ Diċembru 2015, tal-5 ta’ Frar, tat-22 ta’ Marzu, tat-18 ta’ April, tat-3 ta’ Ġunju, tat-30 ta’ Ġunju u tal-25 ta’ Lulju 2016, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tal-14 ta’ Lulju 2016 dwar assenza mhux ġustifikata fis-16 u fis-17 ta’ Marzu 2016 u, fit-tielet lok, kemm fil-Kawża T-786/16 kif ukoll fil-Kawża T-224/18, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

PV huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawżi T-224/18 R u T-224/18 R II.


(1)  ĠU C 123, 9.4.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – CBA Spielapparate- und Restaurantbetrieb vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/17) (1)

(“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati mal-proċedura amministrattiva li tirrigwarda allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Awstrijaċi favur il-proprjetarji ta’ konċessjoni abbażi tal-liġi dwar il-logħob tal-azzard - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu - Interess pubbliku superjuri - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2020/C 77/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Schuster, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar, F. Erlbacher u K. Blanck, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u D. Moore, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 249 finali, tat-13 ta’ Jannar 2017, li tiċħad it-talba għal aċċess għad-dokumenti relattivi għall-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat irreġistrata bir-referenza SA.40224 [2014/CP], abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CBA Spielapparate- und Restaurantbetrieb GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 151, 15.5.2017.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/18) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż magħmula mil-Litwanja - Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa - Żvilupp rurali - Sistema ta’ kontroll tal-kundizzjonalità - Kontroll amministrattiv - Kontroll fuq il-post - Kwalità tal-kontrolli - Kwalità tal-applikanti - Kundizzjonijiet maħluqa artifiċjalment - Natura raġonevoli tal-ispejjeż - Spejjeż magħmula fil-kuntest ta’ proġetti - Analiżi tar-riskji - Fatturi ta’ riskji - Tolleranza fil-qasam ta’ sanzjonijiet mhux previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni - Sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ sanzjonijiet wisq klementi - Data statistika ta’ annwali ta’ kontroll”)

(2020/C 77/60)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: R. Dzikovič, V. Vasiliauskienė, M. Palionis u A. Dapkuvienė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sauka, A. Steiblytė u J. Jokubauskaitė, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, O. Serdula, J. Vláčil u S. Šindelková, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2014 tat-8 ta’ Novembru 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 292, p. 61), sa fejn tipprevedi li timponi fuq ir-Repubblika tal-Litwanja korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 9 745 705,88 f’dak li jikkonċerna spejjeż fil-kuntesti tal-FEAŻR u korrezzjoni finanzjarja ta’ EUR 546 351,91 f’dak li jikkonċerna spejjeż fil-kuntest tal-FAEG u tal-FAEŻR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Litwanja, minbarra l-ispejjeż tagħha għandha tbati dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/18) (1)

(“FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq effettwat mill-Portugall - Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Kunċett ta’ qorti nazzjonali”)

(2020/C 77/61)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, P. Estêvão, J. Saraiva de Almeida u P. Barros da Costa, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/304 tas-27 ta’ Frar 2018 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU 2018, L 59, p. 3), sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ammont ta’ EUR 1 052 101,05 relatat ma’ nfiq iddikjarat mir-Repubblika Portugiża

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 249, 16.7.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Aquino et vs Il-Parlament

(Kawża T-402/18) (1)

(copier mots-clés)

(2020/C 77/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Aquino (Brussell, il-Belġju) u l-25 rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fil-anness tas-sentenza (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau, T. Lazian u E. Taneva, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 tad-Direttur Ġenerali tal-persunal tal-Parlament dwar ir-rekwiżizzjoni ta’ interpreti u ta’ interpreti għall-konferenzi għat-3 ta’ Lulju kif ukoll tad-deċiżjonijiet ulterjuri tad-Direttur Ġenerali tal-persunal tal-Parlament dwar ir-rekwiżizzjoni ta’ interpreti u ta’ interpreti għall-konferenzi għall-4, 5, 10 u 11 ta’ Lulju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-danni morali stmati ex æquo et bono għal EUR 1 000 kull persuna li r-rikorrenti allegatament batew minħabba dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju tad-Direttur Ġenerali tal-persunal tal-Parlament dwar rekwiżizzjoni ta’ interpreti u ta’ interpreti għall-konferenzi għat-3 ta’ Lulju 2018 hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 500 kull wieħed lil Barbara Carli-Ganotis, Claudine de Seze, Maria Corina Diaconu Olszewski, Maria Provata, Irène Sevastikoglou u Benedetta Tissi.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-kumplament.

4)

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti rekwiżizzjonati bid-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018, inklużi dawk relattivi għall-proċedura għall-miżuri sommarji u dawk relattivi għall-intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

5)

Ir-rikorrenti rekwiżizzjonati bid-deċiżjonijiet qabel il-preżentata tar-rikors għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

6)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 364 tat-8.10.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – Grupo Textil Brownie vs EUIPO – The Guide Association (BROWNIE)

(Kawża T-598/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali BROWNIE - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti BROWNIES, BROWNIE, Brownies u Brownie - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2020/C 77/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Textil Brownie, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: D. Pellisé Urquiza u J. C. Quero Navarro, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno, A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Guide Association (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, u M. Jhittay, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Lulju 2018 (Każ R 2680/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Guide Association u Grupo Textil Brownie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grupo Textil Brownie, SL hija kkundannta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Aldi vs EUIPO – Titlbach (ALTISPORT)

(Kawża T-697/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva ALTISPORT - Trade marks internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALDI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Paragun tal-prodotti u tas-servizzi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 77/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aleš Titlbach (Meziboří, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2683/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi u M. Titlbach.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2683/2017-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“ġugarelli” li jaqgħu taħt il-klassi 28 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Volkswagen vs EUIPO (CROSS)

(Kawża T-42/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CROSS - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 - Ugwaljanza ta’ trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 77/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider, S. Hanne u E. Markakis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2018 (Każ R 2500/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CROSS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2020 – Vinos de Arganza vs EUIPO – Nordbrand Nordhausen (ENCANTO)

(Kawża T-239/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ENCANTO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BELCANTO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 77/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vinos de Arganza, SL (Toral de los Vados, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Nordbrand Nordhausen GmbH (Nordhausen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2019 (Każ R 392/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nordbrand Nordhausen u Vinos de Arganza.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vinos de Arganza, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – BZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-336/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Tkeċċija minħabba inkapaċità manifesta - Proporzjonalità - Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Responsabbiltà”)

(2020/C 77/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u M. Brauhoff, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2018 li għandha bħala suġġett it-tkeċċija tar-rikorrenti minħabba inkapaċità manifesta wara rapport dwar il-perijodu ta’ prova antiċipat u, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni materjali u morali li allegatament sofriet ir-rikorrenti minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2018 li għandha bħala suġġett it-tkeċċija ta’ BZ hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2020 – Julius Sämann vs EUIPO – Maharishi Vedic University (Rappreżentazzjoni ta’ siġra)

(Kawża T-559/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta siġra - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u internazzjonali li jirrappreżentaw ‘arbre magique’ (siġra maġika) - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbilta ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ dannu lir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

(2020/C 77/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Julius Sämann Ltd (Thayngen, l-Isvizzera) (rappreżentant: D. Parrish, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Kompari, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maharishi Vedic University Ltd (L-Imġarr, Malta) (rappreżentant: L. Prehn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Mejju 2019 (Każ R1743/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Julius Sämann u Maharishi Vedic University.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Julius Sämann Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328 tat-30.9.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – Daimler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-751/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Irtirar tat-tnaqqis iċċertifikat tal-emissjonijiet ta’ CO2 - Skema tal-ekoinnovazzjonijiet - Regolament (KE) Nru 443/2009 - Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżura preparatorja - Inammissibbiltà”)

(2020/C 77/69)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Daimler AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Wimmer, C. Arhold u G. Ollinger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Becker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra Ares(2018) 5413709 tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Ottubru 2018, li tikkomunika l-irtirar tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 miksub permezz ta’ ekoinnovazzjonijiet mogħtija lill-vetturi ta’ Daimler AG mgħammra bl-alternaturi ta’ rendiment għoli Bosch HED EL 7150 u 175 plus.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Daimler AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93 tal-11.3.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Clem & Jo Optique vs EUIPO – C&A (C&J)

(Kawża T-125/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 77/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clem & Jo Optique SARL (Cormicy, Franza) (rappreżentant: N. Hausmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C&A AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 1252/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C&A u Clem & Jo Optique.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Clem & Jo Optique hija kkundannata għall-ispejjeż tagħhha kif ukoll ta’ dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

C&A AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 148 tad-29.4.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2020 – Hemp Foods Australia vs EUIPO – Cabrejos (Sativa)

(Kawża T-128/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ inklużjoni tal-bdil tal-proprjetarju fir-reġistru internazzjonali - Assenza ta’ locus standi - Inammissibbiltà”)

(2020/C 77/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hemp Foods Australia Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja) (rappreżentanti: M. Holah u P. Brownlow, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: César Raúl Dávila Cabrejos (Lima, il-Peru) (rappreżentant: L. Estropá Navarro, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2018 (Każ R 1041/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C. R. D. Cabrejos u Raw With Life Pty Ltd as Trustee for Benhaim Trading Trust.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Hemp Foods Australia Pty Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 27.05.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Deutsche Telekom vs Il-Parlament u l-Kunsill

(Kawża T-161/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Prezz bl-imnut iffatturat lill-konsumaturi għall-komunikazzjonijiet irregolati ġewwa l-Unjoni - Regolament (UE) 2018/1971 - Att leġiżlattiv - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 77/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, B. Langeheine u J. Blanco Carol, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. van de Westelaken, M. Peternel u C. Biz, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana u I. Gurov, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU 2018, L 321, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Deutsche Telekom AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Deutsche Telekom, il-Parlament, il-Kunsill, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Telefónica u Telefónica de España vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-162/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi - Prezzijiet bl-imnut iffatturati lill-konsumaturi għall-komunikazzjonijiet irregolati ġewwa l-Unjoni - Regolament (UE) 2018/1971 - Att leġiżlattiv - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)

(2020/C 77/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) u Telefónica de España, SAU (Madrid) (rappreżentanti: F. González Díaz, B. Langeheine u J. Blanco Carol, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. van de Westelaken, M. Peternel u C. Biz, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Segnana u I. Gurov, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU 2018, L 321, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Telefónica, SA u Telefónica de España, SAU għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll dawk sosnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Telefónica, Telefónica de España, il-Parlament, il-Kunsill, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/53


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Qualcomm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/19)

(2020/C 77/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Qualcomm, Inc. (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Davilla, M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, u M. English, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5361 final;

tannulla jew, sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment l-ammont tal-multa imposta;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħmistax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tirriżulta minn irregolaritajiet serji fil-proċedura li ppreġudikaw b’mod irrimedjabbli d-drittjiet tad-difiża ta’ Qualcomm.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, sa fejn hija ddefendiet is-suq rilevanti u bil-konstatazzjoni tagħha tal-pożizzjoni dominanti ta’ Qualcomm, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-fatt u fil-liġi kif ukoll b’nuqqas ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi ma applikatx il-kriterju legali rilevanti, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti ta’ liġi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li t-teorija dwar l-ipprezzar predatorju żviluppata fid-deċiżjoni kkontestata ma hijiex loġika u ma hija bl-ebda mod sostnuta bi provi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti kif ukoll b’nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mod kif hija tibni mill-ġdid l-allegati prezzijiet “effettivament imħallsa”.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-allokazzjoni tal-ispejjeż mhux rikorrenti ta’ inġenjerija li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata hija manifestament mhux korretta.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li, manifestament, id-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tistabbilixxi livell ta’ nfiq xieraq.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li l-analiżi tal-prezzijiet u tal-infiq li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata hija manifestament mhux korretta.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-fatt li, sa fejn hija tikkonstata li l-prezzijiet ipprattikati minn Qualcomm eskludew lil Icera u kkawżaw ħsara lill-konsumaturi, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti fid-dritt u ta’ evalwazzjoni.

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata tikkonstata b’mod żbaljat li l-prezzijiet ipprattikati minn Qualcomm kienu jimplimentaw pjan maħsub sabiex jeskludi lil Icera.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi ċaħdet il-ġustifikazzjoni oġġettiva, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni u b’nuqqas ta’ motivazzjoni.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata dwar it-tul ta’ żmien tal-ksur allegat huma manifestament mhux korretti.

14.

L-erbatax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti sa fejn hija timponi multa kif ukoll fid-determinazzjoni tal-ammont ta’ din il-multa.

15.

Il-ħmistax-il motiv ibbażat fuq il-fatt li, sa fejn hija tikkonstata l-kompetenza tal-Kummissjoni u l-allegati effetti fuq il-kummerċ, id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żbalji manifesti fid-dritt, fil-liġi u ta’ evalwazzjoni, kif ukoll b’nuqqas ta’ motivazzjoni.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/54


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2019 – Worldwide Spirits Supply vs EUIPO – Melfinco (CLEOPATRA QUEEN)

(Kawża T-870/19)

(2020/C 77/75)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Worldwide Spirits Supply, Inc. (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: S. Demetriou, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Melfinco S.A. (Schaan, il-Liechtenstein)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea CLEOPATRA QUEEN – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 027 338

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 1820/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali għandha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirrevoka d-deċiżjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità, billi tiddikjaraha nulla u bla effett;

alternattivament,

tbiddel sostanzjalment il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, hekk li r-rikorrenti għandha tkun mistiedna tipproduċi provi ta’ użu ġenwin jew inkella tkun mistiedna sabiex tasal għal ftehim bonarju ma’ Melfinco S.A. fil-kuntest ta’ koeżistenza.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/55


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2020 – Forbo Financial Services vs EUIPO – Windmöller (Canoleum)

(Kawża T-3/20)

(2020/C 77/76)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Forbo Financial Services AG (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Fröhlich, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Windmöller GmbH (Augustdorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Canoleum – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 736 548

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2019 fil-Każ R 773/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tad-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 104 u tal-Artikolu 97(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/56


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/20)

(2020/C 77/77)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Pavliš, J. Očková u J. Vláčil, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1835 tat-30 ta’ Ottubru 2019 sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa mġarrba mir-Repubblika Ċeka fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fir-rigward tal-miżuri M14 b’rabta mas-snin finanzjarji 2017, 2018 u 2019 għall-ammont totali ta’ EUR 35 109,02, kif ukoll tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motiv segwenti:

Il-motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Il-Kummissjoni bbażat korrezzjoni finanzjarja fuq allegat ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri l-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 809/2014”). Madankollu, ma kienx hemm ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Tabilħaqq, il-Kummissjoni ssotni b’mod żbaljat li l-bidu taż-żjara ta’ verifika fl-ewwel impriża agrikola tal-benefiċjarju jimplika t-tħabbir impliċitu ta’ verifiki sussegwenti, u dan it-tħabbir impliċitu għandu l-istess konsegwenzi daqslikieku kien tħabbir reali ta’ kontroll fis-sens tal-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 809/2014.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/56


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2020 – Buxadé Villalba et vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-32/20)

(2020/C 77/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jorge Buxadé Villalba, María Esperanza Araceli Aguilar Pinar u Hermann Tertsch Del Valle-Lersundi (rappreżentanti: M. Castro Fuertes, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li jiġu rrikonoxxuti Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres bħala membri tal-Parlament Ewropew;

tordna l-waqfien ta’ kwalunkwe effett ta’ tali status u l-annullament ta’ kwalunkwe effett diġà prodott;

tordna t-tmiem ta’ kwalunkwe kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi ffirmat minnn Carles Puigdemont i Casamajó u Antoni Comín i Oliveres ma’ assistenti, konsulenti, staġisti jew terzi;

tikkundanna lil Carles Puigdemont i Casamajó u lil Antoni Comín i Oliveres sabiex jirrimborsaw l-ammonti kollha li rċevew mill-Parlament Ewropew fl-istatus illeġittimu tagħhom ta’ Membri tal-Parlament Ewropew għal kwalunkwe raġuni u għal kwalunkwe ammont, u ta’ dawk imħallsa mill-Parlament Ewropew lil terzi għal kwalunkwe kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi ma’ assistenti, konsulenti, staġisti jew terzi.

sussidjarjament, tiddikjara l-inkompatibilità tal-pożizzjoni ta’ Parlamentari Ewropew ma’ dik ta’ membru tal-Asamblea legislativa de la Comunidad Autónoma (l-Assemblea Leġislattiva tal-Komunità Awtonoma) u tiddikjara li ma għandhom l-ebda dritt li jirċievu xi remunerazzjoni mit-2 ta’ Lulju 2019 sad-data ta’ bidu tal-funzjonijiet tagħhom, u tordna rimbors flimkien ma’ interessi moratorji, fil-każ li rċevew xi ammont;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż fil-każ li tintlaqa’ t-talba.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 8 u 12 tal-Att dwar l-Elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Settembru 1976, flimien mal-leġiżlazzjoni elettorali Spanjola.

Huwa allegat f’dan ir-rigward li, konformement mal-imsemmi att, il-proċedura elettorali Ewropea għandha tkun irregolata, f’kull Stat Membru, mid-disposizzjonijiet nazzjonali u li, konsegwentement, l-Artikoli 219 sa 224 tal-Ley Orgánica del Régimen Electoral General (il-Liġi Organika tas-Sistema Elettorali Ġenerali) huma applikabbli. Speċifikament, din l-aħħar dispożizzjoni tipprevedi li fi żmien ħamest ijiem il-kandidati eletti jridu jieħdu ġurament jew iwiegħdu solennement li josservaw il-Kostituzzjoni, jew inkella s-siġġu jkun iddikjarat vakanti. Madanakollu, C. Puigdemont u A. Comín qatt ma dehru quddiem il-Junta Electoral Central (il-Bord Elettorali Ċentrali, Spanja) sabiex jieħdu l-ġurament jew iwiegħdu li jikkonformaw mal-Kostituzzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew.

F’dan ir-rigward, huwa allegat li ma ġiet sottomessa l-ebda konferma mill-awtorità kompetenti Spanjola li tikkomunika li C. Puigdemont u A. Comín wettqu l-fomalitajiet dwar l-osservanza tal-Kostituzzjoni, li huma bħal kundizzjoni sospensiva għall-istatus tagħhom bħala membri eletti. Konsegwentement, l-azzjoni tal-Parlament Ewropew tikser, fil-fehma tar-rikorrenti, l-Att Elettorali Ewropew, jindaħal fuq il-kompetenzi sovrani tal-Istati Membri u jqiegħed f’nuqqas totali ta’ legalità u validità kwalunkwe ftehim li jkun adottat mill-Parlament Ewropew fil-plenarja jew fil-kumitati, fejn jistgħu jieħdu sehem C. Puigdemont u A. Comín.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-irrilevanza, bħala effett tan-nullità tal-att tal-Parlament Ewropew, tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Diċembru 2019, mogħtija fil-Kawża C-502/19, Junqueras Vies.

Huwa allegat f’dan ir-rigward li C. Puigdemont u A. Comin qatt ma kienu f’sitwazzjoni ta’ arrest preventiv, u li l-imsemmija persuni jgawdu biss l-immunità mill-proklamazzjoni tagħhom ta’ membri eletti, iżda ma għandhomx l-istatus sħiħ ta’ Membru tal-Parlament Ewropew, għax ma wettqux il-formalitajiet kollha previsti mill-proċedura elettorali Spanjola.

4.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 7(3) u (4) tal-Att Elettorali Ewropew, sa fejn hemm kawża ta’ inkompatibbiltà prevista fil-leġiżlazzjoni elettorali Spanjola [l-Artikolu 211(2)(d) tal-Ley Orgánica del Régimen Electoral General (il-Liġi Organika tas-Sistema Elettorali Ġenerali)].

Huwa f’dan il-każ allegat li, konformement mal-leġiżlazzjoni Ewropea, kull Stat Membru jista’ jestendi l-inkompatibbiltajiet previsti fuq livell nazzjonali għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, li d-dispożizzjoni tad-dritt elettorali nazzjonali msemmija iktar ’il fuq tipprevedi l-inkompatibilità ta’ dawk li huma membri tal-Assemblej Leġiżlattivi tal-Komunitajiet Awtonomi, u li C. Puigdemont u A. Comín waqfu milli jkunu membri tal-Parlament ta’ Cataluña fis-7 ta’ Jannar 2020.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/58


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2020 – Datenlotsen Informationssysteme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/20)

(2020/C 77/79)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Datenlotsen Informationssysteme GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lübbig, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Settembru 2019 dwar il-miżura SA.34402 – 2015/C (ex 2015/NN) tal-Ġermanja favur Hochschul-Informations-System GmbH (Dokument tal-Kummissjoni C(2019) 6836 final);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

1.

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba applikazzjoni ta’ kriterju ta’ evalwazzjoni li huwa inkompatibbli mal-ġurisprudenza sabiex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet ta’ Hochschul-Informations-System GmbH (iktar ’il quddiem “HIS”) humiex ta’ natura ekonomika, sa fejn il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kontenut tal-“kriterju ta’ inseparabbiltà” u tas-sinjifikat awtonomu tal-“kriterju ta’ konnessjoni”.

2.

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li l-attivitajiet ta’ HIS għall-universitajiet pubbliċi Ġermaniżi ġew ikkwalifikati bħala mhux ekonomiċi;

3.

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li ma saritx distinzjoni bejn id-diversi oqsma tal-attivitajiet ta’ HIS.

4.

Ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (1) minħabba li l-għajnuna diretta ġiet ikklassifikata bħala “għajnuna eżistenti” abbażi tal-eżistenza ta’ suq fl-1976.

5.

Ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tal-applikabbiltà tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 għal sitwazzjonijiet li ma jinvolvux liberalizzazzjoni.

6.

Ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 minħabba li l-għajnuna diretta ġiet ikklassifikata bħala “għajnuna eżistenti” abbażi ta’ miżuri li kienu suġġetti għal bidla sostanzjali.

7.

Ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u tal-Artikolu 1(b)(v) tar-Regolament 2015/1589 minħabba li l-għajnuna diretta ġiet ikklassifikata bħala “skema ta’ għajnuna” peress li kien hemm effettivament serje ta’ għotjiet ta’ għajnuna individwali approvati annwalment.

8.

Ksur tad-dritt għal smigħ fi żmien xieraq bħala parti mid-dritt għal “amministrazzjoni tajba” skont l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/59


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2020 – Lotto24 vs EUIPO (LOTTO24)

(Kawża T-38/20)

(2020/C 77/80)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Lotto24 AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: Rechtsanwalt O. Brexl)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni figurattiva LOTTO24 bil-kuluri oranġjo (Pantone 130) u aħmar (Pantone 1807) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 996 822

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 1216/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/60


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2020 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/20)

(2020/C 77/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Marzu 2019 meħuda sabiex teżegwixxi s-sentenza tad-29 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-811/16;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu materjali kkawżat lir-rikorrent, is-somma ta’ EUR 50 000 kif ukoll is-somma ta’ EUR 7 000, bla ħsara għal żidiet fil-mori tal-kawża, bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-avviż għall-kompetizzjoni mill-bord tal-għażla sa fejn il-kriterji ta’ ammissjoni li adotta jirrestrinġu illegalment il-portata tal-imsemmi avviż. Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li billi adotta kriterji ta’ ammissjoni li jkollhom bħala effett li jeskludu t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ esperjenza komparabbli għal dik tar-rikorrent, esperjenza li hija għaldaqstant komparabbli mar-rekwiżiti tal-avviż għall-kompetizzjoni, il-bord kiser dan l-avviż.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li vvizzjaw id-deċiżjoni kkontestata u li jirrigwardaw il-kwistjoni li jsur magħruf jekk l-esperjenza professjonali tar-rikorrent hijiex marbuta man-natura tal-funzjonijiet deskritti fl-avviż għall-kompetizzjoni.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/60


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2020 – KRBL vs EUIPO – P.K. Overseas (INDIA SALAM Pure Basmati Rice)

(Kawża T-45/20)

(2020/C 77/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KRBL Ltd (Delhi, l-Indja) (rappreżentant: P. Strickland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: P.K. Overseas Pte Ltd (Singapor, Singapor)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva “INDIA SALAM Pure Basmati Rice” bl-indikazzjonijiet ta’ kulur kannella ċar, sepja u isfar bajdani li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 126 413 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2019 fil-Każ R 766/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors u tirrifjuta l-applikazzjoni;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-13 ta’ Frar 2019 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 201 385;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2020 – La Marchesiana vs EUIPO – Marchesi 1824 (MARCHESI)

(Kawża T-35/18) (1)

(2020/C 77/83)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/62


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2020 – Avio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/18) (1)

(2020/C 77/84)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/62


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2020 – Bartolomé Alvarado u Grupo Preciados Place vs EUIPO – Alpargatas (ALPARGATUS PASOS ARTESANALES)

(Kawża T-606/19) (1)

(2020/C 77/85)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.