ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 304

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 62
9 ta' Settembru 2019


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 304/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9486 — GBL/Webhelp) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 304/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 304/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9097 — Boeing/Embraer) ( 1 )

3

2019/C 304/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding) ( 1 )

5

2019/C 304/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9511 — Macquarie Group/Ocean Breeze Energy and Perikles) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2019/C 304/06

Pubblikazzjoni ta’ notifika tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

7

2019/C 304/07

Pubblikazzjoni ta’ notifika tal-approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9486 — GBL/Webhelp)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 304/01)

Fit-2 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32019M9486. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Settembru 2019

(2019/C 304/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1027

JPY

Yen Ġappuniż

118,01

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,89635

SEK

Krona Żvediża

10,6350

CHF

Frank Żvizzeru

1,0928

ISK

Krona Iżlandiża

139,30

NOK

Krona Norveġiża

9,9230

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,836

HUF

Forint Ungeriż

330,11

PLN

Zloty Pollakk

4,3394

RON

Leu Rumen

4,7325

TRY

Lira Turka

6,2875

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6135

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4583

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6446

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7208

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5229

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 314,72

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2808

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8442

HRK

Kuna Kroata

7,4038

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 532,63

MYR

Ringgit Malażjan

4,6098

PHP

Peso Filippin

57,208

RUB

Rouble Russu

72,5679

THB

Baht Tajlandiż

33,819

BRL

Real Brażiljan

4,5145

MXN

Peso Messikan

21,6550

INR

Rupi Indjan

79,0805


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9097 — Boeing/Embraer)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 304/03)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Boeing Company (“Boeing”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Embraer S.A. (“Embraer”, il-Brażil),

In-negozju tal-avjazzjoni kummerċjali tal-Embraer (il-Brażil), li jappartjenu għall-Embraer,

EB Defense, LLC (l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Embraer.

Boeing takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tan-negozju tal-avjazzjoni kummerċjali kollu kemm hu tal-Embraer u l-operazzjonijiet relatati u l-kapaċità tal-inġinerija, kif ukoll il-kontroll konġunt flimkien mal-Embraer tal-EB Defense, LLC biex tinbea faċilità tal-produzzjoni għall-ajuplan tat-trasport militari KC-390 tal-Embraer.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Boeing hija kumpanija Amerika tal-ajruspazju u tad-difiża bbażat f’Chicago, Illinois. Boeing tiddisinja, timmanifattura u tikkummerċjalizza ajruplani kummerċjali, ajruplani militari u inġenji spazjali, kif ukoll sistemi tad-difiża, tal-ispazju u tas-sigurtà. Boeing tipprovdi wkoll servizzi ta’ wara l-bejgħ għas-suq ajruspazjali inkluża l-loġistika bbażata fuq il-prestazzjoni u t-taħriġ.

Embraer hija kumpanija Bażiljana bbażata f’São José dos Campos, São Paulo, man-negozji fl-avjazzjoni kummerċjali u eżekuttivi, fid-difiża u s-sigurtà.

In-negozju tal-avjazzjoni kummerċjali tal-Embraer jiddisinja, jimmanifattura u jikkummerċjalizza ajruplani kummerċjali b’150 seat u jipprovdi servizzi ta’ wara l-bejgħ għall-ajruplani tagħha inkluż appoġġ operazzjonali u tekniċi u taħriġ,

EB Defense, LLC se tagħmel l-assemblaġġ finali, tikkummerċjalizza u tbigħ u tipprovdi servizzi ta’ wara l-bejgħ fir-rigward l-ajruplan tat-trasport militari KC-390 tal-Embraer li bħalissa għaddej miċ-ċertifikazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9097 — Boeing/Embraer

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 304/04)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Aurubis AG ("Aurubis", il-Ġermanja),

Metallo Group Holding N.V. ("Metallo", il-Belġju).

Aurubis AG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ Metallo Group Holding N.V. kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   l-impriża Aurubis: Hija fornitur ta’ metalli mhux tal-ħadid. B’mod partikulari, Aurubis tipproċessa konċentrati tar-ram u ruttam tar-ram; tipproduċi katodi tar-ram u prodotti sekondarji mill-proċess tar-raffinar tar-ram, kif ukoll tissupplixxi forom tar-ram u prodotti nofshom lesti tar-ram u prodotti tar-ram imħallat bħalma huma biċċiet ċatti tar-ram laminati, vireg u wires;

—   l-impriża Metallo: attiva fir-riċiklaġġ, l-ipproċessar u l-kummerċ ta’ metalli mhux tal-ħadid. B’mod partikulari, Metallo tirfina ruttam tar-ram biex tipproduċi katodi tar-ram u prodotti sekondarji tal-proċess tar-raffinar tar-ram.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9409 — Aurubis/Metallo Group Holding

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9511 — Macquarie Group/Ocean Breeze Energy and Perikles)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 304/05)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Sage Holdings S.à.r.l (il-Lussemburgu), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata mill-Macquarie Group Limited (“Macquarie”, l-Awstralja),

Ocean Breeze Energy GmbH & Co. KG u Perikles 20092 Vermögensverwaltung GmbH (flimkien riferuti bħala l-“Impriża fil-Mira”, il-Ġermanja).

Macquarie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tal-Impriża fil-Mira.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Macquarie: fornitur dinji ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ konsulenza, ta’ investiment u ta’ ġestjoni tal-fondi,

—   l-Impriża fil-Mira: hija proprjetarja u tħaddem (i) il-park eoliku Bard Offshore 1 li jikkonsisti fi 80 ġeneratur tat-turbini tar-riħ, l-istazzjon tiegħu ta’ transformazzjoni u l-cables interni relattivi, (ii) il-barkun li jogħla waħdu Wind Lift I u (iii) l-park eoliku fuq l-art Rysumer Nacken, li jikkonsistu f’żewġ ġeneraturi ta’ turbini tar-riħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9511 — Macquarie Group/Ocean Breeze Energy and Perikles

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 2, 14.12.2013, p. 2.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/7


Pubblikazzjoni ta’ notifika tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 304/06)

Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

NOTIFIKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Lessini Durello”/“Durello Lessini”

Numru ta’ referenza: PDO-IT-A0447-AM02

Id-data tan-notifika: 21.5.2019

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Kategorija tal-inbid u metodu ta’ produzzjoni

Deskrizzjoni u raġunijiet

L-ispeċifikazzjonijiet għall-metodu ta’ produzzjoni qegħdin jiġu miżjuda mal-kategoriji tal-prodott koperti mid-denominazzjoni:

“Lessini Durello spumante” metodu Charmat u metodu klassiku

“Lessini Durello spumante” riserva, metodu klassiku.

Din l-emenda qiegħda ssir biex l-inbid frizzanti prodott bil-metodu klassiku jiġi rilaxxat għall-konsum qabel jiġi ssodisfat ir-rekwiżit ta’ 36 xahar fuq il-ħmira għall-kategorija “riserva”. Id-domanda għal inbejjed frizzanti magħmula bil-metodu klassiku, li jipprovdi togħma friska u vivaċi pjaċevoli bi struttura akbar, qiegħda dejjem aktar tiżdied.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 1.3 tad-Dokument Uniku (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed).

2.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - test miktub mill-ġdid

Deskrizzjoni u raġunijiet

Għall-kategorija “Lessini Durello Spumante”, tħassru r-referenza għar-rilaxx tal-kategoriji tal-prodott għall-konsum b’informazzjoni dwar il-kontenut taz-zokkor u r-referenza għall-fatt li l-fermentazzjoni ssir esklussivament f’tankijiet magħluqin.

It-test jeħtieġ li jinkiteb mill-ġdid sabiex jirrifletti l-emendi formali għal dawk ir-referenzi fl-artikoli speċifiċi l-oħrajn tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 1.3 tad-Dokument Uniku (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed).

3.   Il-karatteristiċi dwar il-konsum — informazzjoni dwar il-metodi ta’ produzzjoni għall-kategoriji individwali tal-prodott, varjazzjonijiet fil-kontenut ta’ zokkor u fil-qawwa alkoħolika

Deskrizzjoni u raġunijiet

Id-diversi metodi użati għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ġew speċifikati għad-diversi kategoriji tal-prodott koperti mid-denominazzjoni. “Lessini Durello Spumante” metodu Charmat u metodu klassiku u “Lessini Durello Spumante riserva” metodu klassiku;

Ġiet introdotta r-referenza għal kontenut ta’ zokkor “dosaggio żero” għall-kategoriji kollha.

Il-qawwa alkoħolika skont il-volum għall-kategorija “Lessini Durello Spumante riserva” tnaqqset minn 12,00 % għal 11,50 %.

L-emendi li saru jidentifikaw id-diversi kategoriji tal-prodott u jipprovdu deskrizzjoni dettaljata tal-karatteristiċi organolettiċi tagħhom; il-karatteristiċi fiżikokimiċi indikati, li jirriżultaw mit-testijiet enoloġiċi, jikkonfermaw il-kwalità tal-prodotti koperti mid-denominazzjoni.

Għall-inbejjed frizzanti prodotti permezz tal-metodu klassiku u maturati bil-ħmira għal bejn disa’ xhur u 36 xahar, iddaħħlet deskrizzjoni organolettika speċifika li tiddistingwi lil din il-kategorija ta’ prodott mill-kategorija “Lessini Durello spumante riserva”.

Ġiet introdotta r-referenza għal kontenut ta’ zokkor “dosaggio żero” għall-kategoriji kollha.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 1.3 tad-Dokument Uniku (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed).

4.   L-ippakkjar — żdiedet il-possibbiltà li jintużaw fliexken li jesgħu sa 15-il litru.

Deskrizzjoni u raġunijiet

L-emenda li ddaħħlet iżżid il-kapaċità massima tal-fliexken użati għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni minn disa’ litri għal 15-il litru.

Ir-raġuni għall-emenda introdotta hija biex ikunu jistgħu jintużaw fliexken f’format kbir biex tiġi ssodisfata d-domanda tas-suq.

L-emenda tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott iżda ma ssarraf fl-ebda bidla fid-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Lessini Durello

Durello Lessini

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid frizzanti “Lessini Durello” jew “Durello Lessini”, metodu Charmat

Din il-kategorija tal-prodott b’ragħwa fina u persistenti għandha kulur safrani ċar lewn it-tiben b’laqtiet ħodor u b’aroma delikata, bi ftit ħjiel ta’ frott; it-togħma hija friska, pjaċevoli u armonjuża b’kontenut ta’ zokkor residwu li jvarja minn “dosaggio żero” għal semixott.

Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta’ 11 %, u l-estratt minimu bla zokkor huwa ta’ 14 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

6,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Lessini Durello” jew “Durello Lessini” spumante, metodu klassiku

Din il-kategorija ta’ prodott b’ragħwa fina u persistenti għandha kulur safrani ċar lewn it-tiben b’intensità varjata. L-aroma tinkludi ħjiliet delikati ta’ ħmira. It-togħma hija pjaċevolment qawwija u armonjuża b’kontenut ta’ zokkor residwu li jvarja minn “dosaggio żero” sa semixott. Il-qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum hija ta’ 11,5 %, u l-estratt minimu mingħajr zokkor huwa ta’ 15 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Lessini Durello” jew “Durello Lessini” spumante riserva, metodu klassiku

Din il-kategorija tal-prodott b’ragħwa fina u qawwija tvarja fil-kulur minn isfar lewn it-tiben li jvarja fl-intensità għal isfar dehbi b’laqtiet ta’ ram xi kultant. L-aroma tinkludi noti kumplessi u maturi. It-togħma hija armonjuża b’kontenut ta’ zokkor residwu li jvarja minn “dosaggio żero” sa semixott. Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi essenzjali

XEJN

b.   Rendimenti massimi

Durella

112-il ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona ġeografika demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini rreġistrata “Lessini Durello” jew “Durello Lessini” tinkludi:

(a)

Il-provinċja ta’ Verona: It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta’: Vestenanova, San Giovanni Ilarione u parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’: Montecchia di Crosara, Roncà, Cazzano di Tramigna, Tregnago, Badia Calavena.

(b)

Il-provinċja ta’ Vicenza: it-territorju kollu tal-muniċipalitajiet ta’ Arzignano, Castelgomberto, Chiampo, Brogliano, Gambugliano, Trissino u parti mill-muniċipalitajiet ta’ Cornedo, Costabissara, Gambellara, Isola Vicentina, Malo, Marano Vicentino, Monte di Malo, Montebello Vicentino, Montecchio Maggiore, Montorso Vicentino, Nogarole Vicentino, San Vito di Leguzzano, Schio, Zermeghedo.

Il-fruntiera taż-żona hija kif ġej: fil-Lvant, tibda fil-fruntiera mal-provinċja ta’ Vicenza, fil-lokalità ta’ Calderina f’punt ta’ elevazzjoni ta’ 36 m, issegwi t-triq li twassal għal Roncà, waqt li tgħaddi mil-lokalitajiet ta’ Binello u Momello. Taqsam min-nofs il-villaġġ ta’ Roncà u tkompli tul it-triq li taqsam it-triq provinċjali ta’ Monteforte Montecchia sal-fruntiera tal-muniċipalità ta’ Montecchia di Crosara. Hija ssegwi l-fruntiera ta’ din il-muniċipalità sal-punt ta’ elevazzjoni ta’ 64 m u mbagħad it-triq li għal darb’oħra twassal għat-triq provinċjali fin-Nofsinhar tal-kooperattiva tal-inbid f’Montecchia di Crosara. Tkompli għal distanza qasira lejn it-Tramuntana tul it-triq provinċjali ta’ Val d’Alpone sal-pont li jaqsam ix-xmara tal-muntanja li ġġib l-istess isem u mbagħad tul it-triq muniċipali li tgħaddi mil-lokalitajiet ta’ Molino, Castello u San Pietro fin-Nofsinhar tal-villaġġ ta’ Montecchia di Corsara. Imbagħad tkompli sax-xmara tal-muntanja Rio Albo (punt ta’ elevazzjoni ta’ 85 m) li tiddelimita ż-żona, sa punt ta’ elevazzjoni ta’ 406 m fin-Nofsinhar ta’ Corgnano u Tolotti, fejn tiltaqa’ mal-fruntiera muniċipali ta’ Cazzano di Tramigna. Imbagħad issegwi t-triq muniċipali lejn Marsiglio u ssegwi l-elevazzjoni ġeodetika sa Rio V. Brà u V. Magragna sal-punt ta’ elevazzjoni ta’ 149 m fil-lokalità ta’ Caliari. Mil-lokalità ta’ Caliari din tkompli fid-direzzjoni tat-Tramuntana tul it-triq li twassal għal Campiano sal-lokalità ta’ Panizzolo (elevazzjoni ta’ 209 m) fejn hija tiltaqa’ max-xmara tal-muntanji Tramigna; hija ssegwi lit-Tramigna fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-fruntiera tal-muniċipalità ta’ Tregnano u mbagħad timxi tulha għal distanza qasira fid-direzzjoni tal-Punent, fejn tiltaqa’ mal-lokalità ta’ Rovere (elevazzjoni ta’ 357 m u mbagħad 284 m). Testendi tul it-triq li twassal għal Tregnano, waqt li tgħaddi qrib il-punt ta’ elevazzjoni ta’ 295 m fejn tidħol fil-villaġġ ta’ Tregnano u taqsmu fit-triq prinċipali sal-punt ta’ elevazzjoni ta’ 330 m. Minn hemm, hija tidħol fit-triq muniċipali lejn Marcemigo, taqsam dan il-villaġġ u toħroġ fil-lokalità ta’ Morini (elevazzjoni ta’ 481 m). Imbagħad il-fruntiera ssegwi t-triq provinċjali lejn San Mauro di Saline (elevazzjoni ta’ 523 m). Testendi tul it-triq provinċjali lejn San Mauro di Saline (elevazzjoni ta’ 523 m). Issegwi t-triq provinċjali lejn S. Mauro di Saline fid-direzzjoni tat-Tramuntana sal-lokalità ta’ Bettola li tinsab fuq il-fruntiera mal-muniċipalità ta’ Badia Calavena. Mil-lokalità ta’ Bettola hija ssegwi t-triq muniċipali li tinżel fil-wied, waqt li tgħaddi mil-lokalitajiet ta’ Canovi, Valle, Antonelli, Riva, Fornari u tidħol fit-territorju ta’ Badia Calavena. Mill-punt ta’ elevazzjoni ta’ 451 m hija ssegwi t-triq muniċipali fid-direzzjoni tal-Lvant, waqt li toħroġ mil-lokalità ta’ Colli (elevazzjoni ta’ 734 m) fejn tiltaqa’ mal-fruntiera ta’ Vestenanova (elevazzjoni ta’ 643 m). Dejjem fit-triq muniċipali, hija tgħaddi mill-villaġġ ta’ Castelvero, u tissokta sa Vestenavecchia segwit minn Vestenanova centro. Tkompli sas-Siveri fuq it-triq muniċipali, sakemm tasal sal-lokalità ta’ Alberomato. Minn hemmhekk, hija tgħaddi l-villaġġ ta’ Bacchi u tiltaqa’ mal-fruntiera tal-provinċja ta’ Vincenza. Hija ssegwi l-fruntieri provinċjali fid-direzzjoni tat-Tramuntana sa elevazzjoni ta’ 474 m ’il fuq mil-livell tal-baħar u mbagħad tul il-fruntiera tat-Tramuntana tal-muniċipalità ta’ Chiampo fid-direzzjoni tal-Lvant u mbagħad dik tan-Nofsinhar, sal-intersezzjoni bejn dik il-fruntiera u t-triq provinċjali li tgħaqqad lil Chiampo ma’ Nogarole Vicentino (elevazzjoni ta’ 468 m ’il fuq mil-livell tal-baħar). Hija tkompli tul din it-triq u taqbeż il-villaġġ ta’ Nogarole u tissokta tul it-triq ta’ Selva di Trissino sa Capitello eżatt wara l-punt ta’ elevazzjoni ta’ 543 m, fejn iddur lejn ix-xellug tul il-mogħdija li twassal għall-akwedott. Hija tgħaddi tul din il-mogħdija u minn ġo Prizzi sakemm, f’elevazzjoni ta’ 530 m, tiltaqa’ mat-triq lejn Cornedo, li hija ssegwi minn ġo Pellizzari u Duello sa salib it-toroq mat-triq muniċipali li tagħti għal Caliari, Stella u Ambrosi, waqt li tgħaddi mill-villaġġ ta’ Grigio qabel ma terġa’ tingħaqad għal darb’oħra mat-triq provinċjali lejn Cornedo. F’Cornedo hija tingħaqad mal-awtostrada statali 246, li hija ssegwi kważi sal-pont ta’ Nori qabel ma ddur lejn il-Lvant fuq it-triq muniċipali li testendi tul Colombara, Bastianci, Muzzolon u Milani (elevazzjoni ta’ 547 m). Minn hemm issegwi t-trejqa fid-direzzjoni tal-Grigal sa Crestani (elevazzjoni ta’ 532 m). Imbagħad tgħaddi tul it-triq muniċipali li twassal għal Mieghi, Milani (elevazzjoni ta’ 626 m), Casare di Sopra, Casare di Sotto u Godeghe sa salib it-toroq mat-triq muniċipali ta’ Monte di Malo-Monte Magrè, li hija ssegwi sa Monte Magrè. Minn hemmhekk hija ssegwi t-triq lejn Magrè sa elevazzjoni ta’ 294 m, tkompli fil-Majjistral għal elevazzjoni ta’ 218 m, testendi tul it-triq ta’ Valfreda sa Raga (elevazzjoni ta’ 414 m), u mbagħad tkompli sal-fruntiera muniċipali bejn Schio u Torrebelvicino, li hija ssegwi sal-punt ta’ elevazzjoni ta’ 216 m. Minn hemm issegwi x-xmara Leogra sal-pont fuq l-awtostrada statali 46, filwaqt li tkompli tul it-triq tax-xmara sal-punt ta’ elevazzjoni ta’ 188 m. Imbagħad issegwi l-awtostrada statali 46 Schio-Vicenza sal-lokalità ta’ Fonte di Castelnovo. Hija taqsam din il-lokalità u mbagħad issegwi t-triq ta’ Costabissara, waqt li tgħaddi mil-lokalitajiet ta’ Ca’ de Tommasi u Pilastro.

Il-fruntiera taż-żona mbagħad issegwi t-triq muniċipali minn Costabissara sa Creazzo, waqt li tgħaddi barra l-lokalità ta’ S. Valentino sakemm tasal sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-muniċipalità ta’ Costabissara. Imbagħad tmur lejn il-Punent sal-fruntiera tan-Nofsinhar tal-muniċipalità ta’ Costabissara, sa salib it-toroq mat-triq minn Gamgubliano fid-direzzjoni ta’ Sovizzo, tul it-triq ta’ Valdiezza. Hija ssegwi t-triq lejn Castelgomberto sakemm tiltaqa’ mat-triq għall-villaġġi ta’ Busa, Pilotto u Vallorona fuq in-naħa tax-xellug. Fejn is-sinjal biex wieħed jieqaf, hija ssegwi t-triq ta’ Sinistra, u terġa’ tingħaqad magħha wara li tkun qabżet salib it-toroq tal-villaġġ ta’ Monteschiavi. F’salib it-toroq għal Contrà Callorona, Rubbo u Spinati hija taqbeż it-triq għal dawn il-villaġġi u tkompli dritt sakemm finalment tasal sat-triq ta’ Vallorona. Hija tkompli fuq il-lemin, billi ssegwi l-profil tal-għolja lejn Valdimolino. Hija tkompli tul it-triq li minn Montecchio Maggiore tmur lejn Sant’Urbano (triq Cavallara). Imbagħad taqbad it-triq ta’ Bastian sal-intersezzjoni mat-triq minn Castelgomberto. Hija tkompli tul it-triq ta’ Bernuffi, fejn iddur fuq il-lemin sal-villaġġ ta’ Sant’Urbano. F’salib it-toroq iddur fuq ix-xellug u timxi tul it-triq ta’ Sovizzo Alto sa Casa Cattana, fejn iddur fuq il-lemin tul it-triq ta’ Caussa, fejn fit-tarf tagħha ddur għal darb’oħra lejn il-lemin tul it-triq (villaġġ ta’ Carbonara) sakemm tasal sal-lokalità ta’ Bastia Bassa, fejn tissokta sal-lokalità ta’ Campestrini u mbagħad Villa Cordellina. Minn hemm iddur fuq il-lemin sal-intersezzjoni mal-awtostrada statali 246, u ddur fuq ix-xellug fit-triq ta’ Montorso. Is-sit tal-kastelli ta’ Romeo u Ġuljetta huwa inkluż f’din iż-żona.

Il-fruntiera mbagħad issegwi t-triq ta’ Montecchio Maggiore u Montorso sal-pont li jgħaddi fuq ix-xmara Chiampo. Hija taqsam ix-xmara u tkompli fid-direzzjoni tan-Nofsinhar sat-triq ta’ Zermeghedo waqt li tgħaddi minn ġo Mieli. Mill-intersezzjoni tat-triq Mieli hija tkompli fuq ix-xellug lejn il-lokalità ta’ Belloccheria. Iż-żona demarkata hija meqjusa li hija dik li ssegwi l-profil tal-għolja sa salib it-toroq ma’ via Perosa. Minn hemm, tkompli lejn il-villaġġ ta’ Montebello tul via Castelleto sal-intersezzjoni mat-triq ta’ Mira. Minn hemm, tgħaddi tul it-triq ta’ Contrada Selva sal-intersezzjoni ta’ Casa Cavazza u mbagħad tul it-triq ta’ Zermeghedo.

Il-fruntiera ssegwi t-triq ta’ Agugliana u tkompli fid-direzzjoni ta’ La Guarda. Madwar 300 metru ‘l bogħod minn dan il-villaġġ, iddur fuq il-lemin tul it-trejqa li tgħaqqadha mal-fruntiera ma’ Gambellara, u tkompli lejn it-Tramuntana sal-punt ta’ elevazzjoni ta’ 143 m.

Imbagħad tinżel tul it-triq sekondarja li twassal għal Gambellara, li taqsam fid-direzzjoni tal-Punent tul it-triq minn Gambellara għal Calderina fejn terġa’ tingħaqad mad-demarkazzjoni taż-żona inizjali fil-provinċja ta’ Verona.

7.   Varjetà (varjetajiet) tad-dwieli ewlenin li minnhom jinkiseb l-inbid

Durella B.

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Lessini Durello/Durello Lessini

Is-sistema ta’ tkabbir tradizzjonali “Pergola Veronese” tippermetti lid-Durella (varjetà ta’ għeneb antika indiġena għaż-żona) biex issir bl-aħjar mod possibbli. Flimkien mal-fatt li l-art tiżżerżaq ’l isfel u li l-ħamrija hija ta’ oriġini vulkanika, din il-karatteristika tagħti lill-inbejjed l-aċidità li hija karatteristika għal dan l-inbid frizzanti. Id-Durello huwa kkaratterizzat minn noti ta’ minerali u żnied, xi drabi b’togħmiet ħfief sa qawwija ta’ tuffieħ aħdar. L-aromi huma kumplessi, li jfakkru fl-oriġini minerali iżda bi ħjiliet tal-baħar ta’ jodju u kubrit.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)

XEJN

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/13964


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/12


Pubblikazzjoni ta’ notifika tal-approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2019/C 304/07)

Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

NOTIFIKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Bianco di Custoza”/“Custoza”

Numru ta’ referenza: PDO-IT-A0468-AM02

Data tan-notifika: l-24 ta’ Ġunju 2019

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Artikolu 1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: isem u nbejjed

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

Żieda tal-kategorija riserva

Raġunijiet:

Iż-żieda ta’ kategorija riserva ta’ nbejjed “Custoza” issaħħaħ il-kwalità tal-isem, għaliex tesprimi aħjar il-karatteristiċi relatati mal-maturazzjoni li huma speċifiċi għal din il-kategorija.

Din l-emenda twassal ukoll għal bidliet fit-taqsimiet 1.4 (Id-deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) u 1.5. (Prassi enoloġiċiRedditi massimi) tad-Dokument Uniku.

2.   Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Varjetajiet ta’ għeneb

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

Reviżjoni tal-varjetajiet ewlenin u tal-perċentwali: Il-Bianca Fernanda żdied mat-tliet varjetajiet obbligatorji eżistenti, Garanega, Trebbiano Toscano u Trebbianello (bijotip tat-Tocai Friulano), li issa jridu jagħmlu mill-anqas 70 % tal-għeneb użat, u li l-ebda wieħed minnhom ma jaqbeż il-45 % individwalment

Raġunijiet:

Sabiex tiġi riflessa l-prassi tradizzjonali fiż-żona, il-Bianca Fernanda ddaħħal bħala varjetà obbligatorja. Dawn l-erba’ varjetajiet ewlenin f’daqqa jiffurmaw minimu ta’ 70 % tal-għeneb użat u r-restrizzjoni ta’ kull varjetà individwali għal mhux aktar minn 45 % tfisser li l-ebda tip uniku ma jifforma aktar minn 31,5 %. B’riżultat ta’ dan, skont il-proposta l-ġdida, il-“Bianco di Custoza”/“Custoza” DOC irid isir bilfors b’mill-anqas tlieta mill-erba’ varjetajiet ewlenin. Filwaqt li dan diġà huwa l-każ skont l-Ispeċifikazzjoni attwali, din l-emenda tagħti l-vantaġġ li l-erba’ varjetajiet ikunu jistgħu jintużaw għal raġunijiet ta’ kwalità, meta wieħed iqis kif l-istaġun jiżvolġi, iż-żmien tal-ħsad, il-lokazzjoni tal-vinja jew aspetti tal-produzzjoni speċifiċi.

Il-Bianca Fernanda (klon lokali tal-Cortese) ikopri ‘l fuq minn 13 % taż-żona bil-vinji fiż-żona tal-produzzjoni “Custoza” u huwa lokalment rikonoxxut bħala sinonimu mal-“Custoza”. Iż-żieda tal-Bianca Fernanda bħala waħda mill-erba’ varjetajiet ta’ għeneb ewlenin tagħti lill-isem element qawwi ta’ kwalità u reputazzjoni.

Din l-emenda twassal ukoll għal bidliet fit-taqsimiet 1.4. (Id-deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) u 1.7. (Varjetà/Varjetajiet tal-għeneb tal-inbid ewlenin) tad-Dokument Uniku.

3.   Artikolu 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Regoli dwar il-vitikultura

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

(a)

L-użu tal-kategoriji superiore, riserva, spumante (inbid frizzanti) u passito (inbid tal-għeneb imqadded)

(b)

It-tneħħija tar-referenza għall-possibbiltà tal-użu ta’ rqajja’ ta’ vinji “Custoza” għall-produzzjoni ta’ nbejjed DOC “Garda”

(c)

It-tnaqqis tar-redditu għal kull ettaru għall-“Custoza” għal 13-il tunnellata

(d)

Iż-żieda ta’ tabella li tispjega r-redditi massimi u l-qawwiet alkoħoliċi għall-kategoriji differenti

(e)

Ir-riformulazzjoni tal-paragrafu dwar l-għażla tal-għeneb għall-inbejjed passito mingħajr bidla fl-ebda valur parametru

(f)

Iż-żieda ta’ erba’ paragrafi li jsostnu li, jekk jiġu mitluba mill-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni u wara konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet professjonali, l-awtoritajiet reġjonali jistgħu: jieħdu deċiżjonijiet rigward il-finijiet/l-użi differenti tal-għeneb u l-limitu massimu tal-għeneb għal kull ettaru li għandu jintuża; inaqqsu r-redditi tal-inbid u tal-għeneb awtorizzati; u jawtorizzaw il-ħażna ta’ redditu żejjed għal użu futur sa 20 % aktar mir-redditu massimu

Raġunijiet:

(a)

Dan biex jirrifletti l-bidliet li saru lill-Artikolu 1.

(b)

Din il-possibbiltà hija stabbilita fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u ma hemmx bżonn aktar li tiġi inkluża fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

(c)

Ir-redditu għal kull ettaru jrid jitnaqqas biex tiżdied il-kwalità implikata bl-isem. Fi kwalunkwe każ, din il-bidla sempliċiment iġġib il-produzzjoni konformi ma’ kif il-vinji fil-fatt jitħawlu issa, bis-sistema l-antika tiġi sostitwita kompletament bit-tħawwil f’ringieli. L-analiżi turi li x-xejra fl-ammont tal-inbid ibbottiljat fl-aħħar ħames snin b’mod ġenerali kienet stabbli, u li s-suq kapaċi jassorbi biss parti mill-inbid prodott, b’perċentwal żgħir biss ta’ prezzijiet li aktarx irendu profitt lill-produtturi tal-inbid u jikkontribwixxu biex isawru reputazzjoni ta’ kwalità għal dawk l-inbejjed fis-swieq nazzjonali u internazzjonali. Il-produtturi tal-inbid għalhekk iddeċidew li jnaqqsu l-ammont ta’ produzzjoni li għandha tiġi kkummerċjalizzata bħala “Custoza” DOC u jużaw il-bqija għal inbejjed oħra.

(d)

Hemm bżonn ta’ tabella ta’ figuri biex ikun aktar faċli li wieħed jinterpreta l-Ispeċifikazzjoni.

(e)

Dan it-test irid jinkiteb mill-ġdid biex ikun aktar faċli li wieħed jinterpreta l-Ispeċifikazzjoni.

(f)

It-test issa jinkludi numru ta’ regoli dwar il-vitikultura li għandhom jiġu applikati f’ċerti kundizzjonijiet speċifiċi.

Din l-emenda twassal ukoll għal bidliet fit-Taqsima 1.5 (Prassi enoloġiċiRedditi massimi) tad-Dokument Uniku.

4.   Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Regoli dwar il-vitikultura

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

L-inklużjoni tal-possibbiltà li l-varjetajiet differenti jinbidlu f’inbid b’mod separat jew kollha flimkien, filwaqt li jiġi speċifikat li meta l-għeneb jinbidel f’inbejjed separati, dan jeħtieġlu jiġi mħallat fil-post tal-produttur tal-inbid u dejjem qabel issir applikazzjoni biex l-inbid jiġi ċċertifikat għall-ħruġ fis-suq

Ir-rendiment mit-tqaddid tal-inbid għall-inbid minn 65 % għal 70 % għall-“Custoza”, il-“Custoza”spumante, il-“Custoza”superiore u l-“Custoza”riserva, u l-preżentazzjoni tar-redditi f’tabella

Il-limitu ta’ 15 % impost fuq it-taħlit ta’ nbejjed minn vendemmja differenti, bir-restrizzjoni ta’ din il-prassi għall-inbid tas-sena preċedenti u r-rekwiżit li t-taħlit iseħħ mhux wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jitkabbar l-għeneb

Iż-żieda ta’ data għall-ħruġ tal-“Custoza” għall-konsum: l-1 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jitkabbar l-għeneb

Iż-żieda tal-kategorija riserva, b’maturità ta’ mill-anqas 12-il xahar mill-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ produzzjoni

L-inseriment ta’ tliet paragrafi li jsostnu li, jekk jiġu mitluba mill-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni u wara konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet professjonali, l-awtoritajiet reġjonali jistgħu jistabbilixxu livell limitu għall-ammont ta’ nbid li jista’ jiġi ċċertifikat li jkun aktar baxx minn dak stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni, u b’hekk kwalunkwe most u nbid miksub minn għeneb żejjed jinżamm f’ingrossa, u li fuq talba tal-assoċjazzjoni ta’ protezzjoni jista’ jiġi ċċertifikat.

Raġunijiet:

Ir-rendiment mill-għeneb għall-inbid żdied b’70 % biex b’hekk ir-regoli fil-fatt jirriflettu r-rendimenti li qegħdin jiksbu l-produtturi tal-inbid bħala riżultat tal-avvanzi fit-teknoloġiji fil-qasam tal-produzzjoni matul dawn l-aħħar 15-il sena.

Il-limitu fuq l-ammont ta’ inbid aktar antik li jista’ jitħallat u r-restrizzjoni ta’ dan mal-inbid tas-sena preċedenti ġew introdotti biss fl-interessi tal-kwalità.

Ġiet introdotta data għall-ħruġ ta’ nbejjed għall-konsum bil-għan li tittejjeb il-kwalità.

Iż-żieda tal-kategorija riserva għall-inbejjed “Custoza” hija element li jsaħħaħ il-kwalità implikata mill-isem. L-inbejjed “Custoza” ta’ kwalità rikonoxxuta b’maturità ta’ mill-anqas 12-il xahar ilhom preżenti fis-suq għal ħafna snin. Dawn huma essenzjalment inbejjed b’perjodu ta’ maturazzjoni twil, intiżi għal swieq internazzjonali u Taljani aktar maturi.

Dawn l-aħħar tliet paragrafi żdiedu biex it-test jinġieb konformi mal-leġiżlazzjoni.

Din l-emenda twassal ukoll għal bidliet fit-Taqsima 1.5. (Prassi enoloġiċiRedditi massimi) tad-Dokument Uniku.

5.   Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Karatteristiċi dwar il-konsum

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

(a)

Iż-żieda tad-deskrittur tal-kulur għall-“Custoza”

(b)

Żieda fl-estratt minimu mingħajr zokkor għal 17 g kull litru

(c)

Iż-żieda ta’ karatteristiċi kimiċi, fiżiċi u organolettiċi għall-kategorija l-ġdida riserva

(d)

Deskrizzjoni ġdida tat-togħma ta’ nbejjed spumante (frizzanti) bħala “doża żero għal inbid semixott

(e)

L-inseriment ta’ paragrafu finali li jsostni li l-inbejjed minn kwalunkwe waħda mill-kategoriji jista’ wkoll ikollu ħjiel ta’ togħma ta’ njam jekk dawn ikunu mmaturaw fl-injam

Raġunijiet:

(a)

Din iż-żieda tiżgura li l-kulur ta’ dan l-inbid ikun iddettaljat b’mod korrett.

(b)

L-intenzjoni wara din il-bidla hija li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi adattata għall-fatt li l-inbejjed “Custoza” fis-suq diġà għandhom valuri għoljin għal dan il-parametru.

(c)

Din hija ż-żieda tal-karatteristiċi tal-kategorija l-ġdida riserva, li ma kinitx fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott preċedenti.

(d)

Din il-bidla saret b’rispons għar-rekwiżiti ta’ kummerċjalizzazzjoni.

(e)

Din ir-riformulazzjoni hija aktar ċara mill-verżjoni preċedenti, u b’hekk tiżgura deskrizzjoni aktar preċiża.

Din l-emenda twassal ukoll għal bidliet fit-Taqsima 1.4. (Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed) tad-Dokument Uniku.

6.   Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: L-Imballaġġ

Deskrizzjoni u raġunijiet

Deskrizzjoni:

(a)

Iż-żieda ta’ regoli li l-“Custoza”, il-“Custoza”superiore, il-“Custoza”riserva u l-“Custoza”passito jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss fi fliexken tal-ħġieġ ta’ mhux aktar minn 9 litri, u ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati fir-reċipjenti magħrufa bħala dama u fiasco

(b)

Permess għall-użu ta’ kontenituri tal-ħġieġ ta’ mhux aktar minn 18-il litru għall-kategorija spumante (frizzanti)

(c)

Iż-żieda ta’ regola li tgħid li l-produtturi tal-inbid fiż-żona ta’ produzzjoni deskritta fl-Artikolu 3, u l-ebda parti oħra, jistgħu jbigħu l-“Custoza” (iżda mhux xi waħda mill-kategoriji addizzjonali) direttament lill-konsumaturi finali f’reċipjenti ta’ mhux aktar minn 60 litru, billi jsegwu prassi tradizzjonali

(d)

Spjega li l-użu permess ta’ reċipjenti mhux tal-ħġieġ (borża f’kaxxa) ma japplikax għall-kategoriji superiore u riserva

(e)

Permess għall-użu ta’ kwalunkwe tip ta’ għeluq permess mil-liġi

Raġunijiet:

(a)

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott bħalissa tgħid biss li s-superiore, il-passito (inbid tal-għeneb imqadded) u l-ispumante (inbid frizzanti) jridu jiġu ppakkjati fi fliexken tal-ħġieġ. L-emenda proposta testendi dan l-obbligu biex ikopri l-inbejjed “Custoza” kollha. Dan huwa stadju importanti ħafna fit-tisħiħ tar-reputazzjoni ta’ dan l-isem storiku, anke bil-għan li l-inbejjed jitqiegħdu mill-ġdid fis-suq u tinbena r-reputazzjoni tagħhom.

(b)

Dan jippermetti l-użu tal-formati l-aktar mitluba ta’ spiss fis-suq.

(c)

Dan huwa permess minħabba li hemm tradizzjoni lokali ta’ konsumaturi finali li jixtru l-“Custoza” bl-ingrossa.

(d)

Dan jagħti ċarezza akbar.

(e)

Din il-bidla ġġib it-test konformi mal-leġiżlazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

1.   L-isem tal-prodott

“Bianco di Custoza”

“Custoza”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Il-kategoriji “Bianco di Custoza”/“Custoza” inklużi riserva, superiore, spumante (inbid frizzanti) u passito (inbid taż-żbib)

Il-kulur karatteristiku tal-inbejjed huwa isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja, xi drabi bi ħjiel ħadrani f’inbejjed anqas maturi jew lewn id-deheb f’ċerti nbejjed magħżula. Fwieħet l-inbid hija tal-frott u hija kemxejn aromatika, bi ħjiel ta’ fjuri u spiss anke ħxejjex aromatiċi u ħwawar. L-inbejjed għandhom togħma friska, ratba u delikata.

Huma nbejjed potabbli ħafna u li faċli jiġu kkombinati ma’ ikel. Dawn l-inbejjed ġeneralment jinxtorbu ta’ età żgħira, għalkemm xi għażliet li jsiru fil-vinji kapaċi jżommu l-karatteristiċi tagħhom maż-żmien.

Il-qawwa alkoħolika totali minima hija 11,0 % ABV u l-estratt minimu mingħajr zokkor huwa 16,5 g kull litru.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Bianco di Custoza”/“Custoza”

Kulur: isfar lewn it-tiben, xi drabi bi ħjiel ta’ aħdar ċar;

Fwieħet l-inbid: tal-frott, distinta u kemxejn aromatika

Togħma: togħma tajba, delikata, u b’ammont preċiż ta’ korporatura

Qawwa alkoħolika totali minima: 11 % ta’ ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17 g għal kull litru

Zokkrijiet li jnaqqsu r-residwi: massimu ta’ 7 g għal kull litru

Kull meta, fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Bianco di Custoza”riserva/“Custoza”riserva

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal lewn id-deheb ta’ intensità li tvarja

Fwieħet l-inbid: intensa, distinta u kemxejn aromatika

Togħma: ibbilanċjata, togħma tajba, bl-ammont preċiż ta’ korporatura

Qawwa alkoħolika totali minima: 12,5 % ta’ ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l

Zokkrijiet li jnaqqsu r-residwi: massimu ta’ 7 g għal kull litru

Kull meta, fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Bianco di Custoza”superiore/“Custoza”superiore

Kulur: minn isfar lewn it-tiben għal lewn id-deheb bil-maturazzjoni

Fwieħet l-inbid: pjaċevoli, distinta u kemxejn aromatika

Togħma: ibbilanċjata, b’korpuratura sħiħa

Qawwa alkoħolika totali minima: 12,5 % ta’ ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 20 g/l

Zokkrijiet li jnaqqsu r-residwi: 7 g għal kull litru

Kull meta, fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

4,5 espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Bianco di Custoza”spumante/“Custoza”spumante

Ragħwa: fina, iddum

Kulur: minn isfar lewn it-tiben ta’ intensità li tvarja, possibbilment bi sfumaturi dehbiena

Fwieħet l-inbid: fragranti, tal-frott u kemxejn aromatika meta jintuża l-metodu Charmat; fina, eleganti u distinta jekk issir fermentazzjoni fil-flixkun;

Togħma: friska, tajba, fina u bbilanċjata; dożaġġ żero sa semixott

Qawwa alkoħolika totali minima: 11,5 % ta’ ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 15 g/l

Kull meta, fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

5,0 espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

“Bianco di Custoza”passito/“Custoza”passito

Kulur: isfar lewn id-deheb

Fwieħet l-inbid: intensa u tal-frott

Togħma: minn pjaċevoli għal ħelwa, ibbilanċjata, b’korpuratura kemxejn aromatika

Qawwa alkoħolika totali minima: 15 % ta’ ABV

Estratt minimu mingħajr zokkor: 22 g/l

Kull meta, fit-tabella ta’ hawn taħt, il-valur jitħalla vojt, l-inbejjed jikkonformaw mal-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,00

Aċidità totali minima

4,5 espressi bħala grammi ta’ aċidu tartariku għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prassi tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prassi enoloġiċi essenzjali

XEJN

b.   Rendimenti massimi

“Bianco di Custoza”/“Custoza”

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

“Bianco di Custoza”superiore/“Custoza”superiore

12 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

“Bianco di Custoza”riserva/“Custoza”riserva

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

“Bianco di Custoza”spumante/“Custoza”spumante

13 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

“Bianco di Custoza”passito/“Custoza”passito

5 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

L-inbejjed “Bianco di Custoza”/“Custoza” DOK jiġu prodotti f’żona li tinkorpora l-muniċipalitajiet kollha li ġejjin jew parti minnhom; Sommacampagna, Villafranca di Verona, Valeggio sul Mincio, Peschiera del Garda, Lazise, Castelnuovo del Garda, Pastrengo, Bussolengo u Sona. Iż-żona hija demarkata kif ġej: tibda ‘l isfel minn Sommacampagna, mid-distrett ta’ Cesure (altitudni ta’ 89 m), il-fruntiera tgħaddi mil-Lbiċ tul il-kanal tal-qatra tal-bord tat-titjib tal-art u tal-iskular Alto Agro Veronese sa Boscone, u tiltaqa’ mat-triq għal Villafranca għal medda qasira qabel ma tingħaqad mat-triq muniċipali li tgħaddi minn Pozzomoretto u Colombara. Imbagħad, il-fruntiera tingħaqad mat-triq muniċipali li jmiss qrib Cà Delia, tkompli ma’ din it-triq wara C. Nuova Pigno u Le Grattarole sal-ġunzjoni mat-triq provinċjali ta’ Villafranca-Valeggio, li tingħaqad magħha sal-villaġġ ta’ Valeggio sul Mincio. Hija mbagħad tkompli lejn in-Nofsinhar tul it-triq muniċipali lejn Pozzolo sa C. Buse fejn tingħaqad mat-triq li tgħaddi mill-kanal tal-qatra ta’ Seriola Prevaldesca, li ssegwi lejn it-Tramuntana sal-pont magħruf bħala l-Ponte Lungo. Wara li taqsam dan il-pont, il-fruntiera ssegwi l-kanal tal-qatra ta’ Seriosa Serenelli lejn in-nofsinhar sal-fruntiera mal-Provinċja ta’ Mantua u r-Reġjun tal-Lombardija (altitudni ta’ 63 m). Il-linja tal-fruntiera u mbagħad tirritorna lejn it-Tramuntana tul il-fruntiera reġjonali, tgħaddi minn Pignolada, Staffalonero, Prandina, Stazione di Salionze, Villa, Dolci u Pontata, u mbagħad titbiegħed mill-fruntiera biex issegwi t-triq ta’ Broglie-Madonna del Frassino għal medda qasira ħafna lejn il-Grigal sal-punt qrib Pignolini fejn taqsam l-awtostrada ta’ Serenissima. Hija mbagħad issegwi t-trekk li tgħaddi lejn il-Lvant ta’ Cà Gozzetto, tgħaddi minn Cà Serraglio, tgħaddi lejn il-Punent tal-punt ta’ altitudni ta’ 101 m, u tintemm f’Cà Berra Nuova (altitudni ta’ 91 m) fuq ix-xtajtiet tal-Lag Frassino. Il-fruntiera u mbagħad tgħaddi tul ix-xatt tal-lag għal medda qasira, biex tingħaqad mat-trekk li tgħaddi minn Bertoletta, u tasal fil-kamra tal-binarju tal-ferrovija f’altitudni ta’ 84 m. Hija mbagħad issegwi l-binarju lejn il-Lvant sal-kamra li jmiss f’altitudni ta’ 84 m qabel ma ddur fit-triq li tgħaddi minn Villa Montresor u tkompli sa Cappuccini fuq ix-xatt tal-Lag ta’ Garda. Minn Cappuccini, il-linja tal-fruntiera s-segwi x-xatt tal-Lvant tal-Lag ta’ Garda qabel ma mbagħad iddur ’il ġewwa qrib il-port ta’ Pacengo, issegwi t-trekk li tgħaddi mal-punti ta’ altitudni ta’ 93 m u ta’ 107 m u taħt Pacengo sa Cà Allegri. Hija mbagħad issegwi t-triq muniċipali ta’ Pacengo sa C. Fontana Fredda, qabel ma titla’ trekk oħra, tgħaddi altitudni ta’ 122 m, sa Le Tende. Minn hemm taqbad it-triq ta’ Pacengo-Colà sa C. alle Croci qabel ma tinżel lejn ix-Xlokk u ssegwi t-trekk lil hinn mill-punti ta’ altitudni ta’ 118 m u ta’ 113 m u tul Sarnighe, tiltaqa’ mal-fruntiera bejn il-muniċipalitajiet ta’ Lazise u Castelnuovo f’altitudni ta’ 112 m. Imbagħad il-linja terġa’ titla’, tkompli lejn it-Tramuntana tul il-fruntiera muniċipali qabel ma tingħaqad fil-fruntiera bejn il-muniċipalitajiet ta’ Lazise u Pastrengo qrib Mirandola. Hija ssegwi l-fruntiera sakemm taqsam it-triq provinċjali ta’ Verona-Lago lejn il-Punent ta’ Osteria Vecchia, tingħaqad mat-triq lejn Verona (il-Lvant) sakemm ma tilħaq il-punt qrib Bussolengo fejn tingħaqad mat-triq muniċipali ta’ Cristo qrib altitudni ta’ 130 m. Hija mbagħad tkompli tul it-triq muniċipali ta’ Palazzolo sal-punt fejn l-awtostrada ta’ Brenner taqsam il-fruntiera muniċipali ta’ Bussolengo-Sona. Imbagħad, il-linja ssegwi l-fruntiera muniċipali lejn in-nofsinhar sa Civel, fejn tingħaqad mat-triq provinċjali ta’ Bussolengo-Sommacampagna, li ssegwi sakemm taqsam Sommacampagna u tiltaqa’ mat-triq lejn Custoza, li ssegwi sal-punt ta’ tluq f’Cesure. Lejn in-naħa tal-Punent ta’ Broglie, iż-żona tinkludi wkoll territorju żgħir fil-muniċipalità ta’ Peschiera del Garda, inkluż iż-żona ta’ Monte Zecchino, u delimitata kif ġej: mit-trekk lejn in-nofsinhar ta’ Broglie (maġenb l-iskola primarja l-antika), il-linja tal-fruntiera tkompli lejn il-Punent lejn Cà Boschetti u Cà Rondinelli u mbagħad issegwi l-fruntiera provinċjali u reġjonali lil hinn minn Cà Boffei, Soregone, Cà Nuova Bazzoli. Hija mbagħad issegwi t-triq lejn Broglie sakemm taqsam it-trekk minn fejn bdiet il-linja.

7.   Varjetà (varjetajiet) tad-dwieli ewlenin tal-inbid

 

Pinot bianco (W) [Pinot blanc]

 

Trebbiano toscano (W) — Trebbiano

 

Trebbiano toscano (W) — Biancame (W)

 

Trebbiano toscano (W) — Ugni blanc

 

Trebbiano toscano (W) — Procanico

 

Riesling italico (W) — Riesling [Italian Riesling]

 

Riesling renano (W) — Riesling [Weisser Riesling]

 

Tocai friulano (W)

 

Tocai friulano (W) — Tuchì

 

Garganega (W) — Grecanico dorato (W)

 

Pinot bianco (W) — Pinot blanc

 

Malvasia bianca (W) — Malvasia

 

Malvasia bianca (W) — Verdina

 

Malvasia bianca (W) — Iuvarella

 

Manzoni bianco (W) — Incrocio Manzoni 6.0.13 W [ibridu tal-Manzoni]

 

Garganega (W) — Garganego

 

Chardonnay (W)

 

Cortese (W) — Bianca Fernanda

 

Pinot bianco (W) — Pinot

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“Bianco di Custoza”/“Custoza”

In-natura speċifika u ż-żona ġeografika

Fatturi naturali

L-inbejjed “Custoza” jiġu prodotti f’żona relattivament żgħira li tokkupa l-biċċa l-kbira tal-parti tan-Nofsinhar tal-għoljiet moraini li jinsabu bejn il-parti ta’ barra ta’ Verona u l-Lag ta’ Garda.

Iż-żona tal-produzzjoni għandha n-naħa tal-Lbiċ tagħha mdawra bix-xmara Mincio.

Iż-żona tinkorpora ż-żewġ partijiet tal-amfiteatru morain tal-Lvant ’il ġewwa mil-Lag ta’ Garda u l-pjanuri fluvjoglaċjali relatati mill-qrib, li huma komposti minn materjali simili għalkemm hux preċiżament mill-istess oriġini.

F’aktar dettall, ix-xenarju morain li jikkaratterizza ż-żona ta’ produzzjoni “Custoza” DOC huwa ffurmat minn grupp dens ta’ għoljiet imtawla f’formazzjoni konċentrika. Dawn hemm tendenza li ma jkunux wieqfa, b’telgħat u nżul ta’ bejn il-50 u l-100 metru. Minħabba li dawn l-għoljiet huma ffurmati mid-depożiti li ħallew warajhom l-istess glaċieri li ffurmaw il-Lag ta’ Garda fil-qrib, fihom struttura tal-ħamrija varjata ħafna, bi pjanuri mifruxin ’l hawn u ’l hinn mimlija biż-żrar.

Id-daqs żgħir u l-uniformità konsiderevoli taż-żona tal-produzzjoni “Custoza” DOC ifisser li l-kundizzjonijiet klimatiċi huma essenzjalment l-istess kullimkien. Iż-żona tesperjenza sjuf sħan, iżda mhux soffokanti u xtiewi relattivament kesħin imtaffija bil-qrubija tagħha lejn il-Lag ta’ Garda, li toħloq mikroklima li mhix favorevoli biss lejn il-vinji iżda anke lejn is-siġar taż-żebbuġ u ċ-ċipressi li huma karatteristika distintiva tal-inħawi lokali.

Il-preċipitazzjoni hija mifruxa pjuttost b’mod ugwali matul is-sena.

Il-mod ta’ kif jinsabu l-għoljiet ifisser li t-telgħat jisħnu matul il-jum u bil-lejl tista’ takkumula arja kiesħa, biex b’hekk jinħolqu l-aħjar kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-karatteristiċi aromatiċi tal-għeneb abjad.

Għalhekk hemm varjazzjoni relattivament żgħira f’termini tal-inħawi u l-klima fiż-żona ta’ produzzjoni tal-inbejjed bojod “Custoza” DOC.

Fatturi naturali u umani

L-ewwel dokumentazzjoni ta’ vinji domestikati f’dik li llum hija ż-żona tal-produzzjoni tal-“Custoza” DOC hija l-iskoperta ta’ żrieragħ tal-għeneb (Vitis sylvestris) mill-era tal-villaġġi tad-djar bl-istrippi tal-injam fiż-żona ta’ Pacengo u Peschiera. Hemm evidenza ta’ kultivazzjoni tal-vinji li teħodna lura sal-era Rumana (fost is-sejbiet arkeoloġiċi fiż-żona hemm oġġetti li jindikaw li l-inbid kien jintuża f’riti reliġjużi u oġġetti użati għall-preservazzjoni u t-trasport tal-inbid), u hekk dokumentazzjoni abbundanti dwar il-kultivazzjoni ta’ vinji fiż-żona — b’mod partikolari bejn Pastrengo u Sommacampagna — mis-seklu 9 ’l quddiem u matul il-Medjuevu.

Sat-tieni nofs tas-seklu 19, l-inbid lokali beda jsir magħruf bl-isem ta’ “Custoza”, l-isem ta’ villaġġ fil-muniċipalità ta’ Sommacampagna magħruf għal żewġ battalji li ġew miġġielda matul il-gwerer Taljani tal-unifikazzjoni. Iż-żona Sona-Custoza kienet ukoll elenkata bħala waħda mill-aqwa żoni għall-vitikultura tal-parti tal-Punent tal-provinċja ta’ Verona fi studju mwettaq miċ-Ċentru tal-Vitikultura u tal-Esperimentazzjoni bl-Inbid ta’ Conegliano fl-1939.

Il-“Bianco di Custoza” DOK inħoloq uffiċjalment minn Digriet Presidenzjali fit-8 ta’ Frar 1971, u kien fost l-ewwel inbejjed bojod li kisbu rikonoxximent bħala deżinjazzjoni ta’ oriġini fl-Italja. L-isem imqassar “Custoza” ġie approvat fl-2005. L-Azzoċjazzjoni tal-Protezzjoni tal-“Custoza” ġiet stabbilita fl-1972.

Fatturi umani

Is-sistema ta’ kultivazzjoni tal-vinji l-aktar użata fiż-żona ta’ produzzjoni tal-“Custoza” DOK, u li damet tintuża għal żmien twil tul l-istorja tiegħu, kienet is-sistema trellis. Fl-antik, l-għeneb ma kienx jitkabbar f’vinji ddedikati iżda biswit għelejjel oħra, li barra minn hekk kienu limitati mit-terren tal-għoljiet.

Fit-tmeninijiet, bdew iseħħu bidliet radikali fiż-żona ta’ produzzjoni tal-“Custoza”, li affettwaw kemm il-metodu tat-tkabbir tal-vinji kif ukoll lill-prassi tal-agronomija, u b’hekk ippermettew lill-produtturi tal-inbid jisfruttaw bl-aħjar mod il-karatteristiċi speċifiċi ta’ varjetajiet ta’ vinji nattivi, il-Garganega, it-Trebbianello (bijotip lokali ta’ Tocai friulano) u l-Bianca Fernanda (klon lokali tal-Cortese). Grazzi għat-titjib progressiv fit-teknoloġija u l-esperjenza miksuba matul iż-żmien, il-produtturi tal-inbid issa jistgħu jidentifikaw u japplikaw l-aktar proċessi xierqa għat-tkabbir ta’ għeneb ta’ kwalità għolja u jidentifikaw il-mument ideali għall-ħsad tiegħu, biex b’hekk joħorġu l-kwalitajiet speċifiċi li huwa mogħni bihom dan l-għeneb permezz tal-interazzjoni bejn il-varjetà, il-ħamrija tal-għoljiet u l-mikroklima.

Madankollu, huwa meta l-għeneb jinbidel f’inbid li l-għarfien tal-produtturi lokali jaqdi r-rwol tiegħu. Permezz ta’ dan, it-taħlita ta’ għeneb “Custoza” toħroġ il-fwieħa delikata, florali u tal-frott tal-Garganega, il-kulur karatteristiku tat-Trebbianello u l-ħjiel kemxejn aromatiku tal-Bianca Fernanda, kif ukoll il-karatteristiċi distinti ta’ għeneb abjad ieħor imkabbar fiż-żona. Dawn il-fatturi kollha flimkien ifissru li l-“Custoza” huwa kkaratterizzat mill-konnotazzjonijiet lokali qawwija tiegħu u li jiġi rikonoxxut faċilment permezz tal-freskezza u l-potabbiltà tiegħu.

“Bianco di Custoza”/“Custoza”

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott

Il-karatteristiċi essenzjali tal-inbejjed “Custoza” huma — u dejjem kienu — l-freskezza u n-natura kemxejn aromatika tagħhom, u l-fatt li huma nbejjed potabbli li faċli jitqabblu. Madankollu, meta fil-vinji jsiru għażliet speċifiċi partikolari, dawn l-inbejjed huma ideali ferm għall-maturazzjoni.

Flimkien mal-Garganega, mat-Trebbianello u mal-Bianca Fernanda, l-inbejjed “Custoza” isiru b’varjetajiet oħra mkabbra fiż-żona, u dan jagħtihom il-kumplessità distintiva u aromatika ħafna li taqtagħhom mill-bqija tal-inbejjed li jsiru mill-varjetajiet individwali weħidhom. Il-profil sensorju li jirriżulta jinkludi kwalitajiet ta’ frott u florali, xi drabi akkumpanjati minn ħjiel ta’ ħxejjex aromatiċi u ħwawar. Fil-qosor, it-taħlit tal-varjetajiet bażiċi jagħti lill-“Custoza” l-identità tiegħu, filwaqt li l-użu ta’ varjetajiet addizzjonali jarrikkixxi dan bi fwejjaħ distintivi.

Prodott rari ħafna iżda tradizzjonali huwa l-“Custoza”passito (inbid tal-għeneb imqadded), ta’ lewn id-deheb u b’togħma pjaċevoli jew ħelwa, ispirat mill-inbejjed li tradizzjonalment kienu jiġu servuti wara ikliet festivi.

(c)   Rabta kawżali bejn l-ambjent u l-prodott

Il-fatt li hemm varjazzjoni żgħira ħafna fil-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Custoza” DOK (li ovvjament mhix partikolarment kbira) jfisser li t-tipi differenti ta’ għeneb imkabbra f’din iż-żona jimmaturaw b’mod ugwali. Dan il-fattur jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tiswir tal-identità ta’ dawn l-inbejjed bojod.

Tal-istess importanza huwa l-effett tal-livell għoli ta’ diversità tal-ħamrija, ir-riżultat ta’ depożiti irregolari mħollija fiż-żona minn proċessi ta’ glaċjazjoni varji. Dan l-aspett jimmaterjalizza ruħu fin-natura friska, żagħżugħa, spirituża tal-“Custoza”.

Minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, b’mod partikolari, il-ħamrija moraina tgħin biex tiżgura l-ġerminazzjoni regolari tal-vinji kollha. L-interazzjoni bejn il-ħamrija u l-klima taż-żona tgħin lill-għeneb u lir-rimjiet jiżviluppaw u jimmaturaw kif xieraq.

Is-sjuf sħan iżda mhux soffokanti jwasslu għal konċentrazzjoni ta’ zokkrijiet, filwaqt li l-varjazzjonijiet tajba bejn it-temperaturi tal-jum u tal-lejl jgħinu fl-iżvilupp tas-sustanzi aromatiċi florali u tal-frott li jinsabu fl-inbejjed “Custoza” DOK.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (tal-ippakkjar, tat-tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

XEJN

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/14117


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.