ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 20

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
21ta' Jannar 2020


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 20/01

DWANA u FLEGT Gwida ta’ implimentazzjoni Sommarju pubbliku

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2020/C 20/02

Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid‐Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

15

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 20/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-20 ta' Jannar 2020

16

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2020/C 20/04

Proċedimenti ta’ stralċ Deċiżjoni li tirrevoka l-liċenzja biex EuroAmerican Insurance Company AD twettaq negozju fl-assigurazzjoni

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 20/05

Avviż ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja

18

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2020/C 20/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9641 — SNAM/FSI/OLT) ( 1 )

34


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/1


DWANA u FLEGT

Gwida ta’ implimentazzjoni

Sommarju pubbliku

(2020/C 20/01)

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà

Dan id-dokument qed jingħata bħala servizz għall-partijiet interessati. Il-gwida mhijiex vinkolanti u ma tirrappreżentax l-opinjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ma għandha titqies bħala parir legali.

Werrej

1.

Introduzzjoni 2

2.

Importazzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam FLEGT - prinċipji bażiċi 2

3.

Rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet 4

3.1.

Assistenza teknika għall-uffiċjali u s-servizzi responsabbli mill-verifiki tal-kunsinni 5

3.2.

Komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet matul il-kontrolli 6

3.3.

L-injam CITES u FLEGT 6

3.4.

Merkanzija kummerċjali u merkanzija mhux kummerċjali 6

3.5.

Kontrolli taħt Proċeduri Doganali Simplifikati 7

3.6.

Trattament ta’ liċenzji f’kunsinni maqsuma 7

3.7.

Pajjiż Imsieħeb tal-esportazzjoni 8

3.8.

Verifika ta’ liċenzji FLEGT 8

3.9.

Rimi ta’ injam konfiskat 8
Anness I – Glossarju 9
Anness II – Qafas Legali 12
L-Anness III - Komunikazzjoni 14

1.   Introduzzjoni

Il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam huwa problema globali b’impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali negattiv sinifikanti. Abbażi tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) (1) l-Unjoni Ewropea (UE) adottat leġiżlazzjoni FLEGT (2) sussegwenti li tistabbilixxi skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet tal-injam u l-prodotti tal-injam fl-UE. Dan il-qafas legali jistabbilixxi sistema ta’ kontroll għal ċerti prodotti tal-injam esportati minn pajjiżi li jkunu kkonkludew Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (VPA) mal-UE. Il-prodotti tal-injam esportati minn dawk il-pajjiżi jridu jkunu koperti minn liċenzja FLEGT maħruġa f’Pajjiż Imsieħeb li jiżgura l-legalità tal-injam (jiġifieri li jkun prodott minn injam domestiku li kien maħsud legalment jew minn injam li kien maħsud legalment f’pajjiż terz u importat fil-Pajjiż Imsieħeb skont il-liġijiet nazzjonali fil-pajjiż imsieħeb). Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, id-Dwana ma tistax tirrilaxxa għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa prodotti tal-injam li huma soġġetti għal din l-iskema sakemm liċenzja FLEGT ma tiġix ippreżentata u aċċettata mill-Awtorità Kompetenti fl-Istat Membru.

L-għan ewlieni ta’ dawn il-Linji Gwida huwa li jingħata appoġġ lid-Dwana u lill-Awtoritajiet kompetenti tal-FLEGT biex iwettqu l-kompiti tagħhom b’mod effettiv skont il-leġiżlazzjoni FLEGT2, li tistabbilixxi skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjonijiet tal-injam u l-prodotti tal-injam fl-UE u l-miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tagħha. B’mod partikolari, il-Linji Gwida għandhom l-għan li jipprovdu approċċ komuni lejn l-armonizzazzjoni tal-implimentazzjoni permezz ta’:

Il-ħolqien ta’ approċċ xieraq, rakkomandat u, fejn possibbli, komprensiv għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni FLEGT mid-Dwana u mill-Awtoritajiet Kompetenti tal-FLEGT.

It-twaqqif ta’ rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti.

Għaldaqstant id-dokument huwa strutturat kif ġej:

1.

L-introduzzjoni, fejn id-dokument jiġi ppreżentat;

2.

L-importazzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam FLEGT — prinċipji bażiċi, fejn tingħata deskrizzjoni tal-proċess tal-importazzjoni;

3.

Ir-rakkomandazzjoni għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet, fejn huma ssuġġeriti ftehimiet nazzjonali, jiġu analizzati kwistjonijiet speċifiċi u jingħataw eżempji;

4.

L-Annessi I, II u III, fejn huma inklużi t-terminoloġija u d-dispożizzjonijiet legali bħala referenza.

Dawn il-Linji Gwida ġew abbozzati fi żmien xieraq qabel ma l-ewwel VPA beda jopera sabiex l-awtoritajiet doganali jingħataw mill-bidu nett il-gwida meħtieġa għal dan il-kompitu ġdid. Dawn il-linji gwida issa huma aġġornati abbażi tal-esperjenza prattika miksuba bl-implimentazzjoni tal-ewwel skema ta’ liċenzjar FLEGT mal-Indoneżja, li bdiet topera fil-15 ta’ Novembru 2016.

Il-Linji Gwida jistgħu jiġu rieżaminati abbażi ta’ esperjenza prattika ulterjuri wara l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ liċenzjar FLEGT minn pajjiżi Imsieħba oħra u wara kull bidla fil-qafas legali. Il-Linji Gwida tfasslu b’kooperazzjoni ma’ esperti tal-Istati Membri mill-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti u ma għandhomx jiġu kkunsidrati obbligatorji.

2.   Importazzjoni tal-injam u l-prodotti tal-injam FLEGT - prinċipji bażiċi

FLEGT huwa bbażat fuq qafas komprensiv li jinkludi l-Ftehimiet ta’ Sħubija Volontarja (VPAs) bejn l-UE u l-Pajjiżi Imsieħba dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali tal-injam u l-prodotti tal-injam minn naħa u l-Leġiżlazzjoni FLEGT (ir-Regolament FLEGT u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT) min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-importazzjonijiet fl-UE tal-injam u l-prodotti tal-injam mill-pajjiżi Imsieħba. Skont dan il-qafas, l-importazzjonijiet fl-UE ta’ prodotti tal-injam esportati mill-pajjiżi Imsieħba se jkunu permessi biss jekk ikunu koperti minn liċenzja FLEGT maħruġa mill-Awtorità ta’ Liċenzjar fil-Pajjiż Imsieħeb li tiċċertifika l-legalità tagħhom. Id-dwana għandha tivverifika li kunsinna tal-injam u l-prodotti tal-injam minn Pajjiż Imsieħeb tkun koperta minn liċenzja FLEGT valida meta tiġi ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Wara r-rilaxx tiegħu, l-injam FLEGT jibbenefika minn preżunzjoni ta’ konformità mar-Regolament tal-UE dwar l-Injam (3).

Fir-rigward tal-karatteristiċi tal-prodott, hemm lista ċentrali ta’ prodotti preskritti fl-Anness II tar-Regolament FLEGT li tapplika għall-VPAs kollha u lil hinn minnhom, b’kull VPA jinkludi prodotti addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. L-Anness III tar-Regolament FLEGT jinkludi l-pajjiżi Imsieħba u l-karatteristiċi tal-prodotti rispettivi tagħhom — bħalissa l-Indoneżja biss — u għalhekk jipprovdu ċarezza legali suffiċjenti dwar il-prodotti FLEGT minn kull pajjiż Imsieħeb li għalih id-Dwana għandha tivverifika l-preżenza ta’ liċenzja FLEGT. Il-merkanzija mhux kummerċjali, il-prodotti koperti minn dokumenti CITES (4) u l-injam fi tranżitu ġo Pajjiż Imsieħeb huma eżentati milli jippreżentaw liċenzja FLEGT.

Meta jdaħħal merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-importatur irid jippreżenta dikjarazzjoni doganali u d-dikjarant jista’ jagħżel bejn diversi proċeduri doganali li jkunu mfassla sabiex jindirizzaw ħtiġijiet ekonomiċi speċifiċi. Skont il-leġiżlazzjoni FLEGT l-importazzjoni hija ddefinita bħala l-proċedura doganali “rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa” u dan jinkludi l-ħlas ta’ dazji doganali, dazji tas-sisa u, jekk applikabbli, tal-VAT għall-merkanzija. Id-dikjarant irid ukoll jikkonforma ma’ restrizzjonijiet speċifiċi li jistgħu japplikaw għall-merkanzija ddikjarata, pereżempju r-rekwiżit biex tiġi ppreżentata liċenzja FLEGT għall-injam jew il-prodotti tal-injam. Hekk kif jiġu imposti d-dazji u tingħata evidenza li l-kondizzjonijiet l-oħra kollha għall-importazzjoni tal-merkanzija huma ssodisfati, id-Dwana tirrilaxxa l-merkanzija. Il-merkanzija tbiddel l-istatus tagħha minn merkanzija mhux tal-Unjoni f’merkanzija tal-Unjoni u tkun tista’ titqiegħed fis-suq intern mingħajr preġudizzju għal kull leġiżlazzjoni applikabbli oħra.

Id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ma għandhiex neċessarjament tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali fejn jasal l-injam fl-UE. Hemm ukoll proċeduri disponibbli li jippermettu l-ħżin, l-ipproċessar jew it-trasport ta’ merkanzija taħt superviżjoni doganali. Meta l-merkanzija tiġi trasportata bejn l-Istati Membri fl-UE, id-dikjarazzjoni doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tista’ tiġi ppreżentata mal-awtoritajiet doganali fil-punt tad-destinazzjoni. L-unika proċedura doganali li teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ liċenzja FLEGT hija r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa (5).

Meta l-injam FLEGT jiġi ddikjarat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru partikolari, id-Dwana trid tiżgura li l-liċenzja FLEGT tkun ġiet approvata (6) mill-Awtorità Kompetenti fl-istess Stat Membru. Inkella d-Dwana ma tkunx tista’ tirrilaxxa l-injam. Il-proċeduri nazzjonali jistgħu jiddefinixxu kif dan jista’ jsir fil-prattika, filwaqt li l-leġiżlazzjoni FLEGT tipprevedi dawn ir-raġunijiet:

Id-dwana tista’ tidentifika l-injam FLEGT mill-pajjiż tad-dispaċċ u mill-kodiċi tas-Sistema Armonizzata magħmul minn massimu ta’ 6 ċifri. Dan se jkun rifless fl-Annessi I, II u III tar-Regolament FLEGT, debitament aġġornati, u sussegwentement integrati fit-TARIC (7).

Il-prodotti inklużi fl-Annessi A, B u C tar-Regolament tal-UE dwar il-Kummerċ ta’ Organiżmi Selvaġġi (8) (CITES (9)) huma eżentati mill-formalitajiet ta’ importazzjoni FLEGT. Eċċezzjonijiet rilevanti oħra huma l-merkanzija u l-prodotti mhux kummerċjali li jkunu għaddew mill-Pajjiż Imsieħeb taħt superviżjoni doganali. Il-VPAs jistgħu jinkludu Anness IB li jelenka l-prodotti pprojbiti milli jiġu esportati mill-Pajjiż Imsieħeb u għalhekk ma jistgħux ikunu liċenzjati bħala FLEGT u lanqas ma jistgħu jiġu importati fl-Unjoni.

Il-liċenzja FLEGT trid tiġi ppreżentata lill-Awtorità Kompetenti fl-istess Stat Membru fejn se tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Il-liċenzja FLEGT tista’ tiġi ppreżentata minn qabel, iżda mhux aktar tard mill-mument meta tkun ippreżentata d-dikjarazzjoni doganali. Fi stadju aktar tard, l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiġu infurmati dwar id-dikjarazzjoni doganali li tikkorrispondi għal kull liċenzja FLEGT.

L-Awtorità Kompetenti tivverifika l-liċenzja FLEGT u tinforma lid-Dwana dwar id-deċiżjoni tagħha biex tapprovaha.

Għall-finijiet ta’ verifika, il-Kummissjoni Ewropea se tagħti lill-Awtoritajiet Doganali u lill-Awtoritajiet Kompetenti, kampjuni u dettalji oħra tal-Awtoritajiet ta’ Liċenzjar.

Jistgħu jsiru verifiki ulterjuri tal-liċenzja FLEGT u tal-kunsinna; L-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib u jaqblu dwar il-kompiti li jridu jitwettqu minn kull servizz.

L-Awtoritajiet Kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mill-Awtorità ta’ Liċenzjar permezz tal-proċeduri deskritti f’kull VPA.

Minħabba n-natura tal-prodotti tal-injam, il-piż jew il-volum waqt l-importazzjoni jistgħu jiddevjaw sa 10 % minn dak iddikjarat fil-liċenzja FLEGT.

L-ispejjeż imġarrba sakemm titlesta l-verifika jitħallsu mill-importatur, ħlief fejn l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi mod ieħor.

Fil-Kaxxa 44 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) li fiha ssir id-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, għandu jkun hemm referenza għal-liċenzja FLEGT. In-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat C690 għal-liċenzji FLEGT irid jintgħażel u n-numru tal-liċenzja li tkopri l-kunsinna jrid jiġi ddikjarat.

Il-liċenzji FLEGT jistgħu jkunu stampati jew liċenzji elettroniċi, u fejn meħtieġ l-awtoritajiet jistgħu jitolbu traduzzjoni, bl-ispejjeż jitħallsu mill-importatur. Meta l-liċenzji FLEGT ikunu stampati, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT u l-VPAs jipprevedu kopja għad-Dwana; din il-kopja hija maħsuba bħala strument addizzjonali biex tiffaċilita l-komunikazzjoni mal-awtoritajiet jew bejniethom u hemm bżonn li tiġi ppreżentata lid-Dwana.

Id-dwana tista’ tissospendi r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa f’każ li tissuspetta li l-liċenzja FLEGT jista’ jkun li mhijiex valida. Imbagħad, l-Awtorità Kompetenti taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ meta d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni FLEGT jinkisru (u d-dispożizzjonijiet applikabbli fil-VPA, li jistgħu jeħtieġu komunikazzjoni fil-pront mal-Pajjiż Imsieħeb).

Ir-rekords tal-liċenzji FLEGT u d-dikjarazzjonijiet doganali relatati rċevuti u d-data rilevanti dwar il-kunsinni mhux konformi, jenħtieġ li jinżammu biex jitwettqu l-obbligi ta’ rappurtar. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-obbligu li tipprovdi format għar-rapporti annwali.

L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jagħtu lill-awditur indipendenti maħtur (10) aċċess għad-dokumenti u d-data rilevanti, fil-limiti tal-liġi nazzjonali rilevanti, biex jikkontroverifika l-informazzjoni mingħand l-Awtorità ta’ Liċenzjar u biex iwettaq rieżami tal-proċeduri ta’ verifika tal-UE.

3.   Rakkomandazzjonijiet għal kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

F’dawk il-każijiet fejn l-Awtoritajiet Kompetenti huma differenti mid-Dwana, il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet hija element ewlieni tal-proċess ta’ implimentazzjoni ta’ kontrolli fuq il-fruntiera skont il-leġiżlazzjoni FLEGT.

Il-leġiżlazzjoni tipprevedi modi differenti ta’ kooperazzjoni: fost l-oħrajn, komunikazzjoni dwar liċenzji FLEGT approvati (11), delega ta’ funzjonijiet lid-Dwana (12), koordinazzjoni ta’ proċeduri ta’ verifika (13) jew skambju ta’ data b’mezzi elettroniċi (14).

Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni xierqa u approċċ komuni, huwa rrakkomandat li l-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti, u meta jkunu involuti, awtoritajiet oħra b’kompetenzi f’oqsma relatati, tkun ibbażata fuq ftehimiet nazzjonali formali.

Għall-istabbiliment ta’ ftehimiet nazzjonali u l-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi, idealment għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

L-istabbiliment ta’ kuntatti bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti (15) – fil-livell ta’ esperti strateġiċi, maniġerjali u operazzjonali.

Jinstab approċċ xieraq u mudell formali biex ikun żgurat li l-ftehimiet jiġu stabbiliti b’mod xieraq.

Determinazzjoni tal-elementi tal-ftehimiet (it-termini ta’ referenza nazzjonali) li fuqhom se tkun ibbażata l-kooperazzjoni komuni ulterjuri bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti. Dawn it-termini ta’ referenza nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet f’dawn il-Linji Gwida, u għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u/jew l-istruttura amministrattiva.

Implimentazzjoni tal-ftehimiet fi proċeduri operattivi prattiċi li jridu jitwettqu matul il-proċess ta’ kontroll.

Huwa rakkomandat li jiġu inklużi l-elementi li ġejjin fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni nazzjonali:

Kooperazzjoni msaħħa li tinkludi termini għal kooperazzjoni fit-tul effiċjenti u effikaċi:

laqgħat regolari bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti fil-livell xieraq strateġiku, maniġerjali u operattiv b’termini ta’ referenza miftehma;

komunikazzjoni bikrija bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti dwar proposti leġiżlattivi u ta’ politika futuri b’impatt fuq iż-żewġ awtoritajiet;

sistema ta’ kooperazzjoni ta’ reazzjoni rapida biex jiġu trattati sitwazzjonijiet emerġenti, tipi ġodda ta’ ksur jew operaturi ekonomiċi ta’ riskju għoli;

mezzi għal assistenza teknika għall-uffiċjali u s-servizzi responsabbli mill-verifiki.

Tqassim tal-kompiti: rwoli, kompiti u responsabbiltajiet miftiehma dwar il-kontrolli li jridu jsiru mill-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-istrutturi nazzjonali u s-sitwazzjonijiet lokali. Il-kompiti li għandhom jiġu miftiehma huma mill-inqas dawn li ġejjin:

verifiki addizzjonali tal-liċenzja FLEGT;

verifiki addizzjonali tal-kunsinna;

il-ħżin u l-ġbir tad-data għar-reġistrazzjoni (16) u l-obbligi tar-rappurtar (17).

Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet:

lista ta’ punti ta’ kuntatt taż-żewġ awtoritajiet - l-Awtorità Doganali u l-Awtorità Kompetenti, inkluża klawsola ta’ reviżjoni biex tiżgura aġġornamenti regolari;

il-mezzi u l-proċeduri għall-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti marbuta mal-aċċetazzjoni tal-liċenzja, il-kontroll tal-proċess u r-riżultati ta’ kull verifika ulterjuri;

termini għal skambju ta’ intelligence relatat mal-ġestjoni tar-riskju, inklużi feedback bidirezzjonali u netwerk ta’ intelligence affidabbli;

dispożizzjonijiet ċari dwar liema informazzjoni (inkluż data nominali) tista’ tiġi skambjata bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti u taħt liema kundizzjonijiet;

Implimentazzjoni u infurzar:

l-iżvilupp konġunt u d-distribuzzjoni ta’ proċeduri operattivi bi struzzjonijiet ċari għall-uffiċjali, b’mod partikolari għall-kontroll u l-attivitajiet ta’ verifika;

ftehimiet ta’ interpretazzjoni jew implimentazzjoni komuni għal każijiet partikolari, bħall-kunsinni FLEGT li huma wkoll CITES, li huma importati taħt proċeduri simplifikati, li għandhom pajjiż ta’ oriġini differenti mill-pajjiż tal-esportazzjoni, li huma merkanzija mhux kummerċjali, jew li juru inkonsistenzi mal-liċenzja (ara aktar spjegazzjonijiet hawn taħt);

kondiviżjoni ta’ struzzjonijiet u informazzjoni għall-operaturi u għad-dikjaranti;

taħriġ reċiproku ta’ uffiċjali responsabbli u sessjonijiet ta’ taħriġ komuni;

skambju perjodiku ta’ data tal-importazzjoni sabiex jinstabu d-diskrepanzi;

proġetti ta’ infurzar jew operazzjonijiet konġunti, b’termini ta’ referenza miftiehma;

proċeduri ċari għar-rimi ta’ merkanzija konfiskata inkluż it-trattament tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-ħażna;

arranġamenti għall-immaniġġjar ta’ liċenzji stampati fuq il-karta u l-evitar tal-użu mill-ġdid frawdolenti ta’ liċenzja.

Fil-paġni li ġejjin jingħataw aktar rakkomandazzjonijiet għall-elementi fit-test ta’ hawn fuq.

3.1.   Assistenza teknika għall-uffiċjali u s-servizzi responsabbli mill-verifiki tal-kunsinni

Meta d-Dwana jingħataw il-kompitu li jivverifikaw il-kunsinna huwa rakkomandat li l-ftehim nazzjonali jkun jinkludi termini biex l-Awtoritajiet Kompetenti jipprovdu għajnuna teknika f’livelli differenti:

Taħriġ u gwida fl-aspetti tekniċi (eż. il-qisien u l-identifikazzjoni ta’ speċi)

Kontribut tekniku fl-iżvilupp ta’ proċeduri operattivi għal spezzjonijiet (struzzjonijiet, listi ta’ kontroll, formoli, tabelli ta’ korrelazzjoni, eċċ.)

Assistenza teknika matul il-kontrolli fuq il-post

Servizzi ta’ laboratorju jekk disponibbli, jew informazzjoni dwar servizzi affidabbli

L-għoti tad-dettalji ta’ kuntatt (ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika, numri tat-telefon) għal assistenza teknika mill-Pajjiż Imsieħeb

Huwa rakkomandabbli li jiġu inklużi l-iskambju ta’ informazzjoni, taħriġ u riżorsi bejn l-awtoritajiet fi Stat Membru jew fi Stati Membri differenti, li jagħmlu disponibbli għarfien espert u servizzi ta’ laboratorju. L-involviment tal-Pajjiżi Imsieħba huwa rakkomandat f’dan il-proċess, billi jipprovdu għarfien tal-prodotti tagħhom stess, għarfien espert u kampjuni ta’ injam għal analiżi fil-laboratorju.

3.2.   Komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet matul il-kontrolli

Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu arranġamenti għal mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Kompetenti u d-Dwana. Dawn l-arranġamenti jridu jiżguraw li d-Dwana tkun taf mingħajr dewmien li l-liċenzja FLEGT hija approvata (jew le) mill-Awtorità Kompetenti, iżda wkoll li informazzjoni oħra relatata mal-proċess ta’ kontroll tiġi skambjata. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu għodda u proċeduri ta’ komunikazzjoni skont l-istruttura nazzjonali tagħhom, u li dawn jipprevedu mill-inqas dan li ġej:

l-informazzjoni trid tkun disponibbli għad-Dwana kemm jista’ jkun malajr wara li l-liċenzja FLEGT tiġi approvata mill-Awtorità Kompetenti; deċiżjoni negattiva tista’ tkun ukoll disponibbli għad-Dwana, għalhekk is-sistema ta’ komunikazzjoni tista’ tinkludi l-każijiet fejn l-Awtoritajiet Kompetenti ma japprovawx liċenzja FLEGT;

din l-informazzjoni tista’ tkun akkumpanjata b’elementi addizzjonali skont id-distribuzzjoni tal-kompiti miftiehma fil-livell nazzjonali, bħal pereżempju t-talba biex jitwettqu aktar verifiki tal-liċenzja jew tal-kunsinna, dettalji speċifiċi li d-Dwana għandha tikkunsidra, jew informazzjoni rilevanti għall-profil ta’ riskju;

matul il-kontrolli doganali, id-Dwana jista’ jkollha bżonn li tinforma jew tikkonsulta lill-Awtorità Kompetenti meta jkun hemm suspett li l-liċenzja FLEGT ma tkunx valida jew ma tikkorrispondix mal-kunsinna;

rekords dwar id-dikjarazzjonijiet doganali relatati mal-injam FLEGT, u data rilevanti dwar kunsinni mhux konformi, għandhom jiġu kondiviżi biex jitwettqu l-obbligi ta’ rappurtar;

il-kanali ta’ komunikazzjoni għandhom ikunu robusti u sikuri;

meta l-komunikazzjoni tkun ibbażata fuq liċenzji stampati fuq il-karta, inkluż l-użu possibbli tal-kopja stampata għad-Dwana, għandu jkun hemm proċeduri ċari biex jiġi evitat l-użu mill-ġdid frodulenti ta’ liċenzji FLEGT.

3.3.   L-injam CITES u FLEGT

Ir-Regolament FLEGT u l-VPAs eżistenti jiddikjaraw li l-prodotti tal-injam li huma soġġetti għar-Regolament tal-UE dwar il-Kummerċ ta’ Organiżmi Selvaġġi (l-Annessi A, B u C — mhux l-Anness D) mhumiex se jgħaddu mill-proċedura deskritta għall-prodotti liċenzjati FLEGT fil-fruntiera tal-UE. Madankollu, il-VPAs eżistenti japplikaw is-sistema ta’ assigurazzjoni tal-legalità FLEGT tagħhom anke għall-ispeċijiet CITES, u għalhekk jista’ jkun il-każ li fil-prattika xi kunsinni tal-injam CITES ikunu akkumpanjati kemm minn permess ta’ importazzjoni CITES (l-Annessi A u B), jew minn notifika ta’ importazzjoni CITES (l-Anness C) kif ukoll minn liċenzja FLEGT, bħall-każ tal-Indoneżja.

Huwa rakkomandat li għal dawk il-każijiet fejn liċenzja FLEGT tkun iddikjarata għall-injam CITES, l-Awtoritajiet Kompetenti rilevanti jiġu informati. Id-dwana tista’ wkoll tirrapporta irregolaritajiet (bħal dubji dwar il-konformità mal-Annotazzjonijiet tas-CITES għall-ispeċijiet tal-injam, dwar l-oriġini tal-ispeċijiet mis-salvaġġ/pjantaġġuni, eċċ.) rigward ir-rekwiżiti tas-CITES għall-injam minn Pajjiżi Imsieħba lill-Awtorità Kompetenti, bil-għan li tiffaċilita r-rieżami tad-dispożizzjonijiet dwar is-CITES kif indikat fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament FLEGT.

Jekk il-liċenzja FLEGT tkun disponibbli għall-Awtoritajiet Doganali jew għall-Awtoritajiet Kompetenti, l-irregolaritajiet fil-liċenzja FLEGT għandhom iwasslu għal aktar verifiki li jsegwu l-konformità CITES.

3.4.   Merkanzija kummerċjali u merkanzija mhux kummerċjali

Il-prodotti tal-injam mhux kummerċjali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT (18) u għalhekk huma eżentati mill-obbligu li jkunu koperti minn liċenzja FLEGT meta jiġu importati fl-UE. Id-distinzjoni bejn merkanzija kummerċjali u mhux kummerċjali, qiegħda tikseb aktar importanza f’kuntest ta’ mobbiltà li dejjem qed tikber ta’ persuni u ta’ merkanzija fil-livelli kollha. Vjaġġaturi, professjonisti li jipprovdu servizzi, persuni li jbiddlu r-residenza jew konsumaturi li jixtru permezz ta’ kummerċ mill-bogħod li jinvolvi l-forniment dirett permezz ta’ servizzi postali u ta’ kurjer, huma lkoll eżempji ta’ sitwazzjonijiet fejn id-dwana tista’ tiġi kkonfrontata bi prodotti tal-injam ġejjin minn pajjiżi Imsieħba.

Ir-Regolament FLEGT jagħmel referenza għad-definizzjoni ta’ merkanzija mhux kummerċjali stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (19). Għaldaqstant, il-merkanzija mhux kummerċjali fil-kuntest FLEGT hija dawk il-prodotti tal-injam li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

li d-dħul tagħhom għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa huwa fuq bażi okkażjonali

 

u

 

li n-natura u l-kwantità tagħhom tindika li huma maħsuba għal użu privat, personali jew tal-familja tal-kunsinnatarji jew tal-persuni li jkunu qed iġġorruhom

 

jew li huma b’mod ċar maħsuba bħala rigali.

Huwa rakkomandat li d-Dwana jinformaw lill-Awtoritajiet Kompetenti fl-Istat Membru dwar kriterji applikati għall-valutazzjoni tan-natura kummerċjali jew mhux kummerċjali tal-prodotti tal-injam, u jinformaw ukoll lill-operaturi ekonomiċi u lil partijiet ikkonċernati oħra fil-limiti tal-mezzi u l-kompetenzi tagħhom.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-materjali tal-ippakkjar, filwaqt li jistgħu jiġu koperti minn VPAs skont l-intestatura 4415 tan-Nomenklatura Magħquda, meta jintużaw esklussivament biex jappoġġaw, jipproteġu jew iġorru merkanzija oħra, dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT u ma għandhomx ikunu soġġetti għal kontrolli FLEGT fil-waqt tal-importazzjoni. Din l-interpretazzjoni għandha tinqara flimkien mar-regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda 5a u 5b (20).

3.5.   Kontrolli taħt Proċeduri Doganali Simplifikati

Id-dwana tista’ tagħti lil operatur ekonomiku — li japplika għaliha u li jissodisfa ċerti kondizzjonijiet u kriterji — awtorizzazzjoni għal Proċeduri Simplifikati. Dan l-operatur ekonomiku jista’ mbagħad jibbenefika minn formalitajiet simplifikati relatati mad-dikjarazzjonijiet doganali tiegħu u approvazzjoni kull meta jimporta jew jesporta lejn/mill-UE. L-użu ta’ Proċeduri Simplifikati għall-importazzjoni ta’ injam FLEGT ma għandux jippreġudika l-effikaċja tal-infurzar tal-leġiżlazzjoni FLEGT. Ir-rakkomandazzjoni li ġejja għandha tiġi kkunsidrata fl-awtorizzazzjoni għal proċeduri simplifikati għal operaturi tal-injam:

Meta d-Dwana tirċievi applikazzjoni għal Proċedura Simplifikata li tista’ tkopri l-injam FLEGT, l-Awtorità Kompetenti tista’ tagħti l-opinjoni tagħha qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni.

L-awtorizzazzjoni għandha tipprevedi kundizzjonijiet li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet FLEGT jiġu rispettati bis-sħiħ u li l-kontrolli meħtieġa jistgħu jitwettqu, billi jiġu inklużi termini ċari dwar l-aspetti li ġejjin:

Qabel ma l-injam FLEGT li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT ikun jista’ jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, hemm bżonn li tkun ġiet approvata liċenzja FLEGT mill-Awtorità Kompetenti.

Id-dwana għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq kontrolli qabel ma l-injam jiġi rilaxxat.

Ir-rilaxx tal-injam FLEGT qabel ma l-Awtorità Kompetenti tapprova l-liċenzja FLEGT jirrappreżenta ksur tal-leġiżlazzjoni FLEGT. Il-każ għandu jiġi rrappurtat lill-Awtorità Kompetenti u din għandha taġixxi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-awtorizzazzjoni għall-Proċedura Simplifikata għandha tiġi rieżaminata sabiex jiġi vverifikat jekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-awtorizzazzjoni għadhomx issodisfati.

Fejn applikabbli, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għandhom jiġu rieżaminati u allinjati mar-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn fuq.

3.6.   Trattament ta’ liċenzji f’kunsinni maqsuma

Skont id-definizzjoni ta’ “kunsinna (21)” fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT, liċenzja waħda FLEGT tista’ tiġi ppreżentata biss lil uffiċċju doganali wieħed fl-UE u idealment, sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni doganali, tkun tikkorrispondi għal dikjarazzjoni doganali waħda.

Sabiex jiġi evitat li prodotti tal-injam koperti minn liċenzja FLEGT waħda jinqasmu f’aktar minn dikjarazzjoni doganali waħda jew jiġu ppreżentati lil aktar minn uffiċċju doganali wieħed fl-UE, il-ħruġ tal-liċenzja FLEGT għandu jkun marbut mal-kwantità ta’ prodotti tal-injam mibgħuta fl-istess ħin u ppreżentata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-istess ħin f’uffiċċju doganali wieħed, sa fejn huwa raġonevoli li jkun previst fil-waqt tal-ħruġ. Huwa rakkomandat li l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti jissensibilizzaw lill-operaturi ekonomiċi u partijiet ikkonċernati oħra dwar din il-kwistjoni fil-limiti tal-mezzi u l-kompetenzi tagħhom.

F’każ li kunsinna koperta minn liċenzja FLEGT waħda “tinqasam”, id-Dwana għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti dwar l-inkonsistenza bejn il-merkanzija ppreżentata lid-Dwana u l-liċenzja FLEGT. Id-dwana ma għandhiex tirrilaxxa l-merkanzija sakemm l-Awtorità Kompetenti tikkonferma li qed tiġi ppreżentata liċenzja valida FLEGT (possibilment kopja duplikata kkoreġuta) b’rabta mal-merkanzija ddikjarata. Kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet u proċeduri ċari huma meħtieġa. F’każ li l-merkanzija tiġi ddikjarata f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-merkanzija tiġi ddikjarata għandhom jikkomunikaw ma’ xulxin biex jivverifikaw, meta tiġi ppreżentata l-istess liċenzja FLEGT, l-awtentiċità u l-validità tal-liċenzja u jiżguraw l-eżattezza tal-volumi, tal-ispeċijiet, eċċ.

3.7.   Pajjiż Imsieħeb tal-esportazzjoni

L-esportazzjoni hija definita fil-leġiżlazzjoni FLEGT bħala l-ħruġ fiżiku ta’ prodotti tal-injam mit-territorju ta’ Pajjiż Imsieħeb sabiex jiddaħħlu fl-Unjoni; għalhekk, il-Pajjiż Imsieħeb tal-esportazzjoni huwa identifikat fid-dikjarazzjoni doganali bħala l-pajjiż tad-dispaċċ (Kaxxa DAU 15). Dan jista’ jkun jew ma jkunx l-istess bħall-pajjiż tal-oriġini (Kaxxa DAU 16): pereżempju, jekk l-injam jinħasad fl-Indoneżja u jiġi pproċessat fl-Indoneżja, il-pajjiż ta’ oriġini huwa l-Indoneżja; jekk l-injam jiġi importat fl-Indoneżja minn kwalunkwe pajjiż u jiġi pproċessat fl-Indoneżja iżda l-manifattura ma tkunx biżżejjed biex tagħti oriġini Indoneżjana lill-merkanzija lesta, allura l-pajjiż tal-oriġini ma jkunx l-Indoneżja.

L-injam fi tranżitu huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament FLEGT u r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet tal-VPA. F’dan il-kuntest, il-VPAs jiddefinixxu l-prodotti tal-injam fi tranżitu bħala dawk li joriġinaw f’pajjiż terz ieħor li jgħaddu fi tranżitu minn Pajjiż Imsieħeb taħt superviżjoni doganali u li jitilqu minnu bl-istess mod waqt li jżommu l-oriġini tagħhom (22).

Għalkemm l-eżenzjoni għal prodotti tal-injam fi tranżitu minn Pajjiżi Imsieħba mhijiex prevista fir-Regolament FLEGT, mill-għan u l-istruttura tal-VPAs (23) jista’ jiġi dedott li l-każijiet ta’ tranżitu definiti hawn fuq huma eżentati mill-preżentazzjoni ta’ liċenzja FLEGT għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE. It-tranżitu minn Pajjiż Imsieħeb irid jiġi ppruvat lid-Dwana b’evidenza dokumentata valida (24). Huwa rakkomandat li l-Awtoritajiet doganali jistabbilixxu proċeduri ċari għat-trattament ta’ din l-eżenzjoni u jissensibilizzaw l-operaturi ekonomiċi u partijiet konċernati oħra fil-limiti tal-mezzi u l-kompetenzi tagħhom.

3.8.   Verifika ta’ liċenzji FLEGT

Il-verifika tal-validità ta’ liċenzja FLEGT hija r-responsabbiltà tal-Awtorità Kompetenti. Id-dwana tista’ tiġi assenjata jew delegata b’kompiti ta’ verifika skont il-ftehimiet u l-proċeduri nazzjonali.

Il-validità ta’ liċenzja hija ddeterminata minn tliet aspetti ewlenin:

awtentiċità: il-liċenzja nħarġet mill-Awtorità tal-Liċenzjar fil-pajjiż Imsieħeb;

validità: il-liċenzja tiġi ppreżentata mal-Awtorità Kompetenti qabel ma tiskadi;

preċiżjoni: il-liċenzja tikkorrispondi mal-kunsinna u dokumenti ta’ akkumpanjament oħra f’termini tal-informazzjoni kollha pprovduta fiha, eż. volum, isem, intestatura SA, eċċ. id-Dwana tista’ tintalab tappoġġa l-proċess ta’ verifika.

Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet jistabbilixxu proċeduri u kriterji ċari biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn il-liċenzja FLEGT u l-kunsinna u li jistabbilixxu liema elementi tal-liċenzja FLEGT huma komparabbli mad-data fid-dikjarazzjoni doganali jew f’dokumenti rilevanti oħra. Huwa rakkomandat ukoll li l-operaturi ekonomiċi u partijiet ikkonċernati oħra rilevanti jiġu infurmati b’dawn il-kriterji biex tiġi ffaċilitata l-proċedura.

3.9.   Rimi ta’ injam konfiskat

Skont il-leġiżlazzjoni FLEGT id-Dwana tista’ tissospendi r-rilaxx ta’ prodott tal-injam jew tikkonfiskah jekk temmen li għal xi raġuni l-liċenzja jista’ jkun li ma tkunx valida. Jekk l-Awtoritajiet Kompetenti jistabbilixxu li dan huwa l-każ, huma għandhom jaġixxu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità, l-awtoritajiet għandhom isegwu leġiżlazzjoni u proċeduri applikabbli, inkluż il-leġiżlazzjoni doganali (25) peress li l-oġġetti jkollhom status mhux tal-Unjoni. Madankollu, huwa rakkomandat, għal dawk l-aspetti li mhumiex deskritti fid-dettall mil-leġiżlazzjoni applikabbli jew minn proċeduri eżistenti, li ftehimiet nazzjonali jkunu jinkludu dispożizzjonijiet ċari dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu wara ksur, b’mod partikolari rigward ir-rimi tal-merkanzija.


(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-Foresti

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1) dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta’ injam fil-Komunità Ewropea, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 (ĠU L 277, 18.10.2008, p. 23) li jistabbilixxi miżuri ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005.

(3)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 995/2010, (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(4)  Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu. Ta’ min jinnota li fl-Indoneżja, l-ispeċijiet elenkati fis-CITES huma wkoll soġġetti għas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam Indoneżjana (TLAS) u li liċenzja valida FLEGT hija meħtieġa għall-esportazzjoni ta’ tali injam.

(5)  L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

(6)  It-terminu użat fil-leġiżlazzjoni FLEGT huwa “jaċċettaw”; madankollu, f’dan id-dokument huwa sostitwit b’ “japprovaw” biex jiddeskrivi aħjar ir-rwol tal-Awtoritajiet Kompetenti għall-verifika tal-liċenzji FLEGT.

(7)  It-Tariffa Integrata tal-Komunità online bbażata fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1), emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/160 tal-20 ta’ Jannar 2017 (ĠU L 27, 1.2.2017, p. 1).

(9)  Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu

(10)  Monitoraġġ ta’ parti terza skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament FLEGT

(11)  L-Artikolu 6 (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(12)  L-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(13)  L-Artikolu 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(14)  L-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

(15)  Lista ta’ Awtoritajiet Kompetenti: ec.europa.eu/environment/forests/pdf/list_competent_authorities_flegt.pdf

(16)  L-Artikolu 5(1) tar-Regolament FLEGT - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

(17)  L-Artikolu 8(1) tar-Regolament FLEGT - ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

(18)  L-Artikolu 2 (9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(21)  L-Artikolu 2.1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008 jindika li “kunsinna” tfisser kwantità ta’ prodotti tal-injam stabbilita fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 koperta minn liċenzja tal-FLEGT li tintbagħat minn pajjiż imsieħeb mill-konsenjatur jew minn min bagħatha u hija ppreżentata għar-rilaxx ta’ ċirkolazzjoni ħielsa f’uffiċċju doganali.

(22)  Ara pereżempju l-Artikolu 1(b) tal-VPA mal-Kamerun

(23)  Dan japplika għal pajjiżi imsieħba bi skema ta’ liċenzjar FLEGT operattiva

(24)  Jekk Jogħġbok ara l-Artikolu 43 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

(25)  Jekk jogħġbok ara l-Artikoli 197-200 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikoli 248-250 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447


Anness I

Glossarju

CITES

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu, implimentata mill-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.) (kif emendata) dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom — l-hekk imsejjaħ Regolament dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi.

Awtorità/awtoritajiet kompetenti L

Artikolu 2(8) tar-Regolament Nru 2173/2005

Awtorità/awtoritajiet nominati mill-Istati Membri sabiex jirċievu, jaċċettaw u jivverifikaw il-liċenzji FLEGT. Id-Dwana tista’ tinħatar bħala Awtorità Kompetenti jew tista’ tiġi ddelegata b’kompiti speċifiċi mill-Awtorità Kompetenti.

Lista ta’ Awtoritajiet Kompetenti:

ec.europa.eu/environment/forests/pdf/list_competent_authorities_flegt.pdf

Id-dwana

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-UE

Pajjiż tad-dispaċċ

L-Appendiċi C1 tar-Regolament (UE) Nru 341/2016

L-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010

Il-pajjiż tad-dispaċċ marbut mad-definizzjoni ta’ pajjiż tal-konsenja. It-tnejn ifissru l-pajjiż minn fejn il-merkanzija ġiet mibgħuta lejn l-Istat Membru importatur, u dan irid jimtela fil-Kaxxa 15 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) fejn issir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Pajjiż tal-oriġini

L-Artikolu 59-63 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Il-pajjiż ta’ oriġini huwa definit fil-Titolu II, il-Kapitolu 2 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (l-Artikoli 59-63) u jrid jimtela fil-Kaxxa 34 tad-Dokument Amministrattiv Uniku (DAU) fejn issir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Kontrolli doganali

L-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

L-atti speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet doganali sabiex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni doganali u leġiżlazzjoni oħra li tirregola d-dħul fis-suq tal-Unjoni, bħal-leġiżlazzjoni FLEGT.

Territorju Doganali

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

It-Territorju Doganali għandu jinkludi t-territorji elenkati fl-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Operatur ekonomiku

L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Il-persuna fiżika jew ġuridika li, matul l-attività tan-negozju tagħha, tkun involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazjoni doganali Meta n-negozju tiegħu jew tagħha jkun fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew il-kummerċ ta’ prodotti tal-injam, dan jissejjaħ operatur tal-injam (ara l-entrata “operatur tal-inja m”).

Esportazzjoni

L-Artikolu 2(13) tar-Regolament Nru 2173/2005

It-tluq fiżiku jew it-teħid ta’ prodotti tal-injam minn kwalunkwe parti tat-territorju ta’ Pajjiż Imsieħeb sabiex jinġabu fil-Komunità;

FLEGT —

Ir-Regolament Nru 2173/2005

Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (KE)

L-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, tfisser il-ħruġ ta’ liċenzji għall-injam jew prodotti tal-injam prodotti legalment koperti bi Ftehim ta’ Sħubija Volontarja (VPA) għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni minn Pajjiżi Imsieħba u l-implimentazzjoni tagħha fl-UE.

Ir-Regolament FLEGT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

Liċenzja FLEGT

L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

Tfisser dokument ibbażat fuq it-trasbord jew ibbażat fuq il-parteċipant fis-suq f’format standard li għandu jkun reżistenti għall-falsifikazzjoni u t-tbagħbis, ikun verifikabbli, u li jirriferi għal trasbord konformi mar-rekwiżiti tal-iskema ta’ liċenzji FLEGT, debitament maħruġ u validat minn awtorità tal-liċenzji ta’ Pajjiż Imsieħeb. Is-sistemi għall-ħruġ, registrazzjoni u komunikazzjoni ta’ liċenzji jistgħu jkunu bbażati fuq l-użu ta’ karti (paper-based) jew fuq l-użu ta’ mezzi elettroniċi, skont kif ikun dettat mill-każ;

Ir-Regolament FLEGT jipprevedi l-possibbiltà ta’ liċenzji FLEGT ibbażati fuq il-parteċipant fis-suq, iżda fil-mument tal-ħruġ ta’ dawn il-Linji Gwida il-VPAs kollha (ratifikati, iffirmati jew li qed jiġu nnegozjati) jistgħu jikkunsidraw biss liċenzji bbażati fuq il-kunsinna.

Kunsinna FLEGT

 

Ara d-definizzjonijiet għal “kunsinna” u “prodotti tal-injam”.

Injam FLEGT

Injam importat minn pajjiż Imsieħeb li ġie rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE

Importazzjoni

L-Artikolu 2(11) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

Ir-rilaxx ta’ prodotti tal-injam għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fis-sens tal-Artikolu 201 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 952/2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Injam prodott legalment

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

Prodotti tal-injam prodotti minn injam domestiku li kien maħsud legalment jew injam li kien maħsud legalment f’pajjiż terz u importat f’Pajjiż Imsieħeb skont il-liġijiet nazzjonali determinati minn dak il-Pajjiż Imsieħeb kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Sħubija.

Awtorità/awtoritajiet tal-Liċenzji:

L-Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005

L-awtorità jew awtoritajiet nominati minn Pajjiż Imsieħeb għall-ħruġ u l-validazzjoni tal-liċenzji FLEGT.

L-Unità ta’ Informazzjoni dwar Liċenzji (LIU)

L-Artikolu 4.4 tal-VPA mal-Indoneżja

Hija unità responsabbli għall-iskambju ta’ informazzjoni li tirċievi u taħżen data rilevanti u informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ Dokumenti V-Legali u li twieġeb għal mistoqsijiet minn awtoritajiet kompetenti jew partijiet ikkonċernati.

Ftehimiet nazzjonali

 

It-total tal-arranġamenti formali kollha fi Stat Membru bejn l-Awtoritajiet Doganali u l-Awtoritajiet Kompetenti, inklużi inter alia Memoranda ta’ Ftehim, arranġamenti prattiċi, proċeduri, pjanijiet ta’ azzjoni, eċċ.

Pajjiż Imsieħeb

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2173/2005

Tfisser kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali li jidħlu fi Ftehim ta’ Sħubija Volontarja. Għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni FLEGT u dawn il-linji gwida, il-pajjiżi Imsieħba li ġew miżjuda mal-Anness tar-Regolament FLEGT huma pajjiżi Imsieħba li bdew joħorġu l-liċenzji FLEGT.

Rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija

L-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

Proċedura doganali li tagħti lill-merkanzija mhux tal-Unjoni l-istatus doganali ta’ merkanzija tal-Unjoni u tippermetti r-rilaxx tagħha fis-Suq Uniku. Dan jinvolvi l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali, it-tlestija ta’ formalitajiet oħra stipulati fir-rigward ta’ importazzjoni ta’ merkanzija u l-impożizzjoni ta’ kull dazju legalment dovut.

Rilaxx ta’ merkanzija

L-Artikolu 5(26) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

L-att li bih l-awtoritajiet doganali jagħmlu merkanzija disponibbli għall-għanijiet speċifikati għall-proċedura doganali li taħtha hija tqiegħdet.

Kunsinna

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1024/2008

Kwantità ta’ prodotti tal-injam stabbilita fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 2173/2005 koperta minn liċenzja tal-FLEGT li tintbagħat minn Pajjiż Imsieħeb mill-konsenjatur jew minn min bagħatha u hija ppreżentata għar-rilaxx ta’ ċirkolazzjoni ħielsa f’uffiċċju doganali tal-UE.

Proċedura simplifikata

L-Artikolu 166 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013

L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 2446/2015

Il-proċedura ta’ rilaxx lokali u l-proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata kif definit hawn taħt:

Proċedura ta’ dikjarazzjoni simplifikata: L-awtoritajiet doganali jistgħu jawtorizzaw kwalunkwe persuna biex ikollha merkanzija mqiegħda taħt proċedura doganali abbażi ta’ dikjarazzjoni simplifikata li tista’ tħalli barra ċerti dettalji jew dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għal dikjarazzjoni doganali standard.

Dħul fir-reġistri tad-dikjarant: Il-proċedura li tippermetti d-dħul tal-merkanzija għall-proċedura doganali fil-post tan-negozju tal-persuna kkonċernata jew f’postijiet oħrajn indikati jew approvati mill-awtoritajiet doganali. Il-proċedura hija deskritta fl-Artikolu 182 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-Artikoli 226 sa 228 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447).

Operatur fl-injam

L-Artikolu 2(6) tar-Regolament Nru 2173/2005

L-Artikolu 5(5) tar-Regolament Nru 952/2013

Il-persuna fiżika jew ġuridika involuta fil-forestrija jew fit-trasformazzjoni jew kummerċ ta’ prodotti tal-injam; persuna li, matul in-negozju tagħha, hija involuta f’attivitajiet koperti mil-leġiżlazzjoni doganali”.

Prodotti tal-injam

L-Artikolu 2(9) tar-Regolament Nru 2173/2005

Il-prodotti stabbiliti fl-Annessi II u III, li għalihom tapplika l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT, u li, meta jiġu importati lejn l-Unjoni, ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala “merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali” kif definit fil-punt 21 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446.

VPA – Ftehim ta’ Sħubija Volontarja

L-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2173/2005

Tfisser trattat kummerċjali legalment vinkolanti bejn l-UE u Pajjiż Imsieħeb li permezz tiegħu l-Unjoni u dak il-Pajjiż Imsieħeb jimpenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien sabiex jappoġġjaw il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT u jimplimentaw l-iskema ta’ liċenzjar FLEGT.


Anness II

Qafas Legali

ATT LEGALI

REFERENZA

IPERLINK

Ir-Regolament FLEGT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32005R2173

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni FLEGT

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32008R1024

Il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT

COM(2006) 302 final

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52006DC0302:MT:NOT

Ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR)

Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32010R0995:MT:NOT

Ir-Regolament ta’ Delega EUTR

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 363/2012

http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:32012R0363:MT:NOT

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni EUTR

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 607/2012

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32012R0607

Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar l-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-leġislazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE

Ir-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32019R1010

Il-Konvenzjoni CITES (Adeżjoni mal-UE)

ĠU L 384, 31.12.1982, p. 7

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:L:1982:384:TOC

Ir-Regolamenti dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/1997

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:31997R0338

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar il-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32006R0865

Ir-Regolament dwar il-Permessi għall-Kummerċ tal-Organiżmi Selvaġġi

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:32012R0792

Il-VPA mar-Repubblika tal-Kamerun

ĠU L 92, 6.4.2011, p. 4

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:52011XC1129(02)

Il-VPA mar-Repubblika tal-Gana

ĠU L 70, 19.3.2010, p. 3

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22010A0319(01)

Il-VPA mal-Liberja

ĠU L 191, 19.7.2012, p. 3

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22012A0719(01)

Il-VPA mal-Indoneżja

ĠU L 150, 20.5.2014, p. 252

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:22014A0520(02) & from = MT

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1387 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 b’segwitu għall-VPA mal-Indoneżja

ĠU L 223, 18.8.2016, p. 1

https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2016/1387/oj

Il-VPA mar-Repubblika Ċentru Afrikana

ĠU L 191, 19.7.2012, p. 103

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22012A0719(02)

Il-VPA mar-Repubblika tal-Kongo

ĠU L 92, 6.4.2011, p. 127

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:22011A0406(03)

Il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32013R0952

Id-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/341

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32015R2446

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32015R2447

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32016R0341


L-Anness III

Komunikazzjoni

It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi d-dispożizzjonijiet ta’ komunikazzjoni msemmija mir-Regolament FLEGT (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1024/2008) u r-Regolament (UE) Nru 657/2014, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 fir-rigward tas-setgħat delegati u tas-setgħat ta’ implimentazzjoni li għandhom jingħataw lill-Kummissjoni.

Il-Komunikazzjoni FLEGT

Nru.

SORS:

RIĊEVITUR

MESSAĠĠ

Referenza leġiżlattiva

1

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha abbażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri

L-Artikolu 8(3) tar-Regolament FLEGT kif emendat bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/1010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Emenda tal-Anness I tar-Regolament FLEGT

L-Artikolu 10(1) tar-Regolament FLEGT

3

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Emenda tal-Anness II tar-Regolament FLEGT

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament FLEGT

4

Il-Kummissjoni Ewropea

Pubbliku

Emenda tal-Anness III tar-Regolament FLEGT

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament FLEGT

5

Awtoritajiet kompetenti

Operatur ekonomiku

Verifika ulterjuri tal-kunsinna

L-Artikolu 5(4) tar-Regolament FLEGT

6

Operatur ekonomiku

Awtoritajiet Kompetenti/Dwana

Preżentazzjoni ta’ kopja oriġinali tal-liċenzja FLEGT u dikjarazzjoni Doganali għar-rilaxx tal-merkanzija għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament FLEGT

7

Operatur ekonomiku

Awtoritajiet Kompetenti/Dwana

It-traduzzjoni tal-liċenzja għal-lingwa uffiċjali tal-Istati Membri

L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni

8

Operatur ekonomiku

Awtoritajiet kompetenti

Preżentazzjoni ta’ liċenzja FLEGT

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni

9

Operatur ekonomiku

Id-dwana

Preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni Doganali fil-Kaxxa 44 tad-DAU: in-numru tal-liċenzja

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/15


Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid‐Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

(2020/C 20/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur ALLAHKARAM Hossein (nru 2), is-Sur ARAGHI Abdollah (nru 3), is-Sur FAZLI Ali (nru 4), is-Sur JAFARI Mohammad-Ali (nru 6), is-Sur MOTLAGH Bahram Hosseini (nru 8), is-Sur NAQDI Mohammad-Reza (nru 9), is-Sur RADAN Ahmad-Reza (nru 10), is-Sur RAJABZADEH Azizollah (nru 11), is-Sur TAEB Hossein (nru 13), is-Sur JAFARI-DOLATABADI Abbas (nru 19), is-Sur ZARGAR Ahmad (nru 27), is-Sur ESMAILI Gholam-Hossein (nru 30), il-Maġġur Ġeneral Dr FIRUZABADI Seyyed Hasan (nru 38), is-Sur HABIBI Mohammad Reza (nru 40), is-Sur JAVANI Yadollah (nru 43), is-Sur JAZAYERI Massoud (nru 44), is-Sur SALARKIA Mahmoud (nru 51), is-Sur HAJMOHAM- MADI Aziz (nru 57), is-Sur BAGHERI Mohammad- Bagher (nru 58), is-Sur BAKHTIARI Seyyed Morteza (nru 59), is-Sur MOSLEHI Heydar (nru 61), is-Sur KAZEMI Toraj (nru 64), is-Sur MORTAZAVI Seyyed Solat (nru 69) u s-Sur KHORAMABADI, Abdolsamad (nru 87), persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl‐Iran.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Dawk il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-28 ta’ Jannar 2020, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu.

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal qabel il-15 ta’ Frar 2020 għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/235/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011.


(1)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 51.

(2)  ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/16


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta' Jannar 2020

(2020/C 20/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1085

JPY

Yen Ġappuniż

122,14

DKK

Krona Daniża

7,4726

GBP

Lira Sterlina

0,85275

SEK

Krona Żvediża

10,5548

CHF

Frank Żvizzeru

1,0737

ISK

Krona Iżlandiża

137,60

NOK

Krona Norveġiża

9,8815

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,125

HUF

Forint Ungeriż

336,39

PLN

Zloty Pollakk

4,2433

RON

Leu Rumen

4,7794

TRY

Lira Turka

6,5604

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6154

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4487

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6112

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6796

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4943

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 286,08

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1045

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6112

HRK

Kuna Kroata

7,4358

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 118,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,5022

PHP

Peso Filippin

56,489

RUB

Rouble Russu

68,2075

THB

Baht Tajlandiż

33,647

BRL

Real Brażiljan

4,6360

MXN

Peso Messikan

20,6940

INR

Rupi Indjan

78,7840


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/17


Proċedimenti ta’ stralċ

Deċiżjoni li tirrevoka l-liċenzja biex EuroAmerican Insurance Company AD twettaq negozju fl-assigurazzjoni

(Il-pubblikazzjoni saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassikurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2020/C 20/04)

Il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni

EuroAmerican Insurance Company AD

Il-provinċja ta’ Sofija (il-belt kapitali), il-muniċipalità ta’ Stolichna

Triaditsa district

Tsar Asen I Street 17

1000 Sofia

BULGARIA

Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni

Id-Deċiżjoni Nru 1309-OZ tas-17 ta’ Diċembru 2019:

tirrevoka l-liċenzja ta’ negozju tal-assigurazzjoni tal-EuroAmerican Insurance Company AD (il-kodiċi ta’ identifikazzjoni unika 124634117) li kienet inħarġet permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-Superviżjoni Finanzjarja 238-OZ tas-27 ta’ Frar 2014;

tipprojbixxi (a) id-disponiment ħieles tal-assi tal-EuroAmerican Insurance Company AD sal-bidu tal-istralċ jew il-proċedimenti tal-insolvibbiltà u (b) l-konklużjoni ta’ xi kuntratt ġdid tal-assigurazzjoni għal xi tip ta’ polza għal sitt xhur mid-data minn meta tkun ħarġet din id-deċiżjoni;

taħtar lil Stefan Petrov Stefanov bħala r-riċevent għall-EuroAmerican Insurance Company AD sakemm jinħatar fiduċjarju f’falliment mill-qorti jew ikun irreġistrat likwidatur għall-kumpanija.

Ir-riċevent jibda jaħdem mid-data li fiha tkun inħarġet din id-deċiżjoni.

EuroAmerican Insurance Company AD tkun irrappreżentata mir-riċevent. Kull azzjoni li ssir f’isem il-EuroAmerican Insurance Company AD bi ksur tas-setgħat tar-riċevent bħala rappreżentant tkun nulla u bla effett.

L-awtoritajiet kompetenti

Il-Kummissjoni tas-Superviżjoni Finanzjarja

Il-provinċja ta’ Sofija (il-belt kapitali), il-muniċipalità ta’ Stolichna

Budapeshta Street 16

1000 Sofia

BULGARIA

L-awtorità superviżorja

Financial Supervision Commission

Il-provinċja ta’ Sofija (il-belt kapitali), il-muniċipalità ta’ Stolichna

Budapeshta Street 16

1000 Sofia

BULGARIA

L-amministratur (fiduċjarju f’falliment) maħtur

Stefan Petrov Stefanov

stefanoff@yahoo.com

Chervena Roza Street 44

Sofia

BULGARIA

Il-liġi applikabbli

L-Artikolu 633(2) flimkien mal-Artikolu 587(3)(3) tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni Bulgara Ir-Repubblika tal-Bulgarija


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/18


Avviż ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja

(2020/C 20/05)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ żewġ Notifiki ta’ skadenza (1) imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju (‘MSG’) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir‘RPĊ’) u l-Indoneżja (‘il-pajjiżi kkonċernati’), il-Kummissjoni Ewropea rċeviet talbiet għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (‘ir-Regolament bażiku’).

1.   Talba għal rieżami

Iż-żewġ talbiet ġew ippreżentati fil-21 ta’ Ottubru 2019 minn Ajinomoto Foods Europe S.A.S. (‘L-applikant’), li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju.

Verżjoni miftuħa tat-talbiet u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talbiet mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.5 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dawn ir-rieżamijiet huwa l-glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ skont il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (kodiċi TARIC 2922420010).

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazji anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 (3), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/84 (4) tal-21 ta’ Jannar 2015.

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talbiet huma msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta’ dumping u għat-tkomplija u r-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u rikorrenza ta’ dannu

4.1.1.   L-Indoneżja

Fin-nuqqas ta’ data affidabbli dwar il-prezzijiet domestiċi għall-Indoneżja, l-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali kkalkulat (kostijiet tal-manifattura, kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) u profitt) fl-Indoneżja mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell tal-ħruġ tax-xogħol mill-fabbrika) tal-prodott rieżaminat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Abbażi ta’ dak il-paragun, li juri li hemm dumping sinjifikanti, l-applikant jallega li probabbilment għadu jseħħ dumping min-naħa tal-Indoneżja.

4.1.2.   Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

L-applikanti sostnew li mhux xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fit-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Biex jissostanzja l-allegazzjonijiet ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-applikant qagħad fuq l-informazzjoni fir-rapport tal-pajjiż prodott mis-servizzi tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi tas-suq fir-RPĊ (5). B’mod partikolari, l-applikant jirreferi għal distorsjonijiet li jaffettwaw il-materja prima bħall-qamħirrun (p. 319) u l-ammonijaka (p. 411) li huma elementi ta’ spiża kbar fil-produzzjoni tal-MSG u għal kapitoli dwar id-distorsjonijiet ġenerali tal-enerġija, tal-art u tax-xogħol. Barra minn hekk, l-applikant ibbaża fuq informazzjoni disponibbli pubblikament li turi li l-prezzijiet tal-qamħirrum fir-RPĊ huma distorti b’mod sinifikanti permezz ta’ intervent tal-gvern u li s-sussidji ngħataw mill-gvern Ċiniż lil produtturi MSG individwali fiċ-Ċina.

B’hekk, fir-rigward tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, l-allegazzjoni ta’ tkomplija u rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil ta’ valur normali maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta’ riferiment bla distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami mir-RPĊ meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għar-RPĊ.

Fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni tqis li jeżistu biżżejjed evidenza, skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, li turi li, minħabba li hemm distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu ta’ prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ mhuwiex xieraq, u dan jirrikjedi li jingħata bidu għal investigazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

Ir-rapport dwar il-pajjiż huwa disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni minn partijiet interessati u fis-sit web ta’ DĠ Kummerċ (6).

4.2.    L-allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu.

L-applikant ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żdiedu b’mod sinifikanti f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-applikant ipprovda wkoll evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdied minħabba l-kapaċità ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. Minbarra dan, fin-nuqqas ta’ miżuri, il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi u Indoneżjani jkunu f’livell baxx biżżejjed biex jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. L-applikant finalment jallega li kull żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet bi prezzijiet soġġetti għal dumping mill-pajjiżi ikkonċernati x’aktarx tikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Il-proċedura

Wara li ġie ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) daħħal tibdiliet sinifikanti fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li kienu applikabbli preċedentement fil-proċedimenti anti-dumping. Il-limiti ta’ żmien biex il-partijiet interessati jimmanifestaw ruħhom, b’mod partikolari fl-istadju bikri tal-investigazzjonijiet, tqassru.

5.1.    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami’). L-istħarriġ tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat’).

5.2.    Il-kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-inputs u l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata (SA) ipprovduti fit-talbiet (8) fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (9).

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talbiet (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dannu u ma’ kawżalità) jew dwar kull aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talbiet) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiżi kkonċernati hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għaldaqstant, il-produtturi kollha (10) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati, irrispettivament minn jekk esportawx il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew le, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Il-produtturi investigaturi fil-pajjiżi kkonċernati

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba biex jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness I ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiżi ikkonċernati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ. http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2433.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.3.2.   Il-proċedura addizzjonali fir-rigward tar-RPĊ

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jwasslu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni, ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni, permezz ta’ nota għall-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, tinforma lill-partijiet fl-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dan ikun ikopri s-sorsi kollha, inkluża l-għażla ta’ pajjiż terz rappreżentattiv xieraq fejn ikun xieraq. Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jingħataw 10t ijiem mid-data li fiha dik in-nota tiddaħħal fil-fajl biex jippreżentaw kumment.

Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, pajjiż terz rappreżentattiv possibbli għar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dan il-każ huwa t-Tajlandja. Bl-għan li finalment tagħżel pajjiż terz rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni se teżamina jekk hemmx pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, li fihom isiru l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami u li fihom hemm dejta rilevanti disponibbli minnufih. F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż wieħed bħal dan, se tingħata preferenza, meta jkun il-każ, lill-pajjiżi b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

Fir-rigward tas-sorsi rilevanti, il-Kummissjoni tistieden lill-produtturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdulha l-informazzjoni mitluba f’Anness III ta’ din in-Notifika fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Barra minn hekk, kull preżentazzjoni ta’ informazzjoni fattwali biex jiġu vvalutati l-ispejjeż u l-prezzijiet skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku trid issir fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Tali informazzjoni fattwali jenħtieġ li tittieħed esklużivament minn sorsi disponibbli għall-pubbliku.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tibgħat ukoll kwestjonarju lill-Gvern tar-RPĊ.

5.3.3.   L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (11) (12)

Importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni(jiet) li wasslu għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). It-teħid ta’ kampjuni se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness II għal din in-Notifika.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiżi kkonċernati fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kull kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibgħatu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2433.

5.4    Il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni, il-produttur tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.4.1.   L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li l-Kummissjoni tqis li hi meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-uniku produttur magħruf tal-Unjoni, Ajinomoto Foods Europe S.A.S., irid jippreżenta l-kwestjonarju komplut fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Produtturi tal-Unjoni u assoċjazzjonijiet rappreżentattivi oħrajn, jekk hemm, huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, minnufih u mhux iktar tard minn sebat ijiem wara l-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw lilhom infushom u jitolbu kwestjonarju.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2433.

5.5.    Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interessi tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi jridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew fil-format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2433. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Il-partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.2, 5.3 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.    Il-preżentazzjonijiet l-oħrajn bil-miktub

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Il-possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    L-istruzzjonijiet għat-tfassil tal-preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

It-tagħrif mibgħut lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala ‘Limited’ (13) (Ristretti). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni ‘Limited’ (Ristretta) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati ‘For inspection by interested parties’ (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati tant li jippermettu li l-qofol tat-tagħrif imressaq b’mod kunfidenzjali jinftiehem raġonevolment. Jekk parti li tipprovdi tagħrif kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali tagħrif sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li t-tagħrif huwa korrett.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skenjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz kummerċjali uffiċjali tal-posta elettronika li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, dment li ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Direttorat H

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika

:

TRADE-R712-MSG-DUMPING@ec.europa.eu

TRADE-R712-MSG-INJURY@ec.europa.eu

6.   L-iskeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Is-sottomissjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Il-possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet ta’ partijiet interessati oħra biss u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   L-estensjoni tal-iskadenzi speċifikati f’din in-Notifika

L-estensjonijiet tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jistgħu jingħataw fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati li jkollhom raġuni valida.

L-estensjonijiet tal-iskadenzi għat-tweġibiet għall-kwestjonarji u għal limiti ta’ żmien kif inhu speċifikat f’din in-Notifika jew li jkunu previsti f’komunikazzjonijiet speċifiċi mal-partijiet interessati se jkunu limitati għal mhux aktar minn tlett (3) ijiem addizzjonali. Tali estensjoni tista’ tittawwal għal mhux aktar minn sebat (7) ijiem fejn il-parti rikjedenti tagħti prova dwar l-eżistenza ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   In-nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata jenħtieġ li tikkuntattja lill-Kummissjoni minnufih.

11.   L-uffiċjal tas-seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-uffiċjal tas-seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-uffiċjal tas-seduta jeżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-iskadenzi u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-uffiċjal tas-seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti interessata/partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Talba għal seduta ta’ smigħ mal-uffiċjal tas-seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-uffiċjal tas-seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ jenħtieġ li jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jitolbu l-intervent tal-uffiċjal tas-seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. Meta t-talbiet għal seduti ta’ smigħ jiġu ppreżentati lil hinn mill-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-uffiċjal tas-seduta jeżamina wkoll ir-raġunijiet għalfejn tali talbiet saru daqshekk tard, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-uffiċjal tas-seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Il-possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   L-ipproċessar tad-data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

Avviż dwar il-protezzjoni tad-data li jinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni huwa disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/.


(1)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri ta’ antidumping (ĠU C 165, 14.5.2019, p. 4 u 5).

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 tal-14 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-vireg tal-wajer li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 31).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/84 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 54).

(5)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20.12.2017, SWD (2017) 483 final/2.

(6)  Id-dokumenti msemmija fir-rapport tal-pajjiż jistgħu jinkisbu wkoll fuq talba raġunata kif xieraq.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 07/06/2018, p. 1).

(8)  Informazzjoni dwar il-kodiċijiet SA tingħata wkoll fis-sommarju eżekuttiv tat-talba għal rieżami, disponibbli fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2433.

(9)  Ir-referenzi kollha għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika se jkunu referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(10)  Produttur huwa kull kumpanija fil-pajjiżi ikkonċernati li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(11)  Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiżi ikkonċernati. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(12)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit id-dumping.

(13)  Dokument ‘Limited’ (Ristrett) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS I

Verżjoni “Ristretta”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENTI ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TAL-GLUTAMAT TAL-MONOSODJU LI JORIĠINA MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA U MILL-INDONEŻJA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TAL-PRODUTTURI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi fl-Indoneżja u fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.1. tan-Notifika ta’ Bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Limited” (Ristretta) kif ukoll il-verżjoni “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.

1.   IDENTITÀ U DETTALJI TAL-KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem tal-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

Telefown

 

Nru tal-faks

 

2.   FATTURAT, IL-VOLUM TAL-BEJGĦ, IL-PRODUZZJONI U L-KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI

Fir-rigward tal-prodott taħt rieżami kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u li joriġina mill-pajjiżi ikkonċernati, għall-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami definit fit-Taqsima 5.1 tan-Notifika, l-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019), indika l-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru (1) separatament u f’daqqa, il-bejgħ f’esportazzjonijiet lejn il-bqija tad-dinja (bħala total u l-ħames l-ikbar pajjiżi importaturi), il-bejgħ domestiku, il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ produzzjoni. Iddikjara l-unità tal-piż u l-munita li ntużaw.

Tabella I: Fatturat, volum tal-bejgħ

 

Tunnellati

Valur fil-munita tal-kontabbiltà

Speċifika l-munita użata

Bejgħ f’esportazzjonijiet lejn l-Unjoni għal kull wieħed mit-28 Stat Membru separatament u kollha f’daqqa, tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek

It-total:

 

 

Semmi kull Stat Membru (2):

 

 

Bejgħ f’esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek lejn il-bqija tad-dinja

It-total:

 

 

Semmi l-ħames (5) pajjiżi li l-aktar jimportaw u agħti l-volumi u l-valuri rispettivi

 

Il-bejgħ domestiku tal-prodott taħt rieżami, manifatturat mill-kumpanija tiegħek

 

 


Tabella II: produzzjoni u kapaċità tal-produzzjoni

 

Tunnellati

Il-produzzjoni kumplessiva tal-kumpanija tiegħek tal-prodott taħt rieżami

 

Il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-kumpanija tiegħek tal-prodott taħt rieżami

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (3)

Agħti d-dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott soġġett għal rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott soġġett għal rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti sottokuntrattwali, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott soġġett għal rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Tip ta’ relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fuq il-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx huma bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea huma: Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja, u r-Renju Unit.

(2)  Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ.

(3)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS II

Verżjoni “Ristretta”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

Proċedimenti anti-dumping dwar importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja

Informazzjoni għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni dwar il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.3 tan-Notifika ta’ Bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Limited” (Ristretta) kif ukoll il-verżjoni “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.

1.   Identità u Dettalji tal-kuntatt

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem tal-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

Telefown

 

Nru tal-faks

 

2.   Fatturat u volum ta’ bejgħ

Indika l-fatturat totali f’euro (EUR) tal-kumpanija, u l-fatturat u l-piż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indoneżja u/jew ir-RPĊ, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami, l-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 tal-glutamat tal-monosodju kif definit fin-Notifika ta’ Bidu u l-piz korrispondenti. Iddikjara l-unità tal-piż li ntużat.

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott soġġett għal rieżami

 

 

Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara importazzjoni mill-Indoneżja u/jew mir-RPĊ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat.

 

 

3.   Attivitajiet tal-kumpanija tiegħek u tal-kumpaniji relatati (1)

Agħti d-dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott soġġett għal rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti sottokuntrattwali, jew l-ipproċessar jew in-negozjar tal-prodott soġġett għal rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Tip ta’ relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   Informazzjoni oħra

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   Iċ-ċertifikazzjoni

Meta tipprovdi t-tagħrif ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fuq il-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja biss jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hi rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


ANNESS III

Verżjoni “Ristretta”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENTI ANTI-DUMPING DWAR IMPORTAZZJONIJIET TAL-GLUTAMAT TAL-MONOSODJU LI JORIĠINA MIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA U MILL-INDONEŻJA

TALBA TA’ INFORMAZZJONI RIGWARD L-INPUTS UŻATI MILL-PRODUTTURI FIR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jwieġbu għat-talba għal informazzjoni ta’ input li saret fil-punt 5.3.2. tan-Notifika ta’ Bidu.

Jenħtieġ li kemm il-verżjoni “Limited” (Ristretta) kif ukoll il-verżjoni “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati) jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-notifika ta’ bidu.

It-talba għal informazzjoni mitluba jenħtieġ li tintbagħat lura lill-Kummissjoni fl-indirizz speċifikat fin-notifika tal-bidu fi ħdan il-15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

1.   IDENTITÀ U DETTALJI TAL-KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem tal-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

Telefown

 

Nru tal-faks

 

2.   INFORMAZZJONI DWAR L-INPUTS UŻATI MILL-KUMPANIJA TIEGĦEK U KUMPANIJI RELATATI

Jekk jogħġbok ipprovdi deskrizzjoni qasira tal-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

Jekk jogħġbok elenka l-materjali kollha (mhux maħdumin u pproċessati) u l-enerġija użata fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat kif ukoll il-prodotti sekondarji kollha u l-iskart li huma mibjugħa jew imdaħħla (mill-ġdid) fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat. Fejn xieraq, ipprovdi l-kodiċi ta’ klassifikazzjoni korrispondenti tas-Sistema Armonizzata (SA) (1) għal kull waħda mill-entrati fiż-żewġ tabelli. Jekk jogħġbok imla Anness separat għal kull kumpanija relatata li tipproduċi l-prodott li qed jiġi investigat fil-każ li l-proċess tal-produzzjoni huwa differenti. Kumpaniji relatati li huma involuti fil-manifattura tal-inputs użati upstream fil-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat għandhom ukoll jimlew Anness separat u jidentifikaw l-input(s) fornut(i).

Materja Prima/enerġija

Kodiċi tas-SA

 

 

 

 

 

 

(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ)

 


Prodotti sekondarji u skart

Kodiċi tas-SA

 

 

 

 

 

 

(Żid ringieli addizzjonali jekk meħtieġ)

 

Il-kumpanija b’dan tiddikjara li l-informazzjoni mogħtija hawn fuq hi korretta sa fejn taf hi.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, ġeneralment imsejħa s-“Sistema Armonizzata” jew sempliċiment “SA” hija nomenklatura tal-prodotti internazzjonali bi skopijiet multipli żviluppata mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO - World Customs Organization).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/34


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9641 — SNAM/FSI/OLT)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 20/06)

1.   

Fis-7 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SNAM S.p.A. (L-ITALJA),

First State Investments International Ltd (IR-RENJU UNIT),

OLT Offshore LNG Toscana S.p.A. (L-ITALJA).

SNAM u FSI jakkwistaw il-kontroll bi sħab, fis-sens tal-Artikolu 3(1) u 3(4) tal-EUMR, ta’ OLT.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SNAM: l-iżvilupp u l-ġestjoni integrata ta’ infrastrutturi tal-gass u, b’mod partikolari, it-trażmissjoni, ir-rigassifikazzjoni u l-ħażna tal-gass naturali fl-Italja kif ukoll f’pajjiżi oħra Ewropej;

FSI: diviżjoni ta’ ġestjoni tal-assi ta’ Mitsubishi UFJ Trust and Banking Corporation, li hija waħda mill-akbar ġestjoni tal-assi fil-Ġappun u li hija sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Mitsubishi UFJ Financial Group Inc.;

OLT: il-ġestjoni ta’ ħażna fuq l-ilma u ta’ unità tar-rigassifikazzjoni għal gass naturali likwifikat fl-Italja, il-provvista ta’ kapaċità ta’ rigassifikazzjoni lill-parteċipanti tas-suq kollha interessati f’kundizzjonijiet trasparenti u mingħajr diskriminazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9641 – SNAM / FSI / OLT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29 ta’ Jannar 2004, p. 1 (ara r-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).