ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 407

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
3 ta' Diċembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 407/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9432 — Allianz Holdings/Legal and General Insurance) ( 1 )

1

2019/C 407/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9538 — Broadcom/Symantec Enterprise Security Business) ( 2 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 407/03

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,00 % fl-1 ta' Diċembru 2019 — Rata tal-kambju tal-euro

3

2019/C 407/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna abbozz tad-deċiżjoni fil-Każ AT.40134 — Restrizzjonijiet fil-kummerċ tal-birra ta’AB InBev Relatur: Il-Ġermanja

4

2019/C 407/05

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta Il-Każ AT.40134 — Restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-birra ta’ AB Inbev

5

2019/C 407/06

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2019 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Il-Każ AT.40134 — Restrizzjonijiet fil-kummerċ tal-birra ta’AB InBev) (notifikat bid-dokument C(2019) 3465)

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 407/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9630 — CDC/Total/JMB Solar Nogara/Quadran Nogara) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9432 — Allianz Holdings/Legal and General Insurance)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 407/01)

Fis-26 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9432. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9538 — Broadcom/Symantec Enterprise Security Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 407/02)

Fit-30 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9538. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/3


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,00 % fl-1 ta' Diċembru 2019

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-2 ta' Diċembru 2019

(2019/C 407/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1023

JPY

Yen Ġappuniż

120,75

DKK

Krona Daniża

7,4712

GBP

Lira Sterlina

0,85218

SEK

Krona Żvediża

10,5385

CHF

Frank Żvizzeru

1,0995

ISK

Krona Iżlandiża

134,80

NOK

Krona Norveġiża

10,1353

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,534

HUF

Forint Ungeriż

332,98

PLN

Zloty Pollakk

4,3001

RON

Leu Rumen

4,7794

TRY

Lira Turka

6,3436

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6240

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4656

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6297

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7019

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5085

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 306,52

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,1770

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7625

HRK

Kuna Kroata

7,4380

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 569,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,6071

PHP

Peso Filippin

56,317

RUB

Rouble Russu

70,9217

THB

Baht Tajlandiż

33,383

BRL

Real Brażiljan

4,6654

MXN

Peso Messikan

21,5670

INR

Rupi Indjan

78,9785


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti

fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna abbozz tad-deċiżjoni

fil-Każ AT.40134 — Restrizzjonijiet fil-kummerċ tal-birra ta’AB InBev

Relatur: Il-Ġermanja

(2019/C 407/04)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li jikser l-Artikolu 102 TFUE.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-każ ta’ ksur.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li tiġi imposta multa, kif stipilat fl-abbozz tad-deċiżjoni.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jinħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa, inkluż it-tnaqqis tagħha fuq il-bażi tal-paragrafu 37 tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ ffissar ta’ multi, impost skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv (tmien Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/5


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta  (1)

Il-Każ AT.40134 — Restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-birra ta’ AB Inbev

(2019/C 407/05)

(1)   

L-abbozz tad-deċiżjoni, li huwa indirizzat lil Anheuser-Busch InBev NV/SA, InBev Belgium BVBA/SPRL u InBev Nederland NV (flimkien, “AB InBev”) sab li AB InBev wettqet ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 102 TFUE, matul il-perjodu mid-9 ta’ Frar 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2016, permezz ta’ diversi prattiċi li jirrestrinġu l-importazzjonijiet min-Netherlands ta’ ċerti prodotti tal-birra tagħha fil-Belġju, bil-għan ġenerali li jinżammu prezzijiet u profitti ogħla fil-Belġju.

(2)   

Wara spezzjonijiet mhux imħabbra fl-2015 fil-bini ta’ bejjiegħ bl-imnut fin-Netherlands u fil-bini AB InBev fin-Netherlands u fil-Belġju, fid-29 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3) kontra AB InBev.

(3)   

Fit-30 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”).

(4)   

F’[…] (4), wara diversi ċikli ta’ skambji bejn AB InBev u d-DĠ Kompetizzjoni, AB InBev ippreżentat offerta formali ta’ kooperazzjoni bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“Sottomissjoni ta’ Saldu”). Is-Sottomissjoni ta’ Riżolviment tinkludi:

rikonoxximent f’termini ċari u mingħajr ekwivoċi tal-obbligazzjoni in solidum ta’ AB InBev għall-każ ta’ ksur;

indikazzjoni tal-ammont massimu tal-multa li AB InBev taċċetta fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni;

il-konferma li AB InBev instemgħet biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni permezz tad-DO u fuq il-bażi ta’ aċċess sħiħ għall-fajl tal-Kummissjoni;

proposta ta’ rimedju li tiżgura li AB InBev tinkludi informazzjoni obbligatorja dwar il-kontenut tal-ikel bl-Olandiż u bil-Franċiż fuq l-imballaġġ tal-prodotti tal-birra tagħha mibjugħa minn InBev Belgium, AB InBev France u InBev Nederland (minn hawn ’il quddiem “.ir-Rimedju”);

rikonoxximent li r-Rimedju huwa xieraq u proporzjonat biex jiġi żgurat li l-prattika kif imsemmija fid-DO tibqa’ kompletament mitmuma u li tqis li se jissaħħaħ il-kummerċ parallel fin-Netherlands, fil-Belġju u fi Franza.

(5)   

Fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tal-kooperazzjoni effettiva pprovduta minn AB InBev, kif stabbilit hawn fuq, l-ammont tal-multa jinħtieġ li jitnaqqas bi 15 %.

(6)   

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz tad-Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom AB InBev ingħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan.

(7)   

Ma rċevejt l-ebda ilment mingħand AB InBev jew xi terza persuna b’rabta mal-aspetti proċedurali. Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li t-tħaddim effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat.

Brussell, is-6 ta’ Mejju 2019.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (ir-“Regolament (KE) Nru 1/2003”).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  Partijiet minn dan it-test inbidlu sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kunfidenzjali ma tinkixifx; Dawk il-partijiet inbidlu b’sommarju mhux kunfidenzjali f’parenteżi kwadri jew huma murija bħala […].


3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/6


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Mejju 2019

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Il-Każ AT.40134 — Restrizzjonijiet fil-kummerċ tal-birra ta’AB InBev)

(notifikat bid-dokument C(2019) 3465)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentitku)

(2019/C 407/06)

Fit-13 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċedura skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni hija maħruġa skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u hija indirizzata lill-Anheuser-Busch InBev NV/SA, u lil tnejn mis-sussidjarji tagħha (minn hawn ’il quddiem “AB InBev”). AB InBev hija l-akbar birrerija fid-dinja, u tbigħ il-marki tal-birra tagħha f’aktar minn 100 pajjiż.

(2)

Bejn id-9 ta’ Frar 2009 u l-31 ta’ Ottubru 2016, AB InBev ipparteċipat f’każ ta’ ksur uniku u kontinwu, li involva l-implimentazzjoni ta’ erba’ restrizzjonijiet abbużivi. Bir-restrizzjoni intenzjonata tal-importazzjoni tal-prodotti tagħha tal-birra fil-Belġju, AB InBev kellha l-għan li żżomm il-prezzijiet u l-profitti ogħla għall-prodotti tagħha tal-birra fil-Belġju.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Il-Kummissjoni nediet dan il-każ ex officio fl-aħħar tal-2014 fuq il-bażi tal-monitoraġġ tagħha stess tas-suq.

(4)

F’Novembru2015, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ AB InBev fil-Belġu u n-Netherlands.

(5)

Fit-30 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni fetħet proċeduri formali kontra AB InBev bil-għan li tittieħed deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

(6)

Fit-30 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lill-AB InBev li fiha ddikjarat li l-kumpanija kienet daħlet fi prattiċi restrittivi li kienu jikkostitwixxu f’abbuż ta’ dominanza fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE.

(7)

Sussegwentement, AB InBev ippreżentat offerta formali biex tikkoopera fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (“sottomissjoni għal riżolviment”).

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fit-3 ta’ Mejju 2019.

(9)

Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fit-13 ta’ Mejju 2019.

2.2.   Sommarju tal-każ ta’ Ksur

(10)

Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li mid-9 ta’ Frar 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2016, AB InBev segwiet strateġija abbużiva biex tirrestrinġi l-bejgħ tal-prodotti tagħha tal-birra fornuti lill-klijenti “off-trade” min-Netherlands għall-Belġju billi implimentat erba’ prattiċi restrittivi fir-rigward ta’ klijenti off-trade, li b’mod partikulari jinkludu:

(a)

limitazzjoni tal-volumi tal-prodotti tal-birra fornuti lill-bejjiegħ bl-ingrossa fin-Netherlands biex tkun ristretta l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Belġju,

(b)

implimentazzjoni tal-bidliet fl-imballaġġ tal-prodotti tal-birra fornuti lil klijenti off-trade fin-Netherlands biex tkun ristretta l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Belġju,

(c)

tagħmel il-provvista lill-bejjiegħ bl-imnut fil-Belġju ta’ prodotti tal-birra li mhumiex disponibbli fin-Netherlands, bil-kundizzjoni, li jinxtraw wkoll fil-Belġju prodotti oħra tal-birra li huma disponibbli fin-Netherlands, kif ukoll

(d)

tagħmel il-promozzjonijiet għall-prodotti tal-birra offruti lill-bejjiegħ bl-imnut fin-Netherlands bil-kundizzjoni li dawn il-promozzjonijiet ma jkunux offruti fil-Belġju.

(11)

Dawn il-prattiċi min-natura proprja tagħhom irrestrinġew il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 102 tat-Trattat billi kellhom l-għan li jaqsmu s-Suq Uniku skont il-fruntieri nazzjonali.

2.3.   Destinatarji u tul ta’ Żmien

(12)

Id-deċiżjoni hija indirizzata lil Anheuser-Busch InBev NV/SA, u liż-żewġ sussidjarji li hija proprjetarja tagħhom kollha, InBev Belgium Bvba/Sprl u InBev Nederland NV.

(13)

It-tul ta’ żmien tal-każ ta’ ksur uniku u kontinwu kien bejn id-9 ta’ Frar 2009 u l-31 ta’ Ottubru 2016.

2.4.   Rimedji

(14)

Id-Deċiżjoni tirrikjedi li AB InBev tinkludi informazzjoni mandatorja fuq it-tikketta tal-ikel fuq l-imballaġġ tal-prodotti tagħha kollha kemm dawk preżenti u kemm dawk ġodda tad-19-il marka speċifika tal-birra fil-Belġju, Franza u n-Netherlands kemm bl-Olandiż u kif ukoll bil-Franċiż, u mhux b’lingwa waħda biss,.

(15)

Dan ir-rimedju kien offrut mill-AB InBev fis-sottomissjoni għar-riżolviment tagħha u d-Deċiżjoni tagħmlu jorbot għall-perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-avviż tad-Deċiżjoni. AB InBev tagħraf li r-rimedju huwa xieraq u proporzjonat fil-qafas tal-proċedura ta’ kooperazzjoni biex ikun assigurat li l-prattika li jinbidel l-imballaġġ tal-prodotti tagħha tal-birra ma tirrepetix ruħha. Jinħtieġ li r-rimedju jagħmilha eħfef għall-klijenti bla liċenzja li jesportaw il-prodotti bejn in-Netherlands, il-Belġju u Franza, u b’hekk tissaħħaħ il-possibbiltà ta’ kummerċ li jaqsam il-fruntieri.

2.5.   Multi

(16)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi. (2)

2.5.1.   Ammont bażiku tal-multa

(17)

Meta stabbilixxiet il-multi, il-Kummissjoni qieset il-valur tal-bejgħ fis-sena finanzjarja 2015 għall-Belġju u n-Netherlands, li kienet l-aħħar sena kontabilistika kompleta tal-parteċipazzjoni ta’ AB InBev fil-każ tal-ksur.

(18)

Il-Kummissjoni qieset li l-imġiba abbużiva tikkonsisti f’każ bl-għan (“by object”) u l-intenzjoni ta’ ksur ta’ regola fundamentali kontra l-qsim tas-Suq Uniku skont il-fruntieri nazzjonali. Barra minn hekk, il-każ ta’ ksur jikkonċerna prodotti li għandhom impatt dirett fuq il-konsumatur. Meta jitqiesu dawn il-fatturi u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, il-proporzjon tal-valuri tal-bejgħ li għandhom jitqiesu ġie stabbilit għal 10 %.

(19)

Il-Kummissjoni qieset it-tul tal-każ tal-ksur uniku u kontinwu, kif imsemmi hawn fuq.

2.5.2.   Ċirkustanzi aggravanti jew mitiganti

(20)

Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ.

2.5.3.   Żieda speċifika bħala deterrent

(21)

Il-multa qiegħda tiżdied b’multiplikatur ta’ 1.1 biex jiġi żgurat effett ta’ deterrent fuq AB InBev, impriża li għandha fatturat partikolarment kbir madwar id-dinja lil hinn mill-bejgħ ta’ prodotti u servizzi, li huwa relatat mal-każ ta’ ksur.

2.5.4.   Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(22)

Il-multa kkalkulata ma għandhiex taqbeż l-10 % tal-fatturat dinji ta’ AB InBev.

2.5.5.   Tnaqqis tal-multa fid-dawl ta’ kooperazzjoni

(23)

Biex tkun riflessa l-kooperazzjoni effettiva pprovduta minn AB InBev, b’mod partikulari l-għarfien tagħha tal-każ tal-ksur u l-offerta tagħha ta’ rimedju biex tiġi evitata ripetizzjoni tal-prattika ta’ bdil tal-imballaġġ tal-prodotti tagħha tal-birra, l-ammont tal-multa qed jitnaqqas bi skont il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-Multi.

3.   KONKLUŻJONI

(24)

AB InBev kisret l-Artikolu 102 tat-Trattat billi pparteċipat f’każ ta’ ksur uniku u kontinwu biex tillimita l-kummerċ tal-prodotti tal-birra li jaqsam il-fruntieri min-Netherlands għall-Belġju. Il-każ ta’ ksur kien jikkonsisti fl-implimentazzjoni ta’ erba’ prattiċi fir-rigward tal-klijenti off-trade li kellhom l-għan li jżommu prezzijiet u profitti ogħla għall-prodotti tal-birra ta’ AB InBev fil-Belġju.

(25)

L-ammont finali tal-multa imposta fuq AB InBev skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 għall-każ ta’ ksur uniku u kontinwu huwa ta’ EUR 200 409 000.

(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 407/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9630 — CDC/Total/JMB Solar Nogara/Quadran Nogara)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 407/07)

1.   

Fil-25 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza),

Total Quadran (Franza), li tappartjeni għall-grupp Total S.A.,

JMB Solar Nogara u Quadran Nogara (flimkien il-“Kumpaniji fil-Mira”, Franza), ikkontrollat minn Total S.A.

CDC u Total Quadran jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JMB Solar Nogara u Quadran Nogara. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CDC hija stabbiliment pubbliku bi status speċjali li twettaq missjonijiet ta’ interess ġenerali u attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni. Dawn l-attivitajiet tal-aħħar isiru l-aktar fi Franza li jkopru erba’ setturi: i) il-proprjetà immobbli, ii) l-ambjent u l-enerġija, iii) is-servizzi, u iv) l-investiment fil-kapital,

Total S.A. huwa produttur u fornitur internazzjonali tal-enerġija integrata attiv fis-setturi kollha tal-industrija taż-ejt u l-gass, kif ukoll fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli u l-ġenerazzjoni tal-enerġija,

JMB Solar Nogara u Quadran Nogara huma attivi fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u t-tħaddim ta’ impjanti fotovoltajċi u parks eoliċi fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9630 — CDC/Total/JMB Solar Nogara/Quadran Nogara

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.