ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 432

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
23 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2019/C 432/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2019/C 432/02

Kawża C-324/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Spetsializiran nakazatelen sad - il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Ivan Gavanozov (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2014/41/UE – Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali – Artikolu 5(1) – Formola li tinsab fl-Anness A – Taqsima J – Assenza ta’ rimedji legali fl-Istat Membru emittenti)

2

2019/C 432/03

Kawża C-391/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Riżorsi proprji – Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni 91/482/KEE – Artikolu 101(2) – Ammissjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ħielsa minn dazji doganali ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-PTEE li jkunu f’ċirkulazzjoni libera f’PTEE u li jiġu esportati mill-ġdid bħala tali lejn l-Unjoni – Ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP – Ħruġ illegali ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet ta’ PTEE – Artikolu 4(3) TUE – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Responsabbiltà tal-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-PTEE kkonċernat – Obbligu li jiġi kkumpensat it-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkawżat mill-ħruġ illegali ta’ ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP – Importazzjonijiet ta’ aluminju minn Angwilla)

3

2019/C 432/04

Kawża C-395/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Riżorsi proprji – Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni 91/482/KEE – Deċiżjoni 2001/822/KE – Ammissjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ħielsa minn dazji doganali ta’ prodotti li joriġinaw mill-PTEE – Ċertifikat ta’ moviment EUR. 1 – Ħruġ illegali ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet ta’ PTEE – Dazji doganali mhux miġbura mill-Istati Membri ta’ importazzjoni – Artikolu 4(3) TUE – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Responsabbiltà tal-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-PTEE kkonċernati – Obbligu li jiġi kkumpensat it-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkawżat mill-ħruġ illegali ta’ ċertifikati EUR. 1 – Importazzjonijiet ta’ trab tal-ħalib u ta’ ross minn Curaçao u ta’ xgħir u barli mitħun oħxon u ta’ smida minn Aruba)

4

2019/C 432/05

Kawżi magħquda C-663/17 P, C-665/17 P u C-669/17 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Novembru 2019 – Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) vs Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA (C-663/17 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-665/17 P), Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-669/17 P) (Appell – Ammissibbiltà – Rappreżentanza ta’ parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – Mandat mogħti lill-avukat – Irtirar tal-mandat mill-istralċjarju tal-kumpannija rikorrenti – Tkomplija tal-proċedura mill-bord tad-diretturi tal-kumpannija rikorrenti – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal rimedju effettiv – Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà – Effett dirett fuq l-azzjonisti tal-kumpannija li l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata)

5

2019/C 432/06

Kawża C-192/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE – Stat tad-dritt – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni – Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin – Tnaqqis tal-età tal-irtirar għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki – Possibbiltà li mħallef ikompli fil-kariga tiegħu lil hinn mill-età stabbilita mill-ġdid suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja – Artikolu 157 TFUE – Direttiva 2006/54/KE – Artikolu 5(a) u Artikolu 9(1)(f) – Projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq is-sess fil-qasam tar-remunerazzjoni, tal-impjieg u tax-xogħol – Introduzzjoni ta’ etajiet tal-irtirar differenti għan-nisa u għall-irġiel għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki u fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) kif ukoll għal avukati tal-Istat)

6

2019/C 432/07

Kawża C-212/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte - l-Italja) – Prato Nevoso Termo Energy Srl vs Provincia di Cuneo, ARPA Piemonte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 2008/98/KE – Skart – Żjut veġetali użati li jkunu għaddew minn trattament kimiku – Artikolu 6(1) u (4) – Tmiem tal-istatus ta’ skart – Direttiva 2009/28/KE – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Artikolu 13 – Proċeduri nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni, ta’ ċertifikazzjoni u ta’ għoti ta’ liċenzji li japplikaw għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ta’ elettriku, ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli – Użu ta’ bijolikwidi bħala sors ta’ sostenn għal impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika)

7

2019/C 432/08

Kawża C-213/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Roma - l-Italja) – Adriano Guaitoli et vs easyJet Airline Co. Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 7(1)(a) – Qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikoli 5, 7, 9 u 12 – Konvenzjoni ta’ Montréal – Ġurisdizzjoni – Artikoli 19 u 33 – Talba għal kumpens u kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-kanċellazzjoni u mid-dewmien ta’ titjiriet)

8

2019/C 432/09

Kawża C-281/18 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Repower AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), repowermap.org (Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Revoka tad-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Appell li kienet tiċħad parzjalment it-talba għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REPOWER)

9

2019/C 432/10

Kawżi magħquda C-364/18 u C-365/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia - l-Italja) – Eni SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-364/18), Shell Italia E & P SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico (C-365/18) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 94/22/KE – Enerġija – Kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi – Tariffi – Metodi għall-kalkolu – Parametru QE u Indiċi Pfor – Natura diskriminatorja)

10

2019/C 432/11

Kawża C-396/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja) – Gennaro Cafaro vs DQ (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (UE) Nru 1178/2011 – Anness I, punt FCL.065 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Artikolu 2(5) – Artikolu 4(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol fl-età ta’ 60 sena – Piloti ta’ inġenji tal-ajru – Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali)

11

2019/C 432/12

Kawża C-469/18 u C-470/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – IN (C-469/18), JM (C-470/18) vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi – Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

11

2019/C 432/13

Kawża C-515/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna - l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri – Trasport bil-ferrovija – Kuntratti għal servizz pubbliku – Għoti dirett – Obbligu ta’ pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż rigward l-għoti dirett – Portata)

12

2019/C 432/14

Kawża C-636/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ċirkostanti – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Franċiżi – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ qbiż l-iqsar possibbli – Miżuri xierqa)

13

2019/C 432/15

Kawża C-35/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège –il-Belġju) – BU vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Taxxa fuq id-dħul – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Eżenzjoni mit-taxxa għall-allowances mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà – Allowances rċevuti fi Stat Membru ieħor – Esklużjoni – Differenza fit-trattament)

13

2019/C 432/16

Kawża C-296/19 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 minn Etnia Dreams, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-823/17 – Etnia Dreams vs EUIPO – Poisson (Etnik)

14

2019/C 432/17

Kawża C-332/19 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ April 2019 minn Hércules Club de Fútbol, S.A.D. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-134/17, Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

14

2019/C 432/18

Kawża C-451/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-12 ta’ Ġunju 2019 – Subdelegación del Gobierno en Toledo vs XU

15

2019/C 432/19

Kawża C-525/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – GF vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

16

2019/C 432/20

Kawża C-532/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-11 ta’ Lulju 2019 – QP vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

16

2019/C 432/21

Kawża C-576/19 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 minn Intercept Pharma Ltd, Intercept Pharmaceuticals, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-377/18, Intercept Pharma and Intercept Pharmaceuticals vs EMA

17

2019/C 432/22

Kawża C-577/19: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 minn KID-Systeme GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-354/18 – KID-Systeme vs EUIPO

18

2019/C 432/23

Kawża C-599/19 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2019 minn Rietze GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-43/18, Rietze GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

19

2019/C 432/24

Kawża C-601/19 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2019 minn BP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla.) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-888/16, BP vs FRA

19

2019/C 432/25

Kawża C-622/19 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2019 minn Luz Saúde, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-357/18, Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz

20

2019/C 432/26

Kawża C-675/19 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru magħmula fid-9 ta’ Settembru 2019 – Ramon vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2019/C 432/27

Kawża C-677/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Vâlcea (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Settembru 2019 – SC Valoris SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Craiova – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Vâlcea, Administrația Fondului pentru Mediu

21

2019/C 432/28

Kawża C-693/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-13 ta’ Settembru 2019 – SPV Project 1503 Srl, Dobank SpA vs YB

22

2019/C 432/29

Kawża C-705/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Axpo Trading Ag vs Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

23

2019/C 432/30

Kawża C-721/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Sisal SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

24

2019/C 432/31

Kawża C-722/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Stanleybet Malta Limited Magellan, Robotec Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

26

2019/C 432/32

Kawża C-723/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Settembru 2019 – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate

28

2019/C 432/33

Kawża C-726/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Instituto Madrileño de Investigación y Desarrollo Agrario y Alimentario vs JN

29

2019/C 432/34

Kawża C-731/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-4 ta’ Ottubru 2019 – KM vs Subdelegación de Gobierno de Albacete

30

2019/C 432/35

Kawża C-788/19: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

30

2019/C 432/36

Kawża C-796/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

31

2019/C 432/37

Kawża C-806/19 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-105/17, HSBC Holdings plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea

32

 

Il-Qorti Ġenerali

2019/C 432/38

Kawża T-48/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – ADDE vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Il-Parlament Ewropew – Deċiżjoni li tiddikjara ineliġibbli ċertu nfiq ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 – Deċiżjoni li tagħti sussidju għas-sena 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu ta’ provvista ta’ garanzija bankarja – Obbligu ta’ imparzjalità – Drittijiet tad-difiża – Regolament Finanzjarju – Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju – Regolament (KE) Nru 2004/2003 – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament)

34

2019/C 432/39

Kawża T-332/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – E-Control vs ACER (Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Identifikazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Regolament (UE) 2015/1222 – Kompetenza tal-ACER)

35

2019/C 432/40

Kawża T-333/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz vs ACER (Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Regolament (UE) 2015/1222 – Kompetenza tal-ACER)

36

2019/C 432/41

Kawża T-335/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Hilfe zur Selbsthilfe vs Il-Kummissjoni Ewropea (Klawżola ta’ arbitraġġ – Food Security Promotion for very food insecure farming households in Zimbabwe (ECHO/ZWE/BUD/2009/02002) – Riklassifikazzjoni tar-rikors – Rapporti tal-awditjar – Rapport ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri – Rapport tal-OLAF – Rimbors ta’ somom imħallsa – Proporzjonalità – Aspettattivi leġittimi)

37

2019/C 432/42

Kawża T-601/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Rubik’s Brand vs EUIPO – Simba Toys (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja) (Trade mark Komunitarja – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja tridimensjonali – Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament 2017/1001) – Sinjal kompost esklużivament mill-forma tal-prodott meħtieġa għall-ksib ta’ riżultat tekniku – Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001) – Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001))

37

2019/C 432/43

Kawża T-778/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Autostrada Wielkopolska vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat – Konċessjoni ta’ awtostrada b’tariffa tat-triq – Liġi li tipprevedi eżenzjoni mit-tariffi tat-triq għal ċerti vetturi – Kumpens mogħti lill-konċessjonarju mill-Istat Membru abbażi tat-telf ta’ dħul – Tariffi tat-triq virtwali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati – Obbligu tal-Kummissjoni li teżerċita viġilanza partikolari – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Vantaġġ – Titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja mistennija tal-konċessjonarju – Kriterju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq – Artikolu 107(3)(a) TFUE – Għajnuna mill-Istat bi skop reġjonali)

38

2019/C 432/44

Kawża T-58/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Mahr vs EUIPO – Especialidades Vira (Xocolat) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzojni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Xocolat – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LUXOCOLAT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjonii – Xebh bejn sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Motivazzjoni tal-att ta’ oppożizzjoni – Regola 15(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625))

39

2019/C 432/45

Kawża T-279/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – Alliance Pharmaceuticals vs EUIPO – AxiCorp (AXICORP ALLIANCE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali AXICORP ALLIANCE – Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea ALLIANCE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 – Interpretazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti li jinsabu fil-lista alfabetika li takkumpanja l-klassifikazzjoni ta’ Nice)

40

2019/C 432/46

Kawża T-310/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – EPSU u Goudriaan vs Il-Kummissjoni (Politika soċjali – Djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni – Ftehim intitolat Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-] impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali – Talba konġunta tal-partijiet firmatarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni – Rifjut tal-Kummissjoni li tippereżenta proposta ta’ deċiżjoni lill-Kunsill – Rikors għal annullament – Att li jista’ jiġi kkontestat – Ammissibbiltà – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni – Awtonomija tal-imsieħba soċjali – Prinċipju ta’ sussidjarjetà – Proporzjonalità)

41

2019/C 432/47

Kawża T-361/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2019 – APEDA vs EUIPO – Burraq Travel & Tours General Tourism Office (SIR BASMATI RICE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SIR BASMATI RICE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

41

2019/C 432/48

Kawża T-380/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTAS – Trade marks preċedenti figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jinkludu l-element verbali indas – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali u tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Prova tal-użu serju tat-trade marks preċedenti – Artikolu 47 tar-Regolament 2017/1001)

42

2019/C 432/49

Kawża T-417/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – CdT vs EUIPO (Rikors għal annullament – Dritt istituzzjonali – Obbligu li x-xogħlijiet ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EUIPO jingħataw liċ-CdT – Xoljiment tal-arranġament bejn iċ-CdT u l-EUIPO – Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ traduzzjoni – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Assenza ta’ interess ġuridiku – Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni – Inammissibbiltà parzjali)

43

2019/C 432/50

Kawża T-432/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – Palo vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Pensjonijiet – Modalitajiet tal-iskema tal-pensjoni – Allowance għall-firda – Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ premura)

44

2019/C 432/51

Kawża T-434/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2019 – Vans vs EUIPO (ULTRARANGE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ULTRARANGE – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

45

2019/C 432/52

Kawża T-454/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Biasotto vs EUIPO – Oofos (OO) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva OO – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

45

2019/C 432/53

Kawża T-498/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (Happy Moreno choco) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva tal-Unjoni Ewropea Happy Moreno choco – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti MORENO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Sostituzzjoni tal-lista tal-prodotti koperti mit-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti – Rettifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Artikolu 102(1) tar-Regolament 2017/1001 – Bażi ġuridika – Prassi deċiżjonali preċedenti – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi)

46

2019/C 432/54

Kawża T-559/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb (garżi mediċi) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta garża medika – Żvelar ta’ disinni preċedenti – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Karattru individwali – Utent avżat – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Impressjoni ġenerali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

47

2019/C 432/55

Kawża T-560/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb (garżi mediċi) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta garża medika – Żvelar ta’ disinni preċedenti – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Karattru individwali – Utent avżat – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Impressjoni ġenerali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

48

2019/C 432/56

Kawża T-568/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti WE – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

48

2019/C 432/57

Kawża T-582/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2019 – Boxer Barcelona vs EUIPO – X-Technology Swiss (XBOXER BARCELONA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea XBOXER BARCELONA – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-ittra ‘x’ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 – Limitazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell – Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001)

49

2019/C 432/58

Kawża T-628/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – E.I. Papadopoulos vs EUIPO – Europastry (fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Caprice – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

50

2019/C 432/59

Kawża T-684/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – ZV vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Assistent Ombudsman tal-Kummissjoni – Proċedura – Evalwazzjoni tal-merti)

51

2019/C 432/60

Kawża T-708/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 –ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva tal-Unjoni Ewropea FLIS Happy Moreno choco – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti MORENO – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Sostituzzjoni tal-lista tal-prodotti koperti mit-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti – Rettifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell – Artikolu 102(1) tar-Regolament 2017/1001 – Bażi ġuridika – Prassi deċiżjonali preċedenti – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi)

51

2019/C 432/61

Kawża T-10/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – United States Seafoods vs EUIPO (UNITED STATES SEAFOODS) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

52

2019/C 432/62

Kawża T-41/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nume – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea numederm – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

53

2019/C 432/63

Kawża T-240/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ Novembru 2019 – A9.com vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ qanpiena) (Trade Mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta qanpiena – Raġuni assoluta għal rifjut – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

54

2019/C 432/64

Kawża T-557/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Liaño Reig vs SRB (Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – Talba għal kumpens – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti ta’ investiment – Proċedura ta’ riżoluzzjoni – Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Annullament parzjali – Indissoċjabbiltà – Inammissibbiltà)

54

2019/C 432/65

Kawża T-727/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – ZW vs BEI (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Inammissibbiltà)

55

2019/C 432/66

Kawża T-750/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2019 – Briois vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – - Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari – Skadenza tal-mandat ta’ deputat – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

56

2019/C 432/67

Kawża T-145/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – Jap Energéticas y Medioambientales vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+) – Nota ta’ debitu – Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa indissoċjabbli minnu – Assenza tal-klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

56

2019/C 432/68

Kawża T-188/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Riċerka, żvilupp teknoloġiku u spazju – Is-seba’ programm qafas tal-Unjoni – Awditu – Nuqqas ta’ ikkompletar tal-iskedi tas-sigħat ta’ xogħol – Spejjeż tal-persunal iddikjarati ineliġibbli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta r-rapport ta’ awditu bħala finali – Inammissibbiltà)

57

2019/C 432/69

Kawża T-211/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2019 – Le Pen vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament Ewropew – Privileġġi u immunitajiet – Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari – Skadenza tal-mandat tad-deputat – Tmiem tal-interess ġuridiku – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

58

2019/C 432/70

Kawża T-383/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2019 – Walker et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Regolament (UE) Nru 2018/1806 – Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali – Inammissibbiltà)

58

2019/C 432/71

Kawża T-668/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – VeriGraft vs EASME

59

2019/C 432/72

Kawża T-690/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – Daily Mail and General Trust plc et vs Il-Kummissjoni

60

2019/C 432/73

Kawża T-691/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – Hill & Smith Holdings u Hill & Smith Overseas vs Il-Kummissjoni

61

2019/C 432/74

Kawża T-692/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – Rentokil Initial u Rentokil Initial 1927 vs Il-Kummissjoni

63

2019/C 432/75

Kawża T-703/19: Rikors ippreżentat fil -11 ta’ Ottubru 2019 – DD vs FRA

64

2019/C 432/76

Kawża T-727/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru – Basaglia vs Il-Kummissjoni Ewropea

65

2019/C 432/77

Kawża T-733/19: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology and Sunowe Solar vs Il-Kummissjoni Ewropea

66

2019/C 432/78

Kawża T-734/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2019 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

68

2019/C 432/79

Kawża T-735/19: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2019 – Frank Recruitment Group Services vs EUIPO – Pearson (PEARSON FRANK)

69

2019/C 432/80

Kawża T-736/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2019 – HA vs Il-Kummissjoni

70

2019/C 432/81

Kawża T-737/19: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2019– Huevos Herrera Mejías vs EUIPO – Montesierra (MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO)

70

2019/C 432/82

Kawża T-739/19: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2019 – Productos Jamaica vs EUIPO - Alada 1850 (flordeJamaica)

71

2019/C 432/83

Kawża T-313/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2019 – Taghani vs Il-Kummissjoni Ewropea

72


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 432/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 423, 16.12.2019

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 413, 9.12.2019

ĠU C 406, 2.12.2019

ĠU C 399, 25.11.2019

ĠU C 383, 11.11.2019

ĠU C 372, 4.11.2019

ĠU C 363, 28.10.2019

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Spetsializiran nakazatelen sad - il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Ivan Gavanozov

(Kawża C-324/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva 2014/41/UE - Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’materji kriminali - Artikolu 5(1) - Formola li tinsab fl-Anness A - Taqsima J - Assenza ta’ rimedji legali fl-Istat Membru emittenti)

(2019/C 432/02)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Ivan Gavanozov

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali, moqri flimkien mat-Taqsima J tal-formola prevista fl-Anness A ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru ma għandhiex, meta toħroġ ordni ta’ investigazzjoni Ewropea, tipprovdi f’din it-taqsima deskrizzjoni tar-rimedji legali li huma previsti, jekk ikun il-każ, fl-Istat Membru tagħha, kontra l-ħruġ ta’ tali ordni.


(1)  ĠU C 256, 7.8.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-391/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 91/482/KEE - Artikolu 101(2) - Ammissjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ħielsa minn dazji doganali ta’ prodotti li ma joriġinawx mill-PTEE li jkunu f’ċirkulazzjoni libera f’PTEE u li jiġu esportati mill-ġdid bħala tali lejn l-Unjoni - Ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP - Ħruġ illegali ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet ta’ PTEE - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Responsabbiltà tal-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-PTEE kkonċernat - Obbligu li jiġi kkumpensat it-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkawżat mill-ħruġ illegali ta’ ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP - Importazzjonijiet ta’ aluminju minn Angwilla)

(2019/C 432/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, J.-F. Brakeland, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment J. Kraehling, G. Brown, R. Fadoju u S. Brandon, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Luckhurst, barristers, sussegwentement S. Brandon u F. Shibli, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Luckhurst, barristers)

Intervenjent insostenn tal-konvenuti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, P. Huurnink u J. Langer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma kkumpensax it-telf ta’ riżorsi proprji li jirriżulta mill-ħruġ illegali, fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal-25 ta’ Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ekonomika Ewropea, mill-awtoritajiet ta’ Angwilla, ta’ ċertifikati ta’ esportazzjoni EXP għal dak li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ aluminju minn Angwilla matul il-perijodu 1999/2000, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TUE.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 318, 25.9.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-395/17) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Riżorsi proprji - Assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (PTEE) mal-Unjoni Ewropea - Deċiżjoni 91/482/KEE - Deċiżjoni 2001/822/KE - Ammissjoni għall-importazzjoni fl-Unjoni ħielsa minn dazji doganali ta’ prodotti li joriġinaw mill-PTEE - Ċertifikat ta’ moviment EUR. 1 - Ħruġ illegali ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet ta’ PTEE - Dazji doganali mhux miġbura mill-Istati Membri ta’ importazzjoni - Artikolu 4(3) TUE - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali - Responsabbiltà tal-Istat Membru li jkollu relazzjonijiet speċjali mal-PTEE kkonċernati - Obbligu li jiġi kkumpensat it-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni kkawżat mill-ħruġ illegali ta’ ċertifikati EUR. 1 - Importazzjonijiet ta’ trab tal-ħalib u ta’ ross minn Curaçao u ta’ xgħir u barli mitħun oħxon u ta’ smida minn Aruba)

(2019/C 432/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, A. Caeiros, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, M.H.S. Gijzen, P. Huurnink u J. Langer, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment J. Kraehling, G. Brown, R. Fadoju u S. Brandon, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Luckhurst, barristers, sussegwentement minn S. Brandon u F. Shibli, aġenti, assistiti minn K. Beal, QC, u P. Luckhurst, barristers)

Dispożittiv

1)

Billi ma kkumpensax it-telf ta’ riżorsi proprji li jirriżulta mill-ħruġ illegali, fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/482/KEE tal-25 ta’ Lulju 1991 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ekonomika Ewropea u sussegwentement tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta’ Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Komunità Ewropea, mill-awtoritajiet ta’ Curaçao u ta’ Aruba, ta’ ċertifikati EUR. 1 għal dak li jikkonċerna, rispettivament, importazzjonijiet ta’ trab tal-ħalib u ta’ ross minn Curaçao matul il-perijodu 1997/2000 u importazzjonijiet ta’ xgħir u barli mitħun oħxon u ta’ smida minn Aruba matul il-perijodu 2002/2003, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TUE.

2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Novembru 2019 – Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) vs Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA (C-663/17 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-665/17 P), Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (C-669/17 P)

(Kawżi magħquda C-663/17 P, C-665/17 P u C-669/17 P) (1)

(Appell - Ammissibbiltà - Rappreżentanza ta’ parti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja - Mandat mogħti lill-avukat - Irtirar tal-mandat mill-istralċjarju tal-kumpannija rikorrenti - Tkomplija tal-proċedura mill-bord tad-diretturi tal-kumpannija rikorrenti - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu - Deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu - Rikors għal annullament quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea - Ammissibbiltà - Effett dirett fuq l-azzjonisti tal-kumpannija li l-awtorizzazzjoni tagħha ġiet irtirata)

(2019/C 432/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-663/17 P)

Appellant: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, C. Hernández Saseta, aġenti, assistiti minn B. Schneider, Rechtsanwalt, M. Petite, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA (rappreżentanti: M. Kirchner, L. Feddern u O.H. Behrends, Rechtsanwälte)

Intervenjenti insostenn tal-appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, V. Di Bucci u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

(Kawża C-665/17 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, V. Di Bucci u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Parijiet oħra fil-proċedura: Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA (rappreżentanti: M. Kirchner, L. Feddern u O.H. Behrends, Rechtsanwälte), Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, C. Hernández Saseta, aġenti, assistiti minn B. Schneider, Rechtsanwalt, M. Petite, avocat)

(Kawża C-669/17 P)

Appellanti: Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV, Rikam Holding SA (rappreżentanti: M. Kirchner, L. Feddern u O.H. Behrends, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: E. Koupepidou, C. Hernández Saseta, aġenti, assistiti minn B. Schneider, Rechtsanwalt, M. Petite, avocat)

Intervenjenti insostenn tal-Bank Ċentrali Ewropew: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, V. Di Bucci u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell fil-Kawża C-669/17 P huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn ġie ppreżentat minn Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV u Rikam Holding SA.

2)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Settembru 2017, Fursin et vs BĊE (T-247/16, mhux ippubblikat, EU:T:2017:623), huwa annullat.

3)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Bank Ċentrali Ewropew hija miċħuda sa fejn tikkonċerna r-rikors ippreżentat minn Trasta Komercbanka AS u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew ECB/SSM/2016 – 529900WIP0INFDAWTJ81/1 WOANCA-2016-0005, tat-3 ta’ Marzu 2016, li tirtira l-awtorizzazzjoni mogħtija lil Trasta Komercbanka.

4)

Ir-rikors ippreżentat minn Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV u Rikam Holding SA, u intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tat-3 ta’ Marzu 2016, huwa miċħud.

5)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi r-rikors ippreżentat minn Trasta Komercbanka AS u intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tat-3 ta’ Marzu 2016.

6)

Trasta Komercbanka AS, Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV u Rikam Holding SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest, rispettivament, tal-appelli fil-Kawżi C-663/17 P u C-665/17 P.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-Kawża C-663/17 P.

8)

Ivan Fursin, Igors Buimisters, C & R Invest SIA, Figon Co. Ltd, GCK Holding Netherlands BV u Rikam Holding SA huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew fil-kuntest tal-proċedura tal-ewwel istanza marbuta mar-rikors ippreżentat minn dawn l-azzjonisti.

9)

L-ispejjeż fil-Kawża C-669/17 P huma rriżervati.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.

ĠU C 42, 5.2.2018


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-192/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Stat tad-dritt - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - Prinċipji ta’ irremovabbiltà u ta’ indipendenza tal-imħallfin - Tnaqqis tal-età tal-irtirar għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki - Possibbiltà li mħallef ikompli fil-kariga tiegħu lil hinn mill-età stabbilita mill-ġdid suġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Ministru għall-Ġustizzja - Artikolu 157 TFUE - Direttiva 2006/54/KE - Artikolu 5(a) u Artikolu 9(1)(f) - Projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq is-sess fil-qasam tar-remunerazzjoni, tal-impjieg u tax-xogħol - Introduzzjoni ta’ etajiet tal-irtirar differenti għan-nisa u għall-irġiel għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki u fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) kif ukoll għal avukati tal-Istat)

(2019/C 432/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Szmytkowska, K. Banks, C. Valero u H. Krämer, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, K. Majcher u S. Żyrek, aġenti, assistiti minn W. Gontarski, avukat)

Dispożittiv

1)

Bl-introduzzjoni, fil-punti 1 sa 3 tal-Artikolu 13 tal-ustawa o zmianie ustawy – Prawo o ustroju sądów powszechnych oraz niektórych innych ustaw (il-Liġi li Temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u Ċerti Liġijiet Oħra) tat-12 ta’ Lulju 2017, ta’ età tal-irtirar differenti għall-irġiel minn dik għan-nisa għal imħallfin fil-qrati ordinarji Pollakki u fis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja) jew għal avukati tal-Istat Pollakk, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 157 TFUE kif ukoll l-Artikolu 5(a) u l-Artikolu 9(1)(f) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.

2)

Billi tat, skont il-paragrafi (b) u (c) tal-punt 26 tal-Artikolu 1 tal-Liġi li temenda l-Liġi dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Ordinarji u Ċerti Liġijiet Oħra tat-12 ta’ Lulju 2017, is-setgħa lill-Ministru għall-Ġustizzja (il-Polonja) li jiddeċiedi dwar jekk jawtorizzax it-tkomplija tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-imħallfin tal-qrati ordinarji Pollakki lil hinn mill-età ġdida tal-irtirar tal-imsemmija mħallfin, kif tnaqqset bil-punt 1 tal-Artikolu 13 ta’ din l-istess liġi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte - l-Italja) – Prato Nevoso Termo Energy Srl vs Provincia di Cuneo, ARPA Piemonte

(Kawża C-212/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2008/98/KE - Skart - Żjut veġetali użati li jkunu għaddew minn trattament kimiku - Artikolu 6(1) u (4) - Tmiem tal-istatus ta’ skart - Direttiva 2009/28/KE - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Artikolu 13 - Proċeduri nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni, ta’ ċertifikazzjoni u ta’ għoti ta’ liċenzji li japplikaw għall-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ta’ elettriku, ta’ tisħin jew ta’ tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli - Użu ta’ bijolikwidi bħala sors ta’ sostenn għal impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika)

(2019/C 432/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prato Nevoso Termo Energy Srl

Konvenuti: Provincia di Cuneo, ARPA Piemonte

fil-preżenza ta’: Comune di Frabosa Sottana

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u (4) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi u l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/1513 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015, moqrija flimkien, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li fuq il-bażi tagħha applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sabiex il-metan jiġi ssostitwit, bħala sors ta’ sostenn ta’ installazzjoni ta’ produzzjoni ta’ enerġija elettrika li tipproduċi emissjonijiet atmosferiċi, b’sustanza dderivata mit-trattament kimiku ta’ żjut veġetali użati, għandha tiġi rrifjutata, għar-raġuni li din is-sustanza ma tkunx inkluża fil-lista ta’ kategoriji ta’ karburanti li jirriżultaw mill-bijomassa awtorizzati għal dan il-għan, u għar-raġuni li din il-lista tista’ tiġi emendata biss b’digriet ministerjali li l-proċedura ta’ adozzjoni tiegħu ma tkunx ikkoordinata mal-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni tal-użu ta’ tali sustanza bħala karburant, jekk l-Istat Membru seta’ jikkunsidra, mingħajr ma jwettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, li ma jkunx ġie pprovat li l-użu tal-imsemmi żejt veġetali, f’tali ċirkustanzi, jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/98/KE jkunu ssodisfatti u, b’mod partikolari, li dan l-użu ma jkollu ebda effett dannuż possibbli fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Roma - l-Italja) – Adriano Guaitoli et vs easyJet Airline Co. Ltd

(Kawża C-213/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 7(1)(a) - Qorti li għandha ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 5, 7, 9 u 12 - Konvenzjoni ta’ Montréal - Ġurisdizzjoni - Artikoli 19 u 33 - Talba għal kumpens u kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-kanċellazzjoni u mid-dewmien ta’ titjiriet)

(2019/C 432/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adriano Guaitoli, Concepción Casan Rodriguez, Alessandro Celano Tomassoni, Antonia Cirilli, Lucia Cortini, Mario Giuli, Patrizia Padroni

Konvenut: easyJet Airline Co. Ltd

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tal-Artikolu 7, l-Artikolu 67 u l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, kif ukoll l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru li quddiemha titressaq azzjoni intiża sabiex jinkisbu, fl-istess waqt, ir-rispett tad-drittijiet fil-forma ta’ somma f’daqqa u uniformi previsti mir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u l-kumpens għal dannu komplementari li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni għandha tevalwa l-ġurisdizzjoni tagħha, għall-ewwel kap tat-talba, fir-rigward tal-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 u, għat-tieni kap tat-talba, fir-rigward tal-Artikolu 33 ta’ din il-konvenzjoni.

2)

L-Artikolu 33(1) tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola, għall-finijiet tal-kawżi għal kumpens għal dannu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni, mhux biss it-tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn l-Istati partijiet tagħha, iżda wkoll it-tqassim tal-ġurisdizzjoni territorjali bejn il-qrati ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Ottubru 2019 – Repower AG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), repowermap.org

(Kawża C-281/18 P) (1)

(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Revoka tad-deċiżjoni inizjali tal-Bord tal-Appell li kienet tiċħad parzjalment it-talba għad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea REPOWER)

(2019/C 432/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Repower AG (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein, H. P. Kunz-Hallstein, u V. Kling, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Botis u J.F. Crespo Carrillo, aġenti), repowermap.org (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, abogado)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Repower AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 259, 23.07.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia - l-Italja) – Eni SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-364/18), Shell Italia E & P SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico (C-365/18)

(Kawżi magħquda C-364/18 u C-365/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 94/22/KE - Enerġija - Kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi - Tariffi - Metodi għall-kalkolu - Parametru QE u Indiċi Pfor - Natura diskriminatorja)

(2019/C 432/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-364/18)

Rikorrent: Eni SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze

fil-preżenza ta’: Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico, Regione Basilicata, Comune di Viggiano, Regione Calabria, Comune di Ravenna, Assomineraria

(Kawża C-365/18)

Rikorrenti: Shell Italia E & P SpA

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico

fil-preżenza ta’: Regione Basilicata, Comune di Viggiano, Assomineraria

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur, moqri fid-dawl tas-sitt premessa tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema l-ammont tat-tariffi dovuti mid-detenturi ta’ konċessjonijiet ta’ produzzjoni ta’ gass naturali huwa kkalkulat skont parametru bbażat fuq il-kontribuzzjonijiet taż-żejt u ta’ kombustibbli oħrajn għal żmien medju u fit-tul u mhux fuq parametru li jirrifletti l-prezz tas-suq għal żmien qasir tal-gass naturali.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja) – Gennaro Cafaro vs DQ

(Kawża C-396/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (UE) Nru 1178/2011 - Anness I, punt FCL.065 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Artikolu 2(5) - Artikolu 4(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol fl-età ta’ 60 sena - Piloti ta’ inġenji tal-ajru - Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali)

(2019/C 432/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gennaro Cafaro

Konvenuta: DQ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-piloti impjegati minn kumpannija li topera inġenji tal-ajru fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru meta jilħqu l-età ta’ 60 sena, sakemm tali leġiżlazzjoni hija neċessarja għas-sigurtà pubblika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-piloti impjegati minn kumpannija li topera inġenji tal-ajru fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru meta jilħqu l-età ta’ 60 sena, sakemm tali leġiżlazzjoni hija proporzjonata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie – il-Belġju) – IN (C-469/18), JM (C-470/18) vs Belgische Staat

(Kawża C-469/18 u C-470/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi - Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari)

(2019/C 432/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IN (C-469/18), JM (C-470/18)

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

It-talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Qorti ta’ Kassazzjoni, il-Belġju), b’deċiżjonijiet tat-28 ta’ Ġunju 2018, huma inammissibbli.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna - l-Italja) – Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Regione autonoma della Sardegna

(Kawża C-515/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri - Trasport bil-ferrovija - Kuntratti għal servizz pubbliku - Għoti dirett - Obbligu ta’ pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż rigward l-għoti dirett - Portata)

(2019/C 432/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sardegna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

Konvenut: Regione autonoma della Sardegna

fil-preżenza ta’: Trenitalia SpA

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkollhom l-intenzjoni li jagħtu direttament kuntratt għal servizz pubbliku ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija ma humiex obbligati, minn naħa, li jippubblikaw jew li jikkomunikaw lill-operaturi ekonomiċi eventwalment interessati l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex ikunu jistgħu jħejju offerta suffiċjentement iddettaljata u li tista’ tiġi vvalutata b’mod komparattiv u, min-naħa l-oħra, li jwettqu tali valutazzjoni komparattiva tal-offerti kollha eventwalment irċevuti wara l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-636/18) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Franċiżi - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu ta’ qbiż ‘l-iqsar possibbli’ - Miżuri xierqa”)

(2019/C 432/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, E. Manhaeve u K. Petersen, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, J. Traband u A. Alidière, aġenti)

Dispożittiv

1)

Bil-qbiż b’mod sistematiku u persistenti tal-valur limitu annwali għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) mill-1 ta’ Jannar 2010 fi tnax-il agglomerazzjoni u żona ta’ kwalità tal-arja Franċiża, jiġifieri: Marseille (FR03A02), Toulon (FR03A03), Pariġi (FR04A01), Auvergne-Clermont-Ferrand (FR07A01), Montpellier (FR08A01), Toulouse Midi-Pyrénées (FR12A01), żona urgani reġjonali (ZUR) Reims Champagne-Ardenne (FR14N10), Grenoble Rhône-Alpes (FR15A01), Strasbourg (FR16A02), Lyon-Rhône-Alpes (FR20A01), ZUR Vallée de l’Arve Rhône-Alpes (FR20N10) u Nice (FR24A01), u bil-qbiż b’mod sistematiku u persistenti tal-valur limitu għal kull siegħa għan-NO2 mill-1 ta’ Jannar 2010 f’żewġ agglomerazzjonijiet u żoni ta’ kwalità tal-arja jiġifieri: Pariġi (FR04A01) u Lyon Rhône-Alpes (FR20A01), ir-Repubblika Franċiża kompliet tonqos, sa minn din id-data, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, moqri flimkien mal-Anness XI ta’ din id-direttiva, u dan mid-dħul fis-seħħ tal-valuri limitu fl-2010.

Ir-Repubblika Franċiża, mill-11 ta’ Ġunju 2010, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(1) tal-imsemmija tad-Direttiva 2008/50, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, u b’mod partikolari l-obbligu, stabbilit mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tal-istess direttiva, li jiġi żgurat li l-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège –il-Belġju) – BU vs État belge

(Kawża C-35/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Eżenzjoni mit-taxxa għall-allowances mogħtija lill-persuni b’diżabbiltà - Allowances rċevuti fi Stat Membru ieħor - Esklużjoni - Differenza fit-trattament)

(2019/C 432/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BU

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, mingħajr ma tipprevedi ġustifikazzjonijiet f’dan ir-rigward, fatt li madankollu għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, tipprovdi li l-eżenzjoni mit-taxxa applikabbli għall-allowances għal persuni b’diżabbiltà hija suġġetta għall-kundizzjoni li dawn l-allowances jitħallsu minn organu tal-Istat Membru kkonċernat u b’hekk teskludi mill-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni l-allowances tal-istess natura mħallsa minn Stat Membru ieħor, minkejja li l-benefiċjarju tal-imsemmija allowances jirrisjedi fl-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/14


Appell ippreżentat fl-10 ta’ April 2019 minn Etnia Dreams, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-13 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-823/17 – Etnia Dreams vs EUIPO – Poisson (Etnik)

(Kawża C-296/19 P)

(2019/C 432/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Etnia Dreams, S.L. (rappreżentant: P. Gago Comes, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell u kkundannat lil Etnia Dreams S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/14


Appell ippreżentat fit-23 ta’ April 2019 minn Hércules Club de Fútbol, S.A.D. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2019 fil-Kawża T-134/17, Hércules Club de Fútbol vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-332/19 P)

(2019/C 432/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Hércules Club de Fútbol, S.A.D. (rappreżentanti: Y. Martínez Mata u S. Rating, abogados)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Novembru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li Hércules Club de Fútbol, S.A.D. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-12 ta’ Ġunju 2019 – Subdelegación del Gobierno en Toledo vs XU

(Kawża C-451/19)

(2019/C 432/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Subdelegación del Gobierno en Toledo

Konvenut: XU

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 68 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol li jipprovdi li l-konjuġi għandhom jgħixu flimkien, l-obbligu impost fuq ċittadin Spanjol li ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Real Decreto 240/2007, sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ residenza tal-wild minuri ta’ Stat terz, skont l-Artikolu 7(2) tar-Real Decreto, jista’ jimplika, f’każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, li hemm ksur tal-Artikolu 20 [TFUE] jekk, b’konsegwenza tar-rifjut ta’ dan id-dritt, iċ-ċittadin Spanjol jkun obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fl-intier tiegħu.

2)

Fi kwalunkwe każ, indipendentement mis-suespost u mir-risposta għad-domanda preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fosthom, inter alia, is-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, C-82/16, KA et vs Belgische Staat (1), l-Artikolu 20 TFUE jipprekludi l-prassi tal-Istat Spanjol li tikkonsisti fl-applikazzjoni awtomatika tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Real Decreto 240/2007, billi tirrifjuta l-permess ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, wild minuri ta’ Stat terz, tal-konjugu ta’ Stat terz ta’ ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, sempliċiment u esklużivament peress li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, mingħajr ma twettaq eżami konkret u individwali tal-kwistjoni dwar jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ natura tali li, għal xi raġuni tkun xi tkun u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, twassal sabiex f’każ ta’ rifjut tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista’ jissepara ruħu mill-membru tal-familja li huwa jiddependi fuqu u jkun obbligat li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni? U dan iktar u iktar meta iċ-ċittadin Spanjol u martu minn stat terz huma l-ġenituri ta’ wild minuri Spanjol li jista’ bl-istess mod isib ruħu obbligat li jitlaq mit-territorju Spanjol biex isegwi l-ġenituri tiegħu?


(1)  Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, K.A. et (Riunifikazzjoni tal-familja fil-Belġju) (C-82/16, EU:C:2018:308).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fid-9 ta’ Lulju 2019 – GF vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-525/19)

(2019/C 432/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GF

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Toledo

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 68 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol li jipprovdi li l-konjuġi għandhom jgħixu flimkien, l-obbligu impost fuq ċittadin Spanjol li ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Real Decreto 240/2007, sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ residenza tal-konjuġi tiegħu ċittadin ta’ Stat terz, skont l-Artikolu 7(2) tar-Real Decreto, jista’ jimplika, f’każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, li hemm ksur tal-Artikolu 20 [TFUE] jekk, b’konsegwenza tar-rifjut ta’ dan id-dritt, iċ-ċittadin Spanjol jkun obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fl-intier tiegħu.

2)

Fi kwalunkwe każ, indipendentement mis-suespost u mir-risposta għad-domanda preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fosthom, inter alia, is-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, C-82/16, KA et vs Belgische Staat (1), l-Artikolu 20 TFUE jipprekludi l-prassi tal-Istat Spanjol li tikkonsisti fl-applikazzjoni awtomatika tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Real Decreto 240/2007, billi tirrifjuta l-permess ta’ residenza lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, sempliċiment peress li ċ-ċittadin tal-Unjoni ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, mingħajr ma twettaq eżami konkret u individwali tal-kwistjoni dwar jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ natura tali li, għal xi raġuni tkun xi tkun u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, twassal sabiex f’każ ta’ rifjut tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista’ jissepara ruħu mill-membru tal-familja li huwa jiddependi fuqu u jkun obbligat li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni?


(1)  Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, K.A. et (Riunifikazzjoni tal-familja fil-Belġju) (C-82/16, EU:C:2018:308).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fil-11 ta’ Lulju 2019 – QP vs Subdelegación del Gobierno en Toledo

(Kawża C-532/19)

(2019/C 432/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QP

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Toledo

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikolu 68 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol li jipprovdi li l-konjuġi għandhom jgħixu flimkien, l-obbligu impost fuq ċittadin Spanjol li ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Real Decreto 240/2007, sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ residenza tal-konjuġi tiegħu ċittadin ta’ Stat terz, skont l-Artikolu 7(2) tar-Real Decreto, jista’ jimplika, f’każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, li hemm ksur tal-Artikolu 20 [TFUE] jekk, b’konsegwenza tar-rifjut ta’ dan id-dritt, iċ-ċittadin Spanjol jkun obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fl-intier tiegħu.

2)

Fi kwalunkwe każ, indipendentement mis-suespost u mir-risposta għad-domanda preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fosthom, inter alia, is-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, C-82/16, KA et vs Belgische Staat (1), l-Artikolu 20 TFUE jipprekludi l-prassi tal-Istat Spanjol li tikkonsisti fl-applikazzjoni awtomatika tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Real Decreto 240/2007, billi tirrifjuta l-permess ta’ residenza lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, sempliċiment peress li ċ-ċittadin tal-Unjoni ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, mingħajr ma twettaq eżami konkret u individwali tal-kwistjoni dwar jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ natura tali li, għal xi raġuni tkun xi tkun u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, twassal sabiex f’każ ta’ rifjut tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista’ jissepara ruħu mill-membru tal-familja li huwa jiddependi fuqu u jkun obbligat li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni?


(1)  Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, K.A. et (Riunifikazzjoni tal-familja fil-Belġju) (C-82/16, EU:C:2018:308).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/17


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 minn Intercept Pharma Ltd, Intercept Pharmaceuticals, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-377/18, Intercept Pharma and Intercept Pharmaceuticals vs EMA

(Kawża C-576/19 P)

(2019/C 432/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Intercept Pharma Ltd, Intercept Pharmaceuticals, Inc. (irrappreżentati minn L. Tsang, J. Mulryne, E. Amos, Solicitors, F. Campbell, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2019;

tannulla d-deċiżjoni kkomunikata mill-appellata lill-appellanti fil-15 ta’ Mejju 2018 li tirrilaxxa r-rapport perjojdiku ta’ evalwazzjoni tal-benefiċċji u r-riskji, u

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kemm legali u kemm oħrajn marbuta ma’ din il-vertenza, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li l-“protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati” prevista fl-inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001 (1) hija rilevanti biss meta d-dokumenti jkunu ġew redatti fil-kuntest ta’ proċeduri ġudizzjarji speċifiċi jew meta jkunu jinkludu pożizzjonijiet legali li huma s-suġġett ta’ tali proċeduri. Dan ta lok għal restrizzjoni u limitazzjoni mhux permessibbli fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 4(2) li ma jinstabux fir-regolament.

2.

It-tieni aggravju jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li l-“interessi kummerċjali” previsti fl-inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001 jistgħu japplikaw biss meta jkunu identifikati elementi speċifiċi tad-dokument li jimminaw l-interessi kummerċjali tal-parti rilevanti, u ma jistgħux japplikaw sempliċiment abbażi tal-fatt li l-iżvelar ta’ dokument fl-intier tiegħu jkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali tal-awtur tiegħu. Din l-opinjoni pprekludiet lill-Qorti Ġenerali milli tirrikonoxxi l-iżball ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-appellata meta rrifjutat li tqis il-kuntest tat-talba għal żvelar fil-każ odjern.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/18


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2019 minn KID-Systeme GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ Mejju 2019 fil-Kawża T-354/18 – KID-Systeme vs EUIPO

(Kawża C-577/19)

(2019/C 432/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: KID-Systeme GmbH (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, Rechtsanwälte, T. Wittmann, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-10 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li KID-Systeme GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/19


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2019 minn Rietze GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-43/18, Rietze GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-599/19 P)

(2019/C 432/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rietze GmbH & Co. KG (rappreżentant: M. Krogmann, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-24 ta’ Ottubru 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/19


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2019 minn BP mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla.) fil-11 ta’ Lulju 2019 fil-Kawża T-888/16, BP vs FRA

(Kawża C-601/19 P)

(2019/C 432/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: BP (rappreżentant: E. Lazar, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata u konsegwentement

tannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (AHCC) tal-21 ta’ April 2016 li ma ġġeddidx il-kuntratt tax-xogħol tagħha;

tagħti kumpens għad-dannu materjali u morali sostnut mill-appellanti bħala riżultat tad-deċiżjoni illegali li, minn naħa ma ġġeddidx il-kuntratt u min-naħa l-oħra li teżegwixxi s-sentenza fil-Kawża T-658/13 P;

tagħti kumpens għad-dannu materjali u morali sostnut mill-appellanti minħabba li l-appellata naqqset milli tadotta r-regoli legali għall-evalwazzjoni, għall-klassifikazzjoni mill-ġdid u għat-tiġdid u l-ħsara relatata li tirriżulta mill-assenza ta’ dawn ir-regoli legali;

tiddeċiedi li l-Linji Gwida tal-FRA għall-evalwazzjoni u għall-klassifikazzjoni mill-ġdid u d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA 2009/13 dwar it-tiġdid ta’ kuntratti ta' xogħol huma illegali safejn dawn ir-regoli ġew adottati wara proċedura illegali minn awtur nieqes minn kompetenza xierqa;

teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tiżgura l-effettività tad-deċiżjoni tagħha;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas interessi awtomatiċi bir-rata prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew b’żieda ta’ żewġ punti perċentwali fuq l-ammont eventwalment mogħti jew kull għotja oħra ta’ pagament ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali jidhrilha ġusta u xierqa;

tikundanna lill-FRA għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tat-tieni motiv relatat mal-illegalità tar-regoli tal-FRA u tar-raba’ talba relatata mal-eċċezzjoni ta’ illegalità invokata mill-appellanti skont l-Artikolu 277 TFUE. F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi, żnaturat is-sens ċar tal-provi, wettqet żball ta’ liġi, kisret id-dmir li tagħti raġunijiet u kisret id-dritt għal smigħ.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddeċiedi dwar it-tielet talba u ma eżerċitatx ġurisdizzjoni sħiħa kif mitlub taħt il-ħames talba. F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali kisret ir-rekwiżit li tkun issalvagwardjata l-legalità kif previst fl-Artikolu 19(1) TUE u kisret l-Artikolu 268 TFUE.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 35, 36, 64 u 65 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali. F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju; naqset milli tinnotifika lill-FRA l-ittra tal-25 ta’ Settembru 2017 u naqset milli tinnotifika lill-appellant dwar dan; kisret il-produzzjoni tal-prova relatata mar-replika u kisret ir-regoli dwar il-provi; ċaħdet b’mod żbaljat ir-Rapport tal-OLAF fil-każijiet magħquda OF/2014/0192 u OF/2015/0167; kisret id-dritt għal smigħ; kisret id-dritt għal smigħ xieraq; u kisret l-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tad-difiża u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilita fl-Artikolu 47 tal-Karta u pproduċiet motivazzjoni tad-deċiżjonijiet mhux xierqa.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 134 u 135 tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha dwar l-ispejjeż. F’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali naqset mid-dmir tagħha li tagħti raġunijiet.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/20


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2019 minn Luz Saúde, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Ġunju 2019 fil-Kawża T-357/18, Luz Saúde vs EUIPO – Clínica La Luz

(Kawża C-622/19 P)

(2019/C 432/25)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Luz Saúde, SA (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio, P. Guerra e Andrade, G. Moreira Rato u M. Stock da Cunha, advogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Clínica La Luz

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Novembru 2019 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli u li Luz Saúde, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/21


Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru magħmula fid-9 ta’ Settembru 2019 – Ramon vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-675/19 SA)

(2019/C 432/26)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ntinos Ramon (rappreżentanti: Achilleas Dimitriadis u Charalampos Pogiatzis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tordna t-tneħħija tal-immunità tal-Kummissjoni Ewropea, konformement mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 7 (1) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea u tawtorizza n-notifika u l-eżekuzzjoni:

1)

tad-digriet provviżorju ta’ sekwestru (Garnishee Order Nisi) tas-26 ta’ Ġunju 2019 tal-Eparchiako Dikastirio Ammochostou (il-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta) f’Ċipru,

2)

ta’ kwalunkwe digriet li jagħti natura definittiva lid-digriet imsemi iktar ’il fuq;

3)

ta’ kwalunkwe digriet ieħor relatat;

tordna kwalunkwe miżura u/jew kumpens li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija ġusta u ekwa f’dan il-każ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż miżjuda bil-VAT.


(1)  GU 2016, C 202, p. 266.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Vâlcea (ir-Rumanija) fil-11 ta’ Settembru 2019 – SC Valoris SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Craiova – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Vâlcea, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-677/19)

(2019/C 432/27)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Vâlcea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Valoris SRL

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Craiova – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Vâlcea, Administrația Fondului pentru Mediu

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali, ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(2) tal-Ordonanța de urgență a Guvernului nr. 52/2017 (id-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 52/2017), li jistabbilixxi terminu ta’ dekadenza ta’ madwar sena għat-tressiq ta’ talbiet ta’ rimbors ta’ taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix tali terminu għall-eżerċizzju tad-dritt għar-rimbors tas-somom miġbura bi ksur tar-regoli interni?


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Milano (l-Italja) fit-13 ta’ Settembru 2019 – SPV Project 1503 Srl, Dobank SpA vs YB

(Kawża C-693/19)

(2019/C 432/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SPV Project 1503 Srl, Dobank SpA

Konvenut: YB

Domanda preliminari

L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1) u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu, u taħt liema kundizzjonijiet, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik deskritta, li tipprekludi lill-qorti ta’ eżekuzzjoni twettaq stħarriġ intrinsiku ta’ titolu eżekuttiv ġudizzjarju li kiseb l-awtorità ta’ res judicata u li timpedixxi lill-istess qorti, fil-każ ta’ manifestazzjoni ta’ rieda min-naħa tal-konsumatur li jinvoka n-natura inġusta tal-klawżola inkluża fil-kuntratt li bis-saħħa tiegħu nkiseb it-titolu eżekuttiv, tissupera l-effetti tal-awtorità ta’ res judicata impliċita?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Axpo Trading Ag vs Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

(Kawża C-705/19)

(2019/C 432/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Axpo Trading Ag

Konvenuta: Gestore dei Servizi Energetici SpA - GSE

Domandi preliminari

Tista’ l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara jekk:

l-Artikolu 18 TFUE, sa fejn jipprojbixxi kull diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati;

l-Artikoli 28 u 30 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles KEE – Svizzera, sa fejn jipprevedu t-tneħħija tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni u tal-miżuri b’effett ekwivalenti;

l-Artikolu 110 TFUE, sa fejn jipprojbixxi taxxi fuq l-importazzjonijiet li jkunu ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali;

l-Artikolu 34 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ Ħieles KEE – Svizzera, sa fejn jipprojbixxu l-adozzjoni ta’ miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet;

l-Artikoli 107 u 108 TFUE, sa fejn jipprojbixxu l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u li tkun inkompatibbli mas-suq intern;

id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), sa fejn hija intiża li tiffavorixxi l-kummerċ intra-Komunitarju ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli kif ukoll il-promozzjoni tal-kapaċitajiet produttivi tal-Istati Membri individwali,

jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-importaturi ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli oneru pekunjarju li ma japplikax għall-produtturi nazzjonali tal-istess prodott?


(1)  ĠU 2009, L 140, p. 16.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Sisal SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-721/19)

(2019/C 432/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sisal SpA

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, u fl-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tiegħu, li jipprevedi li “1. B’applikazzjoni tal-Artikolu 21(3) u (4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, l-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji għandha tawtorizza t-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, relatata mal-ġbir, anki mill-bogħod, tal-lotteriji nazzjonali bi tlugħ instantanju, sal-aħħar terminu previst fl-Artikolu 4(1) tal-att ta’ konċessjoni, b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018”, f’sitwazzjoni fejn:

l-Artikolu 21(1) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, ippreveda li normalment il-konċessjonijiet inkwistjoni jingħataw lil diversi persuni magħżula permezz ta’ proċeduri miftuħa, kompetittivi u mhux diskriminatorji;

l-Artikolu 21(4) tal-imsemmi digriet, ippreveda li l-konċessjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 21(1) jistgħu eventwalment jiġġeddu, għal darba biss;

il-kumpanniji rikorrenti ma ħadux sehem fis-sejħa għal offerti maħruġa fl-2010;

ir-relazzjoni speċifika eżistenti ġiet stabbilita, ab origine, ma konċessjonarju wieħed, insegwitu għal sejħa għal offerti pubblika, li fil-kuntest tagħha ġiet ippreżentata offerta waħda;

it-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, tkun tinvolvi – konkretament – li l-imsemmija relazzjoni titkompla ma dan il-konċessjonarju wieħed, minflok permezz ta’ tiġdid ma diversi persuni, mingħajr sejħa għal offerti ġdida?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, li, bl-għan iddikjarat li tapplika l-Artikolu 21(3) u (4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, tipprevedi li “l-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji għandha tawtorizza t-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, relatata mal-ġbir, anki mill-bogħod, tal-lotteriji nazzjonali bi tlugħ instantanju, sal-aħħar terminu previst fl-Artikolu 4(1) tal-att ta’ konċessjoni, b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018”, sa fejn tipprevedi dan:

permezz tat-tkomplija ratione temporis tal-unika relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, minflok l-eventwali tiġdid tad-diversi konċessjonijiet previsti fl-Artikolu 21(4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit b’emendi bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, u mingħajr ma tinħareġ sejħa għal offerti ġdida;

f’data li tiġi qabel l-iskadenza tal-konċessjoni: id-Digriet Liġi Nru 148 tal-2017 daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2017, jiġifieri l-istess ġurnata tal-pubblikazzjoni fil-Gazzatta tal-Gvern Taljan, filwaqt li l-konċessjoni kellha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2019;

b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018, filwaqt li tibdel, b’dan il-mod, uħud mill-aspetti relatati mal-metodi u mat-termini ta’ ħlas tal-korrispettiv għall-konċessjoni, kif ukoll, potenzjalment, l-ammont totali tal-ħlas dovut mill-perspettiva tal-ispiża tiegħu, b’mod partikolari bil-bdil tat-termini għall-ħlas, li ġew antiċipati meta mqabbla ma dawk li hemm previsti fil-konċessjoni oriġinali, fid-dawl – skont ir-rikorrenti – tal-fatt oġġettiv u magħruf li l-ħin għandu valur finanzjarju?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-atti ta’ implimentazzjoni tad-digriet imsemmi iktar ’il fuq, u b’mod partikolari fil-Komunikazzjoni Nru 0133677 tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji tal-1 ta’ Diċembru 2017, li, bl-għan iddikjarat li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, u abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-ftehim ta’ konċessjoni għall-amministrazzjoni tal-lotteriji bi tlugħ instantanju, li jipprevedi li dan il-ftehim jista’ jiġġedded għal darba biss, ibiddel it-terminu aħħari tar-relazzjoni ta’ konċessjoni għat-30 ta’ Settembru 2028; bla ħsara, f’kull każ, għad-dispożizzjonijiet tal-istess Artikolu 4 fir-rigward tat-tqassim tat-tul tal-konċessjoni f’żewġ perijodi rispettivament ta’ ħames u ta’ erba’ snin (għaldaqstant, wara li jgħaddi l-ewwel perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Ottubru 2019, it-tkomplija b’erba’ snin oħra sal-iskadenza tat-30 ta’ Settembru 2028 hija suġġetta għall-evalwazzjoni pożittiva, min-naħa tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji, tal-andament tal-amministrazzjoni li għandha ssir sat-30 ta’ Marzu 2024); tipprevedi li l-kumpannija għandha tħallas ammont ta’ Eur 50 miljun sal-15 ta’ Diċembru 2017; ammont ta’ EUR 300 miljun sat-30 ta’ April 2018; u ammont ta’ EUR 450 miljun sal-31 ta’ Ottubru 2018;

sa fejn tipprevedi dan qabel l-iskadenza tat-terminu oriġinali ta’ skadenza tal-konċessjoni nnifisha (il-Komunikazzjoni Nru 0133677 tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji, ġiet adottata fl-1 ta’ Diċembru 2017, filwaqt li l-kuntratt ta’ konċessjoni kellu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2019);

jiġi ggarantit, b’dan il-mod, il-ħlas minn qabel ta’ EUR 800 miljun (EUR 50 miljun sal-15 ta’ Diċembru 2017; EUR 300 miljun sat-30 ta’ April 2018; EUR 450 miljun sal-31 ta’ Ottubru 2018) f’dati li jiġu qabel tali skadenza (it-30 ta’ Settembru 2019);

fatt li jwassal għall-bdil potenzjali tal-ammont totali tal-ħlas dovut, mill-perspettiva tal-ispiża tiegħu, fid-dawl – skont ir-rikorrenti – tal-fatt oġġettiv u magħruf li l-ħin għandu valur finanzjarju?

4)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni, anki fil-każ li l-operaturi fis-settur li attwalment huma interessati li jidħlu fis-suq ma ħadux sehem fis-sejħa għal offerti oriġinali maħruġa għall-għoti tal-konċessjoni li skadiet u li tkompliet mal-konċessjonarju preċedenti, taħt il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-ġodda diġà deskritti, jew inkella l-eventwali restrizzjoni tal-aċċess għas-suq isseħħ biss fil-każ li dawn ikunu effettivament ħadu sehem fis-sejħa għal offerti oriġinali?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ Settembru 2019 – Stanleybet Malta Limited Magellan, Robotec Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-722/19)

(2019/C 432/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stanleybet Malta Limited Magellan, Robotec Ltd

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, u fl-atti ta’ implimentazzjoni sussegwenti tiegħu, li jipprevedi li “1. B’applikazzjoni tal-Artikolu 21(3) u (4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, l-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji għandha tawtorizza t-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, relatata mal-ġbir, anki mill-bogħod, tal-lotteriji nazzjonali bi tlugħ instantanju, sal-aħħar terminu previst fl-Artikolu 4(1) tal-att ta’ konċessjoni, b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018”, f’sitwazzjoni fejn:

l-Artikolu 21(1) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, ippreveda li normalment il-konċessjonijiet inkwistjoni jingħataw lil diversi persuni magħżula permezz ta’ proċeduri miftuħa, kompetittivi u mhux diskriminatorji;

l-Artikolu 21(4) tal-imsemmi digriet, ippreveda li l-konċessjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 21(1) jistgħu eventwalment jiġġeddu, għal darba biss;

il-kumpanniji rikorrenti ma ħadux sehem fis-sejħa għal offerti maħruġa fl-2010;

ir-relazzjoni speċifika eżistenti ġiet stabbilita, ab origine, ma konċessjonarju wieħed, insegwitu għal sejħa għal offerti pubblika, li fil-kuntest tagħha ġiet ippreżentata offerta waħda;

it-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, tkun tinvolvi – konkretament – li l-imsemmija relazzjoni titkompla ma dan il-konċessjonarju wieħed, minflok permezz ta’ tiġdid ma diversi persuni, mingħajr sejħa għal offerti ġdida?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, li, bl-għan iddikjarat li tapplika l-Artikolu 21(3) u (4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit, b’emendi, bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, tipprevedi li “l-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji għandha tawtorizza t-tkomplija tar-relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, relatata mal-ġbir, anki mill-bogħod, tal-lotteriji nazzjonali bi tlugħ instantanju, sal-aħħar terminu previst fl-Artikolu 4(1) tal-att ta’ konċessjoni, b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018”, sa fejn tipprevedi dan:

permezz tat-tkomplija ratione temporis tal-unika relazzjoni ta’ konċessjoni eżistenti, minflok l-eventwali tiġdid tad-diversi konċessjonijiet previsti fl-Artikolu 21(4) tad-Digriet Liġi Nru 78 tal-1 ta’ Lulju 2009, ikkonvertit b’emendi bil-Liġi Nru 102 tat-3 ta’ Awwissu 2009, u mingħajr ma tinħareġ sejħa għal offerti ġdida;

f’data li tiġi qabel l-iskadenza tal-konċessjoni: id-Digriet Liġi Nru 148 tal-2017 daħal fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2017, jiġifieri l-istess ġurnata tal-pubblikazzjoni fil-Gazzatta tal-Gvern Taljan, filwaqt li l-konċessjoni kellha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2019;

b’tali mod li jiġi żgurat dħul ġdid u ikbar fil-baġit tal-Istat fl-ammont ta’ Eur 50 miljun għas-sena 2017 u EUR 750 miljun għas-sena 2018, filwaqt li tibdel, b’dan il-mod, uħud mill-aspetti relatati mal-metodi u mat-termini ta’ ħlas tal-korrispettiv għall-konċessjoni, kif ukoll, potenzjalment, l-ammont totali tal-ħlas dovut mill-perspettiva tal-ispiża tiegħu, b’mod partikolari bil-bdil tat-termini għall-ħlas, li ġew antiċipati meta mqabbla ma dawk li hemm previsti fil-konċessjoni oriġinali, fid-dawl – skont ir-rikorrenti – tal-fatt oġġettiv u magħruf li l-ħin għandu valur finanzjarju?

3)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik prevista fl-atti ta’ implimentazzjoni tad-digriet imsemmi iktar ’il fuq, u b’mod partikolari fil-Komunikazzjoni Nru 0133677 tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji tal-1 ta’ Diċembru 2017, li, bl-għan iddikjarat li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) tad-Digriet Liġi Nru 148 tas-16 ta’ Ottubru 2017, u abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tal-ftehim ta’ konċessjoni għall-amministrazzjoni tal-lotteriji bi tlugħ instantanju, li jipprevedi li dan il-ftehim jista’ jiġġedded għal darba biss, ibiddel it-terminu aħħari tar-relazzjoni ta’ konċessjoni għat-30 ta’ Settembru 2028; bla ħsara, f’kull każ, għad-dispożizzjonijiet tal-istess Artikolu 4 fir-rigward tat-tqassim tat-tul tal-konċessjoni f’żewġ perijodi rispettivament ta’ ħames u ta’ erba’ snin (għaldaqstant, wara li jgħaddi l-ewwel perijodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Ottubru 2019, it-tkomplija b’erba’ snin oħra sal-iskadenza tat-30 ta’ Settembru 2028 hija suġġetta għall-evalwazzjoni pożittiva, min-naħa tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji, tal-andament tal-amministrazzjoni li għandha ssir sat-30 ta’ Marzu 2024); tipprevedi li l-kumpannija għandha tħallas ammont ta’ Eur 50 miljun sal-15 ta’ Diċembru 2017; ammont ta’ EUR 300 miljun sat-30 ta’ April 2018; u ammont ta’ EUR 450 miljun sal-31 ta’ Ottubru 2018;

sa fejn tipprevedi dan qabel l-iskadenza tat-terminu oriġinali ta’ skadenza tal-konċessjoni nnifisha (il-Komunikazzjoni Nru 0133677 tal-Aġenzija tad-Dwana u tal-Monopolji, ġiet adottata fl-1 ta’ Diċembru 2017, filwaqt li l-kuntratt ta’ konċessjoni kellu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2019);

jiġi ggarantit, b’dan il-mod, il-ħlas minn qabel ta’ EUR 800 miljun (EUR 50 miljun sal-15 ta’ Diċembru 2017; EUR 300 miljun sat-30 ta’ April 2018; EUR 450 miljun sal-31 ta’ Ottubru 2018) f’dati li jiġu qabel tali skadenza (it-30 ta’ Settembru 2019);

fatt li jwassal għall-bdil potenzjali tal-ammont totali tal-ħlas dovut, mill-perspettiva tal-ispiża tiegħu, fid-dawl – skont ir-rikorrenti – tal-fatt oġġettiv u magħruf li l-ħin għandu valur finanzjarju?

4)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dritt ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE), kif ukoll il-prinċipji [tad-dritt tal-Unjoni Ewropea] ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ħielsa, ta’ proporzjonalità, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ koerenza, kif ukoll – jekk jitqies li huma applikabbli – l-Artikoli 3 u 43 tad-Direttiva 2014/23/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi tali leġiżlazzjoni, anki fil-każ li l-operaturi fis-settur li attwalment huma interessati li jidħlu fis-suq ma ħadux sehem fis-sejħa għal offerti oriġinali maħruġa għall-għoti tal-konċessjoni li skadiet u li tkompliet mal-konċessjonarju preċedenti, taħt il-kundizzjonijiet kuntrattwali l-ġodda diġà deskritti, jew inkella l-eventwali restrizzjoni tal-aċċess għas-suq isseħħ biss fil-każ li dawn ikunu effettivament ħadu sehem fis-sejħa għal offerti oriġinali?


(1)  ĠU 2014, L 94, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2015, L 114, p. 24 u fil-ĠU 2018, L 82, p. 17.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Settembru 2019 – Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-723/19)

(2019/C 432/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Airbnb Ireland UC, Airbnb Payments UK Ltd

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Artikoli 4, 5 et seq. tad-Direttiva 1535/2015/UE (1), l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE (2) u l-Artikolu 56 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, mingħajr ma ġiet innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, timponi fuq l-operatur ta’ portal telematiku marbut mal-proprjetà immobiljari “regoli tekniċi għall-provvista ta’ servizz tas-soċjetà tal-informatika” li jikkonsistu f’obbligi informattivi (trażmissjoni lill-Agenzia delle Entrate ta’ data marbuta mal-kuntratti konklużi permezz tal-portal telematiku) u fiskali (ġbir ta’ taxxa fuq il-ħlasijiet li jsiru inkonnessjoni mal-kuntratti konklużi permezz tal-portal telematiku u trasferiment suċċessiv ta’ din it-taxxa lit-Teżor)?;

2)

Id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Artikoli 3, 18, 32, 44, 49, 56, 101 et seq., 116, 120, 127 et seq. tat-TFUE u d-Direttivi 2000/31/KE (3) u 2006/123/KE (4), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li:

timponi fuq l-operaturi ta’ portal telematiku għat-tiftix ta’ proprjetà immobbli għall-kiri, obbligi tal-ġbir u t-trażmissjoni ta’ data marbuta mal-kuntratti;

timponi fuq l-istess operaturi ta’ portali telematici li jintervjenu fil-pagament tal-korrispettiv tal-kuntratti ta’ kiri għal żmien qasir, l-obbligu li jaġixxu bħala aġenti għall-ġbir tat-taxxa (sostituto d’imposta) jew aġenti b’responsabbiltà għall-ħlas tat-taxxa;

timponi fuq l-operaturi ta’ portali telematiċi mhux residenti u rikonoxxuti bħala li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Italja, l-obbligu li jaħtru rappreżentant fiskali;

timponi, anki fuq persuni mhux residenti u li ma għandhomx stabbiliment fiss fl-Italja, l-obbligu li jaġixxu bħala aġenti b’responsabbiltà għall-ħlas tat-taxxa marbuta mar-residenza temporanja (imposta di soggiorno)?;

3)

Il-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludu, b’mod ġenerali, prassi nazzjonali li, effettivament, tgħaddi fuq impriża l-ineffiċjenzi tal-Istat fl-istabbiliment u l-ġbir tat-taxxi?


(1)  Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (GU 2015, L 241, p. 1).

(2)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).

(3)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(4)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fl-1 ta’ Ottubru 2019 – Instituto Madrileño de Investigación y Desarrollo Agrario y Alimentario vs JN

(Kawża C-726/19)

(2019/C 432/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto Madrileño de Investigación y Desarrollo Agrario y Alimentario

Konvenuta: JN

Domandi preliminari

1)

L-istabbiliment ta’ kuntratt temporanju bħall-kuntratt għal żmien determinat (interinidad) sabiex timtela pożizzjoni vakanti, li t-tul tiegħu jitħalla fl-arbitrarjetà tal-persuna li timpjega sabiex tiddeċiedi jekk timlix (jew le) il-pożizzjoni vakanti, meta jsir l-imsemmi mili u t-tul tal-proċedura ta’ mili, jista’ jitqies li huwa konformi mal-effett utli tal-klawżoli 1 u 5 tad-Direttiva 1999/70 (1)?

2)

Għandu jiġi kkunsidrat li l-obbligu stipulat fil-klawżola 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE li tistabbilixxi miżura waħda jew iktar li jinsabu fiha sabiex jiġi evitat l-użu abbużiv ta’ kuntratti temporanji ġie traspost fid-dritt Spanjol fir-rigward ta’ kuntratt għal żmien determinat (interinidad) għall-mili ta’ pożizzjoni vakanti, li għalih skont il-ġurisprudenza ma hemm l-ebda tul massimu ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol temporanji u lanqas ma hemm raġuni oġġettiva li tiġġustifika t-tiġdid tagħhom u lanqas l-ebda numru ta’ tiġdid ta’ dawn ir-relazzjonijiet ta’ xogħol?

3)

Il-fatt li ma hemmx fid-dritt Spanjol, konformement mal-ġurisprudenza, miżura effikaċi sabiex tipprevjeni jew tikkastiga l-abbużi kontra ħaddiema li għandhom kuntratt għal żmien determinat (interinidad) sabiex timtela pożizzjoni vakanti jippreġudika l-iskop u l-effett utli tal-ftehim qafas, peress li ma hemm l-ebda tul massimu totali tar-relazzjonijiet ta’ impjieg, li qatt ma jsiru għal żmien indeterminat jew għal żmien indeterminat mhux permanenti, anki meta jkunu għaddew ħafna snin, la xi kumpens għall-ħaddiema li jitkeċċew u lanqas xi obbligu għall-amministrazzjoni li tiġġustifika t-tiġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol temporanju (interina) meta, għal bosta snin, ma tinkludix il-pożizzjoni vakanti f’avviż ta’ impjieg pubbliku jew iddewwem il-proċedura ta’ reklutaġġ?

4)

Relazzjoni ta’ xogħol mingħajr limiti ta’ żmien, li t-tul tagħha, skont il-ġurisprudenza tas-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Montero Mateos (C-677/16, EU:C:2018:393) (2), hija twila iżjed mis-soltu u tiddependi biss fuq ir-rieda tal-persuna li timpjega, mingħajr ebda limitu jew ġustifikazzjoni, li l-ħaddiem ma jistax jipprevedi t-tmiem tagħha u li tista’ ddum sakemm jirtira bil-pensjoni, għandha titqies li hija konformi mal-għan tad-Direttiva 1999/70/KE tal-Kunsill jew inkella li hija abbużiva?

5)

Skont is-sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C-331/17, EU:C:2018:859) (3), jista’ jiġi kkunsidrat li l-kriżi ekonomika tal-2008 tista’ tiġġustifika b’mod astratt l-assenza ta’ kwalunkwe miżura ta’ prevenzjoni tal-użu abbużiv ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg suċċessivi għal żmien determinat, fis-sens tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas, li tista’ tevita jew tiskoraġġixxi l-estensjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol bejn ir-rikorrenti u l-Komunità Awtonoma ta’ Madrid mill-2003 sal-2008 u t-tiġdid tagħha sal-2016, li għalhekk ittawwal ir-relazzjoni ta’ impjieg temporanju għal 13-il sena?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Montero Mateos (C-677/16, EU:C:2018:393).

(3)  Sentenza tal-25 ta’ Ottubru 2018, Sciotto (C-331/17, EU:C:2018:859).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fl-4 ta’ Ottubru 2019 – KM vs Subdelegación de Gobierno de Albacete

(Kawża C-731/19)

(2019/C 432/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KM

Konvenuta: Subdelegación de Gobierno de Albacete

Domandi preliminari

Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ April 2015, Zaizoune (C-38/14, EU:C:2015:260) fis-sens li l-amministrazzjoni u l-qrati Spanjoli jistgħu jwettqu applikazzjoni diretta tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), bi preġudizzju għaċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, filwaqt li jinjoraw u ma japplikawx dispożizzjonijet interni iktar vantaġġużi fil-qasam ta’ sanzjonijiet, b’mod li tiġi aggravata r-responsabbiltà sanzjonatorja tal-imsemmi ċittadin u possibbiltà li jiġi injorat il-prinċipju ta’ legalità fil-qasam kriminali, hija kompatibbli mad-duttrina tagħha fir-rigward tal-limiti tal-effett dirett tad-direttivi; u jekk is-soluzzjoni għan-natura inadegwata tal-leġiżlazzjoni Spanjola għad-Direttiva ma għandhiex issir b’dan il-mod, għandha ssir permezz ta’ riforma fil-liġi, jew permezz tar-rimedji previsti fid-dritt [tal-Unjoni] għall-impożizzjoni fuq l-Istati [Membri] tat-traspożizzjoni korretta tad-direttivi?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/30


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-788/19)

(2019/C 432/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Gossement u C. Perrin, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li:

billi stabbilixxa konsegwenzi għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fir-rigward tal-beni u tad-drittijiet li jinsabu barra mill-pajjiż jew għas-sottomissjoni tardiva tal-“Modelo 720” (il-Formola 720), li jinkludu l-klassifikazzjoni tal-imsemmija assi bħala dħul patrimonjali mhux iġġustifikat li ma huwiex suġġett għal preskrizzjoni;

billi impona awtomatikament multa pekunjarja fissa ta’ 150 % applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fir-rigward tal-beni u tad-drittijiet li jinsabu barra mill-pajjiż jew tas-sottomissjoni tardiva tal-“Modelo 720”;

billi applika multi pekunjarji fissi għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni fir-rigward tal-beni u tad-drittijiet li jinsabu barra mill-pajjiż jew għal sottomissjoni tardiva tal-“Modelo 720”, li l-livell tagħhom huwa ogħla minn dak tas-sanzjonijiet previsti mir-regoli ġenerali għal ksur simili;

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 21, 45, 56 u 63 TFUE u taħt l-Artikoli 28, 31, 36 u 40 tal-Ftehim ŻEE.

tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-leġiżlazzjoni Spanjola dwar it-taxxa timponi fuq ir-residenti fiskali fi Spanja obbligu li jiddikjaraw beni u drittijiet speċifiċi li jinsabu barra mill-pajjiż permezz ta’ formola ta’ dikjarazzjoni fiskali (“Modelo 720”). Fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq jew ta’ twettiq inkorrett tal-imsemmi obbligu, jiġu applikati regoli ta’ sanzjoni speċifiċi.

Il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li s-sanzjonijiet li jikkonsistu fil-klassifikazzjoni tal-assi bħala dħul patrimonjali, fin-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli normali ta’ preskrizzjoni u fil-multi pekunjarji fissi, jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertajiet fundamentali taħt it-Trattat FUE u l-Ftehim ŻEE. Minkejja li bħala prinċipju dawn il-miżuri jistgħu jkunu adegwati sabiex jinltaħqu l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, b’mod speċifiku l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-evażjoni u l-frodi fiskali, jirriżulta li dawn huma sproporzjonati.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-796/19)

(2019/C 432/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Walter Mölls, Cécile Vrignon)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2007/59/KE (1) meta ħatret bħala awtorità kompetenti, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, lil awtorità differenti mill-awtorità ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE (2);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2007/59 jiddefinixxi l-awtorità kompetenti fis-sens ta’ tali direttiva bħala “l-awtorità ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/49/KE”.

Madankollu, il-leġiżlatur Awstrijak għamel għażla differenti.

Minflok l-awtorità kompetenti għall-finijiet tad-Direttiva 2004/49 (il-Bundesminister für Verkehr, Innovation und Technologie (il-Ministeru Federali tat-Trasport, tal-Innovazzjoni u tat-Teknoloġija)), il-leġiżlatur Awstrijak ħatar bħala awtorità kompetenti fir-rigward ta’ sensiela ta’ responsabbiltajiet li jidħlu fil-kuntest tad-Direttiva 2007/59, lil Schieneninfrastruktur-Dienstleistungsgesellschaft mbH. Dan ma huwiex konformi ma’ din l-aħħar direttiva.


(1)  Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51)

(2)  Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta’ l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu. 7, Vol. 8, p. 227)


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/32


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2019 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) mogħtija fl-24 ta’ Settembru 2019 fil-Kawża T-105/17, HSBC Holdings plc et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-806/19 P)

(2019/C 432/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, M. Farley u F. van Schaik, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: HSBC Holdings plc, HSBC Bank plc, HSBC France

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata (punt 336 sa 354 u d-dispożittiv) sa fejn tannulla l-multi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni (1);

tiċħad it-tieni, it-tielet u r-raba’ partijiet tas-sitt motiv tar-rikors tal-HSBC quddiem il-Qorti Ġenerali dwar il-multi, u t-talba alternattiva tagħha dwar l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa;

jew, sussidjarjament,

tibgħat il-kawża lura dwar it-tieni, it-tielet u r-raba’ parti tas-sitt motiv tar-rikors tal-HSBC quddiem il-Qorti Ġenerali u t-talba alternattiva tagħha dwar l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa lill-Qorti Ġenerali għad-determinazzjoni; u

tordna lill-HSBC tbati l-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri u taġġusta d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż fis-sentenza taħt appell sabiex tirrifletti l-eżitu tal-appell preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat fil-punti 345 sa 353 tas-sentenza li l-Kummissjoni kienet kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha skont l-Artikolu 296 TFUE fir-rigward tal-fattur ta’ tnaqqis għad-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq HSBC u konsegwentement tannulla l-Artikolu 2(b) tad-deċiżjoni kkontestata annullat fuq dik il-bażi.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-kriterju ġuridiku korrett sabiex tevalwa l-adegwatezza tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-fattur ta’ tnaqqis. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jimponu multi fuq l-impriżi għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li tindika l-figuri relatati mal-metodu ta’ kalkolu tal-multi jew li tindika l-figuri kollha relatati ma’ kull wieħed mill-istadji intermedji relatati mal-metodu tal-kalkolu tal-multa deċiża. Meta tiġi evalwata skont il-kriterju ġuridiku korrett, il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tissodfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 296 TFUE, peress li kif jistipula r-raġunament tal-Kummissjoni fir-rigward ta’: (i) l-ħtieġa li jiġi applikat fattur ta’ tnaqqis; (ii) il-livell li għalih ġie stabbilit il-fattur ta’ tnaqqis; (iii) l-elementi li l-Kummissjoni qieset sabiex tistabbilixxi l-livell tal-fattur ta’ tnaqqis; (iv) ir-raġuni għalfejn il-Kummissjoni tqis li kien xieraq li jiġu kkunsidrati dawn il-fatturi u (v) indikazzjoni tal-impatt li kull element kellu fuq il-livell definittiv tal-fattur ta’ skont. Barra minn hekk, il-motivazzjoni fid-deċiżjoni kkontestata ppermetta lid-destinatarji ta’ din id-deċiżjoni li jivverifikaw il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kien ġie osservat.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro) (innotifikata taħt dokument C(2016) 8530).


Il-Qorti Ġenerali

23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – ADDE vs Il-Parlament

(Kawża T-48/17) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Il-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tiddikjara ineliġibbli ċertu nfiq ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 - Deċiżjoni li tagħti sussidju għas-sena 2017 u li tipprevedi l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u l-obbligu ta’ provvista ta’ garanzija bankarja - Obbligu ta’ imparzjalità - Drittijiet tad-difiża - Regolament Finanzjarju - Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2019/C 432/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL (ADDE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Defalque u L. Ruessmann, sussegwentement minn M. Modrikanen u fl-aħħar minn Y. Rimokh, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2016 li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti għas-sena 2017, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju suġġett għall-provvista ta’ garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Parlament tal-21 ta’ Novembru 2016 li tiddikjara ċertu nfiq ineliġibbli għall-finijiet ta’ sussidju għas-sena 2015 hija annullata.

2)

It-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2017-13 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti għas-sena 2017 hija miċħuda.

3)

Alliance for Direct Democracy in Europe ASBL u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 78, 13.3.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – E-Control vs ACER

(Kawża T-332/17) (1)

(“Enerġija - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER - Identifikazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà parzjali - Regolament (UE) 2015/1222 - Kompetenza tal-ACER”)

(2019/C 432/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control) (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: F. Schuhmacher, avukat)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Verbund AG (Vjenna) (rappreżentant: S. Polster, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-ACER tas-17 ta’ Marzu 2017 li tiċħad rikorsi kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar l-identifikazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tas-17 ta’ Marzu 2017, li tiċħad rikorsi kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar l-identifikazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet, hija annullata sa fejn din tiċħad ir-rikors ta’ Energie-Control Austria für die Regulierung der Elektrizitäts- und Erdgaswirtschaft (E-Control).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-ACER għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll kwart ta’ dawk sostnuti minn E-Control.

4)

E-Control għandha tbati tliet kwarti tal-ispejjeż rispettivi tagħha.

5)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja u Verbund AG għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz vs ACER

(Kawża T-333/17) (1)

(“Enerġija - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER - Determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà parzjali - Regolament (UE) 2015/1222 - Kompetenza tal-ACER”)

(2019/C 432/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Austrian Power Grid AG (Vjenna, l-Awstrija) u Vorarlberger Übertragungsnetz GmbH (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: H. Kristoferitsch u S. Huber, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Verbund AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Polster, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u T. Müller, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent), Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. (Konstancin-Jeziorna, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Szambelańczyk, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-ACER, tas-17 ta’ Novembru 2016, li tiċħad ir-rikors kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni A-001-2017 (ikkonsolidata) tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), tas-17 ta’ Novembru 2016, li tiċħad ir-rikors kontra d-Deċiżjoni Nru 6/2016 tal-ACER dwar id-determinazzjoni tar-reġjuni għall-kalkolu tal-kapaċitajiet hija annullata safejn hija tiċħad ir-rikors ta’ Austrian Power Grid AG u ta’ Vorarlberger Übertragungsnetz GmbH.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-ACER għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart mill-ispejjeż sostnuti minn Austrian Power Grid u minn Vorarlberger Übertragungsnetz.

4)

Austrian Power Grid u Vorarlberger Übertragungsnetz għandhom ibatu tliet kwarti mill-ispejjeż proprji tagħhom.

5)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Polonja, Verbund AG u Polskie Sieci Elektroenergetyczne S.A. għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.


(1)  ĠU C 249, 31.7.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Hilfe zur Selbsthilfe vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-335/17) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Food Security Promotion for very food insecure farming households in Zimbabwe (ECHO/ZWE/BUD/2009/02002) - Riklassifikazzjoni tar-rikors - Rapporti tal-awditjar - Rapport ta’ awditjar tal-Qorti tal-Awdituri - Rapport tal-OLAF - Rimbors ta’ somom imħallsa - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi)

(2019/C 432/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Help – Hilfe zur Selbsthilfe eV (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. Jungkind u P. Cramer, sussegwentement V. Jungkind u F. Geber, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, K. Blanck u A. Katsimerou, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li hija intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ARES (2017) 1515573, tal-21 ta’ Marzu 2017, li titlob ir-rimbors ta’ parti mill-ammont tas-sussidju mogħti favur il-proġett ta’ għajnuna ECHO/ZWE/BUD/2009/02002, kif ukoll it-talba għal ħlas ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, it-talba skont l-Artikolu 272 TFUE sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa s-somma ta’ EUR 643 627,72 mħallsa mir-rikorrenti lill-Kummissjoni, konformement mad-deċiżjoni tal-21 ta’ Marzu 2017 kif ukoll it-talbiet għall-ħlas tas-7 ta’ April u tal-5 ta’ Settembru 2017.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Help – Hilfe zur Selbsthilfe eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 239, 24.7.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Rubik’s Brand vs EUIPO – Simba Toys (Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja)

(Kawża T-601/17) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ kubu b’uċuħ li għandhom struttura ta’ gradilja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament 2017/1001) - Sinjal kompost esklużivament mill-forma tal-prodott meħtieġa għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001) - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001) - Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(6) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2019/C 432/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rubik’s Brand Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Szamosi u M. Borbás, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Ġunju 2017 (Każ R 452/2017-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Simba Toys u Rubik’s Brand.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rubik’s Brand Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 374, 6.11.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Autostrada Wielkopolska vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-778/17) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Konċessjoni ta’ awtostrada b’tariffa tat-triq - Liġi li tipprevedi eżenzjoni mit-tariffi tat-triq għal ċerti vetturi - Kumpens mogħti lill-konċessjonarju mill-Istat Membru abbażi tat-telf ta’ dħul - Tariffi tat-triq virtwali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Obbligu tal-Kummissjoni li teżerċita viġilanza partikolari - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Titjib tas-sitwazzjoni finanzjarja mistennija tal-konċessjonarju - Kriterju tal-operatur privat f’ekonomija tas-suq - Artikolu 107(3)(a) TFUE - Għajnuna mill-Istat bi skop reġjonali”)

(2019/C 432/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Autostrada Wielkopolska S.A. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentanti: O. Geiss, D. Tayar u T. Siakka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, K. Herrmann u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Rzotkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/556 tal-25 ta’ Awwissu 2017 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35356 (2013/C) (ex 2013/NN, ex 2012/N) mogħtija mill-Polonja lil Autostrada Wielkopolska (ĠU 2018, L 92, p. 19).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Autostrada Wielkopolska S.A. hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Mahr vs EUIPO – Especialidades Vira (Xocolat)

(Kawża T-58/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzojni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Xocolat - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti LUXOCOLAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjonii - Xebh bejn sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Motivazzjoni tal-att ta’ oppożizzjoni - Regola 15(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (li sar l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625)”)

(2019/C 432/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ramona Mahr (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Rohracher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Especialidades Vira, SL (Martorell, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 (Każ R 541/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Especialidades Vira u R. Mahr.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ramona Mahr hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.3.2018


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – Alliance Pharmaceuticals vs EUIPO – AxiCorp (AXICORP ALLIANCE)

(Kawża T-279/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali AXICORP ALLIANCE - Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea ALLIANCE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 - Interpretazzjoni tad-deskrizzjoni tal-prodotti li jinsabu fil-lista alfabetika li takkumpanja l-klassifikazzjoni ta’ Nice”)

(2019/C 432/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance Pharmaceuticals Ltd (Chippenham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: AxiCorp GmbH (Friedrichsdorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2018 (Każ R 1473/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alliance Pharmaceuticals u AxiCorp.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Frar 2018 (Każ R 1473/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alliance Pharmaceuticals Ltd u AxiCorp GmbH hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell ippreżentat quddiemu fir-rigward tar-raġunijiet għal oppożizzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament 2017/1001.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Alliance Pharmaceuticals għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – EPSU u Goudriaan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-310/18) (1)

(“Politika soċjali - Djalogu bejn l-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni - Ftehim intitolat ‘Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-] impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali’ - Talba konġunta tal-partijiet firmatarji għall-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim fil-livell tal-Unjoni - Rifjut tal-Kummissjoni li tippereżenta proposta ta’ deċiżjoni lill-Kunsill - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni - Awtonomija tal-imsieħba soċjali - Prinċipju ta’ sussidjarjetà - Proporzjonalità”)

(2019/C 432/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Federation of Public Service Unions (EPSU) (Brussell, il-Belġju) u Jan Willem Goudriaan (Brussell) (rappreżentanti: R. Arthur, solicitor, R. Palmer u K. Apps, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral, M. van Beek u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talbaa bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2018 li tirrifjuta li tippreżenta lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea proposta ta’ deċiżjoni għall-implimentazzjoni tal-ftehim intitolat “Qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-uffiċjali u [tal-] impjegati tal-amministrazzjonijiet tal-gvernijiet ċentrali”, iffirmat mid-Delegazzjoni tat-Trejdunjins Nazzjonali u l-Amministrazzjoni Ewropea (TUNED) u mill-Persuni li jimpjegaw tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EAPE) fil-21 ta’ Diċembru 2015.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-European Federation of Public Service Unions (EPSU) u Jan Goudriaan, minn naħa, u l-Kummissjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2019 – APEDA vs EUIPO – Burraq Travel & Tours General Tourism Office (SIR BASMATI RICE)

(Kawża T-361/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SIR BASMATI RICE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 432/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Agricultural and Processed Food Products Export Development Authority (APEDA) (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Dontas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Capostagno, J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Burraq Travel & Tours General Tourism Office SA (Ateni, il-Greċja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Marzu 2018 (Każ R 90/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn APEDA u Burraq Travel & Tours General Tourism Office

Dispożittiv

1)

Il-punt 3 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Marzu 2018 (Każ R 90/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn gricultural and Processed Food Products Export Development Authority (APEDA) u Burraq Travel & Tours General Tourism Office SA huwa annullat sa fejn dan jiċħad l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SIR BASMATI RICE għall-prodotti fil-klassijiet 30, 31 u 33 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, minbarra s-“sago” u r-“ross artifiċjali [mhux imsajjar]” fil-klassi 30.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – Intas Pharmaceuticals vs EUIPO – Laboratorios Indas (INTAS)

(Kawża T-380/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea INTAS - Trade marks preċedenti figurattivi tal-Unjoni Ewropea u nazzjonali li jinkludu l-element verbali ‘indas’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali u tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prova tal-użu serju tat-trade marks preċedenti - Artikolu 47 tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 432/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Intas Pharmaceuticals Ltd (Ahmedabad, l-Indja) (rappreżentant: F. Traub, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Indas, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2018 (Każ R 815/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Indas u Intas Pharmaceuticals.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Intas Pharmaceuticals Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 294, 20.8.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – CdT vs EUIPO

(Kawża T-417/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Dritt istituzzjonali - Obbligu li x-xogħlijiet ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EUIPO jingħataw liċ-CdT - Xoljiment tal-arranġament bejn iċ-CdT u l-EUIPO - Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ traduzzjoni - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Assenza ta’ interess ġuridiku - Assenza parzjali ta’ lok li tingħata deċiżjoni - Inammissibbiltà parzjali”)

(2019/C 432/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Rikkert u M. Garnier, aġenti)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tal-ittra tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2018 sa fejn tinnotifika l-intenzjoni tiegħu li ma jestendix lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2018 l-arranġament konkluż fl-2016 maċ-CdT dwar ix-xogħlijiet ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-EUIPO, it-tieni nett, tal-ittra tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2018 sa fejn tinforma liċ-CdT bl-intenzjoni tiegħu li jieħu, bħala prekawzjoni, il-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-kontinwità tas-servizzi ta’ traduzzjoni wara l-31 ta’ Diċembru 2018, b’mod partikolari bil-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti u, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-EUIPO li jippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għal offerti għas-servizzi ta’ traduzzjoni bir-referenza 2018/S 114 – 258472, fit-tieni lok, talba sabiex l-EUIPO jiġi pprojbit milli jiffirma kuntratti fil-kuntest ta’ din is-sejħa għal offerti u, fit-tielet lok, talba sabiex tiġi ddikjarata illegali l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal offerti għal servizzi ta’ traduzzjoni minn aġenzija jew minn kull korp jew organu ieħor tal-Unjoni Ewropea li fir-rigward tagħhom ir-regolament li jistabbilixxihom jipprevedi li s-servizzi ta’ traduzzjoni għandhom jiġu pprovduti miċ-CdT,

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet tar-rikors intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni li xxolji l-arranġament konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2016 bejn iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż taċ-CdT, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji fil-Kawża T-417/18 R.


(1)  ĠU C 341, 24.9.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – Palo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-432/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Pensjonijiet - Modalitajiet tal-iskema tal-pensjoni - Allowance għall-firda - Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ premura”)

(2019/C 432/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Peeter Palo (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2017 li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance għall-firda prevista fl-Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tagħhom li tirriżulta mir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15, rettifika fil-ĠU 2015, L 175, p. 126), u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ April 2018 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra l-imsemmija deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab b’riżultat ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peeter Palo huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2019 – Vans vs EUIPO (ULTRARANGE)

(Kawża T-434/18) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ULTRARANGE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2019/C 432/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vans, Inc. (Costa Mesa, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Hirsch u M. Metzner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ April 2018 (Każ R 2544/2017-2), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ULTRARANGE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vans, Inc. hija kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Biasotto vs EUIPO – Oofos (OO)

(Kawża T-454/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva OO - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti OO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 432/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Biasotto (Treviso, l-Italja) (rappreżentanti: F. Le Divelec Lemmi, R. Castiglioni u E. Cammareri, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Oofos, Inc. (Reno, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2018 (Każ R 1270/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oofos u A. Biasotto.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alessandro Biasotto huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (Happy Moreno choco)

(Kawża T-498/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva tal-Unjoni Ewropea Happy Moreno choco - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti MORENO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Sostituzzjoni tal-lista tal-prodotti koperti mit-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti - Rettifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 102(1) tar-Regolament 2017/1001 - Bażi ġuridika - Prassi deċiżjonali preċedenti - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi”)

(2019/C 432/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZPC Flis sp.j. (Radziejowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Mejju 2018 (Każ R 1464/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf u ZPC Flis

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Mejju 2018 (Każ R 1464/2017-1) hija annullata inkwantu din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti sussegwenti: “kafè artifiċjali; tè, kawkaw; prodotti dderivati mill-kawkaw; xorb ibbażat fuq il-kawkaw; il-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq ukoll f’forma instantanja” bl-eċċezzjoni tal-kawkaw fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar.

2)

L-oppożizzjoni hija milqugħa fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni għal reġsitrazzjoni, bl-eċċezzjoni tas-servizzi fil-klassi 35 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni sussegwenti: “Bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa ta’ forom tal-gallettini żgħar, bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ forom tal-gallettini żgħar permezz tal-internet”.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb (garżi mediċi)

(Kawża T-559/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta garża medika - Żvelar ta’ disinni preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2019/C 432/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Middelhoff, G. Schoenen u S. Biermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Kramer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2215/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atos Medical u Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Atos Medical GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Atos Medical vs EUIPO – Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb (garżi mediċi)

(Kawża T-560/18) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta garża medika - Żvelar ta’ disinni preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2019/C 432/55)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atos Medical GmbH (Troisdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Middelhoff, G. Schoenen u S. Biermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Kramer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 2216/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atos Medical u Andreas Fahl Medizintechnik-Vertrieb.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Atos Medical GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2019 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE)

(Kawża T-568/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea WE - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti WE - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 432/56)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Local-e-motion GmbH (Dorsten, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Sprenger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek, M. Fischer u D. Hanf, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Thiering u L. Steidle, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Każ R 128/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volkswagen u Local-e-motion.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Local-e-motion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2019 – Boxer Barcelona vs EUIPO – X-Technology Swiss (XBOXER BARCELONA)

(Kawża T-582/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea XBOXER BARCELONA - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-ittra ‘x’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 47(2) tar-Regolament 2017/1001 - Limitazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 49(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 432/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Boxer Barcelona, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: X-Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Zafar, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 (Każ R 2186/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn X-Technology Swiss u Boxer Barcelona.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Boxer Barcelona, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – E.I. Papadopoulos vs EUIPO – Europastry (fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre)

(Kawża T-628/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fripan VIENNOISERIE CAPRICE Pur Beurre - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Caprice - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 432/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E.I. Papadopoulos SA (Moschato-Tavros, il-Ġreċja) (rappreżentanti: C. Chrysanthis, P. V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Europastry, SA (Sant Cugat del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: L. Estropá Navarro, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 493/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E.I. Papadopoulos u Europastry.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Viomichania mpiskoton kai eidon diatrofis E. I. Papadopoulos SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 455, 17.12.2018.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2019 – ZV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-684/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Assistent Ombudsman tal-Kummissjoni - Proċedura - Evalwazzjoni tal-merti”)

(2019/C 432/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZV (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Radu Bouyon, G. Berscheid u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Frar 2018 li taħtar lil A bħala Assistent Ombudsman tal-Kummissjoni u tan-nota tat-12 ta’ Frar 2018 li permezz tagħha l-Kummissjoni informat lir-rikorrenti bir-riżultat tal-proċedura ta’ selezzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ZV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 35, 28.1.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 –ZPC Flis vs EUIPO – Aldi Einkauf (FLIS Happy Moreno choco)

(Kawża T-708/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurtattiva tal-Unjoni Ewropea FLIS Happy Moreno choco - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti MORENO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Sostituzzjoni tal-lista tal-prodotti koperti mit-trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti - Rettifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 102(1) tar-Regolament 2017/1001 - Bażi ġuridika - Prassi deċiżjonali preċedenti - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi”)

(2019/C 432/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZPC Flis sp.j. (Radziejowice, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kondrat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u M. Minkner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2113/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aldi Einkauf u ZPC Flis.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Settembru 2018 (Każ R 2113/2017-1) hija annullata inkwantu din tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti sussegwenti: “kafè artifiċjali; tè, kawkaw; prodotti dderivati mill-kawkaw; xorb ibbażat fuq il-kawkaw; il-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq ukoll f’forma instantanja” bl-eċċezzjoni tal-kawkaw fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar.

2)

L-oppożizzjoni hija milqugħa fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni għal reġsitrazzjoni, bl-eċċezzjoni tas-servizzi fil-klassi 35 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni sussegwenti: “Bejgħ bl-imnut jew bl-ingrossa ta’ forom tal-gallettini żgħar, bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ forom tal-gallettini żgħar permezz tal-internet”.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – United States Seafoods vs EUIPO (UNITED STATES SEAFOODS)

(Kawża T-10/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 432/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: United States Seafoods LLC (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 817/2018-5) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva UNITED STATES SEAFOODS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

United States Seafoods LLC għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż tal-EUIPO.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – MSI Svetovanje vs EUIPO – Industrial Farmaceutica Cantabria (nume)

(Kawża T-41/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea nume - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea numederm - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2019/C 432/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MSI Svetovanje, marketing, d.o.o. (Vrhnika, is-Slovenja) (rappreżentanti: M. Maček, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Industrial Farmaceutica Cantabria, SA (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2018 (Każ R 722/2018-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Industrial Farmaceutica Cantabria u Nutrismart d.o.o.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

MSI Svetovanje, marketing, d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 7 ta’ Novembru 2019 – A9.com vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ qanpiena)

(Kawża T-240/19) (1)

(“Trade Mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta qanpiena - Raġuni assoluta għal rifjut - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

(2019/C 432/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: A9.com, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett, C. Mikyska u R. Walther, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 (Każ R 1309/2018-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta qanpiena bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A9.com, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/54


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Liaño Reig vs SRB

(Kawża T-557/17) (1)

(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Talba għal kumpens - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti ta’ investiment - Proċedura ta’ riżoluzzjoni - Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Annullament parzjali - Indissoċjabbiltà - Inammissibbiltà”)

(2019/C 432/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Carmen Liaño Reig (Alcobendas, Spanja) (rappreżentant: F. López Antón, avukat)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: B. Meyring, S. Schelo, F. Málaga Diéguez, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch, M. Bettermann, S. Ianc u M. Rickert, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 6(1)(d) tad-Deċiżjoni tas-SRB SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017 dwar skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español, SA, billi din id-dispożizzjoni tipprevedi għall-konverżjoni ta’ strumenti tal-grad 2 ta’ fondi proprji identifikati bl-International Securities Identification Number (in-Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni tat-Titoli, ISIN) XS 0550098569 f’ishma ġodda ta’ Banco Popular Español, kif ukoll il-valutazzjoni provviżorja magħmula mill-espert indipendenti u l-valutazzjoni provviżorja magħmula mis-SRB u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 266 TFUE u intiża għall-kumpens, wara l-kanċellazzjoni, tat-telf allegatament sostnut minħabba din il-konverżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent ta’ Banco Santander SA, tar-Renju ta’ Spanja u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Carmen Liaño Reig għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

Carmen Liaño Reig, is-SRB, Banco Santander, ir-Renju ta’ Spanja u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 357, 23.10.2017.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/55


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – ZW vs BEI

(Kawża T-727/18 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Inammissibbiltà”)

(2019/C 432/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZW (rappreżentant: T. Petsas, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jikkonsistu fis-sospensjoni jew l-estensjoni ta’ ċerti termini u għall-għoti ta’ ordni sabiex jiġu prodotti xi dokumenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2019 – Briois vs Il-Parlament

(Kawża T-750/18) (1)

(“Dritt istituzzjonali - - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Skadenza tal-mandat ta’ deputat - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 432/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alonso de León u C. Burgos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2018)0401 tal-24 ta’ Ottubru 2018 li titneħħa l-immunità parlamentari tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 82, 4.3.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2019 – Jap Energéticas y Medioambientales vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+) - Nota ta’ debitu - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa indissoċjabbli minnu - Assenza tal-klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta”)

(2019/C 432/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jap Energéticas y Medioambientales, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: G. Alabau Zabal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Izquierdo Pérez, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Jannar 2019 bl-għan li tiġi rkuprata s-somma ta’ EUR 82 750.96 mħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ kompetizzjoni finanzjarja insostenn ta’ proġett ta’ prototip għall-produzzjoni tal-idroġenu permezz ta’ ilma xieraq, ta’ ammonja u ta’ aluminju riċiklat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Jap Energéticas y Medioambientales, SL hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-188/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Riċerka, żvilupp teknoloġiku u spazju - Is-seba’ programm qafas tal-Unjoni - Awditu - Nuqqas ta’ ikkompletar tal-iskedi tas-sigħat ta’ xogħol - Spejjeż tal-persunal iddikjarati ineliġibbli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta r-rapport ta’ awditu bħala finali - Inammissibbiltà”)

(2019/C 432/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Brandon u Z. Lavery, aġenti, assistiti minn T. Johnston u J. Scott, barristers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, A. Kyratsou u M. Siekierzyńska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li, billi adottat bħala finali r-rapport ta’ awditu finali bin-numru ta’ referenza 14-BA262-013 dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidju Combine, EUFAR u THOR li l-benefiċjarju tagħhom huwa l-Met Office, l-Uffiċċju Meteoroloġiku Nazzjonali, marbut, fi ħdan il-Gvern tar-Renju Unit, mad-Dipartiment tal-Kummerċ, tal-Enerġija u tal-Istrateġija Industrijali, il-Kummissjoni ma interpretatx u ma applikatx b’mod korrett id-dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ dawn il-proġetti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 172, 20.5.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2019 – Le Pen vs Il-Parlament

(Kawża T-211/19) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Privileġġi u immunitajiet - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari - Skadenza tal-mandat tad-deputat - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 432/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Marie Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u C. Burgos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2019)0136, tat-12 ta’ Marzu 2019, li tneħħi l-immunità parlamentari tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 187, 3.6.2019.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/58


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2019 – Walker et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-383/19 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (UE) Nru 2018/1806 - Telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”)

(2019/C 432/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hilary Elizabeth Walker (Cadix, Spanja), Jennifer Ann Cording (Valdagno, l-Italja), Douglas Edward Watson (Beaumont-du-Périgord, Franza), Christopher David Randolph (Ballinlassa Belcarra Castlebar, l-Irlanda), Michael Charles Strawson (Serralongue, Franza) (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u R. van de Westelaken, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Cholakova, R. Meyer u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament (UE) 2019/592 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ April 2019 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1806 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (ĠU 2019, L 103 I, p. 1), u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ ċerti miżuri provviżorji.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/59


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – VeriGraft vs EASME

(Kawża T-668/19)

(2019/C 432/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VeriGraft AB (Göteborg, l-Iżvezja) (rappreżentanti: P. Hansson u A. Johansson, lawyers)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva għall-Impriżi ż-Żgħar u ta’ Daqs Medju (EASME)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata u tiddikjara li t-terminazzjoni mill-EASME tal-ftehim ta’ sussidju (ftehim ta’ sussidju Nru 778620 P-TEV) hija invalida; u

tikkundanna lill-EASME għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li r-raġuni għat-terminazzjoni tal-ftehim invokata ma hijiex applikabbli u li għaldaqstant it-terminazzjoni tal-EASME hija invalida:

L-EASME itterminat il-ftehim ta’ sussidju filwaqt li ma ċċitat l-ebda bażi oħra għad-deċiżjoni tagħha ħlief dispożizzjoni li tipprevedi li l-ftehim ta’ sussidju jista’ jiġi tterminat jekk “fir-rigward tal-benefiċċjarju, jew tal-persuna fiżika li għandha s-setgħa li tirrappreżentah jew li tadotta deċiżjonijiet f’isimha, tkun instabet ħtija għal nuqqas professjonali, ippruvat b’kell mezz”.

Ġaladarba ma nstabet l-ebda ħtija għal nuqqas professjonali la fil-konfront tal-benefiċċjarja, jiġifieri VERIGRAFT, u lanqas fil-konfront ta’ xi persuna fiżika li għandha s-setgħa li tirrappreżentaha jew li tadotta deċiżjonijiet f’isimha, din ir-raġuni ma hijiex applikabbli u t-terminazzjoni hija għaldaqstant invalida.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-terminazzjoni tal-ftehim ta’ sussidju kienet tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità:

it-terminazzjoni tal-ftehim ta’ sussidju kienet tikser ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi din ma kinitx miżura adatta sabiex jintlaħaq l-għan leġittimu segwit; din ma kinitx neċessarja sabiex jintlaħaq l-għan segwit; u dan safejn it-terminazzjoni imponiet fuq VERIGRAFT piż li huwa manifestament eċċessiv meta mqabbel mal-għan previst.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/60


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – Daily Mail and General Trust plc et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/19)

(2019/C 432/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Daily Mail and General Trust plc (Londra, ir-Renju Unit), Ralph US Holdings (Londra) u Daily Mail and General Holdings Ltd (Londra) (rappreżentanti: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati) kollha kemm hi, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti jew lil waħda minnhom;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta għażlet il-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema fiskali. Il-Kummissjoni kellha tieħu s-sistema Brittanika ta’ intaxxar tal-kumpanniji bħala qafas ta’ referenza, u mhux biss is-sistema tal-kumpanniji barranin ikkontrollati (KBK).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi segwiet approċċ żbaljat għall-analiżi tas-sistema tal-KBK. Fil-premessi 124 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Part 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] bħala tip ta’ deroga għal taxxa ġenerali li tinsab fil-Kapitolu 5 ta’ din il-liġi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat, fil-premessi 127 sa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterju ta’ selettività kien issodisfat sa fejn impriżi li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet fattwali u legali paragunabbli kienu ġew ittrattati b’mod differenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni “integrali” prevista fl-Artikolu 371IB tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni ta’ 75 % prevista fl-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-impożizzjoni ta’ piż fiskali fuq il-KBK li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet previsti fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti stabbilita fl-Artikolu 49 TFU.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq it-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna l-eżenzjoni ta’ 75 % u l-kwistjoni tal-proporzjon fiss.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tosservax il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1), li ma kinux applikabbli ratione temporis, jew billi bbażat b’mod inġustifikat fuqhom.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat fil-premessa 176 tad-deċiżjoni kkontestata li kategorija ta’ benefiċjarji kienet teżisti (li kienet tinkludi r-rikorrenti) u li dawn (ir-rikorrenti) kienu kisbu għajnuna li kellha tiġi rkuprata skont l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/61


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – Hill & Smith Holdings u Hill & Smith Overseas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-691/19)

(2019/C 432/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hill & Smith Holdings plc (Solihull, ir-Renju Unit) u Hill & Smith Overseas Ltd (Solihull) (rappreżentanti: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta C(2019) 2526 finali, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta għażlet il-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema fiskali. Il-Kummissjoni kellha tieħu s-sistema Brittanika ta’ intaxxar tal-kumpanniji bħala qafas ta’ referenza, u mhux biss is-sistema tal-kumpanniji barranin ikkontrollati (KBK).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi segwiet approċċ żbaljat għall-analiżi tas-sistema tal-KBK. Fil-premessi 124 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] bħala tip ta’ deroga għal taxxa ġenerali li tinsab fil-Kapitolu 5 ta’ din il-liġi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat, fil-premessi 127 sa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterju ta’ selettività kien issodisfat sa fejn impriżi li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet fattwali u legali paragunabbli kienu ġew ittrattati b’mod differenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni “integrali” prevista fl-Artikolu 371IB tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni ta’ 75 % prevista fl-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-impożizzjoni ta’ piż fiskali fuq il-KBK li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet previsti fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq it-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna l-eżenzjoni ta’ 75 % u l-kwistjoni tal-proporzjon fiss.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tosservax il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1), li ma kinux applikabbli ratione temporis, jew billi bbażat b’mod inġustifikat fuqhom.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat fil-premessa 176 tad-deċiżjoni kkontestata li kategorija ta’ benefiċjarji kienet teżisti (li kienet tinkludi r-rikorrenti) u li dawn (ir-rikorrenti) kienu kisbu għajnuna li kellha tiġi rkuprata skont l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/63


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2019 – Rentokil Initial u Rentokil Initial 1927 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-692/19)

(2019/C 432/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rentokil Initial plc (Camberley, ir-Renju Unit), u Rentokil Initial 1927 plc (Camberley) (rappreżentati minn: J. Lesar, Solicitor, u K. Beal, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta C(2019) 2526 finali, tat-2 ta’ April 2019, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.44896 implimentata mir-Renju Unit f’dak li jirrigwarda ċ-CFC Group Financing Exemption (l-eżenzjoni fuq il-finanzjament tal-gruppi fil-kuntest tar-regoli relatati mal-kumpanniji barranin ikkontrollati);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta għażlet il-qafas ta’ referenza għall-analiżi tas-sistema fiskali. Il-Kummissjoni kellha tieħu s-sistema Brittanika ta’ intaxxar tal-kumpanniji bħala qafas ta’ referenza, u mhux biss is-sistema tal-kumpanniji barranin ikkontrollati (KBK).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE u/jew wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi segwiet approċċ żbaljat għall-analiżi tas-sistema tal-KBK. Fil-premessi 124 sa 126 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod żbaljat id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 9 tal-Parti 9A tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] bħala tip ta’ deroga għal taxxa ġenerali li tinsab fil-Kapitolu 5 ta’ din il-liġi.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat, fil-premessi 127 sa 151 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-kriterju ta’ selettività kien issodisfat sa fejn impriżi li kienu jinsabu f’sitwazzjonijiet fattwali u legali paragunabbli kienu ġew ittrattati b’mod differenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li l-eżenzjoni ta’ 75 % prevista fl-Artikolu 371ID tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fiskali.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq li l-eċċezzjoni ta’ “interessi konkordanti” prevista fl-Artikolu 371IE tat-Taxation (International and Other Provisions) Act 2010 [il-Liġi dwar id-Dispożizzjonijiet Fiskali (Internazzjonali u Oħrajn) tal-2010] hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura ġenerali tas-sistema fisali. Alternattivament, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eċċezzjoni ta’ “interessi konkordanti” hija vvizzjata min-nuqqas tal-Kummissjoni li tagħti motivazzjoni adegwata għad-deċiżjoni tagħha, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq li l-impożizzjoni ta’ piż fiskali fuq il-KBK li tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet previsti fl-imsemmi Kapitolu 9 bħala klassi tikser il-libertà ta’ stabbiliment tar-rikorrenti stabbilita fl-Artikolu 49 TFUE.

7.

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq it-twettiq ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni li jikkonċerna l-eżenzjoni ta’ 75 % u l-kwistjoni tal-proporzjon fiss.

8.

It-tmien motiv, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tosservax il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ nondiskriminazzjoni jew ta’ ugwaljanza.

9.

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (1), li ma kinux applikabbli ratione temporis, jew billi bbażat b’mod inġustifikat fuqhom.

10.

L-għaxar motiv, ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta applikat l-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonstatat fil-premessa 176 tad-deċiżjoni kkontestata li kategorija ta’ benefiċjarji kienet teżisti (li kienet tinkludi r-rikorrenti) u li dawn (ir-rikorrenti) kienu kisbu għajnuna li kellha tiġi rkuprata skont l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta’ evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU 2016, L 193, p. 1).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/64


Rikors ippreżentat fil -11 ta’ Ottubru 2019 – DD vs FRA

(Kawża T-703/19)

(2019/C 432/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DD (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, lawyers)

Konvenuta: European Union Agency for Fundamental Rights (FRA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tagħti lir-rikorrent kumpens għad-dannu morali subit, stmat għa, kif speċifikat f'dan l-appell, stmat, ex aequo et bono, għal EUR 50 000;

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tal-21 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrent skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal;

jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tal-24 ta’ Ġunju 2019, li tiċħad l-ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-investigaturi ma kellhomx mandat biex jinvestigaw ksur possibbli mir-rikorrent tal-Artikolu 17 jew tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal jew sabiex jeżaminaw il-posta elettronika tar-rikorrent tal-5 ta’ Marzu 2014 u li l-investigazzjoni amministrattiva ma għandha l-ebda bażi legali. Il-FRA kisret l-Artikolu 86(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 2(1) tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv 2013/01.

2.

It-tieni motiv li jallega li l-ftuħ tal-investigazzjoni amministrattiva ma kienx ibbażat fuq suspett raġonevoli ta’ ksur dixxiplinarju bbażat fuq prova prima facie.

3.

It-tielet motiv jallega n-nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lir-rikorrent dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni amministrattiva u l-assenza ta’ komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet relatati ma’ dik l-investigazzjoni meta talabhom huma illegali.

4.

Ir-raba’ motiv, jallega li t-tul tal-investigazzjoni u tal-proċeduri predixxiplinari kien eċċessiv u irraġonevoli.

5.

Il-ħames motiv, jallega li id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni kienet nieqsa mir-raġunament u ma kinitx konformi mal-Artikolu 3 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.

6.

Is-sitt motiv jallegali r-rapport ta’ investigazzjoni fih żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni.

7.

Is-seba’ motiv, jallega ksur tal-kunfidenzjalità.

8.

It-tmien motiv, jallega ksur tal-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (1).

9.

Id-disa’ motiv jallega ksur tad-dmir ta’ premura, nuqqas ta’ oġġettività u imparzjalità u użu ħażin ta’ poteri.


(1)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/65


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru – Basaglia vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-727/19)

(2019/C 432/76)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Balossi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

 

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 6474 final tal-4 ta’ Settembru 2019 skont l-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors ġie ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti dokumenti, mitlub mir-rikorrent, relatati ma’ xi proġetti mwettqa permezz ta’ finanzjament Komunitarju parzjali, li dwarhom hemm proċeduri pendenti quddiem il-Procura della Repubblica presso il Tribunale di Milano (l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Distrettwali ta’ Milano, l-Italja).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ir-restrizzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba inizjali, kif ukoll fuq in-nuqqas li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li:

f’dan il-każ ma tinstab ebda ċirkustanza eċċezzjonali li tiġġustifika r-restrizzjoni tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba u, għalhekk, tad-drittijiet tad-difiża tal-individwu fi proċeduri kriminali li fihom jinsab akkużat fi Stat Membru;

l-ammont ta ’xogħol meħtieġ sabiex jiġu estratti l-kopji tad-dokumenti mitluba ma huwiex sproporzjonat fir-rigward ta’ tali interess;

il-ġurisprudenza ċċitata fid-dispożizzjoni kkontestata hija irrilevanti; u li

id-deċiżjoni ma tibbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li:

id-deċiżjoni ma tibbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet;

id-deċiżjoni twettaq żball meta ssostni li ma hemm l-ebda interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tal-informazzjoni mitluba; u li

teżisti proporzjonalità bejn it-talbiet magħmula mir-rikorrent u l-interess protett.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika. F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li:

id-deċiżjoni kkontestata ma tieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li d-dokumenti mitluba jirrigwardaw proġetti Komunitarji li jmorru lura ħafna fiż-żmien u li ġew konklużi u li, għalhekk, id-dritt għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali neċessarjament jiddgħajjef; u li

id-deċiżjoni ma tibbilanċjax b’mod korrett l-interessi tal-partijiet.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta’ interess pubbliku.

F’dan ir-rigward qiegħed jiġi allegat li d-deċiżjoni kkontestata twettaq żball meta ma tieħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikostruzzjoni tal-verità fi proċeduri kriminali fi Stat Membru tikkostitwixxi interess pubbliku evidenti.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/66


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2019 – Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology and Sunowe Solar vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-733/19)

(2019/C 432/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology LTD (Shaoxing, iċ-Ċina), Sunowe Solar GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Y. Melin, lawyer, and D. Arnold, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1329 tas-6 ta’ Awwissu 2019 li jinvalida fatturi maħruġa minn Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Ltd bi ksur tal-impenn revokat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570;

tikkundanna lil-Kummissjoni u kull parti intervenjenti in sostenn tat-talbiet tagħha għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-aġir illegali min-naħa tal-konvenuta, billi ddikjarat il-fatturi rilevanti invalidi inkwantu s-setgħat li fuqhom hija straħet sabiex tagħmel dan skadew jew ġew irrevokati, ġaladarba r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u Nru 1239/2013 skadew fis-7 ta’ Diċembru 2015. Bl-istess mod, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u 2017/366 skadew fit-3 ta’ Settembru 2018. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti jsostnu li l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 diġà ġew imħassra permezz tal-punt 4 tal-Artikolu 1 u tal-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur, fi kwalunkwe każ, min-naħa tal-konvenuta, tal-Artikolu 8(1), (9) u (10) u tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 al-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, meta invalidat il-fatturi kummerċjali u sussegwentement tat struzzjonijiet lid-dipartimenti tad-dwana sabiex jiġbru dazji bħallieku ebda fattura kummerċjali ma kienet inħarġet u ġiet ikkomunikata lid-dipartimenti tad-dwana meta l-merkanzija ġiet iddikjarata sabiex tiġi rrilaxxata f’ċirkolazzjoni libera.

Għaldaqstant ir-rikorrent jqajjmu l-motiv ta’ illegalità tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/367 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)2017/366 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li jagħtu lill-konvenuta s-setgħa li tiddikjara fatturi kummerċjali invalidi u li tordna lid-dipartimenti tad-dwana jiġbru d-dazji fuq importazzjonijiet imwettqa fl-imgħoddi u r-rilaxxi għal ċirkolazzjoni libera.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-premessa li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tqis li s-setgħat li fuqhom ibbażat lilha nnifisha l-konvenuta ma skadewx u l-konvenuta kellha d-dritt timponi dazji b’mod retroattiv, dawn id-dazji ma jistgħux jinġabru fuq pannelli fotovoltajċi li, jew inbigħu lil parti kkonċernata qabel it-30 ta’ Settembru 2014 u użati minnha f’ċentrali fotovoltajka proprjetà tagħha, jew qatt ma nbigħu lil klijent indipendenti u maħżuna.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/68


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2019 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

(Kawża T-734/19)

(2019/C 432/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Oriol Junqueras i Vies (Sant Joan de Vilatorrada, Spanja) (rappreżentanti: A. Van den Eynde Adroer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors kontra l-att ikkontestat flimkien mad-dokumenti annessi tiegħu ġie ppreżentat qabel l-iskadenza tat-terminu mogħti u tilqa’ r-rikors;

ulterjorment, tiddikjara null l-att ikkontestat tal-President tal-Parlament Ewropew;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, D. Sassoli, tat-22 ta’ Awwissu 2019, li permezz tagħha huwa ddikjara li ma kellux kompetenza u, għaldaqstant, jiċħad it-talba tal-4 ta’ Lulju 2019, intiża sabiex konformement mal-Artikolu 8 tar-Regolament Intern tal-Parlament tinbeda l-proċedura ta’ intervent urġenti sabiex tiġi ggarantita l-immunità parlamentari ta’ O. Junqueras i Vies.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Intern tal-Parlament Ewropew inkwantu l-President tal-Parlament Ewropew iddikjara li ma kellux kompetenza sabiex jieħu kwalunkwe konjizzjoni tat-talba għal protezzjoni tal-immunità ta’ O. Junqueras i Vies, imressqa fl-4 ta’ Lulju 2019 meta l-kawża tqajjem mistoqsijiet serji ta’ dritt fir-rigward tal-osservanza tad-dritt Ewropew u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-protezzjoni tal-immunità tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u dan mingħajr ebda teħid ta’ konjizzjoni tal-kwistjoni u fuq l-unika bażi tal-komunikazzjoni maħruġa mill-Junta Electoral Central de España (il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, Spanja) li ddikjarat vakanti s-siġġu ta’ O. Junqueras i Vies.

F’dan ir-rigward huwa jsostni li:

Ir-rekwiżit ta’ wegħda jew ġurament lejn il-Kostituzzjoni Spanjola rikjest mil-leġiżlazzjoni elettorali interna huwa rekwiżit ta’ natura sostanzjali li jmur kontra dak li huwa previst fl-Acta Electoral Europea de 1976 (l-Att Elettorali Ewropew tal-1976).

Id-dikjarazzjoni ta’ siġġu vakanti min-naħa tal-Junta Electoral Central de España (il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali) għal raġuni mhux prevista fl-Att Elettorali Ewropew tal-1976, u mingħajr ma ngħata bidu għall-mekkaniżmu ta’ sostituzzjoni tas-siġġu vakanti tikser l-Artikolu 13 tal-Att Elettorali msemmi u d-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

Id-deċiżjoni hija mingħajr motivazzjoni u arbitrarja, inkwantu kemm is-Sala Penal del Tribunal Supremo de España (is-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Suprema, Spanja) kif ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kellhom dubji serji b’rabta mal-fatti u mas-sitwazzjoni deskritta, li ġiet indirizzata bit-tressiq tad-domanda preliminari li ġiet aċċettata u rreġistrata bin-numru C-502/19.

L-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew għandha tkun konformi mal-effettività massima tad-drittijiet u tar-regoli stabbiliti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fl-Artikoli 39, 20(1) u (2), 21 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 1 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, fl-Artikolu 5 tal-Att Elettorali Ewropew tal-1976 u fl-Artikolu 3(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew, kif ukoll fil-ġurisprudenza u fir-rapporti li jinterpretaw dan kollu, fejn għalhekk id-deċiżjoni mmotivata tal-President tal-Parlament Ewropew li tiddikjara li ma kellux kompetenza jitratta t-talba mressqa konformement mal-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew tikser dawn id-dispożizzjonijiet u hija nulla.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/69


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2019 – Frank Recruitment Group Services vs EUIPO – Pearson (PEARSON FRANK)

(Kawża T-735/19)

(2019/C 432/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frank Recruitment Group Services Ltd (Newcastle upon Tyne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Dennis, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pearson plc (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali “PEARSON FRANK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 841 851

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Awwissu 2019 fil-Każ R 1884/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 47(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/70


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2019 – HA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-736/19)

(2019/C 432/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: HA (rappreżentant: S. Kreicher, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tiddikjara dan ir-rikors fondat;

għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-13 ta’ Awwissu 2019 innotifikata fl-24 ta’ Awwissu 2019 dwar risposta għall-ilment tar-rikorrenti tal-14 ta’ April 2019 (Nru R/249/19);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet legali u regolamentari applikabbli u, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)3195, tat-2 ta’ Lulju 2007, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni għar-rimbors ta’ spejjeż mediċi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata stabbilixxiet limitu ta’ rimbors ta’ EUR 3 100 għall-kiri ta’ apparat għat-trattament tal-apnea tal-irqad fil-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Marzu 2019 u d-29 ta’ Frar 2024 filwaqt li d-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq ma tistabbilixxi l-ebda ammont massimu li jista’ jiġi rrimborsat fil-każ ta’ kiri għal perijodu ta’ użu għola minn jew ekwivalenti għal tliet xhur.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/70


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2019– Huevos Herrera Mejías vs EUIPO – Montesierra (MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO)

(Kawża T-737/19)

(2019/C 432/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Huevos Herrera Mejías, SL (Torre Alháquime, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Montesierra, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “MontiSierra HUEVOS CON SABOR A CAMPO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 670 871

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2019 fil-Każ R 2021/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali intervenjenti tiegħu għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/71


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2019 – Productos Jamaica vs EUIPO - Alada 1850 (flordeJamaica)

(Kawża T-739/19)

(2019/C 432/82)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Jamaica, SL (Algezares, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alada 1850, SL (Barberá del Vallés, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva “flordeJamaica” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 003 989

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 fil-Każijiet magħquda R 1431/2018-1 u R 1440/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lil dan ir-rikors kif ukoll lill-annessi tiegħu bħala ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata b’mod sħiħ;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Għalkemm il-provi tal-użu ppreżentati miż-żewġ partijiet fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li minnhom joriġina dan ir-rikors ma jippermettux li tiġi applikata l-eċċezzjoni ta’ dekadenza minħabba t-tolleranza tat-trade mark allegata mir-rikorrenti, dawn jikkostitwixxu prova ċara tal-koeżistenza fis-suq tat-trade marks kunfliġġenti, li damet matul iż-żmien u li ġiet ittollerata mill-konvenuta, liema ħaġa tikkostitwixxi raġuni ġusta għall-użu tat-trade mark ikkontestata, minbarra li tikkonferma l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fis-suq.

Mill-provi ppreżentati mill-konvenuta ma jistax jiġi konkluż li t-trade mark preċedenti kisbet karattru distintiv ikbar minħabba l-użu li sar minnha fi Spanja.

F’dan il-każ ma tirriżultax probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha tat-trade mark ikkontestata u, b’hekk, ma tistax tiġi ddikjarata l-invalidità totali tagħha.


23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/72


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2019 – Taghani vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-313/19) (1)

(2019/C 432/83)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019