ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 382

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
11 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 382/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV) ( 1 )

1

2019/C 382/02

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2019/C 382/03

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI, Mohammed, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem, COMMUNIST PARTY OF THE PHILIPPINES (il-Partit Komunista tal-Filippini), inkluż in-NEW PEOPLES ARMY — NPA (l-Armata l-Ġdida tal-Poplu), il-Filippini, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali), SENDERO LUMINOSO — SL (it-Triq li Tiddi) persuni u gruppi miżjuda fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337)

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 382/04

Rata tal-kambju tal-euro — It-8 ta' Novembru 2019

5

2019/C 382/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal- Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets Relatur: Il-Latvja

6

2019/C 382/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (M.8864 — Vodafone/certain Liberty Global Assets)

8

2019/C 382/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2019 li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq internu mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets) (notifikata taħt id-dokument numru C(2019)5187) ( 1 )

10


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 382/08

Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019 Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 382/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

2019/C 382/10

Notifika qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

27

2019/C 382/11

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9582 — Siemens Gamesa Renewable Energy/Senvion (European onshore wind turbine service)/Ria Blades) ( 1 )

28


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9497 — Crédit Agricole/Abanca/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/01)

Fil-25 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9497. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/2


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/02)

Fit-30 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+ 32 22964301) jew b’imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.9162 — Fincantieri/Chantiers de l’Atlantique, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/3


L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI, Mohammed, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, SOLEIMANI Qasem, COMMUNIST PARTY OF THE PHILIPPINES (il-“Partit Komunista tal-Filippini”), inkluż in-NEW PEOPLES ARMY — “NPA” (l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu”), il-Filippini, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), SENDERO LUMINOSO — “SL” (it-“Triq li Tiddi”) persuni u gruppi miżjuda fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337)

(2019/C 382/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u tal-gruppi msemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1341 (1) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1337 (2).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (3) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni kkonċernati u li l-ebda fond, ass finanzjarju u riżors ekonomiku ieħor ma jista’ jsir disponibbli għalihom, kemm direttament kif ukoll indirettament.

Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi msemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill għandu l-ħsieb li jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fl-indirizz li ġej, biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għaliex dawn inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq:

Council of the European Union (Attn: COMET designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

Tali talba għandha tiġi ppreżentata sal-15 ta’ Novembru 2019.

Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet jiġu kkunsidrati meta jaslu. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (4).

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 209, 9.8.2019, p. 1.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


Il-Kummissjoni Ewropea

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta' Novembru 2019

(2019/C 382/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1034

JPY

Yen Ġappuniż

120,72

DKK

Krona Daniża

7,4727

GBP

Lira Sterlina

0,86158

SEK

Krona Żvediża

10,7025

CHF

Frank Żvizzeru

1,0991

ISK

Krona Iżlandiża

137,70

NOK

Krona Norveġiża

10,0893

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,486

HUF

Forint Ungeriż

333,37

PLN

Zloty Pollakk

4,2610

RON

Leu Rumen

4,7638

TRY

Lira Turka

6,3513

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6065

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4561

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6372

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7426

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5002

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 276,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3121

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7115

HRK

Kuna Kroata

7,4345

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 463,05

MYR

Ringgit Malażjan

4,5609

PHP

Peso Filippin

55,809

RUB

Rouble Russu

70,4653

THB

Baht Tajlandiż

33,527

BRL

Real Brażiljan

4,5583

MXN

Peso Messikan

21,1383

INR

Rupi Indjan

78,6520


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-fużjonijiet

fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta’ Ġunju 2019

dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari b’rabta mal-

Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets

Relatur: Il-Latvja

(2019/C 382/05)

Ġurisdizzjoni

1.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata tikkostitwixxi konċentrazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”) (1).

2.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Definizzjoni tas-suq

3.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-konklużjonijiet li ntlaħqu mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-Deċiżjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-prodotti u tas-swieq ġeografiċi rilevanti għal:

a.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telefonija fissa;

b.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet;

c.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli;

d.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-TV;

e.

Il-provvista bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja;

f.

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi multiple play;

g.

Servizzi bl-imnut ta’ konnettività tan-negozju;

h.

Servizzi bl-imnut ta’ hosting fuq l-Internet;

i.

Servizzi bl-ingrossa ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks fissi;

j.

Linji mikrija bl-ingrossa;

k.

Terminazzjoni bl-ingrossa u hosting ta’ sejħiet lejn numri mhux ġeografiċi;

l.

Il-forniment bl-ingrossa ta’ tranżitu ta’ telefonati domestiċi fuq netwerks fissi;

m.

Servizzi bl-ingrossa ta’ operaturi internazzjonali;

n.

Servizzi ta’ konnettività tal-Internet bl-ingrossa;

o.

Aċċess u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli bl-ingrossa;

p.

Is-suq bl-ingrossa għat-terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli;

q.

Servizzi ta’ roaming internazzjonali bl-ingrossa;

r.

Provvista bl-ingrossa u l-akkwist ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni;

s.

Trażmissjoni tas-sinjal tat-TV bl-ingrossa;

t.

It-twassil tas-sinjal televiżiv intermedjarju fil-Ġermanja;

u.

Il-liċenzjar u l-akkwist ta’ drittijiet tax-xandir ta’ kontenut tat-televiżjoni.

Il-valutazzjoni kompetittiva

4.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti mhux koordinati orizzontali fi:

a.

Is-suq tal-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja;

b.

Is-suq ipotetiku għall-provvista bl-imnut ta’ pakketti multiple play inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja;

c.

Is-suq għall-provvista bl-ingrossa u l-akkwist ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni u s-suq għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV bl-ingrossa fil-Ġermanja.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata mhix probabbli li twassal għal impediment sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva minħabba:

a.

Effetti orizzontali mhux koordinati fis-swieq minbarra dawk indikati fil-kwistjoni 4;

b.

Effetti orizzontali koordinati;

c.

Effetti vertikali mhux koordinati;

d.

Effetti ta’ konglomerat

Impenji

6.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fl-11 ta’ Ġunju 2019 ineħħu kull xkiel sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva identifikati fl-abbozz tad-Deċiżjoni.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li, soġġett għall-konformità sħiħa mal-impenji finali offruti mill-Parti Notifikanti fil-11 ta’ Ġunju 2019, it-tranżazzjoni notifikata ma jidhirx li se tfixkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu.

Kompatibbiltà mas-suq intern u mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

8.

Il-Kumitat Konsultattiv (15-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li t-tranżazzjoni notifikata għalhekk trid tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE f’konformità mal-Artikolu 2(2) u 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE.

Helena LARSSON HAUG

President tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/8


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

(M.8864 — Vodafone/certain Liberty Global Assets)

(2019/C 382/06)

Introduzzjoni

1.

Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet (2) li skontha Vodafone Group Plc (“Vodafone” jew “il-Parti Notifikanti”) takkwista l-kontroll esklużiv ta’ negozji tat-telekomunikazzjoni ta’ Liberty Global Plc (“Liberty Global”) fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija (“in-Negozju fil-Mira”) (3) (it-“Tranżazzjoni”). Vodafone u Liberty Global (inkluż in-Negozju fil-Mira) huma indikati minn hawn’ il quddiem bħala l-“Partijiet”.

Proċedura

2.

Matul l-ewwel fażi, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tal-operat mas-suq intern. Fil-11 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni biex tibda proċedimenti skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, li għaliha l-Partijiet wieġbu fis-7 ta’ Jannar 2019.

3.

Fit-18 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat żewġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet wara n-nuqqas ta’ kull waħda mill-Partijiet li tipprovdi informazzjoni sħiħa bi tweġiba għal talba għal informazzjoni (“id-deċiżjonijiet tal-Artikolu 11(3)”). Id-deċiżjonijiet tal-Artikolu 11(3) ġiegħlu lid-destinatarji tagħhom biex jissottomettu informazzjoni kompluta lill-Kummissjoni u kellhom l-effett li jissospendu l-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(3), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Is-sospensjoni tal-limiti taż-żmien skadew ladarba ż-żewġ Partijiet kienu konformi mad-deċiżjonijiet tal-Artikolu 11(3), fl-aħħar tat-8 ta’ Frar 2019.

Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet

4.

Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) skont l-Artikolu 18 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Għaqdiet (4). Fid-DO, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet minħabba (1) effetti mhux koordinati orizzontali (i) fil-forniment bl-imnut tas-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; (ii) fil-forniment bl-imnut ta’ pakketti 2P, inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; u (iii) fis-suq tat-trażmissjoni bl-ingrossa tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja; kif ukoll (2) effetti vertikali mhux koordinati fil-forniment bl-imnut tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni lil klijenti tal-MDU fil-Ġermanja kif ukoll fis-suq reġjonali potenzjali li jikkorrispondi mal-impronta ta’ Unitymedia.

5.

Il-Partijiet issottomettew it-tweġiba tagħhom bil-miktub għad-DO fit-8 ta’ April 2019. L-ebda waħda mill-Partijiet ma talbet li tinstema’ oralment.

Persuni terzi interessati

6.

Fuq talba motivata tagħhom, jiena aċċettajt 18-il impriża bħala terzi persuni interessati f’dawn il-proċedimenti skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Dawn kienu jinkludu kompetituri u/jew entitajiet li jkollhom relazzjonijiet kuntrattwali mal-Partijiet bħala fornituri jew klijenti kif ukoll assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw tali impriżi.

7.

Il-persuni terzi interessati kollha ngħataw verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO u ngħataw limitu ta’ żmien biex jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet.

Aċċess għall-fajl

8.

Il-Partijiet ingħataw aċċess għall-fajl fil-25 ta’ Marzu 2019 u wara fuq bażi kontinwa. L-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali invokata mill-Kummissjoni fid-DO ngħata lill-konsulenti ekonomiċi tal-Partijiet f’kamra tad-data.

9.

Fis-16 ta’ April 2019, irċevejt talba għal aċċess għall-fajl tal-każ tal-Kummissjoni minn impriża li kont aċċettajt bħala waħda mit-terzi persuni interessati għall-proċedimenti. Din it-talba għal aċċess kienet għall-ewwel ġiet indirizzata lid-DĠ Kompetizzjoni, li rrifjutaha fit-12 ta’ April 2019. Jien weġibt għat-talba fit-23 ta’ April 2019, u sibt li ma hemm l-ebda rekwiżit legali biex jingħata aċċess għall-fajl tal-każ lill-impriża kkonċernata. Essenzjalment, l-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Għaqdiet jiddistingwi, għall-finijiet tad-dritt li wieħed jinstema’, persuni terzi minn partijiet notifikanti, partijiet oħra involuti (5) u partijiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni beħsiebha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Id-dritt tas-smigħ ta’ persuni terzi fi proċedimenti ta’ fużjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet u fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet. Dan tal-aħħar jiddefinixxi l-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt għal smigħ tal-partijiet interessati, filwaqt li jiddikjara “li l-Kummissjoni għandha tinfurmahom bil-miktub bin-natura u s-suġġett tal-proċedura u għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih ikunu jistgħu jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom”. Fi ħdan il-medda ta’ frekwenzi tad-diskrezzjoni tagħha u f’konformità mal-ġurisprudenza (6), il-Kummissjoni pprovdiet verżjoni mhux kunfidenzjali tad-DO lill-persuni terzi interessati kollha li tippermettilhom jifhmu t-teoriji tal-ħsara u l-partijiet komponenti tagħhom u tagħtihom il-possibbiltà li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Filwaqt li d-destinatarji ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u l- “partijiet l-oħra involuti” għandhom dritt ta’ aċċess għall-fajl skont l-Artikolu 17(1) u (2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet, parti terza għall-konċentrazzjoni proposta — bħall-impriża kkonċernata — ma għandhiex l-istess dritt ta’ aċċess għall-fajl.

Impenji

10.

Fis-6 ta’ Mejju 2019, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni.

11.

Fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba minn ittestjar tas-suq ta’ dawn l-impenji mill-Kummissjoni, il-Parti Notifikanti ppreżentat sett rivedut ta’ impenji fil-11 ta’ Ġunju 2019 (“L-Impenji Finali”).

12.

Fl-abbozz tad-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ssib li l-Impenji Finali huma xierqa u suffiċjenti biex jeliminaw l-impediment sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva li se tagħti lok għalihom it-Tranżazzjoni u li dawn l-impenji għalhekk jagħmlu l-konċentrazzjoni proposta kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim taż-ŻEE.

Abbozz tad-Deċiżjoni

13.

Jien eżaminajt l-abbozz tad-Deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 16(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kkonkludejt li jittratta biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Konklużjoni

14.

Jien nikkonludi li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali ġie rrispettat matul il-proċedimenti preżenti.

Brussell, it-3 ta’ Lulju 2019.

Joos STRAGIER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1) (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(3)  Fiċ-Ċekja, in-Negozju fil-Mira jopera permezz tal-UPC Česká republika, s.r.o., fil-Ġermanja permezz ta’ Unitymedia GmbH (“Unitymedia”), fl-Ungerija permezz tal-UPC Magyarország Kft u fir-Rumanija permezz tal-UPC Romania S.R.L.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ĠU L 133, 30.4.2004, p. 1) (ir-“Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet”).

(5)  Skont l-Artikolu 11(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar l-Għaqdiet, “partijiet għall-konċentrazzjoni proposta għajr il-partijiet notifikanti, bħall-bejjiegħ u l-impriża li hija l-mira tal-konċentrazzjoni”, jikkostitwixxu “partijiet oħra involuti”.

(6)  Ara, pereżempju, il-kawża T 213/01 u T 214/01 Österreichische Postsparkasse and Bank für Arbeit und Wirtschaft v il-Kummissjoni, EU:T:2006:151, il-paragrafu 107.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/10


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 2019

li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq internu mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE

(Il-Każ M.8864 — Vodafone/Certain Liberty Global Assets)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2019)5187)

(il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/07)

Fit-18 ta’ Lulju 2019 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni f’każ ta’ fużjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa, billi l-każ jista’ jkun fil-forma ta’ verżjoni proviżorja, hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, f’dan l-indirizz: http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm?clear=1&policy_area_id=2

I.   Introduzzjoni

(1)

Fid-19 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet li permezz tagħha Vodafone Group Plc (“Vodafone” jew “il-Parti Notifikanti”) biħsiebha takkwista l-kontroll esklużiv tan-negozji tat-telekomunikazzjoni Liberty Global Plc (“Liberty Global”) fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija (“in-Negozju fil-Mira”) (it-“Tranżazzjoni”). Vodafone u n-Negozju fil-Mira huma indikati minn hawn’ il quddiem bħala l-“Partijiet”.

(2)

Id-Deċiżjoni hi strutturata kif ġej: It-Taqsima II tiddeskrivi l-Partijiet. It-Taqsima III tispjega għaliex it-Tranżazzjoni tikkostitwixxi konċentrazzjoni. It-Taqsima IV tispjega għaliex il-konċentrazzjoni li tirriżulta mit-Tranżazzjoni għandha dimensjoni tal-Unjoni. It-Taqsima V tiddeskrivi l-proċedura segwita f’dan il-każ. It-Taqsima VI tiddeskrivi l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar it-Tranżazzjoni. It-Taqsima VII tiddefinixxi l-prodott rilevanti u s-swieq ġeografiċi. It-Taqsima VIII tistabbilixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk it-Tranżazzjoni hix probabbli li timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva, filwaqt li tqis il-pretensjonijiet tal-effiċjenzi tal-Parti Notifikanti. It-Taqsima IX tistabbilixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti. It-Taqsima X fiha l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

II.   Il-Partijiet

(3)

Vodafone hija grupp ta’ kumpaniji attivi globalment fl-operazzjoni ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjoni mobbli u fil-forniment ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli, bħas-servizzi ta’ telefonija bil-vuċi, ta’ messaġġi, ta’ data u ta’ kontenut. Xi wħud mill-kumpaniji operattivi jipprovdu wkoll it-televiżjoni bil-kejbil, it-telefonija fissa, l-aċċess għall-Internet broadband u/jew is-servizzi tal-IPTV (2). Fi ħdan l-UE, Vodafone hija attiva fi tnax-il Stat Membru. B’mod partikolari, fiċ-Ċekja, l-Ungerija u r-Rumanija, Vodafone tipprovdi primarjament servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli għall-konsumaturi u sa ċertu punt servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi. Fil-Ġermanja, Vodafone hija attiva fil-provvista ta’ servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ telekomunikazzjoni lill-konsumaturi fil-pajjiż kollu, hija proprjetarja tan-netwerk bil-kejbil Kabel Deutschland (li tkopri żoni urbani fi 13 minn 16-il Stat Federali) u toffri servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet fissi mal-pajjiż kollu bbażati fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerk fiss ta’ Deutsche Telekom AG (“Deutsche Telekom”).

(4)

Liberty Global tippossjedi u topera netwerks bil-kejbil li joffru servizzi tat-TV, broadband u telefonija bil-vuċi madwar id-dinja kollha u b’mod partikolari fi ħdax-il Stat Membru fl-UE.

(5)

In-Negozju fil-Mira jinkludi l-operazzjonijiet ta’ Liberty Global f’kull waħda miċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija. Fiċ-Ċekja, in-Negozju fil-Mira jopera permezz tal-UPC Česká republika, s.r.o., fil-Ġermanja permezz ta’ Unitymedia GmbH (“Unitymedia”), fl-Ungerija permezz ta’ UPC Magyarország Kft u fir-Rumanija permezz ta’ UPC Romania S.R.L. (in-Negozju fil-Mira f’kull wieħda miċ-Ċekja, l-Ungerija u r-Rumanija minn hawn’ il quddiem jissejjaħ “UPC”). In-Negozju fil-Mira jipprovdi servizzi tat-telefonija fissa, broadband u TV permezz tan-netwerks tal-kejbil tiegħu. Fil-Ġermanja, in-Negozju fil-Mira jopera n-netwerk tal-kejbil tal-Unitymedia, li jkopri t-tliet Stati Federali fejn in-netwerk tal-kejbil ta’ Vodafone ma huwiex preżenti, jiġifieri North Rhine-Westphalia, Hesse u Baden-Wuerttemberg. Barra minn hekk, in-Negozju fil-Mira huwa attiv bħala operatur ta’ netwerk mobbli virtwali fil-Ġermanja u fl-Ungerija.

III.   It-Tranżazzjoni.

(6)

Permezz ta’ ftehim ta’ bejgħ u xiri li sar fid-9 ta’ Mejju 2018, Vodafone se takkwista 100 % tal-ishma tal-entitajiet korporattivi tan-Negozju fil-Mira, li se jsiru sussidjarji posseduti totalment minn Vodafone.

(7)

Għalhekk, fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni tikkonsisti fl-akkwist ta’ kontroll uniku minn Vodafone fuq in-Negozju fil-Mira u għalhekk tikkostitwixxi konċentrazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

IV.   Id-dimensjoni tal-UE

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni kkonkludiet li l-operazzjoni notifikata għandha dimensjoni tal-UE skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

V.   Il-Proċedura

(9)

It-Tranżazzjoni ġiet notifikata lill-Kummissjoni fid-19 ta’ Ottubru 2018.

(10)

Wara eżami tan-notifika u fuq il-bażi tal-ewwel fażi tal-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tat-tranżazzjoni mas-suq intern u adottat deċiżjoni li tiftaħ proċeduri skont l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet fil-11 ta’ Diċembru 2018 (id-“Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c)”).

(11)

Il-Partijiet issottomettew il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar id-Deċiżjoni tal-Artikolu 6(1)(c) fis-7 ta’ Jannar 2019.

(12)

Fit-18 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, indirizzati lil Vodafone u lil Liberty Global, wara li naqsu milli jipprovdu informazzjoni sħiħa bi tweġiba għal RFI mill-Kummissjoni. Iż-żewġ deċiżjonijiet kellhom l-effett li jissospendu l-limiti ta’ żmien imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Liberty Global u Vodafone kienu konformi mad-deċiżjoni tal-Artikolu 11(3) li ġiet indirizzata lilhom, rispettivament, fis-6 u fit-8 ta’ Frar 2019. Għaldaqstant, is-sospensjoni tat-termini taż-żmien skadiet fl-aħħar tat-8 ta’ Frar 2019.

(13)

Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lill-Parti Notifikanti (id-“Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet”). Fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni waslet għall-opinjoni preliminari li l-konċentrazzjoni notifikata xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva f’parti sostanzjali tas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, bħala riżultat ta’ (1) effetti mhux koordinati orizzontali (i) fil-forniment bl-imnut tas-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; (ii) fil-forniment bl-imnut ta’ pakketti 2P, inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja; u (iii) fis-suq tat-trażmissjoni bl-ingrossa tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja; kif ukoll (2) effetti vertikali mhux koordinati fil-forniment bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni lil klijenti tal-MDU fil-Ġermanja jew fis-suq potenzjali reġjonali li jikkorrispondi mal-impronta tan-Negozju fil-mira (3).

(14)

L-ewwel aċċess għall-fajl ingħata lill-Partijiet fil-25 ta’ Marzu 2019, l-għada tal-ħruġ tad-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet, u sussegwentement ingħata fuq bażi regolari. L-aċċess għad-data kunfidenzjali u l-informazzjoni invokata mill-Kummissjoni fid-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet ingħatat lill-konsulenti ekonomiċi tal-Partijiet skont il-proċedura tal-kamra tad-data.

(15)

Fit-8 ta’ April 2019, il-Partijiet ippreżentaw it-tweġiba bil-miktub tagħhom għad-Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet.

(16)

Fil-15 ta’ April 2019, skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li testendi l-perjodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet b’total ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

(17)

Fis-6 ta’ Mejju 2019, il-Parti Notifikanti ppreżentat impenji skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni. L-għada, fis-7 ta’ Mejju 2019, il-Kummissjoni nediet test tas-suq tal-impenji ppreżentati mill-Parti Notifikanti fis-6 ta’ Mejju 2019.

(18)

Fit-23 ta’ Mejju 2019, skont l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, it-tielet sentenza tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-Kummissjoni adottat it-tieni deċiżjoni li testendi l-perjodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet b’total ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.

(19)

Fil-11 ta’ Ġunju 2019, wara ċerti modifiki, il-Parti Notifikanti ppreżentat sett finali ta’ impenji (l-“Impenji Finali”).

VI.   Is-swieq rilevanti

(20)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li, għall-valutazzjoni tat-Tranżazzjoni, is-swieq rilevanti huma:

(a)

Is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi tat-telefonija fissa fil-Ġermanja, fiċ-Ċekja, fir-Rumanija u fl-Ungerija, fejn id-distinzjoni potenzjali bejn klijenti residenzjali u mhux residenzjali titħalla miftuħa;

(b)

Is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja, fiċ-Ċekja, fir-Rumanija u fl-Ungerija, inklużi t-tipi kollha ta’ prodotti, il-modi ta’ distribuzzjoni u l-veloċitajiet/wisgħat tal-banda, għal klijenti residenzjali u kummerċjali ta’ daqs żgħir;

(c)

Is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija;

(d)

Is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi tat-TV fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija, fejn jenħtieġ li ssir il-mistoqsija dwar jekk għandhomx isiru segmenti oħra ((i) it-tip ta’ teknoloġija użata, (ii) it-televiżjoni bi ħlas versus it-televiżjoni b’FTA, u (iii) lineari kontra dak mhux lineari) tista’ titħalla miftuħa;

(e)

Is-suq tal-konsumaturi għall-provvista ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bil-kejbil lil unitajiet domestiċi f’unitajiet ta’ abitazzjoni multipli (klijenti tal-MDU) fil-Ġermanja, fejn il-kwistjoni dwar jekk l-ambitu huwiex nazzjonali jew reġjonali tista titħalla miftuħa;

(f)

Is-suq tal-konsumaturi għall-provvista ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lill-unitajiet domestiċi f’unitajiet ta’ abitazzjoni waħda (klijenti SDU) fil-Ġermanja, fejn il-kwistjoni dwar jekk is-suq jinkludix teknoloġiji oħra ta’ trażmissjoni bħal satellita, IPTV u terrestri u jekk l-ambitu huwiex nazzjonali jew reġjonali tista’ titħalla miftuħa;

(g)

Is-swieq bl-imnut potenzjali għall-provvista ta’ prodotti multiple play (distinti mill-provvista tal-prodotti individwali sottostanti tat-telekomunikazzjoni) fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija;

(h)

Is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi ta’ konnettività tan-negozju fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fir-Rumanija u fl-Ungerija, fejn jenħtieġ li ssir il-mistoqsija dwar jekk jenħtieġx li jsiru segmenti oħra ((i) l-aċċess għall-broadband għall-klijenti ta’ negozji kbar, (ii) linji mikrija, u (iii) servizzi VPN) jistgħu jitħallew miftuħa;

(i)

Is-swieq bl-imnut għas-servizzi ta’ hosting fuq l-Internet, madwar id-dinja, fiż-ŻEE jew fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Ungerija, fejn il-kwistjoni dwar jekk għandhomx isiru segmentazzjonijiet (4) oħra tista’ titħalla miftuħa;

(j)

Is-swieq bl-ingrossa għall-forniment ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks fissi fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Ungerija;

(k)

Is-swieq bl-ingrossa għall-forniment ta’ linji mikrija fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Ungerija fejn jenħtieġ li ssir il-mistoqsija dwar jekk jenħtieġx li jsiru segmentazzjonijiet oħrajn ((i) segmenti ta’ terminazzjoni vs trunk, (ii) it-terminazzjoni ta’ linji mikrija b’bandwidth lil hinn minn 2 Mbit/s vs. anqas (iii) infrastruttura attiva vs. passiva) jistgħu jitħallew miftuħa;

(l)

Is-swieq bl-ingrossa għall-forniment ta’ terminazzjoni u ospitar ta’ telefonati fuq numri mhux ġeografiċi fiċ-Ċekja u fil-Ġermanja;

(m)

Is-swieq bl-ingrossa għall-forniment ta’ tranżitu ta’ telefonati domestiċi fuq netwerks fissi fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, u l-Ungerija;

(n)

Is-suq bl-ingrossa għall-provvista ta’ servizzi ta’ operaturi internazzjonali madwar id-dinja;

(o)

Is-suq bl-ingrossa għall-provvista ta’ servizzi ta’ konnettività tal-Internet madwar id-dinja jew fuq livell reġjonali, fejn jenħtieġ li ssir il-mistoqsija dwar jekk jenħtieġx li jsiru segmentazzjonijiet oħra ((i) it-tranżitu vs. peering; (ii) Il-fornituri ta’ tranżitu tal-grad nru 1 vs. fornituri ta’ tranżitu oħrajn) jistgħu jitħallew miftuħa;

(p)

Is-swieq bl-ingrossa għall-forniment ta’ aċċess u oriġinazzjoni tat-telefonata fuq netwerks mobbli fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija;

(q)

Is-swieq bl-ingrossa għall-forniment ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq kull waħda min-netwerks mobbli individwali fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija;

(r)

Is-swieq bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming internazzjonali, li jinkludu kemm is-sejħiet tat-terminazzjoni kif ukoll is-sejħiet tal-oriġini, fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija.

(s)

Is-suq għall-provvista bl-ingrossa u l-akkwist ta’ kanali tat-TV FTA fiċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Ungerija u r-Rumanija;

(t)

Is-suq għall-provvista bl-ingrossa u l-akkwist ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni bi ħlas fiċ-Ċekja, fil-Ġermanja, fl-Ungerija u fir-Rumanija;

(u)

Is-suq għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV bl-ingrossa permezz tal-kejbil fil-Ġermanja;

(v)

Is-suq għat-twassil ta’ sinjali tat-televiżjoni intermedjarji, li jinkludi kemm il-fibra kif ukoll il-kejbil, fil-Ġermanja;

(w)

Is-suq għal-liċenzjar u l-akkwist ta’ drittijiet ta’ xandir ta’ kontenut televiżiv fil-Ġermanja, fir-Rumanija, fl-Ungerija u fiċ-Ċekja (jew fiż-żoni lingwistiċi rispettivi), fejn il-kwistjoni dwar jekk għandhomx isiru segmentazzjonijiet oħra ((i) TV bi ħlas vs TV FTA, (ii) xandir lineari vs xandir mhux lineari, u (iii) permezz ta’ firxa ta’ esibizzjoni) titħalla miftuħa.

VII.   Il-valutazzjoni kompetittiva

VII.1.   Il-Ġermanja

VII.1.1.   Introduzzjoni

(21)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni tagħti lok għas-swieq li ġejjin li huma affettwati b’mod orizzontali fil-Ġermanja:

(a)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telefonija fissa;

(b)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet;

(c)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli;

(d)

Il-provvista bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lill-klijenti MDU;

(e)

Il-provvista bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lill-klijenti SDU;

(f)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-TV;

(g)

Il-provvista bl-imnut ta’ pakketti 2P multiple play inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet;

(h)

Il-provvista bl-imnut ta’ pakketti 3P multiple play inklużi servizzi ta’ telefonija fissa, servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli;

(i)

Il-provvista bl-imnut ta’ pakketti ta’ multiple play 3P inklużi servizzi ta’ telefonija fissa, servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u servizzi tat-TV;

(j)

Il-provvista bl-imnut ta’ pakketti ta’ logħob 4P inklużi servizzi ta’ telefonija fissa, servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet, servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u servizzi tat-TV;

(k)

Il-provvista bl-ingrossa u l-akkwist ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni;

(l)

Il-provvista bl-ingrossa ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV.

(22)

Barra minn hekk, it-Tranżazzjoni tagħti lok għas-swieq li ġejjin li huma affettwati b’mod vertikali fir-rigward tar-rabtiet bejn is-swieq li ġejjin fil-Ġermanja:

(a)

Is-suq upstream għall-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks fissi u s-suq downstream għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telefonija fissa;

(b)

Is-suq upstream għall-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks fissi u s-suq downstream għall-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli;

(c)

Is-suq upstream għal servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa u servizzi ta’ oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u s-suq downstream għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli;

(d)

Is-suq upstream għal servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u s-swieq downstream għall-provvista bl-imnut ta’ pakketti multiple play 3P inklużi servizzi ta’ telefonija fissa, servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli;

(e)

Is-suq upstream għal servizzi ta’ aċċess bl-ingrossa u oriġinazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u s-swieq downstream għall-provvista bl-imnut ta’ pakketti multiple play 4P inklużi servizzi ta’ telefonija fissa, servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet, servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u servizzi tat-TV;

(f)

Is-suq upstream għall-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u s-suq downstream għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telefonija fissa;

(g)

Is-suq upstream għall-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u s-suq downstream għall-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli;

(h)

Is-suq upstream għall-provvista bl-ingrossa ta’ linji mikrija u s-suq downstream għall-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli;

(i)

Is-suq upstream għas-servizzi intermedjarji ta’ konsenja ta’ sinjali tat-televiżjoni u s-swieq downstream għall-provvista bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lill-klijenti tal-MDU.

(23)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll numru ta’ swieq li fihom it-Tranżazzjoni jista’ jkollha impatt sinifikanti skont it-tifsira tat-taqsima 6.4 tal-Anness 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (5):

(a)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telefonija fissa, li huwa suq ġar relatat mill-qrib mal-provvista ta’ servizzi ta’ televiżjoni bl-imnut;

(b)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess għal Internet fiss, li huwa suq ġar relatat mill-qrib mal-provvista ta’ servizzi ta’ televiżjoni bl-imnut; kif ukoll

(c)

Il-provvista bl-imnut ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli, li huwa suq viċin relatat mill-qrib mal-provvista ta’ servizzi ta’ televiżjoni bl-imnut;

(24)

Fil-maġġoranza tas-swieq imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni ma identifikatx tħassib dwar il-kompetizzjoni, u lanqas ma rċeviet ilmenti. Sa fejn il-Kummissjoni identifikat tħassib jew ilmenti mressqa minn parteċipanti tas-suq, is-sejbiet tal-Kummissjoni huma mqassra fit-taqsimiet li ġejjin.

VII.1.2.   Effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja

(25)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni timpedixxi b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat tal-eliminazzjoni tar-restrizzjoni kompetittiva eżerċitata mill-Partijiet qabel it-Tranżazzjoni, speċjalment fl-impronta tal-kejbil ta’ Unitymedia, u billi toħloq attur b’sehem ta’ abbonati ta’ aktar minn 30 % (li jaqbeż 40 % fl-impronta ta’ Untymedia u saħansitra ogħla f’ċerti stati u distretti federali).

(26)

B’mod partikolari, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni sabet li n-negozju tad-DSL ta’ Vodafone fil-footprint tal-Unitymedia, li jiddependi fuq l-aċċess bl-ingrossa għan-netwerk ta’ Deutsche Telekom, ikkostitwixxa restrizzjoni kompetittiva importanti. Dan huwa bbażat fuq l-osservazzjoni li Vodafone kienet kapaċi tikkompeti fuq l-istess livell ma’ Untymedia u biex topera b’mod aktar kompetittiv ma’ fornituri oħra li joperaw fuq il-bażi ta’ aċċess bl-ingrossa, minħabba l-karatteristiċi uniċi tagħha (b’mod partikolari, l-aċċess għal infrastruttura tan-netwerk li tippermetti aktar flessibbiltà vis-à-vis Deutsche Telekom u b’hekk aktar spejjeż baxxi).

(27)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni sabet ukoll li t-tnaqqis tal-pressjoni kompetittiva li tirriżulta mit-Tranżazzjoni x’aktarx ma jiġix ibbilanċjat minn restrizzjonijiet kompetittivi oħra li jifdal fis-swieq. Tabilħaqq, il-bqija tal-parteċipanti fis-suq x’aktarx li ma jkollhomx il-kapaċità (Telefónica u oħrajn li jfittxu aċċess bl-ingrossa għan-netwerk ta’ Deutsche Telekom, bl-eċċezzjoni ta’ United Internet) jew l-inċentivi (Deutsche Telekom u Internet United) biex jikkompetu b’mod aggressiv kontra l-entità fuża (6).

(28)

Fuq din il-bażi, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni qieset li l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kompetittivi eżerċitati mill-Partijiet qabel it-Tranżazzjoni, kemm fuq xulxin kif ukoll fuq kompetituri oħra, x’aktarx li ddgħajjef b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni u twassal għal żidiet fil-prezzijiet, b’mod partikolari fl-impronta ta’ Unitymedia, fejn il-Partijiet jikkompetu mill-qrib ma’ xulxin.

(29)

Fir-rigward tat-talbiet għal effiċjenza ppreżentati mill-Partijiet (inkluż l-iffrankar tal-ispejjeż varjabbli li jirriżultaw mill-migrazzjoni ta’ klijenti tad-DSL ta’ Vodafone min-netwerk tad-Deutsche Telekom għal Unitymedia), id-Deċiżjoni kkonkludiet li dawn ma jissodisfawx it-tliet kriterji kumulattivi tal-verifikabbiltà, l-ispeċifiċità tal-fużjonijiet u l-benefiċċju għall-konsumaturi stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-Għaqdiet Orizzontali.

VII.1.3.   Effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi tat-TV u tat-trażmissjoni tas-sinjali tat-TV fil-Ġermanja

(30)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta’ effetti mhux koordinati orizzontali antikompetittivi (i) fis-swieq għall-provvista bl-imnut tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lil MDU u klijenti SDU fil-Ġermanja jew fis-swieq reġjonali potenzjali li jikkorrispondu mal-impronta tal-kejbil tal-Partijiet, u (ii) fis-suq nazzjonali għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-televiżjoni (flimkien, “swieq relatati mat-TV”).

(31)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni x’aktarx ma timpedixxix b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva ta’ xi suq relatat mat-TV fil-Ġermanja bħala riżultat ta’ effetti mhux koordinati orizzontali. Dan huwa b’mod partikolari minnu minħabba l-fatt li ma hemm l-ebda bidla speċifika għall-fużjoni peress li l-Partijiet huma attivi prinċipalment fi ħdan l-impronti tal-kejbil rispettivi tagħhom. L-ebda evidenza fil-fajl tal-Kummissjoni ma ssuġġeriet li hemm telf ta’ kompetizzjoni diretta, indiretta jew potenzjali bħala riżultat tat-Tranżazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni mhux ser twassal għal dgħufija tal-kompetituri tal-Partijiet.

(32)

Speċifikament fir-rigward ta’ kompetizzjoni potenzjali bejn il-Partijiet, il-Kummissjoni sabet li la Vodafone u lanqas Unitymedia ma bnew fuq in-netwerk bil-kejbil tal-Parti l-oħra fil-passat. Għalhekk, kwalunkwe sejba ta’ kompetizzjoni potenzjali jkollha tistabbilixxi b’mod ċar għaliex il-Kummissjoni qieset li l-Partijiet x’aktarx mhux se jsegwu l-imġiba preċedenti tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni ma identifikatx korp koerenti ta’ evidenza li tissuġġerixxi li l-espansjoni ta’ waħda mill-Partijiet fl-impronta tal-Parti l-oħra tkun x’aktarx jew raġonevolment prevedibbli fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni.

(33)

Fl-impronta ta’ Unitymedia, hemm trikkib żgħir li jirriżulta minn prodotti IPTV u OTT TV ta’ Vodafone. Madankollu, fid-dawl tal-pożizzjoni limitata fis-suq ta’ dawn il-prodotti, ma hemm l-ebda telf sinifikanti ta’ kompetizzjoni diretta attwali bejn il-Partijiet.

VII.1.4.   Effetti orizzontali mhux koordinati fis-suq tat-trażmissjoni bl-ingrossa tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja

(34)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li, wara t-Tranżazzjoni, is-setgħa tas-suq tal-Partijiet fil-provvista bl-ingrossa tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV fil-Ġermanja kienet se tiżdied. Hija tikkonkludi li (i) f’suq possibbli limitat għall-provvista bl-ingrossa ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV permezz tal-kejbil, is-sehem tas-suq kombinat tal-Partijiet huwa aktar minn 70 % kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fl-impronta tal-entità fuża (f’termini ta’ unitajiet domestiċi konnessi), u (ii) hemm elementi li jissuġġerixxu li fornituri ikbar tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV għandhom il-kapaċità u l-inċentivi biex jinnegozjaw kundizzjonijiet aħjar minn kompetituri iżgħar.

(35)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni identifikat l-effetti possibbli ta’ ħsara li ġejjin li jirriżultaw minn tali saħħa miżjuda fis-suq: l-ewwel nett, il-possibbiltà li l-entità fuża timponi kundizzjonijiet mhux raġonevoli fuq ix-xandara tat-televiżjoni; it-tieni, il-possibbiltà li l-entità fuża tkun ta’ xkiel għall-kapaċità tax-xandara li jipprovdu servizzi addizzjonali u innovattivi (bħal, Over-The-Top jew OTT, HbbTV).

VII.1.5.   Effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq bl-imnut għal Pakketti ta’ Multiple Play fil-Ġermanja

(36)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat l-effetti tat-Tranżazzjoni fis-swieq tal-pakketti ipotetiċi li huma l-aktar prevalenti fil-Ġermanja. Apparti l-pakketti dual play ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet u telefonija fissa, dawn is-swieq huma pakketti trippli ta’ servizzi tat-telefonija fissa, Internet u TV; il-pakketti trippli ta’ servizzi tat-telefonija fissa, tal-Internet u mowbajl; u pakketti kwadruppati ta’ telefonija fissa, Internet, TV u servizzi tal-mowbajl.

(37)

Id-Deċiżjoni kkonkludiet li s-sejbiet fir-rigward tal-effetti orizzontali mhux ikkoordinati tat-Tranżazzjoni fil-forniment bl-imnut tas-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja japplikaw bl-istess mod għall-forniment bl-imnut ta’ pakketti dual-play ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet u t-telefonija fissa, minħabba s-sovrapożizzjoni qawwija bejn iż-żewġ swieq.

(38)

Fir-rigward ta’ tipi oħra ta’ pakketti, il-Kummissjoni sabet li ma kienx probabbli li t-Tranżazzjoni twassal għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva b’mod partikolari minħabba l-ishma limitati kombinati tas-suq tal-Partijiet u l-inkrement (pakketti trippli ta’ telefonija fissa, Internet u servizzi mobbli u pakketti kwadruppati) u/jew minħabba s-sovrapożizzjoni negliġibbli tal-attivitajiet tal-Partijiet fil-forniment tas-servizzi tat-televiżjoni

VII.1.6.   Esklużjoni mis suq tal-fornituri bl-imnut ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lill-klijenti MDU fil-Ġermanja;

(39)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta’ effetti mhux koordinati orizzontali antikompetittivi fis-suq għall-provvista bl-imnut tat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV lil klijenti tal-MDU fil-Ġermanja kif ukoll fis-swieq reġjonali potenzjali li jikkorrispondu mal-impronta tal-kejbil tal-Partijiet. Il-Kummissjoni sabet li ma hemm l-ebda effett ta’ fużjoni speċifiku fir-rigward tal-kapaċità jew l-inċentiv tal-Partijiet li jeskludu kompetituri tal-bejgħ bl-imnut downstream permezz tas-suq għat-twassil ta’ sinjal tat-televiżjoni intermedjarju. It-tranżazzjoni ma toħloq ebda rabtiet ġodda bejn il-livelli differenti tal-katina tal-provvista li ma jkunux jeżistu fin-nuqqas tat-Tranżazzjoni. Dan għaliex kemm Vodafone kif ukoll Unitymedia diġà huma attivi kemm upstream (fi swieq ġeografiċi separati) fil-forniment ta’ sinjal tal-Livell 3 lill-fornituri tal-Livell 4, kif ukoll downstream fil-forniment ta’ trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni bl-imnut lil klijenti tal-MDU. Fejn jeżistu dawn ir-rabtiet vertikali, it-Tranżazzjoni ma twassalx għal bidla fl-istruttura tas-suq fil-livelli upstream jew downstream u għalhekk ma tirriżultax f’żieda fis-saħħa tas-suq.

(40)

F’dan il-kuntest, b’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti vertikali mhux koordinati għad-detriment ta’ Tele Columbus, li jirriżultaw mit-traspożizzjoni possibbli tal-politika kummerċjali ta’ Vodafone fl-impronta ta’ Unitymedia. Anki kieku l-entità fuża kellha l-kapaċità u l-inċentiv speċifiku għall-konċentrazzjoni biex teskludi lil Tele Columbus fl-impronta ta’ Unitymedia, ma jkun hemm l-ebda impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni effettiva minħabba l-attivitajiet limitati ta’ Tele Columbus fuq il-footprint ta’ Unitymedia u n-nuqqas ta’ espansjoni tal-infrastruttura tagħha.

VII.1.7.   Esklużjoni tal-fornituri tal-bejgħ bl-imnut mis-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fil-Ġermanja

(41)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta’ effetti vertikali mhux koordinati antikompetittivi fis-suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u pakketti FMC. Il-Kummissjoni sabet li l-entità fuża ma kienx se jkollha l-kapaċità speċifika għall-fużjoni jew l-inċentiv biex teskludi fornituri kompetituri ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fid-dawl tan-nuqqas ta’ Unitymedia mill-pożizzjoni upstream tas-suq u l-pożizzjoni marġinali fis-suq downstream.

(42)

Anki li kieku l-entità fuża kellha l-kapaċità speċifika għall-fużjoni jew l-inċentiv, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx ser ikun hemm impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni effettiva. L-akbar non-MNOs attivi fil-Ġermanja huma protetti hekk kif huma ospitati minn MNOs multipli. Barra minn hekk, in-non-MNOs se jkomplu jibbenefikaw mill-obbligi stabbiliti mill-BNetzA kif ukoll l-impenji aċċettati mill-Kummissjoni fil-Każ M.7018 — Telefónica Deutschland/E-Plus. Fl-aħħar nett, fi kwalunkwe każ, in-non-MNOs ġeneralment ma jeżerċitawx l-istess grad ta’ pressjoni kompetittiva bħall-MNOs, prinċipalment minħabba d-dipendenza tagħhom fuq il-kundizzjonijiet bl-ingrossa. Għalhekk, dawn ma jistgħux jillimitaw b’mod effettiv l-imġiba kompetittiva tal-MNOs fis-suq bl-imnut.

(43)

F’dan il-kuntest, b’mod partikolari, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-Tranżazzjoni ma twassalx għal impediment sinifikanti ta’ kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ effetti vertikali mhux koordinati għad-detriment tal-atturi FMC, li jirriżultaw minn inċentiv ikbar lill-kompetituri esklużi b’infastruttura tan-netwerk fissa (pereżempju operatur fl-ibliet). Il-Kummissjoni kkunsidrat li tali parteċipanti għandhom pożizzjoni negliġibbli fir-rigward tas-servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli u jkunu jistgħu jikkompetu b’mod effettiv fir-rigward ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni fissa anke jekk l-entità fuża kellha żżomm aċċess bl-ingrossa u servizzi ta’ oriġini fuq netwerks mobbli fir-rigward ta’ tali parteċipanti.

VII.1.8.   Effetti ta’ konglomerat fil-Ġermanja

(44)

Matul il-proċedimenti ta’ reviżjoni ta’ fużjoni, il-Kummissjoni rċeviet ilmenti li permezz tagħhom, wara t-Tranżazzjoni, l-entità fuża, permezz tal-offerta ta’ pakketti multiple play inklużi s-servizzi tat-televiżjoni, ikollha l-kapaċità u l-inċentiv li teskludi operaturi kompetituri f’servizzi oħra ta’ telekomunikazzjoni.

(45)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-effett ta’ konglomerat li jirriżulta mit-Tranżazzjoni x’aktarx ma jfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Dan huwa b’mod partikolari minħabba li l-offerti ta’ multiple play għadhom fi stadju bikri fil-Ġermanja u l-użu ta’ dawn l-offerti mhux se jikber b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, it-Tranżazzjoni x’aktarx li jkollha biss effett ta’ aċċelerazzjoni minimu f’dan ir-rigward. Tabilħaqq, iż-żewġ Partijiet diġà jbigħu pakketti u t-Tranżazzjoni mhijiex se tibdel b’mod sostanzjali l-abbiltà tagħhom li jbigħu pakketti, u lanqas il-kapaċità tagħhom u l-inċentivi li jeskludu l-kompetituri.

VII.2.   Iċ-Ċekja

VII.2.1.   Introduzzjoni

(46)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-attivitajiet tal-Partijiet fiċ-Ċekja huma fil-biċċa l-kbira komplementari. Il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni ma tagħtix lok għal swieq affettwati b’mod orizzontali, minħabba jew li s-sehem mis-suq ikkombinat tal-Partijiet huwa inqas minn 20 %, inkella minħabba li n-netwerks tal-Partijiet ma jikkoinċidux teknikament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset, iżda eventwalment ċaħdet, il-possibbiltà li Vodafone tista’ titqies bħala parteċipant fis-swieq bl-imnut għas-servizzi tat-televiżjoni jew għal pakketti ta’ multiple play li jinkludu servizzi fissi tat-telekomunikazzjoni u tat-televiżjoni.

(47)

Fir-rigward ta’ relazzjonijiet vertikali, it-Tranżazzjoni tagħti lok għal tliet relazzjonijiet vertikali affettwati teknikament (li jinvolvu, upstream, il-forniment bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ terminazzjoni ta’ telefonati fuq netwerks mobbli u fuq netwerks fissi, u downstream, is-swieq bl-imnut għall-provvista ta’ servizzi tat-telefonija fissa, u servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli). Il-Kummissjoni sabet li dawk ir-relazzjonijiet vertikali ma jagħtux lok għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva, minħabba nuqqas ta’ saħħa tas-suq kemm upstream kif ukoll downstream.

(48)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rċeviet għadd ta’ lmenti dwar l-effetti possibbli ta’ konglomerat tat-Tranżazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward huma mqassra fit-taqsima li ġejja.

VII.2.2.   Effetti ta’ konglomerat

(49)

Diversi rispondenti għall-investigazzjoni tas-suq qajmu l-possibbiltà li, wara t-Tranżazzjoni, l-entità fuża tkun tista’ tiġbor is-servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet b’veloċità għolja tal-UPC (bis-servizzi tat-televiżjoni bi ħlas tal-UPC jew mingħajrhom) mas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli ta’ Vodafone, li tirriżulta fl-esklużjoni ta’ fornituri indipendenti ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fissi jew mobbli. Dan ikun possibbli minħabba li n-netwerk tal-kejbil ta’ UPC jista’ jipprovdi veloċitajiet li allegatament huma ogħla minn dawk tal-kompetituri tiegħu, u b’hekk jikkonferixxi pożizzjoni dominanti tal-UPC fis-suq.

(50)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li l-entità fuża ma kienx se jkollha la l-kapaċità u lanqas l-inċentiva li tinvolvi ruħha fi strateġija ta’ esklużjoni bħal din. Fir-rigward tal-kapaċità, il-Kummissjoni sabet li UPC ma għandhiex setgħa fis-suq f’servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet fiċ-Ċekja. Fir-rigward tal-inċentivi, il-Kummissjoni sabet li t-telf fuq żmien qasir tal-entità fuża x’aktarx li mhux se jiġi kkumpensat minn profitti fit-tul, u b’hekk il-predazzjoni ma tkunx profittabbli. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni sabet li kwalunkwe strateġija ta’ esklużjoni ipotetika ma jkollha l-ebda effett sinifikanti fuq is-suq, minħabba li n-netwerk tal-UPC ikopri biss porzjon relattivament żgħir tal-unitajiet domestiċi Ċeki.

(51)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ċaħdet ukoll it-tħassib possibbli li l-entità fuża tista’ tisfrutta l-pożizzjoni tagħha fis-suq bl-imnut għas-servizzi tat-televiżjoni (jew pakketti ta’ multiple play li jinkludu t-televiżjoni, l-aċċess fiss għall-Internet) fis-suq tal-konsumaturi għas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet mobbli. Dan huwa minħabba l-fatt li l-entità fuża ma għandhiex saħħa fis-suq bl-imnut għas-servizzi tat-televiżjoni, u minħabba li pakketti ta’ multiple play li jinkludu servizzi tat-TV u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli mhumiex popolari fiċ-Ċekja.

VII.3.   L-Ungerija

(52)

Fl-Ungerija, is-suq għall-provvista bl-imnut tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni biss huwa affettwat orizzontalment bħala riżultat tat-Tranżazzjoni. Parteċipant wieħed fl-investigazzjoni tas-suq sostna li t-Tranżazzjoni se twassal għal effetti antikompetittivi fis-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Ungerija, bħala riżultat tat-tneħħija tal-UPC bħala MVNO waħdu. Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni se ġġib biss żieda negliġibbli fis-sehem tas-suq ta’ Vodafone. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu għall-investigazzjoni tas-suq ikkunsidraw li UPC ma teżerċitax pressjoni kompetittiva sinifikanti fuq Vodafone. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li matul l-investigazzjoni tagħha tat-Tranżazzjoni, Digi/Invitel daħlet fis-suq bl-imnut għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Ungerija bħala MNO. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba effetti mhux koordinati orizzontali fir-rigward tas-suq tal-konsumaturi għal servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli fl-Ungerija.

(53)

It-tranżazzjoni tagħti wkoll lok għal għadd ta’ swieq affettwati vertikalment, li għalihom il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva. B’mod partikolari, rispondent fl-investigazzjoni tas-suq ilmenta li l-entità fuża tista’ teskludih mis-suq għall-provvista bl-imnut ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli, billi żżomm il-forniment tagħha ta’ linji mikrija. Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-entità fuża mhux se jkollha l-kapaċità jew l-inċentiv li teskludi lill-ilmentatur, jew kwalunkwe fornitur ieħor ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni mobbli. Dan huwa minħabba li fornituri oħra ta’ linji mikrija (jew backhaul mobbli) huma attivi f’dan is-suq, u għalhekk UPC m’għandha l-ebda saħħa fis-suq.

(54)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-impatt probabbli tat-Tranżazzjoni fuq il-kapaċità u l-inċentiv tal-entità fuża biex teskludi fornituri indipendenti ta’ telekomunikazzjoni mobbli, telefonija fissa, aċċess għall-Internet, jew servizzi tat-TV, billi tgħaqqad l-offerti tat-telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli tagħha bħala riżultat ta’ effetti ta’ konglomerat. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti ta’ konglomerat fl-Ungerija, l-aktar minħabba li l-ebda waħda mill-Partijiet ma għandha setgħa fis-suq fi kwalunkwe suq li fih hija attiva.

VII.4.   Ir-Rumanija

(55)

Fir-Rumanija, ma hemmx swieq affettwati b’mod orizzontali. It-tranżazzjoni tagħti lok għal għadd ta’ swieq affettwati vertikalment, li għalihom il-Kummissjoni qieset li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva bħala riżultat ta’ xi effetti mhux koordinati.

(56)

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-impatt probabbli tat-Tranżazzjoni fuq il-kapaċità u l-inċentiv tal-entità fuża biex teskludi fornituri indipendenti ta’ telekomunikazzjoni mobbli, telefonija fissa, aċċess għall-Internet, jew servizzi tat-TV, billi tgħaqqad l-offerti tat-telekomunikazzjonijiet fissi u mobbli tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva minħabba l-effetti ta’ konglomerat fir-Rumanija, l-aktar minħabba li l-ebda waħda mill-Partijiet ma għandha setgħa tas-suq fi kwalunkwe suq li fih hija attiva.

VII.5.   Swieq Internazzjonali

(57)

Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt potenzjali li t-Tranżazzjoni jista’ jkollha fuq is-swieq tat-telekomunikazzjoni li l-ambitu ġeografiku tagħhom huwa usa’ minn dak nazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni sabet li t-Tranżazzjoni ma kinitx tagħti lok għal tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fir-rigward ta’ (i) il-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ operaturi internazzjonali u (ii) il-provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ konnettività tal-Internet, fejn Vodafone biss hija attiva. Fil-fatt, fiż-żewġ swieq is-sehem tas-suq ta’ Vodafone huwa limitat, u kompetituri oħra se jibqgħu attivi wara t-Tranżazzjoni.

VIII.   Impenji

(58)

Biex ikunu aċċettabbli, l-impenji proposti jridu jkunu kapaċi li jagħmlu konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern billi jipprevjenu tfixkil sinifikanti għall-kompetizzjoni effettiva fis-swieq rilevanti kollha fejn ġie identifikat tħassib dwar il-kompetizzjoni. Fil-każ ivvalutat fid-Deċiżjoni, l-impenji kellhom bżonn jeliminaw it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat mill-Kummissjoni fir-rigward ta’: (i) effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja, (ii) effetti mhux koordinati orizzontali fil-forniment bl-imnut ta’ pakketti 2P inklużi servizzi ta’ telefonija fissa u servizz tal-aċċess fiss għall-Internet fil-Ġermanja u (iii) effetti mhux koordinati orizzontali fis-suq għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV bl-ingrossa fil-Ġermanja.

VIII.1.   Deskrizzjoni tal-Impenji Finali

(59)

L-Impenji Finali jinkludu erba’ elementi:

(a)

Aċċess għal Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa: impenn preventiv biex Fornitur Ġdid tal-Kejbil jiġi provdut b’aċċess għan-netwerk tal-kejbil tal-entità fuża sabiex il-Fornitur Ġdid tal-Kejbil ikun jista’ joffri servizzi ta’ aċċess fiss għall-Internet (u, jekk ikun jixtieq, servizzi ta’ telefonija fissa) u servizzi OTT tat-televiżjoni tiegħu stess jew ta’ partijiet terzi;

(b)

L-Impenn OTT: impenn li ma jkunx hemm restrizzjonijiet b’mod kuntrattwali, direttament jew indirettament, tal-possibbiltà għax-xandara li jinġarru fuq il-pjattaforma televiżiva tal-entità fuża biex jiddistribwixxu l-kontenut tagħhom permezz ta’ servizz OTT; u impenn biex tinżamm kapaċità ta’ interkonnessjoni diretta suffiċjenti bejn in-netwerk tal-Internet tagħha li jkopri l-Ġermanja u fornituri terzi ta’ servizzi ta’ interkonnettività (transitu) tal-Internet.

(c)

Impenn ta’ Tariffa Feed-in: impenn li ma jiżdidux it-tariffi ta’ feed-in imħallsa mix-xandara ta’ FTA.

(d)

Impenn ta’ HbbTV impenn biex ikompli jinġarr sinjal ta’ HbbTV tax-xandara ta’ FTA.

(60)

Vodafone u Telefónica daħlu fi ftehim definittiv għall-Aċċess tal-Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa fis-17 ta’ April 2019. Sussegwentement, ġiet iffirmata emenda għall-ftehim.

VIII.1.1.   Aċċess għal Broadband bil-Kejbil bl-ingrossa:

(61)

Vodafone se tagħti lil Fornitur Ġdid tal-Kejbil wieħed (Telefónica) aċċess bl-ingrossa għan-netwerks tal-kejbil ikkombinati ta’ Vodafone u Unitymedia. L-aċċess tekniku għan-netwerk tal-entità fuża jseħħ fil-punti ta’ trasferiment tan-numru (jew interkonnessjoni).

(62)

Fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ aċċess għall-Internet, il-Fornitur Ġdid tal-Kejbil se jkun jista’ jagħżel bejn tliet profili ta’ veloċità differenti, 50/4 (il-veloċità tad-download/upload f’Mbps), 100/6, u 300/25, bil-possibbiltà li wara xi żmien tiżdied il-veloċità tad-download għal 500 Mbps (sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet). L-Aċċess għall-Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa jippermetti wkoll il-forniment ta’ telefonija fissa u OTT TV. L-impenji Finali għandhom tul ta’ żmien minimu, bil-possibbiltà ta’ estensjoni.

(63)

L-istruttura tal-ipprezzar tal-Aċċess tal-Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa ssegwi mill-qrib il-kundizzjonijiet finanzjarji għall-aċċess bl-ingrossa regolat għan-netwerk xDSL ta’ Deutsche Telekom (l-hekk imsejjaħ “Kontingentmodelll”): skont din l-istruttura tal-ipprezzar tar-riskju, il-Fornitur Ġdid bil-Kejbil (jew dak li qed ifittex l-aċċess, fil-kuntest tal-offerta regolata ta’ Deutsche Telekom) jagħmel impenn ta’ ħlas bil-quddiem u impenn ta’ volum, bi ħlas ta’ spejjeż ta’ kull xahar għal aċċess kontinwu li huwa aktar baxx mill-kard tar-rata standard ta’ Deutsche Telekom.

VIII.1.2.   L-Impenn OTT

(64)

Skont l-Impenn OTT, Vodafone tkun timpenja ruħha li ma tirrestrinġix id-distribuzzjoni OTT ta’ kontenut minn xandara ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni lineari u li żżomm livell minimu ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni fin-netwerk IP ta’ Vodafone fil-Ġermanja. B’mod partikolari, Vodafone timpenja ruħha:

(a)

li ma tidħol fl-ebda ftehim ma’ xandar li jirrestrinġi direttament jew indirettament il-kapaċità tax-xandar li joffri servizzi tat-televiżjoni OTT lil partijiet terzi u/jew lill-utenti finali. Sa fejn dawn ir-restrizzjonijiet jeżistu fil-kuntratti attwali tagħhom max-xandara fil-Ġermanja, dawn mhux se jiġu infurzati jew imġedda;

(b)

biex tiġi pprovduta kapaċità suffiċjenti ta’ interkonnessjoni biex il-klijenti tal-broadband ikunu jistgħu jaċċessaw kwalunkwe servizz OTT TV fil-Ġermanja. Biex tiġi żgurata t-trasparenza fir-rigward tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni u tat-traffiku, Vodafone se tippubblika l-informazzjoni rilevanti kull xahar;

(c)

biex jinħatar fiduċjarju ta’ monitoraġġ, li għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni, biex jiġu riveduti ftehimiet ġodda u eżistenti max-xandara kif ukoll biex jiġi vverifikat li tingħata biżżejjed kapaċità ta’ interkonnessjoni.

(65)

L-Impenn OTT japplika għal perjodu ta’ tmien snin.

(66)

L-Aċċess tal-Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa u l-Impenn OTT jippermettu lill-Fornitur Ġdid tal-Kejbil li joffri broadband b’veloċità għolja li fuqu jistgħu jiġu distribwiti servizzi tat-TV OTT proprji jew ta’ partijiet terzi, permezz tal-impronta tal-kejbil ta’ Unitymedia u Vodafone.

VIII.1.3.   Impenn ta’ Tariffa Feed-in

(67)

Skont l-Impenn ta’ Tariffa Feed-in, Vodafone tfittex li tiżgura li ma jkollhiex il-kapaċità li żżid it-tariffi ta’ feed-in imħallsa mix-xandara. Għal dan il-għan, Vodafone għandha tibgħat mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni offerta irrevokabbli (annessa mal-Impenji Finali) lix-xandara kollha ta’ FTA li tistabbilixxi l-obbligi li ġejjin ta’ Vodafone:

(a)

Vodafone u Unitymedia mhux se jżidu t-tariffi għal kull unità domestika;

(b)

Vodafone u/jew Unitymedia jistgħu, bil-kunsens tax-xandar, jemendaw l-istruttura jew aspetti oħra tat-tariffi tal-feed-in, eż. għall-finijiet tal-integrazzjoni tan-netwerk. Skont kwalunkwe kuntratt ta’ feed-in emendat, it-tariffi ta’ feed-in mhux se jaqbżu s-somma tat-tariffi feed-in dovuti taħt kull waħda mill-kards tar-rata attwali tat-tariffi feed-in ta’ Vodafone u Unitymedia (annessi mal-impenn). Dan l-obbligu japplika wkoll jekk il-kuntratt “feed-in” ikun intemm u Vodafone u/jew Unitymedia jidħlu fi ftehim ta’ feed-in ġdid jew jiftiehmu dwar il-feed-in ta’ programmi tat-TV addizzjonali.

(c)

Fejn l-entità fuża tidħol fi ftehim ta’ feed-in ma’ xandar ta’ FTA li attwalment ma għandux ftehim feed-in ma’ waħda mill-Partijiet, it-tariffi ta’ feed-in inklużi f’dak il-ftehim feed-in m’għandhomx jaqbżu r-rati stabbiliti fil-kards tar-rati standard ta’ Vodafone u Unitymedia għal kanali FTA.

(68)

Id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha tal-ftehimiet feed-in jibqgħu ma jiġux affettwati mill-Impenn ta’ Tariffa ta’ Feed-in.

VIII.1.4.   Impenn ta’ HbbTV

(69)

Skont l-Impenn HbbTV, Vodafone tfittex li tiżgura li ma jkollha l-ebda kapaċità li tirrifjuta li tkompli ġġorr is-sinjal HbbTV tax-xandara ta’ FTA fuq in-Netwerk tagħha bil-Kejbil. Għal dan il-għan, Vodafone għandha tibgħat mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni offerta irrevokabbli (annessa mal-Impenji Finali) lix-xandara kollha ta’ FTA li tistabbilixxi l-obbligi li ġejjin ta’ Vodafone:

(70)

Vodafone u Unitymedia se jkomplu jittrażmettu sinjali tat-televiżjoni broadband tax-xandir (“HbbTV”) li jxandru b’mod ibridu (“HbbTV”) flimkien ma’ kwalunkwe programm tat-TV li tipproduċi Vodafone f’format DVB-C.

(71)

Vodafone u/jew Unitymedia jistgħu, bil-kunsens tax-xandar, jemendaw kwalunkwe obbligu li jittrażmettu sinjali ta’ HbbTV. Skont kwalunkwe kuntratt ta’ feed-in emendat li jipprovdi għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-televiżjoni fl-istandard DVB-C, Vodafone u Unitymedia se jittrażmettu s-sinjali HbbTV tax-xandar fin-netwerks tal-kejbil mill-inqas taħt it-termini tekniċi minimi li ġejjin u mingħajr ħlas ta’ tariffa għal tali trażmissjoni: Is-sinjal HbbTV jikkonsisti mill-AIT (tabelli tal-applikazzjoni tal-informazzjoni) u avvenimenti ta’ streaming (fl-istandard tat-trażmissjoni DSM-CC), li se jiġi inkluż fis-sinjal HbbTV. Is-sinjal HbbTV jista’ jkollu rata ta’ data massima ta’ 15-il Kbit/s għal kull programm tat-TV (SD jew HD). L-obbligu japplika wkoll għal kwalunkwe ftehim biex jiġi trażmess sinjal HbbTV flimkien ma’ programmi televiżivi fl-istandard DVB-C li bħalissa mhuwiex kopert minn ftehim biex jiġi trażmess HbbTV jew mal-iskadenza ta’ tali ftehim u/jew kuntratt ta’ feed-in.

(72)

L-obbligu li jiġu trażmessi sinjali HbbTV fin-netwerk tal-kejbil ma jinkludi l-ebda obbligu ta’ Vodafone jew Unitymedia b’rabta mal-funzjonalità tat-tagħmir tagħhom fl-istabbilimenti tal-klijenti jew ta’ kwalunkwe parti terza, b’mod partikolari, l-ebda obbligu ta’ disinn jew tibdil fit-tagħmir tal-bini tal-klijenti b’tali mod li jirreaġixxu għas-sinjali HbbTV.

(73)

F’termini ta’ tul ta’ żmien, l-Impenn ta’ Tariffa Feed-In ta’ HbbTV huma offruti għal perjodu ta’ tmien snin mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

VIII.2.   Valutazzjoni tal-Impenji Finali

(74)

Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Impenji Finali jindirizzaw il-kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni mqajma mit-Tranżazzjoni fl-intier tagħhom. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li l-Impenji Finali jistgħu jiġu implimentati b’mod effettiv fi żmien qasir.

(75)

Il-Kummissjoni nnutat li l-Impenn ta’ Aċċess għal Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa joħloq kompetitur bl-imnut nazzjonali msaħħaħ b’mod sinifikanti fil-forniment ta’ aċċess għall-Internet fiss u ta’ servizzi ta’ telefonija fissa fil-Ġermanja. Billi jiġi aċċellerat l-użu ta’ konnessjonijiet tal-Internet b’veloċità għolja, ikun ta’ benefiċċju wkoll għad-distribuzzjoni ta’ servizzi OTT tat-TV minn fornituri bħal xandara, pjattaformi OTT ta’ partijiet terzi jew il-pjattaformi OTT tal-Fornituri Ġodda bil-Kejbil stess. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni, għalhekk, ikkunsidrat li l-ambitu tal-Impenn b’Aċċess għall-Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa huwa komprensiv biżżejjed biex jelimina t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fil-forniment bl-imnut ta’ servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet (u pakketti 2P) fil-Ġermanja u jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta’ tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-suq għat-trażmissjoni tas-sinjal tat-TV bl-ingrossa fil-Ġermanja.

(76)

Permezz tal-Impenn OTT, Vodafone timpenja ruħha li ttemm kwalunkwe ftehim bejn il-Partijiet u x-xandara tat-televiżjoni li jirrestrinġi l-kapaċità tax-xandara televiżivi li joffru l-kanali u l-kontenut tagħhom permezz ta’ servizz OTT fil-Ġermanja. Vodafone timpenja ruħha wkoll li l-Partijiet ma jidħlux f’tali ftehimiet fil-futur. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni, għalhekk, ikkunsidrat li l-ambitu tal-Impenn OTT huwa komprensiv biżżejjed peress li (i) jindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni b’rabta mal-kapaċità tal-entità fuża li tfixkel il-forniment ta’ servizzi OTT minn xandara tat-televiżjoni, u (ii) jimmitiga ż-żieda fis-setgħa fis-suq tal-entità fuża vis-à-vis ix-xandara televiżivi bi ħlas, b’tali mod li l-wisa’ u l-kwalità tal-offerta tat-TV ma titnaqqasx b’mod sinifikanti għad-detriment tal-klijenti mhux professjonali.

(77)

Bis-saħħa tal-Impenn ta’ Tariffa Feed-in, Vodafone timpenja ruħha li ma żżidx it-tariffi feed-in imħallsa mix-xandara tal-FTAs għat-trażmissjoni ta’ stazzjonijiet tat-televiżjoni lineari permezz tan-netwerk tal-kejbil ta’ Vodafone fil-Ġermanja għat-tmien snin li ġejjin. Il-Kummissjoni qieset li l-Impenn ta’ Tariffa Feed-in jidher li jista’ jindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni b’rabta mal-kapaċità tal-entità fuża li tnaqqas il-wisa’ u l-kwalità tal-offerta tat-TV lill-klijenti bl-imnut, permezz tal-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet mhux raġonevoli fuq ix-xandara tat-televiżjoni FTA.

(78)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-Impenn HbbTV se jippermetti t-trażmissjoni kontinwa tas-sinjal tat-televiżjoni broadband tax-xandir ibridu permezz tan-netwerk tal-kejbil tal-entità fuża fil-Ġermanja. Il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li l-impenn tal-HbbTV huwa adegwat biex jelimina t-tħassib li l-entità fuża tista’ xxekkel il-kapaċità tax-xandara li jipprovdu servizzi addizzjonali u innovattivi permezz ta’ sinjal HbbTV.

VIII.3.   Valutazzjoni ta’ Telefónica bħala Fornitur Ġdid tal-Kejbil

(79)

Il-Kummissjoni qieset li Telefónica tikkonforma mar-rekwiżiti standard ta’ xerrej dettaljati fl-Avviż ta’ Rimedju f’termini ta’ indipendenza, riżorsi finanzjarji u n-nuqqas ta’ tħassib prima facie dwar il-kompetizzjoni.

(80)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li, abbażi tal-Impenn dwar l-Aċċess tal-Broadband tal-Kejbil bl-Ingrossa, Telefónica se jkollha l-kapaċità u l-inċentiv li topera bħala forza kompetittiva vijabbli u attiva fil-kompetizzjoni mal-entità fuża u kompetituri oħra fis-swieq għall-provvista mill-ġdid tas-servizz tal-aċċess fiss għall-Internet, pakketti 2P inklużi servizzi tal-aċċess fiss għall-Internet u servizzi tat-telefonija fissa u s-servizzi tat-televiżjoni bl-imnut.

(81)

Barra minn hekk, fid-dawl tal-pożizzjoni limitata tas-suq attwali ta’ Telefónica, il-Kummissjoni qieset li t-tisħiħ ta’ Telefónica bħala riżultat tal-Impenn ta’ Aċċess għall-Broadband bl-Ingrossa ma jqajjem l-ebda tħassib dwar il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, filwaqt li t-termini kummerċjali taħt l-Impenn ta’ Aċċess għall-Broadband bl-Ingrossa huma aktar attraenti milli taħt l-argument ta’ Kontingentmodell ta’ Deutsche Telekom li qed itejjeb il-każ kummerċjali ta’ Telefónica, iż-żieda fil-kompetittività ta’ Telefónica mhijiex tat-tip li toħloq problemi ta’ kompetizzjoni fiha nnifisha. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li l-Impenn ta’ Aċċess għall-Broadband bil-Kejbil bl-Ingrossa ma jkollux impatt negattiv fuq it-tnedija tal-fibra ta’ partijiet terzi jew li jwassal għal aċċellerazzjoni ta’ konverġenza mobbli b’mod fiss fil-Ġermanja.

(82)

Il-Kummissjoni rrevediet ukoll il-ftehim bejn Vodafone u Telefónica u kkonkludiet li t-termini jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Impenji Finali.

IX.   Konklużjoni u proposta

(83)

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, fid-Deċiżjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, soġġett għall-konformità mal-impenji mogħtija mill-Parti Notifikanti, it-Tranżazzjoni ma tfixkilx b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern jew f’parti sostanzjali minnu. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern, skont l-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  IPTV hija l-abbrevjazzjoni għat-TV bil-Protokoll tal-Internet; hija sistema li permezz tagħha s-servizzi tat-televiżjoni jitwasslu permezz tal-protokoll tal-Internet fuq netwerk packet-switched bħall-Internet, minflok ma jitwasslu permezz ta’ formati tradizzjonali terrestri, ta’ sinjal bis-satellita u tat-televiżjoni bil-kejbil.

(3)  L-impronta tal-kejbil (imsejjaħ ukoll “territorju” tal-kejbil) jirreferi għall-ambitu tan-netwerk tal-kejbil (fis-sens ta’ firxa teknika) u ma jirreferix għall-unitajiet domestiċi kollha fl-Istati Federali fejn jinsabu n-netwerks tal-kejbil tagħhom.

(4)  Jiġifieri: (i) il-livell lokali (limitat għaż-żona fejn jinsab iċ-ċentru ta’ hosting tal-Internet) ta’ servizzi bażiċi ta’ ko-lokazzjoni bħalma huma l-konnettività, l-enerġija, u l-faċilitajiet; (ii) il-provvista nazzjonali ta’ hosting kondiviż u ddedikat li jikkonsisti f’li jospita websajt ta’ klijent fis-servers tal-ospitanti tal-Internet u li jipprovdi l-applikazzjonijiet neċessarji għall-appoġġ; (iii) fil-livell nazzjonali, possibbilment reġjonali transkonfinali, ta’ servizzi ġestiti biex jiġu esternalizzati applikazzjonijiet tal-intrapriżi kumplessi u ta’ appoġġ għall-infrastruttura, inkluż applikazzjonijiet “front-end” u “back-office” ospitati fuq il-pjattaformi tal-fornituri, u (iv) il-provvista nazzjonali ta’ servizzi ta’ konsenja tal-kontenut.

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta’ Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1).

(6)  Fl-investigazzjoni tas-suq, partijiet terzi sostnew li l-migrazzjoni tal-klijenti ta’ Vodafone li bħalissa huma fuq in-netwerk ta’ Deutsche Telekom lejn in-netwerk tal-kejbil tal-entità fuża se tnaqqas l-inċentiv ta’ dawn l-atturi (li essenzjalment jinkludu lil Deutsche Telekom u ċerti operaturi tal-ibliet) biex jinvestu fl-introduzzjoni tal-fibra. Fid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda evidenza fil-fajl tagħha ma tissuġġerixxi li, wara t-Tranżazzjoni, b’mod partikolari, Deutsche Telekom u l-operaturi fl-ibliet, se jibdlu l-veloċità tagħhom ta’ tnedija ta’ fibri minħabba impatt negattiv tat-Tranżazzjoni fuq l-abbiltà u l-inċentivi finanzjarji tagħhom biex iwettqu l-investimenti relatati.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/23


Sejħa għall-proposti 2020 — EAC/A03/2019

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

(2019/C 382/08)

1.   Introduzzjoni u Għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (1), kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali għall-2020 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkopri l-perjodu bejn l-2018 u l-2020. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jinsabu fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

Proġetti ta’ Volontarjat

Sħubiji ta’ Volontarjat (ftehimiet speċifiċi għall-2020 skont l-FPA 2018–2020) (2)

Timijiet ta’ Voluntiera f’oqsma ta’ prijorità għolja

Traineeships u Impjiegi

Proġetti ta’ Solidarjetà

Tikketta tal-Kwalità

3.   Eliġibbiltà

Kwalunkwe korp pubbliku jew privat jista’ japplika għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (3). Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.

Il-korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:

It-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet minn:

pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja;

il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, is-Serbja u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq;

il-Pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

Għall-applikanti Brittaniċi: Jekk jogħġbok kun af li jrid ikun hemm konformità mal-kriterji tal-eliġibbiltà tul id-durata sħiħa tal-għotja. Fil-każ li r-Renju Unit joħroġ mill-UE matul il-perjodu tal-għotja mingħajr ma jiġi konkluż ftehim mal-UE li jiżgura, b’mod partikolari, li l-applikanti Brittaniċi jkomplu jkunu eliġibbli, int ma tibqax tirċievi finanzjament mill-UE (filwaqt li tkompli tipparteċipa, fejn ikun possibbli) jew tiġi mitlub titlaq mill-proġett abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim tal-għotja dwar it-terminazzjoni.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

L-implimentazzjoni ta’ din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fil-baġit għall-2020 wara l-adozzjoni tiegħu mill-awtorità tal-baġit jew, jekk il-baġit ma jiġix adottat, kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 117 650 000 u huwa bbażat fuq il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu, huwa indikattiv, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-programm ta’ ħidma annwali tal-2020 għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:

 

[https://ec.europa.eu/youth/annual-work-programmes_en] fir-rigward tal-baġit għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Proġetti ta’ Volontarjat

fil-5 ta’ Frar 2020.

fit-30 ta’ April 2020.

fl-1 ta’ Ottubru 2020.

Sħubiji ta’ Volontarjat (ftehimiet speċifiċi għall-2020 skont l-FPA 2018–2020)

fit-30 ta’ April 2020.

Timijiet ta’ Voluntiera f’oqsma ta’ prijorità għolja

fis-17 ta’ Settembru2020.

Traineeships u Impjiegi

fil-5 ta’ Frar 2020.

fit-30 ta’ April 2020.

fl-1 ta’ Ottubru 2020.

Proġetti ta’ Solidarjetà

fil-5 ta’ Frar 2020.

fit-30 ta’ April 2020.

fl-1 ta’ Ottubru 2020.

L-applikazzjonijiet għat-Tikketta ta’ Kwalità jistgħu jitressqu fuq bażi kontinwa.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inklużi l-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 fis-sit web li ġej:

 

https://ec.europa.eu/youth/solidarity-corps

Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2020 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  ĠU L 250, 4.10.2018, p. 1.

(2)  Dawk l-organizzazzjonijiet parteċipanti li ffirmaw Ftehim Qafas ta’ Sħubija għall-2018-2020 biss huma eliġibbli biex japplikaw taħt din l-azzjoni.

(3)  Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà applikabbli għall-azzjonijiet individwali koperti minn din is-sejħa.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/09)

1.   

Fl-4 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

DAK Americas Exterior, S.L. (“DAK Americas”, Spanja), fl-aħħar nett ikkontrollata minn Alfa, S.A.B. de C.V. (“Alfa Group”, il-Messiku),

Lotte Chemical UK Limited (“Lotte UK”, ir-Renju Unit),

L-Alfa Group, permezz tas-sussidjarja tiegħu, DAK Americas, jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Lotte UK kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

DAK Americas hija parti mill-Alfa Group, konglomerat industrijali li għandu l-kwartieri ġenerali fil-Messiku, attiva f’firxa ta’ oqsma inklużi l-poliester, il-plastik u l-kimiċi, komponenti tal-aluminju għall-karozzi, ikel iffriżat u l-IT u t-telekomunikazzjonijiet;

Lotte UK hija attiva fil-manifattura tar-reżin tal-polyethylene terephthalate (PET).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9605 — DAK Americas/Lotte Chemical UK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/27


Notifika qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/10)

1.   

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada),

Iridium Concesiones de Infraestructuras, S.A.D (“Iridium”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp Actividades De Construcción Y Servicios, S.A. (Il-grupp ACS, Spanja),

Global Borealis S.L. (“Global Borealis”, Spanja).

Brookfield u Iridium jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Global Borealis kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Brookfield: Tipprovdi mad-dinja kollha servizzi ta’ ġestjoni tal-assi. Iffukata fuq il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura, l-enerġija rinnovabbli u l-ekwità privata,

Iridium: attiva mad-dinja kollha fl-iżvilupp, il-ġestjoni u l-manutenzjoni ta’ konċessjonijiet li jinvolvu t-trasport u x-xogħlijiet pubbliċi, parti mill-grupp tal-kostruzzjoni, ACS, tikkontrolla diġà b’mod konġunt lil Global Borealis,

Global Borealis: azzjonarja u ġestjoni ta’ konċessjonijiet fl-infrastruttura tat-trasport u s-settur tal-isptarijiet fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9573 — Brookfield/Iridium/Global Borealis

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


11.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/28


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9582 — Siemens Gamesa Renewable Energy/Senvion (European onshore wind turbine service)/Ria Blades)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 382/11)

1.   

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Siemens Gamesa Renewable Energy, S.A. (“SGRE”, Spanja), ikkontrollata minn Siemens AG (il-Ġermanja),

In-negozju Ewropew ta’ servicing fuq l-art ta’ Senvion GmbH (“Senvion”, il-Ġermanja) għall-parks eoliċi inklużi l-assi relatati kollha, kif ukoll il-faċilitajiet ta’ Senvion f’Vagos (il-Portugall) u Oliveira de Frades (il-Portugall) għall-manifattura ta’ blades għat-turbini tar-riħ, li bħalissa huma mħaddma minn Ria Blades S.A., (kollha flimkien, “in-Negozju fil-Mira ta’ Senvion”).

SGRE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tan-Negozju fil-Mira ta’ Senvion.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ assi u xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SGRE hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ enerġija mir-riħ u l-attivitajiet tagħha huma maqsuma fi tliet segmenti ta’ negozju: Enerġija mir-Riħ fuq l-Art, Enerġija mir-Riħ fuq il-Baħar u Servizzi fuq il-Baħar; SGRE nħolqot f’April 2017 billi Siemens Wind Power ingħaqdet ma’ Gamesa Corporación Tecnológica,

In-Negozju fil-Mira ta’ Senvion huwa l-parti l-kbira tan-negozju ta’ servicing Ewropew fuq l-art tas-Senvion Group, l-IP u l-IT kollha tas-Senvion Group u l-faċilitajiet kollha ta’ Senvion f’Vagos (il-Portugall) u Oliveira de Frades (il-Portugall) għall-manifattura ta’ blades għat-turbini tar-riħ, li bħalissa huma mħaddma minn Ria Blades S.A., sussidjarja tas-Senvion Group; In-negozju ta’ servicing fuq l-art jikkonsisti f’servizzi differenti, bħalma huma l-manutenzjoni regolari, il-monitoraġġ mill-bogħod, skambji ta’ spare parts u spezzjonijiet tal-blades; in-Negozju fil-Mira ta’ Senvion ma jinkludix in-negozju ta’ Senvion tal-manifattura tat-turbini tar-riħ, u lanqas in-negozju proprja tal-manifattura tal-blades ta’ Senvion (iż-żewġ faċilitajiet biss li jimmanifatturaw il-blades).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9582 — Siemens Gamesa Renewable Energy/Senvion (European onshore wind turbine service)/Ria Blades

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).