|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 62 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 375/01 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-kost tal-kapital għall-infrastruttura antika fil-kuntest tar-rieżami tal-Kummissjoni tan-notifiki nazzjonali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika tal-UE ( 1 ) |
|
|
2019/C 375/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9544 — Brookfield/Johnson Controls Autobatterie) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 375/03 |
||
|
2019/C 375/04 |
||
|
2019/C 375/05 |
||
|
2019/C 375/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta Qualcomm (predazzjoni) (AT.39711) |
|
|
2019/C 375/07 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2019 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Il-Każ AT.39711 — Qualcomm (predazzjoni)) (notifikat bid-dokument C(2019) 5361) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 375/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9331 — Danaher/GE Healthcare Life Sciences Biopharma) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2019/C 375/09 |
|
|
|
|
|
(1) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-kost tal-kapital għall-infrastruttura antika fil-kuntest tar-rieżami tal-Kummissjoni tan-notifiki nazzjonali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika tal-UE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 375/01)
1. Introduzzjoni
|
1. |
Dan l-Avviż jistabbilixxi l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex jiġi stmat il-kost medju ponderat tal-kapital (WACC) (1) bħala referenza fil-kuntest tar-rieżami tal-abbozz ta’ miżuri nnotifikati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN jew regolaturi) skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva Kwadru, li hija parti mill-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjoni elettronika (il-Qafas) (2). Mill-21 ta’ Diċembru 2020, l-Artikolu 32 tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi l-ġdid (3) se jissostitwixxi l-Artikolu 7 tad-Direttiva Qafas. |
|
2. |
Id-WACC ikejjel il-kost tal-kapital tal-kumpaniji. F’konformità mat-teorija ekonomika (4), il-kost tal-kapital huwa l-kost tal-opportunità li jsir investiment speċifiku minflok ma jsir investiment differenti b’riskju ugwali. Għalhekk, il-kost tal-kapital huwa r-rata ta’ redditu meħtieġa minn kumpanija biex tagħmel investiment partikolari. Il-kost tal-kapital jista’ jinqasam fil-kost tal-ekwità u fil-kost tad-dejn, skont is-sors tal-finanzjament. |
|
3. |
L-ARN jużaw id-WACC fil-kuntest tar-regolar tal-operaturi indikati bħala li għandhom saħħa sinifikanti fis-suq (SMP). L-ARN jistgħu jimponu obbligi ta’ kontroll tal-prezzijiet għall-forniment ta’ tipi speċifiċi ta’ interkonnessjoni u/jew aċċess f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva. F’każijiet ta’ kontrolli tal-prezzijiet, l-ARN għandhom iqisu l-investiment magħmul mill-operatur u jippermettu rata raġonevoli ta’ redditu. (5) |
|
4. |
Fil-kuntest tan-notifiki inklużi fl-Artikolu 7, il-Kummissjoni osservat diskrepanzi sinifikanti fl-istima tad-WACC għas-servizzi pprovduti minn netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika. M’hemmx biss nuqqas ta’ konsistenza bejn l-Istati Membri iżda wkoll matul iż-żmien (jiġifieri l-istess ARN tuża metodi differenti fi żminijiet differenti). Il-Kummissjoni tqis li tali inkonsistenzi metodoloġiċi x’aktarx ixekklu l-inċentivi tal-investiment fis-Suq Uniku Diġitali (6) u jdgħajfu l-iżvilupp tas-suq intern billi jostakolaw il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet konverġenti għal investiment f’netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika (7). |
|
5. |
Il-Qafas għandu l-għan li jiżgura li l-ARN jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti tal-Qafas (8). F’konformità mal-objettivi tal-Qafas, dan l-Avviż għandu l-għan li jżid il-konsistenza tal-kalkoli tad-WACC madwar l-Unjoni. |
|
6. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Avviż huwa limitat għall-kalkolu tad-WACC għall-infrastruttura antika. Għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, infrastruttura antika tfisser infrastruttura ta’ operatur SMP li ma jkunx soġġett għal primjum tal-Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (9). L-Avviż ma jindirizzax l-applikabbiltà jew il-kalkolu tal-primjums tar-riskju tal-NGA u jeskludi kwalunkwe kunsiderazzjoni tal-adegwatezza tal-obbligi tal-kontroll tal-prezzijiet għal netwerks ġodda b’kapaċità għolja ħafna kif iddefiniti fl-Artikolu 2(2) tal-Kodiċi (10). |
|
7. |
Skont l-objettivi tal-Qafas, l-ARN, il-BEREC u l-Kummissjoni għandhom ilkoll jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jippromwovu approċċi regolatorji konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti tal-Qafas (11). L-ARN għandhom japplikaw ukoll prinċipji regolatorji oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji u proporzjonati (12). |
|
8. |
F’konformità mal-objettivi tal-Qafas, dan l-Avviż huwa bbażat fuq l-erba’ prinċipji regolatorji li ġejjin: (i) il-konsistenza fil-metodoloġija li tintuża biex jiġu ddeterminati l-parametri fil-formula tad-WACC; (ii) il-prevedibbiltà regolatorja biex ikunu limitati varjazzjonijiet mhux mistennija fl-approċċ regolatorju u fil-valur tal-parametri tul iż-żmien; (iii) il-promozzjoni ta’ investiment u innovazzjoni effiċjenti f’infrastrutturi ġodda u mtejba, b’kunsiderazzjoni tar-riskju mġarrab mill-impriżi li jinvestu; u (iv) it-trasparenza tal-metodu biex tiġi ddeterminata r-rata raġonevoli ta’ redditu fuq l-investimenti tagħhom, filwaqt li tiġi evitata kumplessità bla bżonn. |
|
9. |
Dan l-Avviż ifittex li jilħaq dawn l-objettivi u jikkontribwixxi għal ambjent regolatorju stabbli li jappoġġja investimenti effiċjenti f’netwerks tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni għall-benefiċċju tal-utenti aħħarin. Dan se jiskoraġġixxi d-distorsjoni tal-investimenti permezz ta’ inkonsistenzi fl-approċċi tal-ARN tul iż-żmien u madwar l-Unjoni, li jistgħu jagħmlu ħsara lill-funzjonament tas-Suq Uniku Diġitali. |
|
10. |
B’dan l-Avviż, il-Kummissjoni tfittex li tipprovdi trasparenza u prevedibbiltà akbar tal-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha fil-qasam tar-regolamentazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Abbażi tal-metodoloġija ta’ dan l-Avviż, il-valuri ta’ kull parametru tad-WACC se jiġu kkalkolati u ppubblikati kull sena. Il-Kummissjoni se tuża dawn il-valuri bħala referenza għar-rieżami tagħha tal-abbozz tal-miżuri nnotifikat skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva Qafas. |
|
11. |
Dan l-Avviż, flimkien mal-pubblikazzjoni annwali tal-valuri tal-parametri tad-WACC konsistenti miegħu, se jipprovdi trasparenza akbar rigward il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kost tal-kapital, meta din tkun element tal-miżuri nnotifikati lilha skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva Qafas. |
|
12. |
Dan l-Avviż u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah huma mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni li tista’ tingħata mill-Kummissjoni għall-kost tal-kapital f’setturi ekonomiċi oħra. |
2. L-istima tal-kost medju ponderat tal-kapital (WACC)
|
13. |
Id-WACC huwa kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-kost taż-żewġ sorsi ta’ finanzjament ta’ kumpanija: id-dejn u l-ekwità. Il-piżijiet jirriflettu s-sehem relattiv ta’ kull sors ta’ finanzjament fil-valur totali tad-ditta: |
fejn:
|
— |
RE hija l-kost tal-ekwità; |
|
— |
RD hija l-kost tad-dejn; |
|
— |
E hija l-valur ta’ ekwità, filwaqt li |
|
— |
- D hija l-valur tad-dejn, filwaqt li |
2.1. Il-kost tal-ekwità
|
14. |
Il-kost tal-ekwità huwa r-redditu li kumpanija teħtieġ li tipprovdi lill-azzjonisti tagħha biex tikkumpensa għar-riskju li tinvesti/tipposjedi porzjon tal-kumpanija. Il-metodu li jintuża l-aktar biex jiġi stmat il-kost tal-ekwità huwa l-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali (CAPM) (13) . L-ARN kollha fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika jistmaw il-kost tal-ekwità billi jużaw is-CAPM. Ir-raġunijiet ewlenin għal dan huma s-sempliċità relattiva tal-kalkolu tiegħu u r-rekord twil tiegħu (meta mqabbel ma’ alternattivi). (14) Il-Kummissjoni tqis dan bħala l-approċċ xieraq biex tiġi promossa metodoloġija prevedibbli u omoġenja bejn l-ARN kollha. |
|
15. |
Skont is-CAPM, l-investituri f’suq kompetittiv huma lesti li jżommu ekwitajiet riskjużi jekk ir-redditu tagħhom ikun ogħla mir-redditu li jistgħu jiksbu fuq assi mingħajr riskju (ir-rata mingħajr riskju, RFR) (15). Dan ir-redditu addizzjonali jissejjaħ primjum tar-riskju tas-suq jew primjum tar-riskju tal-ekwità (ERP) (16). |
|
16. |
Skont is-suppożizzjoni bażika tas-CAPM, ir-riskji jistgħu jinqasmu f’żewġ kategoriji:
|
|
17. |
Fil-qafas tas-CAPM, ma għandhomx jitqiesu riskji speċifiċi jew diversifikabbli biex jiġi stmat il-kost tal-kapital. Dan minħabba li fi swieq kapitali effiċjenti, l-investituri għandhom ikunu jistgħu jnaqqsu tali riskji billi jkollhom portafoll ta’ investiment diversifikat (19). |
|
18. |
B’kuntrast ma’ dan, ir-riskji sistematiċi ma jistgħux jiġu diversifikati. Għal din ir-raġuni, fil-qafas tas-CAPM il-kost stmat tal-kapital jirrifletti biss il-kumpens għal riskji sistematiċi. |
|
19. |
Skont is-CAPM, il-kost tal-ekwità huwa s-somma tal-RFR u tal-ERP, immultiplikata bil-koeffiċjent beta (20). Il-koeffiċjent beta huwa inkluż sabiex jinkorpora s-sensittività speċifika tal-ekwità u sabiex din tiġi aġġustata għall-fluttwazzjonijiet tas-suq. |
|
20. |
F’dan ir-rigward, fil-qafas tas-CAPM, il-kost tal-ekwità huwa kkalkulat kif ġej:
RE = RFR + β × ERP fejn:
|
2.2. Il-kost tad-dejn
|
21. |
Il-kost tad-dejn jista’ titkejjel direttament bħala l-imgħax imħallas mill-kumpanija fuq id-dejn tagħha, iżda spiss jiġi espress bħala s-somma tal-RFR u primjum tad-dejn: |
RD = RFR + Debt Premium
fejn:
|
— |
RD hija l-kost tad-dejn; |
|
— |
L-RFR hija r-rata mingħajr riskju; u |
|
— |
Il-primjum tad-dejn huwa r-redditu addizzjonali li s-selliefa jirrikjedu minn kumpanija b’riskju ta’ kreditu partikolari, minbarra l-RFR. |
2.3. L-istima tal-parametri tad-WACC
|
22. |
Il-formula għall-istima tad-WACC hija kif ġej: |
|
23. |
Hemm żewġ settijiet ta’ suppożizzjonijiet metodoloġiċi li jaffettwaw il-valuri tad-WACC stmati mill-ARN madwar l-Unjoni. Xi suppożizzjonijiet huma komuni għal diversi parametri (eż. it-tul tal-perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja) filwaqt li oħrajn huma speċifiċi għal parametru wieħed fil-formula tad-WACC (eż. l-aġġustament fl-istima tal-beta). Barra minn hekk, jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ parametri: dawk li jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali (l-RFR u l-ERP) u dawk li jirriflettu l-kundizzjonijiet li jaffettwaw kumpaniji speċifiċi (jew is-settur tal-industrija) (il-primjum tad-dejn, il-beta u l-proporzjon tad-dejn (gearing) (21)). |
|
24. |
It-taqsimiet li ġejjin jindirizzaw iż-żewġ settijiet ta’ suppożizzjonijiet metodoloġiċi: parametri komuni meta mqabbla ma’ parametri uniċi u kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali meta mqabbla ma’ kundizzjonijiet speċifiċi għall-kumpaniji. |
3. Suppożizzjonijiet komuni għal diversi parametri tad-WACC
|
25. |
Is-subtaqsimiet li ġejjin jiddeskrivu suppożizzjonijiet li huma komuni għal diversi parametri tad-WACC. |
3.1. It-tul tal-perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja
|
26. |
Il-perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja huwa t-tul tal-perjodu ta’ referenza li r-regolaturi jużaw biex jiksbu valur medju għall-RFR, il-beta u l-kost tad-dejn. |
|
27. |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-istima tal-parametri tad-WACC, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jintuża l-istess perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja għall-parametri kollha. Il-perjodi itwal li fuqhom tiġi kkalkolata l-medja x’aktarx jippromwovu prevedibbiltà u stabbiltà akbar fil-valur tal-parametri, għalkemm bil-konsegwenza ta’ effiċjenza statika aktar baxxa. Perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja ta’ 5 snin, li huwa dak li jintuża l-aktar mill-ARN, x’aktarx isib bilanċ tajjeb bejn il-previdibbiltà u l-effiċjenza (22). |
3.2. Il-metodu għall-kalkolu tal-medja
|
28. |
Meta jiġu stmati l-parametri tad-WACC, ir-regolaturi jeħtieġ li jiddeċiedu liema metodu għall-kalkolu tal-medja għandu jintuża. Tipikament, jużaw (i) medja aritmetika, (ii) medja ġeometrika jew (iii) medjan. |
|
29. |
Il-Kummissjoni tqis il-metodu tal-medja aritmetika bħala l-aktar xieraq biex jiġu stmati l-parametri tad-WACC. L-ewwel nett, l-użu ta’ metodu wieħed għall-kalkolu tal-medja x’aktarx li jkun aktar trasparenti għall-partijiet ikkonċernati minn kombinamenti ta’ diversi metodi. It-tieni nett, il-medja aritmetika hija l-approċċ li jintuża l-aktar u l-aktar wieħed faċli biex jiġi kkalkolat (23). |
3.3. Il-frekwenza tal-perjodu tal-kampjunar
|
30. |
L-osservazzjonijiet li jintużaw mir-regolaturi sabiex jistmaw l-RFR u l-primjum tal-beta u tad-dejn tipikament isiru kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar. L-għażla tal-frekwenza tal-osservazzjonijiet, flimkien mat-tul tal-perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja, jiddeterminaw id-daqs tal-kampjun u għalhekk x’aktarx jinfluwenzaw il-valuri tal-parametri u, fl-aħħar mill-aħħar, il-valur finali tad-WACC. |
|
31. |
L-użu tal-istess frekwenza ta’ osservazzjonijiet biex jiġu stmati l-parametri kollha jiżgura l-konsistenza. Frekwenza ta’ kull ġimgħa x’aktarx tkun għażla effiċjenti, minħabba li, flimkien ma’ perjodu li fuqu tiġi kkalkolata l-medja ta’ 5 snin, x’aktarx tipprovdi osservazzjonijiet suffiċjenti biex tinkiseb stima soda u biex jitnaqqsu l-problemi ta’ likwidità baxxa tal-ishma (jekk ikun hemm). |
4. Parametri li jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali
|
32. |
Hemm żewġ parametri tad-WACC li jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali: ir-rata mingħajr riskju u l-primjum tar-riskju tal-ekwità. |
4.1. Ir-rata mingħajr riskju (RFR)
|
33. |
L-RFR hija r-rata ta’ redditu mistennija fuq investiment mingħajr riskju. Sabiex investiment ikun mingħajr riskju, ir-riskju ta’ inadempjenza fuq il-pagamenti jeħtieġ li jkun żero u ma għandu jkun hemm l-ebda riskju ta’ riinvestiment (jiġifieri l-investitur jista’ jinvesti mill-ġdid pagamenti futuri tal-imgħax bl-istess rata ta’ redditu bħal fil-mument meta l-assi nxtara l-ewwel darba). Tipikament, l-ARN japprossimaw l-RFRs billi jużaw ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern domestiċi. |
|
34. |
Ir-rendimenti tal-bonds tal-gvern x’aktarx jirriflettu b’mod xieraq l-RFR domestika rispettiva. Il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-bonds tal-gvern domestiċi, flimkien ma’ metodoloġija konsistenti, se jiżgura li differenzi fl-RFRs jirriflettu differenzi attwali fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament bejn l-Istati Membri. |
|
35. |
L-ARN spiss jużaw bonds tal-gvern b’maturità residwa (24) ta’ 10 snin. Ir-rendimenti tal-bonds ta’ 10 snin għandhom it-tendenza li jkunu anqas volatili minn bonds fuq perjodu iqsar ta’ żmien u aktar konsistenti mat-tul ta’ żmien tal-investimenti fin-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika. Il-Kummissjoni għalhekk tqishom bħala l-aktar punt ta’ riferiment xieraq għall-finijiet ta’ dan l-Avviż (25). |
|
36. |
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fl-istima tal-RFR, huwa preferibbli li jintuża sors ta’ informazzjoni uniku, affidabbli, trasparenti u faċilment aċċessibbli għar-rendimenti tal-bonds tal-gvern (eż. il-Eurostat (26)). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-programmi ta’ taffija kwantitattiva tal-bank ċentrali. (27) |
4.2. Il-primjum tar-riskju tal-ekwità (ERP)
|
37. |
L-ERP huwa r-redditu mistenni fuq l-ekwitajiet minbarra l-RFR, jiġifieri l-imgħax addizzjonali mistenni għaż-żamma ta’ ekwitajiet b’riskju ogħla meta mqabbel mal-imgħax għaż-żamma ta’ assi mingħajr riskju. L-ERP jikkumpensa għar-riskju miżjud tal-investiment fl-ekwità aktar milli f’assi mingħajr riskju. |
|
38. |
Il-Kummissjoni identifikat diskrepanzi fl-approċċi li jintużaw mir-regolaturi biex jiġi stmat l-ERP, b’xi wħud jużaw punt ta’ riferiment tal-UE, filwaqt li oħrajn jużaw ERP nazzjonali jew kombinament tat-tnejn. ERP mifrux mal-Unjoni kollha huwa konsistenti ma’ evidenza empirika li tissuġġerixxi li s-swieq finanzjarji fl-Unjoni qegħdin isiru dejjem aktar integrati (kif muri miż-żieda fil-korrelazzjoni tagħhom) u għalhekk għandhom ERPs konverġenti (28). Dan huwa konsistenti wkoll mal-evidenza li tissuġġerixxi li l-investituri fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE ma jurux “preferenza għas-suq domestiku”, minħabba li sehem sinifikanti tal-azzjonisti tal-kumpaniji tal-komunikazzjoni elettronika huma ċittadini barranin (29). Il-Kummissjoni għalhekk tqis li ERP wieħed mifrux mal-Unjoni kollha huwa xieraq għall-finijiet ta’ dan l-Avviż. Barra minn hekk, f’konformità mal-approċċ li jintuża l-aktar mir-regolaturi, il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq li jiġi stmat dan l-ERP mifrux mal-Unjoni permezz ta’ serje storika ta’ primjums tas-suq fl-Istati Membri. |
5. Parametri speċifiċi għall-kumpaniji
|
39. |
Xi parametri tad-WACC ikopru l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali (l-RFR u l-ERP) filwaqt li oħrajn (il-beta, il-proporzjon tad-dejn u l-primjum tad-dejn) jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi tal-kumpanija speċifika li għaliha r-regolatur jistma d-WACC. |
|
40. |
Sabiex jinkisbu l-valuri tal-parametri tad-WACC speċifiċi għall-kumpaniji, ir-regolaturi tipikament jiddependu fuq grupp ta’ kumpaniji tal-komunikazzjoni elettronika (“grupp tal-pari”), ġeneralment inkluż l-operatur(i) SMP nazzjonali tagħhom. L-ARN jużaw il-valuri tal-parametri tal-kumpaniji fil-grupp ta’ pari bħala referenza sabiex jiksbu l-valuri xierqa għal parametri speċifiċi għall-kumpaniji fil-miżuri regolatorji tagħhom. |
|
41. |
L-ewwel pass importanti biex jiġu stmati l-parametri speċifiċi għall-kumpaniji huwa li tittieħed deċiżjoni dwar il-kriterji għall-għażla tal-kumpaniji li se jkunu parti mill-grupp ta’ pari. |
5.1. Il-kriterji għall-għażla tal-grupp ta’ pari
|
42. |
Il-kumpaniji l-aktar xierqa biex jintgħażliu għall-grupp ta’ pari huma dawk elenkati fil-borża u li jkollhom ishma likwidi (30). Barra minn hekk, il-kumpaniji li jipposjedu infrastruttura ta’ komunikazzjoni elettronika, minflok ma jikruha, u li għandhom l-operazzjonijiet ewlenin tagħhom fl-Unjoni huma l-aktar xierqa biex jiġi kkalkolat WACC skont l-għanijiet ta’ dan l-Avviż. |
|
43. |
Kunsiderazzjonijiet tal-effiċjenza jiffavorixxu li l-grupp ta’ pari jiġi limitat għal kumpaniji bi klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad tal-investiment (31) u kumpaniji mhux involuti f’fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet sostanzjali, billi dawn tal-aħħar jaffettwaw il-valur ta’ kumpanija b’modi mhux relatati mar-riskju sistematiku sottostanti tagħha. |
|
44. |
Fil-qosor, il-kriterji li ġejjin ikunu konformi mal-prinċipji regolatorji ppreżentati f’dan l-Avviż. Il-kumpaniji magħżula għall-grupp ta’ pari:
|
5.2. Il-beta tal-ekwità
|
45. |
Fi ħdan il-qafas tas-CAPM, il-beta tal-ekwità jirrifletti r-riskju sistematiku li tiffaċċja kumpanija meta mqabbla mal-kumpanija medja fis-suq. Fil-prattika, il-beta tal-ekwità huwa stmat permezz ta’ analiżi ta’ rigressjoni, jiġifieri billi tiġi stmata l-korrelazzjoni bejn ir-redditi tas-sehem ta’ kumpanija u r-redditi ta’ indiċi tas-suq (li huwa maħsub biex japprossima l-ekonomija kollha). |
|
46. |
Indiċi tas-suq Ewropew huwa aktar konsistenti mal-użu ta’ valur ERP mifrux mal-Unjoni kollha minn wieħed domestiku. Il-letteratura akkademika tesprimi preferenza għal indiċijiet b'bażi wiesgħa u għal indiċijiet peżati skont il-valur (32). F’konformità ma’ dawn il-kriterji, hemm diversi indiċijiet tas-suq li jinkludu ekwitajiet Ewropej bħal STOXX Europe TMI (33), S&P Europe 350 (34), Eurostoxx50 (35), u MSCI Europe (36). Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jintuża indiċi tas-suq li jirrappreżenta sehem kbir mill-kapitalizzazzjoni tas-suq bi flotazzjoni libera fl-Unjoni (eż. STOXX Europe TMI). |
|
47. |
Fl-istima tal-beta tal-ekwità, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa xieraq li jsiru aġġustamenti (37), peress li dawn x’aktarx ma jtejbux l-effiċjenza tal-istimatur tal-beta u jagħmlu l-istima kumplessa bla bżonn u anqas trasparenti. |
|
48. |
Sabiex jitqabblu l-betas tal-kumpaniji fi ħdan il-grupp ta’ pari, jeħtieġ li l-betas tal-ekwità tagħhom jiġu kkonvertiti (mhux ingranati) f’betas tal-assi (38). Il-betas tal-assi jirriflettu r-riskju sistematiku tal-kumpaniji, mingħajr riskju finanzjarju (jiġifieri r-riskju assoċjat mal-livell ta’ ingranaġġ finanzjarju). Formula sempliċi biex jinkisbu betas tal-assi minn betas tal-ekwità hija din li ġejja:
fejn:
|
|
49. |
Hemm diffikultajiet prattiċi sinifikanti fl-istima tal-betas tad-dejn iżda l-valuri tipikament ivarjaw minn 0 sa 0,2 (39). L-użu ta’ valur wieħed għall-beta tad-dejn inaqqas il-kumplessità u jtejjeb it-trasparenza tal-kalkolu tad-WACC. Jidher li valur intermedju tal-beta tad-dejn ta’ 0.1 huwa għażla raġonevoli. |
|
50. |
Sabiex jiġi stmat id-WACC, il-beta tal-assi tal-grupp ta’ pari jiġi kkonvertit (lura) fil-beta tal-ekwità (jiġifieri jiżdied lura l-impatt tad-dejn fuq il-beta tal-kumpanija) permezz tal-formula ta’ hawn fuq, li, meta tiġi solvuta l-beta tal-ekwità, jirriżulta fi: |
5.3. Il-proporzjon tad-dejn
|
51. |
Kif imsemmi hawn fuq, il-kumpaniji jistgħu jiffinanzjaw lilhom infushom permezz tad-dejn (D) jew l-ekwità (E). Is-somma tad-dejn u l-ekwità hija daqs il-valur tal-kumpanija (V): |
V = D + E
|
52. |
Is-sehem tad-dejn fil-valur tal-kumpanija (jiġifieri ) jissejjaħ “proporzjon tad-dejn”. Il-proporzjon tad-dejn huwa proporzjon ta’ ingranaġġ. Dan juri sa liema punt kumpanija hija ffinanzjata minn selliefa għall-kuntrarju tal-azzjonisti.
|
|
53. |
Is-sehem tad-dejn (jiġifieri ) u s-sehem tal-ekwità (jiġifieri ) u l-kost tal-ekwità (jiġifieri |
|
54. |
L-approċċ l-aktar komuni biex jiġi stmat il-proporzjon tad-dejn, li huwa meqjus xieraq għall-finijiet ta’ dan l-Avviż, huwa li jintuża l-valur kontabilistiku tad-dejn nett ta’ kumpanija, inkluż il-valur tal-lokazzjonijiet finanzjarji (40). |
5.4. Il-primjum tad-dejn u l-kost tad-dejn
|
55. |
Il-kost tad-dejn jista’ jitkejjel direttament bħala l-imgħax imħallas minn kumpanija fuq id-dejn tagħha jew indirettament bħala primjum fuq l-RFR. |
|
56. |
Il-primjum tad-dejn jista’ jiġi stmat bħala l-firxa bejn l-RFR domestika u r-rendiment ta’ bonds korporattivi fit-tul (kemm jista’ jkun qrib il-maturità ta’ 10 snin li tintuża għall-RFR) (41). |
|
57. |
Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-Kummissjoni tqis li jkun aktar xieraq li l-kost tad-dejn (indirettament) jiġi stmat bħala s-somma tal-RFR u l-primjum tad-dejn. |
6. Taxxi u inflazzjoni
It-trattament tat-taxxa tal-aspettattivi tad-dejn u tal-inflazzjoni jaffettwa d-WACC u b’hekk jeħtieġ li jiġi inkorporat fil-kalkolu tad-WACC.
6.1. Taxxi
|
58. |
L-imgħax fuq id-dejn huwa spiża li tista’ titnaqqas mit-taxxi għall-korporazzjonijiet. Id-WACC ta’ wara t-taxxa jammonta għal dan it-trattament favorevoli tat-taxxa tad-dejn kif ġej: |
fejn:
|
— |
RE hija l-kost tal-ekwità u RD hija l-kost tad-dejn; |
|
— |
|
|
— |
Tc hija r-rata tat-taxxa marġinali. |
|
59. |
L-ARN tipikament jgħollu l-kost tal-ekwità (ta’ wara t-taxxa) (42) – biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-investituri tal-ekwità, kif stmat mis-CAPM – għal kost tal-ekwità ta’ qabel it-taxxa. Id-WACC ta’ qabel it-taxxa huwa kkalkolat billi d-WACC ta’ wara t-taxxa jiġi diviż permezz ta’ (1 – Tc
), sabiex jitqiesu t-taxxi korporattivi, u jista’ jiġi espress kif ġej:
|
|
60. |
Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tintuża r-rata domestika tat-taxxa korporattiva rilevanti, li hija l-approċċ komuni adottat mill-ARN, biex jiġi stmat id-WACC ta’ qabel it-taxxa. |
6.2. Inflazzjoni
|
61. |
L-investituri jżidu ir-redditi tagħhom aġġustati għall-inflazzjoni jew dawk reali. Tipikament hemm żewġ modi kif l-ARN iqisu l-inflazzjoni (43):
|
|
62. |
L-ARN li jużaw l-ewwel approċċ tipikament jikkonvertu d-WACC nominali għad-WACC reali. Metodu wieħed komuni ta’ konverżjoni huwa l-ekwazzjoni Fisher: |
fejn π hija r-rata tal-inflazzjoni.
|
63. |
Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tintuża stima ta’ inflazzjoni mifruxa maż-żona tal-euro kollha għall-Istati Membri taż-Żona tal-Euro; għall-Istati Membri barra miż-Żona tal-Euro, l-istimi tal-inflazzjoni nazzjonali jistgħu jkunu ġġustifikati. Fiż-żewġ każijiet, l-istimi li jħarsu ’l quddiem huma aktar xierqa u idealment ikopru perjodu ekwivalenti għall-maturità ta’ 10 snin tal-bonds tal-gvern li tintuża biex tiġi stmata l-RFR. Fil-prattika, huwa rari li jkun hemm tbassir dwar l-inflazzjoni ta’ 10 snin, u għalhekk jista’ jintuża tbassir fuq perjodu ta’ żmien iqsar (eż. tbassir dwar l-inflazzjoni 5 snin bil-quddiem mill-BĊE). |
7. Ir-rwol tal-BEREC u tal-Kummissjoni fil-kalkolu tal-parametri tad-WACC
|
64. |
Fil-passi ta’ tħejjija li wasslu għall-adozzjoni tal-Avviż, is-servizzi tal-Kummissjoni ħadmu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BEREC. Fil-kuntest ta’ din il-kollaborazzjoni, il-Kummissjoni stiednet lill-BEREC biex jistma l-parametri tad-WACC b’mod konsistenti mal-approċċ deskritt f’din l-Avviż. Il-BEREC qabel li jistma l-valuri tal-parametri u li jippubblikahom fuq bażi annwali (44). Dan se jiffaċilita ħafna l-ħidma tal-ARN fit-tħejjija tar-rieżamijiet perjodiċi tad-WACC u r-rieżami tal-Kummissjoni ta’ tali notifiki. |
|
65. |
Fl-eżerċizzju tal-kalkolu annwali, il-BEREC, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, se jistma (i) il-parametri li jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali u (ii) il-parametri speċifiċi għall-kumpanija għall-grupp ta’ pari. |
|
66. |
Fir-rigward tal-parametri li jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali, il-BEREC se jistma l-RFR għal kull Stat Membru u ERP wieħed mifrux mal-Unjoni kollha. |
|
67. |
Fir-rigward tal-parametri speċifiċi għall-kumpaniji, il-BEREC se jħejji lista ta’ kumpaniji xierqa għall-grupp ta’ pari u se jistma l-beta tal-ekwità, il-proporzjon tad-dejn, il-primjum tad-dejn u l-kost tad-dejn għal kull kumpanija inkluża fil-lista. Barra minn hekk, il-BEREC se jiddeskrivi fatturi li jistgħu jiġġustifikaw lill-ARN jekk ineħħu kumpanija waħda jew aktar mil-lista biex iqisu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. |
8. Frekwenza tar-rieżamijiet tad-WACC
|
68. |
L-ARN jistabbilixxu/jirrieżaminaw id-WACC b’perjodiċità differenti, li tvarja minn aktar minn darba fis-sena sa darba kull 4-5 snin. Din id-differenza fil-frekwenza hija waħda mill-fatturi wara d-differenzi fil-valuri tad-WACC bejn l-Istati Membri. |
|
69. |
Iż-żieda tal-konsistenza fil-frekwenza tal-kalkoli tad-WACC bejn l-Istati Membri tnaqqas id-differenzi mhux iġġustifikati fil-valuri tad-WACC. |
|
70. |
Il-Kummissjoni tqis li l-aġġornament tal-valur tad-WACC nazzjonali mill-anqas darba fis-sena huwa xieraq biex jitqiesu l-kundizzjonijiet ekonomiċi reċenti (45). |
9. Perjodu tranżitorju lejn l-adozzjoni tal-metodoloġija f’dan l-Avviż
|
71. |
Meta tkun qed tirrieżamina n-notifiki skont il-proċedura tal-Artikolu 7, il-Kummissjoni bħala regola se tuża l-metodoloġija deskritta f’dan l-Avviż mill-1 ta’ Lulju 2020. Madankollu, f’każijiet iġġustifikati u fuq it-talba tal-ARN notifikanti, il-Kummissjoni mhix se tibbaża r-rieżami tagħha tal-abbozz tal-miżuri fuq din il-metodoloġija matul perjodu tranżitorju sa sena (li jibda mill-1 ta’ Lulju 2020) (46). Pereżempju, dan jista’ jkun iġġustifikat meta r-rieżami bbażat fuq din il-metodoloġija, jekk applikat mir-regolatur nazzjonali, jirriżulta f’bidliet sinifikanti fil-valur tad-WACC li jdgħajfu l-istabbiltà regolatorja u l-prevedibbiltà. Matul il-perjodu tranżitorju ta’ sena, il-Kummissjoni se tqis ukoll jekk ikunx disponibbli s-sett sħiħ ta’ parametri tad-WACC li jrid jiġi ppubblikat mill-BEREC u l-possibiltà għall-ARN li jiddependu fuq dawk il-parametri fl-analiżi tagħhom. |
(1) Id-WACC jirrappreżenta l-valur li għalih l-investitur jeħtieġ li jiġi kkumpensat għal investiment. Fil-kuntest tar-regolamentazzjoni dwar it-telekomunikazzjonijiet, id-WACC jiġi kkalkolat mill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti u jiżdied mal-prezz bl-ingrossa massimu permess li l-operatur regolat jista’ jitlob biex jaċċessa l-infrastruttura tiegħu. Għal spjegazzjoni komprensiva tal-kunċett tad-WACC, ara t-taqsima 2 fid-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(2) Il-qafas regolatorju li bħalissa huwa fis-seħħ jikkonsisti minn (i) id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33), kif emendata mid-Direttiva 2009/140/KE (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 37), u r-Regolament (KE) Nru 544/2009 (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 12); (ii) id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21); (iii) id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7); (iv) id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51) u (v) ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10), kif emendat mir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1) u r-Regolament (UE) 2017/920 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 (ĠU L 147, 9.6.2017, p. 1).
(3) Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (il-Kodiċi) (ĠU L 231, 17.12.2018, p. 36). Skont l-Artikolu 124(1) tal-Kodiċi, l-Istati Membri huma meħtieġa jadottaw miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni sal-21 ta’ Diċembru 2020 u japplikawhom minn dik id-data. Ir-referenzi f’liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra bil-Kodiċi għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-Kodiċi.
(4) Ara pereżempju Brealey, Myers, Allen (2014), “Principles of Corporate Finance”, McGraw Hill, Kapitolu 9.
(5) Skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva Kwadru. Ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/466/UE tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar obbligi mhux diskriminatorji konsistenti u metodoloġiji tal-ikkostjar li jippromwovu l-kompetizzjoni u jtejbu l-ambjent tal-investiment fil-broadband (ĠU L 251, 21.9.2013, p. 13), dwar ċirkostanzi li fihom il-flessibbiltà tal-prezzijiet bl-ingrossa tista’ tkun iġġustifikata u, mill-21 ta’ Diċembru 2020, l-Artikolu 74 tal-Kodiċi.
(6) L-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali (https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/policies/shaping-digital-single-market) għandha l-għan li tiżgura l-aċċess għal attivitajiet online għall-individwi u n-negozji skont kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, protezzjoni tal-konsumatur u tad-data.
(7) Skont l-objettivi stipulati fl-Artikolu 8(2)(b) u 8(2)(c) tad-Direttiva Kwadru.
(8) Skont l-objettiv stabbilit fl-Artikoli 7(2) u 8(3)(d) tad-Direttiva Kwadru.
(9) L-Avviż ma jippreġudikax jekk primjums addizzjonali għal investimenti speċifiċi (eż. netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss) humiex iġġustifikati. Dwar din il-kwistjoni, ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/572/UE tal-20 ta’ Settembru 2010 dwar l-aċċess irregolat għan-Netwerks ta’ Aċċess tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGA) (Rakkomandazzjoni dwar l-NGA) (ĠU L 251, 25.9.2010, p. 35), b’mod partikolari l-punt 25 u l-Anness I. Il-profil aktar baxx tar-riskju tal-investiment f’FTTN/VDSL (meta mqabbel mal-fibra sad-dar) huwa diskuss fit-taqsima 6 tal-Anness I tar-Rakkomandazzjoni dwar l-NGA. F’tali każijiet, in-netwerks tal-NGA jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-infrastruttura antika.
(10) Il-Kodiċi inkariga lill-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) biex sal-21 ta’ Diċembru 2020 joħroġ linji gwida dwar il-kriterji li għandu jissodisfa netwerk biex jitqies bħala netwerk b’kapaċità għolja ħafna. Barra minn hekk, il-Kodiċi jinkludi diversi dispożizzjonijiet dwar il-proċess ta’ migrazzjoni minn infrastruttura antika għal netwerks ġodda b’kapaċità għolja ħafna, pereżempju, fl-Artikolu 81.
(11) Ara l-Artikolu 8(3)(d) u 8(5)(a) tad-Direttiva Kwadru.
(12) Ara l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva Kwadru.
(13) W.F. Sharpe, “Capital Asset Prices: A Theory of Market Equilibrium under Conditions of Risk”, The Journal of Finance, Vol. 19 (Settembru 1964), pp. 425-442; u J. Lintner, “The Valuation of Risk Assets and the Selection of Risky Investments in Stock Portfolios and Capital Budgets”, The Review of Economics and Statistics, Vol. 47 (Frar 1965), pp. 13-37.
(14) Għal aktar dettalji, ara t-taqsima 2.1 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(15) Ir-redditu meħtieġ mill-investituri fuq investiment mingħajr riskju.
(16) Ir-redditu ogħla mill-RFR mistenni mill-investituri għar-riskju addizzjonali involut f’investiment fis-suq.
(17) Ir-riskji speċifiċi jistgħu jissejħu wkoll bħala riskji mhux sistematiċi, riskji residwi, riskji uniċi jew riskji diversifikabbli.
(18) Ir-riskji mhux diversifikabbli jistgħu jissejħu wkoll bħala riskji tas-suq, riskji sistematiċi jew riskji mhux diversifikabbli.
(19) Xogħlijiet ta’ diversifikazzjoni minħabba li l-prezzijiet ta’ stokkijiet differenti ma jiċċaqilqux eżattament flimkien (minn perspettiva statistika, il-bidliet fil-prezz tal-istokk huma korrelati mhux b'mod perfett). F’portafoll ta’ investimenti diversifikati, il-movimenti f’assi individwali x’aktarx li jiġu kkumpensati b’movimenti ta’ assi oħra fil-portafoll fuq perjodu twil ta’ żmien.
(20) Il-beta huwa l-kovarjanza bejn ir-redditu ta’ assi (tipikament, il-valur tas-suq tal-kumpanija) u r-redditu tas-suq (tipikament, il-valur tas-suq ta’ indiċi tal-istokk li jittieħed biex jirrappreżenta s-suq jew l-ekonomija kollha) diviż bil-varjanza tar-redditu tas-suq. Ishma b’betas akbar minn 1,0 jamplifikaw il-moviment kollu fis-suq filwaqt li dawk b’betas bejn 0 u 1,0 inaqqsu l-moviment ġenerali fis-suq. Pereżempju, beta ta’ 0,5 ifisser li jekk is-suq jonqos b’1 %, wieħed jistenna li l-valur tal-investiment jonqos b’0,5 %. Beta ta’ 1,5 ifisser li jekk is-suq jonqos b’1 %, wieħed jistenna li l-valur tal-investiment jonqos b’1,5 %.
(21) Il-proporzjon tad-dejn huwa miżura tal-ingranaġġ finanzjarju ta’ kumpanija. Dan iqabbel l-ammont tal-finanzjament tad-dejn mal-ammont tal-ekwità tas-sid. Il-proporzjon tad-dejn jiddetermina l-piż tal-kost tad-dejn u l-kost tal-ekwità fid-WACC. Il-proporzjon tad-dejn huwa spjegat aktar fit-taqsima 5.3 ta’ dan l-Avviż.
(22) Għal aktar dettalji, ara t-taqsima 5.1.1 (b’mod partikolari 5.1.1.4) tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(23) Ara t-taqsima 5.1.2 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(24) Il-maturità residwa hija l-bqija taż-żmien sal-ħlas lura tal-bond. Matul l-Avviż kollu, il-maturità tal-bonds tirreferi għall-maturità tal-bonds residwi.
(25) Ara t-taqsima 5.2.1.3 u t-taqsima 5.2.1.4 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(26) Kull xahar il-Eurostat jippubblika r-rendimenti tal-bonds tal-gvern ta’ 10 snin għal kull Stat Membru (ara https://ec.europa.eu/eurostat/tgm/table.do?tab=table&plugin=1&language=en&pcode=teimf050).
(27) Ara t-taqsima 5.2.2 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(28) Ara t-taqsima 5.2.1.3 u t-taqsima 5.2.1.4 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(29) Ara t-taqsima 5.2.2.3 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(30) Ishma nnegozjati bi ftit jistgħu ma jiżvelawx il-valur korrett u aġġornat tal-kumpaniji sottostanti minħabba li ma jistgħux jinbiegħu faċilment mingħajr bidla sinifikanti fil-prezz. Dawn għandhom ukoll it-tendenza li jkunu aktar volatili minn dawk likwidi.
(31) Il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-grad tal-investiment tiddependi fuq l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu speċifika: din tikkorrispondi għal klassifikazzjonijiet minn Aaa sa Baa3 fil-każ ta’ Moody’s u għal klassifikazzjonijiet minn AAA sa BBB fil-każ ta’ Standard and Poor’s.
(32) Ara t-taqsima 5.3.3.2 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(33) https://www.stoxx.com/index-details?symbol=BKXP.
(34) http://us.spindices.com/indices/equity/sp-europe-350.
(35) https://www.stoxx.com/index-details?symbol=sx5e.
(36) https://www.msci.com/europe.
(37) L-aġġustamenti tradizzjonali fil-beta tal-ekwità huma dawk proposti minn Dimson (li jikkoreġu distorsjonijiet fl-istima tal-beta meta jintużaw redditi ta’ kuljum minħabba nuqqas ta’ qbil bejn bidliet fl-indiċi tas-suq u ż-żmien sabiex l-istokk tal-kumpanija jirreaġixxi għal dawn); Blume (fuq perjodu twil ta’ żmien, il-beta tal-kumpaniji għandu jxaqleb lejn valur ta’ 1); jew Vasicek (fuq perjodu twil ta’ żmien, il-beta tal-kumpaniji għandu jxaqleb lejn medja tal-industrija).
(38) Il-konverżjoni (mingħajr ingranaġġ) tneħħi l-impatt tad-dejn fuq il-beta tal-ekwità (jew ingranat). Fi kliem ieħor, il-beta tal-assi jitneħħa mill-istruttura ta’ finanzjament speċifika ta’ kumpanija, u b’hekk ikun jista’ jsir tqabbil bejn il-betas ta’ kumpaniji differenti (irrispettivament mill-istrutturi ta’ finanzjament individwali tagħhom).
(39) Ara The Brattle Group, “Review of approaches to estimate a reasonable rate of return for investments in electronic communications networks in regulatory proceedings and options for EU harmonization”, rapport finali ppubblikat fl-14 ta’ Lulju 2016, p. 88, disponibbli fuq https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/da1cbe44-4a4e-11e6-9c64-01aa75ed71a1
(40) Ara t-taqsima 5.3.4 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(41) Ara t-taqsima 5.3.5 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż, u l-letteratura msemmija fih.
(42) Ara t-taqsima 5.4.1 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(43) Ara t-taqsima 5.4 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(44) Fit-38 Laqgħa Plenarja Ordinarja tal-Bord tar-Regolaturi li saret bejn is-7 u t-8 ta’ Marzu 2019, il-BEREC qabel li jikkalkula l-parametri tad-WACC (il-BEREC ippreveda li jikkalkula r-rata mingħajr riskju u l-primjum tar-riskju tal-ekwità diġà fl-2019 u l-beta, il-proporzjon tad-dejn u l-kost tad-dejn mill-2020). Sadanittant il-BEREC iqis li se jkun jista’ jippubblika s-sett sħiħ ta’ parametri rilevanti sa nofs l-2020. Il-konklużjonijiet ta’ din il-laqgħa (BoR (19) 45) huma disponibbli fuq
https://berec.europa.eu/eng/document_register/subject_matter/berec/board_of_regulators_meetings/meeting_conclusions/8549-conclusions-of-the-38th-berec-board-of-regulators-plenary-meetings-on-7-8-march-2019-in-budapest-hungary
(45) Ara t-taqsima 8 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
(46) Ara t-taqsima 9 tad-Dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja dan l-Avviż.
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/12 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9544 — Brookfield/Johnson Controls Autobatterie)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 375/02)
Fl-24 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9544. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/13 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-5 ta' Novembru 2019
(2019/C 375/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1109 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
120,93 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4712 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86113 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,6943 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1009 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
137,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1525 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,536 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
329,84 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2643 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,7583 |
|
TRY |
Lira Turka |
6,3807 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6079 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4584 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7040 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7339 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5078 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 284,34 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,3876 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7734 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,4486 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 516,50 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,5886 |
|
PHP |
Peso Filippin |
56,012 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,4334 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
33,544 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,4655 |
|
MXN |
Peso Messikan |
21,3072 |
|
INR |
Rupi Indjan |
78,5290 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/14 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fl-ewwel laqgħa fil-5 ta’ lulju 2019 li jikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-Kawża
AT.39711 — Qualcomm (predazzjoni)
Relatur: Spanja
(2019/C 375/04)
1.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mad-definizzjonijiet tal-Kummissjoni tas-suq tal-prodotti rilevanti definit bħala s-suq tal-(baseband) chipset tal-UMTS:
2.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku rilevanti għaċ-chipsets tal-UMTS huwa wieħed dinji.
3.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li, tal-anqas bejn l-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011, Qualcomm kellha pożizzjoni dominanti fis-suq rilevanti.
4.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li bejn l-1 ta’ Lulju 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2011 Qualcomm abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq rilevanti billi wettqet strateġija ta’ pprezzar predatorju fil-konfront ta’ żewġ klijenti ewlenin tagħha għall-apparat MBB, Huawei u ZTE, bil-ħsieb li telimina lil Icera mis-suq.
5.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni tikkostitwixxi abbuż ta’ pożizzjoni dominanti li jikser l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE.
6.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni fir-rigward ta’ kemm dam għaddej il-każ ta’ ksur.
7.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li Qualcomm għandha żżomm lura milli ttenni kwalunkwe att jew imġiba koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni u minn kwalunkwe att jew imġiba li jkollha l-istess għan jew effett, jew għanijiet jew effetti ekwivalenti.
8.
Il-Kumitat Konsultattiv (8 Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/15 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fit-tieni laqgħa fil-15 ta’ Lulju 2019 li jikkonċerna abbozz ta’ deċiżjoni fil-kawża AT.39711 — Qualcomm (predazzjoni)
Relatur: Spanja
(2019/C 375/05)
(1)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li jeħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta’ deċiżjoni.
(2)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li l-valur reali tal-bejgħ ta’ Qualcomm matul il-perjodu kollu tal-ksur, abbażi ta’ stima tal-bejgħ indirett ta’ Qualcomm lil partijiet terzi fiż-ŻEE, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati għall-fini tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa.
(3)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont varjabbli tal-multa stabbilita f’dan il-każ.
(4)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li f’dan il-każ jenħtieġ li jiġi applikat ammont addizzjonali (“tariffa tad-dħul”)
(5)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.
(6)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa stabbilita.
(7)
Il-Kumitat Konsultattiv (4 Stati Membri) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/16 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Qualcomm (predazzjoni)
(AT.39711)
(2019/C 375/06)
1. Introduzzjoni
|
(1) |
L-abbozz ta’ deċiżjoni li r-rapport jirreferi għalih (l-“Abbozz ta’ Deċiżjoni”) jikkonstata li, bejn l-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2011, Qualcomm Inc. (“Qualcomm”) forniet ċerti kwantitajiet ta’ tliet chipsets konformi mal-UMTS (2) bi prezz aktar baxx mill-kost lil tnejn mill-konsumaturi ewlenin tagħha, Huawei and ZTE, bil-ħsieb li telimina lil Icera Inc. (‘Icera’ (3)), il-kompetitur ewlieni tagħha f’dak iż-żmien fis-segment “advanced data-rate performanc e” tas-suq. Skont l-Abbozz ta’ Deċiżjoni, dan kiser l-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
2. Il-fażi tal-investigazzjoni inizjali
|
(2) |
Il-każ AT.39711 joriġina minn ilment inizjali min-naħa ta’ Icera lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2009, li ġie ssostitwit minn verżjoni riveduta u aġġornata tat-8 ta’ April 2010. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni tagħha abbażi tal-allegazzjonijiet li saru f’din il-verżjoni li ssostitwiet lil ta’ qabilha. Fis-26 ta’ Lulju 2010 Qualcomm ressqet osservazzjonijiet dwar din il-verżjoni. |
|
(4) |
Bis-sottomissjonijiet tal-1 ta’ Mejju, tas-17 ta’ Mejju u tal-31 ta’ Lulju 2012 Nvidia, li kienet akkwistat lil Icera f’Mejju 2011, tat aktar informazzjoni li ssupplimentat u enfasizzat l-allegazzjonijiet dwar prezzijiet predatorji. |
|
(5) |
Bejn Ġunju 2010 u April 2015 il-Kummissjoni bagħtet diversi talbiet għal informazzjoni lil Qualcomm, lil Icera/Nvidia u lil atturi oħrajn fis-settur tal-baseband chipset. Fit-8 ta’ Awwissu, l-Uffiċjal tas-Seduta (4), f’konformità mal-Artikoli 3(7) u 4(2)(c) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, estenda l-limitu taż-żmien li fih Qualcomm kellha twieġeb għal talba waħda minn dawn, dik tal-10 ta’ Lulju 2013 (5). |
|
(6) |
Fit-3 ta’ Marzu 2014, fuq talbiet magħmula minn Qualcomm fl-2013, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni (“DĠ Kompetizzjoni) għaddew lil Qualcomm verżjonijiet b’anqas informazzjoni mħallija barra mill-ilment inizjali tal-2009 u mill-ilment emendat tal-2010. |
|
(7) |
Fis-16 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni nediet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (6) u l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 (7) fir-rigward ta’ Qualcomm fil-Każ AT.39711. |
|
(8) |
Fis-segwitu ta’ laqgħa dwar ‘is-sitwazzjoni attwali’ li saret fit-3 ta’ Settembru 2015 bejn id-DĠ Kompetizzjoni u l-Qualcomm, fil-11 ta’ Settembru 2015, id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Qualcomm bis-sottomissjonijiet ta’ Nvidia li ssemmew (4) aktar ’il fuq. |
3. L-ewwel dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet
|
(9) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat, għall-finijiet tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 773/2004, dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata lil Qualcomm (id-“DO”). |
3.1. Aċċess għall-fajl wara d-DO
|
(10) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2015 id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Qualcomm b’dokumenti fuq apparat għall-ħżin elettroniku għall-finijiet tal-aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni fil-Każ AT.39711 b’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003. Sussegwentement id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Qualcomm b’aktar materjal, partikolarment il-verżjonijiet ta’ sottomissjonijiet ta’ partijiet terzi b’anqas informazzjoni mħallija barra. Madankollu, mhux il-kwistjonijiet kollha dwar l-aċċess għal fajl setgħu jiġu solvuti bejn id-DĠ Kompetizzjoni u Qualcomm. |
|
(11) |
Fl-ittra li ntbagħtitli fit-18 ta’ April 2016 Qualcomm talbet, f’konformità mal-Artikoli 3(7) u 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, għal aċċess addizzjonali jew, fejn xieraq, kjarifika fir-rigward ta’ ċertu materjal fil-fajl tal-każ. Id-deċiżjoni tiegħi tat-13 ta’ Lulju 2016 tiddeskrivi kif trattajt l-għadd kbir tat-talbiet ikkonċernati biex insib bilanċ bejn id-dritt ta’ Qualcomm li tinstema’, fuq in-naħa l-waħda, u l-interessi tal-kunfidenzjalità min-naħa l-oħra. Essenzjalment, dan involva l-għoti ta’ verżjonijiet b’anqas informazzjoni mħallija barra ta’ ċerti dokumenti li oriġinaw mingħand Icera/Nvidia u mingħand diversi partijiet terzi oħrajn. Biex dawk il-partijiet ikkonċernati li taw l-informazzjoni jkunu jistgħu jinstemgħu (8) u, fejn rilevanti, biex jitfasslu l-verżjonijiet ġodda tad-dokumenti kkonċernati kien hemm bżonn perjodu ta’ żmien, u ġeneralment dan kien jirrekjedi diversi sensiliet ta’ korrispondenza. |
3.2. L-iskadenza għat-tweġiba bil-miktub ta’ Qualcomm għad-DO
|
(12) |
L-ittra ta’ akkumpanjament li inkludiet id-DO tat erba’ xhur lil Qualcomm biex twieġeb bil-miktub għad-DO. Din l-iskadenza ġiet stabbilita partikolarment b’kunsiderazzjoni tad-daqs u n-natura tal-fajl, il-kontenut tad-DO u l-fatt li, fir-rigward tad-data tal-adozzjoni tad-DO, kellha tiġi adottata wkoll dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet indirizzata lil Qualcomm fil-Każ AT.40220 – Qualcomm (pagamenti għall-esklussività) Fis-sustanza, l-iskadenza fil-Każ AT.39711 bdiet tapplika mid-data tal-għoti tal-aċċess għall-fajl. Wara talba mingħand Qualcomm, id-DĠ Kompetizzjoni pposponiet l-iskadenza għat-tweġiba bil-miktub ta’ Qualcomm għas-6 ta’ Mejju 2016. |
|
(13) |
Fl-ittra li ntbagħtitli fit-18 ta’ April u li semmejt aktar ’il fuq (11), Qualcomm ma qablitx mal-iskadenza riveduta tas-6 ta’ Mejju 2016, u effettivament ipprovat tingħata aktar żmien. Permezz tal-ittra elettronika tad-29 ta’ April 2016, issospendejt il-bidu tal-iskadenza għas-sottomissjoni tat-tweġiba bil-miktub ta’ Qualcomm għad-DO. |
|
(14) |
Fid-deċiżjoni tiegħi tat-13 ta’ Lulju 2016 (ara (11) aktar ’il fuq) waqqaft dik is-sospensjoni u stabbilixxejt l-iskadenza l-ġdida tal-15 ta’ Awwissu 2016 għat-tweġiba bil-miktub ta’ Qualcomm għad-DO. Il-Qualcomm ressqet it-tweġiba bil-miktub tagħha (it-“Tweġiba għad-DO”) f’dik id-data. |
3.3. L-ewwel seduta orali
|
(15) |
Fl-10 ta’ Novembru 2016, Qualcomm żviluppat l-argumenti tagħha f’seduta li talbet fit-Tweġiba għad-DO (9). |
4. Persuna terza interessata
|
(16) |
F’Mejju 2016 ippermettejt il-parteċipazzjoni ta’ persuna terza interessata fil-proċedimenti fil-Każ AT.39711 b’konformità mal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Nru 1/2003, mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 773/2004 u mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. F’Lulju 2016, b’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 773/2004, id-DĠ Kompetizzjoni informat lill-persuna terza interessata bil-miktub dwar in-natura u s-suġġett tal-proċedura (10) u stabbilixxiet skadenza li matulha dik il-persuna setgħat tagħti l-fehmiet tagħha bil-miktub. F’Awwissu 2016, il-persuna terza interessata indikat permezz ta’ ittra elettronika lid-DĠ Kompetizzjoni li ma kellha l-ebda kumment. Ma talbitx biex tipparteċipa f’seduta orali u ma ħadet l-ebda sehem ulterjuri fil-proċedimenti fil-Kawża AT.39711. |
5. Aktar miżuri investigattivi u litigazzjoni relatata
|
(17) |
Wara l-ewwel seduta orali, il-Kummissjoni wettqet aktar miżuri ta’ investigazzjoni fid-dawl tat-tweġiba orali u bil-miktub tal-Qualcomm għad-DO. |
|
(18) |
B’mod partikolari, fit-30 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni bagħtet talba lil Qualcomm għal aktar informazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 1/2003. Qualcomm ma tat l-ebda tweġiba. Fil-31 ta’ Marzu 2017, il-Kummissjoni rrikjediet l-informazzjoni permezz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) ta’ dak ir-regolament (“id-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni”). Fl-2017, il-Kummissjoni talbet ukoll għal informazzjoni mingħand Nvidia u żewġ partijiet terzi. |
|
(19) |
Bl-ittra tal-10 ta’ April 2017, Qualcomm talbet għal estensjoni tal-iskadenza sat-28 ta’ Lulju 2017 għat-tweġiba għad-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni. Fis-26 ta’ April 2017, id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta l-argumenti f’dik l-ittra iżda, ‘bħala korteżija’ ta lil Qualcomm sas-26 ta’ Mejju 2017 biex twieġeb għal ċerti mistoqsijiet li kienu jinsabu fid-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni u sad-9 ta’ Ġunju fir-rigward ta’ mistoqsijiet oħrajn li kienu jinsabu fid-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni. |
|
(20) |
Fit-8 ta’ Mejju 2017, Qualcomm ma qablitx ma’ dawn l-iskadenzi abbażi tal-Artikolu 4(2)(c) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Permezz tad-deċiżjoni tal-15 ta’ Mejju 2017 irrevedejthom għas-16 u t-30 ta’ Ġunju 2017 rispettivament. It-tweġiba sostantiva ta’ Qualcomm għad-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni rrispettat dawn l-iskadenzi riveduti. |
|
(21) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni indirizzat mistoqsijiet ta’ kjarifika lil Qualcomm. Fl-10 ta’ Novembru 2017 bagħtet ukoll lil Qualcomm talba addizzjonali għal informazzjoni skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 1/2003. |
|
(22) |
Fit-13 ta’ Ġunju 2017, Qualcomm ressqet applikazzjoni għall-annullament tad-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni u talbet għal miżuri provviżorji li jirrestrinġu l-operat tad-Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni talbet l-informazzjoni sakemm tiġi aġġudikata din l-applikazzjoni. F’Lulju 2017, il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad l-applikazzjoni għal miżuri provviżorji (11). F’April 2019, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-azzjoni ta’ annullament ta’ Qualcomm (12). |
6. Id-Dikjarazzjoni Supplimentari tal-Oġġezzjonijiet
|
(23) |
Fid-19 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni supplimentari tal-oġġezzjonijiet indirizzata lil Qualcomm (id-“DSO”). B’paragun mad-DO, id-DSO notevolment allegat durata iqsar tal-predazzjoni u użat metodoloġija riveduta għat-twettiq tat-tqabbil tal-prezzijiet u l-kosti ta’ Qualcomm dwar l-allegat bejgħ predatorju kkonċernat. |
6.1. Aċċess għall-fajl wara d-DSO
|
(24) |
Fil-31 ta’ Lulju 2018, id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Qualcomm b’apparat elettroniku għall-ħżin li kien fih kopji ta’ dokumenti aċċessibbli li saru parti mill-fajl investigattiv tal-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-DO. |
|
(25) |
Bl-ittra ndirizzata lid-DĠ Kompetizzjoni tat-8 ta’ Awwissu 2018, Qualcomm talbet, fost l-oħrajn, għal aktar aċċess għal dokumenti li kienu parti mill-fajl investigattiv fi żmien l-adozzjoni tad-DO li madankollu, minħabba li kien għadda ż-żmien, skont Qualcomm ma setgħux jitqiesu li jinkludu informazzjoni ġenwinament kunfidenzjali. Id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta din it-talba fl-14 ta’ Awwissu 2018. Id-DĠ Kompetizzjoni indirizza wkoll il-kwistjonijiet l-oħrajn li tressqu fl-ittra tal-Qualcomm tat-8 ta’ Awwissu 2018. |
|
(26) |
Fid-19 ta’ Settembru 2018 irċevejt talba motivata għal aċċess ulterjuri għall-fajl minn Qualcomm. Madankollu, din it-talba kienet materjalment differenti mit-talba aktar ġenerali li saret lid-DĠ Kompetizzjoni fit-8 ta’ Awwissu 2018 (ara (25) aktar ’il fuq). Fid-dawl tal-Artikoli 3(7) u 7(1) tad-Deċiżjoni 2011/295/UE, ikkunsidrajt li t-talba ta’ Qualcomm tad-19 ta’ Settembru ma kinitx matura biżżejjed għar-rieżami indipendenti tiegħi. Fil-21 ta’ Settembru 2018 informajt lil Qualcomm permezz ta’ ittra elettronika li kont ittrasferejt din it-talba lid-DĠ Kompetizzjoni. |
|
(27) |
Fit-28 ta’ Settembru 2018 id-DĠ Kompetizzjoni wieġeb għall-ittra ta’ Qualcomm tad-19 ta’ Settembru 2018. B’mod partikolari, id-DĠ Kompetizzjoni ta aktar aċċess għall-parti l-kbira tad-dokumenti elenkati minn Qualcomm u spjega li t-tħassir tal-partijiet kunfidenzjali fil-verżjonijiet oriġinali ta’ ċerti dokumenti fil-fajl ta’ investigazzjoni kienu attribwibbli għal talbiet ta’ privileġġ professjonali legali (“LPP”) li saru minn Nvidia. |
|
(28) |
Bl-ittra lid-DĠ Kompetizzjoni tat-28 ta’ Settembru 2018, Qualcomm għamlet għadd ta’ ilmenti mnebbħa fil-parti l-kbira mill-ispjegazzjonijiet tad-DĠ Kompetizzjoni tat-28 ta’ Settembru 2018 rigward it-talbiet għal LLP ta’ Nvidia. Id-DĠ Kompetizzjoni wieġeb bl-ittra tad-9 ta’ Ottubru 2018. |
|
(29) |
Fit-12 ta’ Ottubru 2018, Qualcomm kitbitli rigward, essenzjalment, tliet talbiet: (i) li nagħti struzzjonijiet lid-DĠ Kompetizzjoni “biex jikkonferma jekk kienx aċċerta li ... t-tħassir tal-partijiet kunfidenzjali [f’dokumenti speċifiċi] kien imsejjes fuq dikjarazzjonijiet ġenwini tal-LPP ....”; (ii) “aċċess għal verżjonijiet mingħajr partijiet kunfidenzjali mħallija barra” ta’ dokumenti speċifiċi, li Qualcomm diġà kellha verżjonijiet tagħhom b’partijiet kunfidenzjali mħallija barra; u (iii) li nagħti struzzjonijiet lid-DĠ Kompetizzjoni “tindirizza t-talba ta’ Qualcomm li tingħata kwalunkwe dokument li, kuntrarju għall dak li kien indikat fl-indiċi [tal-fajl], fil-fatt [kienu] aċċessibbli.” |
|
(30) |
Fid-deċiżjoni tas-7 ta’ Novembru 2018 spjegajt li l-ewwel talba tal-Qualcomm deskritta fi (29) aktar ’il fuq ma kinitx tikkonċerna l-aċċess għall-fajl u li l-Uffiċjal tas-Seduta ma għandux setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jordna tali azzjoni. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni talba deskritta f’(29) hawn fuq, ikkunsidrajt li din it-talba kienet diġà ġiet sodisfatta sal-mument ta’ din id-deċiżjoni ladarba f’dan l-istadju ż-żewġ partijiet ikkonċernati kienu rtiraw it-talbiet rilevanti tagħhom għall-kunfidenzjalità. It-tielet talba ta’ Qualcomm ilqajtha. Minħabba f’dan, fit-8 ta’ Novembru 2018 id-DĠ Kompetizzjoni bagħat ittra ta’ segwitu lil Qualcomm, li fis-sustanza kienet tispjega li l-indiċi tal-fajl tal-investigazzjoni kien tabilħaqq preċiż. |
6.2. L-iskadenza għat-tweġiba bil-miktub ta’ Qualcomm għad-DSO
|
(31) |
Inizjalment il-Kummissjoni tat tmien ġimgħat lil Qualcomm biex twieġeb għad-DSO bil-miktub. Fit-2 ta’ Awwissu 2018 Qualcomm talbet lid-DĠ Kompetizzjoni għal perjodu addizzjonali ta’ “mhux anqas minn ... tliet xhur addizzjonali mill-jum ta’ xogħol wara dak meta jkun ingħata l-aċċess effettiv għall-fajl”. Bl-ittra tad-9 ta’ Awwissu 2018, id-DĠ Kompetizzjoni tat estensjoni ta’ ġimagħtejn lil Qualcomm “bħala korteżija” u ressqet l-iskadenza għall-10 ta’ Ottubru 2018. |
|
(32) |
Qualcomm ma kinitx issodisfata b’dan u fl-14 ta’ Awwissu 2018 talbet għal “estensjoni sat-23 ta’ Diċembru 2018” skont l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Bid-deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2018, l-Uffiċjal tas-Seduta (13) stabbilixxa t-22 ta’ Ottubru bħala l-iskadenza riveduta. |
|
(33) |
Qualcomm bagħtet it-tweġiba bil-miktub tagħha (it-“Tweġiba għad-DO”) f’dik id-data. |
6.3. It-tieni seduta orali u kwistjonijiet relatati
|
(34) |
Fit-Tweġiba għad-DSO Qualcomm talbet seduta orali. |
|
(35) |
Inizjalment din it-tieni seduta orali kienet skedata għat-Tlieta, il-11 ta’ Diċembru 2018. Nhar il-Ġimgħa, is-7 ta’ Diċembru, Qualcomm talbet li d-data ta’ din is-seduta tiġi posposta għal kmieni f’Jannar 2019. Fid-dawl tar-raġunijiet speċifiċi ta’ Qualcomm skedajt is-seduta mill-ġdid għall-10 ta’ Jannar 2019. Fid-19 ta’ Diċembru 2018, l-Uffiċjal tas-Seduta rrifjuta t-talba sussegwenti ta’ Qualcomm li s-seduta tiġi posposta għall-ġimgħa ta’ wara f’Jannar 2019 (14). B’konformità ma’ dan, it-tieni seduta saret fl-10 ta’ Jannar 2019. |
|
(36) |
Fil-25 ta’ April 2019, fuq inizjattiva tagħha stess, Qualcomm bagħtet “sottomissjoni ta’ segwitu għat- [tieni] seduta” lill-Kummissjoni. |
7. Ittra tal-fatti
|
(37) |
Fit-22 ta’ Frar 2019 il-Kummissjoni bagħtet “ittra tal-fatti” lil Qualcomm. Din il-komunikazzjoni (“l-Ittra tal-Fatti”) tfasslet biex: (i) tagħti kjarifiki lil Qualcomm dwar ċerti elementi stabbiliti fid-DSO li Qualcomm ma kinitx qablet magħhom fit-Tweġiba għad-DSO; (ii) tinforma lil Qualcomm dwar evidenza preeżistenti li ma kinitx intużat espressament fid-DO jew fid-DSO; u (iii) tinforma lil Qualcomm dwar aġġornamenti minuri fuq l-analiżi tad-DSO tar-relazzjoni bejn il-prezz u l-kost. |
7.1. Aċċess għall-fajl b’rabta mal-Ittra tal-Fatti
|
(38) |
L-Ittra tal-Fatti nkludiet anness li kien fih “il-verżjonijiet aċċessibbli tad-dokumenti kollha li jirriflettu l-kuntatti mal-partijiet terzi rreġistrati fil-fajl tal-każ mid-data tal-adozzjoni tad-DSO [li] ma kinux ingħataw lil Qualcomm qabel, kif ukoll żewġ dokumenti oħra”. |
|
(39) |
Wieħed minn dawn “iż-żewġ dokumenti l-oħra” kien il-verżjoni oriġinali (bl-ebda parti mħallija barra) ta’ spreadsheet li fir-rigward tagħha l-awtur kien, qabel ma ħadt id-deċiżjoni tiegħi msemmija f’(30) hawn fuq, irtira kull talba għall-kunfidenzjalità (il-”Verżjoni sħiħa tal-ispreadsheets”) li, madankollu, minkejja “żball ta’ trażmissjoni” fid-19 ta’ Ottubru 2018 lil Qualcomm kienet intbagħtitilha verżjoni li kienet ġiet editjata b’partijiet mħallija barra u mhux il-verżjoni oriġinali sħiħa tagħha (ara aktar ’il quddiem f’(53) u (54) hawn taħt). |
7.2. L-iskadenza għat-tweġiba għall-Ittra tal-Fatti
|
(40) |
L-iskadenza inizjali għat-tweġiba għall-Ittra tal-Fatti kienet it-12 ta’ Marzu 2019. Id-DĠ Kompetizzjoni ċaqlaq l-iskadenza għall-Ġimgħa, it-22 ta’ Marzu 2019 bħala “korteżija” permezz tal-ittra tat-8 ta’ Marzu 2019, għalkemm qies li l-argumenti tal-Qualcomm fit-talba għall-estensjoni tal-1 ta’ Marzu 2019 ma kellhomx mertu. |
|
(41) |
Permezz tal-ittra elettronika tat-12 ta’ Marzu 2019 irrifjutajt it-talba tal-Qualcomm tat-8 ta’ Marzu 2019 għal estensjoni tal-iskadenza għat-tweġiba għall-Ittra tal-Fatti sad-9 ta’ April 2019. |
|
(42) |
Sussegwentement id-DĠ Kompetizzjoni laqa’ t-talba tal-Qualcomm tad-19 ta’ Marzu 2019 biex titħalla tagħti l-kummenti tagħha dwar l-Ittra tal-Fatti sat-Tnejn, il-25 ta’ Marzu 2019. Qualcomm tat il-kummenti tagħha nhar il-Ħadd, l-24 ta’ Marzu 2019. |
7.3. Ir-rifjut tat-talba ta’ Qualcomm għat-tielet seduta orali
|
(43) |
Fil-kummenti tagħha dwar l-Ittra tal-Fatti Qualcomm sostniet li, fost l-oħrajn, l-Ittra tal-Fatti “ma kinitx, fis-sustanza tagħha, ittra tal-fatti” iżda “dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet oħra”. F’nota f’qiegħ il-paġna f’dawn il-kummenti Qualcomm talbet għal seduta orali oħra. |
|
(44) |
Permezz tal-ittra elettronika tas-26 ta’ April 2019 irrifjutajt dak l-argument u dik it-talba (15). |
8. Kwistjonijiet proċedurali mqajma minn Qualcomm
8.1. L-allegata inadegwatezza tal-iskadenzi
8.1.1. L-iskadenza għal tweġiba għad-DO
|
(45) |
It-Tweġiba għad-DO ilmentat li, fost l-oħrajn, l-iskadenza estiża għat-tweġiba bil-miktub għad-DO ma kinitx xierqa biex tiżgura li t-Tweġiba għad-DO tiġi ffinalizzata għas-sodisfazzjon ta’ Qualcomm. B’mod partikolari, Qualcomm sostniet li kien sproporzjonat u kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-UE, bħad-drittijiet tad-difiża u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, li l-Qualcomm tintalab tħejji d-difiża tagħha għal dak li fit-Tweġiba tad-DO ġie deskritt bħala “ammont ta’ żmien addizzjonali li ngħata mill-Uffiċjal tas-Seduta biex twieġeb għad-DO ladarba l-perjodu tal-iskadenza reġa’ nbeda fit-13 ta’ Lulju 2016”. |
|
(46) |
Kif jidher minn (9) sa (14) aktar ’il fuq u kuntrarju ta’ dak li t-Tweġiba għad-DO ppruvat tagħti x’tifhem, fl-aħħar mill-aħħar Qualcomm kellha aktar minn tmien xhur biex tħejji għat-Tweġiba għad-DO. Dan jidher li kien żmien biżżejjed biex Qualcomm teżerċita b’mod effettiv id-dritt tagħha li tinstema’ bil-miktub, (16) b’kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġi evitat dewmien żejjed fil-proċedimenti (17) u irrispettivament mill-fatt li għal iżjed minn sitt xhur f’ dan il-perjodu, Qualcomm kienet qiegħda wkoll tħejji t-tweġiba tagħha għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet separata, li ġiet adottata fl-istess jum tad-DO, fil-Każ AT.40220 Qualcomm (esklużività). |
|
(47) |
L-idea fit-Tweġiba għad-DO ta’ skadenza mhux xierqa u “sproporzjonata” għat-tweġiba għad-DO hija mibnija fuq il-fehma Qualcomm setgħet tibda taħdem fuq it-Tweġiba għad-DO biss ladarba ssospendejt l-iskadenza għat-Tweġiba għad-DO fit-13 ta’ Lulju 2016. Madankollu, Qualcomm setgħet tibda u tikseb progress fuq it-tħejjija tagħha għat-Tweġiba għad-DO minn meta kienet waslet id-DO kmieni f’Diċembru 2015. |
8.1.2. L-iskadenza għal tweġiba għad-DSO
|
(48) |
Fit-Tweġiba għad-DSO, Qualcomm ilmentat li l-ammont totali ta’ żmien li l-Kummissjoni tat għat-Tweġiba għad-DSO kien “insuffiċjenti u sproporzjonat”. Madankollu, it-Tweġiba għad-DSO ma tispeċifikax il-kuntest fejn Qualcomm qieset li l-iskadenza riveduta għat-Tweġiba tad-DSO kienet “insuffiċjenti” jew fejn id-drittijiet tad-difiża tagħha ġew kompromessi. Fid-deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-20 ta’ Awwissu 2018 imsemmija f’(32) aktar ’il fuq, l-Uffiċjal tas-Seduta diġà qies il-livell tat-tibdil fil-Każ AT.39711 li ġie kkawżat mid-DSO. Fir-rigward tal-idea ta’ Qualcomm li l-perjodu mogħti għat-Tweġiba għad-DSO kien “sproporzjonat”, is-sempliċi paragun fit-Tweġiba għad-DSO bejn id-deskrizzjoni ta’ Qualcomm tal-passi li ħadet biex tikkonforma mal-iskadenza u ż-żmien bejn l-ewwel seduta orali u d-DSO ma jistax jagħti prova ta’ dak li l-Qualcomm tidher li qed tqis bħala nuqqas illegali ta’ proporzjon bejn iż-żmien li ngħata għat-tweġiba għad-DSO u ż-żmien li l-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha għall-passi kollha li wasslu għall-ħruġ tad-DSO. |
8.2. Aċċess għall-fajl
8.2.1. Aċċess għall-fajl wara d-DO
|
(49) |
Fit-tweġiba għad-DO, Qualcomm ilmentat dwar l-ambitu ta’ informazzjoni li tneħħiet għal finijiet ta’ protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali mit-test ta’ dokumenti li ngħataw inizjalment lil Qualcomm għall-finijiet tal-aċċess għall-fajl. Madankollu, t-Tweġiba għad-DO rrikonoxxiet li, “wara r-rieżami tal-Uffiċjal tas-Seduta [li wassal għad-deċiżjoni tiegħi tat-13 ta’ Lulju 2016], Qualcomm irċeviet verżjonijiet addizzjonali tad-dokumenti fil-fajl tal-każ b’anqas informazzjoni mneħħija “. It-Tweġiba għad-DO rrikonoxxiet ukoll fis-sustanza li dan ir-rieżami solva l-kwistjoni tal-leġittimità tat-talbiet ta’ kunfidenzjalità tal-partijiet terzi fir-rigward ta’ dawn id-dokumenti. |
8.2.2. Aċċess għall-fajl wara d-DSO
|
(50) |
It-Tweġiba għad-DSO sostniet li l-ksur tad-drittijiet ta’ difiża tal-Qualcomm li kien jirriżulta minn dak li l-Qualcomm qieset bħala perjodu insuffiċjenti biex twieġeb għad-DSO (ara (48) aktar ’il fuq) kien “aggravat minn kwistjonijiet numeruż relatati mal- aċċess tal-fajl, li, wħud minnhom baqgħu mingħajr soluzzjoni”. |
|
(51) |
Mhuwiex ċar liema kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-fajls tqiesu bħala “mhux solvuti” mill-Qualcomm. It-Tweġiba għad-DSO ma qajmet l-ebda kwistjoni li ma kinitx diġà ġiet trattata mill-Kummissjoni qabel ma Qualcomm issottomettiet ir-Tweġiba għad-DSO. Essenzjalment it-Tweġiba għad-DSO kienet sempliċement inkludiet allegazzjoni mhux elaborata li, flimkien ma’ dak li Qualcomm qieset bħala perjodu insuffiċjenti għat-tweġiba għad-DSO, il-kwistjonijiet relatati mal-aċċess għall-fajl deskritti fit-Tweġiba għad-DSO fixklu serjament u irreparabbilment il-kapaċità ta’ Qualcomm li tiddefendi lilha nfisha. |
8.2.3. It-trażmissjoni tardiva tal-Verżjoni sħiħa tal-ispreadsheet
|
(52) |
It-Tweġiba għad-DSO tat x’tifhem li l-verżjoni sħiħa tad-dokument li ssejjaħ “kruċjali” ingħata b’mod mhux xieraq lil Qualcomm jum ta’ xogħol wieħed biss qabel l-iskadenza għat-Tweġiba għad-DSO. Madankollu, l-argument sostantiv tat-Tweġiba għad-DSO li kien apparentement imsejjes fuq din il-verżjoni ta’ dak id-dokument setgħet faċilment tissejjes fuq il-verżjoni aċċessibbli preċedenti tal-istess dokument. |
|
(53) |
Fil-fatt, aktar tard irriżulta li dak l-argument kien tassew imsejjes fuq il-verżjoni aċċessibbli preċedenti tad-dokument. Dan għaliex id-dokument inkwistjoni huwa l-verżjoni sħiħa tal-ispreadsheet li, kif indikat f’(39) aktar ’il fuq, intbagħat lil Qualcomm fil-forma oriġinali tiegħu biss wara s-sottomissjoni tat-Tweġiba għad-DSO. |
|
(54) |
Skont it-tweġiba ta’ Qualcomm għall-Ittra tal-Fatti, it-trażmissjoni “tardiva” tal-verżjoni sħiħa tal-ispreadsheet ikkompromettiet id-dritt ta’ difiża ta’ Qualcomm. Madankollu, peress li l-Qualcomm fl-ebda stadju ma għamlet sottomissjonijiet speċifiċi relatati mal-informazzjoni kunfidenzjali li tneħħiet mill-verżjoni ta’ dan id-dokument li kienet aċċessibbli qabel, din l-affermazzjoni mhijiex sostanzjata. |
8.3. Affermazzjoni ta’ nuqqas ta’ investigazzjoni xierqa u f’waqtha
|
(55) |
It-Tweġiba għad-DSO issostni li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma ġietx ġestita tajjeb u damet wisq, u għaldaqstant affettwat il-kapaċità ta’ Qualcomm li tiddefendi lilha nnifisha b’mod xieraq. |
|
(56) |
Huwa f’idejn il-qrati tal-UE li jivvalutaw ir-raġunijiet tad-dewmien tal-proċediment amministrattiv, jekk dan ikun meħtieġ, fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ u, b’mod partikolari, il-kuntest ta’ kull każ, id-diversi stadji proċedurali segwiti, il-kumplessità tal-każ, l-importanza tiegħu għad-diversi partijiet involuti, kif ukoll l-imġiba tal-parti kkonċernata u tal-Kummissjoni (18). Madankollu, din il-lista ta’ kriterji ma hijiex eżawrjenti u l-evalwazzjoni tan-natura raġonevoli tal-perjodu inkwistjoni ma tobbligax eżami sistematiku taċ-ċirkustanzi tal-kawża fid-dawl ta’ kull wieħed minnhom meta t-tul tal-proċedura jidher iġġustifikat fir-rigward ta’ wieħed minnhom. L-iskop ta’ dawn il-kriterji huwa li jiġi ddeterminat jekk it-tul ta’ żmien tat-trattament tal-każ huwiex ġustifikat. Għaldaqstant, il-kumplessità tal-każ jew l-imġiba dilatorja tal-parti kkonċernata tista’ titqies bħala fatt li tiġġustifika d-dewmien li mal-ewwel daqqa ta’ għajn jista’ jidher twil wisq (19). |
|
(57) |
Għall-finijiet preżenti, ma jidhirlix li t-tul tal-proċedimenti ppreġudika l-eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ difiża ta’ Qualcomm. Fost l-oħrajn, dan il-każ kien wieħed tekniku u relattivament kumpless mill-bidu nett. Kif jidher minn (2) sa (4) aktar ’il fuq, l-ilment li sar lill-Kummissjoni fl-2009 u li ġie rivedut fl-2010 allega mġiba abbużiva min-naħa ta’ Qualcomm f’diversi aspetti, iżda kien biss fl-2012 li s-suspett ta’ pprezzar predatorju sar wieħed mill-allegazzjonijiet ewlenin tal-ilmentatur u tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-ilmenti ta‘ Qualcomm li l-mogħdija taż-żmien wasslet biex id-difiża tagħha saret aktar diffiċli jitpoġġew f’perspettiva mill-fatt li, kif diġà ġie nnutat mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-Każ AT.39711 (ara aktar (22) ’il fuq), billi Qualcomm kienet irċeviet talbiet għal informazzjoni skont l-Artikolu 18(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 sa mis-7 ta’ Ġunju 2010, kien f’idejn Qualcomm, għallanqas minn dik id-data, li taġixxi b’mod diliġenti li tieħu l-miżuri xierqa kollha biex iżżomm tali evidenza li raġonevolment tkun disponibbli għaliha (20). Fi kwalunkwe ċirkostanza, il-mogħdija taż-żmien ma jidhirx li fixkel wisq lil Qualcomm milli torganizza d-difiża tagħha. Pereżempju, il-kritika tal-Qualcomm fir-rigward tal-eżerċitar tad-dritt tagħha li tinstema’ b’rabta mad-DO wasslet biex il-Kummissjoni rfinat il-każ tagħha, peress li tista’ tagħmel dan b’konformità mal-każistika rilevanti (ara (59) hawn taħt). Għaldaqstant, it-tfassil tad-DSO u s-smiegħ tar-risposta ta’ Qualcomm għad-DSO tawlet il-proċedimenti, iżda it-tul tal-proċedimenti ma sarx wieħed irraġonevoli. |
8.4. Asserzjonijiet ta’ preġudizzju fil-prosekuzzjoni u ta’ investigazzjoni inġusta
|
(58) |
Filwaqt li stqarret li Qualcomm kellha aspettattivi leġittimi li (i) il-Kummissjoni tkun lestiet it-tiftix tal-fatti qabel id-DO u (ii) il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet l-investigazzjoni tagħha wara l-ewwel seduta orali, it-Tweġiba għad-DSO allegat li d-DSO kienet “ir-riżultat ta’ preġudizzju ċar fil-prosekuzzjoni”. Skont il-Qualcomm, wara l-ewwel seduta orali l-Kummissjoni kienet involuta fi “spedizzjoni ta’ tfittxija” meta kien messha tagħlaq l-investigazzjoni wara li Qualcomm kienet dgħajjfet il-pożizzjoni sostnuta fid-DO. Bl-istess mod, (i) it-tweġiba ta’ Qualcomm għall-Ittra tal-Fatti tasserixxi li l-każ kontra Qualcomm kien ir-riżultat ta’ investigazzjoni inġusta u (ii) “is-sottomissjoni ta’ segwitu” ta’ Qualcomm imsemmija f’(36) aktar ’il fuq titfa’ xnigħat dwar l-oġġettività tat-tieni seduta orali u, b’mod aktar ġenerali, l-investigazzjoni fil-Każ AT.39711. |
|
(59) |
L-asserzjonijiet ta’ Qualcomm dwar l-aspettattivi leġittimi mhumiex issostanzjati. Barra minn hekk, il-fatt biss li l-Kummissjoni, partikolarment fid-dawl tal-kwistjonijiet imqajma minn Qualcomm bi tweġiba għad-DO, wettqet aktar investigazzjonijiet wara l-ewwel seduta orali fih innifsu ma jindikax preġudizzju fil-prosekuzzjoni. Tassew, mill-każistika jidher li, peress li l-Kummissjoni trid tqis il-fatturi li joħorġu mill-proċedura amministrattiva sabiex jew tabbanduna tali oġġezzjonijiet li jkunu bla bażi jew temenda u tissupplimenta l-argumenti tagħha, kemm fil-fatt kif ukoll fil-liġi, hija intitolata li temenda (aspetti tal-) każ, anke b’dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jekk dan ikun meħtieġ (21). Wieħed għandu jżomm f’moħħu wkoll li meta każ, bħall-Każ AT.39711, ikun imsejjes fuq ilmenti formali, ma tistax sempliċement twaqqa’ l-każ mingħajr ma tirrifjuta dawn l-ilmenti. |
8.5. Asserzjonijiet li d-DSO hija użu ħażin tas-setgħat tal-Kummissjoni u ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba
|
(60) |
Skont it-Tweġiba għad-DSO, peress li l-DSO “hija r-riżultat ta’ ġestjoni ħażin u preġudizzju fil-prosekuzzjoni”, hija “użu ħażin tas-setgħat investigattivi tal-Kummissjoni”. Bl-istess mod, Qualcomm allegat li l-Kummissjoni kisret id-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba skont it-tifsira tal-Artikolu 41 tal-Karta, peress li d-DSO nfisha tagħti prova ta’ amministrazzjoni ħażina u hija r-riżultat ta’ preġudizzju fil-prosekuzzjoni. |
|
(61) |
Minn (45) sa (59) jidher li l-asserzjonijiet ta’ Qualcomm dwar amministrazzjoni ħażina u ta’ preġudizzju fil-prosekuzzjoni mhumiex konvinċenti. Għaldaqstant dawn l-asserzjonijiet sussidjarji, bl-istess mod, mhumiex konvinċenti. |
Kummenti tal-għeluq
|
(62) |
Fid-dawl tas-sottomissjonijiet ta’ Qualcomm, l-Abbozz ta’ Deċiżjoni, fost l-oħrajn, tqis lil Qualcomm responsabbli minn ksur li dam anqas mill-ksur allegat fid-DO. |
|
(63) |
F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-Abbozz ta’ Deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom Qualcomm ingħatat l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. Nikkonkludi li jagħmel dan. |
|
(64) |
Kollox ma’ kollox, nikkonkludi li t-tħaddim effettiv tad-drittijiet proċedurali, f’dan il-każ, ġie rrispettat. |
Brussell, is-16 ta’ Lulju 2019.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Dawn huma “baseband chipsets” (komponenti li jikkontribwixxu għall-konnettività mobbli f’apparat ta’ komunikazzjoni ċellulari) li jimplimentaw u jikkonformaw mal-istandard tas-“Sistemi Universali tat-Telekommunikazzjonijiet Mobbli” tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni ċellulari.
(3) F’Mejju 2011, Icera ġiet akkwistata u saret sussidjarja kollha kemm hi propjetà’ ta’ Nvidia Inc. (‘Nvidia’), li konsegwentement assumiet il-pożizzjoni ta’ Icera bħala lmentatur.
(4) Is-Sur Wouter Wils kien l-Uffiċjal tas-Seduta f’dan il-każ sat-3 ta’ Diċembru 2015.
(5) L-Uffiċjal tas-Seduta estenda l-iskadenza kkonċernata sat-18 ta’ Novembru 2013. Fuq talba sussegwenti min-naħa ta’ Qualcomm, id-DĠ Kompetizzjoni estenda din l-iskadenza sat-2 ta’ Diċembru 2013.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) (“ir-Regolament Nru 1/2003”).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1348 tat-3 ta’ Awwissu 2015 (ĠU L 208, 5.8.2015, p. 3 (“ir-Regolament Nru 773/2004”).
(8) Kif intalab, b’mod partikolari, fis-sentenza tal-24 ta’ Ġunju 1986 f’ Akzo Chemie v il-Kummissjoni, 53/85, EU:C:1986:256, il-paragrafi 30 u 31.
(9) Nvidia/Icera ukoll ħadu sehem f’dik is-seduta.
(10) Permezz ta’ sommarju mhux kunfidenzjali tad-DO.
(11) L-Ordni tat-12 ta’ Lulju 2017, Qualcomm u Qualcomm Europe v il-Kummissjoni, T-371/17 R, EU:T:2017:485.
(12) Is-sentenza tad-9 ta’ April 2019, Qualcomm u Qualcomm Europe v il-Kummissjoni, T-371/17, EU:T:2019:232.
(13) Fl-assenza tiegħi, din id-deċiżjoni ttieħdet mis-Sur Wils.
(14) Fl-assenza tiegħi, din id-deċiżjoni ttieħdet mis-Sur Wils.
(15) Kuntrarju għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (supplimentari), ittra tal-fatti ma twassalx biex id-destinatarji jkunu intitolati li jiżviluppaw l-argumenti fit-tweġiba miktuba tagħhom f’seduta orali.
(16) Sat-8 ta’ Lulju 2016 Qualcomm gradwalment kienet ingħatat aċċess għall-materjal addizzjonali kollu tal-aċċess għall-fajl li kont qist li kien bi dritt ta’ Qualcomm fid-deċiżjoni tat-13 ta’ Lulju 2016.
(17) Din il-ħtieġa hija fost il-kwistjonijiet li, skont l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, l-Uffiċjal tas-Seduta għandu jqis meta jkun qed jieħu d-deċiżjoni dwar jekk l-estensjoni tal-iskadenza tat-tweġiba bil-miktub għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tkunx meħtieġa.
(18) B’rabta ma’ dan ara, fost l-oħrajn, is-sentenzi tal-15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij u Oħrajn v il-Kummissjoni, C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, EU:C:2002:582, il-paragrafu 187, u tat-8 ta’ Settembru 2016, Merck v il-Kummissjoni, T-470/13, EU:T:2016:452, il-paragrafu 471.
(19) Ara s-sentenza tal-15 ta’ Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij u Oħrajn v il-Kummissjoni, C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, EU:C:2002:582, il-paragrafu 188.
(20) Ara s-sentenza tad-9 ta’ April 2019, Qualcomm u Qualcomm Europe v il-Kummissjoni, T-371/17, EU:T:2019:232, paragrafu 136.
(21) F’dan is-sena ara, partikolarment, is-sentenzi tal-14 ta’ Lulju 1972, Bayer v il-Kummissjoni, 51/69, EU:C:1972:72, paragrafu 11; u tal-11 ta’ Novembru 1981, IBM v il-Kummissjoni, 60/81, EU:C:1981:264, paragrafu 18; Tal-21 ta’ Settembru 2006, JCB Service v il-Kummissjoni, C-167/04 P, EU:C:2006:594, paragrafi 100 u 101; u tat-13 ta’ Lulju 2011, Polimeri Europe v il-Kummissjoni, T-59/07, EU:T:2011:361, paragrafu 73.
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/25 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tat-18 ta’ Lulju 2019
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Każ AT.39711 — Qualcomm (predazzjoni))
(notifikat bid-dokument C(2019) 5361)
(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 375/07)
Fit-18 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, (1) il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposti, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. Introduzzjoni
|
(1) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li Qualcomm Inc. (“Qualcomm”) kisret l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u l-Artikolu 54 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“Ftehim ŻEE”) billi forniet ċerti kwantitajiet ta’ tlieta miċ-chipsets tal-UMTS tagħha bi prezzijiet li ma jkoprux il- kosti tal-prodott bil-ħsieb li telimina l-Icera, il-kompetitur ewlieni tagħha dak iż-żmien fis-segment tas-suq li joffri “advanced data rate performanc e” (segment “leading edg e”). |
|
(2) |
Dan il-ksur seħħ mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2011. |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Lulju 2018 u fil-15 ta’ Lulju 2019, il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Prattiċi Restrittivi u l-Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjonijiet favorevoli dwar id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u dwar il-multa imposta fuq Qualcomm. |
2. Id-definizzjoni tas-swieq
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-suq tal-prodotti rilevanti huwa s-suq tan-negozjanti ta’ baseband chipsets li huma konformi mal-istandard tal-UMTS (“chipsets UMTS”). |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li s-suq għaċ-chipsets UMTS huwa suq dinji. |
3. Dominanza
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ssib li Qualcomm kellha pożizzjoni dominanti fis-suq dinji għaċ-chipsets UMTS mill-inqas bejn l-1 ta’ Jannar 2009 u l-31 ta’ Diċembru 2011. |
|
(7) |
L-ewwel nett, Qualcomm kellha sehem mis-suq ibbażat fuq il-valur ta’ madwar 60 % fis-suq dinji għaċ-chipsets UMTS matul dak il-perjodu. |
|
(8) |
It-tieni nett, is-suq dinji għaċ-chipsets UMTS huwa kkaratterizzat mill-eżistenza ta’ għadd ta’ ostakli fuq id-dħul u l-espansjoni (pereżempju investimenti inizjali sinifikanti fir-riċerka u l-iżvilupp għall-iddiżinjar taċ-chipsets UMTS u diversi ostakli relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta’ Qualcomm). |
|
(9) |
It-tielet nett, il-qawwa kummerċjali tal-klijenti taċ-chipsets ta’ Qualcomm ma setgħetx taffettwa l-pożizzjoni dominanti ta’ Qualcomm matul dak il-perjodu. |
4. Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tistabbilixxi li Qualcomm abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha meta forniet ċerti kwantitajiet ta’ tliet miċ-chipsets UMTS tagħha (iċ-chipets ibbażati fuq MDM8200, MDM6200 u MDM8200 A) lil tnejn mill-konsumaturi ewlenin tagħha, Huawei u ZTE, bi prezzijiet li ma jkoprux il-kosti bil-ħsieb li telimina l-Icera, il-kompetitur ewlieni tagħha dak iż-żmien fis-segment leading edge taċ-chipsets tal-UMTS. |
|
(11) |
Bir-restrizzjoni tat-tkabbir ta’ Icera fir-rigward taż-żewġ konsumaturi ewlenin f’dan is-segment, li f’dak iż-żmien kien magħmul kważi esklussivament minn chipsets li jintużaw f’apparat broadband mobbli, Qualcomm kienet biħsiebha tostakola lil Icera, negozju ġdid, żgħir u limitat finanzjarjament, milli tikseb ir-reputazzjoni u l-iskala meħtieġa biex tikkontesta id-dominanza ta’ Qualcomm fis-suq taċ-chipsets UMTS, partikolarment fid-dawl tal-potenzjal ta’ tkabbir mistenni tas-segment leading edge b’riżultat tal-użu mifrux ta’ apparat intelliġenti mobbli, u b’hekk ċaħdet lill-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali f’dan is-segment minn aċċess għal sors alternattiv ta’ chipsets għat-telefowns mobbli tagħhom u naqqset l-għażla tal-konsumatur. |
|
(12) |
Il-prattiċi tal-ipprezzar ta’ Qualcomm seħħu fil-kuntest taż-żieda tat-trazzjoni tas-suq ta’ Icera bħala fornitur vijabbli ta’ chipsets UMTS avvanzati li kienu ta’ theddida dejjem tikber għan-negozju taċ-chipsets ta’ Qualcomm. Biex tiżgura li n-negozju ta’ Icera ma jilħaqx livel kritiku fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ Qualcomm fis-suq, Qualcomm ħadet azzjonijiet preventivi fis-sura ta’ konċessjonijiet tal-prezz immirati lejn żewġ konsumaturi strateġikament importanti, Huawei u ZTE, għaliex ikkunsidrat li l-prospetti ta’ żvilupp ta’ Icera kienu dipendenti fuq il-kapaċità tagħha li tistabbilixxi relazzjoni kummerċjali ma’ waħda minn dawn il-kumpaniji. L-azzjonijiet preventivi ta’ Qualcomm kienu bbażati fuq strateġija ta’ multi-chipset li tkopri t-tliet chipsets leading edge li kkompetew mal-aktar chipsets avvanzati ta’ Icera f’dak iż-żmien, li partikolarment kellha l-għan li tħares il-pożizzjoni b’saħħitha ta’ Qualcomm fis-segment ta’ volum għoli ta’ chipsets għall-użu fit-telefowns mobbli, li Icera kienet qiegħda tippjana li tibda tipparteċipa fih ladarba tikseb preżenza fis-segment taċ-chipsets għall-użu f’apparat broadband mobbli. |
|
(13) |
L-analiżi tal-prezzijiet mitluba minn Qualcomm mingħand Huawei u ZTE u l-kosti ta’ Qualcomm għall-manifattura ta’ dawk iċ-chipsets turi li Qualcomm biegħet ċerti ammonti minn dawn iċ-chipsets bi prezz anqas mill-kosti inkrementali medji fit-tul u, fi kwalunkwe każ, anqas mill-kosti totali medji, kif ukoll ammont limitat ta’ chipsets ibbażati fuq MDM6200 bi prezz anqas mill-kosti varjabbli medji. Ir-riżultati tat-testijiet tal-prezz f’paragun mal-kosti huma konsistenti mal-evidenza interna kontemporanja ta’ Qualcomm li turi l-ħsieb ta’ Qualcomm li teskludi lil Icera. |
|
(14) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li Qualcomm ma tatx ġustifikazzjoni oġġettiva valida jew difiża bażata fuq effiċjenza valida għall-imġiba tagħha. |
|
(15) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-bejgħ predatorju ta’ Qualcomm lil Huawei u ZTF jifforma ksur uniku u kontinwu. |
5. Ġuriżdizzjoni
|
(16) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-Kummissjoni għandha l-ġuriżdizzjoni li tapplika l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE għall-ksur ta’ Qualcomm, billi din kienet implimentata u setgħet kellha effetti sostanzjali, immedjati u prevedibbli fiż-ŻEE. |
6. Effett fuq il-kummerċ
|
(17) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-imġiba ta’ Qualcomm kellha effett apprezzabbli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u bejn il-Partijiet Kontraenti għaż-ŻEE. |
7. Multi u rimedji
|
(18) |
Fi żmien l-adozzjoni tad-Deċiżjoni, il-ksur ta’ Qualcomm kien intemm. Madankollu, id-Deċiżjoni tirrekjedi li Qualcomm iżżomm lura milli ttenni l-imġiba deskritta fid-Deċiżjoni u minn kwalunkwe azzjoni jew imġiba li jkollha l-istess għan jew effett, jew l-għan jew l-effett ekwivalenti bħall-imġiba deskritta fid-Deċiżjoni. |
|
(19) |
Il-multa imposta fuq il-Qualcomm għall-ksur hija kkalkulata abbażi tal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Id-Deċiżjoni tikkonkludi li l-ammont finali tal-multa li trid tiġi imposta fuq Qualcomm jenħtieġ li tkun ta’ EUR 242 042 000. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/28 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9331 — Danaher/GE Healthcare Life Sciences Biopharma)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 375/08)
1.
Fid-29 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Danaher Corporation (“Danaher”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
GE Healthcare Life Sciences Biopharma Business (“GE Biopharma”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn General Electric Company. |
Danaher takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll ta’ GE Biopharma kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Danaher: manifattura u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u servizzi professjonali, mediċi, industrijali u kummerċjali, |
|
— |
GE Biopharma: provvista ta’ strumenti, prodotti tal-konsum u software għar-riċerka, l-iskoperta, l-iżvilupp tal-proċessi u l-fluss tax-xogħol tal-manifattura ta’ mediċini bijofarmaċewtiċi bħalma huma antikorpi monoklonali, vaċċini u terapiji taċ-ċelloli u tal-ġene. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9331 — Danaher/GE Healthcare Life Sciences Biopharma
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
6.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/30 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2019/C 375/09)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“QUESO DE VALDEÓ N”
Nru tal-UE: PGI-ES-0267-AM01 — 5.7.2018
|
DOP ( ) |
IĠP (X) |
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Isem il-grupp: Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida “Queso de Valdeón”.
|
Indirizz: C/El Cantón, s/n, 24915 Posada de Valdeón (León), Spanja. |
|
Tel. +34 987740514 |
|
Email: quesosv@quesospicosdeeuropa.com |
Il-grupp applikant jirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-produtturi tal-“Queso de Valdeón” u għandu interess leġittimu li jitlob emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso de Valdeón”; jippromwovi wkoll il-protezzjoni tiegħu.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. L-intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu tal-produzzjoni |
|
☐ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn (Organu ta’ spezzjoni) |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☐ |
Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat Dokument Uniku (jew l-ekwivalenti) li ma għandhiex tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emendi
Emenda 1
Deskrizzjoni tal-prodott
Raġunijiet għall-emenda
L-ewwel paragrafu jiddeskrivi l-ġobon f’aktar dettall sabiex jiddefinixxi aħjar il-karatteristiċi fiżiċi tal-prodott.
Din l-emenda taffettwa l-paragrafu 4.2 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Il-kliem attwali fl-ispeċifikazzjoni attwali
Il-ġobniet koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso de Valdeón” huma ġobniet tat-tursina, grassi, prodotti mill-ħalib tal-baqar jew minn taħlita ta’ ħalib tal-baqar u ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż. Jiġu ppreżentati fil-forma ta’ ġobniet sħaħ jew imfarrkin.
L-Emenda Proposta
Il-ġobniet koperti mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso de Valdeón” huma ġobniet tat-tursina, grassi, prodotti mill-ħalib tal-baqar jew minn taħlita ta’ ħalib tal-baqar u ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż, mhux ipproċessat jew pasturizzat, bil-koagulazzjoni tal-ħalib u tal-enzimi, immaturati mill-inqas xahrejn għall-ġobniet abbażi tal-ħalib mhux ipproċessat u xahar għall-ġobniet abbażi tal-ħalib pasturizzat. Jiġu ppreżentati fil-forma ta’ ġobniet sħaħ jew imfarrkin.
Emenda 2
Deskrizzjoni tal-prodott
Raġunijiet għall-emenda
Il-medda tal-piż tal-ġobna sħiħa tiġġebbed ftit (din tinbidel minn 0,5 sa 3 kilogrammi għal 0,2 sa 3 kilogrammi). Din l-estensjoni ma taffettwa bl-ebda mod il-karatteristiċi fiżiċi tal-“Queso de Valdeón”. Din l-emenda hija dovuta minħabba l-fatt li l-abbitudnijiet alimentari tal-konsumaturi nbidlu wara l-iżviluppi soċjodemografiċi tal-popolazzjoni, li wasslu għal bidla fil-modi tal-konsum. Waħda minn dawn il-bidliet tikkonsisti fid-domanda għal formati aktar żgħar ta’ prodotti tal-ikel minħabba t-tnaqqis fl-għadd tal-membri tal-familji.
Dan il-paragrafu jindika wkoll li l-ġobon jista’ jiġi ppreżentat għall-bejgħ f’porzjonijiet.
Min-naħa l-oħra, l-użu addizzjonali ta’ ingredjenti li għandhom marki ta’ kwalità minn stabbilimenti differenti (pereżempju, stabbilimenti tal-lukandi, ktajjen tad-distribuzzjoni u l-industrija) wasslu għal żieda fid-domanda ta’ imballaġġi b’kontenut akbar għall-ingredjenti mhux solidi, bħall-ġobon imfarrak protett minn din l-IĠP. B’riżultat ta’ dan, il-medda tal-kontenut nett tal-imballaġġi tal-ġobon imfarrak żdiedet sa 6 kilogrammi.
Meta jitqiesu dawn id-domandi, il-grupp irid ifittex forom ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tiegħu li jiġu adattati għax-xejriet u r-rekwiżiti tas-suq mingħajr ma titnaqqas il-kwalità tagħhom fl-istess ħin.
Dawn l-emendi jaffettwaw il-paragrafu 4.2 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Il-kliem attwali fl-ispeċifikazzjoni attwali
|
1. |
Karatteristiċi tal-ġobna sħiħa
|
|
2. |
Karatteristiċi tal-ġobon imfarrak
|
Dan jiġi ppreżentat f’imballaġġi li l-kontenut nett tagħhom huwa bejn 20 gramma u 1,5 kilogrammi.
Il-ġobon imfarrak huwa perfettament omoġenu, mingħajr ebda qoxra.
L-Emenda Proposta
|
1. |
Karatteristiċi tal-ġobna sħiħa
|
|
2. |
Karatteristiċi tal-ġobon imfarrak
|
Dan jiġi ppreżentat f’imballaġġi li l-kontenut nett tagħhom huwa bejn 20 gramma u 6 kilogrammi. L-imballaġġi ta’ kontenut nett ta’ aktar minn 1,5 kilogrammi huma maħsuba biss għal stabbilimenti tal-ikel, għall-ktajjen tad-distribuzzjoni u għall-industrija.
Il-ġobon imfarrak huwa perfettament omoġenu, mingħajr ebda qoxra.
Emenda 3
Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott” , 1. — Karatteristiċi tal-ġobna sħiħa
Raġunijiet għall-emenda
L-aħħar paragrafu tal-intestatura, li jindika l-possibbiltajiet differenti tal-preżentazzjoni tal-ġobna jitħassar. Huwa meqjus li jkun aktar xieraq li dawn il-kjarifiki jkunu inklużi fl-intestatura 3.2 biex jindikaw li l-ġobna tista’ tiġi ppreżentata għall-bejgħ f’porzjonijiet, u fl-intestatura 3.6 dwar it-tikkettar, li se ssemmi l-possibbiltà li l-prodott jiġi kkummerċjalizzat f’porzjonijiet sakemm dan ikun imballat u l-konsumatur ikun jaf l-oriġini tiegħu.
Id-deskrizzjoni tal-produzzjoni tal-porzjonijiet, kif ukoll il-piż tagħhom, fejn l-użu tagħhom huwa ġġustifikat b’rispons għad-domanda tal-konsumaturi f’formati iżgħar, titħassar peress li la format ta’ inqas minn 250 g u lanqas il-forma tal-porzjonijiet ma jibdlu l-kwalità tal-“Queso de Valdeón”.
Din l-emenda taffettwa l-paragrafu 4.2 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Test imħassar fl-ispeċifikazzjoni attwali
Il-ġobna sħiħa tista’ wkoll tkun kummerċjalizzata f’porzjonijiet prodotti permezz ta’ sezzjoni trasversali skont ir-raġġi taċ-ċilindru; il-qoxra naturali hija ppreservata u l-piż minimu huwa ta’ 250 gramma.
Emenda 4
Intestatura “Evidenza li turi li l-prodott ġej miż-żona ġeografika”
Raġunijiet għall-emenda
Din l-intestatura kollha ġiet riveduta, essenzjalment biex tkun tista’ tinftiehem aħjar u biex tiġi adattata għar-regolamenti fis-seħħ.
Ir-referenzi għall-awtorizzazzjoni jew għall-kontroll li jsir mill-Kunsill Regolatorju tneħħew ukoll biex ma jillimitawx il-moviment liberu tal-oġġetti u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi.
Din l-emenda taffettwa l-paragrafu 4.4 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Il-kliem attwali fl-ispeċifikazzjoni attwali
|
— |
Il-ġobniet għandhom joriġinaw b’mod esklussiv minn fabbriki tal-ġobon u minn apparati għall-maturazzjoni rreġistrati fir-reġistri tal-Kunsill Regolatorju. |
|
— |
Il-fabbriki tal-ġobon u l-apparati għall-maturazzjoni għandhom ikunu sottomessi għal evalwazzjoni inizjali, meta jirreġistraw fir-reġistri tal-Kunsill Regolatorju, kif ukoll għal evalwazzjonijiet perjodiċi biex jinżammu fuq dawn ir-reġistri. |
|
— |
Il-ġobniet għandhom ikunu prodotti skont il-metodu deskritt f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
— |
Il-ġobniet li jkunu ssodisfaw il-kontrolli kollha stipulati mill-proċedura biss jitqiegħdu biss fis-suq b’garanzija tal-oriġini ċċertifikata permezz tal-marka ta’ konformità tal-Kunsill Regolatorju. |
|
— |
In-numru ta’ tikketti sekondarji pprovduti mill-Kunsill Regolatorju lill-industrija tal-ġobon għandu jkun ikkalkulat skont il-kwantitajiet ta’ ħalib prodott u l-piż tat-tipi differenti ta ġobniet ippakkjati. |
|
— |
Il-kontrolli u l-evalwazzjonijiet perjodiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi tal-ħalib hekk kif jasal fit-tank fejn issir il-baqta, fuq l-ispezzjoni tal-metodu tal-produzzjoni, fuq l-eżami tad-dokumentazzjoni, fuq il-kontroll tal-istokks u fuq kampjuni aleatorji fuq il-prodott finali. |
|
— |
Fir-rigward ta’ irregolaritajiet potenzjali li jinstabu, il-Kunsill Regolatorju għandu japplika, jekk ikun il-każ, l-iskeda ta’ sanzjonijiet stipulati fir-regolament intern tiegħu. |
|
— |
Il-Kunsill Regolatorju għandu reġistru, nominali u kwantitattiv, tal-marki ta’ identifikazzjoni enumerati, taċ-ċertifikazzjonijiet ta’ sjieda u taċ-ċertifikati maħruġa. |
L-Emenda Proposta
|
— |
Il-ġobniet għandhom joriġinaw b’mod esklussiv minn fabbriki tal-ġobon u minn apparati għall-maturazzjoni rreġistrati u kkontrollati. |
|
— |
Il-fabbriki tal-ġobon u l-apparati għall-maturazzjoni għandhom ikunu sottomessi għal evalwazzjoni inizjali, meta jirreġistraw fir-reġistri, kif ukoll għal evalwazzjonijiet perjodiċi biex jinżammu fuq dawn ir-reġistri. |
|
— |
Il-ġobniet għandhom ikunu prodotti skont il-metodu deskritt fil-punt E) ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
|
— |
Il-ġobniet li jkunu ssodisfaw il-kontrolli kollha stipulati matul il-proċess tal-produzzjoni biss jitqiegħdu fis-suq, b’garanzija tal-oriġini ċċertifikata permezz tal-marka ta’ konformità li tidentifika l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta. |
|
— |
Il-kontrolli u l-evalwazzjonijiet perjodiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi tal-ħalib hekk kif jasal fit-tank fejn issir il-baqta, fuq l-ispezzjoni tal-metodu tal-produzzjoni, fuq l-eżami tad-dokumentazzjoni, fuq il-kontroll tal-istokks u fuq kampjuni aleatorji fuq il-prodott finali. |
|
— |
L-operaturi kollha għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw:
|
Emenda 5
Intestatura “Metodu tal-produzzjoni”
Raġunijiet għall-emenda
Il-perjodu minimu ta’ maturazzjoni tal-ġobniet prodotti minn ħalib pasturizzat jonqos minn xahar u nofs għal xahar. Dan it-tnaqqis m’għandu ebda effett fuq il-proċessi naturali tal-maturazzjoni, u lanqas fuq il-karatteristiċi fiżiċi finali tal-prodott, iżda jadatta għat-tnaqqis tal-piż tal-ġobniet sħaħ.
Din l-emenda taffettwa l-paragrafu 4.5 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Il-kliem attwali fl-ispeċifikazzjoni attwali
Il-perjodu tal-maturazzjoni jdum mill-inqas xahrejn għall-ġobniet abbażi ta’ ħalib mhux ipproċessat u xahar u nofs għall-ġobniet abbażi ta’ ħalib pasturizzat.
L-Emenda Proposta
Il-perjodu tal-maturazzjoni jdum mill-inqas xahrejn għall-ġobniet abbażi ta’ ħalib mhux ipproċessat u xahar għall-ġobniet abbażi ta’ ħalib pasturizzat.
Emenda 6
Intestatura “Metodu tal-produzzjoni”
Raġunijiet għall-emenda
It-test dwar it-tikkettar u t-tikkettar sekondarju tal-ġobniet jitħassar għax huwa aktar xieraq li din l-informazzjoni tkun inkluża fl-intestatura “Tikkettar”. Ara t-test inkluż fl-emenda tal-intestatura “Tikkettar”, li ssemmi l-pożizzjoni l-ġdida ta’ dan it-test fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda ma taffettwa ebda paragrafu tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Test imħassar fl-Intestatura “Metodu tal-produzzjoni” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
Fl-aħħar nett, qabel it-tqegħid fis-suq, dan jiġi pproċessat għat-tikkettar u għat-tikkettar sekondarju tal-ġobniet u l-imballaġġi ta’ ġobon imfarrak.
Emenda 7
Intestatura “Tikkettar”
Raġunijiet għall-emenda
Din l-intestatura issa tinkludi r-riferimenti kollha għall-possibbiltà li l-ġobon jiġi kkummerċjalizzat sħiħ, imfarrak jew f’porzjonijiet, sakemm dan ikun imballat u li l-konsumatur ikun jista’ jagħraf l-oriġini tiegħu.
Tħassru r-rekwiżiti dwar l-awtorizzazzjoni u l-kontroll mill-Kunsill Regolatorju, sabiex ma jimponux restrizzjoni fil-libertà tal-moviment.
Għandu jkun ippreċiżat il-kontenut ta’ ċertu kliem fakultattiv li jrid ikun inkluż u jiġi miżjud il-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, peress li dan ma jidhirx fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali.
Għandu jkun inkluż it-test imħassar fl-Intestatura “Metodu tal-produzzjoni” msemmi fl-emenda 6.
It-test għandu jkun ordnat mill-ġdid sabiex jiġi żgurat li jinftiehem sew.
Din l-emenda taffettwa l-paragrafu 4.8 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Il-kliem attwali fl-ispeċifikazzjoni attwali
It-tikketti kummerċjali, relatati ma’ kull intrapriża kummerċjali rreġistrata, b’mod obbligatorju jinkludu l-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta ‘Queso de Valdeón’” kif ukoll il-logo tal-Kunsill Regolatorju. Dawn għandhom ikunu ġew awtorizzati mill-Kunsill Regolatorju.
Barra minn dan, dawn għandu jkollhom ukoll il-marka ta’ konformità tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, li hija t-tikketta sekondarja enumerata maħruġa mill-Kunsill Regolatorju. Permezz ta’ din il-marka ta’ konformità, tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodott.
It-tikketta sekondarja enumerata għandha titqiegħed b’mod li ma tistax terġa’ tintuża. Din għandha tinkludi b’mod obbligatorju l-kliem “Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida ‘Queso de Valdeón’” u l-logo tal-Kunsill Regolatorju.
Il-Kunsill Regolatorju, fil-manwal tiegħu dwar il-kwalità, jiddefinixxi r-regoli kumplimentari dwar l-użu tal-marka b’mod konformi mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, fir-rigward tad-daqs tagħha u fejn titqiegħed fuq il-prodott.
L-Emenda Proposta
Il-“ Queso de Valdeó n”, għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jista’ jiġi ppreżentat sħiħ, f’porzjonijiet jew imfarrak, sakemm jiġi imballat u l-konsumatur ikun jista’ jagħraf l-oriġini tiegħu.
It-tikketti kummerċjali li għandu l-prodott protett kummerċjalizzat fis-suq, għandhom jinkludu l-isem u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Il-ġobniet kummerċjalizzati sħaħ jew imfarrkin għandu jkollhom tikketta sekondarja, li jkollha numru tas-serje individwali. Din it-tikketta sekondarja jkollha l-isem u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Il-ġobniet kummerċjalizzati f’porzjonijiet għandhom ikunu identifikati bl-isem u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, fuq it-tikketta tagħhom, kif ukoll b’riferimenti biex tingħaraf l-oriġini tagħhom.
Qabel it-tqegħid fis-suq, dan jiġi pproċessat għat-tikkettar u għat-tikkettar sekondarju tal-ġobniet u l-imballaġġi ta’ ġobon imfarrak.
Il-logo tal-IGP huwa dan li ġej:
Emenda 8
Intestatura “Korp ta’ kontroll”
Raġunijiet għall-emenda
Il-korp ta’ kontroll huwa l-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León (Istitut Teknoloġiku Agrikolu ta’ Castilla u León), bħala awtorità kompetenti.
Din l-emenda taffettwa l-paragrafu 4.7 tad-dokument uniku oriġinali jew l-ekwivalenti.
Il-kliem attwali fl-ispeċifikazzjoni attwali
Isem: Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida “Queso de Valdeón”
|
Indirizz: C/El Cantón, s/n. 24915-Posada de Valdeón (León). |
|
Tel. +34 987 740 514 |
|
Faks: +34 987 740 568 |
Il-Kunsill Regolatorju tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso de Valdeón” huwa f’pożizzjoni li jkun konformi mal-istandard EN-45011 “Rekwiżiti ġenerali għall-korpi li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni ta’ prodott i”.
L-Emenda Proposta
Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León (Istitut Teknoloġiku Agrikolu ta’ Castilla u León)
|
Ctra. de Burgos Km 119. Finca Zamadueñas |
|
47071 Valladolid (E) |
|
Tel. +34 983412034 |
|
Faks: + 34 983412040 |
|
Email: controloficial@itacyl.es |
Il-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet deskritti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso de Valdeón” taqa’ taħt il-kompetenza tal-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León (Istitut Teknoloġiku Agrikolu ta’ Castilla u León), permezz tad-diviżjoni tiegħu għall-kwalità u l-promozzjoni tal-prodotti tal-ikel, skont l-Artikolu 139 tal-liġi nru 1/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014 dwar l-agrikoltura ta’ Castille u León.
DOKUMENT UNIKU
“Queso de Valdeó n”
Nru tal-UE: PGI-ES-0267-AM01 — 5.7.2018
|
DOP ( ) |
IĠP (X) |
1. Isem
“Queso de Valdeón”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Spanja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.3. Ġobon
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1
Il-ġobon kopert mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Queso de Valdeón” huwa ġobon tat-tursina, grass, prodott mill-ħalib tal-baqar jew minn taħlita ta’ ħalib tal-baqar u ħalib tan-nagħaġ u/jew tal-mogħoż, mhux ipproċessat jew pasturizzat, bil-koagulazzjoni tal-ħalib u tal-enzimi, maturat matul mill-inqas xahrejn għall-ġobon abbażi tal-ħalib mhux ipproċessat u xahar għall-ġobon abbażi tal-ħalib pasturizzat. Jiġi ppreżentat fil-forma ta’ ġobniet sħaħ jew imfarrkin.
|
1. |
Karatteristiċi tal-ġobon sħiħ: Forma ċilindrika, fejn l-uċuħ ta’ fuq u ta’ taħt huma kemxejn konkavi. Għoli massimu ta’ 15-il ċentimetru u dijametru massimu ta’ 25 ċentimetru. Piż ta’ bejn 0,2 u 3 kilogrammi. Il-ġobon jista’ wkoll jiġi ppreżentat għall-bejgħ f’porzjonijiet. Kontenut ta’ xaħam ugwali għal 45 % fuq l-estratt niexef, jew iżjed. Rata ta’ umdità minima ta’ 30 %. Persentaġġ ta’ melħ inqas minn 3,5 %. Qoxra naturali, fina, ratba, ta’ kulur fl-isfar bi sfumaturi fil-griż. Qatgħa ta’ sawra lixxa, b’ħafna toqob irregolari, imqassmin b’mod omoġenu, ta’ daqs varjabbli u ta’ kulur blu fl-aħdar. Il-ġobon huwa ta’ kulur l-avorju li jagħti f’lewn il-krema, ileqq b’mod intens b’raġġiera kemxejn immarkata skont il-grad ta’ maturazzjoni. Il-ġobon huwa ftit elastiku u jitfarrak, mhux iebes ħafna, għandu deformabbiltà medja, jinħall fil-ħalq u għandu solubbiltà u aderenza mnaqqsa. Joħorġu xi rwejjaħ kemxejn aċidi jew lattiċi meta l-ġobniet ikunu f’nofs maturazzjoni, b’riħa karatteristika ħafna tal-moffa. Waqt li tavvanza l-maturazzjoni, l-irwejjaħ lattiċi jisparixxu, ir-riħa ssir aktar persistenti u intensa, u jfeġġu l-irwejjaħ u l-aromi tal-ħwawar, tal-frott kif ukoll aromatiċi, anke jekk tippersisti r-riħa tal-moffa. It-togħma hija intensa, mielħa u pikkanti, ftit pikkanti, ferm aktar evidenti aktar ma tkun twila l-maturazzjoni, u msaħħa bil-preżenza tal-ħalib tal-mogħoż jew tan-nagħaġ. Persistenza tajba tat-togħmiet, b’mod partikolari għall-ġobniet l-aktar maturi. |
|
2. |
Karatteristiċi tal-ġobon imfarrak: Dan jiġi ppreżentat f’imballaġġi li l-kontenut nett tagħhom huwa bejn 20 gramma u 6 kilogrammi. L-imballaġġi ta’ kontenut nett ta’ aktar minn 1,5 kilogrammi huma maħsuba biss għal stabbilimenti tal-ikel, għall-ktajjen tad-distribuzzjoni u għall-industrija. Il-ġobon imfarrak huwa perfettament omoġenu, mingħajr ebda qoxra. Kontenut ta’ xaħam ugwali għal 45 % fuq l-estratt niexef jew ogħla minnu. Rata ta’ umdità minima ta’ 30 %. Persentaġġ ta’ melħ inqas minn 3,5 %. Il-krema hija kulur l-avorju, bi sfumaturi blu fl-aħdar, u ftit tleqq. Il-krema ssir aktar żejtnija hekk kif it-temperatura tal-prodott tiżdied u għandha konsistenza medja li tqarreb għal kremuża. Il-ġobon għandu riħa kemxejn aċiduża jew lattika, ta’ moffa, persistenti u intensa. Il-krema tinħall sew fil-ħalq u għandha solubbiltà tajba u aderenza medja. It-togħma intensa u pikkanti hija msaħħa bil-preżenza tal-ħalib tal-mogħoż jew tan-nagħaġ. Il-ġobon għandu togħma mielħa intensa, b’sensazzjoni kemxejn pikkanti. Persistenza tajba tat-togħmiet. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-livelli analitiċi minimi fit-tank fejn tiġi magħmula l-baqta, wara li l-ħalib jitħallat mal-ħwawar differenti, huma dawn li ġejjin:
|
— |
xaħam (f’%): 3,5 |
|
— |
proteini (f’%): 3,1 |
|
— |
estratt niexef (f’%): 12,0 |
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon, inkluża l-maturazzjoni tiegħu, isir fiż-żona ġeografika ddefinita.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Il-“Queso de Valdeón”, għall-finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni, jista’ jiġi ppreżentat sħiħ, f’porzjonijiet jew imfarrak, sakemm jiġi imballat u l-konsumatur ikun jista’ jagħraf l-oriġini tiegħu.
It-tikketti kummerċjali li għandu l-prodott protett kummerċjalizzat fis-suq, għandhom jinkludu l-isem u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Il-ġobniet kummerċjalizzati sħaħ jew imfarrkin għandu jkollhom tikketta sekondarja, li jkollha numru tas-serje individwali. Din it-tikketta sekondarja jkollha l-isem u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
Il-ġobniet kummerċjalizzati f’porzjonijiet għandhom ikunu identifikati bl-isem u l-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, fuq it-tikketta tagħhom, kif ukoll b’riferimenti biex tingħaraf l-oriġini tagħhom.
Qabel jitqiegħed fis-suq, dan jiġi pproċessat għat-tikkettar u għat-tikkettar sekondarju tal-ġobniet u l-imballaġġi tal-ġobon imfarrak.
Il-logo tal-IGP huwa dan li ġej:
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
It-territorju komunali ta’ Posada de Valdeón (León).
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott hija ġġustifikata minn diversi elementi bħall-karatteristiċi klimatiċi tar-reġjun, il-metodu tal-produzzjoni tradizzjonali u r-reputazzjoni.
L-isem “Queso de Valdeón” joriġina mit-territorju komunali ta’ Posada de Valdeón, li jinsab fil-park nazzjonali ta’ Picos de Europa. Din iż-żona hija mdawra b’konfini naturali estensivi, li joħolqu żona definita perfettament. Dawn il-konfini huma l-mogħdija ta’ Panderruedas (1 450 metru), il-mogħdija ta’ Pontón (1 311-il metru) u l-mogħdija ta’ Pandetrave (1 562 metru).
F’nofs dawn il-muntanji għoljin hemm depressjoni profonda, li tinstab f’altitudni medja ta’ 650 metru.
Il-klima partikolari taż-żona definita tista’ tiġi kwalifikata bħala klima ta’ muntanja għolja. Ix-xtiewi hemmhekk huma twal u rigorużi, b’għadd ta’ ġranet bis-silġ (aktar minn 100 bejn Novembru u April) u bi preċipitazzjoni abbondanti, ġeneralment fil-forma ta’ borra. Is-sjuf huma qosra u friski (temperaturi medji ta’ bejn 5 sa 6 °C bħala minimu u 18 °C bħala massimu), bi preċipitazzjoni abbondanti, għalkemm dawn huma qosra meta mqabbla mal-kumplament tas-sena. L-umdità relattiva hija konsiderevoli minħabba n-nida u ċ-ċpar.
Ir-rata ta’ preċipitazzjoni annwali hija fil-medja ta’ 1 100 mm fil-wied u ta’ 1 800 mm fuq il-qċaċet tal-muntanji.
Dawn l-elementi kollha, assoċjati mal-eżistenza ta’ għerien fir-reġjun, storikament rawmu l-iżvilupp tal-karatteristiċi partikolari għall-maturazzjoni tal-ġobon, prodott mill-materja prima disponibbli fiż-żona ġeografika minħabba l-pajsaġġ bl-għoljiet tagħha.
Il-mikroklima partikolari ta’ dan ir-reġjun, flimkien mal-prattiki ta’ produzzjoni tradizzjonali, hija tajba għall-iżvilupp tal-flora mikrobika inokulata li hija karatteristika ta’ dan il-ġobon.
L-ispeċifiċità tal-prodott hija evidenti minnufih peress li dan huwa ġobon tat-tursina, u li d-dehra tiegħu għaldaqstant hija differenti minn dik ta’ ġobon prodott fir-reġjun, iżda din il-karatteristika hija partikolarment sinifikanti meta wieħed jinnota l-qatgħa tal-ġobna, b’toqob varjabbli u ta’ kulur blu fl-aħdar, immaturat f’kundizzjonijiet ta’ temperatura kiesħa u b’umdità għolja li jirriproduċu l-kundizzjonijiet ta’ maturazzjoni li hemm fl-għerien użati għal dan il-għan fiż-żona ġeografika, u dan kollu jenfasizza l-preżenza ta’ moffa fil-livell kemm viżiv kif ukoll f’dak olfattiv u fit-togħma.
Bosta kitbiet tas-seklu dsatax u tal-bidu tas-seklu għoxrin jagħtu prova tal-produzzjoni artiġjanali tal-ġobniet protetti f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni. Bħalissa, fil-wied ta’ Valdeón, hemm proċessi ta’ produzzjoni simili għal dawk użati bosta sekli ilu li jeżistu flimkien ma’ proċessi oħrajn fejn ġew integrati teknoloġiji ġodda. Madankollu, il-prinċipji fundamentali tal-proċess ta’ produzzjoni msemmija fir-rakkonti deskritti f’dan il-punt għadhom qed jiġu applikati bis-sħiħ.
Il-produzzjoni tal-ġobon fil-wied ta’ Valdeón tmur lura għall-epoka ta’ qabel żmien ir-Rumani, meta l-ħalib tal-mogħoż kien jintuża bħala materja prima.
L-ewwel referenzi miktuba dwar il-produzzjoni tal-ġobon fil-wied ta’ Valdeón imorru lura għal nofs is-seklu dsatax. Pascual Madoz, fix-xogħol tiegħu Diccionario (1845-1859), jagħmel referenza għall-produzzjoni tal-ġobon u għall-importanza tal-mogħoż fl-irħula tal-wied ta’ Valdeón.
Matul it-tieni nofs tas-seklu dsatax, il-produzzjoni tal-ġobon kienet tirrappreżenta attività sinifikanti fil-wied ta’ Valdeón. Meta l-bhejjem kienu jirgħu fil-mergħat f’altitudni għolja fis-sajf, il-ħalib kien jiġi mibdul f’ġobon direttament fl-għorof jew kien jinġarr sal-wied. Il-konti ta’ Saint-Saud jirrakkonta fid-dettall meta kiteb fl-1892: “It-tfajliet robusti ta’ Valdeón jitilgħu hemm fil-għoli filgħodu u filgħaxija, bis-‘sabots’ tagħhom mgħammra bi tliet biċċiet tal-injam fil-qiegħ, mgħobbija b’ġewlaq magħmul mill-ġilda tal-mogħoż li fih kienu jġorru l-ikla tagħhom meta jkunu sejrin u meta jkunu jiġu lura, kienu jqiegħdu fih il-boroż magħmula mill-ġilda tal-mogħoż li jkunu mimlija bil-ħalib imħalleb fil-mandra”.
Bosta rakkonti jindikaw li l-produzzjoni tal-ġobon tat-tursina fil-wied ta’ Valdeón minħabba l-kummerċjalizzazzjoni tiegħu fis-swieq reġjonali kienet tikkostitwixxi attività sinifikanti mill-bidu tas-seklu għoxrin. Dan ir-rakkont ta’ Doña Marmeta Pérez Marcos huwa partikolarment pertinenti: “Il-familja kollha tiegħi ġiet minn Cain, u jien ukoll twelidt hemm fl-1922. Il-ġenituri tiegħi wirtu r-riċetta mill-antenati tagħhom, riċetta li jiena stess segwejt sa ftit żmien ilu. Aħna nużaw it-tames tal-mogħoż biex ngħaqqdu bejn 50 u 60 litru ħalib kuljum; nagħmlu ġobon ta’ ftit aktar minn kilogramma. Immorru nbigħuhom, fuq dahar il-ħmar, f’Puentealmuey, li jinsab aktar minn 50 kilometru ’l bogħod. Sa wara l-gwerra, dawn kienu jinbiegħu bi 36 peseta kull kilo. Bdejna mmorru nbigħu l-ġobon f’Arenas de Cabrales wara l-gwerra, iżda mhux qabel. Il-ġobon kien prodott bil-ħalib tal-mogħoż jew tan-nagħaġ, u bi ftit ħalib tal-baqar, u ma’ dan konna nżidu t-tames. Ladarba jagħqad il-ħalib, konna nqegħduh f’dak li jissejjaħ “arno”, imbagħad f’tank (“duerna”), fejn ix-xorrox kien jitħalla jiskula għal jumejn. Konna noħorġuh u nqegħduh fuq it-twavel fl-għorof tal-mandriet biex jinxfu. Wara ħmistax, kien ikun lest. Iżda biex isiru ġobniet tat-tursina tajbin, konna nqegħduhom fl-għerien. Wara xahar, il-ġobon kien ikun eċċellenti”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)
http://www.itacyl.es/documents/20143/342640/2019_02_8+Pliego+Q+Valde%C3%B3n+.pdf/fbc379cc-8473-8829-744b-6baf02ed5ba7