ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 379

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
8 ta' Novembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 379/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9543 — Diamond Transmission Corporation/Infrared Capital Partners/Chubu/Walney JV) ( 1 )

1

2019/C 379/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9481 — CCS/DSG/CES) ( 1 )

2

2019/C 379/03

Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni (Il-Każ M.9499 — AXA/Cardif/SECAR) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 379/04

Rata tal-kambju tal-euro — Is-7 ta' Novembru 2019

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 379/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9512 — EQT/Colony Capital/Zayo) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

2019/C 379/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9540 — Permira/Cambrex) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 379/07

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

8

2019/C 379/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

13


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9543 — Diamond Transmission Corporation/Infrared Capital Partners/Chubu/Walney JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 379/01)

Fil-31 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9543. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9481 — CCS/DSG/CES)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 379/02)

Fit-28 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt -dokument li jġib in-numru 32019M9481. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/3


Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9499 — AXA/Cardif/SECAR)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 379/03)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004

Fis-16 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huwa rtiraw l-avviż tagħhom.


(1)  ĠU C 360, 24.10.2019, p. 32.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta' Novembru 2019

(2019/C 379/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1077

JPY

Yen Ġappuniż

120,90

DKK

Krona Daniża

7,4720

GBP

Lira Sterlina

0,86442

SEK

Krona Żvediża

10,6253

CHF

Frank Żvizzeru

1,0998

ISK

Krona Iżlandiża

137,70

NOK

Krona Norveġiża

10,0715

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,534

HUF

Forint Ungeriż

332,73

PLN

Zloty Pollakk

4,2653

RON

Leu Rumen

4,7602

TRY

Lira Turka

6,3613

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6059

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4585

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6689

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7383

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5035

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 279,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,3233

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7271

HRK

Kuna Kroata

7,4295

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 501,71

MYR

Ringgit Malażjan

4,5682

PHP

Peso Filippin

55,917

RUB

Rouble Russu

70,5790

THB

Baht Tajlandiż

33,624

BRL

Real Brażiljan

4,5238

MXN

Peso Messikan

21,1970

INR

Rupi Indjan

78,5490


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9512 — EQT/Colony Capital/Zayo)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 379/05)

1.   

Fit-30 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT Fund Management S.à r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu),

Digital Colony GP, LLC (“Digital Colony”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Colony Capital, Inc. (“Colony Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Zayo Group Holding, Inc. (“Zayo”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

EQT u Digital Colony jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Zayo kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

EQT: fond ta’ investiment li jinvesti fl-infrastruttura u f’assi u negozji relatati mal-infrastruttura, primarjament fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq,

Digital Colony: ditta tal-investiment, ikkontrollata mid-ditta dinjija tal-proprjetà immobbli u tal-ġestjoni tal-investiment, Colony Capital, li tinvesti f’kumpaniji tal-infrastruttura diġitali,

Zayo: fornitur ta’ servizzi infrastruttura tal-komunikazzjonijiet fl-Ewropa u fl-Amerka ta’ Fuq, inklużi l-kiri ta’ fibre iswed, networks tad-data privati, konnessjonijiet tal-wavelength, l-Ethernet, il-konnettività tal-IP, offerti tal-cloud, servizzi ta’ kollokazzjoni u offerti oħra tal-bandwidth għolja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9512 — EQT/Colony Capital/Zayo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks+32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9540 — Permira/Cambrex)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 379/06)

1.   

Fl-4 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Permira Holdings Limited (ir-Renju Unit) u

Cambrex Corporation (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Permira Holdings Limited takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Cambrex Corporation kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Permira Holdings Limited: investimenti fit-tul fl-ekwità privata f’kumpaniji attivi f’varjetà wiesgħa ta’ settur, inkluż fil-qasam tal-iżvilupp b’kuntratt u l-manifattura tal-farmaċewtiċi fejn Permira tikkontrolla żewġ kumpaniji, Lyophilization Services of New England (LSNE) u Quotient Sciences.

Cambrex Corporation: żvilupp bil-kuntratt u manifattura tal-farmaċewtiċi biex tipprovdi sustanzi tal-mediċina, prodotti tal-mediċina, u servizzi analitiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9540 — Permira/Cambrex

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:+ 32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/8


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 379/07)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

Monterre i”

Nru ta’ referenza: PDO-ES-A1114-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 8.8.2019

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   Emenda tar-rendiment mill-estrazzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

L-għan huwa li r-rendiment mill-estrazzjoni jiżdied għal 74 litru nbid għal kull 100 kg għeneb.

Raġunijiet

Il-ġustifikazzjoni ta’ din l-emenda hija li t-teknoloġija moderna użata għall-produzzjoni tal-inbejjed tippermetti li jinkisbu rendimenti mill-estrazzjoni iktar għoljin minn dawk attwalment permessi, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità.

2.   Emenda fid-deskrizzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi

Deskrizzjoni u raġunijiet

Jingħataw definizzjonijiet ġodda fid-deskrizzjoni tal-inbejjed.

Raġunijiet: Jeħtieġ li d-deskrizzjoni organolettika tkun kemm jista’ jkun oġġettiva, billi taħrab termini edonistiċi u għaldaqstant soġġettivi, li jfixklu l-proċess ta’ akkreditazzjoni tat-testijiet ta’ ċertifikazzjoni tal-inbejjed li jġorru d-denominazzjoni ta’ oriġini.

DOKUMENT UNIKU

1.   Ismijiet għar-reġistrazzjoni

Monterrei

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

INBID — Inbid abjad

Dehra: ċar u jleqq. Lewn bejn isfar pallidu u dehbi.

Riħa: irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali.

Togħma: aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza medja jew għolja.

Il-kontenut ta’ zokkor ma għandux ikun ogħla minn 4 grammi għal kull litru, jew 9 grammi għal kull litru jekk il-kontenut ta’ aċidità totali espress bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx iktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

12,5

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

160

INBID — Inbid aħmar

Dehra: ċar u jleqq, b’intensità tal-kulur bejn medja u għolja. Lewn bejn l-aħmar fil-vjola u l-aħmar qastni.

Riħa: irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed.

Togħma: aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza bejn medja u għolja.

Il-kontenut ta’ zokkor ma għandux ikun ogħla minn 4 grammi kull litru, jew 9 grammi kull litru jekk il-kontenut ta’ aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx iktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

INBID — Inbid abjad Barrica, Crianza Reserva u Gran Reserva

Dehra: nadif u jleqq. Lewn bejn isfar pallidu u dehbi.

Riħa: irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew frott tropikali; barra minn hekk għandu jkollhom irwejjaħ tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi.

Togħma: aromi ta’ frott tat-tipi li ġejjin: frott tas-siġar jew tropikali; barra minn hekk għandu jkollhom aromi tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza bejn medja u għolja.

Il-kontenut ta’ zokkor ma għandux ikun ogħla minn 4 grammi kull litru, jew 9 grammi kull litru jekk il-kontenut ta’ aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx iktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

160

INBID — Inbid aħmar Barrica, Crianza Reserva u Gran Reserva

Dehra: ċar u jleqq, b’intensità tal-kulur bejn medja u għolja. Lewn bejn l-aħmar fil-vjola u l-aħmar qastni.

Riħa: irwejjaħ ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed; barra minn hekk għandu jkollhom irwejjaħ tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi.

Togħma: aromi ta’ frott, tat-tipi li ġejjin: frott aħmar jew iswed; barra minn hekk għandu jkollhom irwejjaħ tat-tipi li ġejjin: ħwawar jew xiwi. Alkoħol u aċidità bbilanċjati. Persistenza bejn medja u għolja.

Il-kontenut ta’ zokkor ma għandux ikun ogħla minn 4 grammi kull litru, jew 9 grammi kull litru jekk il-kontenut ta’ aċidità totali espressa bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru ma jkunx iktar minn 2 grammi taħt il-kontenut ta’ zokkor residwu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

150

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom

Prattika enoloġika speċifika

Tal-inqas 60 % tal-għeneb użat fil-produzzjoni għandu jkun tal-varjetajiet Dona Branca, Godello u Treixadura għall-inbejjed bojod, u tal-varjetajiet Mencía u Merenzao għall-inbejjed ħomor.

Ir-rendiment mill-estrazzjoni ma għandux ikun ogħla minn 65 litru ta’ most għal kull 100 kg għeneb għall-inbejjed bojod, u għal kull 70 kg għall-inbejjed ħomor.

L-użu ta’ preses kontinwi huwa pprojbit.

L-użu ta’ magni ċentrifugi b’veloċità kbira huwa pprojbit.

Mhumiex permessi prattiki li jinvolvu t-tisħin minn qabel tal-għeneb, jew it-tisħin tal-mosti jew tal-inbejjed fil-preżenza tal-karfa.

Ma jistgħux jintużaw biċċiet tal-ballut fil-produzzjoni tal-inbid jew fil-proċessi ta’ wara.

Prattika tal-kultivazzjoni

Id-densità tat-tħawwil għandha tkun bejn 3 000 dielja għal kull ettaru u 5 000 dielja għal kull ettaru.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

VARJETAJIET BOJOD U ĦOMOR AWTORIZZATI

12 000 kg għeneb għal kull ettaru

VARJETAJIET BOJOD RAKKOMANDATI

11 000 kg għeneb għal kull ettaru

VARJETAJIET ĦOMOR RAKKOMANDATI

10 000 kg għeneb għal kull ettaru

INBEJJED BOJOD

84,36 ettolitru għal kull ettaru

INBID AĦMAR

79,92 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

It-territorju demarkat huwa maqsum f’żewġ subżoni:

Valle de Monterrei, li tinkludi parti mill-muniċipalitajiet ta’ Castrelo do Val, Monterrei, Oímbra u Verín; u

Ladera de Monterrei, magħmula mill-muniċipalità ta’ Vilardevós u li tinkludi parti mill-muniċipalitajiet ta’ Castrelo do Val, Oímbra, Monterrei, Verín u Riós.

It-territorju kollu jinsab fil-provinċja ta’ Ourense, fil-Komunità Awtonoma tal-Galizja.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

MENCÍA

MERENZAO

TREIXADURA

GODELLO

DOÑA BLANCA — DONA BRANCA

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-klima bi ftit li xejn xita u temperaturi għoljin fis-sajf, u b’ħafna varjazzjoni fit-temperatura bejn binhar u billejl waqt il-maturazzjoni, hija ottima għat-tkabbir tal-varjetajiet tad-dwieli użati. Dawn il-varjetajiet fil-biċċa l-kbira tagħhom huma indiġeni, selezzjonati tul is-snin.

L-għażla tal-aqwa art u l-użu ta’ tekniki ta’ tkabbir adattati għall-varjetajiet u għaż-żona, b’mod partikulari s-sistemi tat-taħriġ u taż-żbir użati biex jiġi żgurat il-kontroll tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-inbid, għandhom impatt ukoll fuq il-karatteristiċi tal-inbid, f’termini tal-aromi tagħhom tal-fjuri u tal-frott, kif ukoll fejn tidħol it-togħma bbilanċjata.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

L-ippakkjar għandu jsir fiż-żona ġeografika demarkata

Qafas ġuridiku:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

 

Fit-tikkettar għandu jidher isem id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta, b’ittri b’għoli minimu ta’ 4 mm.

 

L-ippakkjar kollu użat għall-prodotti maħsubin għall-konsum għandu jġorr siġill jew kontrotikketta numerati, maħruġin mill-Bord Regolatorju. Din il-kontrotikketta għandha tinkludi l-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta, li tidher fl-Anness II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://mediorural.xunta.gal/fileadmin/arquivos/alimentacion/produtos_calidade/2018/Pliego_de_condiciones_DOP_MONTERREI_agosto_2018_CCC.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


8.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/13


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 379/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

NOTIFIKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Condado de Huelva”

Numru ta’ referenza: PDO-ES-A1485-AM02

Id-data tan-notifika: 30.8.2019

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żieda tat-termini tradizzjonali “Fino” u “Oloroso” mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni

L-emenda mitluba tinvolvi ż-żieda tat-termini tradizzjonali “Fino” u “Oloroso” mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li jiddeskrivu ċerti nbejjed soġġetti għal proċessi ta’ maturazzjoni bijoloġiċi (taħt il-“flor”) u ossidattivi (f’kuntatt mal-ossiġenu) permezz tas-sistema “criaderas y soleras”, li huma tradizzjonali fiż-żona Condado de Huelva.

L-Ispeċifikazzjoni attwali tkopri dawn it-tipi ta’ nbejjed b’termini oħra (“Pálido” u “Viejo”), iżda t-termini “Fino” u “Oloroso” jinsabu f’diversi dokumenti ta’ kummerċjalizzazzjoni bħal-listi tal-prezzijiet, tikketti, reklamar, reġistri tal-inbid, noti tal-kunsinna u fatturi, eċċ., li jmorru lura lejn l-aħħar tas-seklu dsatax sas-snin sittin. Din id-dokumentazzjoni tfisser li l-użu ta’ dawn it-termini għandu jitqies bħala tradizzjonali. It-termini baqgħu jintużaw b’mod komuni, u għadhom jissemmew illum il-ġurnata, minkejja li ma jidhrux fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Raġuni(jiet)

Il-Condado de Huelva hija żona magħrufa għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità eċċezzjonali. Fl-1933, dawn l-inbejjed ingħataw il-protezzjoni tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Huelva” permezz tal-Liġi dwar l-Istatut tad-Dielja u tal-Inbid, flimkien ma’ denominazzjonijiet ta’ oriġini prestiġjużi ta’ Andalusija oħrajn bħal “Jerez”, “Xerez” jew “Sherry”, “Málaga”, “Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda”, “Montilla” u “Moriles”. Fl-1962 ġie ffurmat il-Bord Regolatorju, u l-ewwel Regolament li jirregola d-Denominazzjoni ta’ Oriġini ġie approvat mill-Ordni Ministerjali tas-27 ta’ Diċembru 1963. L-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament elenka l-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini, li inkludew l-inbejjed “Fino” u “Oloroso”.

Għandu jiġi nnotat li l-istorja tal-vinifikazzjoni fil-Condado de Huelva tmur lura ferm aktar, u l-oriġini kulturali tal-produzzjoni tal-inbid tmur lura għaż-żminijiet ta’ qabel ir-Rumani. Instabu wkoll amfori li kienu jintużaw biex jittrasportaw u jaħżnu l-inbid fil-kolonji tal-Feniċi fi Spanja.

Meta wieħed imur lura għas-seklu tmintax, l-arkivji muniċipali ta’ Villalba del Alcor u Manzanilla jixhdu li btieti tal-inbid mir-reġjun kienu jiġu ttrasportati fuq karretti lejn ix-Xmara Tinto, fejn kienu jitgħabbew fuq barkuni kbar u jittieħdu lejn il-port ta’ Moguer. Minn hemm dawn kienu jiġu ttrasportati lejn muniċipalitajiet tal-provinċja ta’ Cádiz li tinsab qrib Huelva, fost destinazzjonijiet oħra, minħabba x-xebh bejn l-inbejjed tradizzjonali differenti magħmula fin-Nofsinhar ta’ Spanja.

Matul is-sekli dsatax u għoxrin, il-produzzjoni ta’ dawn it-tipi ta’ nbejjed kienet mifruxa fost il-fabbriki tal-inbid tal-Condado de Huelva. Kif imsemmi hawn fuq, dan jidher fid-dokumentazzjoni storika, bħal-listi tal-prezzijiet, in-noti tal-kunsinna, il-fatturi, ir-reġistri tal-inbid u anke t-tikketti tal-inbid, li minnhom hemm ħafna eżempji.

L-użu ta’ dawn it-termini tradizzjonali ntilef minħabba azzjoni li ttieħdet minn diversi korpi kontra d-Deċiżjoni tal-Ministeru tal-Agrikoltura tas-27 ta’ Diċembru 1963, li ġiet estiża fit-30 ta’ April 1964, li tapprova r-Regolament li jirregola d-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Huelva” u l-Bord Regolatorju tiegħu. Il-Bord Regolatorju ma deherx fil-proċedimenti minħabba nuqqas ta’ riżorsi ekonomiċi.

L-azzjoni inkwistjoni kienet ibbażata fuq il-liġi fis-seħħ dak iż-żmien. Fil-fehma tal-Bord Regolatorju tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Condado de Huelva”, skont id-dritt attwali tal-Unjoni, tista’ titressaq applikazzjoni għad-dritt tal-użu ta’ dawn it-termini tradizzjonali skont l-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem tal-prodott

Condado de Huelva

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid abjad

L-inbejjed bojod huma klassifikati bħala “Joven”, “Tradicional” jew “Condado de Huelva” skont il-proċess tal-produzzjoni, il-kontenut taz-zokkor u l-maturazzjoni. Dawn ivarjaw minn kulur isfar jgħajjat lewn it-tiben bi sfumaturi ħadrana għal isfar iktar qawwi, b’aromi ta’ frott frisk u ħwawar selvaġġi, huma ħfief u jħallu togħma qawwija fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

10

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid aħmar

L-inbejjed ħomor huma kklassifikati bħala “Joven”, “Roble” jew “Crianza” skont it-tul u l-metodu tal-maturazzjoni.

Dawn huma kulur iċ-ċirasa bi ħjiel ta’ aħmar skur, u għandhom kumpless aromatiku potenti u eleganti. Dawn għandhom togħma bnina u kkonċentrata fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ħomor “Reserva” u “Gran Reserva”

Skont it-tul u l-metodu tatl-maturazzjoni, l-inbejjed ħomor huma kklassifikati bħala:

“Reserva”; Kulur iċ-ċirasa. Aroma qawwija u pikkanti. Togħma bnina u qawwija fil-ħalq.

“Gran reserva”: Kulur iċ-ċirasa skura. Aroma minerali, kumplessa u eleganti. Togħma bnina, imlaħħma u potenti fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid likur

Dawn huma kkaratterizzati mis-sistema tal-maturazzjoni, li tista’ tkun dinamika (“criaderas y soleras”) jew statika (añadas jew vendemmji singoli), it-tul tal-maturazzjoni u l-kontenut taz-zokkor. Dawn huma kklassifikati bħala “Generoso”, “Generoso de Licor” u “de Licor Dulce” (inklużi l-mistelles). L-inbejjed “Generoso” huma xotti, immaturati bijoloġikament (taħt il-“flor”) jew permezz tal-ossidazzjoni, ta’ lewn isfar ċar għal kannella skur fl-aħmar u għandhom aroma qawwija u salina b’togħma qawwija ħafna ta’ ġewż, u b’togħma ta’ wara li tibqa’ fit-tul. L-inbejjed “Generoso de Licor” għandhom togħma li tvarja minn xotta għal ħelwa, huma ta’ lewn isfar ċar għal kannella fl-aħmar, ivarjaw minn ħfief għal tqal ħafna, u għandhom aromi ta’ frott u ta’ karamelli mixwija, li jvarjaw minn xotti għal ħelwin u żejtnija. Il-mistelles huma skuri, b’aromi tal-frott immaċerat, u huma kremużi fil-ħalq.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbid likur “Condado Viejo” jew “Oloroso”

Inbejjed likuri minn varjetajiet ta’ għeneb abjad, b’kulur ambra għal kannella fl-aħmar. Aroma qawwija b’togħma ta’ lewż mixwi. Morr u kkonċentrat fil-ħalq, b’intensità qawwija.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

17

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki enoloġiċi

a.    Prattiki enoloġiċi essenzjali

Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Iż-żona tal-produzzjoni hija ż-żona ġeografika li fiha jinsabu l-vinji rreġistrati bit-tipi tal-ħamrija ta’ Albariza, Arenas u Barros. Wara l-fermentazzjoni, l-inbejjed jistgħu jiġu mmaturati bijoloġikament jew permezz tal-ossidazzjoni, jew permezz tas-sistema dinamika magħrufa bħala “criaderas y soleras” jew permezz tas-sistema statika ta’ añadas [vendemmji singoli].

Matul il-maturazzjoni bijoloġika, taħt saff ta’ “flor”, jifforma saff li jżomm fil-wiċċ jew tertuqa tal-ħmira fuq il-wiċċ espost tal-inbid. Fil-proċess ta’ maturazzjoni ossidattiva, l-inbejjed jiġu mmaturati permezz ta’ esponiment għall-ossiġenu. Prattika oħra li tintuża hija “cabeceo” [taħlit], li tinvolvi t-taħlit jew il-kombinazzjoni ta’ nbejjed differenti jew saħansitra t-taħlit ta’ nbejjed ma’ prodotti addizzjonali.

Restrizzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni tal-inbejjed

Il-pressjoni applikata biex jiġi estratt il-most m’għandhiex tirriżulta f’aktar minn 70 litru ta’ most li jinkiseb minn kull 100 kg ta’ għeneb maqtugħ. Fil-produzzjoni ta’ Pedro Ximénez u Moscatel, jistgħu jintużaw most ikkonċentrat u nbid xott tal-varjetajiet Zalema, Palomino Fino, Listán u Garrido Fino, dment li flimkien ma jirrappreżentawx aktar minn 30 % tal-prodott finali totali u li l-proporzjon ta’ nbid xott ta’ dawn il-varjetajiet ma jirrappreżentax aktar minn 15 % tat-total tal-prodott. Il-maturazzjoni ssir f’kartelli u/jew fi btieti b’kapaċità massima ta’ 650 litru għall-inbejjed bojod u 330 litru għall-inbejjed ħomor.

Prattika kulturali

Il-prattiki ta’ kultivazzjoni għandhom f’kull ħin jirrispettaw l-ambjent u b’mod partikolari jevitaw il-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija. Id-densità tat-tħawwil għandha tkun bejn 1 950 u 4 000 dielja għal kull ettaru. L-irmondar jista’ jsir permezz ta’ metodi liberi, irmondar tal-kalċi, u/jew metodi appoġġjati, bħall-irmondar Guyot, l-irmondar “Quarante” jew l-irmundar b’kurdun. Meta pjantaġġuni mħallta għandhom jiġu rreġistrati mal-Bord Regolatorju, l-għelejjel għandhom jinħasdu kompletament separatament minn varjetajiet oħra.

b.    Rendimenti massimi

12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Iż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Almonte, Beas, Bollullos Par del Condado, Bonares, Chucena, Gibraleón, Hinojos, La Palma del Condado, Lucena del Puerto, Manzanilla, Moguer, Niebla, Palos de la Frontera, Rociana del Condado, San Juan del Puerto, Trigueros, Villalba del Alcor u Villarrasa, li lkoll jinsabu fil-provinċja ta’ Huelva.

Iż-żona ta’ maturazzjoni tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Almonte, Bollullos Par del Condado, Chucena, Gibraleón, La Palma del Condado, Manzanilla, Moguer, Rociana del Condado, San Juan del Puerto u Villalba del Alcor.

7.   Varjetà (varjetajiet) tad-dwieli ewlenin li minnhom jinkiseb l-inbid

 

CABERNET SAUVIGNON

 

LISTAN DEL CONDADO

 

ZALEMA

 

TEMPRANILLO

 

SYRAH

 

SAUVIGNON BLANC

 

PEDRO XIMÉNEZ

 

PALOMINO FINO

 

MOSCATEL DE ALEJANDRÍA

 

MERLOT

 

GARRIDO FINO

 

COLOMBARD

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Rabta

Din id-DOP tikkorrispondi għall-Baetic Depression u testendi fuq art ċatta jew kemxejn immewġa. Il-klima hija Mediterranja, għalkemm l-esponiment taż-żona għall-Atlantiku, iffaċilitata mit-topografija, iġġib influwenzi oċeaniċi li, flimkien mal-prossimità lejn il-Park Nazzjonali tad-Doñana u l-għarfien espert tradizzjonali fiż-żona, jaffettwaw it-tipi ta’ nbejjed li jiġu prodotti hemmhekk. L-inbejjed likuri, inklużi l-inbejjed “Generoso”, [jiġu mmaturati] permezz tas-sistema tradizzjonali “criaderas y soleras” u sistema statika li fiha l-ġestjoni tal-krietel tal-ballut u/jew tal-btieti hija essenzjali għall-kwalità tal-inbejjed. L-arkitettura u l-ġestjoni tal-kantini tal-inbid jipprovdu mikroklima ottima għall-maturazzjoni.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

It-tikkettar għandu juri b’mod ċar l-isem tad-DOP “Condado de Huelva”. Qabel ma t-tikketti jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni, dawn għandhom jiġu kkontrollati mill-Bord Regolatorju għall-konformità ma’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Irrispettivament mill-imballaġġ legalment permess li jintuża biex jintbagħtu l-inbejjed għall-konsum, dan għandu jkollu siġill ta’ garanzija, tikketta jew tikketta sekondarja maħruġa mill-Bord Regolatorju. Jista’ jkollu wkoll referenza fakultattiva għaż-żona akbar ta’ “Andalusia”.

Ħolqa għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://juntadeandalucia.es/export/drupaljda/PC_Condado_modificado.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.