ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 356

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
21 ta' Ottubru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 356/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9453 — Phillips 66/Fortress Investment Group/United Pacific) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 356/02

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta' Ottubru 2019

2

2019/C 356/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

3

2019/C 356/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2019/C 356/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2019/C 356/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 356/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ: M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding) ( 2 )

7

2019/C 356/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9449 — VAG/Varta (Consumer Battery, Chargers and Portable Power and Lighting Business)) ( 2 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 356/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9453 — Phillips 66/Fortress Investment Group/United Pacific)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 356/01)

Fil-11 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9453. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta' Ottubru 2019

(2019/C 356/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1144

JPY

Yen Ġappuniż

120,97

DKK

Krona Daniża

7,4702

GBP

Lira Sterlina

0,86435

SEK

Krona Żvediża

10,7742

CHF

Frank Żvizzeru

1,0996

ISK

Krona Iżlandiża

139,10

NOK

Krona Norveġiża

10,2198

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,659

HUF

Forint Ungeriż

330,62

PLN

Zloty Pollakk

4,2843

RON

Leu Rumen

4,7565

TRY

Lira Turka

6,4447

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6278

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4639

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7396

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7488

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5214

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 314,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,4566

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8941

HRK

Kuna Kroata

7,4418

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 773,15

MYR

Ringgit Malażjan

4,6654

PHP

Peso Filippin

57,070

RUB

Rouble Russu

71,3066

THB

Baht Tajlandiż

33,761

BRL

Real Brażiljan

4,6363

MXN

Peso Messikan

21,3875

INR

Rupi Indjan

79,2735


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/3


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 356/03)

Image 1

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Portugall

Suġġett tal-kommemorazzjoni: 600 sena mill-iskoperta tal-Arċipelagu ta’ Madeira, min-navigaturi Portugiżi Bartolomu Pehelmeo u Tristão Vaz

Deskrizzjoni tad-disinn: L-avveniment, li huwa magħruf bħala l-ewwel skoperta territorjali Portugiża, immarka pass storiku fil-konsolidazzjoni tal-Portugall bħala setgħa marittima u ta lok għall-Era Portugiża ta’ Skoperti (1418-1522).

Id-disinn juri l-Arċipelagu ta’ Madeira u l-gżira ta’ Porto Santo. Fin-nofsċirklu hemm l-iskrizzjonijiet “600 anos do Descobrimento da Madeira” u “PORTUGAL 2019”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Data tal-ħruġ: It-tieni nofs tal-2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 356/04)

Image 2

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: 500 sena mill-ewwel ċirkumnavigazzjoni organizzata u mmexxija mill-esploratur u navigatur Portugiż Fernão De Magalhães

Id-deskrizzjoni tad-disinn: L-espedizzjoni Spanjola lejn l-Indji tal-Lvant bdiet fl-1519 u ntemmet fl-1522, u rriżultat fl-ewwel ċirkumnavigazzjoni tad-Dinja.

Id-disinn juri x-xbieha ta’ Fernão De Magalhães. Fuq in-naħa tal-lemin, f’semiċirku, hemm l-iskrizzjoni “CIRCUM NAVEGAÇÃO” (ċirkumnavigazzjoni) u taħt l-iskrizzjoni “1519 FERNÃO DE MAGALHÃES”. Fin-naħa ta’ fuq, f’semiċirku, hemm is-sena tal-ħruġ “2019” u l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “PORTUGAL”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 750 000

Data tal-ħruġ: It-tieni nofs tas-sena tal-2019


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 356/05)

Image 3

Wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mir-Repubblika ta’ San Marino

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro kollha. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Ir-Repubblika ta’ San Marino

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-550 anniversarju mill-mewt ta’ Filippo Lippi

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita turi fiċ-ċentru tagħha l-Madonna bil-Bambin, dettal tal-kapolavur ta’ Filippo Lippi “Madonna bil-Bambin u żewġ anġli”; fuq, l-iskrizzjoni “SAN MARINO” u “FILIPPO Lippi”, u fuq ix-xellug is-sena “1469” u l-ittra R li tidentifika l-Borsa ta’ Ruma. Fuq in-naħa t’isfel fuq ix-xellug, il-firma tal-artista Maria Angela Cassol “M.A.C. ”, u fiċ-ċentru s-sena “2019”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li se jinħarġu: 60 500 munita

Id-data tal-ħruġ: Settembru 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9 tal-14.1.2009, p. 52).


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2019/C 356/06)

Image 4

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita: L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Kappella Sistina - Tmiem ir-restawr 1994–2019

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-Ġudizzju Universali fil-Kappella Sistina. Fuq ix-xellug, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO”. Fuq il-lemin, f’nofs ċirku hemm l-iskrizzjonijiet “CAPPELLA SISTINA – FINE DEI RESTAURI” kif ukoll “1994-2019”. Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-marka taz-zekka “R” u fuq in-naħa t’isfel hemm l-isem tal-artist “D. LONGO”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: 91 000

Data tal-ħruġ: 1 ta’ Ottubru 2019


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ: M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 356/07)

1.   

Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Aurubis AG (‘Aurubis’, il-Ġermanja),

Metallo Group Holding N.V. (“Metallo”, il-Belġju).

Aurubis AG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Metallo Group Holding N.V. kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-istess konċentrazzjoni diġà kienet ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fit-30 ta’ Awwissu 2019, iżda l-avviż ġie sussegwentement irtirat fil-25 ta’ Settembru 2019.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Aurubis: hija fornitur ta’ mettali mhux tal-ħadid. B’mod partikulari, Aurubis tipproċessa konċentrati tar-ram u scrap tar-ram; tipproduċi katodi tar-ram u prodotti sekondarji mill-proċess ta’ raffinar tar-ram, kif ukoll tissupplixxi forom tar-ram u prodotti nofshom lesti tar-ram u ta’ taħlit tar-ram bħalma huma prodotti llaminati ċatti, vireg ċatti, vireg u wires,

Metallo: attiva fir-riċiklaġġ, l-ipproċessar u l-kummerċ ta’ metall mhux tal-ħadid. B’mod partikulari, Metallo tirrafina scrap tar-ram biex tipproduċi katodi tar-ram u prodotti sekondarji mill-proċess tar-raffinar.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks:+32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9449 — VAG/Varta (Consumer Battery, Chargers and Portable Power and Lighting Business))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 356/08)

1.   

Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)..

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Varta Aktiengesellschaft (“VAG”, il-Ġermanja),

Varta Consumer Battery, Chargers and Portable Power and Lighting Business (“Varta Business”), jagħmel parti mill-Energizer Holdings, Inc. (“Energizer”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

VAG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Varta Business.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

VAG: il-manifattura u l-forniment bl-ingrossa ta’ batteriji għas-swieq tal-karozzi, industrijali u tal-konsumatur fl-UE u mad-dinja kollha,

Varta Business: jagħmel parti mill-Energizer, li tinkludi n-negozju ta’ Spectrum fir-reġjuni tal-Ewropa, il-Lavant Nofsani u l-Afrika, tal-batteriji għall-konsumaturi, chargers u enerġija portabbli u dwal.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9449 — VAG/Varta (Consumer Battery, Chargers and Portable Power and Lighting Business)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTSWRY@ec.europa.eu

Faks:+32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 356/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2019/C 356/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“MOZZARELLA DI GIOIA DEL COLLE”

Nru tal-UE: PDO-IT-02384 – 29.12.2017

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem (ismijiet)

“Mozzarella di Gioia del Colle”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Mozzarella di Gioia del Colle” huwa ġobon tal-baqta mġebbda frisk magħmul bil-ħalib sħiħ tal-baqra biss u kultura starter tax-xorrox. Huwa kkaratterizzat minn:

a)

Il-kompożizzjoni kimika li ġejja (il-valuri għall-ġobon frisk): lattożju ≤ 0,6%, aċidu lattiku ≥ 0,20%, tira 58-65%, xaħam 15-21% fin-niedi.

b)

Togħma reminixxenti ta’ ħalib kemxejn qares, li jħalli togħma pjaċevoli tal-fermentazzjoni jew xorrox qares (li hija iktar b’saħħitha fil-ġobon li jkun għadu kif sar) u aroma tal-ħalib qarsa, kultant akkumpanjata minn ħjiel ta’ butir.

c)

In-nuqqas ta’ preservattivi, addittivi u għajnuniet għall-ipproċessar.

Il-“Mozzarella di Gioia del Colle” għandha wiċċ lixx jew kemxejn fibruż. Il-ġobon ileqq, u mhuwiex imtajjan jew imsaffaf. Dan huwa ġobon abjad, possibbilment b’lewn ħafif kulur it-tiben skont l-istaġun. Meta l-ġobon jinqata’, dan jenħtieġ li jkollu konsistenza elastika u jkun ħieles mid-difetti. Jenħtieġ li joħroġ ammont żgħir ta’ xorrox abjad mill-ġobon maqtugħ.

Il-“Mozzarella di Gioia del Colle” tiġi fi tliet forom: tonda, mibruma f’għoqiedi, u mmaljata. Skont il-forma u d-daqs, il-piż tal-porzjon ivarja minn 50 g għal 1 000 g. Il-ġobon huwa kkummerċjalizzat mgħaddas f’likwidu preservattiv (ilma, possibbilment bil-melħ miżjud u ftit aċidifikat).

3.3.   Għalf (għall-prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Sabiex isir dan il-ġobon jintuża biss ħalib sħiħ tal-baqra mhux ipproċessat, miġbur f’żewġ sessjonijiet separati ta’ taħlib. Il-ħalib jista’ jiġi pproċessat bis-sħana jew pastorizzat.

Il-ġobon isir skont il-prattika tradizzjonali bl-użu ta’ kultura starter tax-xorrox.

Il-ħalib użat biex issir il-“Mozzarella di Gioia del Colle” jiġi mill-merħliet tal-baqar li jappartjenu għar-razez tal-Bruna [Kannella], Frisona [Friesian], Pezzata Rossa [Red Pied] jew Jersey u r-razez inkroċjati tagħhom, fejn mill-inqas 60 % tat-total tal-materja niexfa mitmugħa lill-baqar tal-ħalib hija ħaxix u/jew ħuxlief li ġej mill-mergħat li joffru varjetà kbira ta’ veġetazzjoni.

Id-dieta tal-baqar tista’ tinkludi wkoll konċentrati bbażati fuq iċ-ċereali (qamħirrum, xgħir, qamħ, ħafur) u l-legumi (sojja, ful, piżelli), pasta jew qxur, li jistgħu jingħataw ukoll bħala għalf komplimentari. Jistgħu jintużaw ukoll il-prodotti sekondarji tal-ipproċessar tal-ħarrub u ċ-ċereali — nuħħala u dqiq oħxon tal-qamħ komuni — sakemm dawn ma jaqbżux 40 % tal-materja niexfa. Fl-aħħar nett, id-dieta tal-baqar tista’ tiġi supplimentata b’kumplessi ta’ vitamini u minerali.

Sabiex ma jiġux kompromessi l-karatteristiċi ta’ kwalità konferiti lill-“Mozzarella di Gioia del Colle” permezz tal-konnessjoni tagħha maż-żona lokali, mill-inqas 60 % tal-prodotti użati fl-għalf tal-baqar iridu jiġu miż-żona deskritta fil-punt 4. Dan ir-rekwiżit ta’ perċentwal huwa sodisfatt bl-użu ta’ ħaxix u/jew ħuxlief li ġej mill-mergħat li jinsabu fiż-żona identifikata. Dan huwa l-porzjon tal-għalf li huwa assoċjat mal-fibra diġeribbli, definita b’mod wiesgħa bħala “foraġġ” (ħaxix u/jew ħuxlief, foraġġ tal-mergħa, eċċ), u għandu impatt kbir fuq il-karatteristiċi kimiċi u organolettiċi tal-ħalib.

Minħabba l-kundizzjonijiet ġeografiċi, tal-ħamrija u klimatiċi tagħha, iż-żona ġeografika qatt ma kienet — u qatt mhi se tkun — adatta għall-kultivazzjoni taċ-ċereali bħall-għelejjel tal-qamħirrum jew taż-żerriegħa taż-żejt bħas-sojja li minnhom jinkiseb l-għalf bil-proteini. Billi mhuwiex possibbli li dan l-għalf jiġi sostitwit b’foraġġ ta’ kwalità għolja miż-żona, għandu jiġi permess l-użu ta’ konċentrati u għalf komplimentari li jiġu minn barra ż-żona. Dawn il-prodotti jistgħu jiġu diżintegrati u maħlula faċilment fil-kirxa (daqs tal-partiċelli iżgħar minn 0,8 cm — jiġifieri li mhux kapaċi jistimulaw kontrazzjonijiet tal-kirxa) u għalhekk jipprovdu enerġija (l-aktar minn fdal ta’ karboidrati bħal-lamtu) u proteini li huma disponibbli faċilment għall-mikrobijoma tal-kirxa. Madankollu, billi r-rwol tagħhom huwa limitat għall-funzjoni fiżjoloġika ta’ appoġġ tal-mikrobijoma, dawn m’għandhom l-ebda impatt fuq il-proprjetajiet tal-ħalib u tal-mozzarella. Għalhekk, ir-ragħa obbligatorju għaż-żmien li fih ikun possibbli (150 ġurnata), u d-dieta rikka fil-foraġġ prodott fiż-żona, huma l-aspetti tad-dieta li jgħinu jiddeterminaw il-proprjetajiet kimiċi u sensorjali tal-materja prima u tal-prodott lest. Għaldaqstant, dawn huma iż-żewġ elementi fundamentali li jorbtu l-materja prima, il-prodott lest u t-territorju.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni — it-trobbija u t-taħlib tal-baqar, il-ġbir u l-ipproċessar tal-ħalib, u l-preparazzjoni tal-ġobon stess — iseħħu fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem irreġistrat jirreferi għalih

Billi dan huwa prodott frisk li għandu t-tendenza li jiddeterjora malajr, il-“Mozzarella di Gioia del Colle” trid tiġi ppakkjata fl-istess impjant fejn issir, fiż-żona ġeografika definita taħt il-punt 4.

Il-“Mozzarella di Gioia del Colle” tista’ tiġi kummerċjalizzata f’pakketti ta’ piżijiet differenti u/jew f’porzjonijiet individwali. Din tiġi kummerċjalizzata f’likwidu preservattiv (ilma, possibbilment bil-melħ miżjud u kemxejn aċidifikat).

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li l-isem irreġistrat jirreferi għalih

Il-logo (Grafika 1) u d-data tal-produzzjoni jridu jkunu stampati fuq l-imballaġġ użat għall-kummerċjalizzazzjoni tal-“Mozzarella di Gioia del Colle”.

Il-logo muri fil-Grafika 1 irid jintwera f’post prominenti fuq il-wiċċ ta’ fuq tat-tikkettar jew l-imballaġġ, kif ukoll fuq il-ġnub. Il-logo muri fil-Grafika 1 irid jintwera fuq iż-żewġt iġnub tal-porzjonijiet waħdiena mgeżwrin.

Image 5

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Acquaviva delle Fonti, Alberobello, Altamura, Casamassima, Cassano delle Murge, Castellana Grotte, Conversano, Gioia del Colle, Gravina in Puglia, Locorotondo, Monopoli, Noci, Putignano, Sammichele di Bari, Santeramo in Colle u Turi fil-provinċja ta’ Bari; Castellaneta, Crispiano, Laterza, Martina Franca, Massafra u Mottola fil-Provinċja ta’ Taranto; u parti tal-muniċipalità ta’ Matera li tinsab biswit il-muniċipalitajiet ta’ Altamura, Santeramo in Colle u Laterza, demarkata mit-toroq prinċipali SS 99 u SS 7.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika fejn dan il-ġobon huwa prodott tkopri l-partijiet tal-provinċji ta’ Bari u Taranto fuq il-plateau ta’ Murge, fejn hemm ħafna mħaleb (il-“farms tal-baqar” ta’ oriġini Frederiċjana). F’din iż-żona, fejn il-farms u l-imħaleb jinsabu viċin ħafna ta’ xulxin (ħafna minnhom fl-istess fondi), għal żmien twila hija d-drawwa lokali li jipproduċu mozzarella mill-ħalib tal-baqar: Hemm referenzi li jmorru lura sal-1885 għall-“mozzarella skwiżita minn Apulia” f’pubblikazzjoni bit-titlu L’ Italia agricola, giornale dedicato al miglioramento morale ed economico delle popolazioni rurali [“L-Italja Agrikola, ġurnal iddedikat għat-titjib morali u ekonomiku tal-popolazzjonijiet rurali”] (Redaelli, Milan). Minbarra ċertu pekuljaritajiet tal-ġeografija, il-ħamrija u l-klima tagħha, iż-żona tiddistingwi ruħha għat-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-ġobon, antika u b’għeruq fondi tagħha, li baqgħu maż-żmien u ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Dawn iż-żewġ aspetti għandhom impatt profond fuq il-karatteristiċi tal-ħalib u l-ġobon u huma l-fatturi ewlenin li jorbtu l-“Mozzarella di Gioia del Colle” mat-territorju.

Il-karatteristiċi fiżikokimiċi u nutrittivi tal-ħalib, b’mod partikolari, huma marbutin mat-territorju permezz tad-dieta mitmugħa lill-annimali u l-kuntest ambjentali usa’ li jitrabbew fih. Huwa magħruf sew li l-kompożizzjoni tal-ħalib hija marbuta mill-qrib b’mod ġenerali mal-kuntest żootekniku li jgħixu fih l-annimali u li t-tip ta’ komposti volatili huwa importanti ħafna għall-kompożizzjoni. Il-karatteristiċi aromatiċi tal-ħalib jiddependu minn dawn is-sustanzi, li huma ffurmati parzjalment mill-metaboliżmu tal-annimali u parzjalment mill-ambjent. Il-komposti volatili mill-ambjent jistgħu jidħlu fil-ħalib permezz tad-diġestjoni (ruminazzjoni) jew inkella permezz tal-pulmun (inalazzjoni). Fiż-żona ġeografika fejn tiġi prodotta l-“Mozzarella di Gioia del Colle” DOP, il-kundizzjonijiet ġeografiċi, tal-ħamrija u klimatiċi wasslu għall-għażla ta’ ċerti varjetajiet ta’ pjanti li jseħħu b’mod naturali u dawk ikkultivati, li huma reżistenti għall-kundizzjonijiet sħan u niexfa tipiċi ta’ ambjent tal-psewdo-steppa. Il-veġetazzjoni li sseħħ b’mod naturali hija l-aktar kserofila u din tinkludi ħxejjex aromatiċi bħat-Timus striatus, Ferula communis u l-Foeniculum vulgare. Dawn il-pjanti — il-veġetazzjoni kserofila b’mod ġenerali — huma partikolarment rikki fil-polifenoli, fit-terpini, fil-komposti tal-karbonil u sustanzi volatili oħra li jista’ jkollhom influwenza diretta jew indiretta fuq it-togħma tal-ħalib. Din l-influwenza hija diretta meta dawn jiġu trasferiti kif inhuma u indiretta meta dawn jaġixxu bħala prekursuri għal metaboliti volatili oħra b’impatt fuq il-fwieħa. Il-preżenza kostanti tal-annimali f’dan l-ambjent twassal biex il-prinċipji volatili bi proprjetajiet aromatiċi jgħaddu fil-ħalib, b’mod speċjali f’ċertu żminijiet tas-sena. B’mod ġenerali, ir-ragħha obbligatorju u d-dieta rikka f’foraġġ prodott fiż-żona jiggarantixxu l-karatteristiċi nutrittivi u funzjonali distintivi tal-ħalib, bħall-profil tal-lipidi tiegħu u l-kontenut ta’ komposti volatili tiegħu. Il-kundizzjonijiet ambjentali lokali u t-tekniki ta’ trobbija tal-bhejjem għandhom rwol importanti fil-formazzjoni tal-mikrobijota tal-ħalib. Dawn il-fatturi kollha miġbura flimkien għandhom impatt kbir fuq il-karatteristiċi organolettiċi tal-“Mozzarella di Gioia del Colle”.

Fir-rigward tal-influwenza tat-teknika tal-ipproċessar, dan huwa l-metodu tradizzjonali u storiku li jippermetti biss li jintuża ħalib frisk u jiġi miżjud xorrox lokali (il-kultura starter). L-istarter tax-xorrox li jiġi miżjud mal-ħalib jirrappreżenta rabta oħra mat-territorju lokali, billi dan ilu jsir bl-istess mod għal żmien twil: bl-użu tax-xorrox tal-ġurnata preċedenti li jkun tħalla jiqras, li b'hekk jarrikkixxi ruħu bl-enzimi tal-ħalib li huma karatteristiċi tal-maħleb. Dawn l-aspetti jiggarantixxu rabta b’saħħitha mat-territorju, għaliex jiddeterminaw li l-maġġoranza tal-komponent mikrobijoloġiku jkun nattiv ukoll. Il-komponent mikrobjali għandu rwol importanti fil-proprjetajiet sensorjali għaliex dan huwa responsabbli għall-formazzjoni tal-“aromi sekondarji” tal-prodott. Il-profil mikrobijoloġiku nattiv tal-kultura starter tax-xorrox huwa ggarantit parzjalment mill-karatteristiċi tal-ħalib li hija derivata minnu, iżda iktar importanti, mill-metodu ta’ preparazzjoni u l-ambjent li titħalla tiżviluppa fih. It-“taħlita ta’ mikroorganiżmi nattivi” fil-kultura starter tirrifletti l-fażijiet kollha fil-proċess ta’ produzzjoni u hija trasferita fuq bażi ta’ kuljum għall-ħalib u għalhekk għall-prodott lest, u b’hekk tipperpetwa b’mod kostanti r-rabta mat-territorju. Il-metodi użati mill-produttur tal-ġobon għall-immaniġġjar tax-xorrox fit-tank, għall-maturazzjoni tal-baqta u mbagħad l-ipproċessar tat-taħlita jikkombinaw biex jifformaw ir-rabta distintiva mat-territorju. Fil-fatt, il-kombinazzjoni tal-parametri kollha tal-ipproċessar għandha impatt fuq l-ekosistema mikrobjali, li diġà hija pjuttost distintiva, u b’hekk tifforma l-progress tal-fermentazzjoni. L-għarfien espert tal-produttur tal-ġobon huwa essenzjali f’dak ir-rigward għaliex jippermetti s-sett ta’ mikrobi jiżviluppaw f’mod uniku u irreplikabbli, li jagħti lill-mozzarella l-karatteristiċi sensorjali tipiċi tagħha. Sa fejn hija kkonċernata t-togħma, din il-fermentazzjoni toħloq noti kemxejn qarsa li jħallu togħma ta’ ħmira pjaċevoli li hija iktar b’saħħitha fil-ġobon li jkun għadu kif sar. L-aroma derivata mill-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon tikkombina ma’ dawk li huma derivati mill-ħalib, jiġifieri mill-proċess ta’ fermentazzjoni (“aroma sekondarja”) li joħloq noti friski ta’ ħalib, butir u xorrox aċiduż u mill-materja prima (“aroma primarja”) bin-noti karatteristiċi delikati tagħha tal-pjanti u l-annimali. Fil-qosor, l-aromi primarji jirriflettu l-kundizzjonijiet li fihom ikunu trabbew il-baqar, ir-rwol importanti li għandha d-dieta ta’ foraġġ lokali (frisk jew ħuxlief), u l-aromi sekondarji huma marbutin mal-mikrobijota nativa.

Minbarra l-karatteristiċi speċifiċi ffurmati mit-tekniki użati fit-trobbija tal-annimali u l-produzzjoni tal-ħalib, hemm ukoll l-influwenzi ambjentali, storiċi u kulturali. Il-pajsaġġ (Natura 2000), il-ġeoloġija lokali (ir-reġjun tal-plateau ta’ Murge ta’ Apulia, bil-ġebel tal-ġir kretaċju, is-saffi tal-blat u t-tafal ridott) u l-klima huma kollha sinifikanti. F’termini storiċi u kulturali, hemm rabta bl-għeruq fondi bejn il-prodott u t-tip ta’ biedja fiż-żona: farms tal-bhejjem ta’ daqs żgħir u medju li huma l-aktar immexxija minn familji u strutturati skont id-drawwiet lokali, fejn il-bhejjem iqattgħu ħafna perjodi ta’ żmien jirgħu. Fl-aħħar nett, hemm ħafna evidenza li turi li l-mozzarella ilha tidher fl-istorja tal-Gioia del Colle, inkluż f’dokumentarju prodott mill-Istituto Luce fil-Gioia del Colle fit-28 ta’ Awwissu 1950. Rekords oħra juru li fl-ewwel għexieren ta’ snin tas-seklu għoxrien “bidwi jismu Clement Milano li jrabbi l-baqar tar-razza Alpine Brown fiż-żona tal-Gioia del Colle kien l-ewwel li uża l-ħalib mill-istokk tiegħu biex jagħmel il-prodott tal-ħalib frisk speċjali magħruf bħala mozzarella” (minn Gioia del Colle, oggi ["Gioia del Colle, Today"], editjat minn Giovanni Bozzo għal Japigia Editrice, Bari 1970). Artikolu tal-1922 minn Giovanni Carano Donvito jgħid li “...l-‘Mozzarella di Gioia (del Colle)' kienet apprezzata ħafna, mfittxija u tiswa ħafna fis-suq f’Ruma u Napli kif ukoll f’Bari, Taranto, Lecce, Foggia u bliet oħra iżgħar” (La riforma sociale [“Riforma soċjali”], F.S. Nitti, L. Roux, L. Einaudi — Roux e Viarengo, Turin). Fl-aħħar nett, hemm evidenza li diversi avvenimenti lokali li għandhom l-għan li jgħollu l-profil tal-mozzarella ilhom iseħħu sa mis-snin sittin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), ta’ dan ir-Regolament)

Wieħed jista’ jara t-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fis-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew alternattivament:

billi żżur il-paġna uffiċjali tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u Forestali (www.politicheagricole.it) u tagħfas fuq “Prodotti DOP IGP” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u wara fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin), u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.