ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 19

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
20ta' Jannar 2020

Werrej

Paġna

IV   Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 19/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

V   Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 19/02

Kawża C-92/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 1 ta’ Fuenlabrada - Spanja) – Bankia SA vs Henry-Rodolfo Rengifo Jiménez, Sheyla-Jeanneth Felix Caiza (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda identika għal domanda li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala inġusta – Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda manifestament inammissibbli)

2

2020/C 19/03

Kawża C-167/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander) - Spanja – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA vs Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda identika għal domanda li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala inġusta – Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda manifestament inammissibbli)

3

2020/C 19/04

Kawża C-486/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 6 ta’ Alicante) - Spanja – Bankia SA vs Alfredo Sánchez Martínez, Sandra Sánchez Triviño (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda identika għal domanda li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza – Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola – Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala inġusta – Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali – Prinċipju ta’ effettività – Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali)

4

2020/C 19/05

Kawża C-801/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil supérieur de la Sécurité sociale - il-Lussemburgu) – EU vs Caisse pour l’avenir des enfants (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Moviment liberu tal-ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 45 TFUE – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Artikolu 4 – Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn l-Istat Membru ta’ impjieg u pajjiż terz – Benefiċċji tal-familja – Applikazzjoni għal ħaddiem transkonfinali li la huwa ċittadin u lanqas residenti ta’ wieħed mill-Istati kontraenti tal-konvenzjoni)

4

2020/C 19/06

Kawża C-262/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – il-Greċja) – RM, SN vs Agrotiki Trapeza Ellados (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti ta’ Ġustizzja – Għajnuna mill-Istat – Kostituzzjoni ta’ ipoteki li jiggarantixxu s-self bankarji mogħtija lill-bdiewi – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu tas-somma li għaliha huma kkostitwiti l-ipoteki – Espożizzjoni insuffiċjenti tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju li tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Inammissibbiltà manifesta)

5

2020/C 19/07

Kawża C-491/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – Mennica Wrocławska sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

6

2020/C 19/08

Kawża C-583/19 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 minn Belén Bernaldo de Quirós mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-273/18, Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni Ewropea

6

2020/C 19/09

Kawża C-612/19 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn CC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-248/17, RENV, CC vs Il-Parlament

7

2020/C 19/10

Kawża C-655/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Julia (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – LN vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov

8

2020/C 19/11

Kawża C-709/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Vereniging van Effectenbezitters vs BP plc

9

2020/C 19/12

Kawża C-719/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Settembru 2019 – FS vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

10

2020/C 19/13

Kawża C-720/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Settembru 2019 – GR vs Stadt Duisburg

10

2020/C 19/14

Kawża C-738/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – A vs B, C

11

2020/C 19/15

Kawża C-742/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-10 ta’ Ottubru 2019 – B. K. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

12

2020/C 19/16

Kawża C-746/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2019 – UD vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

12

2020/C 19/17

Kawża C-756/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – Ramada Storax SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

13

2020/C 19/18

Kawża C-758/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – OH vs ID

14

2020/C 19/19

Kawża C-760/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – JCM Europe (UK) Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

15

2020/C 19/20

Kawża C-766/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fit-18 ta’ Ottubru 2019 – QE, RD vs SATA International - Serviços de Transportes Aéreos SA

15

2020/C 19/21

Kawża C-768/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Bundesrepublik Deutschland vs SE

16

2020/C 19/22

Kawża C-771/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – NAMA Symvouloi Michanikoi kai Meletites A.E. – LDK Symvouloi Michanikoi A.E., NAMA Symvouloi Michanikoi kai Meletites A.E., LDK Symvouloi Michanikoi A.E. vs Archi Exetasis Prodikastikon Prosfygon (AEPP), ATTIKO METRO A.E.

18

2020/C 19/23

Kawża C-774/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – A.B. u B.B. vs Personal Exchange International Limited

19

2020/C 19/24

Kawża C-776/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – VB, WA vs BNP Paribas Personal Finance SA

19

2020/C 19/25

Kawża C-777/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – XZ, YY vs BNP Paribas Personal Finance SA

21

2020/C 19/26

Kawża C-778/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – ZX vs BNP Paribas Personal Finance SA

23

2020/C 19/27

Kawża C-779/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – AV vs BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

24

2020/C 19/28

Kawża C-780/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – BW, CX vs BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

26

2020/C 19/29

Kawża C-781/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – DY, EX vs BNP Paribas Personal Finance SA

28

2020/C 19/30

Kawża C-782/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – FA vs BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

29

2020/C 19/31

Kawża C-783/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs GB

31

2020/C 19/32

Kawża C-795/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – XX vs Tartu Vangla

32

2020/C 19/33

Kawża C-799/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Košice I (is-Slovakkja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – NI, OJ u PK vs Sociálna poisťovňa

32

2020/C 19/34

Kawża C-812/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – Danske Bank A/S vs Skatteverket

33

2020/C 19/35

Kawża C-813/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fil-5 ta’ Novembru 2019 – MN

34

2020/C 19/36

Kawża C-821/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

34

2020/C 19/37

Kawża C-847/19 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 minn Achemos Grupė UAB, Achema AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-417/16, Achemos Grupė u Achema AB vs Il-Kummissjoni

35

2020/C 19/38

Kawża C-849/19: Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

36

2020/C 19/39

Kawża C-856/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

37

2020/C 19/40

Kawża C-569/17: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, intervenjenti: Ir-Repubblika Franċiża

38

2020/C 19/41

Kawża C-580/18 P: Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Awwissu 2019 – Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH vs Lotte Co. Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

38

2020/C 19/42

Kawża C-751/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Awwissu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) – Il-Portugall) – Totalmédia – Marketing Directo u Publicidade SA vs Autoridade Tributária u Aduaneira

39

2020/C 19/43

Kawża C-781/18: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Roma - l-Italja) – Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.) vs Soundreef Ltd

39

2020/C 19/44

Kawża C-180/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

39

2020/C 19/45

Kawża C-247/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta - Spanja) – HC, ID vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA

40

2020/C 19/46

Kawża C-327/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta Awwissu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Kawża mressqa minn Nobina Finland Oy

40

2020/C 19/47

Kawża C-345/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Awwissu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf - il-Ġermanja) – EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH

40

2020/C 19/48

Kawża C-370/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg - il-Ġermanja) – GE vs Société Air France

41

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 19/49

Kawża T-287/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2019 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea (FEAG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq mill-Belġju – Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament – Assenza ta’ rkupru li tirriżulta minn negliġenzi imputabbli lil organu ta’ Stat Membru – Nuqqas ta’ eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji kollha possibbli – Proporzjonalità)

42

2020/C 19/50

Kawża T-502/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2019 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Qtil ta’ uffiċjal u ta’ martu – Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni – Responsabbiltà ta’ istituzzjoni għad-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal mejjet – Omm, ħu u oħt l-uffiċjal – Rikors għad-danni – Ammissibbiltà – Locus standi abbażi tal-Artikolu 270 TFUE – Persuna li għaliha japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal – Terminu raġonevoli)

43

2020/C 19/51

Kawża T-31/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2019 – Izuzquiza u Semsrott vs Frontex (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ operazzjoni navali mmexxija fil-Mediterran ċentrali fl-2017 minn Frontex – Bastimenti użati – Rifjut ta’ aċċess – Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tas-sigurtà pubblika)

44

2020/C 19/52

Kawża T-527/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2019 – K.A. Schmersal Holding vs EUIPO – Tecnium (tec.nicum) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea tec.nicum – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TECNIUM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 – Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali)

44

2020/C 19/53

Kawża T-592/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Wywiał-Prząda vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Deċiżjoni li tirrifjuta l-allowance tal-espatrijazzjoni – Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Servizzi mwettqa għal Stat ieħor – Status diplomatiku – Perijodu ta’ riferiment ta’ ħames snin)

45

2020/C 19/54

Kawża T-642/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes Atopimed) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes Atopimed – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti Dermowas – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

46

2020/C 19/55

Kawża T-643/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti Dermowas – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

46

2020/C 19/56

Kawża T-695/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2019 – Werner vs EUIPO – Merck (fLORAMED) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva fLORAMED – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MEDIFLOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

47

2020/C 19/57

Kawża T-711/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2019 – Wyld vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (wyld) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali wyld – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti WILD CRISP – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni)

48

2020/C 19/58

Kawża T-276/13 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill (Dumping – Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti – Dazju antidumping definittiv – Tħassir tal-att ikkontestat – Għajbien tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

48

2020/C 19/59

Kawża T-618/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2019 – ZI vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kopertura mill-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard – Affiljazzjoni tal-konjuġi tal-uffiċjal – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

49

2020/C 19/60

Kawża T-740/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Taminco vs Il-Kummissjoni Ewropea (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Sustanza attiva Tiram – Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tqegħid fis-suq – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

50

2020/C 19/61

Kawża T-147/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Flovax vs EUIPO – Dagniaux u Gervais Danone (GLACIER DAGNIAUX DEPUIS 1923) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GLACIER DAGNIAUX DEPUIS 1923 – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem is-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

50

2020/C 19/62

Kawża T-181/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2019 – Dickmanns vs EUIPO (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat li jinkludi klawżola ta’ xoljiment – Klawżola li ttemm il-kuntratt fl-ipoteżi fejn l-isem tal-membru tal-persunal ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni – Att purament konfermattiv – Terminu għat-tressiq ta’ lment – Inammissibbiltà)

51

2020/C 19/63

Kawża T-518/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji – Prodotti fitofarmaċewtiċi – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Sustanza attiva chlorothalonil – Kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ tqegġid fis-suq – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

52

2020/C 19/64

Kawża T-549/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodott mediċinali orfni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

53

2020/C 19/65

Kawża T-568/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Micreos Food Safety vs Il-Kummissjoni Ewropea (Miżuri provviżorji – Batterjofagu – Listeria – Listex™ P100 – Inammissibbiltà)

53

2020/C 19/66

Kawża T-719/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Northgate u Northgate Europe vs Il-Kummissjoni

54

2020/C 19/67

Kawża T-726/19: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – LSEGH (Luxembourg) u London Stock Exchange Group Holdings (Italy) vs Il-Kummissjoni

55

2020/C 19/68

Kawża T-728/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – PL vs Il-Kummissjoni

56

2020/C 19/69

Kawża T-731/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Arris Global vs Il-Kummissjoni

57

2020/C 19/70

Kawża T-79/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2019 – Lantmännen u Lantmännen Agroetanol vs Il-Kummissjoni

58

2020/C 19/71

Kawża T-537/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2019 – DK vs GSA

58

MT

IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/1

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 19/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 10, 13.1.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 432, 23.12.2019

ĠU C 423, 16.12.2019

ĠU C 413, 9.12.2019

ĠU C 406, 2.12.2019

ĠU C 399, 25.11.2019

ĠU C 383, 11.11.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu

V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/2

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 1 ta’ Fuenlabrada - Spanja) – Bankia SA vs Henry-Rodolfo Rengifo Jiménez, Sheyla-Jeanneth Felix Caiza

(Kawża C-92/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda identika għal domanda li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala “inġusta” - Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda manifestament inammissibbli)

(2020/C 19/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Fuenlabrada

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia SA

Konvenuti: Henry-Rodolfo Rengifo Jiménez, Sheyla-Jeanneth Felix Caiza

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, dawn jipprekludu li klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li tiġi kkonstatata inġusta, tinżamm parzjalment, permezz tat-tħassir, mill-qorti nazzjonali, tal-elementi li jirrenduha inġusta. Għall-kuntrarju, dawn l-artikoli ma jipprekludux lill-qorti nazzjonali milli tirrimedja n-nullità ta’ tali klawżola inġusta li l-kliem tagħha huwa ispirat minn dispożizzjoni leġiżlattiva applikabbli f’każ ta’ qbil tal-partijiet għall-kuntratt, u tissostitwixxiha b’formulazzjoni ġdida tad-dispożizzjoni leġiżlattiva introdotta wara l-konklużjoni tal-kuntratt sakemm il-kuntratt ta’ self ipotekarju inkwistjoni ma jkunx jista’ jkompli japplika f’każ ta’ tħassir tal-imsemmija klawżola inġusta, u li l-annullament tal-kuntratt fl-intier tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi li partikolarment jikkawżawlu preġudizzju.

(1)  ĠU C 156, 2.5.2016

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/3

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander) - Spanja – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA vs Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García

(Kawża C-167/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda identika għal domanda li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala “inġusta” - Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda manifestament inammissibbli)

(2020/C 19/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 2 de Santander

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA

Konvenuti: Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García

Dispożittiv

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, dawn jipprekludu li klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju li tiġi kkonstatata inġusta, tinżamm parzjalment, permezz tat-tħassir, mill-qorti nazzjonali, tal-elementi li jirrenduha inġusta. Għall-kuntrarju, dawn l-artikoli ma jipprekludux lill-qorti nazzjonali milli tirrimedja n-nullità ta’ tali klawżola inġusta li l-kliem tagħha huwa ispirat minn dispożizzjoni leġiżlattiva applikabbli f’każ ta’ qbil tal-partijiet għall-kuntratt, u tissostitwixxiha b’formulazzjoni ġdida tad-dispożizzjoni leġiżlattiva introdotta wara l-konklużjoni tal-kuntratt sakemm il-kuntratt ta’ self ipotekarju inkwistjoni ma jkunx jista’ jkompli japplika f’każ ta’ tħassir tal-imsemmija klawżola inġusta, u li l-annullament tal-kuntratt fl-intier tiegħu jesponi lill-konsumatur għal konsegwenzi li partikolarment jikkawżawlu preġudizzju.

(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/4

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia no 6 ta’ Alicante) - Spanja – Bankia SA vs Alfredo Sánchez Martínez, Sandra Sánchez Triviño

(Kawża C-486/16) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżola ta’ skadenza antiċipata ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domanda identika għal domanda li fuqha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet jew li r-risposta għaliha tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza - Dikjarazzjoni tan-natura parzjalment inġusta tal-klawżola - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala “inġusta” - Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipju ta’ awtonomija proċedurali)

(2020/C 19/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 6 de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bankia SA

Konvenuti: Alfredo Sánchez Martínez, Sandra Sánchez Triviño

Dispożittiv

L-Artikoli 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u l-prinċipju ta’ effettività għandhom jiġu interpretati, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fis-sens li dawn ma jipprekludux li qorti nazzjonali tal-ewwel istanza tkun marbuta b’deċiżjoni mogħtija minn qorti tal-appell li timponi l-ftuħ ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni b’kont meħud tal-gravità tal-ksur mill-konsumatur tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ self ipotekarju, minkejja li dan il-kuntratt kien jinkludi klawżola ddikjarata abbużiva f’sentenza preliminari li saret definittiva, iżda li ma għandhiex l-awtorità ta’ res judicata fid-dritt nazzjonali.

(1)  ĠU C 441, 28.11.2016.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/4

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil supérieur de la Sécurité sociale - il-Lussemburgu) – EU vs Caisse pour l’avenir des enfants

(Kawża C-801/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 45 TFUE - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 4 - Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn l-Istat Membru ta’ impjieg u pajjiż terz - Benefiċċji tal-familja - Applikazzjoni għal ħaddiem transkonfinali li la huwa ċittadin u lanqas residenti ta’ wieħed mill-Istati kontraenti tal-konvenzjoni)

(2020/C 19/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil supérieur de la Sécurité sociale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EU

Konvenut: Caisse pour l’avenir des enfants

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-rifjut, mill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Stat Membru, li jagħtu lil ċittadin tat-tieni Stat Membru, li jaħdem fl-ewwel Stat Membru mingħajr ma jirrisjedi fih, il-benefiċċji tal-familja għall-wild tiegħu li tirrisjedi f’pajjiż terz ma’ ommha meta, taħt l-istess kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmija benefiċċji, l-imsemmija awtoritajiet jirrikonoxxu, skont konvenzjoni internazzjonali bilaterali konkluża bejn l-ewwel Stat Membru u dan il-pajjiż terz, id-dritt għall-benefiċċji tal-familja għaċ-ċittadini u għar-residenti tagħhom stess, sakemm dawn l-awtoritajiet ma jinvokawx ġustifikazzjoni oġġettiva għar-rifjut tagħhom.

(1)  ĠU C 82, 04.03.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/5

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – il-Greċja) – RM, SN vs Agrotiki Trapeza Ellados

(Kawża C-262/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti ta’ Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Kostituzzjoni ta’ ipoteki li jiggarantixxu s-self bankarji mogħtija lill-bdiewi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limitu tas-somma li għaliha huma kkostitwiti l-ipoteki - Espożizzjoni insuffiċjenti tar-raġunijiet li wasslu lill-qorti tar-rinviju li tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 19/06)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RM, SN

Konvenuta: Agrotiki Trapeza Ellados

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Polymeles Protodikeio Athinon (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Ateni, il-Greċja), permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ Frar 2019, hija manifestament inammissibbli.

(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/6

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-27 ta’ Lulju 2018 – Mennica Wrocławska sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-491/18)

(2020/C 19/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mennica Wrocławska sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

B’digriet tat-13 ta’ Diċembru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) qetgħet u ddeċidiet li l-Artikolu 168(a), l-Artikolu 178(a) u l-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali milli jirrifjutaw lill-persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa bħala taxxa tal-input għar-raġuni biss li l-fatturi redatti jinkludu żball marbut mal-identifikazzjoni tal-merkanzija li tikkostitwixxi s-suġġett tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, u dan anki jekk il-persuna taxxabbli pprovdiet lill-awtoritjiaet fiskali, qabel ma dawn tal-aħħar ħadu deċiżjoni fir-rigward tagħha, id-dokumenti u l-ispjegazzjonijiet neċessarji għad-determinazzjoni tas-suġġett reali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u li jikkonfermaw ir-realtà tagħhom.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/6

Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2019 minn Belén Bernaldo de Quirós mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-273/18, Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-583/19 P)

(2020/C 19/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Belén Bernaldo de Quirós (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

Tannulla s-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2019, Bernaldo de Quirós vs Il-Kummissjoni (T-273/18);

Tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza;

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tqajjem aggravju wieħed ibbażat fuq żnaturament tal-fatti, żball manifest ta’ evalwazzjoni u motivazzjoni żbaljata fid-dritt.

Fit-tieni aggravju imressaq quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti kienet invokat ksur tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża skont l-Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq dan l-aggravju fil-punti 81 sa 94 tas-sentenza appellata.

L-appellanti tikkunsidra li l-konstatazzjonijiet li saru mill-Qorti Ġenerali huma materjalment mhux eżatti. Hija tikkunsidra li s-sentenza appellata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi u fiha żball manifest ta’ evalwazzjoni, minħabba li, minn naħa, ir-regoli interni ma jistgħux jiġġustifikaw li ma tiġix osservata dispożizzjoni statutorja u min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni (DĠI) inkwistjoni ma jipprovdux għal delegazzjoni tas-setgħat mill-Awtorità tal-Ħatra. Fl-aħħarnett, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 4(4) tad-DĠI twassal għal dikjarazzjoni mhux eżatta ta’ motivazzjoni żbaljata fid-dritt.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/7

Appell ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2019 minn CC mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-248/17, RENV, CC vs Il-Parlament

(Kawża C-612/19 P)

(2020/C 19/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: CC (rappreżentant: G. Maximini, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-248/17 RENV, bl-eċċezzjoni tal-punt 3 tad-dispożittiv marbut mal-ispejjeż;

tikkundanna lill-Parlament għar-riżarċiment tad-danni morali u materjali subiti mir-rikorrent, skont il-metodu għall-kalkolu stabbilit fir-rikors promotur tiegħu F-9/12;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża CC vs Il-Parlament, T-248/17 RENV (bl-eċċezzjoni tal-punt 3 tad-dispożittiv), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali kkundannat lill-Parlament iħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 6 000 u l-ispjjeż kollha, filwaqt li l-kumplament tar-rikors ġie miċħud.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka ħames motivi:

ksur tal-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

żbalji ta’ liġi safejn il-Qorti Ġenerali ma adottatx il-miżuri istruttorji u ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba;

żnaturament tal-avviż tal-kompetizzjoni – ksur tas-sentenza ta’ annullament – sostituzzjoni illegali ta’ evalwazzjoni – ksur tal-Artikolu 1d(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

żball ta’ liġi safejn il-Qorti Ġeenrali eskludiet ċerti postijiet mill-evalwazzjoni tat-telf ta’ opportunità;

evalwazzjoni arbitrarja, żball ta’ liġi, assenza ta’ motivazzjoni, assenza ta’ imparzjalità.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/8

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Alba Julia (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Awwissu 2019 – LN vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov

(Kawża C-655/19)

(2020/C 19/10)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Alba Julia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LN

Konvenuti: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Sibiu, Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludi li t-tranżazzjoni li permezz tagħha persuna taxxabbli li, inkwantu kreditriċi, tikseb proprjetà immobbli maqbuda fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata u, sussegwentement, tbigħ din il-proprjetà bil-għan li tirkupra l-ammont misluf tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika li tikkonsisti fl-isfruttament ta’ proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skopijiet ta’ dħul minnha fuq bażi kontinwa?

2)

Il-persuna li tkun wettqet l-imsemmija tranżazzjoni legali tista’ titqies bħala persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112?

(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60 u fil-ĠU 2018 L 329, p. 53.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/9

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Settembru 2019 – Vereniging van Effectenbezitters vs BP plc

(Kawża C-709/19)

(2020/C 19/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vereniging van Effectenbezitters

Konvenuta: BP plc

Domandi preliminari

1.

a)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell Ia) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-seħħ dirett ta’ dannu purament finanzjarju ta’ kont ta’ investiment fil-Pajjiżi l-Baxxi jew ta’ kont ta’ investiment ta’ bank u/jew ta’ impriża ta’ investiment stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, liema dannu jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ investiment li ttieħdet skont informazzjoni ġeneralment disponibbli iżda skorretta, inkompleta u qarrieqa u li toriġina minn kumpannija internazzjonali kkwotata fil-borża, huwa fattur ta’ rabta sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti Olandiża skont il-post tas-seħħ tad-dannu (“Efolgsort”)?

b)

Fin-negattiv, huma neċessarji ċirkustanzi addizzjonali sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ qorti Olandiża u liema huma ċ-ċirkustanzi? Iċ-ċirkustanzi addizzjonali (imsemmija fil-punt 4.2.2) huma suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti Olandiża?

2.

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk it-talba titressaq skont l-Artikolu 3.305a tal-Burgerlijk Wetboek (il-Kodiċi Ċivili Olandiż) minn assoċjazzjoni li l-għan tagħha huwa li tiddefendi, bil-prerogattiva tagħha stess, l-interessi kollettivi ta’ investituri li jkunu ġarrbu dannu bħal dak imsemmi fl-ewwel domanda, u dan jimplika b’mod partikolari li la d-domiċilji tal-imsemmija investituri, u lanqas iċ-ċirkustanzi partikolari tat-tranżazzjonijiet individwali ta’ xiri jew ta’ deċiżjonijiet individwali li ma jinbigħux l-azzjonijiet li kienu miżmuma, ma ġew stabbiliti?

3.

Jekk il-qorti Olandiża ikollha ġurisdizzjoni, abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell Ia, sabiex tieħu konjizzjoni tat-talba mressqa skont l-Artikolu 3.305a tal-Kodiċi Ċivili Olandiż, din il-qorti għandha wkoll ġurisdizzjoni territorjali internazzjonali u nazzjonali, abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Brussell Ia, sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet għad-danni kollha mressqa mill-investituri li jkunu ġarrbu dannu bħal dak li hemm riferiment għalih fl-ewwel domanda?

4.

Jekk il-qorti Olandiża jkollha ġurisdizzjoni territorjali internazzjonali iżda mhux nazzjonali sabiex tieħu konjizzjoni tat-talbiet għad-danni kollha mressqa mill-investituri li jkunu ġarrbu dannu bħal dak li hemm riferiment għalih fl-ewwel domanda, il-ġurisdizzjoni territorjali nazzjonali għandha għalhekk tiġi ddeterminata abbażi tad-domiċilju tal-investitur leż, tal-post ta’ stabbiliment tal-bank li fih dan l-investitur ikollu l-kont personali tiegħu, tal-post ta’ stabbiliment tal-bank li fih jinżamm il-kont ta’ investiment, jew abbażi ta’ fattur ta’ rabta ieħor?

(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/10

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Settembru 2019 – FS vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-719/19)

(2020/C 19/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FS

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni ta’ tneħħija ta’ ċittadin tal-Unjoni mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, li tkun ġiet adottata abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, tiġi eżegwita b’mod sħiħ u ma tipproduċix effetti ġuridiċi b’effett minn meta dan iċ-ċittadin ikun ipproduċa prova li telaq mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru ospitanti fit-terminu li l-imsemmija deċiżjoni tistabbilixxi għat-tluq volontarju tiegħu?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, dan iċ-ċittadin tal-Unjoni jibbenefika, f’każ ta’ ritorn immedjat fl-Istat Membru ospitanti, mid-dritt ta’ residenza ta’ mhux iktar minn tliet xhur, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/38 jew l-Istat Membru ospitanti jista’ jadotta deċiżjoni ta’ tneħħija ġdida sabiex jipprekludi d-dħul ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni fit-territorju tiegħu kull darba għal perijodu qasir?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, dan iċ-ċittadin tal-Unjoni għandu, f’dan il-każ, jirrisjedi matul perijodu determinat barra mit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, u dan il-perijodu kemm huwa twil?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/10

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Settembru 2019 – GR vs Stadt Duisburg

(Kawża C-720/19)

(2020/C 19/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GR

Konvenuta: Stadt Duisburg

Domandi preliminari

1)

Membru tal-familja ta’ ħaddiem Tork, li jista’ jakkwista minn dan tal-aħħar drittijiet abbażi tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80, jitlef dawn id-drittijiet meta jadotta ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li jitlef iċ-ċittadinanza preċedenti tiegħu?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Il-membru tal-familja tal-ħaddiem Tork jista’, fis-sitwazzjoni deskritta, ikompli jinvoka d-drittijiet abbażi tal-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 meta dan jitlef in-nazzjonalità tal-Istat ospitanti billi jerġa jikseb iċ-ċittadinanza preċedenti tiegħu?

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/11

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ottubru 2019 – A vs B, C

(Kawża C-738/19)

(2020/C 19/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenuti: B, C

Domanda preliminari

Kif għandha tiġi interpretata d-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) u, b’mod iktar partikolari, il-prinċipju ta’ effett kumulattiv li huwa stabbilit fiha, meta jiġi evalwat jekk is-somma li konsumatur li jonqos milli jwettaq l-obbligi tiegħu huwa meħtieġ li jħallas bħala kumpens (“klawżola dwar is-sanzjoni”) hijiex għolja b’mod sproporzjonat fis-sens tal-punt 1(e) tal-anness tal-imsemmija direttiva, f’każ fejn il-klawżoli dwar is-sanzjoni huma marbuta ma’ nuqqasijiet ta’ diversi tipi li, min-natura tagħhom, mhux neċessarjament għandhom iseħħu flimkien, u tabilħaqq ma jseħħux flimkien f’dan il-każ? F’dan ir-rigward, huwa wkoll rilevanti, f’dak li għandu x’jaqsam man-nuqqas li abbażi tiegħu qed jintalab il-ħlas tal-multa, li qed jintalab ukoll kumpens fil-forma ta’ ħlas lura ta’ profitti magħmula b’mod illegali?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/12

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-10 ta’ Ottubru 2019 – B. K. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-742/19)

(2020/C 19/15)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B.K.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) japplika wkoll għall-ħaddiema li jaħdmu fil-qasam tad-difiża u għall-militari li jagħmlu xogħol tal-għassa fi żmien ta’ paċi?

2)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-perijodi ta’ stand-by tal-ħaddiema li jaħdmu fl-armata, imwettqa fuq il-post tax-xogħol jew f’post determinat (iżda mhux id-dar) u l-preżenza tal-militari li jaħdmu fil-qasam tad-difiża f’perijodi ta’ għassa, meta dawn il-militari ma jwettqux xogħol effettiv, iżda għandhom ikunu fiżikament preżenti fil-kwartier tas-suldati, ma humiex inklużi fil-ħin tax-xogħol?

(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/12

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 17 de Barcelona (Spanja) fl-14 ta’ Ottubru 2019 –

UD vs Subdelegación del Gobierno en Barcelona

(Kawża C-746/19)

(2020/C 19/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 17 de de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UD

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Barcelona

Domandi preliminari

1)

L-Istat Spanjol ittraspona b’mod korrett id-Direttiva 2008/115 (1) fid-dritt nazzjonali tiegħu (il-Liġi Organika 4/2000 kif emendata permezz tal-Liġi Organika 2/2009), sa fejn żamm il-multa bħala soluzzjoni prinċipali għar-residenza irregolari [ta’ barrani] u billi rriżerva t-tneħħija biss għal każijiet aggravati?

2)

Skont il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi, l-Istat Spanjol jista’ jeżiġi l-applikazzjoni diretta tad-Direttiva 2008/115, anki jekk dan imur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu u jekk dan jaggrava s-sitwazzjoni tal-barrani?

3)

L-Artikoli 55(1) u 57(1) tal-Liġi Organika 4/2000 jippermettu interpretazzjoni konformi mad-Direttiva 2008/115 sakemm dispożizzjoni li tipprevedi li l-multa hija s-sanzjoni prinċipali fil-każ ta’ residenza irregolari tibqa’ fis-seħħ fid-dritt Spanjol, jew, għall-kuntrarju, tali interpretazzjoni konformi twassal għal interpretazzjoni contra legem ta’ dan id-dritt nazzjonali?

4)

Il-qorti nazzjonali għandha tkompli tapplika l-multa bħala sanzjoni prinċipali u t-tneħħija f’każijiet aggravati jew, bil-kontra, hija għandha b’mod inevitabbli tapplika s-sanzjoni ta’ tneħħija fil-każijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk esklużi b’mod espliċitu mid-Direttiva 2008/115?

(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/13

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – Ramada Storax SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-756/19)

(2020/C 19/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ramada Storax SA.

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikoli 90 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) […], u tal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità kif ukoll tal-libertajiet ekonomiċi fundamentali, tippermetti li l-leġiżlatur Portugiż fl-Artikolu 78(7)(b) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (CIVA) (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-Portugall), approvat permezz tad-Decreto-Lei n.o 394-B/84 (Digriet Liġi Nru 394/-B/84) tas-26 ta’ Diċembru 1984, jillimita r-regolarizzazzjoni tat-taxxa fuq lil-valur miżjud (VAT) fir-rigward ta’ dejn fi proċeduri ta’ insolvenza meqjus li ma jistax jiġi rkuprat, għall-każijiet previsti fiha (jiġifieri, meta tiġi ddikjarata insolvenza ta’ natura limitata, wara li s-sentenza ta’ verifika u klassifikazzjoni tad-dejn prevista fil-Código da Insolvência e da Recuperação de Empresas (CIRE) (il-Kodiċi dwar l-Insolvenza u l-Irkupru ta’ Impriżi, il-Portugall), approvat permezz tad-Decreto-Lei n.o53/2004 (Digriet Liġi Nru 53/2004) tat-18 ta’ Marzu 2004 tkun ġiet iddikjarata res judicata, jew, meta tkun teżisti l-approvazzjoni tal-pjan li huwa suġġett għal diskussjoni prevista fl-Artikolu 156 tal-istess kodiċi), bil-konsegwenza li għal din ir-raġuni ma jiġux aċċettati deċiżjonijiet ta’ qrati ta’ Stati Membri oħra li jiċċertifikaw bħala dejn li ma jistax jiġi rkuprat dejn mitlub fi proċeduri ta’ insolvenza?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 60 u fil-ĠU 2018 L 329, p. 53).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/14

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Polymeles Protodikeio Athinon (il-Greċja) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – OH vs ID

(Kawża C-758/19)

(2020/C 19/18)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OH

Konvenut: ID

Domandi preliminari

1)

Il-kunċetti ta’ “immunità minn proċedimenti legali” u ta’ “immunità” imsemmija fl-Artikolu 11 tal-Protokoll (1), kif ifformulati u fir-rigward tal-għan intiż tagħhom, huma ekwivalenti?

2)

L-“immunità minn proċedimenti legali”/“immunità” imsemmija fl-Artikolu 11 tinkludi u tkopri, minbarra l-kawżi kriminali, anki l-kawżi ċivili li jiġu ppreżentati fil-konfront ta’ membri tal-Kummissjoni minn partijiet terzi li jkunu ġarrbu dannu?

3)

L-“immunità minn proċedimenti legali”/“immunità” ta’ Kummissarju tista’ tiġi rrevokata anki fil-kuntest ta’ kawża ċivili fil-konfront tiegħu, bħall-kawża ppreżentata f’dan il-każ? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, min għandu jiftaħ il-proċedura ta’ revoka?

4)

Il-qrati tal-Unjoni Ewropea għandhom ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali fil-konfront ta’ Kummissarju, bħall-kawża ppreżentata ppreżentata f’dan il-każ?

(1)  Artikolu 11 tal-Protokoll tat-8 ta’ April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat [dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] bħala Protokoll Nru 7.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/15

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fis-16 ta’ Ottubru 2019 – JCM Europe (UK) Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-760/19)

(2020/C 19/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: JCM Europe (UK) Ltd

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1760 tat-28 ta’ Settembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (NM) (1), huwa invalidu inkwantu jikklassifika l-validatur tal-karti tal-flus u l-kaxxi tal-flus li jinsabu speċifikati fl-imsemmi regolament taħt il-kodiċi NM 84729070, minflok taħt il-kodiċi NM 90314990?

2)

B’mod partikolari, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2016/1760 huwa invalidu inkwantu:

a)

jirrestrinġi b’mod indebitu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 9031;

b)

jestendi b’mod indebitu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 8472;

c)

jieħu inkunsiderazzjoni kriterji li ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni;

d)

ma jiħux debitament inkunsiderazzjoni n-noti ta’ spjega, intestaturi tan-NM u/jew ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni meta jikklassifika l-prodott kif indikat fl-imsemmi regolament[?]

(1)  ĠU 2016, L 269, p. 6.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/15

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fit-18 ta’ Ottubru 2019 – QE, RD vs SATA International - Serviços de Transportes Aéreos SA

(Kawża C-766/19)

(2020/C 19/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: QE, RD

Konvenuta: SATA International - Serviços de Transportes Aéreos SA

Parti oħra fil-proċedura: Ana – Aeroportos de Portugal SA

Domandi preliminari

1)

Ġrajja bħal dik li seħħet fl-10 ta’ Mejju 2017 fl-ajruport ta’ Lisbona, li fiha seħħet interruzzjoni ġeneralizzata u kunsiderevoli fil-provvista ta’ kombustibbli, li ma ppermettietx ir-riforniment ta’ kombustibbli fl-ajruplani minħabba difett fis-sistema ta’ pompaġġ li pprekluda t-trasferiment ta’ kombustibbli lejn is-sistema ta’ riforniment, liema sistema hija responsabbiltà tal-entitajiet ta’ ġestjoni tal-infrastruttura tal-ajruport, u liema difett affettwa l-kontinwità tal-funzjonament u n-natura operattiva tal-ajruport imsemmi, bir-riżultat li nħoloq dewmien u kanċellazzjonijiet ta’ 473 titjira, li minnhom 12 ġew iddevjati, 98 ikkanċellati u 363 ġarrbu dewmien, fejn ġew affetwati iktar minn 41 000 passiġġier, għandha tiġi kklassifikata bħala “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) li jeżenta lit-trasportatur bl-ajru mill-obbligu ta’ kumpens?

2)

Kumpannija tal-ajru li, fid-dawl tal-impossibbiltà ta’ riforniment ta’ kombustibbli fl-ajruport ta’ Lisbona, għar-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq, iddeċidiet li twettaq il-provvista ta’ kombustibbli f’ajruport alternattiv viċin (Porto) u meta, minħabba d-dewmien dovut għall-ħruġ tardiv mill-ajruport ta’ Lisbona, kif ukoll minħabba r-riforniment ta’ kombustibbli f’ajruport ieħor, fejn il-membri tal-ekwipaġġ ta’ dan l-ajruplan ma kienx fadalilhom iżjed ħin ta’ servizz ta’ titjir disponibbli sabiex, skont it-termini legali applikabbli, tkun tista’ tiġi operata t-titjira li ġiet imdewma, ikkonkludiet kuntratt ta’ kiri operattiv (ACMI) ma’ kumpannija oħra tal-ajru sabiex twettaq l-imsemmija titjira, għandha titqies li użat il-mezzi u soluzzjonijiet alternattivi kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tillimita d-dewmien tat-titjira?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/16

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Ottubru 2019 – Bundesrepublik Deutschland vs SE

(Kawża C-768/19)

(2020/C 19/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland

Konvenut: SE

Parti oħra: Ir-rappreżentant tal-Interess Federali fil-Bundesverwaltungsgericht

Domandi preminari

1)

Fil-każ ta’ applikant għall-ażil li, qabel l-età maġġoreni tal-wild tiegħu, li flimkien miegħu kienet diġà ġiet stabbilita familja fil-pajjiż tal-oriġini u li kien ingħata l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja wara li laħaq l-età maġġoreni (iktar ’il quddiem, il-“benefiċjarju tal-protezzjoni”), abbażi ta’ applikazzjoni għal protezzjoni ppreżentata qabel ma ntlaħqet l-età maġġoreni, daħal fl-Istat Membru ospitanti tal-benefiċjarju tal-protezzjoni u hemmhekk ippreżenta applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali (iktar ’il quddiem, l-“applikant għall-ażil”), u fil-każ ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirreferi għall-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), sabiex tikkonferixxi dritt għall-għoti ta’ protezzjoni sussidjarja dderivat mill-benefiċjarju tal-protezzjoni, huwa rilevanti, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-benefiċjarju tal-protezzjoni huwiex “minuri” fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2011/95, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-mument fejn tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-ażil tal-applikant għall-ażil jew inkella mument preċedenti, b’mod partikolari l-mument fejn

a)

il-benefiċjarju tal-protezzjoni jkun ingħata l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja,

b)

l-applikant għall-ażil ikun ippreżenta l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu,

c)

l-applikant għall-ażil ikun daħal fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jew

d)

il-benefiċjarju tal-protezzjoni jkun ippreżenta l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu?

2.

Fis-sitwazzjoni fejn

a)

huwa deċiżiv il-mument li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ażil:

Għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-applikazzjoni għal protezzjoni bil-miktub, orali jew b’forma oħra, li ġiet innotifikata biha l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-ażil (talba għall-ażil) jew il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali?

b)

huwa deċiżiv il-mument li fih l-applikant għall-ażil ikun daħal fit-territorju jew il-mument li fih dan ikun ippreżenta l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu:

Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li ma kinitx għadha ngħatat deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal protezzjoni tal-benefiċjarju tal-protezzjoni futur?

3.

a)

Fis-sitwazzjoni deskritta fl-ewwel domanda, taħt liema kundizzjonijiet l-applikant għall-ażil ikun “membru tal-familja” (Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2011/95) preżenti “fl-istess Stat Membru rigward l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” bħal dak li fih huwa preżenti l-benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali li miegħu “familja tkun diġa’ eżistiet fil-pajjiż tal-oriġini”? Dan jeżiġi, b’mod partikolari, li l-ħajja tal-familja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tkun issoktat bejn il-benefiċjarju tal-protezzjoni u l-applikant għall-ażil fl-Istat Membru ospitanti jew is-sempliċi preżenza simultanja tal-benefiċjarju tal-protezzzjoni u tal-applikant għall-ażil tkun biżżejjed għal dan il-għan? Ġenitur huwa wkoll membru tal-familja meta, fiċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, id-dħul fit-territorju ma kienx intiż għall-eżerċizzju effettiv ta’ responsabbiltà fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2011/95 fil-konfront ta’ persuna benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali li għadha minorenni u li mhux miżżewġa?

b)

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-punt (a) tat-tielet domanda tkun li l-ħajja tal-familja, fis-sens tal-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandha tkun issoktat bejn il-benefiċjarju tal-protezzjoni u l-applikant għall-ażil fl-Istat Membru ospitanti, il-mument li fih il-ħajja tal-familja tkun issoktat huwa rilevanti? Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan ir-rigward il-fatt dwar jekk il-ħajja tal-familja tkunx issoktat f’ċertu perijodu wara d-dħul tal-applikant għall-ażil fit-territorju, jew fil-mument fejn l-applikant għall-ażil ikun ippreżenta l-applikazzjoni tiegħu jew fil-mument fejn il-benefiċjarju tal-protezzjoni kien għadu minorreni?

4.

L-istatus ta’ applikant għall-ażil bħala membru tal-familja fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2011/95 jintemm meta l-benefiċjarju tal-protezzjoni jilħaq l-età maġġorenni u ma tibqax teżisti r-responsabbiltà lejn persuna minorenni u mhux miżżewġa? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda: dan l-istatus ta’ membru tal-familja (u d-drittijiet derivati minnu) jibqa’ jeżisti lil hinn mid-data għal żmien illimitat jew jintemm wara ċertu perijodu (fl-affermattiv, liema perijodu?) jew mas-seħħ ta’ ċerti avvenimenti (fl-affermattiv: liema avvenimenti?)

(1)  ĠU 2011, L 337, p. 9.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/18

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja) fil-21 ta’ Ottubru 2019 – NAMA Symvouloi Michanikoi kai Meletites A.E. – LDK Symvouloi Michanikoi A.E., NAMA Symvouloi Michanikoi kai Meletites A.E., LDK Symvouloi Michanikoi A.E. vs Archi Exetasis Prodikastikon Prosfygon (AEPP), ATTIKO METRO A.E.

(Kawża C-771/19)

(2020/C 19/22)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NAMA Symvouloi Michanikoi kai Meletites A.E. – LDK Symvouloi Michanikoi A.E., NAMA Symvouloi Michanikoi kai Meletites A.E., LDK Symvouloi Michanikoi A.E.

Konvenuti: Archi Exetasis Prodikastikon Prosfygon (AEPP), ATTIKO METRO A.E.

Domandi preliminari

1)

a)

L-Artikoli 1(3), 2(1)(a) u (b) u 2a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE (1) […] moqrija fid-dawl tas-sentenzi Fastweb (C-100/12), PFE (C-689/13), Archus u Gama (C-131/16) u Lombardi (C-333/18), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-prassi ġudizzjarja nazzjonali li permezz tagħha, meta, b’deċiżjoni tal-awtorità kontraenti adottata mhux matul il-fażi finali tal-għoti tal-kuntratt, iżda fi stadju iktar bikri tal-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku (bħal fażi tal-verifika ta’ offerti tekniċi), offerent jiġi eskluż minn proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku u li parti kkonċernata oħra (kompetitur) tiġi madankollu ammessa, l-offerent eskluż iżomm – f’każ li t-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni li huwa jkun ressaq tiġi miċħuda mill-qorti kompetenti billi din tkun immirata kontra l-esklużjoni tiegħu - l-interess ġuridiku tiegħu sabiex jinvoka kontra l-offerent l-ieħor, f’din l-istess talba, l-ilment uniku skont liema l-ammissjoni tiegħu tikser il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet?

b)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1(a), id-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-offerent eskluż kif deskritt hawn fuq jista’, permezz ta’ din it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, iressaq kull ilment kontra l-parteċipazzjoni tal-kompetitur tiegħu fil-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku; fi kliem ieħor, jista’ jilmenta wkoll minn nuqqasijiet oħra, distinti, li jivvizzjaw l-offerta tal-kompetitur li ma għandhom l-ebda rabta man-nuqqasijiet li għalihom ġiet eskluża l-offerta tiegħu, sabiex tinkiseb sospensjoni tat-tkomplija tal-proċedura u tal-għoti tal-kuntratt pubbliku lill-kompetitur tiegħu f’deċiżjoni li għandha tiġi adottata fi stadju iktar tard tal-proċedura, sabiex jekk ir-rikors prinċipali (talba għal annullament) jiġi milqugħ sussegwentement, il-kompetitur tiegħu jiġi eskluż, li l-għoti tal-kuntratt jiġi kkanċellat u l-unika possibbiltà li jibqa’ se tkun li titnieda proċedura ġdida ta’ għoti ta’ kuntratt li fiha r-rikorrent eskluż ikun jista’ jipparteċipa?

2)

Il-fatt li l-għoti ta’ protezzjoni ġudizzjarja provviżorja (u anki finali) jippreżupponi li jkun ġie preċedentement miċħud ilment mingħajr suċċess, quddiem entità nazzjonali ta’ reviżjoni indipendenti ta’ rikors prekontenzjuż, jaffettwa r-risposta għal domanda preċedenti, ukoll fir-rigward ta’ dak li ġie deċiż fid-dawl tas-sentenza Bietergemeinscaft Technische Gebäudebetreuung und Caverion Österreich (C-355/15)?

3)

Il-konstatazzjoni li, fl-eventwalità fejn l-ilmenti tal-offerent eskluż invokati kontra l-parteċipazzjoni tal-kompetitur fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku jintlaqgħu, (a) il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku jkun impossibbli jew (b) ir-raġuni għall-esklużjoni tar-rikorrent tagħmilha impossibbli li dan tal-aħħar jipparteċipa fil-każ li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura, taffettwa r-risposta għall-ewwel domanda?

(1)  Direttiva Tal-Kunsill 92/13/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315, rettifika fil-ĠU 2018, L 176, p. 23).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/19

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – A.B. u B.B. vs Personal Exchange International Limited

(Kawża C-774/19)

(2020/C 19/23)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.B. u B.B.

Konvenuta: Personal Exchange International Limited

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies ukoll bħala kuntratt konkluż minn konsumatur ’l hinn minn negozju jew għal skopijiet li ma humiex relatati mal-attività professjonali tiegħu, kuntratt għal-logħob tal-poker fuq l-internet, konkluż mill-bogħod minn individwu ma’ operatur barrani ta’ logħob fuq l-internet u suġġett għall-kundizzjonijiet ġenerali determinati minn dan tal-aħħar jekk l-individwu għex għal bosta snin fuq id-dħul riċevut u l-qligħ mir-rebħ tal-partijiet fil-poker għalkemm ma kienx iddikjara uffiċjalment tali attività u lanqas ma joffri din l-attività fis-suq lil terzi bħala servizz bi ħlas?

(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/19

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – VB, WA vs BNP Paribas Personal Finance SA

(Kawża C-776/19)

(2020/C 19/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VB, WA

Konvenuta: BNP Paribas Personal Finance SA

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva Nru 93/13 (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, tipprekludi, f’proċess bħal dak fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni, fil-każijiet li ġejjin: (a) id-dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola, (b) il-ħlasijiet lura eventwali (ċ) meta l-konsumatur huwa l-applikant u (d) meta l-konsumatur huwa l-konvenut, inkluża kontrotalba?

2)

F’każ ta’ risposta totalment jew parzjalment negattiva għall-ewwel domanda, id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, tipprekludi, f’proċess bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi il-punt tat-tluq tat-terminu ta’ preskrizzjoni fid-data li fiha l-offerta ta’ self ġiet aċċettata, pjuttost mid-data li fiha seħħew diffikultajiet finanzjarji gravi?

3)

Klawżoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu b’mod partikolari li l-frank Svizzeru hija l-munita tal-kont u l-euro l-munita ta’ ħlas, li għandhom bħala effett li jqiegħdu r-riskju tal-munita fuq min jissellef, jaqgħu taħt l-għan prinċipali tal-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 fl-assenza ta’ kontestazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż tal-munita u fil-preżenza ta’ klawżoli li jipprevedu, fid-dati stabbiliti, il-possibbiltà għal min jissellef li jeżerċita għażla ta’ konverżjoni f’euro skont formula predeterminata?

4)

Id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-Dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-Direttiva, minħabba li:

l-offerta qabel is-self tagħti fid-detall it-tranżazzjonijiet tal-kambju mwettqa matul il-ħajja tal-kreditu u tippreċiża li r-rata tal-kambju euros kontra franki Svizzeri ser tkun dik applikabbli żewġ ġranet tax-xogħol qabel id-data tal-avveniment li tiddetermina t-tranżazzjoni u li hija ppubblikata fis-sit tal-Bank Ċentrali Ewropew;

issemma’ fl-offerta li min jissellef jaċċetta t-tranżazzjonijiet ta’ kambju ta’ franki Svizzeri f’euros u ta’ euros f’franki Svizzeri neċessarji għall-funzjonament u għall-ħlas lura tal-kreditu, u li min isellef ser jaħdem il-konverżjoni fi franki Svizzeri tal-bilanċ tal-pagamenti fix-xahar f’euros wara l-ħlas tal-piżijiet miżjuda tal-kreditu;

l-offerta tindika li, għalkemm jirriżulta mit-tranżazzjoni tal-munita somma inqas fi tmiem f’franki Svizzeri pagabbli, l-ammortizzament tal-kapital huwa inqas rapidu u l-eventwali parti tal-kapital mhux ammortizzat fit-tmiem ser ikun mniżżel għall-bilanċ tad-debitur tal-kont fi franki Svizzeri, u li huwa ppreċiżat li l-ammortizzament tal-kapital tas-self ser jiżviluppa skont il-varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju applikat għall-pagamenti fix-xahar, ’il fuq jew ’l isfel, li dan l-iżvilupp jista’ jtawwal jew inaqqas it-tul tal-amortizzament tas-self u, skont il-każ, jemenda l-piż totali tal-ħlas lura;

l-artikoli “kont intern f’euros” u “kont intern fi franki Svizzeri” juru fid-dettal it-tranżazzjonijiet imwettqa għal kull pagament tat-tmiem għall-kreditu u għad-debitu ta’ kull kont, u li l-kuntratt jesponi b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu ta’ konverżjoni tal-munita barranija; u minkejja li ma jidhirx fl-offerta, b’mod partikolari, la jissemma’ b’mod espress fir-“riskju tal-kambju” li jaqa’ fuq min isellef fid-dawl tal-assenza tal-perċezzjoni tad-dħul fil-moneta tal-kont, u lanqas ma jissemma’ b’mod espliċitu fir- “riskju tar-rata tal-interessi”?

5)

Fl-eventwalità ta’ risposta pożittiva għar-raba’ domanda, id-Direttiva Nru 93/13 interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-direttiva, peress li jiżdiedu waħedhom mal-elementi li jaqgħu taħt ir-raba’ domanda, simulazzjoni ta’ waqgħa ta’ 5.37 % tal-munita ta’ regolazzjoni meta mqabbla mal-munita tal-kont, f’kuntratt ta’ tul inizzjali ta’ 25 sena, u mingħajr riferiment ieħor għat-termini bħal “riskju” jew “diffikultà”?

6)

L-oneru tal-prova tan-natura “ċara u komprensibbli” ta’ klawżola fis-sens tad-Direttiva 93/13 jaqa’, inklużi dwar iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni tal-kuntratt, fuq il-professjonist jew fuq il-konsumatur?

7)

Għalkemm l-oneru tal-prova tan-natura ċara u komprensibbli tal-klawżola jaqa’ fuq il-professjonist, id-Direttiva 93/13 tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis, fil-preżenza ta’ dokumenti dwar tekniki ta’ bejgħ, li jaqa’ fuq min isellef li jipprova, minn naħa, li ġew iddestinati b’informazzjoni li jinsabu f’dawn id-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li hija l-bank li indirizzathom, jew, bil-kontra, jeħtieġ li dawn l-elementi jikkostitwixxu preżunzjoni li l-informazzjoni li ntstabet f’dawn id-dokumenti ġiet trażmessa, inkluż verbalment, lil min isellef, preżunzjoni sempliċi li taqa’ fuq il-professjonist, li għandu jirrispondi b’informazzjoni kkomunikata mill-intermedjarji li għażel, li jirrifjutaw?

8)

L-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv tista’ tkun ikkaratterizzata f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fih iż-żewġ partijiet jissubixxu riskju ta’ kambju, peress li, minn naħa, il-professjonist għandu mezzi superjuri għall-konsumatur biex jantiċipa ir-risju tal-kambju u li, minn naħa l-oħra, ir-riskju sostnut mill-professjonist huwa b’kappa filwaqt li dak sostnut mill-konsumatur ma huwiex?

(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/21

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – XZ, YY vs BNP Paribas Personal Finance SA

(Kawża C-777/19)

(2020/C 19/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XZ, YY

C 19/23

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – ZX vs BNP Paribas Personal Finance SA

(Kawża C-778/19)

(2020/C 19/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ZX

C 19/24

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – AV vs BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

(Kawża C-779/19)

(2020/C 19/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AV

Konvenuta: BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

C 19/26

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – BW, CX vs BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

(Kawża C-780/19)

(2020/C 19/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BW, CX

l-artikoli “kont intern f’euros” u “kont intern fi franki Svizzeri” juru fid-dettal it-tranżazzjonijiet imwettqa għal kull pagament tat-tmiem għall-kreditu u għad-debitu ta’ kull kont, u li l-kuntratt jesponi b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu ta’ konverżjoni tal-munita barranija; u minkejja li ma jidhirx fl-offerta, b’mod partikolari, la jissemma’ b’mod espress fir-“riskju tal-kambju” li jaqa’ fuq min isellef fid-dawl tal-assenza tal-perċezzjoni tad-dħul fil-moneta tal-kont, u lanqas ma jissemma’ b’mod espliċitu fir-“riskju tar-rata tal-interessi”?

5)

Fl-eventwalità ta’ risposta pożittiva għar-raba’ domanda, id-Direttiva Nru 93/13 interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-direttiva, peress li jiżdiedu waħedhom mal-elementi li jaqgħu taħt ir-raba’ domanda, simulazzjoni ta’ waqgħa ta’ 5.37 % tal-munita ta’ regolazzjoni meta mqabbla mal-munita tal-kont, f’kuntratt ta’ tul inizzjali ta’ 25 sena, u mingħajr riferiment ieħor għat-termini bħal “riskju” jew “diffikultà”?

6)

L-oneru tal-prova tan-natura “ċara u komprensibbli” ta’ klawżola fis-sens tad-Direttiva 93/13 jaqa’, inklużi dwar iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni tal-kuntratt, fuq il-professjonist jew fuq il-konsumatur?

7)

Għalkemm l-oneru tal-prova tan-natura ċara u komprensibbli tal-klawżola jaqa’ fuq il-professjonist, id-Direttiva 93/13 tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis, fil-preżenza ta’ dokumenti dwar tekniki ta’ bejgħ, li jaqa’ fuq min isellef li jipprova, minn naħa, li ġew iddestinati b’informazzjoni li jinsabu f’dawn id-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li hija l-bank li indirizzathom, jew, bil-kontra, jeħtieġ li dawn l-elementi jikkostitwixxu preżunzjoni li l-informazzjoni li ntstabet f’dawn id-dokumenti ġiet trażmessa, inkluż verbalment, lil min isellef, preżunzjoni sempliċi li taqa’ fuq il-professjonist, li għandu jirrispondi b’informazzjoni kkomunikata mill-intermedjarji li għażel, li jirrifjutaw?

8)

L-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv tista’ tkun ikkaratterizzata f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fih iż-żewġ partijiet jissubixxu riskju ta’ kambju, peress li, minn naħa, il-professjonist għandu mezzi superjuri għall-konsumatur biex jantiċipa ir-risju tal-kambju u li, minn naħa l-oħra, ir-riskju sostnut mill-professjonist huwa b’kappa filwaqt li dak sostnut mill-konsumatur ma huwiex?

(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/28

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – DY, EX vs BNP Paribas Personal Finance SA

(Kawża C-781/19)

(2020/C 19/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DY, EX

Konvenuta: BNP Paribas Personal Finance SA

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva Nru 93/13 (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, tipprekludi, f’proċess bħal dak fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni, fil-każijiet li ġejjin: (a) id-dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola, (b) il-ħlasijiet lura eventwali (ċ) meta l-konsumatur huwa l-applikant u (d) meta l-konsumatur huwa l-konvenut, inkluża kontrotalba?

2)

F’każ ta’ risposta totalment jew parzjalment negattiva għall-ewwel domanda, id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, tipprekludi, f’proċess bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni ta’ ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi il-punt tat-tluq tat-terminu ta’ preskrizzjoni fid-data li fiha l-offerta ta’ self ġiet aċċettata, pjuttost mid-data li fiha seħħew diffikultajiet finanzjarji gravi?

3)

Klawżoli bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu b’mod partikolari li l-frank Svizzeru hija l-munita tal-kont u l-euro l-munita ta’ ħlas, li għandhom bħala effett li jqiegħdu r-riskju tal-munita fuq min jissellef, jaqgħu taħt l-għan prinċipali tal-kuntratt fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 fl-assenza ta’ kontestazzjoni tal-ammont tal-ispejjeż tal-munita u fil-preżenza ta’ klawżoli li jipprevedu, fid-dati stabbiliti, il-possibbiltà għal min jissellef li jeżerċita għażla ta’ konverżjoni f’euro skont formula predeterminata?

4)

Id-Direttiva Nru 93/13, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-Dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li klawżola jew sett klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-Direttiva, minħabba li:

l-offerta qabel is-self tagħti fid-detall it-tranżazzjonijiet tal-kambju mwettqa matul il-ħajja tal-kreditu u tippreċiża li r-rata tal-kambju euros kontra franki Svizzeri ser tkun dik applikabbli żewġ ġranet tax-xogħol qabel id-data tal-avveniment li tiddetermina t-tranżazzjoni u li hija ppubblikata fis-sit tal-Bank Ċentrali Ewropew;

issemma’ fl-offerta li min jissellef jaċċetta t-tranżazzjonijiet ta’ kambju ta’ franki Svizzeri f’euros u ta’ euros f’franki Svizzeri neċessarji għall-funzjonament u għall-ħlas lura tal-kreditu, u li min isellef ser jaħdem il-konverżjoni fi franki Svizzeri tal-bilanċ tal-pagamenti fix-xahar f’euros wara l-ħlas tal-piżijiet miżjuda tal-kreditu;

l-offerta tindika li, għalkemm jirriżulta mit-tranżazzjoni tal-munita somma inqas fi tmiem f’franki Svizzeri pagabbli, l-ammortizzament tal-kapital huwa inqas rapidu u l-eventwali parti tal-kapital mhux ammortizzat fit-tmiem ser ikun mniżżel għall-bilanċ tad-debitur tal-kont fi franki Svizzeri, u li huwa ppreċiżat li l-ammortizzament tal-kapital tas-self ser jiżviluppa skont il-varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju applikat għall-pagamenti fix-xahar, ’il fuq jew ’l isfel, li dan l-iżvilupp jista’ jtawwal jew inaqqas it-tul tal-amortizzament tas-self u, skont il-każ, jemenda l-piż totali tal-ħlas lura;

l-artikoli “kont intern f’euros” u “kont intern fi franki Svizzeri” juru fid-dettal it-tranżazzjonijiet imwettqa għal kull pagament tat-tmiem għall-kreditu u għad-debitu ta’ kull kont, u li l-kuntratt jesponi b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu ta’ konverżjoni tal-munita barranija; u minkejja li ma jidhirx fl-offerta, b’mod partikolari, la jissemma’ b’mod espress fir-“riskju tal-kambju” li jaqa’ fuq min isellef fid-dawl tal-assenza tal-perċezzjoni tad-dħul fil-moneta tal-kont, u lanqas ma jissemma’ b’mod espliċitu fir- “riskju tar-rata tal-interessi”?

5)

Fl-eventwalità ta’ risposta pożittiva għar-raba’ domanda, id-Direttiva Nru 93/13 interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt [tal-Unjoni], tipprekludi ġurisprudenza li tqis li klawżola jew sett ta’ klawżoli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huma “ċari u komprensibbli” fis-sens tad-direttiva, peress li jiżdiedu waħedhom mal-elementi li jaqgħu taħt ir-raba’ domanda, simulazzjoni ta’ waqgħa ta’ 5.37 % tal-munita ta’ regolazzjoni meta mqabbla mal-munita tal-kont, f’kuntratt ta’ tul inizzjali ta’ 25 sena, u mingħajr riferiment ieħor għat-termini bħal “riskju” jew “diffikultà”?

6)

L-oneru tal-prova tan-natura “ċara u komprensibbli” ta’ klawżola fis-sens tad-Direttiva 93/13 jaqa’, inklużi dwar iċ-ċirkustanzi madwar il-konklużjoni tal-kuntratt, fuq il-professjonist jew fuq il-konsumatur?

7)

Għalkemm l-oneru tal-prova tan-natura ċara u komprensibbli tal-klawżola jaqa’ fuq il-professjonist, id-Direttiva 93/13 tipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis, fil-preżenza ta’ dokumenti dwar tekniki ta’ bejgħ, li jaqa’ fuq min isellef li jipprova, minn naħa, li ġew iddestinati b’informazzjoni li jinsabu f’dawn id-dokumenti u, min-naħa l-oħra, li hija l-bank li indirizzathom, jew, bil-kontra, jeħtieġ li dawn l-elementi jikkostitwixxu preżunzjoni li l-informazzjoni li ntstabet f’dawn id-dokumenti ġiet trażmessa, inkluż verbalment, lil min isellef, preżunzjoni sempliċi li taqa’ fuq il-professjonist, li għandu jirrispondi b’informazzjoni kkomunikata mill-intermedjarji li għażel, li jirrifjutaw?

8)

L-eżistenza ta’ żbilanċ sinjifikattiv tista’ tkun ikkaratterizzata f’kuntratt bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fih iż-żewġ partijiet jissubixxu riskju ta’ kambju, peress li, minn naħa, il-professjonist għandu mezzi superjuri għall-konsumatur biex jantiċipa ir-risju tal-kambju u li, minn naħa l-oħra, ir-riskju sostnut mill-professjonist huwa b’kappa filwaqt li dak sostnut mill-konsumatur ma huwiex?

(1)  Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/29

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – FA vs BNP Paribas Personal Finance SA, Procureur de la République

(Kawża C-782/19)

(2020/C 19/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FA

C 19/31

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs GB

(Kawża C-783/19)

(2020/C 19/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

Konvenut: GB

Domandi preliminari

1)

Il-kamp ta’ protezzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini jippermetti li din tkun protetta mhux biss fir-rigward ta’ prodotti simili, iżda wkoll fir-rigward ta’ servizzi li jistgħu jkunu marbuta mad-distribuzzjoni diretta jew indiretta ta’ dawn il-prodotti?

2)

Ir-riskju ta’ ksur minħabba evokazzjoni li għalih jirreferu l-artikoli inkwistjoni tar-regolamenti tal-Unjoni (1) (2) jeżiġi li titwettaq prinċipalment analiżi nominali, sabiex jiġi ddeterminat l-effett tiegħu fuq il-konsumatur medju, jew, sabiex jiġi analizzat dan ir-riskju ta’ ksur minħabba evokazzjoni, l-ewwel għandu jiġi ddeterminat li l-prodotti involuti huma l-istess prodotti, prodotti simili jew prodotti kumplessi li jinkludu, fost il-komponenti tagħhom, prodott protett minn denominazzjoni ta’ oriġini?

3)

Ir-riskju ta’ ksur minħabba evokazzjoni għandu jiġi stabbilit permezz ta’ parametri oġġettivi meta jkun hemm koinċidenza totali jew kbira ħafna bejn l-ismijiet, jew dan għandu jitkejjel b’teħid inkunsiderazzjoni tal-prodotti u tas servizzi evokattivi u evokati sabiex jiġi konkluż li r-riskju ta’ evokazzjoni huwa żgħir jew irrilevanti?

4)

Il-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjoni ta’ riferiment fil-każijiet ta’ riskju ta’ evokazzjoni jew ta’ sfruttament hija protezzjoni speċifika, propja għall-partikolaritajiet ta’ dawn il-prodotti, jew il-protezzjoni għandha neċessarjament tkun marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni żleali?

(1)  Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta’ l-ikel (ĠU 2008, L 335M, p. 213, rettifiki fil-ĠU 2011, L 293, p. 38 u fil-ĠU 2009, L 64M, p. 74).

(2)  Artikolu 103 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 8 u fil-ĠU 2014, L 189, p. 261).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/32

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fid-29 ta’ Ottubru 2019 – XX vs Tartu Vangla

(Kawża C-795/19)

(2020/C 19/32)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus (l-Estonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XX

Konvenut: Tartu Vangla

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1) tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-telf ta’ smigħ taħt l-istandard mitlub jikkostitwixxi impediment assolut li jipprekludi ż-żamma fis-servizz inkwantu uffiċjal tal-ħabs, u li ma tawtorizzax l-użu ta’ mezzi korrettivi waqt li jiġi evalwat jekk ir-rekwiżiti fir-rigward tal-akutezza tas-smigħ humiex issodisfatti?

(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/32

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Košice I (is-Slovakkja) fit-30 ta’ Ottubru 2019 – NI, OJ u PK vs Sociálna poisťovňa

(Kawża C-799/19)

(2020/C 19/33)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Košice I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NI, OJ, PK

Konvenut: Sociálna poisťovňa

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/94/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “pretensjonijiet pendenti, ta’ ħaddiema, li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg” jinkludi anki d-dannu morali mġarrab bħala riżultat tal-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post ix-xogħol?

2)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timpjega li fil-konfront tagħha tkun tressqet talba għal ftuħ ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ dritt għal kumpens irrikonoxxut permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja għad-dannu morali kkawżat mill-mewt ta’ impjegat wara inċident fuq il-post tax-xogħol, minkejja li fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ġie ddikjarat li l-pretensjoni ma tistax tiġi rkuprata minħabba s-sitwazzjoni tal-persuna li timpjega bħala persuna bi dħul baxx, tali persuna li timpjega tkun tinsab ukoll fi stat ta’ insolvenza?

(1)  ĠU 2008, L 283, p. 36.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/33

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fl-4 ta’ Novembru 2019 – Danske Bank A/S vs Skatteverket

(Kawża C-812/19)

(2020/C 19/34)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Danske Bank A/S, Danmark, Sverige Filial

Konvenuta: Skatteverket.

Domanda preliminari

Fergħa Żvediża ta’ bank li għandu l-istabbiliment prinċipali tiegħu fi Stat Membru ieħor għajr l-Isvezja hija, meta l-istabbiliment prinċipali huwa parti minn grupp ta’ VAT fl-Istat Membru l-ieħor, filwaqt li l-fergħa Svediża ma hija membru ta’ ebda grupp ta’ VAT fl-Isvezja, titiqes bħala persuna taxxabbli separata meta l-istabbiliment prinċipali jipprovdi lill-fergħa b’servizzi li l-ispejjeż huma imputati lill-fergħa (1)?

(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjudal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil ĠU 2007, L 335, p. 60).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/34

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel d’Aix-en-Provence (Franza) fil-5 ta’ Novembru 2019 – MN

(Kawża C-813/19)

(2020/C 19/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-en-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MN

Partijiet oħra fil-proċedura: RJA, RJO, FD, BG, PG, KL, LK, MJ, NI, OH

Domandi preliminari

1)

Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-prosekutur Franċiż, kif previsti permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 695-16 et seq tal-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali, jissodisfaw b’mod sħiħ ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva fis-sens tad-dritt tal-Unjoni Ewropea?

2)

Il-prosekutur Franċiż jissodisfa r-rekwiżiti mitluba sabiex jiġi kklassifikat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti” fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 (1)?

(1)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/34

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-821/19)

(2020/C 19/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, J. Tomkin, u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

a)

tiddikjara li l-Ungerija

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 33(2) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali peress li introduċiet motiv ġdid ta’ inammissibbiltà minbarra dawk espressament previsti f’din id-direttiva b’rabta mal-inammissibbiltà ta’ applikazzjonijiet għall-ażil;

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 8(2), 12(1)(c) u 22(1) tad-Direttiva 2013/32, kif ukoll l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali meta adottat miżuri li jikkriminalizzaw l-attività li torganizza proċedura ta’ ażil għal persuni li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti mid-dritt nazzjonali fil-qasam tal-ażil u li permezz tagħha ġew adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuni akkużati jew misjuba ħatja ta’ tali reat;

b)

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Peress li fl-2015 l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-ażil żdied f’daqqa, l-Ungerija mmodifikat repetutament is-sistema ta’ ażil tagħha. Fl-2018, il-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar id-dritt għall-ażil ġiet immodifikata sostanzjalment. Fl-20 ta’ Ġunju 2018, il-Parlament Ungeriż approva l-az egyes törvényeknek a jogellenes bevándorlás elleni intézkedésekkel kapcsolatos módosításáról szóló, 2018. Évi VI. törvény (il-Liġi VI tal-2018, li temenda ċerti liġijiet b’rabta ma’ miżuri kontra l-immigrazzjoni illegali) u s-seba’ emenda għall-Kostituzzjoni Ungeriża. Dan is-sett ta’ miżuri leġiżlattivi huwa magħruf ukoll bħala l-Liġi “Stop Soros”. Permezz ta’ dawn il-modifiki, iċ-ċirku ta’ nies li jistgħu jibbenefikaw mid-dritt għall-ażil kien iktar ristrett, peress li, skont il-modifika għall-Liġi dwar id-dritt għall-ażil, l-applikazzjoni titqies inammissibbli meta l-applikant jasal fit-territorju tal-Ungerija minn pajjiż fejn ma kienx espost għal persekuzzjoni jew għar-riskju dirett li jiġi ppersegwitat. Il-Büntető Törvénykönyv (il-Kodiċi Kriminali) ġie wkoll modifikat bl-istess mod. Għalhekk, ġiet ikkriminalizzata l-attività li torganizza proċedura ta’ ażil għal persuni li ma humiex ippersegwitati fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, fil-pajjiż tar-residenza abitwali tagħhom jew f’pajjiż ta’ passaġġ [fl-Ungerija] għal raġunijiet ta’ razza, nazzjonalità, sħubija fi grupp soċjali partikolari, reliġjon jew opinjonijiet politiċi, jew li ma għandhomx biża’ fondata li jiġu ppersegwitati direttament.

Wara li kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni adottata fl-2018 tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni tat bidu għal proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija. Peress li l-allegazzjonijiet magħmula mill-Ungerija matul il-proċedura amministrattiva preliminari ma jiċċarawx id-dubji tal-Kummissjoni, hija ddeċidiet li tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/35

Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2019 minn Achemos Grupė UAB, Achema AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-417/16, Achemos Grupė u Achema AB vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-847/19 P)

(2020/C 19/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Achemos Grupė UAB, Achema AB (rappreżentanti: R. Martens, avukat, V. Ostrovskis, advokatas)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Litwanja, Klaipėdos Nafta AB

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-punti 1 u 2 tal-parti operattiva tas-sentenza appellata;

tirreferi l-każ lura lill-Qorti Ġenerali,

jew, sussidjarament, tagħti deċiżjoni hija stess fuq l-azzjoni fl-ewwel istanza u tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni kontestazzjoni (1)

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel eċċezzjoni: ksur tal-Artikolu 263 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 256(1) TFUE u tad-dmir li jissemmew r-raġunijiet, għaliex il-Qorti Ġenerali wettqet żball tal-liġi billi naqset milli tevalwa l-informazzjoni li fuqha bbażat il-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni, mentri reviżjoni adegwata tal-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali timplika reviżjoni jekk l-informazzjoni li fuqha bbażat il-Kummissjoni hija fattwalment preċiża, affidabbli u konsistenti.

2.

It-tieni eċċezzjoni: ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għal amministrazzjoni tajba u Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (2) moqri flimkien mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-regolament, għaliex il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-liġi billi akkużat l-appellanti talli ma infurmawx lill-Kummissjoni matul l-eżaminazzjoni preliminarja tal-Kummissjoni, mentri bis-saħħa tad-dmir li twettaq eżaminazzjoni diliġenti u imparzjali u d-dritt ta’ amministrazzjoni tajba hija l-Kummissjoni li għandha d-dmir tiżgura li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-iktar informazzjoni kompleta u affidabbli possibbli.

3.

It-tielet eċċezzjoni: ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE, tal-Artikolu 41(1) u (2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dmir li tagħti r-raġunijiet, għaliex il-Qorti Ġenerali ma ddikjaratx b’mod ċar u inekwivoku għaliex il-proġett LNG seta’ jkun eżentat mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/18/KE (3) u jkun mogħti direttament lil Klaipėdos Nafta, mentri f’konformità mad-dmir tagħha li tagħti r-raġunijiet il-Qorti Ġenerali għandha tiżvela r-raġunament tagħha b’mod li l-appellanti jkunu jistgħu jaċċertaw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni meħuda.

(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7884 finali tal-20 ta’ Novembru 2013, li biha l-għajnuna mill-Istat SA. 36740 (2013/NN) mogħtija mil-Litwanja lil Klaipėdos Nafta ġiet iddikjarata kompatibbli mas-suq intern (ĠU 2016, C 161, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2015, L 248, p. 9).

(3)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/36

Rikors ippreżentat fl-21 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-849/19)

(2020/C 19/38)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar, C. Hermes)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tistabbilixxi l-għanijiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni xierqa għal dak li jirrigwarda l-239 sit ta’ importanza għall-Komunità (SIK) li jinsabu fit-territorju Elleniku u li jissemmew fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/613/KE (1) tad-19 ta’ Lulju 2006, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE (2) kif ukoll taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx, fit-termini previsti, l-għanijiet ta’ konservazzjoni xierqa għal dak li jirrigwarda l-239 sit ta’ importanza għall-Komunità li jinsabu fit-territorju Elleniku.

Il-Kummissjoni Ewropea tqis barra minn hekk li r-Repubblika Ellenika ma stabbilixxietx, fit-termini previsti, il-miżuri ta’ konservazzjoni xierqa għal dak li jirrigwarda l-239 sit ta’ importanza għall-Komunità li jinsabu fit-territorju Elleniku.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-Repubblika Ellenika kisret l-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE kif ukoll it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2006 li tadotta, skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, l-elenku ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Meditteranju (ĠU 2006, L 259, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/37

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-856/19)

(2020/C 19/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Perrin u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (1), billi applikat, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ tranżizzjoni mogħti sal-31 ta’ Diċembru 2017, dazju tas-sisa globali ta’ inqas minn 60 % tal-prezz medju pponderat ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rrilaxxati għall-konsum u billi imponiet dazju tas-sisa ta’ inqas minn EUR 115 għal 1 000 sigarett.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, mill-1 ta’ Jannar 2014 id-dazju tas-sisa globali li għalih huma suġġetti s-sigaretti għandu jirrappreżenta, bħala minimu, 60 % tal-prezz medju pponderat ta’ bejgħ bl-imnut tas-sigaretti rrilaxxati għall-konsum, b’eċċezzjoni ta’ jekk id-dazju tas-sisa jkunx jammonta minn tal-inqas EUR 115 għal 1 000 sigarett. Peress li l-Ungerija tapplika dazju tas-sisa ta’ inqas minn EUR 115 għal 1 000 sigarett, dan l-Istat Membru huwa suġġett għall-obbligu li jistabbilixxi dazju tas-sisa ta’ kwantità ekwivalenti jew ogħla minn 60 % tal-prezz medju pponderat.

Sabiex jintlaħaq dan l-ammont tad-dazju tas-sisa, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2011/64/UE ikkonċeda lill-Ungerija u lil seba’ Stati Membri oħra perijodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2017. Bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) u (3) tad-Direttiva 2011/64/UE, mat-tmiem ta’ dan il-perijodu l-imsemmija Stati Membri għandhom ikunu laħqu l-livell ta’ dazju tas-sisa msemmija.

Il-Kummissjoni tqis li, mat-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, l-Ungerija ma laħqitx il-livelli ta’ dazju tas-sisa stabbiliti fl-Artikolu 10(2) u (3) tad-Direttiva 2011/64/UE u li, mill-31 ta’ Diċembru 2017, l-imsemmi Stat Membru jkompli japplika d-dazju tas-sisa ta’ kwantità inferjuri għal-livelli stabbiliti f’din id-direttiva.

(1)  ĠU 2011, L 176, p.24

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/38

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta’ Lulju 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja, intervenjenti: Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-569/17) (1)

(2020/C 19/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 392, 20.11.2017.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/38

Digriet tal-President tas-Sitt Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Awwissu 2019 – Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH vs Lotte Co. Ltd, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-580/18 P) (1)

(2020/C 19/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 25, 21.1.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/39

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Awwissu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) – Il-Portugall) – Totalmédia – Marketing Directo u Publicidade SA vs Autoridade Tributária u Aduaneira

(Kawża C-751/18) (1)

(2020/C 19/42)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 82, 04.03.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/39

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Roma - l-Italja) – Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.) vs Soundreef Ltd

(Kawża C-781/18) (1)

(2020/C 19/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/39

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-180/19) (1)

(2020/C 19/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/40

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ceuta - Spanja) – HC, ID vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria SA

(Kawża C-247/19) (1)

(2020/C 19/45)

Lingwa tal-kawża:l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/40

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta Awwissu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Kawża mressqa minn Nobina Finland Oy

(Kawża C-327/19) (1)

(2020/C 19/46)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 220, 1.7.2019

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/40

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Awwissu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf - il-Ġermanja) – EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-345/19) (1)

(2020/C 19/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 255, 29.7.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/41

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg - il-Ġermanja) – GE vs Société Air France

(Kawża C-370/19) (1)

(2020/C 19/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.

Il-Qorti Ġenerali

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/42

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2019 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-287/16 RENV) (1)

(“FEAG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq mill-Belġju - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni mħallsa indebitament - Assenza ta’ rkupru li tirriżulta minn negliġenzi imputabbli lil organu ta’ Stat Membru - Nuqqas ta’ eżawriment tar-rimedji ġudizzjarji kollha possibbli - Proporzjonalità”)

(2020/C 19/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, M. Jacobs u C. Pochet, aġenti, assistiti minn É. Grégoire u J. Mariani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u B. Hofstötter, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta’ Marzu 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16, rettifika fil-ĠU 2016, L 95, p. 20), sa fejn din teskludi mill-imsemmi finanzjament fir-rigward tar-Renju tal-Belġju s-somma ta’ EUR 9 601 619.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta’ Marzu 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 75, p. 16, rettifika fil-ĠU 2016, L 95, p. 20), sa fejn din teskludi mill-imsemmi finanzjament fir-rigward tar-Renju tal-Belġju s-somma ta’ EUR 9 601 619, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċeduri mibdija quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/43

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2019 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-502/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Qtil ta’ uffiċjal u ta’ martu - Obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tal-persunal fis-servizz tal-Unjoni - Responsabbiltà ta’ istituzzjoni għad-dannu morali tal-aventi kawża ta’ uffiċjal mejjet - Omm, ħu u oħt l-uffiċjal - Rikors għad-danni - Ammissibbiltà - Locus standi abbażi tal-Artikolu 270 TFUE - Persuna li għaliha japplikaw ir-Regolamenti tal-Persunal - Terminu raġonevoli”)

(2020/C 19/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Stefano Missir Mamachi di Lusignano (Shanghai, iċ-Ċina) u s-6 rikorrenti l-oħra li isimhom jidher anness mas-sentenza (rappreżentanti: F. Di Gianni, G. Coppo u A. Scalini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Eggers, G. Gattinara u D. Martin, sussegwentement minn G. Gattinara u R. Striani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lill-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, lill-aventi kawża ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano, lil Anne Jeanne Cécile Magdalena Maria Sintobin, lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano u lil Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano, diversi somom bħala kumpens għad-danni morali li rriżultaw mill-qtil ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano u ta’ martu, li seħħ fit-18 ta’ Settembru 2006 f’Rabat (il-Marokk), fejn Alessandro Missir Mamachi di Lusignano kien jinsab għal raġunijiet ta’ servizz.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal kundanna tal-Kummissjoni Ewropea biex tħallas, bħala kumpens għad-danni morali, ammont ta’ EUR 463 050 lil kull wieħed mill-aventi kawża ta’ Alessandro Missir Mamachi di Lusignano, ammont ta’ EUR 574 000 lill-istess aventi kawża, u ammont ta’ EUR 308 700 lill-aventi kawża ta’ Livio Missir Mamachi di Lusignano.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas in solidum ammont ta’ EUR 50 000 lil Anne Jeanne Cécile Magdalena Maria Sintobin, bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minnha.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas in solidum ammont ta’ EUR 10 000 lil Maria Letizia Missir Mamachi di Lusignano, bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minnha.

4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas in solidum ammont ta’ EUR 10 000 lil Stefano Missir Mamachi di Lusignano, bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minnu.

5)

Il-kumpensi msemmija fil-punti 2 sa 4 ta’ dan id-dispożittiv għandhom jiżdiedu bl-interessi moratorji, mid-data tal-pronunzja ta’ din is-sentenza u sal-ħlas sħiħ, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament tiegħu, miżjuda b’żewġ punti perċentwali.

6)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

7)

Il Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 26, 26.1.2013 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-132/12) u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/44

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2019 – Izuzquiza u Semsrott vs Frontex

(Kawża T-31/18) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ operazzjoni navali mmexxija fil-Mediterran ċentrali fl-2017 minn Frontex - Bastimenti użati - Rifjut ta’ aċċess - Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tas-sigurtà pubblika)

(2020/C 19/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luisa Izuzquiza (Madrid, Spanja) u Arne Semsrott (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hilbrans, R. Callsen, avukati, u J. Pobjoy, barrister)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard u T. Knäbe, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u J. Currall, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni CGO/LAU/18911c/2017 tal-Frontex, tal-10 ta’ Novembru 2017, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti li jinkludu informazzjoni dwar l-isem, il-bandiera u t-tip ta’ kull bastiment użat minnha fil-Mediterran ċentrali fil-kuntest tal-operazzjoni konġunta Triton bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Awwissu 2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Luisa Izuzquiza u Arne Semsrott huma kkundannati għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 112, 26.3.2018.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/44

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2019 – K.A. Schmersal Holding vs EUIPO – Tecnium (tec.nicum)

(Kawża T-527/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea tec.nicum - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti TECNIUM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001 - Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

(2020/C 19/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K.A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Haudan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tecnium, SL (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2427/2017-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tecnium u K. A. Schmersal Holding.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

K. A. Schmersal Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/45

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Wywiał-Prząda vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-592/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Deċiżjoni li tirrifjuta l-allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Servizzi mwettqa għal Stat ieħor - Status diplomatiku - Perijodu ta’ riferiment ta’ ħames snin”)

(2020/C 19/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Katarzyna Wywiał-Prząda (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2017 li permezz tagħha l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni ġie rrifjutat lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Katarzyna Wywiał-Prząda hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/46

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes Atopimed)

(Kawża T-642/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes Atopimed - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti Dermowas - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 19/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Faes Farma, SA (Lamiaco-Leioa, Spanja) (rappreżentanti: A. Vela Ballesteros u S. Fernandez Malvar, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2018 (Każ R 1365/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. August Wolff u Faes Farma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Faes Farma, SA, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/46

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – August Wolff vs EUIPO – Faes Farma (DermoFaes)

(Kawża T-643/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DermoFaes - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti Dermowas - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2020/C 19/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Faes Farma, SA (Lamiaco-Leioa, Spanja) (rappreżentanti: A. Vela Ballesteros u S. Fernandez Malvar, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Junju 2018 (Każ R 1842/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dr. August Wolff u Faes Farma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Faes Farma, SA, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

(1)  ĠU C 16, 14.1.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/47

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2019 – Werner vs EUIPO – Merck (fLORAMED)

(Kawża T-695/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva fLORAMED - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti MEDIFLOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2020/C 19/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stefan Werner (Baldham, il-Ġermanja) (rappreżentant: T Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Pfleghar, M. Best, M. Giannakoulis et S. Schäffner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Settembru 2018 (Każ R 197/2018-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck u M. Werner.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stefan Werner huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 25, 21.1.2019

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/48

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2019 – Wyld vs EUIPO – Kaufland Warenhandel (wyld)

(Kawża T-711/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali wyld - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti WILD CRISP - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni”)

(2020/C 19/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wyld GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kaufland Warenhandel GmbH & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2621/2017-2), relatat mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kaufland Warenhandel u Wyld.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wyld GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 35, 28.1.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/48

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Growth Energy u Renewable Fuels Association vs Il-Kunsill

(Kawża T-276/13 RENV) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti - Dazju antidumping definittiv - Tħassir tal-att ikkontestat - Għajbien tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 19/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Growth Energy (Washington, DC, l-Istati Uniti) u Renewable Fuels Association (Washington) (rappreżentanti: P. Vander Schueren u M. Peristeraki, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn N. Tuominen, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u M. França, aġenti), ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol (rappreżentanti: O. Prost u A. Massot, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 157/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU 2013 L 49, p. 10), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti u lill-membri tagħhom.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Growth Energy, Renewable Fuels Association, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u ePURE, de Europese Producenten Unie van Hernieuwbare Ethanol għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(1)  ĠU C 226, 3.8.2013..

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/49

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2019 – ZI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-618/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kopertura mill-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard - Affiljazzjoni tal-konjuġi tal-uffiċjal - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2020/C 19/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZI (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u L. Vernier, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Meyer u M. Alver, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni, tal-4 ta’ Diċembru 2017, tal-Uffiċċju ta’ “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-affiljazzjoni tar-raġel tar-rikorrenti fl-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZI hija kkundannata għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 455, 17.12.2018.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/50

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Taminco vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-740/18 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Sustanza attiva Tiram - Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tqegħid fis-suq - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 19/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Taminco BVBA (Gand, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Mereu u S. Englebert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Koleva, A. Lewis u I. Naglis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1500 tad-9 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva “tiram”, li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żrieragħ trattati bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tiram, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 254, p. 1).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/50

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2019 – Flovax vs EUIPO – Dagniaux u Gervais Danone (GLACIER DAGNIAUX DEPUIS 1923)

(Kawża T-147/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GLACIER DAGNIAUX DEPUIS 1923 - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem is-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2020/C 19/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Flovax Sàrl (Doncols, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Dagniaux (Roubaix, Franza)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie Gervais Danone (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Havard Duclos, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Mejju 2018 (Każijiet magħquda R 2210/2016-1 u R 2211/2016-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, il-Compagnie Gervais Danone u, min-naħa l-oħra, Flovax u Dagniaux.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(1)  ĠU C 148, 29.4.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/51

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2019 – Dickmanns vs EUIPO

(Kawża T-181/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat li jinkludi klawżola ta’ xoljiment - Klawżola li ttemm il-kuntratt fl-ipoteżi fejn l-isem tal-membru tal-persunal ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Att purament konfermattiv - Terminu għat-tressiq ta’ lment - Inammissibbiltà”)

(2020/C 19/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sigrid Dickmanns (Gran Alacant, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukosiütè, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2018 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti intiżi għat-tneħħija tal-klawżola ta’ xoljiment li tinsab fl-Artikolu 5 tal-kuntratt tagħha, għar-riklassifikazzjoni tal-kuntratt tagħha bħala kuntratt għal żmien indeterminat, għall-irtirar jekk neċessarju tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Diċembru 2017 u għall-għoti ta’ tieni estensjoni tal-kuntratt tagħha lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2018 jew, tal-inqas, għall-integrazzjoni tagħha fil-proċedura ta’ tieni tiġdid ta’ kuntratti tal-membri tal-persunal temporanju konformement mal-linji gwida li jirregolaw it-tiġdid ta’ kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju tat-28 ta’ Jannar 2016 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu li r-rikorrenti kienet allegatament issubixxiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Sigrid Dickmanns.

(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/52

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Sipcam Oxon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/19 R)

(“Miżuri provviżorji - Prodotti fitofarmaċewtiċi - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Sustanza attiva chlorothalonil - Kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ tqegġid fis-suq - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 19/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sipcam Oxon SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: C. Mereu u P. Sellar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Naglis u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiza għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/677 tad-29 ta’ April 2019 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva klorotalonil skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (JO 2019, L 114, p. 15).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/53

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-549/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodott mediċinali orfni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2020/C 19/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Medac Gesellschaft für klinische Spezialpräparate mbH (Wedel, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. von Czettritz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. F. Brakeland, L. Haasbeek u C. Hermes, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2019)4858 (final) tal-20 ta’ Ġunju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Trecondi – treosulfan”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/53

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2019 – Micreos Food Safety vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-568/19 R)

(Miżuri provviżorji - Batterjofagu - Listeria - Listex™ P100 - Inammissibbiltà)

(2020/C 19/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Micreos Food Safety BV (Wageningen, il-Pajjiżi Baxxi) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers, W. Farrell u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ Ġunju 2019 li permezz tagħha hija allegatament ipprojbit it-tqegħid fis-suq tal-Listex™ P100 fid-dawl ta’ użu bħala għajnuna teknoloġika fuq il-prodotti tal-ikel lesti biex jittieklu li joriġinaw mill-annimali

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/54

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Northgate u Northgate Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-719/19)

(2020/C 19/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Northgate plc (Darlington, ir-Renju Unit) u Northgate Europe Ltd (Darlington) (rappreżentanti: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati) sa fejn tapplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta għażlet il-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema fiskali. Il-Kummissjoni kellha tieħu s-sistema Brittanika ta’ intaxxar tal-kumpanniji bħala qafas ta’ referenza, u mhux biss is-sistema tal-kumpanniji barranin ikkontrollati (KBK).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi segwiet approċċ żbaljat għall-analiżi tas-sistema tal-KBK. Fil-premessi 124 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] bħala tip ta’ deroga għal taxxa ġenerali li tinsab fil-Kapitolu 5 ta’ din il-liġi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat, fil-premessi 127 sa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterju ta’ selettività kien issodisfatt sa fejn impriżi li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet fattwali u legali paragunabbli kienu ġew ittrattati b’mod differenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni ta’ 75 % prevista fl-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-impożizzjoni ta’ piż fiskali fuq il-KBK li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet previsti fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq it-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna l-eżenzjoni ta’ 75 % u l-kwistjoni tal-proporzjon fiss.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tosservax il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1), li ma kinux applikabbli ratione temporis, jew billi bbażat b’mod inġustifikat fuqhom.

(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/55

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2019 – LSEGH (Luxembourg) u London Stock Exchange Group Holdings (Italy) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-726/19)

(2020/C 19/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LSEGH (Luxembourg) Ltd (Londra, ir-Renju Unit), u London Stock Exchange Group Holdings (Italy) Ltd (Londra) (rappreżentanti: O. Brouwer, A. Pliego Selie, u A. von Bonin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta C(2019) 2526 final tat-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi dawk tal-intervenjenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha b’mod adegwat fir-rigward tal-identifikazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-qafas ta’ referenza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazjoni u ma osservatx l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha b’mod adegwat billi b’mod żbaljat ikklassifikat, fid-deċiżjoni kkontestata, l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi bħala deroga mill-operazzjoni normali tal-qafas ta’ referenza.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkonstatat, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi tiddiskrimina bejn operaturi ekonomiċi.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u/jew wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, meta kkonkludiet li l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi ma hijiex iġġustifikata min-natura jew mill-istruttura ġenerali tal-qafas ta’ referenza.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/56

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/19)

(2020/C 19/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu u tas-26 ta’ Settembru 2019, li jirrifjutaw parzjalment l-aċċess għad-dokumenti msemmija fit-talbiet u talbiet konfermattivi tar-rikorrent tal-4 ta’ Diċembru 2018, irreġistrati fit-28 ta’ Frar 2019, abbażi tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu.

tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħm, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102; Rettifika, ĠU 2013, L 298, p. 50).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/57

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Arris Global vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-731/19)

(2020/C 19/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arris Global Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea fit-2 ta’ April 2019 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati) sa fejn tapplika għar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati ma’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta għażlet il-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema fiskali. Il-Kummissjoni kellha tieħu s-sistema Brittanika ta’ intaxxar tal-kumpanniji bħala qafas ta’ referenza, u mhux biss is-sistema tal-kumpanniji barranin ikkontrollati (KBK).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi segwiet approċċ żbaljat għall-analiżi tas-sistema tal-KBK. Fil-premessi 124 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] bħala tip ta’ deroga għal taxxa ġenerali li tinsab fil-Kapitolu 5 ta’ din il-liġi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat, fil-premessi 127 sa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterju ta’ selettività kien issodisfatt sa fejn impriżi li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet fattwali u legali paragunabbli kienu ġew ittrattati b’mod differenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni ta’ 75 % prevista fl-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-impożizzjoni ta’ piż fiskali fuq il-KBK li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet previsti fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq it-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna l-eżenzjoni ta’ 75 % u l-kwistjoni tal-proporzjon fiss.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tosservax il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wkoll wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1), li ma kinux applikabbli ratione temporis, jew billi bbażat b’mod inġustifikat fuqhom.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat fil-premessa 176 tad-deċiżjoni kkontestata li kategorija ta’ benefiċjarji kienet teżisti (li kienet tinkludi r-rikorrenti) u li kienet kisbet għajnuna li kellha tiġi rkuprata skont l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata.

(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1).

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/58

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2019 – Lantmännen u Lantmännen Agroetanol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/19) (1)

(2020/C 19/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 131, 8.4.2019.

20.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/58

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2019 – DK vs GSA

(Kawża T-537/19) (1)

(2020/C 19/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.

(1)  ĠU C 328, 30.9.2019